This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0278
2014/278/EU: Council Decision of 12 May 2014 on the conclusion of the Framework Agreement between the European Union and its Member States, on the one part, and the Republic of Korea, on the other part, with the exception of matters related to readmission
2014/278/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni
2014/278/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni
ĠU L 145, 16.5.2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Mejju 2014
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni
(2014/278/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fl-10 ta' Mejju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard. |
(2) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jikkonċernaw ir-riammissjoni, u għalhekk jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Deċiżjoni separata (3) relatata ma' dawk id-dispożizzjonijiet, li jinsabu fl-Artikolu 33(2) tal-Ftehim, ser tiġi adottata parallelament ma' din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 33(2) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, skont kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 49(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Kunsens mogħti fis-16 ta' April 2014 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/279/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni (Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 20, 23.1.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.