This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0140
Council Implementing Decision 2014/140/CFSP of 14 March 2014 implementing Council Decision 2011/486/CFSP concerning restrictive measures directed against certain individuals, groups, undertakings and entities in view of the situation in Afghanistan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/140/PESK tal- 14 ta’ Marzu 2014 timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/140/PESK tal- 14 ta’ Marzu 2014 timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
ĠU L 76, 15.3.2014, p. 42–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/42 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/140/PESK
tal-14 ta’ Marzu 2014
timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fil-31 ta' Mejju, is-27 ta' Ġunju, l-24 ta' Settembru u t-18 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CHRISOCHOIDIS
(1) (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57).
ANNESS
I. L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
1. |
Fazl Rabi (magħruf ukoll bħala (a) Fazl Rabbi, (b) Fazal Rabi, (c) Faisal Rabbi) Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal għoli fil-Provinċja ta' Konar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) 1972, (b) 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Kohe Safi, Provinċja ta' Parwan, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kapisa, l-Afganistan, (c) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jirrappreżenta u jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku lin-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Membru tal-Kunsill Finanzjarju Taliban. (c) Ivvajaġġa barra mill-pajjiż biex jiġbor fondi f'isem Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Jalaluddin Haqqani, in-netwerk ta' Haqqani u t-Taliban. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012. |
2. |
Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Alim Ghair, (b) Naseer Haqqani, (c) Dr. Naseer Haqqani, (d) Nassir Haqqani, (e) Nashir Haqqani, (f) Naseruddin) Indirizz: il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1970-1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. (b) Iben Jalaluddin Haqqani. (c) Huwa vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: In-Netwerk ta' Haqqani huwa grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Huwa jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar ta' Jalaluddin Haqqani, li wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani. Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta' Haqqani u jqatta' bosta mill-ħin tiegħu jiġbor il-fondi. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma' assoċjat tat-Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mfixkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas bejn l-2005 u l-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta' Haqqani permezz ta' diversi vjaġġi għall-ġbir ta' fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta' vjaġġ ieħor għall-ġbir ta' fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008. Minn nofs l-2007, Haqqani kellu allegatament tliet sorsi prinċipali ta' finanzjament: donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta' drogi, u ħlasijiet minn Al-Qaida. Lejn tmiem l-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva bosta mijiet ta' eluf ta' dollari minn individwi assoċjati ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija sabiex dawn jintużaw għall-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani. |
3. |
Mohammad Aman Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Aman, (b) Mullah Mohammed Oman, (c) Mullah Mohammad Aman Ustad Noorzai, (d) Mullah Mad Aman Ustad Noorzai, (e) Sanaullah) Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Raħal ta' Band Tumur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru Għoli tat-Taliban mill-2011 bi dmirijiet finanzjarji, inkluż il-ġbir ta' fondi f'isem it-tmexxija. (b) Ipprovda appoġġ loġistiku għall-operazjonijiet tat-Taliban u kkanalizza r-rikavati mit-traffikar tad-drogi għax-xiri tal-armi. (c) Aġixxa bħala segretarju tal-mexxej Taliban il-Mullah Mohammed Omar u bħala l-messaġġier tiegħu fil-laqgħat ta' livell għoli tat-Taliban. (d) Assoċjat ukoll ma' Gul Agha Ishakzai. (e) Membru taċ-ċirklu ristrett tal-Mullah Mohammed Omar matul ir-reġim Taliban. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012. |
4. |
Sangeen Zadran Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori) Titlu: (a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi), (b) Mullah. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1976, (b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Post tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta' Ziruk, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika lejn tmiem l-2012. (b) Kmandant Għoli tan-Netwerk ta' Haqqani. (c) Logutenent Għoli għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (d) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. (e) Irrappurtat deċedut f'Settembru 2013. Data tan-nomina min-NU: 16.08.2011. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta' Haqqani. In-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-l-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Haqqani. Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta' ġellieda f'attakki fix-Xlokk kollu tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta' ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f'bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED). Barra mir-rwol tiegħu f'dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta' Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. |
B. Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban
1. |
Rahat Ltd. (magħrufa wkoll bħala (a) Rahat Trading Company, (b) Haji Muhammad Qasim Sarafi, (c) New Chagai Trading, (d) Musa Kalim Hawala) Indirizz: (a)Uffiċċju tal-Fergħa 1: Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(b)Uffiċċju tal-Fergħa 2: Numru tal-ħanut 4, Azizi Bank, Haji Muhammad Isa Market, Wesh, Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(c)Uffiċċju tal-Fergħa 3: Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(d)Uffiċċju tal-Fergħa 4: Lashkar Gah, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(e)Uffiċċju tal-Fergħa 5: Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(f)Uffiċċju tal-Fergħa 6: Distrett ta' Zaranj, Provinċja ta' Nimroz, Afganistan, (g) Uffiċċju tal-Fergħa 7: i) Triq Dr. Barno, Quetta, Pakistan, ii) Haji Mohammed Plaza, Triq Tol Aram, viċin Triq Jamaluddin Afghani, Quetta, Pakistan, iii) Kandahari Bazaar, Quetta, Pakistan(h)Uffiċċju tal-Fergħa 8: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(i)Uffiċċju tal-Fergħa 9: Chaghi Bazaar, Chaghi, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(j)Uffiċċju tal-Fergħa 10: Zahedan, Provinċja ta' Zabol, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Rahat Ltd. intużat mit-tmexxija Talibana għat-trasferiment ta' fondi li oriġinaw minn donaturi esterni u traffikar tan-narkotiċi għall-finanzjament tal-attività Talibana sa mill-2011 u l-2012. (b) Proprjeta' ta' Mohammed Qasim Mir Wali Khudai Rahim. (c) Assoċjat ukoll Mohammad Naim Barich Khudaidad. Data tan-nomina min-NU: 21.11.2012. |
II. L-entrata fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuna t'hawn taħt għandha titħassar.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
1. |
Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah). |