EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0174

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2014 tal- 25 ta’ Frar 2014 dwar ir-Regolament ta' emenda (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju rigward l-identifikazzjoni ta' persuni fil-kuntest ta' Ftehimiet ta' Rikonoxximent Reċiproku ta' AEO Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 56, 26.2.2014, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/174/oj

26.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 174/2014

tal-25 ta’ Frar 2014

dwar ir-Regolament ta' emenda (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju rigward l-identifikazzjoni ta' persuni fil-kuntest ta' Ftehimiet ta' Rikonoxximent Reċiproku ta' AEO

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni tagħraf il-programmi ta’ sħubija kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi terzi li ġew żviluppati b'konformità mal-Qafas ta’ Standards tal-Organizzazzjoni Doganali Dinjija għas-Sigurtà u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ Globali. Bħala riżultat ta' dan, l-Unjoni tagħti ffaċilitar lil dawk l-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li jkollhom stejtus ta' sħubija bħala parti minn programm ta' sħubija kummerċjali tal-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż terz.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 58/2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) introduċa l-mezz biex ikun identifikat fid-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul l-istejtus ta' sħubija ta' kunsinnatur skont il-programmi ta' sħubija kummerċjali.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġi estiż l-obbligu li wieħed jipprovdi numru ta’ identifikazzjoni sabiex tittejjeb l-analiżi tar-riskju billi jiġi identifikat it-trasportatur f’forma kodifikata fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

(4)

Sabiex jiġu pprovduti l-faċilitajiet relevanti lil persuni, għajr il-kunsinnatur iddikjarat f'dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew ħruġ jew f'dikjarazzjoni doganali li tissostitwiha, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-Annessi 30A, 37 u 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (3) sabiex ikun jista' jiġi indikat in-numru uniku tal-pajjiż terz ta' dawk il-persuni li dak il-pajjiż terz ikkonċernat ikun qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Unjoni. Dak in-numru jista' jiġi indikat minflok in-numru tal-EORI tal-persuna kkonċernata.

(5)

Għandhom isiru kjarifiki rigward l-użu tal-isem u l-indirizz jew in-numri ta’ kodiċi sabiex jiġu identifikati l-partijiet fl-Anness 30A.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punti li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 41(3):

“(f)

Huwa jaġixxi bħala trasportatur kif imsemmi fl-Artikolu 181b fejn jirrigwarda trasport bil-baħar, bil-passaġġi tal-ilma interni jew bl-ajru sakemm ma jkunx assenjat numru ta’ identifikazzjoni uniku ta' pajjiż terz li jkun sar disponibbli fil-qafas ta’ programm ta’ sħubija kummerċjali ta' pajjiżi terzi li huwa rrikonoxxut mill-Unjoni; dan japplika mingħajr preġudizzju għall-punt (b).

(g)

Huwa jaġixxi bħala trasportatur li għandu konnessjoni mas-sistema doganali u jixtieq jirċievi kwalunkwe min-notifiki stipulati fl-Artikolu 183(6) u (8) jew fl-Artikolu 184d(2).”

(2)

L-Anness 30A hu emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness 37 hu emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness 38 hu emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2013, p. 19.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Fl-Anness 30A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, it-Taqsima 4 bit-titolu “Noti ta' spjegazzjoni dwar l-elementi tad-dejta” hija emendata kif ġej:

(1)

In-nota ta’ spjegazzjoni dwar l-elementi tad-dejta bit-titolu “Kunsinnatur” hija sostitwita b’li ġej:

Kunsinnatur

Il-parti li qed tikkunsinna l-merkanzija kif stipulat fil-kuntratt tat-trasport mill-parti li qed tordna t-trasport.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ:

Din l-informazzjoni trid tingħata meta tkun differenti mill-persuna li qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Din l-informazzjoni tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-kunsinnatur, kull meta dan in-numru jkun magħruf mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Jekk in-numru tal-EORI tal-kunsinnatur ma jkunx disponibbli, jingħata l-isem u l-indirizz sħiħ tal-kunsinnatur. Meta d-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ikunu inklużi f’dikjarazzjoni doganali b'konformità mal-Artikolu 182b(3) tal-Kodiċi u mal-Artikolu 216 ta’ dan ir-Regolament, din l-informazzjoni tkun tikkorrispondi mal-‘Kunsinnatur/Esportatur’ ta’ dik id-dikjarazzjoni doganali.

Meta jingħataw faċilitazzjonijiet fil-qafas ta’ programm ta’ sħubija kummerċjali ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni, din l-informazzjoni tista’ tieħu l-forma tan-numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ pajjiz terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. Dan in-numru jista’ jintuża kull meta jkun disponibbli għall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.

L-istruttura tan-numru tkun kif ġej:

Qasam

Kontenut

Tip ta’ qasam

Format

Eżempji

1

Identifikatur tal-pajjiż terz (kodiċi tal-pajjiż ISO alfa 2)

Alfabetiku 2

a2

US

JP

CH

2

Numru uniku ta’ identifikazzjoni f’pajjiż terz

Alfanumeriku sa 15

an..15

1234567890ABCDE

AbCd9875F

pt20130101aa

Eżempji: ‘US1234567890ABCDE’ għal kunsinnatur fl-Istati Uniti (kodiċi tal-pajjiż: US) li n-numru uniku ta' identifikazzjoni tiegħu huwa 1234567890ABCDE. ‘JPAbCd9875F’ għal kunsinnatur fil-Ġappun (kodiċi tal-pajjiż: JP) li n-numru uniku ta' identifikazzjoni tiegħu huwa AbCd9875F. ‘CHpt20130101aa’ għal kunsinnatur fl-Isvizzera (kodiċi tal-pajjiż: CH) li n-numru uniku ta' identifikazzjoni tiegħu huwa pt20130101aa.

Identifikatur tal-pajjiż terz: il-kodiċijiet alfabetiċi tal-Unjoni Ewropea għall-pajjiżi u t-territorji huma bbażati fuq il-kodiċijiet ISO alfa 2 kurrenti (a2) sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-kodiċijiet tal-pajjiżi stipulati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Meta jingħata n-numru tal-EORI ta' kunsinnatur jew in-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz kunsinnatur, l-isem u l-indirizz tiegħu ma jiġux ipprovduti.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul:

Din l-informazzjoni tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-kunsinnatur, kull meta dan in-numru jkun magħruf mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Jekk in-numru tal-EORI tal-kunsinnatur ma jkunx disponibbli, jingħata l-isem u l-indirizz sħiħ tal-kunsinnatur.

Meta jingħataw faċilitazzjonijiet fil-qafas ta’ xi programm ta’ sħubija kummerċjali ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni, din l-informazzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ pajjiz terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. Dak in-numru jista’ jintuża kull meta jkun disponibbli għall-persuna li tissottometti d-dikjarazzjoni fil-qosor. L-istruttura ta’ dak in-numru tikkorrispondi għall-istruttura kif speċifikata fil-parti tad-‘Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ’ ta' din in-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta.

Meta n-numru tal-EORI ta' kunsinnatur jew in-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz kunsinnatur huwa pprovdut, l-isem u l-indirizz tiegħu ma jiġux ipprovduti.

(*)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.”"

(2)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta intitolata “Persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din l-informazzjoni tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor iżda isimha u l-indirizz tagħha ma jiġux ipprovduti.”

(3)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta intitolata “Persuna li qed titlob id-devjazzjoni” hija sostitwita b’li ġej:

Persuna li qed titlob id-devjazzjoni

Talba għal devjazzjoni: Il-persuna li qed titlob id-devjazzjoni mad-dħul. Din l-informazzjoni tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-persuna li tkun qed titlob id-devjazzjoni iżda l-isem u l-indirizz tagħha ma jiġux ipprovduti.”

(4)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta bit-titolu “Destinatarju:” hija sostitwita b’li ġej:

Destinatarju

Il-parti li tirċievi effettivament il-kunsinna.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ: Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 789, din l-informazzjoni fil-forma tal-isem u l-indirizz sħiħ tad-destinatarju jiġi pprovdut meta jkun disponibbli. Meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza ta' karigu negozjabbli li tkun ‘to order blank endorsed’ (‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’), u d-destinatarju ma jkunx magħruf, minflok id-dettalji tiegħu jitniżżel il-kodiċi segwenti fil-Kaxxa 44 ta' dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni:

Bażi legali

Suġġett

Kaxxa

Kodiċi

Anness 30A

Sitwazzjonijiet li jirrigwardaw poloz ta' karigu negozjabbli li jkunu ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’, fil-każ ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ, fejn id-dettalji tad-destinatarju mhumiex magħrufa.

44

30600

Jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tad-destinatarju, kull meta dan in-numru jkun magħruf mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Jekk in-numru tal-EORI tad-destinatarju ma jkunx disponibbli, jiġi pprovdut l-isem u l-indirizz sħiħ tad-destinatarju.

Meta jingħataw faċilitazzjonijiet fil-qafas ta’ xi programm ta’ sħubija kummerċjali ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni, din l-informazzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ pajjiz terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. Dak in-numru jista’ jintuża kull meta jkun disponibbli għall-persuna tkun qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. L-istruttura ta’ dan in-numru tikkorrispondi għall-istruttura kif speċifikata fil-parti tad-‘Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ‘ tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta intitolata ‘Kunsinnatur’.

Meta n-numru tal-EORI tad-destinatarju jew in-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz destinatarju jiġi pprovdut, l-isem u l-indirizz tiegħu ma jiġux ipprovduti.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul: Din l-informazzjoni trid tingħata meta tkun differenti mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza ta' karigu negozjabbli li tkun ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’, id-destinatarju ma jkunx magħruf u minflok id-dettalji tiegħu jitniżżel il-kodiċi li ġej 10600:

Bażi legali

Suġġett

 

Kodiċi

Anness 30A

Sitwazzjonijiet li jirrigwardaw poloz ta' karigu negozzjabbli li huma ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’, fil-każ ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul, fejn id-dettalji tad-destinatarju mhumiex magħrufa

 

10600

Meta din l-informazzjoni trid tingħata, tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tad-destinatarju, kull meta dan in-numru jkun magħruf mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Jekk in-numru tal-EORI tad-destinatarju ma jkunx disponibbli, jiġi pprovdut l-isem u l-indirizz sħiħ tad-destinatarju.

Meta jingħataw faċilitazzjonijiet fil-qafas ta’ xi programm ta’ sħubija kummerċjali ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni, din l-informazzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ pajjiz terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. Dan in-numru jista’ jintuża kull meta jkun disponibbli għall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. L-istruttura ta’ dan in-numru tikkorrispondi għall-istruttura kif speċifikata fil-parti tad-‘Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ’ tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta ‘Kunsinnatur’.

Meta n-numru tal-EORI tad-destinatarju jew in-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz destinatarju jiġi pprovdut, l-isem u l-indirizz tiegħu ma jiġux ipprovduti.”

(5)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Trasportatur” hija sostitwita b’li ġej:

Trasportatur

Din l-informazzjoni ma tiġix ipprovduta meta tkun identika għall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ħlief meta l-faċilitazzjonijiet jingħataw fil-qafas ta' programm kummerċjali ta' sħubija ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni. F'dan il-każ, din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta u tieħu l-forma tan-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. L-istruttura ta’ dan in-numru tikkorrispondi għall-istruttura kif speċifikata fil-parti tad-‘Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ’ tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta intitolata ‘Kunsinnatur’.

Meta din l-informazzjoni tkun differenti mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor, din l-informazzjoni tieħu l-forma tal-isem u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

Din tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tat-trasportatur jew in-numru uniku ta' identifikazzjoni tal-pajjiż terz trasportatur:

kull meta jkun disponibbli għall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor u/jew

fejn jikkonċerna t-trasport bil-baħar, bil-passaġġi tal-ilma interni jew bl-ajru.

Dan jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tat-trasportatur, jekk it-trasportatur għandu konnessjoni mas-sistema doganali u jkun jixtieq jirċievi kwalunkwe notifika stipulata fl-Artikolu 183(6) u (8) jew fl-Artikolu 184d(2).

Fejn in-numru tal-EORI ta' trasportatur jew in-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz trasportatur jiġi pprovdut, l-isem u l-indirizz tiegħu ma jiġux ipprovduti.”

(6)

L-ewwel paragrafu tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Parti destinatarja tan-notifika” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-parti li trid tiġi nnotifikata fid-dħul bil-wasla tal-merkanzija. Din l-informazzjoni trid tingħata fejn applikabbli. Din tieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-parti destinatarja tan-notifika, kull meta dan in-numru jkun magħruf mill-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Jekk in-numru tal-EORI tal-parti destinatarja tan-notifika ma jkunx disponibbli, jingħata l-isem u l-indirizz sħiħ tal-parti destinatarja tan-notifika.

Meta jingħataw faċilitazzjonijiet fil-qafas ta’ xi programm ta’ sħubija kummerċjali ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni, din l-informazzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ pajjiz terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. Dan in-numru jista’ jintuża kull meta jkun disponibbli għall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. L-istruttura ta’ dak in-numru tikkorrispondi għall-istruttura kif speċifikata fil-parti tad-‘Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ’ tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta intitolata ‘Kunsinnatur’.

Meta n-numru tal-EORI tal-parti destinatarja tan-notifika jew in-numru uniku ta’ identifikazzjoni ta' pajjiż terz tal-parti destinatarja tan-notifika jiġi pprovdut, l-isem u l-indirizz tiegħu ma jiġux ipprovduti.”



ANNESS II

Fl-Anness 37 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, Titolu II, Taqsima A, Kaxxa 8: “Destinatarju”, il-paragrafu li jmiss jiddaħħal wara t-tieni paragrafu:

“Fejn ikun meħtieġ numru ta' identifikazzjoni, u d-dikjarazzjoni tkun tinkludi d-dettalji għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ kif stipulat fl-Anness 30A u jingħataw faċilitazzjonijiet fil-qafas ta' programm kummerċjali ta' sħubija ta' pajjiżi terzi li jkun rikonoxxut mill-Unjoni, dak in-numru ta' identifikazzjoni jista' jieħu l-forma ta' numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ pajjiz terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. L-istruttura tan-numru uniku ta' identifikazzjoni ta' pajjiż terz tkun tikkorrispondi għall-istruttura kif speċifikata fil-parti tad-‘Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ’ ta' din in-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta intitolata ‘Kunsinnatur’, fl-Anness 30A.”


ANNESS III

Fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, Titolu II, Kaxxa 8: “Destinatarju”, il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel paragrafu:

“Fejn ikun meħtieġ numru ta' identifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tkun tinkludi d-dettalji għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ kif stipulat fl-Anness 30A, jista' jintuża n-numru ta' identifikazzjoni uniku ta' pajjiż terz li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat.”


Top