Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0400

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 tat- 22 ta' April 2014 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 119, 23.4.2014, p. 44–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32015R0595

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/400/oj

23.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 400/2014

tat-22 ta' April 2014

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm kompla taħt Regolamenti konsekuttivi tal-Kumissjoni. L-aħħar wieħed minn dawn kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 (3).

(2)

Hemm bejn 30 u 40 oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu ssorveljati f'dawk il-prodotti tal-ikel fuq sensiela ta' ċikli ta' tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

(3)

Fuq il-bażi ta' distribuzzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-analiżi ta' 654 kampjun jippermetti, b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, l-iskoperta ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom residwi ta' livell ogħla minn dak il-limitu (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' verifika preċedenti tal-Unjoni tqiesu biex ikun żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' verifika tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

(5)

Gwida dwar il-proċeduri ta' verifika analitika tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżijiet tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni (5).

(6)

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew mir-reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali.

(7)

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6)  (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li jirreletaw mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri.

(8)

Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8) li tinkorpora l-metodi tat-teħid ta' kampjuni rrakkomandati fil-Codex Alimentarius li għandha tapplika l-Kummissjoni.

(9)

Jeħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (10) humiex jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jagħmlu użu mis-servizzi ta' laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa.

(11)

Sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti.

(12)

Biex jiġi evitat li jkun hemm konfużjoni minħabba koinċidenza bejn programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jkunu ttieħdu fl-2013 u fl-2014.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri, matul is-snin 2015, 2016 u 2017, għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li minnu għandu jittieħed kampjun għandu jintgħażel b'mod każwali.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni, inkluż l-għadd ta' unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

3.   Għall-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni jridu jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif inhuma proposti lesti għall-konsum, jew rikostitwiti, skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-limiti massimi tar-residwi (MRLs) stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati dwar il-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sal-31 ta' Awwissu 2016, 2017 u 2018 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.

Artikolu 4

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 huwa mħassar.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2013 u fl-2014.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 tal-31 ta' Awwissu 2012 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2013, l-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 235, 1.9.2012, p. 8).

(4)  Codex Alimentarius, Pesticide Residues in Food, Ruma, 1993, ISBN 92-5-103271-8; Vol. 2, p. 372.

(5)  Id-dokument Nru SANCO/12571/2013

http://ec.europa.eu/food/plant/plant_protection_products/guidance_documents/docs/qualcontrol_en.pdf

(6)  Standard sample description for food and feed (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).

(7)  L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA għar-rappurtar ta' dejta dwar il-verifiki marbutin mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Journal 2013; 11(1): 3076).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill [tal-Kummissjoni] 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).


ANNESS I

Parti A: Prodotti ta' oriġini mill-pjanti li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2015, fl-2016 u fl-2017

2015

2016

2017

(b)

(c)

(a)

Brunġiel

Tuffieħ

Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata)

Banana

Kaboċċa kkapoċċata

Karrotti

Brokkoli

Kurrat

Ħjar

Għeneb għall-ikel

Ħass

Larinġ

Meraq tal-larinġ

Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili

Mandolin

Fażola mingħajr miżwed (friska jew iffriżata)

Segala jew ħafur

Lanġas

Bżar (ħelu)

Frawli

Patata

Qamħ

Tadam

Ross

Żejt taż-żebbuġa verġni (Sakemm ma jkunx disponibbli fattur tal-ipproċessar taż-żejt speċifiku, il-fattur tal-ipproċessar taż-żejt = 5, filwaqt li titqies produzzjoni standard ta' żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ġabra taż-żebbuġ. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”).

Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk ma jkunx hemm fattur speċifiku tal-ipproċessar disponibbli, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”).

Spinaċi


Parti B: Prodotti ta' oriġini mill-annimali li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2015, fl-2016 u fl-2017

2015

2016

2017

(d)

(e)

(f)

Butir

Ħalib tal-baqar

Muskoli u xaħam tal-pollam

Bajd tat-tiġieġ

Muskoli u xaħam tal-ħnieżer

Fwied (annimali bovini u ruminanti oħra, ħnieżer u tajr)


Parti C: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-pjanti

 

2015

2016

2017

Kummenti

2-Fenilfenol

(b)

(c)

(a)

 

Abamektina

(b)

(c)

(a)

 

Aċefat

(b)

(c)

(a)

 

Aċetamiprid

(b)

(c)

(a)

 

Akrinatrina

(b)

(c)

(a)

 

Aldikarb

(b)

(c)

(a)

 

Aldrin u dieldrin

(b)

(c)

(a)

 

Ażinfosmetil

(b)

(c)

(a)

 

Ażossistrobina

(b)

(c)

(a)

 

Bifentrin

(b)

(c)

(a)

 

Bifenil

(b)

(c)

(a)

 

Bitertanol

(b)

(c)

(a)

 

Boskalid

(b)

(c)

(a)

 

Jonju tal-bromur

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-bżar ħelu fl-2015 biss; fuq il-ħass u t-tadam fl-2016; fuq ir-ross fl-2017 biss.

Bromopropilat

(b)

(c)

(a)

 

Bupirimat

(b)

(c)

(a)

 

Buprofeżin

(b)

(c)

(a)

 

Kaptan

(b)

(c)

(a)

 

Karbaril

(b)

(c)

(a)

 

Karbendażim u benomil

(b)

(c)

(a)

 

Karbofuran

(b)

(c)

(a)

 

Karbosulfan

(b)

(c)

(a)

 

Klorantraniliprol

(b)

(c)

(a)

 

Klorfenapir

(b)

(c)

(a)

 

Klormekwat

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel, fuq l-għeneb għall-ikel u fuq il-qamħ fl-2015 biss; fuq is-segala jew fuq il-ħafur, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016; fuq iz-zunnarija, il-lanġas u r-ross fl-2017.

Klorotalonil

(b)

(c)

(a)

 

Klorprofam

(b)

(c)

(a)

 

Klorpirifos

(b)

(c)

(a)

 

Klorpirifosmetil

(b)

(c)

(a)

 

Klofenteżina

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Klotijanidin

(b)

(c)

(a)

Ara wkoll it-tijametossam.

Ċiflutrin

(b)

(c)

(a)

 

Ċipermetrina

(b)

(c)

(a)

 

Ċiprokonażol

(b)

(c)

(a)

 

Ċiprodinil

(b)

(c)

(a)

 

Deltametrina

(b)

(c)

(a)

 

Diażinon

(b)

(c)

(a)

 

Diklorvos

(b)

(c)

(a)

 

Dikloran

(b)

(c)

(a)

 

Dikofol

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Dietofenkarb

(b)

(c)

(a)

 

Difenokonażol

(b)

(c)

(a)

 

Diflubenżuron

(b)

(c)

(a)

 

Dimetoat

(b)

(c)

(a)

 

Dimetomorf

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Dinikonażol

(b)

(c)

(a)

 

Difenilammina

(b)

(c)

(a)

 

Ditijanon

(b)

(c)

(a)

 

Ditiokarbammati

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti elenkati kollha ħlief fil-meraq tal-larinġ u fiż-żejt taż-żebbuġa.

Dodina

(b)

(c)

(a)

 

Endosulfan

(b)

(c)

(a)

 

EPN

(b)

(c)

(a)

 

Epossikonażol

(b)

(c)

(a)

 

Etefon

(b)

(c)

(a)

Dan għandu jiġu analizzat fil-meraq tal-larinġ, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fl-għeneb għall-ikel fl-2015 biss; fuq it-tuffieħ, is-segala jew il-ħafur, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016; fuq il-larinġ, il-mandolin u r-ross fl-2017.

Etjon

(b)

(c)

(a)

 

Etirimol

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Etofenproks

(b)

(c)

(a)

 

Famossadon

(b)

(c)

(a)

 

Fenamidon

(b)

(c)

(a)

 

Fenamifos

(b)

(c)

(a)

 

Fenarimol

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Fenażakwin

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Fenbukonażol

(b)

(c)

(a)

 

Ossidu tal-fenbutatin

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel, il-bżar ħelu u fl-għeneb għall-ikel fl-2015 biss; fuq it-tuffieħ u t-tadam fl-2016; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-lanġas fl-2017.

Feneżamid

(b)

(c)

(a)

 

Fenitrotijon

(b)

(c)

(a)

 

Fenossikarb

(b)

(c)

(a)

 

Fenpropatrina

(b)

(c)

(a)

 

Fenpropidin

(b)

(c)

(a)

 

Fenpropimorf

(b)

(c)

(a)

 

Fenpirossimat

(b)

(c)

(a)

 

Fentijon

(b)

(c)

(a)

 

Fenvalerat u Esfenvalerat

(b)

(c)

(a)

 

Fipronil

(b)

(c)

(a)

 

Fludiossonil

(b)

(c)

(a)

 

Flufenossuron

(b)

(c)

(a)

 

Fluwopiram

(b)

(c)

(a)

 

Flukwinkonażol

(b)

(c)

(a)

 

Flusilażol

(b)

(c)

(a)

 

Flutrijafol

(b)

(c)

(a)

 

Folpet

(b)

(c)

(a)

 

Formetanat

(b)

(c)

(a)

 

Fostijażat

(b)

(c)

(a)

 

Glifosat

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-qamħ fl-2015 biss; fuq is-segala jew fuq il-ħafur fl-2016 u fuq ir-ross fl-2017.

Eżakonażol

(b)

(c)

(a)

 

Eżitiażoss

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Imażalil

(b)

(c)

(a)

 

Imidakloprid

(b)

(c)

(a)

 

Indossakarb

(b)

(c)

(a)

 

Iprodion

(b)

(c)

(a)

 

Iprovalikarb

(b)

(c)

(a)

 

Isokarbofos

(b)

(c)

(a)

 

Isoprotijolan

 

 

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq ir-ross fl-2017 biss. Mhux rilevanti għall-prodotti li għandhom jiġu analizzati fl-2015 u fl-2016.

Kreżossimmetil

(b)

(c)

(a)

 

Lambda-ċialotrin

(b)

(c)

(a)

 

Linuron

(b)

(c)

(a)

 

Lufenuron

(b)

(c)

(a)

 

Malatjon

(b)

(c)

(a)

 

Mandipropammid

(b)

(c)

(a)

 

Mepanipirim

(b)

(c)

(a)

 

Mepikwat

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-qamħ fl-2015 biss; fuq is-segala jew fuq il-ħafur, u fuq it-tadam fl-2016; fuq il-lanġas u r-ross fl-2017.

Metalassil u metalassil-M

(b)

(c)

(a)

 

Metamidofos

(b)

(c)

(a)

 

Metidatjon

(b)

(c)

(a)

 

Metijokarb

(b)

(c)

(a)

 

Metomil u tjodikarb

(b)

(c)

(a)

 

Metossifenożid

(b)

(c)

(a)

 

Monokrotofos

(b)

(c)

(a)

 

Miklobutanil

(b)

(c)

(a)

 

Ossadissil

(b)

(c)

(a)

 

Ossamil

(b)

(c)

(a)

 

Ossidemetonmetil

(b)

(c)

(a)

 

Paklobutrażol

(b)

(c)

(a)

 

Paratjon

(b)

(c)

(a)

 

Paratjonmetil

(b)

(c)

(a)

 

Penkonażol

(b)

(c)

(a)

 

Penċikuron

(b)

(c)

(a)

 

Pendimetalin

(b)

(c)

(a)

 

Permetrin

(b)

(c)

(a)

 

Fosmet

(b)

(c)

(a)

 

Pirimikarb

(b)

(c)

(a)

 

Pirimifosmetil

(b)

(c)

(a)

 

Proċimidon

(b)

(c)

(a)

 

Profenofos

(b)

(c)

(a)

 

Propamokarb

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel, fuq il-brokkoli, fuq il-piżelli mingħajr miżwed u fuq il-bżar ħelu fl-2015; fuq it-tuffieħ, fuq il-kaboċċa kkapoċċata fuq il-ħass, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016; fuq il-fażola, fuq iz-zunnarija, fuq il-ħjar, fuq il-larinġ u l-mandolin, fuq il-patata, l-ispinaċi u l-frawli fl-2017.

Proparġit

(b)

(c)

(a)

 

Propikonażol

(b)

(c)

(a)

 

Propiżammid

(b)

(c)

(a)

 

Pimetrożina

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-brunġiel u l-bżar ħelu fl-2015 biss; fuq il-kaboċċa kkapoċċata fuq il-ħass, fuq il-frawli u t-tadam fl-2016; fuq il-ħjar fl-2017.

Piraklostrobin

(b)

(c)

(a)

 

Piridaben

(b)

(c)

(a)

 

Pirimetanil

(b)

(c)

(a)

 

Piriprossifen

(b)

(c)

(a)

 

Kinossifen

(b)

(c)

(a)

 

Spinosad

(b)

(c)

(a)

 

Spirodiklofen

(b)

(c)

(a)

 

Spiromesifen

(b)

(c)

(a)

 

Spirossammina

(b)

(c)

(a)

 

Taw-Fluvalinat

(b)

(c)

(a)

 

Tebukonażol

(b)

(c)

(a)

 

Tebufenożid

(b)

(c)

(a)

 

Tebufenpirad

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Teflubenżuron

(b)

(c)

(a)

 

Teflutrina

(b)

(c)

(a)

 

Terbutilażina

(b)

(c)

(a)

 

Tetrakonażol

(b)

(c)

(a)

 

Tetradifon

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Tijabendażol

(b)

(c)

(a)

 

Tijakloprid

(b)

(c)

(a)

 

Tijametossam

(b)

(c)

(a)

 

Tijofanat-metil

(b)

(c)

(a)

 

Tolklofos-metil

(b)

(c)

(a)

 

Tolilfluwanid

(b)

(c)

(a)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Trijadimefon u trijadimenol

(b)

(c)

(a)

 

Trijażofos

(b)

(c)

(a)

 

Triflossistrobin

(b)

(c)

(a)

 

Triflumuron

(b)

(c)

(a)

 


Parti D: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali

 

2015

2016

2017

Kummenti

Aldrin u dieldrin

(d)

(e)

(f)

 

Bifentrin

(d)

(e)

(f)

 

Klordan

(d)

(e)

(f)

 

Klorpirifos

(d)

(e)

(f)

 

Klorpirifosmetil

(d)

(e)

(f)

 

Ċipermetrina

(d)

(e)

(f)

 

DDT

(d)

(e)

(f)

 

Deltametrina

(d)

(e)

(f)

 

Diażinon

(d)

(e)

(f)

 

Endosulfan

(d)

(e)

(f)

 

Famossadon

(d)

(e)

(f)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-butir fl-2015 biss; fil-ħalib fl-2016; fil-fwied fl-2017.

Fenvalerat u Esfenvalerat

(d)

(e)

(f)

 

Glifosat

 

(e)

(f)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-ħalib fl-2016 biss; fil-fwied il-muskoli u x-xaħam tal-pollam fl-2017.

Eptaklor

(d)

(e)

(f)

 

Eżaklorobenżen

(d)

(e)

(f)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru Alfa

(d)

(e)

(f)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru Beta

(d)

(e)

(f)

 

Indossakarb

(d)

(e)

 

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-butir fl-2015 biss; fil-ħalib fl-2016.

Lindane

(d)

(e)

(f)

 

Metossiklor

(d)

(e)

(f)

 

Paratjon

(d)

(e)

(f)

 

Permetrin

(d)

(e)

(f)

 

Pirimifosmetil

(d)

(e)

(f)

 

Spinosad

 

 

(f)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-fwied fl-2017 biss.


ANNESS II

L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull prodott u jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2015 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2016 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza, b'kollox, għaxar kampjuni ta' ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2017 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment għat-trabi.

(3)

Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampuni mill-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawn il-prodotti f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu tas-soltu ta' mmirar biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Għadd ta' kampjuni għal kull Stat Membru:

Stat Membru

Kampjuni

 

Stat Membru

Kampjuni

BE

12 (*)

 

LU

12 (*)

15 (**)

15 (**)

BG

12 (*)

HU

12 (*)

15 (**)

15 (**)

CZ

12 (*)

MT

12 (*)

15 (**)

15 (**)

DK

12 (*)

NL

17

15 (**)

 

DE

93

AT

12 (*)

 

15 (**)

EE

12 (*)

PL

45

15 (**)

 

EL

12 (*)

PT

12 (*)

15 (**)

15 (**)

ES

45

RO

17

 

 

FR

66

SI

12 (*)

 

15 (**)

IE

12 (*)

 

SK

12 (*)

15 (**)

15 (**)

IT

65

FI

12 (*)

 

15 (**)

CY

12 (*)

SE

12 (*)

15 (**)

15 (**)

LV

12 (*)

UK

66

15 (**)

 

LT

12 (*)

HR

12 (*)

15 (**)

15 (**)

L-GĦADD MINIMU TOTALI TA' KAMPJUNI: 654


(*)  L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu individwali ta’ analiżi ta’ residwu applikat.

(**)  L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu individwali ta’ analiżi ta’ residwi multipli applikat.


Top