This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0478
Regulation (EU) 2015/478 of the European Parliament and of the Council of 11 March 2015 on common rules for imports (codification)
Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (kodifikazzjoni)
Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (kodifikazzjoni)
ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/16 |
REGOLAMENT (UE) 2015/478 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Marzu 2015
dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet
(kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (3) ġie emendat (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun imsejsa fuq prinċipji uniformi. |
(3) |
Il-Komunità Ewropea kkonkludiet il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”). L-Anness I A għal dak il-Ftehim fih inter alia l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”) u l-Ftehim dwar is-Salvagwardja. |
(4) |
Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja jilħaq il-ħtieġa li jikkjarifika u jirrinforza d-dixxiplini tal-GATT tal-1994, u b'mod speċifiku dawk tal-Artikolu XIX. Dak il-Ftehim jeħtieġ l-eliminazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja li ma jinsabux f'dawk ir-regoli, bħalma huma t-trażżin tal-esportazzjoni b'mod volontarju, l-arranġamenti tat-tqegħid fis-suq b'mod ordnat u kull xorta simili ta' arranġamenti ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni. |
(5) |
Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja jkopri wkoll il-prodotti tal-faħam u l-azzar. Ir-regoli komuni dwar l-importazzjonijiet, b'mod speċjali dawk dwar il-miżuri tas-salvagwardja, għalhekk japplikaw ukoll għal dawn il-prodotti mingħajr preġudizzju għal kull miżura possibbli sabiex jiġi applikat ftehim li jirrigwarda speċifikament il-prodott tal-faħam u l-azzar. |
(6) |
Il-prodotti tat-tessuti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (5) huma bla ħsara għal trattament speċjali fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali. Dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa mill-Istati Membri b'kull periklu maħluq mix-xejriet fl-importazzjonijiet li jistgħu jitolbu għas-sorveljanza tal-Unjoni jew l-applikazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja. |
(8) |
F'każijiet simili l-Kummissjoni għandha teżamina t-termini u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom jiġru l-importazzjonijiet, ix-xejra fl-importazzjonijiet, l-aspetti varji tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali u, fejn ikun xieraq, il-miżuri li jridu jiġu applikati. |
(9) |
Jekk tiġi applikata s-sorveljanza tal-Unjoni minn qabel, ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti interessati għandu jsir bla ħsara għall-wirja ta' dokument ta' sorveljanza li jilħaq kriterji uniformi. Dak id-dokument għandu, ma' applikazzjoni sempliċi mill-importatur, jiġi maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f'perjodu taż-żmien stabbilit iżda mingħajr ma b'daqshekk jagħti d-dritt lill-importatur li jimporta. Id-dokument tas-sorveljanza għandu għalhekk ikun validu biss matul dak il-perjodu taż-żmien fejn ir-regoli tal-importazzjoni ma jinbidlux. |
(10) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif li jirriżulta mis-sorveljanza tal-Unjoni bl-aktar mod komplet possibbli. |
(11) |
Huwa d-dmir tal-Kummissjoni li tadotta il-miżuri tas-salvagwardja meħtieġa fl-interess tal-Unjoni. Dawk l-interessi għandhom jiġu meqjusa flimkien u għandhom b'mod partikolari jħaddnu l-interessi tal-produtturi, tal-utenti u tal-konsumaturi tal-Unjoni. |
(12) |
Il-miżuri tas-salvagwardja kontra Membru tad-WTO jistgħu jitqiesu biss jekk il-prodott fil-kwistjoni jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet miżjuda tant u taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li jikkaġunaw, jew li jheddu li jikkaġunaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni li jipproduċu prodotti bħalhom jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta magħhom, għajr jekk l-obbligi internazzjonali jippermettu deroga minn din ir-regola. |
(13) |
It-termini “dannu serju”, “theddida ta' dannu serju” u “produtturi tal-Unjoni” għandhom jiġu definiti u għandhom jiġu previsti kriterji preċiżi sabiex jiġi stabbilit id-dannu. |
(14) |
Investigazzjoni għandha ssir qabel ma tiġi applikata kull miżura ta' salvagwardja, bla ħsara għar-riserva li l-Kummissjoni tiġi mħollija tapplika miżuri provviżorji f'każijiet urġenti. |
(15) |
Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-ftuħ tal-investigazzjonijiet, dwar il-kontroll u l-ispezzjonijiet meħtieġa, dwar l-aċċess għat-tagħrif miġbur mill-pajjiżi esportaturi u mill-partijiet interessati, dwar il-proċessi fil-qorti għall-partijiet involuti u dwar l-opportunitajiet għal dawn il-partijiet li jippreżentaw il-veduti tagħhom. |
(16) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar is-sigriet professjonali. |
(17) |
Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti taż-żmien sabiex jinbdew l-investigazzjonijiet u sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri humiex xierqa jew le, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-konsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi interessati. |
(18) |
Fil-każijiet fejn il-miżuri tas-salvagwardja jieħdu l-għamla ta' kwota, il-livell ta' dawn tal-aħħar għandhom fil-prinċipju jiġu stabbiliti bħala mhux anqas mil-livell medju tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien ta' mill-anqas tliet snin. |
(19) |
Fil-każijiet fejn kwota tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, il-kwota ta' kull pajjiż tista' tiġi stabbilita permezz ta' ftehim mal-pajjiżi nfushom jew billi jittieħed bħala referenza l-livell tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien. Id-derogi minn dawn ir-regoli għandhom xorta waħda jkunu possibbli meta jkun hemm dannu serju u żieda sproporzjonata fl-importazzjonijiet, sakemm issir konsultazzjoni xierqa taħt l-awspiċi tal-Kumitat tad-WTO dwar is-Salvagwardja. |
(20) |
It-tul massimu taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja għandu jiġi stabbilit u għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni, il-liberalizzazzjoni progressiva u r-reviżjonijiet ta' dawn il-miżuri. |
(21) |
Għandhom jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom il-prodotti li joriġinaw fi stat li qiegħed jiżviluppa li jkun Membru tad-WTO għandhom jiġu eżentati mill-miżuri tas-salvagwardja. |
(22) |
Is-sorveljanza jew il-miżuri tas-salvagwardja ristretti għal reġjun jew iktar tal-Unjoni jistgħu jirriżultaw aktar xierqa mill-miżuri li japplikaw għall-Unjoni kollha. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jiġu awtorizzati biss f'każi eċċezzjonali u fejn ma teżisti l-ebda alternattiva. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu temporanji u li jikkawżaw l-inqas taħwid għax-xogħol tas-suq intern. |
(23) |
Fl-interess tal-uniformità fir-regoli għall-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom jitwettqu mill-importaturi għandhom ikunu sempliċi u identiċi irrispettivament mill-post minn fejn l-oġġetti jinħarġu mid-dwana. Huwa għalhekk mixtieq li jiġi stabbilit li kull formalità għandha titwettaq bl-użu tal-formoli li jikkorrispondu għall-kampjun anness ma' dan ir-Regolament. |
(24) |
Id-dokumenti tas-sorveljanza maħruġa rigward il-miżuri tas-sorveljanza tal-Unjoni għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha irrispettivament minn min ikun l-Istat Membru li joħroġhom. |
(25) |
Biex jiġu implimentati l-klawżoli ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim jeħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(26) |
Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u dawk proviżorji minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f'rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, hu meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri proviżorji applikabbli immedjatament, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, ħlief għal:
(a) |
prodotti tat-tessuti suġġetti għal regoli speċifiċi ta' importazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 517/94; |
(b) |
prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 (7). |
2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu importati liberament ġewwa l-Unjoni u għaldaqstant, mingħajr preġudizzju għall-miżuri tas-salvagwardja li jistgħu jittieħdu taħt il-Kapitolu V, m'għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi.
KAPITOLU II
IL-PROĊEDURA TAL-UNJONI DWAR IT-TAGĦRIF U U L-KONSULTAZZJONI
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk ix-xejriet fl-importazzjonijiet jidhru li jeħtiġilhom miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih l-evidenza disponibbli, kif stabbilit fuq il-bażi tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 9. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri kollha.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
5. Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, tali proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżura fil-Kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn ma tkunx saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżura fil-Kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn tal-inqas kwart tal-membri tal-kumitat.
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI TAL-UNJONI
Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-proċedura ta' investigazzjoni tal-Unjoni għandha tiġi implimentata qabel ma tiġi applikata kull miżura ta' salvagwardja.
2. Filwaqt li jintużaw bħala bażi l-fatturi imsemmija fl-Artikolu 9, l-investigazzjoni għandha tfittex li tistabbilixxi jekk l-importazzjonijet tal-prodott fil-kwistjoni jikkawżawx jew jheddu li jiġi kkawżat dannu serju lill-produtturi interessati tal-Unjoni.
3. Għandhom japplikaw t-tifsiriet li ġejjin:
(a) |
“dannu serju” tfisser ħsara ġenerali sinifikanti għall-pożizzjoni tal-produtturi tal-Unjoni; |
(b) |
“theddida ta' dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; |
(c) |
“produtturi tal-Unjoni” tfisser il-produtturi kollha bħala grupp wieħed tal-istess prodotti jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin u li joperaw fit-territorju tal-Unjoni, jew dawk li l-output kollettiv tagħhom ikun tal-istess prodotti jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin jikkostitwixxu proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti. |
Artikolu 5
1. Fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha titnieda investigazzjoni fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-avviż għandu:
(a) |
jagħti sommarju tat-tagħrif riċevut, u jistabbilixxi li t-tagħrif kollu rilevanti irid jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, |
(b) |
jiddikjara l-perjodu taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu magħrufa l-veduti tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tagħrif, jekk dawn il-veduti u dan it-tagħrif iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, |
(c) |
jiddikjara l-perjodu taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu japplikaw sabiex jinstemgħu bil-fomm mill-Kummissjoni konformement mal-paragrafu 4. |
Il-Kummissjoni għandha tibda l-investigazzjoni, filwaqt li taġixxi f' koperazzjoni mal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-informazzjoni normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha l-informazzjoni ingħatat lill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, fejn tqis li jkun xieraq, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri, għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dik l-informazzjoni mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali.
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f'dan ix-xogħol mill-persunal tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jitwettqu dawk il-kontrolli, sakemm dak l-Istat Membru jixtieq dan.
3. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha u konformement mal-proċeduri li tistabbilixxi hi, it-tagħrif fid-dispożizzjoni tagħhom dwar l-iżviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat.
4. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kummissjoni b'konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 8 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni.
Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-veduti tagħhom dwar it-tagħrif fil-kwistjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-veduti jistgħu jiġu kkunsidrati meta jkunu mirfuda b'evidenza suffiċjenti.
5. Il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru li attwalment x'aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u li jeżistu raġunijiet speċjali sabiex jinstemgħu bil-fomm.
6. Meta ma jingħatax it-tagħrif fil-limiti taż-żmien stabbiliti b'dan ir-Regolament jew mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament, jew meta l-investigazzjoni tkun imxekkla b'mod sinifikanti, jista jingħata verdett fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Fejn il-Kummissjoni ssib li parti interessata jew parti mhux interessata jkunu fornewha b'tagħrif qarrieq jew li jiżvija, ma għandhiex tagħti każ ta' dak it-tagħrif u għandha tagħmel użu mill-fatti disponibbli.
7. Fejn jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istati Membri.
Artikolu 6
1. Fit-tmiem tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar ir-riżultati lill-Kumitat.
2. Fejn il-Kummissjoni tqis, fi żmien disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3(2).
3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li huma meħtieġa l-miżuri tal-Unjoni ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja, għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa taħt il-Kapitoli IV u V, sa mhux aktar tard minn disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu taż-żmien jista' jiġi estiż b'perjodu ieħor taż-żmien b'massimu ta' xahrejn; il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tiddikjara t-tul taż-żmien tal-estensjoni u sommarju tar-raġunijiet għal dan.
Artikolu 7
1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx jipprekludu l-użu, fi kwalunkwe mument, tal-miżuri tas-sorveljanza taħt l-Artikoli 10 sa 14 jew il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja taħt l-Artikoli 15, 16 u 17.
Il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja għandhom jiġu applikati:
(a) |
f'ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi msewwi, fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata, u |
(b) |
fejn deċiżjoni preliminari dwar l-applikazjoni tagħhom tipprovdi evidenza ċara li l-importazzjonijiet miżjuda kkawżaw jew qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu serju. |
It-tul taż-żmien ta' dawn il-miżuri m'għandux jaqbeż l-200 jum.
2. Il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja għandhom jieħdu l-għamla ta' żieda fil-livell eżistenti tad-dazji tad-dwana sewwa jekk dawn tal-aħħar ikunu żero u sewwa jekk għola, jekk din l-azzjoni x'aktarx li tipprevjeni jew issewwi d-dannu serju.
3. Il-Kummissjoni għandha minnufih tmexxi l-miżuri tal-investigazzjoni li, jkunu liema jkunu, jibqgħu jidhru meħtieġa.
4. Jekk il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja jiġu mħassra minħabba li ma jkunu jeżistu l-ebda dannu serju jew theddida ta' dannu serju, id-dazji tad-dwana miġbura bħala riżultat tal-miżuri provviżorji għandhom jiġu awtomatikament imħallsa lura malajr kemm jista' jkun. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 235 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (8).
Artikolu 8
1. It-tagħrif li jkun ġie riċevut taħt dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun ġie mitlub.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn ma għandhomx jiżvelaw tagħrif ta' natura kunfidenzjali li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament, jew l-ebda tagħrif li jkun ingħata fuq bażi kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta' min ikun ipprovda informazzjoni bħal din.
3. Kull talba għall-konfidenzjalità għandha tagħti r-raġunijiet għaliex it-tagħrif huwa konfidenzjali.
Madankollu, jekk ikun jidher li talba għall-konfidenzjalità ma tkunx ġustifikata u jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f'termini ġenerali jew fl-għamla ta' sommarju, dan it-tagħrif jista' ma jitqiesx.
4. It-tagħrif għandu f'kull każ jitqies bħala konfidenzjali jekk l-iżvelar tiegħu x'aktarx ikollu effett kuntrarju sinifikattiv fuq min ifornih jew fuq is-sors ta' dan it-tagħrif.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali u b'mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni legali u naturali interessati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom.
Artikolu 9
1. L-eżami tax-xejra fl-importazzjonijiet, tal-kundizzjonijiet li fihom isiru u tad-dannu serju jew it-theddida ta' dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet għandhom ikopru b'mod partikolari l-fatturi li ġejjin:
(a) |
il-volum tal-importazzjonijiet, b'mod partikolari fejn ikun hemm żieda sinifikanti, jew f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni jew il-konsum fl-Unjoni; |
(b) |
il-prezz tal-importazzjonijiet, b'mod partikolari fejn ikun sar bejgħ sinifikanti bi prezzijiet inqas meta pparagunat mal-prezz ta' prodott simili fl-Unjoni; |
(c) |
l-impatt b'konsegwenza ta' dan fuq il-produtturi tal-Unjoni kif indikat mix-xejriet f'ċerti fatturi ekonomiċi bħal:
|
(d) |
il-fatturi għajr ix-xejriet fl-importazzjonijiet li jkunu qegħdin jikkawżaw jew setgħu ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni interessati. |
2. Meta tiġi allegata theddida ta' dannu serju, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk huwiex previst b'mod ċar li sitwazzjoni partikolari x'aktarx tiżviluppa f'dannu attwali.
F'dan ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal:
(a) |
ir-rata taż-żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni; |
(b) |
il-kapacità tal-esportazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini jew l-esportazzjoni, kif tkun jew kif x'aktarx li tkun fil-futur qrib, u kemm x'aktarx li din il-kapaċità tiġi wżata għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
KAPITOLU IV
IS-SORVELJANZA
Artikolu 10
1. Fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina minn pajjiż terz kopert b' dan ir-Regolament thedded li tikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni, u fejn l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu, l-importazzjoni ta' dan il-prodott tista' tkun bla ħsara, kif xieraq, għal:
(a) |
is-sorveljanza retroattiva tal-Unjoni mwettqa konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2; |
(b) |
is-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni mwettqa taħt l-Artikolu 11. |
2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3(2).
3. Il-miżuri tas-sorveljanza għandhom ikunu validi għal perjodu limitat taż-żmien. Għajr jekk jkun ipprovdut xorta oħra, dawn għandhom jieqfu milli jibqgħu validi fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tat-tieni sitt xhur li jiġi wara s-sitt xhur li fihom ikunu ġew introdotti l-miżuri.
Artikolu 11
1. Il-prodotti li kienu taħt sorveljanza tal-Unjoni preċedenti jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni libera biss ladarba jiġi prodott dokument ta' sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istati Membri, minghajr ħlas, għal kull kwantità mitluba f'massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi applikazzjoni minn kwalunkwe importatur tal-Unjoni, ikun fejn ikun il-post fl-Unjoni fejn jopera n-negozju tiegħu. Din l-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li ssir, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.
2. Id-dokument ta' sorveljanza għandu jsir fuq formola li tkun bħall-mudell fl-Anness I.
Sakemm id-deċiżjoni li timponi s-sorveljanza ma tgħidx mod ieħor, l-applikazzjoni tal-importatur ghad-dokumenti ta' sorveljanza għandha jkollha li ġej biss:
(a) |
l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inkluż numri tat-telefon u numri tal-fax u numru ieħor li jiddentifika l-applikant mal-awtorità kompetenti nazzjonali), flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT jekk irid iħallas il-VAT; |
(b) |
fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta' min jagħmel d-dikjarazzjoni jew xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax); |
(c) |
deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:
|
(d) |
il-kwantità ddikjarata, f'kilogrammi u, jekk hu l-każ, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.); |
(e) |
il-valur tal-merkanzija, CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, f'euro; |
(f) |
id-dikjarazzjoni li ġejja, bid-data u ffirmata mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b'ittri kbar: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni pprovduta f'din l-applikazzjoni hija veru u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fl-Unjoni.” |
3. Id-dokument tas-sorveljanza għandu jkun validu ġewwa l-Unjoni, ikun min ikun l-Istat Membru li joħorġu.
4. Id-dikjarazzjoni ta' verdett li l-prezz għal kull unità li fuqu tkun saret it-transazzjoni jaqbeż dak indikat fid-dokument tas-sorveljanza b'inqas minn 5 % jew li l-valur totali jew il-kwantità tal-prodotti preżentati għall-importazzjoni jaqbeż il-valur jew il-kwantità mogħtija fid-dokument tas-sorveljanza b'inqas minn 5 % ma tipprekludix ir-rilaxx tal-prodott fil-kwistjoni għal ċirkolazzjoni libera. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet l-opinjonijiet espressi fil-Kumitat u wara li tikkonsidra n-natura tal-prodotti u l-fatturi l-oħra speċjali tat-transazzjonijiet involuti, tista' tiffissa perċentwali differenti li, madankollu, normalment ma għandux jaqbeż il-10 %.
5. Id-dokumenti tas-sorveljanza jistgħu jintużaw biss għal dak iż-żmien li l-arranġamenti għal liberalizzazzjoni tal-importazzjoni jibqgħu fis-seħħ rigward it-transazzjonijiet fil-kwistjoni. Dawn id-dokumenti tas-sorveljanza ma jistgħu fl-ebda każ jintużaw wara li jagħlaq iż-żmien li għandu jiġi stabbilit fl-istess waqt u permezz tal-istess proċedura tal-impożizzjoni tas-sorveljanza, u għandhom iqisu n-natura tal-prodotti u tal-fatturi l-oħra speċjali tat-transazzjonijiet.
6. Meta d-deċiżjoni li tittieħed taħt l-Artikolu 10 hekk titlob, l-oriġini tal-prodotti taħt is-sorveljanza tal-Unjoni jridu jiġu ppruvati permezz ta' ċertifikat tal-oriġini. Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw il-preżentazzjoni ta' kull ċertifikat minn dan.
7. Fejn il-prodott li jkun taħt is-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni jkun bla ħsara għall-miżuri reġjonali ta' salvagwardja fi Stat Membru, l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni konċessa minn dak l-Istat Membru tista' tieħu l-post tad-dokument tas-sorveljanza.
8. Il-formoli tad-dokument ta' sorveljanza u l-estratti tiegħu għandhom ikunu doppji, kopja mmarkata “kopja tad-Detentur” u li ġġib in-numru 1, li tinħareġ lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità kompetenti” li ġġib in-numru 2, li għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ id-dokument. Ghal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni l-awtorità kompetenti tista' żżid kopji supplimentari għal formola 2.
9. Il-formoli ghandhom jiġu stampati fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, li tkun intiża għal kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 grammi kull metru kwadru. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; it-tip ta spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier); dak li hu mniżżel fil-formola għandu jiġi segwit b'mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hu d-dokument ta' sorveljanza nnifsu, għandhom ikollhom ukoll sfond ta' disinn arabesk isfar stampat sabiex jiżvela kull falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi.
10. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti. F'każ ta' dan l-aħħar, għandha tidher referenza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li tidentifika l-istampatur.
Artikolu 12
Fejn l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx ġiet soġġetta għal sorveljanza a priori mill-Unjoni, il-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 17, tista' tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet lejn reġjun wieħed tal-Unjoni jew iktar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tintroduċi s-sorveljanza.
Artikolu 13
1. Prodotti taħt sorveljanza reġjonali jistgħu jiddaħħlu f'ċirkolazzjoni libera fir-reġjun ikkonċernat biss ladarba jiġi prodott dokument ta' sorveljanza. Tali dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), minghajr ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi l-applikazzjoni minn kull importatur tal-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-kummerċ tieghu fl-Unjoni. Din l-applikazzjoni għandha titqies li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tiġi magħmula, sakemm ma jiġix ippruvat xort'oħra. Id-dokumenti ta' sorveljanza jistgħu jintużaw biss sakemm l-arranġamenti għall-importazzjoni jibqgħu liberalizzati fir-rigward tat-transazzjonijiet ikkonċernati.
2. L-Artikolu 11(2) għandu japplika.
Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel għaxart ijiem ta' kull xahar fil-każ ta' sorveljanza tal-Unjoni jew reġjonali:
(a) |
fil-każ ta' sorveljanza minn qabel, id-dettalji tal-ammonti tal-flus (ikkalkolati fuq il-bażi ta' prezzijiet CIF) u l-kwantitajiet tal-oġġetti li rigward tagħhom id-dokumenti tas-sorveljanza jkunu nħarġu matul il-perjodu preċedenti; |
(b) |
f'kull każ, id-dettaliji dwar l-importazzjonijiet matul il-perjodu taż-żmien ta' qabel il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-punt(a). |
It-tagħrif mogħti mill-Istati Membri għandu jiġi maqsum abbażi tal-prodott u l-pajjiż.
Jistgħu jiġu stabbiliti diposizzjonijiet differenti fl-istess żmien u bl-istess proċedura bħall-arranġamenti tas-sorveljanza.
2. Fejn in-natura tal-prodotti u ċ-ċirkostanzi speċjali hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista', fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, temenda t-tabelli taż-żmien għall-preżentazzjoni ta' dan it-tagħrif.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kif xieraq.
KAPITOLU V
MIŻURI TA' SALVAGWARDJA
Artikolu 15
1. Meta prodott jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet miżjuda tant u/jew taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-Unjoni, tista', filwaqt li taġixxi fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:
(a) |
tagħmel limitu għall-perjodu taż-żmien tal-validità tad-dokumenti tas-sorveljanza fis-sens tal-Artikolu 11 li jridu jinħarġu wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-miżura; |
(b) |
tibdel ir-regoli tal-importazzjoni għall-prodott fil-kwistjoni billi tagħmel ir-rilaxx tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, li l-konċessjoni tagħha għandha tkun irregolata minn dawn id-dispożizzjonijiet u bla ħsara għal dawk il-limiti li l-Kummissjoni tista' timponi. |
Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih.
2. Rigward il-Membri tad-WTO, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu biss meta ż-żewġ kondizzjonijiet indikati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġu sodisfatti.
3. Jekk tkun qiegħda tiġi stabbilita kwota, għandu jittieħed kont b'mod partikolari ta':
(a) |
ix-xewqa li jiġu mantnuti, kemm jista' jkun possibbli, il-flussi tradizzjonali tal-kummerċ; |
(b) |
il-volum tal-oġġetti esportati fuq kuntratti konklużi taħt it-termini u l-kondizzjonijiet normali qabel id-dħul fis-seħħ ta' miżura tas-salvagwardja fis-sens ta' dan il-Kapitolu, fejn dawn il-kuntratti jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri interessati; |
(c) |
il-ħtieġa li jiġi evitat li l-kisba tal-għan segwit meta tkun qiegħda tiġi stabbilita l-kwota tiġi pperikolata. |
Kull kwota ma għandhiex tiġi stabbilita taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet fuq il-medda tal-aħħar tliet snin rappreżentattivi li għalihom tkunu disponibbli l-istatistika għajr jekk ikun meħtieġ livell differenti sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju.
4. Fil-każijiet fejn il-kwota tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, l-allokazzjoni tista' tiġi miftiehma ma' dawk minnhom li jkollhom interess sostanzjali li jfornu l-prodott fil-kwistjoni għall-importazzjoni ġewwa l-Unjoni.
Fin-nuqqas ta' dan, il-kwota għandha tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri abbażi tal-proporzjon tas-sehem tagħhom fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni ġewwa l-Unjoni matul il-perjodu rappreżentattiv taż-żmien preċedenti, filwaqt li jitqies kull fattur speċifiku li jkun seta' affettwa jew li jista' jkun qiegħed jaffettwa l-kummerċ fil-prodott.
Sakemm ma tinjorax l-obbligu tagħha li tara li l-konsultazzjonijiet jitmexxew taħt l-awspiċi tal-Kumitat tas-Salvagwardja tad-WTO, l-Unjoni tista' madanakollu titbiegħed minn dan il-metodu ta' allokazzjoni fil-każ ta' dannu serju jekk importazzjonijiet li joriġinaw f'wieħed jew aktar mill-pajjiżi fornituri jkunu żdiedu b'perċentwali sproporzjonat meta mqabbla maż-żieda totali fl-importazzjonijiet tal-prodott konċernat matul perjodu taż-żmien rappreżentattiv preċedenti.
5. Il-miżuri msemmija f'dan Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Taħt l-Artikolu 17 dawn jistgħu jiġu ristretti għal reġjun tal-Unjoni jew iktar.
Madankollu, tali miżuri ma għandhomx jipprevjenu r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li jkunu diġà fi triqthom lejn l-Unjoni sakemm id-destinazzjoni ta' tali prodotti ma tkunx tista' tiġi mibdula u li dawk il-prodotti li, skont l-Artikoli 10 u 11, jistgħu jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk meta jiġi ppreżentat dokument tas-sorveljanza jkunu fil-fatt akkumpanjati minn tali dokument.
6. Fejn l-intervent mill-Kummissjoni jkun intalab minn Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(3), jew f'każijiet ta' urġenza, skont l-Artikolu 3(4), għandha tieħu deċiżjoni fi żmien mhux iktar minn ħamest ijiem tax-xogħol minn mid-data meta tirċievi tali talba.
Artikolu 16
Fejn meħtieġ mill-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(3) u t-termini tal-Kapitolu III, tista' tadotta miżuri xierqa sabiex prodott ma jitħalliex jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjalment akbar u/jew skont dawk it-termini jew kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni tal-istess prodotti jew ta' prodotti f'kompetizzjoni diretta magħhom.
Għandu japplika l-Artikolu 15(2) sa (5).
Artikolu 17
Fejn jirriżulta, primarjament fuq il-bażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 9, li l-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jiġu adottati l-miżuri taħt l-Artikoli 10 u 15 jiġu sodisfatti f'reġjun jew iktar tal-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista' eċċezzjonalment tawtorizza li jiġu applikati miżuri tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja limitati għar-reġjun(i) interessat(i) jekk tikkonsidra li tali miżuri applikati f'dan il-livell ikunu aktar xierqa mill-miżuri applikati fl-Unjoni intiera.
Dawn il-miżuri jridu jkunu temporanji u jridu jfixklu l-operat tas-suq intern mill-inqas possibbli.
Il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10 u 15.
Artikolu 18
Ma tista' tiġi applikata l-ebda miżura ta' salvagwardja għal prodott li joriġina f'pajjiż Membru tad-WTO li qiegħed jiżviluppa sakemm is-sehem ta' dan il-pajjiż fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni fl-Unjoni ma jaqbiżx it-3 %, dment li l-pajjiżi Membri tad-WTO li qegħdin jiżviluppaw u li jkollhom sehem fl-importazzjoni ta' inqas minn 3 % jakkontaw b'mod kollettiv għal mhux aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott interessat.
Artikolu 19
1. It-tul taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja irid ikun limitat għal perjodu ta' żmien meħtieġ sabiex jipprevjeni jew jirrimedja dannu serju u sabiex jiffaċilita l-aġġustament min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Il-perjodu taż-żmien ma għandux jaqbeż l-erba' snin, inkuż it-tul taż-żmien ta' kwalunkwe miżura provviżorja.
2. Dan il-perjodu inizjali taż-żmien jista' jiġi estiż, għajr fil-każ tal-miżuri msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(4) sakemm jiġi stabbilit li:
(a) |
l-miżura tas-salvagwardja tissokta meħtieġa sabiex tipprevjeni jew tirrimedja dannu serju; |
(b) |
ikun hemm evidenza li l-produtturi tal-Unjoni jkunu qegħdin jagħmlu l-aġġustamenti. |
3. Għandhom jiġu adottati estensjonijiet konformement mat-termini tal-Kapitolu III u bl-użu tal-istess proċeduri bħall-miżuri inizjali. Miżura li tiġi estiża b'dan il-mod ma għandhiex tkun aktar restrittiva milli kienet fl-aħħar tal-perjodu inizjali taż-żmien.
4. Jekk it-tul taż-żmien tal-miżura taqbeż is-sena, il-miżura trid tiġi liberalizzata progressivament f'intervalli regolari matul il-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni, li jinkludi l-perjodu taż-żmien tal-estensjoni.
5. Il-perjodu totali taż-żmien tal-applikazzjoni ta' miżura tas-salvagwardja, inklużi l-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni ta' kull miżura provviżorja, il-perjodu inizjali taż-żmien tal-applikazzjoni u kull proroga tiegħu, ma jistax jaqbeż it-tmien snin.
Artikolu 20
1. Filwaqt li tkun fis-seħħ kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja applikata f'konformità mal-Kapitoli IV u V, il-Kummissjoni tista', jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, u mhux aktar tard minn nofs il-perijodu tal-applikazzjoni ta' miżuri li japplikaw għal perijodu ta' żmien ta' iktar minn tliet snin:
(a) |
teżamina l-effetti tal-miżura; |
(b) |
tistabbilixxi jekk ikunx xieraq li jitħaffef il-pass tal-liberalizzazzjoni u b'liema mod; |
(c) |
taċċerta jekk l-applikazzjoni tal-miżura tkunx għadha meħtieġa. |
Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni ta' miżura tkun għadha meħtieġa, hija għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar dan.
2. Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fl-Artikoli 10, 12, 15, 16 u 17 għandha titħassar jew tiġi emendata, hija għandha, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(3), tħassar jew temenda l-miżura.
Fejn id-deċiżjoni tirrigwarda l-miżuri ta' sorveljanza reġjonali, din għandha tapplika mis-sitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 21
1. Fejn l-importazzjonijiet ta' prodott ikunu diġà bla ħsara għal kull miżura ta' salvagwardja, l-ebda miżura ulterjuri ma għandha tiġi applikata għal dan il-prodott sakemm jiskadi t-tul taż-żmien ugwali għall-miżura preċedenti. Dan il-perjodu taż-żmien ma għandux ikun inqas minn sentejn.
2. Minkejja l-paragrafu 1, tista' tiġi imposta mill-ġdid miżura ta' salvagwardja ta' 180 ġurnata jew inqas fuq prodott jekk:
(a) |
tkun għaddiet mill-inqas sena mid-data tal-introduzzjoni ta' kull miżura tas-salvagwardja fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott; u |
(b) |
din il-miżura tas-salvagwardja ma tkunx ġiet applikata għall-istess prodott għal aktar minn darbtejn fil-perjodu taż-żmien ta' ħames snin minnufih qabel id-data tal-introduzzjoni tal-miżura. |
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Fejn meħtieġ fl-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(3), tista' tadotta l-miżuri xierqa li jimplimentaw l-atti leġislattivi sabiex id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ fi prodotti bażiċi, jiġu eżerċitati u jitwettqu f'livell internazzjonali.
Artikolu 23
Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (9).
Artikolu 24
1. Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi milli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mir-regoli speċjali li jkunu jinsabu fi ftehimijiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
2. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-adozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta':
(a) |
projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri tas-sorveljanza għal raġunijiet ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni umani, tal-annimali jew tal-pjanti, il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali; |
(b) |
formalitajiet speċjali li jirrigwardaw il-kambju tal-flus barranin; |
(c) |
formalitajiet introdotti permezz ta' ftehim internazzjonali taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri jew il-formalitajiet li jkun bi ħsiebhom jintroduċu jew jemendaw skont l-ewwel subparagrafu.
F'każ ta' urġenza estrema, dawn il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minnufih mal-adozzjoni tagħhom.
Artikolu 25
1. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjoni tal-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Unjoni jew nazzjonali li joħorġu minnhom jew tal-istrumenti speċifiċi li japplikaw għall-oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli; għandu jaħdem b'mod komplimentari għal dawk l-istrumenti.
2. Fil-każ tal-prodotti li huma koperti permezz tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 10 sa 14 u l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw għal dawk li rigward tagħhom ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi jeħtieġu l-preżentazzjoni ta'-liċenzja jew ta' dokument ieħor tal-importazzjoni.
L-Artikoli 15, 17 u 20 sa 24 ma għandhomx japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom tali regoli jipprovdu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni.
Artikolu 26
Ir-Regolament (KE) Nru 260/2009 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 27
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Marzu 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 2015.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).
(4) Ara l-Anness II.
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimijiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifika tal-Komunità (ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1).
(6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1).
(8) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
ANNESS II
REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MAL-EMENDA GĦALIH
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 |
|
Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il-punt 19 tal-Anness biss |
ANNESS III
TABELLA TA' KORELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 260/2009 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17 |
Artikolu 19 |
Artikolu 18 |
Artikolu 20 |
Artikolu 19 |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 23a |
Artikolu 23 |
Artikoli 24 sa 27 |
Artikoli 24 sa 27 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Anness III |