This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0118
Council Implementing Decision (CFSP) 2015/118 of 26 January 2015 implementing Decision 2010/656/CFSP renewing the restrictive measures against Côte d'Ivoire
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/118 tas- 26 ta' Jannar 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/118 tas- 26 ta' Jannar 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
ĠU L 20, 27.1.2015, p. 87–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917
27.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/87 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/118
tas-26 ta' Jannar 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK. |
(2) |
Fl-20 ta' Novembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Côte d'Ivoire ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 sa 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni. |
(3) |
Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
ANNESS
L-entrata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għall-persuna li ġejja hija mħassra:
Alcide DJÉDJÉ