EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0612

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/612 tal-20 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 102, 21.4.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/612/oj

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/612

tal-20 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-miżuri tal-Unjoni li jimplimentaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), inkluż l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċertu persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi, huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2).

(2)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw minn sospensjoni tal-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(3)

Fid-19 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/277 (3) li permezz tagħha neħħa l-ismijiet ta' ħames persuni deċeduti mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(4)

Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk tinħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiddaħħal fis-seħħ, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Fid-19 ta' Frar 2015, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/275 (4) neħħa l-ismijiet tal-ħames persuni deċeduti mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004.

(6)

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussembrugu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2011/277 tad-19 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 20).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/275 tad-19 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 15).


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004, l-ismijiet tal-persuni fiżiċi li ġejjin jitneħħew mit-taqsima “I. Persuni”:

I.   Persuni

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

 

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

 

Karakadzai, Mike Tichafa

 

Sakupwanya, Stanley Urayayi

 

Sekeremayi, Lovemore

 

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa


Top