Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0608

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/608 tal- 14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina u l-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, l-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tal-Ukraina għas- Salmonella fit-tiġieġ li jbidu, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja dwar il-marda ta' Newcastle u r-rekwiżiti tal-iproċessar ta' prodotti tal-bajd Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 101, 18.4.2015, p. 1–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/608/oj

18.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/608

tal-14 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina u l-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, l-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tal-Ukraina għas-Salmonella fit-tiġieġ li jbidu, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja dwar il-marda ta' Newcastle u r-rekwiżiti tal-iproċessar ta' prodotti tal-bajd

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(2)(b) u (4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 25, 26(2) u 28(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (5) jistipula li l-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tiegħu għandhom biss ikunu importati fl-Unjoni, u jgħaddu mill-Unjoni, bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula regoli għall-kontroll tas-Salmonella f'popolazzjonijiet ta' tjur differenti fl-Unjoni. Dan jistipula li l-ammissjoni jew iż-żamma fil-listi ta' pajjiżi terzi stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għall-ispeċijiet jew il-kategoriji relevanti, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw bajd għall-ikel minn tjur koperti minn dak ir-Regolament hija suġġetta għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta' programm ta' kontroll kontra s-Salmonella b'garanziji ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-programmi ta' kontroll nazzjonali għas-Salmonella fl-Istati Membri. F'dan ir-rigward huma inklużi wkoll fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji rilevanti għal dawk il-prodotti stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, il-garanziji u l-informazzjoni rilevanti.

(3)

L-Ukraina ssottomettiet il-programmi ta' kontroll tagħhom tas-Salmonella f'qatgħat tat-tgħammir ta' Gallus gallus lill-Kummissjoni. Instab li dawn il-programmi jagħtu garanziji l-istess għall-garanziji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(4)

L-Ukraina hija elenkata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (6) u għandha pjan ta' monitoraġġ tar-residwi approvat għall-bajd.

(5)

Bħala konsegwenza tal-ekwivalenza tal-programmi għall-kontroll tas-Salmonella, l-annotazzjoni għall-Ukraina fil-lista stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata b'tali mod li l-importazzjoni tal-bajd tal-klassi A fl-Unjoni hija permessa.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja għal dawk il-komoditajiet. Dawk ir-rekwiżiti jqisu jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-mard f'dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, inkluż it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar għall-mard tat-tjur differenti, kif xieraq. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw dawk il-prodotti għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha, huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(7)

Il-marda ta' Newcastle hija marda virali tat-tjur kuntaġġuża ħafna li tista' twassal għal mard serju, b'mod partikolari f'qatgħat tat-tjur li mhumiex imlaqqma u mhumiex protetti. Il-marda ta' Newcastle tinsab f'diversi pajjiżi terzi fuq bażi sporadika jew rari u għal bosta snin dehret fl-Iżrael f'sensiliet epidemiċi.

(8)

F'Ġunju tal-2014, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni (FVO) għamel spezzjoni fl-Iżrael sabiex jiġu evalwati l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali għat-tjur u prodotti tat-tjur maħsuba għall-importazzjoni lejn l-Unjoni.

(9)

Il-verifika kkonfermat li s-servizzi veterinarji tal-Iżrael ġeneralment għandhom sistemi effettivi fis-seħħ biex jiġu indirizzati t-tifqigħat tal-marda ta' Newcastle f'azjendi kummerċjali tat-tjur.

(10)

Madankollu, ġew identifikati nuqqasijiet serji fil-kontroll tal-marda ta' Newcastle f'azjendi mhux kummerċjali tat-tjur bħan-nuqqas ta' tqassim f'żoni madwar azjendi infettati. In-nuqqas ta' restrizzjonijiet ta' moviment ta' tjur u prodotti tat-tjur fiż-żona madwar xi tfaqqigħa tal-marda ta' Newcastle jistgħu jwasslu għal tixrid u l-introduzzjoni tal-virus f'qatgħat ta' tjur kummerċjali inkluż dawk li minnhom tjur ħajjin jew prodotti tat-tjur li jkunu ntbagħtu lejn l-Unjoni.

(11)

Barra minn hekk, instab li l-eżamijiet ta' qabel l-esportazzjoni f'qatgħat ta' tjur tat-tnissil li minnhom huma derivati l-bajd tat-tfaqqis u flieles ta' jum ma kinux imwettqa minn veterinarju uffiċjali u li kien hemm nuqqas ta' informazzjoni disponibbli lill-uffiċjal veterinarju taċ-ċertifikazzjoni waqt il-konsenja ta' prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni.

(12)

Il-verifika żvelat ukoll li l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi effettivi kienu nieqsa fir-rigward ta' tifqigħat tal-marda ta' Newcastle kif ukoll analiżi ta' dejta epidemjoloġika minn tfaqqigħ u studji ta' tilqim. Dan ixekkel il-kontroll tal-mard u l-fehim tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal persistenza tal-virus tal-marda ta' Newcastle. Konsegwentement, dan bħalissa ma jippermettix lill-Iżrael jiżviluppa u jimplimenta strateġija komprensiva u effettiva għall-kontroll tal-marda ta' Newcastle.

(13)

Dawn in-nuqqasijiet jimminaw l-affidabbiltà ta' garanziji sanitarji għal prodotti tat-tjur previsti fiċ-ċertifikati veterinarji u juru li miżuri ta' kontroll Iżraeljani tal-marda ta' Newcastle bħalissa ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE (7).

(14)

B'reazzjoni għal dawn il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-FVO, l-awtoritajiet Iżraeljani indirizzaw in-nuqqasijiet, b'mod partikolari il-prekondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja u t-tqassim f'żoni madwar it-tifqigħat f'qatgħat mhux kummerċjali.

(15)

Minkejja l-isforzi mwettqa f'dawn l-aħħar sentejn flimkien ma' xi titjib fil-bijosigurtà u miżuri oħra preventivi għall-marda ta' Newcastle, għadhom iseħħu regolarment tifqigħat ta' din il-marda fl-Iżrael, kemm fis-setturi kummerċjali u mhux kummerċjali tat-tjur, u fil-futur qrib jidher li din il-marda mhux se tiġi kompletament ikkontrollata u eradikata.

(16)

Minħabba l-persistenza tal-virus tal-marda ta' Newcastle fit-territorju Iżraeljan u t-tifqigħat kontinwi f'qatgħat ta' tjur kummerċjali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni eżistenti sabiex jiġu stabbiliti miżuri addizzjonali li jipprovdu garanziji aħjar għas-sikurezza ta' importazzjonijiet ta' tjur u prodotti tat-tjur mill-Iżrael lejn l-Unjoni.

(17)

Ir-rekwiżiti sanitarji u tas-saħħa tal-annimali għal azjendi li jżommu tjur produttiv u għat-tgħammir u għasafar li ma jtirux produttivi u tat-tgħammir huma aktar stretti milli għal dawk li jżommu tjur għall-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid tal-ħażniet ta' tjur tal-priża, li jistgħu għalhekk ikunu f'riskju akbar ta' esponiment għal virus tal-marda ta' Newcastle. Barra minn hekk, huwa diffiċli li jiġi vvalutat l-istatus tal-mard ta' għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom fejn il-laħam għall-importazzjoni fl-Unjoni jinkiseb minn laħam tal-priża tal-għasafar selvaġġi.

(18)

Importazzjonijiet ta' tjur għall-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid tal-ħażniet ta' tjur tal-priża għandhom ikunu pprojbiti peress li dawn jinżammu f'azjendi li m'humiex meqjusa li jagħtu biżżejjed garanziji tas-saħħa tal-annimali peress l-persistenza tal-virus tal-marda ta' Newcastle fit-territorju Iżraeljan.

(19)

L-importazzjonijiet ta' laħam tal-priża tal-għasafar selvaġġi għandha tiġi pprojbita minħabba li l-laħam jinkiseb minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom, fejn l-istatus tas-saħħa tal-annimali ma jistax jiġi vvalutat biżżejjed minħabba l-esponiment mhux magħruf għall-virus tal-marda ta' Newcastle.

(20)

L-entrata dwar l-Iżrael f'Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata u tinkludi l-kodiċi “P3” fil-kolonna 6 li tirreferi għar-restrizzjonijiet fis-seħħ minħabba l-marda ta' Newcastle u “data tal-għeluq” fil-kolonna 6 A fuq il-prodotti, li għalihom l-importazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti (SRP u WGM).

(21)

Fl-Iżrael it-tjur huma regolarment imlaqqma kontra l-marda ta' Newcastle u rarament juru mard kliniku meta jiġu infettati b'virus tal-marda ta' Newcastle, li għalhekk jista' jibqa' ma jinstabx. Sabiex jittaffew dawn ir-riskji possibbli teħid tal-kampjuni addizzjonali u l-ittestjar fil-laboratorju għal preżenza ta' virus tal-marda ta' Newcastle qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għandhom ikunu meħtieġa għal qatgħat li minnhom tjur ħajjin u għasafar ħajjin li ma jtirux huma maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni, tjur ta' tnissil u qatgħat tal-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir li minnhom il-bajd tat-tfaqqis u flieles ta' jum huma maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni, qatgħat ta' tjur għall-qatla u għasafar li ma jtirux tal-qatla li jipproduċu laħam maħsub għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u gruppi ta' tiġieġ li jbidu li l-bajd tagħhom huma maħsub għall-importazzjoni fl-Unjoni.

(22)

F'dan il-kuntest, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula li l-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar għal ċertu mard tat-tjur inkluż il-marda ta' Newcastle għandhom jitwettqu skont l-Anness III. Taqsima I ta' dak l-Anness għandu jiddeskrivi r-rekwiżiti tat-teħid tal-kampjuni u l-ittestjarfir-rigward ta' garanziji addizzjonali għal marda ta' Newcastle.

(23)

Bħala konsegwenza, fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 entrata “X” għandha tiżdied mat-taqsima dwar “Garanziji Addizzjonali (AG)” li tirreferi għall-kampjunar speċifiku u rekwiżisti tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness III. Il-kodiċi “X” għandu jiġi inkluż fil-kolonna 5 tal-entrata dwar l-Iżrael fil-parti 1 ta' dak l-Anness.

(24)

Barra minn hekk, iċ-ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, POU, RAT u E għandhom jiġu emendati sabiex jirreferu għal dawn il-Garanziji Addizzjonali (AG) ta' hawn fuq speċifikati taħt “X” li jeħtieġ li jkunu sodisfatti għall-importazzjonijiet fl-Unjoni fir-rigward tal-marda ta' Newcastle.

(25)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jkunu inklużi rekwiżiti għal trattament addizzjonali ta' prodotti tal-bajd f'konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-prodotti tal-bajd (EP) biex jinattiva kwalunkwe preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' Newcastle f'każ ta' okkorrenza tal-marda ta' Newcastle fit-territorju ta' pajjiż terz.

(26)

Il-mudelli taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur tat-tgħammir jew tjur produttiv minbarra għasafar li ma jtirux (BPP), flieles ta' jum minbarra għasafar li ma jtirux (DOC), bajd tat-tfaqqis minbarra għasafar li ma jtirux (HEP) u l-mudell għat-tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid tal-ħażniet ta' tjur tal-priża minbarra għasafar li ma jtirux (SRP) jirreferi għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 rigward l-użu tat-tilqim kontra l-marda ta' Newcastle fil-pajjiż terz tal-oriġini u jirrikjedi rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali biex jiġu ssodisfati. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe miżinterpretazzjoni possibbli f'każ li r-rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali ma japplikawx għall-pajjiż terz, territorji jew żona ta' orġini tal-prodott rispettiv, il-possibilità tat-tħassir tat-taqsima kollha għandha tiġi prevista f'dawn il-mudelli taċ-ċertifikati.

(27)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(28)

Qabel ma l-mudelli ta' ċertifikati veterinarji emendati jsiru obbligatorji għandu jitħalla jgħaddi perjodu tranżitorju ta' żmien raġonevoli, u dan sabiex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jitħallew jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fil-mudelli ta' ċertifikati veterinarji emendati.

(29)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' programm ta' kontroll

Il-programm ta' kontroll ippreżentat mill-Ukraina skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa b'dan approvati fir-rigward tas-Salmonella fil-qatgħat kollha tat-tiġieġ li jbidu.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 798/2008

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Għal perjodu ta' tranżizzjoni sat-18 ta' Mejju 2015, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 798/2008, akkumpanjati b'ċertifikat veterinarju li jkun imtela skont il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, POU, RAT, E jew EP relevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament, fil-verżjonijiet tagħhom ta' qabel l-emendi introdotti b'dan ir-Regolament, għandha tibqa tiġi awtorizzata, dment li ċ-ċertifikat veterinarju ġie komplut, iffirmat u datata mhux aktar tard mit-3 ta' Mejju 2015.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(7)  Id-Direttiva 92/66/KEE tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda ta' Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 1, l-entrata dwar l-Iżrael tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Skadenza

Data tal-ftuħ

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“IL — Israel (6)

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER

X

N

 

 

A

 

S5, ST1

SRP

 

P3

18.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

X

N

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P3

18.4.2015

 

 

 

 

E

X

 

 

 

 

 

S4

EP”

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Fil-Parti 1, l-entrata dwar l-Ukraina tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Skadenza

Data tal-ftuħ

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“UA — L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

E, EP, POU, RAT, WGM”

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fit-taqsima dwar “Mudelli ta' ċertifikati veterinarji”, taħt l-intestatura “Garanziji Addizzjonali (AG)”, jiżdied it-test li ġej:

“‘X’

:

garanziji addizzjonali li jkopru prodotti ċċertifikati skont il-punt 8 tal-Anness III u l-mudelli taċ-ċertifikat BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, POU, RAT u E”

;

(ii)

il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP u HER huma mibdula b'dawn li ġejjin:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għat-tjur produttiv u għat-tgħammir minbarra l-għasafar li ma jtirux (BPP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-għasafarli ma jtirux tat-tgħammir jew produttivi (BPR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-flieles ta' jum għajr dawk tal-għasafar li ma jtirux (DOC)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-flieles ta' jum tal-għasafar li ma jtirux (DOR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tfaqqis ta' tjur għajr għasafar li ma jtirux (HEP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tifqis tal-għasafar li ma jtirux (HER)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(iii)

il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju SRP huwa mibdul b’dan li ġej:

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur tal-qatla u għat-tjur għall-istokkjar mill-ġdid ta' għasafar tal-kaċċa minbarra l-għasafar li ma jtirux (SRP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(iv)

Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji POU u RAT qed jinbidlu b’dan li ġej:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam ta' għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(v)

Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji E u EP qed jinbidlu b'dawn li ġejjin:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd (E)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

F'Anness III, Taqsima I, għandu jiżdied il-punt 8 li ġej:

“8.   Garanziji addizzjonali (X) fir-rigward ta' ċerti pajjiżi terzi li mhumiex ħielsa mill-marda ta' Newcastle

8.1.

Fl-azjendi msemmija fil-punt 8.2, il-veterinarju uffiċjali għandu:

(a)

kontroll tar-reġistri tal-produzzjoni u tas-saħħa tal-azjenda.

(b)

għandu jwettaq spezzjoni klinika f'kull unità ta' produzzjoni, inkluż evalwazzjoni tal-istorja klinika tagħha u l-eżamijiet kliniċi tat-tjur — b'mod partikolari dawk li jidhru li huma morda — f'kull unità ta' produzzjoni minn fejn il-konsenja msemmija fil-punt 8.2 hija maħsuba;

(c)

jieħu mill-inqas 60 kampjun trakeali jew orofarinġali u 60 kampjun mill-kloaka għal investigazzjonijiet f'laboratorju li għandhom jitwettqu biex jiċċekkjaw il-preżenza tal-virus tal-marda ta' Newcastle minn tjur u għasafar li ma jtirux minn kull unità ta' produzzjoni minn fejn il-konsenja msemmija fil-punt 8.2 hija maħsuba; jekk in-numru ta' għasafar preżenti fl-istess unità epidemjoloġika huwa inqas minn 60, il-kampjuni jridu jittieħdu mill-għasafar kollha. Fil-każ ta' prodotti msemmija f'8.2(c) dan il-kampjunar jista' jseħħ ukoll fil-biċċerija.

8.2.

Il-punt 8.1 japplika f'azjendi minn fejn il-konsenja hija maħsuba biex tintbagħat lejn l-Unjoni:

(a)

tjur tat-tgħammir jew produttivi u għasafar li ma jtirux tat-tgħammir jew produttivi (BPP, BPR);

(b)

il-flieles ta' jum, flieles ta' jum ta' għasafar li ma jtirux, bajd għat-tfaqqis ta' tjur jew għasafar li ma jtirux u l-bajd għall-konsum (DOC, DOR, HEP, HER, E);

(c)

laħam miksub minn tjur u għasafar li ma jtirux miżmuma f'azjendi ta' dan it-tip (POU, RAT);

8.3.

Il-proċeduri previsti fil-punt 8.1 għandhom jitwettqu:

(a)

għall-prodotti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-punt 8.2, fi żmien mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-konsenja lejn l-Unjoni jew qabel il-qatla ta' tjur u għasafar li ma jtirux;

(b)

għall-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-punt 8.2, f'intervalli ta' 15-il jum jew f'każ ta' konsenji mhux frekwenti lejn l-Unjoni, mhux aktar minn sebat ijiem qabel il-ġbir tal-bajd għat-tfaqqis.

8.4.

Il-proċeduri msemmija fil-punt 8.1 għandu jkollhom eżitu favorevoli u l-investigazzjonijiet f'laboratorju msemmija hawn fuq għandhom ikunu mwettqa f'laboratorju uffiċjali, jagħtu riżultati negattivi u jkunu disponibbli qabel il-konsenja lejn l-Unjoni ta' kwalunkwe prodotti elenkati fil-punti 8.2.”


Top