Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0202

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/202 tad- 9 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

    ĠU L 33, 10.2.2015, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/202/oj

    10.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 33/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/202

    tad-9 ta' Frar 2015

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (1).

    (2)

    Deroga mill-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna għandha tiġi introdotta sabiex tippermetti l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti għall-użu ċivili biss fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew ta' infrastruttura.

    (3)

    Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex tiġi implimentata dik il-miżura,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjoni 2010/656/PESK, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 1a

    L-Artikolu 1 m'għandux japplika għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċertu tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna fejn it-tagħmir jintuża għall-użu ċivili biss fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew ta' infrastruttura, soġġett għall-awtorizzazzjoni skont il-każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta.”

    .

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28).


    Top