This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0216
Commission Implementing Decision (EU) 2015/216 of 10 February 2015 amending Decision 2000/572/EC as regards the reference to the Harmonised System (HS) in the model certificate for meat preparations and amending Decision 2007/777/EC as regards the entry for Israel in the list of third countries or parts thereof from which the introduction of meat products and treated stomachs, bladders and intestines into the Union is authorised (notified under document C(2015) 438) Text with EEA relevance
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/216 tal- 10 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2000/572/KE fir-rigward tar-referenza għas-Sistema Armonizzata (SA) fiċ-ċertifikat mudell għal preparazzjonijiet tal-laħam u li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2015) 438) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/216 tal- 10 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2000/572/KE fir-rigward tar-referenza għas-Sistema Armonizzata (SA) fiċ-ċertifikat mudell għal preparazzjonijiet tal-laħam u li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2015) 438) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 36, 12.2.2015, p. 11–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Tmiem parzjali tal-validità Art. 1 Impliċitament imħassar minn 32020R2235 , Date of end of validity: 20/04/2021; Tmiem parzjali tal-validità Art. 2 Impliċitament imħassar minn 32020R0692
12.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/216
tal-10 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2000/572/KE fir-rigward tar-referenza għas-Sistema Armonizzata (SA) fiċ-ċertifikat mudell għal preparazzjonijiet tal-laħam u li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati
(notifikata bid-dokument C(2015) 438)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam, stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, kif definit fl-Anness I tar- Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dawk il-prodotti, sakemm ikun sar it-trattament rilevanti kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness. |
(3) |
L-Iżrael huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE kif awtorizzat, inter alia, għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum uman, miksuba minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, li jkunu ġew soġġetti għat-trattament mhux speċifiku (it-“trattament A”). |
(4) |
F'Ġunju 2014, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta' awditjar fl-Iżrael biex jevalwa l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali għal tjur u prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni (“l-awditu tal-2014”). |
(5) |
Mill-awditu tal-2014 ġew identifikati diversi nuqqasijiet importanti fir-rigward tal-miżuri ta' kontroll tal-mard għall-marda ta' Newcastle u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal prodotti tat-tjur maħsuba għall-introduzzjoni fl-Unjoni, li ġew indirizzati malajr mill-Iżrael. |
(6) |
Minkejja l-isforzi mwettqa mill-Iżrael f'dawn l-aħħar snin flimkien ma' xi titjib fil-bijosigurtà u miżuri oħra preventivi għall-marda ta' Newcastle, għadhom iseħħu regolarment tifqigħat ta' dik il-mard kemm f'farms għall-użu personali kif ukoll fis-setturi kummerċjali tat-tjur, u fil-futur qrib jidher li dik il-marda mhux se tiġi kompletament ikkontrollata u eradikata. |
(7) |
Minħabba l-persistenza tal-vajrus tal-marda ta' Newcastle fl-Iżrael u t-tifqigħat kontinwi f'qatgħat ta' tjur f'irziezet kummerċjali, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti garanziji aħjar għas-sikurezza tal-introduzzjoni ta' prodotti tat-tjur mill-Iżrael lejn l-Unjoni. |
(8) |
It-“trattament A” attwali, li huwa preskritt għall-Iżrael fid-Deċiżjoni 2007/777/KE, ma jippreskrivix li għandha tintlaħaq xi temperatura partikolari matul l-ipproċessar, u għaldaqstant mhuwiex biżżejjed biex jelimina r-riskji għas-saħħa tal-annimali b'rabta mal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum uman miksuba minn laħam tat-tjur, ratiti mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi meta titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali għall-marda ta' Newcastle f'dak il-pajjiż. |
(9) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għalhekk tiġi emendata sabiex tirrikjedi t-trattament “D” li huwa aktar sever, biex b'hekk il-prodotti kollha jiġu pproċessati f'temperatura minima ta' 70 °C biex jinattiva kull vajrus tal-marda ta' Newcastle li jista' jkun preżenti fil-materja prima. |
(10) |
Minħabba s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Iżrael, huwa previst ukoll li għall-introduzzjoni ta' prodotti oħra tat-tjur koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni, jiġu introdotti restrizzjonijiet tal-introduzzjoni jew rekwiżiti addizzjonali għas-saħħa tal-annimali inkluż l-ittestjar fil-laboratorju sabiex jiżdied il-livell tal-garanziji għal dawn il-prodotti permezz ta' emenda ta' dan l-att. |
(11) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE (5) jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika għall-preparazzjonijiet tal-laħam maħsuba għall-kunsinna lejn il-Komunita Ewropea minn pajjiżi terzi u l-Anness III jistipula ċertifikat mudell għat-tranżitu u l-ħażna ta' preparazzjonijiet tal-laħam. Skont il-Parti I tan-Noti stabbiliti f'dawk iċ-ċertifikati mudell, il-prodotti li jiġu importati jew jgħaddu mill-Unjoni għandhom jiġu deskritti bl-inklużjoni ta' referenza għal kodiċijiet HS 02.10, 16.01 u 16.02 rilevanti. |
(12) |
Madankollu, ċerti oġġetti tal-ikel li joriġinaw minn tjur u li huma definiti bħala preparazzjonijiet tal-laħam mhumiex koperti b'dawk il-kodiċijiet HS. Għat-twettiq ta' ċertifikazzjoni korretta ta' dawk il-prodotti, jeħtieġ li fil-Parti 1 tan-Noti tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika għall-preparazzjonijiet tal-laħam maħsuba għall-kunsinna minn pajjiżi terzi lejn il-Komunita Ewropea u fiċ-ċertifikat mudell għat-tranżitu u l-ħażna ta' preparazzjonijiet tal-laħam, jiżdied il-kodiċi HS 02.07. |
(13) |
Sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet żejda għall-kummerċ, din id-Deċiżjoni għandha tistipula perjodu tranżitorju biex jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum uman miksuba minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi kif ukoll kunsinni ta' preparazzjonijiet tal-laħam prodotti, mibgħuta jew fi triqithom lejn l-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. |
(14) |
Għal raġunijiet ta' trasparenza tas-suq u skont il-liġi pubblika internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-kopertura territorjali taċ-ċertifikati hija limitata għat-territorju tal-Istat tal-Iżrael bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent, li għandhom jiġu indikati fil-Parti 2 tal-Anness II. |
(15) |
Id-Deċiżjonijiet 2000/572/KE u 2007/777/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni 2000/572/KE
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2000/572/KE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Emendi tad-Deċiżjoni 2007/777/KE
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet tranżitorji għall-emendi tad-Deċiżjoni 2007/777/KE
Għal perjodu tranżitorju sat-28 ta' Frar 2015, kunsinni li joriġinaw fl-Iżrael, inklużi dawk li jinġarru fuq l-ibħra, ta' prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati miksuba minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jkunu ġew soġġetti għat-trattament mhux speċifiku “A” stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE kif meħtieġ minn dik id-Deċiżjoni, qabel l-emendi magħmula minn din id-Deċiżjoni, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, sakemm dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa pubblika u tal-annimali, mimli, iffirmat u datat mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2015, f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE tat-8 ta' Settembru 2000 li tfassal kundizzjonijiet dwar annimali u saħħa pubblika u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' kapuljat u preparazzjonijiet ta' laħam minn pajjiżi terzi (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 19).
ANNESS I
Fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2000/572/KE, fil-Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika għall-preparazzjonijiet tal-laħam maħsuba għall-kunsinna minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità Ewropea u ċ-Ċertifikat Mudell għat-tranżitu/ħażna, fil-Parti I tan-Noti, il-linja “— Kaxxa ta' referenza I.19: Uża l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (HS — Harmonised System) tal-Organizzazzjoni Doganali Dinjija: 02.10, 16.01 jew 16.02.” tinbidel b'dan li ġej:
“— |
Kaxxa ta' referenza I.19: Uża l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (HS — Harmonised System) tal-Organizzazzjoni Doganali Dinjija: 02.07, 02.10, 16.01 jew 16.02” |
ANNESS II
Il-Pari 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendat kif ġej:
1. |
l-annotazzjoni għall-Iżrael tinbidel b'dan li ġej:
|
2. |
tiżdied din in-nota ta' qiegħ il-paġna:
|