Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32013R1388

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010

ĠU L 354, 28.12.2013, lk 319—325 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumendi õiguslik staatus Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 31/12/2021; Imħassar b' 32021R2283

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1388/oj

28.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/319


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1388/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-produzzjoni tal-Unjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-fornitura fl-Unjoni ta' dawn il-prodotti tiddependi konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Il-bżonnijiet l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħqu immedjetament fuq termini l-aktar favorevoli; Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(2)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien tal-impurtaturi kollha tal-Unjoni kif ukoll l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jkunu ġew eżawriti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti ta’ tariffi li tiggarantixxi aċċess ekwu u bla interruzzjoni għall-kwoti u applikazzjoni bla interruzzjoni tar-rati u ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema.

(4)

Il-volumi tal-kwoti huma normalment espressi f’tunnellati. Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti ta’ tariffi awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (3) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess ta’ transparenza u sabiex jiffaċilitaw lill-operaturi ekonomiċi biex isegwu prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji awtonomi, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 7/2010 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

(6)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku li jiġi promoss in-negozju bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġi bbilanċjat l-interess kummerċjali ta’ operaturi ekonomiċi fl-Unjoni mingħajr ma tinbidel l-iskeda tal-Unjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(7)

Peress li l-kwoti ta’ tariffi għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Jannar 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu fi il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-prodotti elenkati fl-Anness, huma b’dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Fejn tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, għal prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl minn barra piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u minbarra fil-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal “fil-Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 4

L-Artikolu (UE) Nru 7/2010 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju(ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1).


ANNESS

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0  %

09.2663

ex 1104 29 17

10

Granuli tas-sorgu mitħuna li tal-inqas ikunu mnaddfa u deġerminati sabiex jintużaw fil-manifattura ta' prodotti tal-ippakkjar biex jimlew (1)

1.1.-31.12

1 500 tunnellata

0  %

09.2664

ex 2008 60 19

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut, jew mingħajr, ta’ zokkor ta’ 9 % f’piż, ta’ dijametru ta’ ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1)

1.1.-31.12

1 000 tunnellata

10 % (3)

ex 2008 60 39

30

09.2913

ex 2401 10 35

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00  (1)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0  %

ex 2401 10 70

10

ex 2401 10 95

11

ex 2401 10 95

21

ex 2401 10 95

91

ex 2401 20 35

91

ex 2401 20 70

10

ex 2401 20 95

11

ex 2401 20 95

21

ex 2401 20 95

91

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

1.1.-31.12

1 700 tunnellata

0  %

09.2703

ex 2825 30 00

10

Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

1.1.-31.12.

13 000 tunnellata

0  %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8+ 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2929

2903 22 00

 

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1.-31.12

10 000 tunnellata

0  %

09.2837

ex 2903 79 90

10

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2933

ex 2903 99 90

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0  %

09.2950

ex 2905 59 98

10

2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 (CAS RN 107-07-3) (1)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0  %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2624

2912 42 00

 

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4)

1.1.-31.12.

950 tunnellata

0  %

09.2852

ex 2914 29 00

60

Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5)

1.1.-31.12

300 tunnellata

0  %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7)

1.1.-31.12.

1 000 000 tunnellata

0  %

09.2972

2915 24 00

 

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12

20 000 tunnellata

0  %

09.2665

ex 2916 19 95

30

(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

1.1.-31.12

8 000 tunnellata

0  %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12

1 000 tunnellata

0  %

09.2634

ex 2917 19 90

40

Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN693-23-2)

1.1.-31.12

4 600 tunnellata

0  %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0  %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0  %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0  %

09.2854

ex 2924 19 00

85

Iodoprop-3-2-inilN-butilkarbamat(CAS RN 55406-53-6)

1.1.-31.12

1 300 tunnellata

0  %

09.2977

2926 10 00

 

Akrilonitrile (CAS RN 107-13-1)

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0  %

09.2856

ex 2926 90 95

84

2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9)

1.1.-31.12

500 tunnellata

0  %

09.2838

ex 2927 00 00

85

C,C’-Ażodi(formammid) (CAS RN 123-77-3) b':

pH li fih 6,5 jew aktar iżda mhux aktar minn 7,5, u

kontenut ta' semikarbażid (CAS RN 57-56-7) mhux aktar minn 1 500 mg/kg kif determinat mill-kromatografija likwida - spettrometrija tal-massa (LC-MS),

varjazzjoni tat-temperatura tad-dekompożizzjoni ta' 195 °C - 205 °C,

densità speċifika bejn 1,64 u 1,66, u

sħana mill-kombustjoni 215 - 220 Kcal/mol

1.1.-31.12

100 tunnellata

0  %

09.2603

ex 2930 90 99

79

Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide (CAS RN 40372-72-3)

1.1.-31.12

9 000 tunnellata

0  %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0  %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0  %

09.2858

2932 93 00

 

Piperonal (CAS RN 120-57-0)

1.1.-31.12

220 tunnellata

0  %

09.2860

ex 2933 69 80

30

1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5)

1.1.-31.12

300 tunnellata

0  %

09.2658

ex 2933 99 80

73

5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5)

1.1.-31.12

200 tunnellata

0  %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0  %

09.2862

ex 3105 40 00

10

Fosfat tal-monoaamoniu (CAS RN 7722-76-1)

1.1.-31.12.2014

45 000 tunnellata

0  %

09.2666

ex 3204 17 00

55

Żebgħa C.I. Pigment Red 169 (CAS RN 12237-63-7)

1.1.-31.12

40 tunnellata

0  %

09.2659

ex 3802 90 00

19

Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

1.1.-31.12

30 000 tunnellata

0  %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0  %

09.2889

3805 10 90

 

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0  %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0  %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

3 000 tunnellata

0  %

09.2829

ex 3824 90 97

19

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

u

punt tat-tidwib ta’ 100° C jew aktar

1.1.-31.12

1 600 tunnellata

0  %

09.2907

ex 3824 90 97

86

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %

09.2644

ex 3824 90 97

96

Preparat li jkun fih:

55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 ta’ Glutarat Dimetiliku

10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 30 % ta’ Adipat Dimetiliku u

mhux aktar minn 35 % ta’ Suċċinat Dimetiliku

1.1.-31.12

10 000 tunnellata

0  %

09.2140

ex 3824 90 97

98

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:

2.0-4.0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0  %

09.2660

ex 3902 30 00

96

Kopolimer tal-etilen-propilen, b'viskożità tat-tidwib mhux aktar minn 1 700 mPa 190 °C, kif determinata bil-metodu ASTM D 3236

1.1.-31.12

500 tunnellata

0  %

09.2639

3905 30 00

 

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

18 000 tunnellata

0  %

09.2930

ex 3905 30 00

30

Alkohol tal-vinil li fih gruppi ta’ aċetat mhux idrolizzati u kopolimeru tal-imluħ tas-sodju metilenbutandeoiku(CAS RN 122625-12-1), tat-tip użat għal-manifattura tal-karta termika

1.1.-30.06

192 tunnellata

0  %

09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

li jkun fihbħala piżbejn 17,5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 % ta’ gruppi idrossiliu

li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6mm

1.1.-31.12

11 000 tunnellata

0  %

09.2616

ex 3910 00 00

30

Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0  %

09.2864

ex 3913 10 00

10

Alġinat tas-sodju, estratt minnalgi kannella(CAS RN 9005-38-3)

1.1.-31.12

1 000 tunnellata

0  %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

1.1.-31.12.

200  kg

0  %

09.2661

ex 3920 51 00

50

Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592A, jew

EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592A

1.1.-31.12

100 tunnellata

0  %

09.2645

ex 3921 14 00

20

Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) × 100 cm (± 10 cm) × 40 cm (± 5 cm)

1.1.-31.12

1 300 tunnellata

0  %

09.2818

ex 6902 90 00

10

Briks li jirreżistu s-sħana:

b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0.4 % u

varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700 °C

1.1.-31.12.

75 tunnellata

0  %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

3 000 000 m2

0  %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0  %

09.2629

ex 7616 99 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

1.1.-31.12

800 000 biċċa

0  %

ex 8302 49 00

91

09.2840

ex 8104 30 00

20

Trab tal-manjeżju:

ta' purità skont il-piż ta' 98 % jew iktar, iżda mhux iktar minn 99,5 %

b'daqs tal-partiċella ta' 0,2 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 0,8 mm

1.1.-31.12

2 000 tunnellata

0  %

09.2642

ex 8501 40 20

30

Assemblaġġ, magħmul minn:

mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400 W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600 W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

ventilatur għad-dħul tal-arja (1)

1.1.-31.12.

120 000 biċċa

0  %

ex 8501 40 80

40

09.2763

ex 8501 40 80

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

2 000 000 biċċa

0  %

09.2633

ex 8504 40 82

20

Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, għall-użu fil-manifattura tal-apparat li jaqa’ fl-intestaturi 8509 80 u 8510  (1)

1.1.-31.12

4 500 000 biċċa

0  %

09.2643

ex 8504 40 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525  (1)

1.1.-31.12.

1 038 000 biċċa

0  %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni, mingħajr display, u piż ta’ mhux aktar minn 2 500 g

1.1.-31.12

3 000 000 biċċa

0  %

09.2672

ex 8529 90 92

75

Bord ta’ ċirkwit stampat b'diodes LED:

kemm jekk mgħammra b’priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u

kemm jekk mgħammra b’konnettur(i) kif ukoll jekk le

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528  (1)

1.1.-31.12

115 000 000 biċċa

0  %

ex 9405 40 39

70

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm × 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 biċċa

0  %

09.2668

ex 8714 91 10

21

Qafas ta’ biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (1)

1.1.-31.12

76 000 biċċa

0  %

ex 8714 91 10

31

09.2669

ex 8714 91 30

21

Furketta ta’ quddiem ta’ biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (1)

1.1.-31.12

52 000 biċċa

0  %

ex 8714 91 30

31

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10 u 9015  (1)

1.1.-31.12.

5 000 000 biċċa

0  %


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).

(2)  Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.

(3)  Ir-rata ta’ dazju speċifiku hija applikabbli.


Üles