Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0137

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 137/2014 tat- 12 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta’ bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

ĠU L 43, 13.2.2014, p. 47–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/137/oj

13.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 137/2014

tat-12 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta’ bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (bastimenti tas-sajd IUU) kif ukoll proċeduri għall-istabbiliment ta’ lista tal-Unjoni ta’ dawn il-bastimenti. L-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għat-teħid ta’ azzjonijiet kontra bastimenti tas-sajd inklużi f’dik il-lista.

(2)

Il-lista tal-Unjoni ta’ bastimenti tas-sajd IUU ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 (2) u sussegwentement emendata mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2011 (3), (UE) Nru 1234/2012 (4) u (UE) Nru 672/2013 (5).

(3)

Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-lista tal-Unjoni għandha tinkorpora wkoll bastimenti tas-sajd inklużi fil-listi ta’ bastimenti IUU adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(4)

L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kollha jipprovdu għat-twaqqif u l-aġġornament regolari tal-listi tal-bastimenti tal-IUU skont ir-regoli rispettivi tagħhom (6).

(5)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, hekk kif jaslu l-listi tal-bastimenti tas-sajd meqjusa jew ikkonfermati bħala li huma involuti fis-sajd IUU mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-Unjoni.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet il-listi aġġornati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(7)

Il-bastiment “Marta Lucia R”, li kien fuq il-listi stabbiliti jew emendati bir-Regolament (UE) Nru 468/2010, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2011, (UE) Nru 1234/2012 u (UE) Nru 672/2013 tneħħa, mil-lista tagħhom, mill-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC) fil-laqgħa tagħha tal-10 sal-14 ta’ Ġunju 2013 u mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) permezz ta’ ittra ċirkolari tagħha tal-20 ta’ Awwissu 2013. Dan il-bastiment għandu jitqies bħala mneħħi mil-lista tal-Unjoni sa mill-20 ta’ Awwissu 2013.

(8)

Il-bastiment “RED”, li kien fuq il-listi stabbiliti jew emendati bir-Regolament (UE) Nru 468/2010 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2011, (UE) Nru 1234/2012 u (UE) Nru 672/2013, tneħħa, mil-lista tagħhom, mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) fl-14 ta’ Novembru 2012, mill-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majestral (NAFO) fil-21 ta’ Diċembru 2012 u mill-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tax-Xlokk (SEAFO) fil-Laqgħa tal-Kumitat tal-Konformità tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2013. Dan il-bastiment għandu jitqies bħala li tneħħa mil-lista tal-Unjoni sa mill-11 ta’ Diċembru 2013.

(9)

Meta jitqies li l-istess bastiment jista’ jkun imniżżel taħt ismijiet u/jew bnadar differenti skont iż-żmien tal-inklużjoni tiegħu fil-listi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-lista aġġornata tal-Unjoni għandha tinkludi l-ismijiet u/jew il-bnadar differenti kif stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rispettivi.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 468/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti B tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 468/2010 għandha tinbidel bit-test imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2010, p. 22.

(3)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 14.

(4)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 38.

(5)  ĠU L 193, 16.7.2013, p. 6.

(6)  L-aħħar aġġornamenti: CCAMLR: il-lista tal-IUU 2013/2014 kif adottata fil-laqgħa annwali tal-CCAMLR-XXX tat-23 ta’ Ottubru - l-14 ta’ Novembru 2013; SEAFO: SEAFO, fil-lista IUU tagħha, tinkludi l-listi ta’ CCAMLR, NEAFC-B u NAFO (kif adottata fil-Kumitat tal-Konformità tagħha fil-11 ta’ Diċembru 2013); ICCAT: il-lista IUU 2013 kif adottata fil-laqgħa annwali ta’ Novembru 2013 (Rakkomandazzjoni 11-18); IATTC: il-lista 2013 kif adottata fil-85 laqgħa tal-IATTC f’Ġunju 2013; NEAFC: il-lista IUU B AM 2011-18 kif baqgħet fit-32 laqgħa annwali ta’ Novembru 2013; NAFO: il-lista 2013 kif adottata fil-35 laqgħa annwali ta’ Settembru 2013; WCPFC: il-lista ta’ bastimenti IUU tad-WCPFC għal 2014, effettiva mis-6 ta’ Frar 2014, 60 jum wara WCPFC10, IOTC: il-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC, riveduta fis-17-il sessjoni tal-IOTC, 6-10 ta’ Mejju 2013.


ANNESS

“PARTI B

Bastimenti elenkati f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Numru (1) ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO/Referenza tal-RFMO

Isem il-bastiment (isem preċedenti) (2)

L-Istat tal-Bandiera jew it-Territorju tal-Bandiera [skont l-RFMO] (2)

Elenkat fl-RFMO (2)

20060010 [ICCAT]

ACROS Nru 2

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

20060009 [ICCAT]

ACROS Nru 3

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

7306570

ALBORAN II (WHITE ENTERPRISE [NAFO/NEAFC]WHITE, ENTERPRISE, ENXEMBRE, ATALAYA, REDA IV, ATALAYA DEL SUR [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Il-Panama, Saint Kitts u Nevis) [NAFO, NEAFC]/il-Panama (il-bandieri preċedenti: Saint Kitts u Nevis, Ġibiltà) [SEAFO]

NEAFC, NAFO, SEAFO

7424891

ALDABRA (OMOA I [CCAMLR]/OMOA 1) [SEAFO]

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: It-Tanżanija, il-Ħonduras) [CCAMLR]/Tanzanja (bandieri preċedenti: il-Ħonduras, it-Togo) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

7036345

AMORINN (ICEBERG II, LOME, NOEMI)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: it-Togo, il-Beliże)

CCAMLR, SEAFO

8713392

BERBER (SNAKE, OCTOPUS I, PION, THE BIRD, CHU LIM, YIN PENG, THOR 33, ULYSES, GALE, SOUTH BOY, PISCIS) [CCAMLR]/SNAKE (OCTOPUS 1 PISCIS, SOUTH BOY, GALE, ULYSES, THOR 33, YIN PENG, CHU LIM, THE BIRD, PION) [SEAFO]

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Il-Libja, il-Mongolja, il-Ħonduras, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), il-Ginea Ekwatorjali, l-Urugwaj) [CCAMLR]/Il-Libja (bandiera preċedenti: il-Mongolia) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

12290 [IATTC]/20110011 [ICCAT]

BHASKARA Nru 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT

12291 [IATTC]/20110012 [ICCAT]

BHASKARA Nru 9

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT

20060001 [ICCAT]

BIGEYE

Mhux magħruf

ICCAT

20040005 [ICCAT]

BRAVO

Mhux magħruf

ICCAT

9407 [IATTC]/20110013 [ICCAT]

CAMELOT

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT

6622642

CHALLENGE (PERSEVERANCE, MILA [CCAMLR]/MILA, ISLA, MONTANA CLARA, PERSEVERANCE [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Il-Panama, il-Ginea Ekwatorjali, ir-Renju Unit)

CCAMLR, SEAFO

7322897

CHANG BAI (HOUGSHUI, HUANG HE 22, SIMA QIAN BARU 22, CORVUS, GALAXY, INA MAKA, BLACK MOON, RED MOON, EOLO, THULE, MAGNUS, DORITA [CCAMLR]/HUANG HE 22, SIMA QIAN BARU 22, DORITA, MAGNUS, THULE, EOLO, RED MOON, BLACK MOON, INA MAKA, GALAXY, CORVUS [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: It-Tanżanija, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), il-Panama, is-Sierra Leone, il-Ginea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadini, l-Urugwaj) [CCAMLR]/Tanzanija bandieripreċedenti: l-Urugwaj, Saint Vincent u l-Grenadini, il-Ginea Ekwatorjali, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), is-Sierra Leone, il-Panama) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

9042001

CHENGDU (SHAANXI HENAN 33, XIONG NU BARU 33, DRACO I, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, SEO YANG No 88, CARRAN [CCAMLR]/SHAANXI HENAN 33 XIONG NU BARU 33, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, CARRAN, DRACO-1 [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: It-Tanżanija, il-Panama, is-Sierra Leone, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), it-Togo, ir-Repubblika tal-Korea, l-Urugwaj [CCAMLR])/Tanzanija (bandieri preċedenti: l-Uruguay, it-Togo, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), il-Panama [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

125, 280020064 [IATTC]/20110014 [ICCAT]

CHIA HAO No 66

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC, ICCAT

20080001 u qabel AT000GUI000002 [ICCAT]

DANIAA (CARLOS)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Ir-Repubblika tal-Ginea (Konakry))

ICCAT

8422852

DOLPHIN (OGNEVKA)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Ir-Russja, il-Ġeorġja [NAFO, NEAFC)

NEAFC, NAFO, SEAFO

6163 [IATTC]/20130019 [ICCAT]

DRAGON III

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT

8604668

EROS DOS (FURABOLOS)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Il-Panama, is-Seychelles) [NAFO, NEAFC]/il-Panama [SEAFO]

NEAFC, NAFO, SEAFO

20130018 [ICCAT]

FULL RICH

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IOTC, ICCAT

7355662/20130015 [ICCAT]

FU LIEN No 1

Il-Ġeorġja

WCPFC, ICCAT

20130017 [ICCAT]

FU HSIANG FA Nru 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

200800005 li qabel kien AT000LIB00041 [ICCAT]

GALA I (MANARA II/ROAGAN)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: il-Libja, l-Isle of Man)

ICCAT

6591 [IATTC]/20130020 [ICCAT]

GOIDAU RUEY Nru 1

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

IATTC, ICCAT

7020126

GOOD HOPE (SEA RANGER V, TOTO [SEAFO]/TOTO [CCAMLR])

In-Niġerja (il-bandiera preċedenti: Il-Belize [SEAFO])

CCAMLR, SEAFO

6719419 [NEAFC, SEAFO]/6714919 [NAFO]

GORILERO (GRAN SOL)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Sjerra Leone, il-Panama [NAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

2009003 [ICCAT]

GUNUAR MELYAN 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7322926

HEAVY SEA (DUERO, JULIUS, KETA, SHERPA UNO) [CCAMLR]/SHERPA UNO, KETA, DUERO [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Il-Panama, Saint Kitts u Nevis, il-Beliż) [CCAMLR]/il-Panama (il-bandiera preċedenti: l-Urugwaj) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

201000004 [ICCAT]

HOOM XIANG 11

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

7332218

IANNIS 1 [NEAFC]/IANNIS I [NAFO, SEAFO] (MOANA MAR, CANOS DE MECA [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Panama) [NEAFC, NAFO)

NEAFC, NAFO, SEAFO

6803961

ITZIAR II (Seabull 22, Carmela, Gold Dragon, Golden Sun, Notre Dame, Mare)

Mali (il-bnadar preċedenti: In-Niġerja, it-Togo, il-Ginea Ekwatorjali, il-Bolivja, in-Namibja [CCAMLR])

CCAMLR, SEAFO

9505 [IATTC]/20130021 [ICCAT]

JYI LIH 88

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT

7905443

KOOSHA 4 (EGUZKIA [SEAFO])

L-Iran

CCAMLR, SEAFO

9037537

LANA (ZEUS, TRITON I [CCAMLR]/KINSHO MARU No 18, TRITON-1, ZEUS [SEAFO])

In-Niġerja (il-bandieri preċedenti: Il-Mongolia, it-Togo, is-Sjerra Leone [CCAMLR]/Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: il-Ġappun, is-Sjerra Leone, it-Togo, il-Mongolja) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

20060007 (ICCAT)

LILA Nru 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

7388267

LIMPOPO (ROSS, ALOS, LENA, CAP GEORGE [CCAMLR]/ROSS, ALOS, LENA, CAP GEORGE, CONBAROYA, TERCERO [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: It-Togo, il-Gana, is-Seychelles, Franza [CCAMLR]/is-Seychelles, il-Gana, it-Togo) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

20040007 [ICCAT]

MADURA 2

Mhux magħruf

ICCAT

20040008 [ICCAT]

MADURA 3

Mhux magħruf

ICCAT

7325746

MAINE (GUINESPA I, MAPOSA NOVENO, [SEAFO])

Ir-Repubblika tal-Ginea (Konakry))

NEAFC, NAFO, SEAFO

20060002 [ICCAT]

MARIA

Mhux magħruf

ICCAT

20060005 [ICCAT]

MELILLA Nru 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

20060004 [ICCAT]

MELILLA Nru 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

7385174

MURTOSA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: it-Togo [NAFO/NEAFC,]/il-Portugall [SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

C-00545/14613 [IATTC]/20110003 [ICCAT]

NEPTUNE

Il-Ġeorġja

IATTC, ICCAT, WCPFC,

9319856

NIHEWAN (HUIQUAN, WUTAISHAN ANHUI 44, YANGZI HUA 44, TROSKY, PALOMA V [CCAMLR]/WUTAISHA N ANHUI 44YANGZI HUA 44, PALOMA V, JIAN YUAN, TROSKY [SEAFO 2])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: It-Tanżanija, il-Mongolja, In-Namibja, l-Urugwaj)

CCAMLR, SEAFO

20060003 [ICCAT]

101 GLORIA (GOLDEN LAKE)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

20060008 [ICCAT]

Nru 2 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

20060011 [ICCAT]

Nru 3 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

20040006 [ICCAT]

OCEAN DIAMOND

Mhux magħruf

ICCAT

7826233/20090001 [ICCAT]

OCEAN LION

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ginea Ekwatorjali)

IOTC, ICCAT

11369 [IATTC]/20130022 [ICCAT]

ORCA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC, ICCAT

20060012 [ICCAT]

ORIENTE Nru 7

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

5062479

PERLON (CHERNE, BIGARO, HOKING, SARGO, LUGALPESCA)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: il-Mongolja, it-Togo, l-Urugwaj)

CCAMLR, SEAFO

6607666

RAY (KILY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA [CCAMLR]/KILLY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: il-Beliże, il-Ginea Ekwatorjali, l-Afrika t’Isfel) [CCAMLR]/il-Beliże (il-bandieri preċedenti: l-Afrika t’Isfel, il-Ginea Ekwatorjali, il-Mongolja) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

95 [IATTC]/20130023 [ICCAT]

REYMAR 6

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC, ICCAT

20130027 [ICCAT]

SAMUDERA PASIFIK Nru 18

l-Indoneżja)

ICCAT

200800004 li qabel kien AT000LIB00039 [ICCAT]

SHARON 1 (MANARA 1, POSEIDON)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: il-Libja, ir-Renju Unit)

ICCAT

20050001 [ICCAT]

SOUTHERN STAR 136 (HSIANG CHANG)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: St. Vincent u l-Grenadini)

ICCAT

9405 [IATTC]/20130024 [ICCAT]

TA FU 1

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT

6818930

TCHAW (REX, CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL [CCAMLR]/CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL, PESCAMEX III, AROSA CUARTO, REX [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: it-Togo, il-Beliż, is-Seychelles) [CCAMLR]/it-Togo (bandieri preċedenti: il-Beliż, is-Seychelles, it-Togo) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

13568 [IATTC]/20130025 [ICCAT]

TCHING YE Nru 6 (EL DIRIA I)

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: il-Beliże, il-Kosta Rika)

IATTC, ICCAT

6905408

THUNDER (WUHAN No 4, KUKO, TYPHOON I, RUBIN, ARCTIC RANGER [CCAMLR]/ARCTIC RANGER, RUBIN, TYPHOON-I, KUKO [SEAFO])

In-Niġerja (il-bandieri preċedenti: Il-Mongolja, it-Togo, is-Seychelles, ir-Renju Unit [CCAMLR])

CCAMLR, SEAFO

7905039

TIANTAI (KESHAN, BAIYANGDIAN, PACIFIC DUCHESS) [CCAMLR]/KESHAN (BAIYANGDIAN PACIFIC DUCHESS) [SEAFO]

Mhux magħruf (l-aħħar bandieri magħrufa: Il-Mongolja, it-Tanżanija) [CCAMLR]/il-Mongolja (bandiera preċedenti: it-Tanzanija [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

7321374, 7325930 [SEAFO]

TRINITY (ENXEMBRE, YUCATAN BASIN, FONTENOVA, JAWHARA [NEAFC, NAFO]/YUCATAN BASIN,ENXEMBRE, FONTE NOVA, JAWHARA, UKOLA COREA [SEAFO])

Il-Gana (il-bandieri preċedenti: Il-Panama, il-Marokk [NEAFC, NAFO]/il-Panama, Ġibiltà, il-Marokk [SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

8994295/129 [IATTC] 20130026 [ICCAT]

WEN TENG Nru 688 (MAHKOIA ABADI No 196)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC, ICCAT

20130016 [ICCAT]

YU FONG 168

It-Tajwan

WCPFC, ICCAT

2009002 [ICCAT]

YU MAAN WON

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ġeorġja)

IOTC, ICCAT


(1)  Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Għal kwalunkwe tagħrif ieħor ikkonsulta s-siti tal-Internet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).”


Top