Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0727

    Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 727/2013 tal- 14 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati

    ĠU L 207, 2.8.2013, p. 1–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/727/oj

    2.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 207/1


    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 727/2013

    tal-14 ta’ Marzu 2013

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħhom,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jistipula li l-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (“OECD”) (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni, bit-test ta’ dan l-Arranġament jinsab fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda l-Anness II bħala riżultat tal-emendi fil-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti tal-Arranġament.

    (3)

    Il-Parteċipanti tal-Arranġament qablu dwarq għadd sostanzjali ta’ emendi fih bi tqabbil mal-verżjoni tal-Arranġament li jinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011.

    (4)

    Fis-27 ta’ Awwissu 2012, l-OECD ppubblikat verżjoni riveduta tal-Arranġament li tqis dawk l-emendi kollha u li hija applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2012. Huwa xieraq u meħtieġ li l-emendi msemmija jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1233/2011 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 45.


    ANNESS

    ANNESS II

    WERREJ

    KAPITOLU I:

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 5

    1.

    L-GĦAN 5

    2.

    L-ISTATUS 5

    3.

    PARTEĊIPAZZJONI 5

    4.

    L-INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI 5

    5.

    IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI 5

    6.

    IL-FTEHIMIET SETTORJALI 6

    7.

    IL-FINANZI TAL-PROĠETT 6

    8.

    L-IRTIRAR 6

    9.

    MONITORAĠĠ 6

    KAPITOLU II:

    IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI 6

    10.

    IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI 6

    11.

    IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT 7

    12.

    IT-TERMINI MASSIMI TAR-RIPAGAMENT 7

    13.

    IT-TERMINI TA’ RIPAGAMENT GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NON-NUKLEARI 8

    14.

    IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX 8

    15.

    IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA 9

    16.

    IL-PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI 9

    17.

    AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF 9

    18.

    L-ALLINJAMENT 9

    19.

    IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX IFFISSAT TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI B'FINANZJAMENT 9

    20.

    IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRS 10

    21.

    IL-VALIDITÀ TAS-CIRRS 10

    22.

    L-APPLIKAZZJONI TAS-CIRRS 10

    23.

    IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU 11

    24.

    RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU 11

    25.

    IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 12

    26.

    VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN 13

    27.

    KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ 14

    28.

    IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI 14

    29.

    IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI 14

    30.

    TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ 15

    31.

    TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ 15

    32.

    REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU 15

    KAPITOLU III:

    ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 16

    33.

    IL-PRINĊIPJI ĠENERALI 16

    34.

    IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA 16

    35.

    IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT 16

    36.

    L-ELIĠIBILITÀ TA’ PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 17

    37.

    L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT 18

    38.

    IL-LIVELL MINIMU TA’ KONĊESSJONALITÀ 18

    39.

    L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 18

    40.

    IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA 19

    41.

    IL-PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 20

    42.

    L-ALLINJAMENT 20

    KAPITOLU IV:

    IL-PROĊEDURI 20

    TAQSIMA 1:

    IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 20

    43.

    IN-NOTIFIKI 20

    44.

    L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI 21

    45.

    IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT 21

    46.

    KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI 21

    TAQSIMA 2:

    IL-PROĊEDURI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI 21

    47.

    IN-NOTIFIKA MINN QABEL B’DISKUSSJONI 21

    48.

    IN-NOTIFIKA MINN QABEL 22

    TAQSIMA 3:

    IL-PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATA MAL-KUMMERĊ 23

    49.

    IN-NOTIFIKA MINN QABEL 23

    50.

    IN-NOTIFIKA FIL-PRONT 23

    TAQSIMA 4:

    IL-PROĊEDURI TA' KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA 23

    51.

    IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET 23

    52.

    L-AMBITU TA’ U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET 24

    53.

    IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET 24

    TAQSIMA 5:

    L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ 24

    54.

    IL-PUNTI TA’ KUNTATT 24

    55.

    L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET 24

    56.

    L-AMBITU TAR-RISPOSTI 25

    57.

    IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ 25

    58.

    IL-PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI 25

    59.

    IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJI KOMUNI 26

    60.

    L-AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI 26

    61.

    IN-NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI 26

    62.

    ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI 26

    63.

    IL-VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI 26

    TAQSIMA 6:

    ID-DISPOŻIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX (RRIK) 27

    64.

    IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 27

    65.

    ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX 27

    66.

    IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX 27

    TAQSIMA 7:

    IR-REVIŻJONIJIET 27

    67.

    IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT 27

    68.

    IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX 27

    69.

    IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI 28

    ANNESS I -

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONIGĦALL-BASTIMENTI 29

    ANNESS II -

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI 32

    ANNESS III -

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI 35

    ANNESS IV -

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA RINNOVABBLI, MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U PROĠETTI TAL-ILMA 67

    ANNESS V -

    L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI 77

    ANNESS VI -

    IL-KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM 83

    ANNESS VII -

    IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TA' GARANZIJA TA' RIPAGAMENT TA' PARTI TERZA U L-KLASSIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI 86

    ANNESS VIII -

    IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKINKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U T-TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ 88

    ANNESS IX -

    IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP 91

    ANNESS X -

    IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TA' PROĠETT TAL-FINANZI 93

    ANNESS XI -

    LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET 96

    ANNESS XII -

    ID-DESKRIZZJONIJIET KWALITATTIVI TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ 99

    ANNESS XIII -

    NORMATTIVI TAS-SUQ GĦAL TRANŻAZZJONIJIET F'PAJJIŻI TAL-KATEGORIJI ŻERO 103

    KAPITOLU I:

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    1.   L-GĦAN

    a)

    L-għan ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati.

    b)

    L-Arranġament ifittex li jrawwem kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd fejn għandu x’jaqsam l-appoġġ uffiċjali, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 5 a), sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġjati li huma l-aktar favorevoli.

    2.   L-ISTATUS

    L-Arranġament, li ġie żviluppat fi ħdan il-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f'April 1978 u jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa ftehim bejn l-irġiel bejn il-Parteċipanti; mhuwiex Att tal-OECD (1), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ: “is-Segretarjat”). 1. Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-OECD.

    3.   PARTEĊIPAZZJONI

    Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u non-Membri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti attwali.

    4.   L-INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI

    a)

    Il-Parteċipanti jimpenjaw irwieħhom li jaqsmu l-informazzjoni man-non-Parteċipanti dwar notifiki li huma relatati mal-appoġġ uffiċjali kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 a).

    b)

    Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jirrispondi għal talba mingħand non-Parteċipant f’sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant.

    5.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    L-Arranġament għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi provdut minn jew f’isem gvern għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew ta’ servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta’ ripagament ta’ sentejn jew aktar.

    a)

    L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:

    1)

    Garanzija jew assigurazzjoni (sempliċi kopertura) tal-kreditu ta’ esportazzjoni.

    2)

    Appoġġ uffiċjali b'finanzjament:

    kreditu/finanzjament dirett u finanzjament mill-ġdid, jew

    appoġġ għar-rata tal-imgħax.

    3)

    Kwalunkwe taħlita tal-forom ta' hawn fuq.

    b)

    L-Arranġament għandu japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri li ġew stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ.

    c)

    L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta’ Tagħmir Militari u ta’ Komoditajiet Agrikoli.

    d)

    M'għandux ikun provdut appoġġ uffiċjali jekk hemm evidenza ċara li l-kuntratt kien strutturat b'xerrej f'pajjiż li mhux id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bl-għan li jinkisbu termini ta’ ripagament aktar favorevoli.

    6.   IL-FTEHIMIET SETTORJALI

    a)

    Il-ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:

    Il-Bastimenti (l-Anness I)

    L-Impjanti tal-Enerġija Nukleari (l-Anness II)

    L-Inġenji tal-Ajru Ċivili (l-Anness III)

    Il-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma (l-Anness IV)

    c)

    Parteċipant fi Ftehim Settorjali jista' japplika d-dispożizzjonijiet tiegħu għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta' prodotti u/jew servizzi koperti minn dak il-Ftehim Settorjali. Jekk Ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant fil-Ftehim Settorjali għandu japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament.

    7.   IL-FINANZI TAL-PROĠETT

    a)

    Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Anness X għall-esportazzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi għat-tranżazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness X.

    b)

    Il-paragrafu a) japplika għall-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Impjanti tal-Enerġija Nukleari u l-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma.

    c)

    Il-paragrafu a) ma japplikax għall-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili jew il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Bastimenti.

    8.   L-IRTIRAR

    Parteċipant jista' jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. is-Sistema tal-Informazzjoni Onlajn tal-OECD (OLIS). L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika.

    9.   MONITORAĠĠ

    Is-Segratarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.

    KAPITOLU II:

    IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f’dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra.

    L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġjati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kundizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk li ġew provduti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw termini u kundizzjonijiet finanzjarji tas-soltu bħal dawn, b’mod partikolari l-prinċipju li permezz tiegħu t-termini tar-ripagament ma jeċċedux it-tul ta’ servizz utli tal-oġġetti.

    10.   IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ appoġġ uffiċjali jħallsu b'mod parzjali minimu ta’ 15 fil-mija tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie ddefinit fl-Anness XI. Għall-valutazzjoni tal-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista' jitnaqqas b'mod proporzjonali jekk it-tranżazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li mhumiex uffiċjalment appoġġjati. Jistgħu jsiru finanzjament/assigurazzjoni ta' 100 % tal-primjum. Il-primjum jista' jkun inkluż jew jista' ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni. F’dan il-kuntest, il-ħlasijiet li nżammu bħala garanzija li saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqiesux bħala ħlas parzjali.

    b)

    L-appoġġ uffiċjali għal ħlasijiet parzjali bħal dawn għandu jieħu l-forma ta’ assigurazzjoni jew garanzija biss kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu.

    c)

    Ħlief kif inhu provdut fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti m’għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali li jeċċedi l-85 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta’ pajjiż terz, imma li jeskludi l-ispejjeż lokali.

    d)

    Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali, sakemm:

    1)

    L-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ispejjeż lokali ma għandux jaqbeż it-30 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

    2)

    M’għandux ikun provdut b’termini aktar favorevoli/inqas restrittivi minn dak li ġew miftiehma għall-esportazzjonijiet relatati.

    3)

    Fejn l-appoġġ uffiċjali għall-ispiża lokali jaqbeż il-15 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni, it-tali appoġġ uffiċjali għandu jkun soġġett għal notifika minn qabel, skont l-Artikolu 48, filwaqt li tiġi speċifikata l-għamla tal-ispejjeż lokali li qegħdin jiġu appoġġjati.

    11.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA’ RIPAGAMENT

    a)

    Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli (2). Il-pajjiżi l-oħra kollha qegħdin fil-Kategorija II.

    b)

    Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

    1)

    Klassifikazzjoni għal finijiet ta’ Arranġament tiġi ddeterminata permezz tal-IGN per capita kif jiġi kkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji tal-pajjiżi li qed jisselfu.

    2)

    F’każi fejn il-Bank Dinji m’għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-dejta dwar l-ING per capita, il-Bank Dinji għandu jintalab biex jistma jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux ING per capita li huwa ’l fuq jew ’l isfel mil-limitu attwali. Il-pajjiż għandu jiġi kklassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

    3)

    Jekk pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid skont l-Artikolu 11 a), il-klassifikazzjoni mill-ġdid se tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li s-Segretarjat jikkomunika l-konklużjonijiet li nġibdu mid-dejta mill-Bank Dinji li ssemmiet aktar ’il fuq lill-Parteċipanti kollha.

    4)

    F’każijiet fejn il-Bank Dinji jirrevedi ċ-ċifri, reviżjonijiet bħal dawn m’għandhomx jitqiesu f’relazzjoni mal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż tista’ tinbidel permezz ta’ Linja Komuni u l-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli bidla minħabba żbalji u omissjonijiet fiċ-ċifri li sussegwentement ġew rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja li fiha ċ-ċifri tqassmu għall-ewwel darba mis-Segretarjat.

    c)

    Pajjiż ibiddel il-kategorija biss wara li l-livell fil-kategorija tal-Bank Dinji jkun baqa l-istess għal sentejn konsekuttivi.

    12.   IT-TERMINI MASSIMI TAR-RIPAGAMENT

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-terminu massimu ta’ ripagament ivarja skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li ġiet iddeterminata mill-kriterji fl-Artikolu 11.

    a)

    Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ ħames snin, bil-possibbiltà li jkun hemm ftehim sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal notifika minn qabel li ġew stabbiliti fl-Artikolu 48.

    b)

    Għall-pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ għaxar snin.

    c)

    Fil-każ ta’ kuntratt li jinvolvi aktar minn pajjiż tad-destinazzjoni wieħed, il-Parteċipanti għandhom ifittxu li jistabbilixxu Linja Komuni skont il-proċeduri fl-Artikoli 58 sa 63 biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini xierqa.

    13.   IT-TERMINI TA’ RIPAGAMENT GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NON-NUKLEARI

    a)

    Għal impjant tal-enerġija non-nukleari, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ 12-il sena. Jekk Parteċipant beħsiebu jappoġġja terminu ta’ ripagament li huwa itwal minn dak provdut fl-Artikolu 12, il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont il-proċeduri fl-Artikolu 48.

    b)

    Impjanti tal-enerġija non-nukleari huma stazzjonijiet tal-enerġija kompleti jew partijiet minnhom, li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; dawn jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-persunal) li huma meħtieġa b’mod dirett għall-kostruzzjoni u għall-attivazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-enerġija non-nukleari bħal dawn. Ma japplikax għal oġġetti li s-soltu jkun responsabbli għalihom ix-xerrej, b’mod partikolari l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-bini fuq il-lant tax-xogħol, mal-linji tal-enerġija, u mal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma, kif ukoll l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. il-permessi għas-sit, il-permess għall-kostruzzjoni, il-permess biex jitgħabba l-fjuwil) fil-pajjiż tax-xerrej, ħlief:

    1)

    f’każijiet fejn ix-xerrej tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija huwa l-istess wieħed bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija, it-terminu massimu ta’ ripagament għall-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali għandu jkun l-istess bħal dak għall-impjant tal-enerġija non-nukleari (jiġifieri 12-il sena); u

    2)

    it-terminu massimu ta’ ripagament għas-substazzjonijiet, għat-transformers u għal-linji ta’ trażmissjoni b'limitu ta’ vultaġġ minimu ta’ 100 kv għandu jkun l-istess bħal dak għall-impjant tal-enerġija non-nukleari.

    14.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

    a)

    Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandu jitħallas lura f’rati ndaqs.

    b)

    Il-kapital għandha jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewewl rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    c)

    Għall-krediti għall-esportazzjoni li ġew ipprovduti b’appoġġ għat-tranżazzjonijiet ta’ kiri, jistgħu jiġu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a).

    d)

    Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata b’mod xieraq, il-krediti għall-esportazzjoni jistgħu jkunu provduti skont termini għajr dawk li ġew stabbiliti mill-a) sa c) aktar ’il fuq. Il-provvista ta’ appoġġ bħal dan għandha tkun spjegata permezz ta’ żbilanċ fiż-żmien magħżul tal-fondi disponibbli għal min huwa marbut u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli taħt skeda ta’ ripagament indaqs u semi-annwali, u għandha tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

    1)

    L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta’ ħlasijiet kapitali f’perjodu ta’ sitt xhur m’għandu jeċċedi l-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

    2)

    Il-kapital għandu jitħallas lura bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar. L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu għandha tkun tħallset lura 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    3)

    L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    4)

    L-akbar tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tar-ripagament m’għandux jaqbeż:

    Għal tranżazzjonijiet b’xerrejja sovrani (jew b’garanti sovran għar-ripagament), erba’ snin u nofs għal tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija I u ħames snin u tliet xhur għall-pajjiżi tal-Kategorija II.

    Għal tranżazzjonijiet ma’ xerrejja mhux sovrani (u mal-ebda garanti sovran għar-ripagament), ħames snin għall-pajjiżi tal-Kategorija I u sitt snin għall-pajjiżi tal-Kategorija II.

    Minkejja d-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti fiż-żewġ subparagrafi preċedenti, għat-tranżazzjonijiet li jinvolvu appoġġ għal impjanti tal-enerġija non-nukleari skont l-Artikolu 13, sitt snin u tliet xhur.

    5)

    Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 li tispjega r-raġuni għaliex ma kienx provdut appoġġ skont il-paragrafi a) sa c).

    e)

    L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu m'għandux ikun ikkapitalizzat

    15.   IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA

    a)

    L-imgħax jeskludi:

    1)

    kwalunkwe ħlas bħala primjum jew ħlas ieħor biex ikunu assigurati jew iggarantiti l-krediti tal-fornitur jew il-krediti finanzjarji;

    2)

    kwalunkwe ħlas bħala ħlasijiet jew kommissjonijiet bankarji li jirrelataw mal-kreditu tal-esportazzjoni għajr għall-ħlasijiet bankarji annwali jew semi-annwali li jistgħu jitħallsu matul il-perjodu ta’ ripagament kollu; u

    3)

    it-taxxi f’ras il-għajn li ġew imposti mill-pajjiż li jimporta.

    c)

    Fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta' krediti/finanzjament jew rifinanzjament diretti, il-primjum jista' jew jiżdied mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew inkella jista' jkun tariffa separata; iż-żewġ komponenti għandhom ikunu speċifikati lill-Parteċipanti b'mod separat.

    16.   IL-PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-kreditu tal-esportazzjoni jew għal-linja ta’ kreditu individwali, għajr għall-perjodu ta’ validità għar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) li ġew stabbiliti fl-Artikolu 21, m’għandhomx ikunu ffissati għal perjodu li jeċċedi s-sitt xhur qabel l-impenn finali.

    17.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

    L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet tal-kreditu tal-esportazzjoni jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jiftiehmu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk provduti mill-Arranġament, jekk azzjoni bħal din tittieħed wara l-għoti ta’ kuntratt (meta l-ftehim dwar il-krediti għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà saru effettivi) u hija maħsuba biss biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf minn avvenimenti li jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta’ ħlas jew għal klejms.

    18.   L-ALLINJAMENT

    Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 45, Parteċipant jista’ jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant. It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji provduti skont dan l-Artikolu jitqiesu li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u meta applikabbli, mal-Annessi I, II, III, IV u X.

    19.   IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX IFFISSAT TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI B'FINANZJAMENT

    a)

    Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b'rati fissi għandhom japplikaw is-CIRRs relevanti bħala r-rati minimi tal-imgħax. Is-CIRRs huma rati ta' imgħax stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:

    1)

    Is-CIRRs għandhom jirrappreżentaw ir-rati tal-imgħax tas-self kummerċjali fis-suq domestiku tal-munita kkonċernata;

    2)

    Is-CIRRs għandhom jikkorrispondu mill-qrib mar-rata għal dawk li qed jissellfu li ġejjin minn ambitu domestiku tal-ewwel klassi;

    3)

    Is-CIRRs għandhom ikunu bbażati fuq kemm jiswew il-fondi tal-finanzi b'rata fissa tal-imgħax;

    4)

    Is-CIRRs m’għandhomx jgħawġu l-kundizzjonijiet kompetittivi domestiċi; u

    5)

    Is-CIRRsgħandhom jikkorrispondu mill-qrib għal rata li tiġi pprattikata għal mutwatarji barranin tal-ewwel klassi.

    b)

    Il-forniment ta' appoġġ b'finanzjament uffiċjali ma għandux ipatti jew jikkumpensa, b'mod parzjali jew sħiħ, għall-primjum xieraq tar-riskju ta' kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta' nonripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

    20.   IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRS

    a)

    Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi s-CIRRs, l-ewwel nett għandu jagħżel waħda miż-żewġ sistemi bażi tar-rati għall-munita nazzjonali tiegħu:

    1)

    rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ tliet snin għal terminu ta’ ripagament sa u li jinkludu l-ħames snin; rendiment tal-bonds tal-gvern ta' ħames snin għall-kundizzjonijiet ta' ripagament ta' iktar minn ħamsa sa u jinkludu tmien snin u nofs; u rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ seba’ snin għal aktar minn tmien snin u nofs; jew

    2)

    rendimenti ta’ bonds tal-gvern ta’ ħames snin għall-maturitajiet kollha.

    L-eċċezzjonijiet għas-sistema b’rata bażi għandhom ikunu miftiehma mill-Parteċipanti.

    b)

    Is-CIRRs għandhom ikunu ffissati f’marġni fiss ta’ 100 punt bażi ’l fuq mir-rata bażi ta’ kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux ftiehmu mod ieħor.

    c)

    Il-Parteċipanti l-oħra għandhom jużaw is-CIRR iffissata għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f’dik il-munita.

    d)

    Parteċipant jista’ jbiddel is-sistema b’rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż b’sitt xhur bil-quddiem u bil-parir tal-Parteċipanti.

    e)

    Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita RRIK għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni man-non-Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat f’isem dak in-non-Parteċipant jista’ jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f’dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni skont l-Artikoli 58 sa 63.

    21.   IL-VALIDITÀ TAS-CIRRS

    Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal tranżazzjoni m'għandhiex tkun iffissata għal perjodu li jkun itwal minn 120 jum. Għandu jiġi miżjud marġni ta’ 20 punt bażi mas-CIRRs jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali b'finanzjament jkunu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.

    22.   L-APPLIKAZZJONI TAS-CIRRS

    a)

    Fejn l-appoġġ uffiċjali b'finanzjament jiġi provdut għal self b’rata mhux fissa, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra m’għandhomx jitħallew joffru l-għażla li jbaxxu jew is-CIRR (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq tul medda qasira ta’ żmien għall-perjodu kollu kemm idum is-self.

    b)

    Fil-każ ta’ ripagament ta’ self jew ta’ kwalunkwe porzjon minnu, volontarju u bikri, min jissellef għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni governattiva li tipprovdi l-appoġġ uffiċjali b'finanzjament għat-telf u għall-ispejjeż kollha li ġarrbet minħabba ripagament bikri bħal dan, inkluża l-ispiża tal-istituzzjoni governattiva biex tissostitwixxi l-parti tal-influss tal-flus kontanti b’rata fissa li ġie interrott mir-ripagament bikri.

    23.   IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU

    Il-Parteċipanti għandhom jitolbu l-primjum, minbarra l-ħlasijiet fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament tal-krediti għall-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju, għandhom jikkonverġu u m’għandhomx ikunu inadegwati biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi tul medda twila ta’ żmien.

    24.   RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU

    Il-Parteċipanti ma għandhomx jitolbu inqas mir-Rata Minima applikabbli tal-Primjum (MPR) għar-Riskju ta' Kreditu.

    a)

    L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:

    il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż;

    iż-żmien tar-riskju (jiġifieri, l-Orizzont tar-Riskju jew l-HOR);

    il-kategorija tar-riskju tax-xerrej magħżul tal-obbligant;

    il-perċentwal ta' kopertura tar-riskju politiku u kummerċjali u l-kwalità tal-prodott uffiċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovdut;

    kwalunkwe teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikata; u

    kwalunkwe titjib fil-kreditu ta' riskju tax-xerrej li ġew applikati.

    b)

    L-MPRs jiġu espressi f’perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu bħallikieku l-primjum inġabar b’mod sħiħ fid-data tal-ewwel tnaqqis tal-kreditu. Spjegazzjoni ta' kif jiġu kkalkulati l-MPRs, inkluża l-formula matematika, tiġi provduta fl-Anness VI.

    c)

    Ma hemm l-ebda MPRs għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-obbliganti fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 u r-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għat-tali tranżazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati fuq bażi ta' każ b'każ. Biex jiġi żgurat li r-rati tal-primjum mitlubin għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lil obbliganti fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 ma jwaqqgħux l-ipprezzar tas-suq privat, il-Parteċipanti għandhom jaderixxu mal-proċedura li ġejja:

    Filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-disponibilità tal-informazzjoni dwar is-suq u l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni sottstanti, il-Parteċipanti għandhom jiddeterminaw ir-rata tal-primjum li għandha tiġi applikata billi jagħmlu valutazzjoni komparattiva kontra wieħed mill-punti ta' riferiment jew iktar stabbiliti fl-Anness XIII, billi jagħżlu l-iktar punt(i) ta' riferiment meqjus xieraq għat-tranżazzjoni speċifika.

    Minkejja l-paragrafu ta' qabel, jekk ir-relevanza tal-informazzjoni tas-suq hija limitata għal-likwidità jew raġunijiet oħrajn, jew jekk it-tranżazzjoni hija żgħira (kreditu inqas minn 10 miljun SDRs), il-Parteċipanti għandhom jitolbu xejn inqas mill-MPR korrispondenti għall-kategorija xierqa ta' riskju tax-xerrej fil-Kategorija 1 tar-Riskju tal-Pajjiż.

    Fuq bażi temporanja (3), il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 a) għal kwalunkwe tranżazzjoni ma' obbligant/garanti f'pajjiż tal-Kategorija 0 b'valur ta' kreditu ogħla minn 10 miljun SDRs.

    d)

    Fil-prinċipju, il-pajjiżi tal-“ogħla riskju” fil-Kategorija 7 għandhom ikunu soġġetti għal rati ta’ primjum li jeċċedu l-MPRs li ġew stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum għandhom jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali.

    e)

    Fil-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-obbligant u l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju ta-xerrej għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-obbligant, sakemm:

    is-sigurtà fl-għamla ta' garanzija irrevokabbli, inkondizzjonata, fuq talba, legalment valida u inforzabbli tal-obbligu ta' ripagament tad-dejn totali għad-durata sħiħa tal-kreditu ma tkunx ipprovduta minn parti terza b'sodezza kredizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn iggarantit. Fil-każ ta' garanzija ta' parti terza, Parteċipant jista' jagħżel li japplika l-klassifikazzjoni tar-riskju ta' pajjiż tal-pajjiż li fih jinstab il-garanti u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej tal-garanti (4); jew

    Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 28, ma tkunx qed taġixxi jew bħala istituzzjoni li qed tissellef jew bħala garanti għat-tranżazzjoni, f’liema każ il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista’ tkun dik tal-Istituzzjoni Multilaterli jew Reġjonali speċifika involuta.

    f)

    Il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirrelataw mal-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż skont is-sitwazzjonijiet li ġew deskritti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24 e) ġew stabbiliti fl-Anness VII.

    g)

    Il-konvenzjoni tal-HOR li ntużat fil-kalkulazzjoni ta’ MPR hija nofs il-perjodu ta’ żborżament flimkien mal-perjodu sħiħ tar-ripagament u tassumi profil regoli ta’ ripagament tal-kreditu tal-esportazzjoni, jiġifieri ripagament f’rati ndaqs u semi-annwali tal-kapital flimkien mal-imgħax dovut li jibda minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti għall-esportazzjoni bi profili ta’ ripagament li mhumiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta’ ripagament (espress f'termini ta’ rati indaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:

    Formula

    h)

    Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma' garanti ta' parti terza li tinstab f'pajjiż li Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma' Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali li taġixxi bħala garanti għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 a).

    25.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

    Il-pajjiżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta’ jekk humiex se jħallsu l-imgħax fuq id-djun esterni tagħhom (jiġifieri r-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż).

    a)

    Il-ħames elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż huma:

    moratorju ġenerali fuq il-ħlasijiet lura ordnat mill-gvern tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef/tal-garanti jew minn dik l-aġenzija ta’ pajjiż li permezz tagħha qed isir ir-ripagament;

    avvenimenti politiċi u/jew diffikultajiet ekonomiċi li jinqalgħu barra mill-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika jew miżuri leġiżlattivi/amministrattivi li ttieħdu barra l-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika li jipprevjenu jew idewmu t-trasferiment tal-fondi li tħallsu fil-konfront tal-kreditu;

    dispożizzjonijiet legali li ġew adottati fil-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef li jiddikjaraw li l-ħlasijiet lura li saru fil-munita lokali huma ħlas validu tad-dejn, minkejja li minħabba l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju, ħlasijiet lura bħal dawn, meta jiġu konvertiti fil-munita tal-kreditu, ma jibqgħux ikopru aktar l-ammont tad-dejn fid-data tat-trasferiment tal-fondi;

    kwalunkwe miżura jew deċiżjoni oħra tal-gvern ta’ pajjiż barrani li tipprevjeni r-ripagament taħt kreditu; u

    każi ta’ force majeure li jiġru barra l-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika, jiġifieri gwerra (inkluża gwerra ċivili), esproprjazzjoni, rivoluzzjoni, rewwixta, irvelli ċivili, ċikluni, għargħar, terremoti, eruzzjonijiet, mewġ imqanqal minn maremot u inċidenti nukleari.

    b)

    Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f’waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti l-MPRs għall-Kategorija 1 sa 7, imma mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta’ riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f'din il-Kategorija. Ir-riskju ta' kreditu assoċjat ma' tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 huwa marbut l-iktar mar-riskju tal-obbligant/garanti.

    c)

    Il-pajjiżi tal-OECD u taż-Żona Euro bi Dħul Għoli (5) huma kklassifikati fil-Kategorija 0.

    Għall-finijiet tal-MPRs, kwalunkwe pajjiż tal-OECD li ġie kklassifikat fil-Kategorija 0 minħabba l-istatus ta’ Dħul Għoli tiegħu għandu jibqa’ kklassifikat fil-Kategorija 0 sakemm jaqa’ ’l isfel mil-limitu tal-IGN ta’ Dħul Għoli għal sentejn konsekuttivi, f’liema żmien il-klassifikazzjoni tal-pajjiż għandha tiġi riveduta skont l-Artikolu 25 d) sa f).

    Kwalunkwe pajjiż tal-OECD ’il fuq mil-limitu ta’ Dħul Għoli għal sentejn konsekuttivi għandu jiġi kklassifikat, skont id-definizzjoni, fil-Kategorija 0. Klassifikazzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-istatus ta’ pajjiż kif ġie ddeterminat mill-Bank Dinji.

    Il-pajjiżi l-oħra li jitqiesu li huma f'livell simili ta’ riskju jistgħu jiġu kklassifikati wkoll fil-Kategorija 0.

    d)

    Il-pajjiżi kollha (6), mhux ikklassifikati fil-Kategorija 0 skont il-paragrafu c) iktar 'il fuq, huma kklassifikati permezz tal-Metodoloġija ta' Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż, li hija msawra minn:

    Il-Mudell tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (il-Mudell), li jipproduċi valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż li hija bbażata, għal kull pajjiż, fuq tliet gruppi ta’ indikaturi tar-riskju: l-esperjenza tal-ħlas tal-Parteċipanti, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni ekonomika. Il-metodoloġija tal-Mudell tikkonsisti minn passi differenti li jinkludu l-valutazzjoni tat-tliet gruppi tal-indikaturi tar-riskju u l-kombinazzjoni u t-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) flessibbli tal-gruppi tal-indikaturi tar-riskju.

    Il-valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati tal-Mudell, meqjusa pajjiż b’pajjiż biex ikunu integrati r-riskju politiku u/jew il-fatturi tar-riskju l-oħra li ma tqisux b’mod sħiħ jew b’mod parzjali mill-Mudell. Jekk ikun xieraq, dan jista' jwassal għal aġġustament għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-Mudell biex tkun riflessa l-valutazzjoni finali tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż.

    e)

    Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u għandhom jiġu riveduti mill-inqas kull sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Risju tal-Pajjiż għandhom jiġu kkomunikati immedjatament mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid f’Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat, il-Parteċipanti għandhom jitolbu r-rati tal-primjum bi jew aktar mill-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida.

    f)

    Is-Segretarjat għandu jagħmel pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tar-riskju tal-pajjiż.

    26.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN

    a)

    Għall-pajjiżi kollha kklassifikati permezz tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż skont l-Artikolu 25 d), ir-riskju tas-sovran għandu jiġi vvalutat biex jiġu identifikati, fuq bażi eċċezzjonali, dawk is-sovrani:

    li mhumiex l-obbligant bl-inqs riskju fil-pajjiż u;

    li r-riskju ta' kreditu tagħhom huwa notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż.

    b)

    L-identifikazzjoni tas-sovrani li jilħqu l-kriterji mniżżla f'26 a) iktar 'il fuq għandha ssir skont il-Metodoloġija ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran li ġiet żviluppata u maqbula mill-Parteċipanti.

    c)

    Il-lista ta' sovrani identifikati li jilħqu l-kriterji mniżżla f'26 a) iktar 'il fuq għandha tiġi ssorveljata fuq bażi kontinwa u reveduta tal-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għandhom jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat.

    d)

    Il-lista ta' sovrani identifikati f'26 b) iktar 'il fuq għandha tiġi ppubblikata mis-Segretarjat.

    27.   KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

    L-obbliganti u, kif xieraq, il-garanti fil-pajjiżi kklassifikati fil-Kategoriji ta' Riskju tal-Pajjiż 1-7 għandhom jiġu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji ta' riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti fir-rigward tal-pajjiż tal-obbligant/garanti (7). Il-matriċi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li fihom l-obbliganti u l-garanti għandhom jiġu kklassifikati hija pprovduta fl-Anness VI. Deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej huma pprovduti fl-Anness XII.

    a)

    Il-klassifikazzjonijiet tar-riskju tax-xerrej għandhom ikunu bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit tal-obbligant/garanti kif iddeterminata mill-Parteċipant.

    b)

    Minkejja l-paragrafu 27 a) ta' hawn fuq, it-tranżazzjonijiet appoġġjati skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Anness X għall-Arranġament (Il-Finanzi tal-Proġett) u tranżazzjonijiet b'valur tal-kreditu ta' ħames miljun SDRs jew inqas jistgħu jiġu kklassifikati fuq bażi ta' tranżazzjonijiet, jiġifieri wara l-applikazzjoni ta' kwalunkwe titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej, madankollu, it-tali tranżazzjonijiet, indipendentement minn kif jiġu kklassifikati, mhumiex eliġibbli għal skonti għall-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej.

    c)

    L-obbliganti u l-garanti sovrani huma kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV/CC0.

    d)

    Fuq bażi eċċezzjonali, l-obbliganti u l-garanti mhux sovrani jistgħu jiġu kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej “Aħjar minn Sovrani” (SOV+) (8) jekk:

    l-obbligant/garanti għandu klassifikazzjoni tal-munita barranija minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) (9) akkreditata li hija aħjar mill-klassifikazzjoni tal-munita barranija (mill-istess CRA) tas-sovran rispettiv tiegħu, jew

    l-obbligant /il-garanti jinstab f'pajjiż li fih, ir-riskju ġie identifikat bħala notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż.

    e)

    Il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 a) għat-tranżazzjonijiet:

    ma' obbligant/garanti mhux sovran fejn il-primjum mitlub huwa inqas minn dak stabbilit mill-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej CC1, jiġifieri CC0 jew SOV+;

    ma' obbligant/garanti mhux sovran b'valur tal-kreditu ogħla minn 5 miljun SDRs fejn Parteċipant jivvaluta klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej għal obbligant/garanti mhux sovran li hija kklassifikata minn CRA Akkreditata, u l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej ikklassifikata tkun aħjar mill-klassifikazzjoni tas-CRA Akkreditata (10).

    f)

    Fil-każ ta' kompetizzjoni għal tranżazzjoni speċifika, fejn l-obbligant/garanti jkun ġie kklassifikat mill-Parteċipanti li jikkompetu f'kategoriji differenti tar-riskju tax-xerrej, il-Parteċipanti f'kompetizzjoni għandhom ifittxu li jaslu għal klassifikazzjoni komuni tar-riskju tax-xerrej. Jekk ma jintlaħaqx qbli dwar klassifikazzjoni komuni, il-Parteċipant(i) li kklassifika(w) lill-obbligant/garanti fi klassifikazzjoni ogħla tar-riskju tax-xerrej ma jkunux projbiti milli japplikaw l-inqas klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej.

    28.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI

    L-Istituzzjonijiet Multilaterali u Reġjonali għandhom jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7) (11) u reveduti kif xieraq; is-Segretarjat għandu jagħmel pubbliċi klassifikazzjonijiet applikabbli bħal dawn.

    29.   IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI

    L-MPRs jiġu ddiferenzjati biex titqies il-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta mill-Parteċipanti kif ġie stabbilit fl-Anness VI. Id-differenzazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jkun innewtralizzat l-effett kompetittiv li jirriżulta minħabba l-kwalitajiet differenti tal-prodott provdut lill-esportatur/istituzzjoni finanzjarja).

    a)

    Il-kwalità ta’ prodott tal-kreditu tal-esportazzjoni hija funzjoni ta’ jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms (jiġifieri l-perjodu bejn id-data li fiha huwa dovut il-ħlas min-naħa tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef u d-data li fiha l-assiguratur huwa obbligat li jirrimborża l-esportatur/istituzzjoni finanzjarja) hiex provduta mingħajr ħlas barrani.

    b)

    Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu tal-esportazzjoni li ġew offruti mill-Parteċipanti għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mit-tliet kategoriji tal-prodotti li huma:

    Prodott ta’ livell inqas mill-istandard, jiġifieri assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms u assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms bi ħlas barrani xieraq tal-primjum;

    Prodott standard, jiġifieri assigurazzjoni b’kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms mingħajr ħlas barrani xieraq tal-primjum u kreditu dirett /finanzjament xieraq; u

    Prodott ta’ livell ogħla mill-istandard, jiġifieri garanziji.

    30.   TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

    a)

    Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, li l-applikazzjoni speċifika tagħhom hija stabbilita fl-Anness VIII:

    Struttura lil Hinn mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta’ Depożitu f’idejn Terz Lil Hinn mill-Kosta (Offshore Escrow Account)

    Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)

    c)

    Il-Parteċipant li japplika MPR li tirrifletti l-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 47 a).

    31.   TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

    a)

    Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li ġejjin (BRCE) li jippermettu li ssir l-applikazzjoni ta' Fattur ta' Titjib fil-Kreditu (CEF) ogħla minn 0:

    L-assenjament ta' Rikavati jew Riċevibbli tal-Kuntratt

    Titolu Abbażi ta' Assi

    Sigurtà tal-Assi Fissi

    Kont Miżmum minn Terzi

    b)

    Definizzjonijiet tal-BRCE u l-valuri massimi tas-CEF huma stipulati fl-Anness VIII.

    c)

    Il-BRCEs jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien mar-restrizzjonijiet li ġejjin:

    Is-CEF massimu li jista' jinkiseb permezz tal-użu tal-BRCEs huwa ta' 0,35.

    It-“Titolu Abbażi ta' Assi” u t-“Titolu ta' Assi Fissi” ma jistgħux jintużaw f'daqqa fi tranżazzjoni waħda.

    Fil-każ li l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tjiebet permezz tal-użu ta' “Struttura lil Hinn Mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta’ Depożitu f’idejn Terz Lil Hinn Mill-Kosta”, ma jistgħux jiġu applikati l-ebda BRCEs.

    d)

    Il-Parteċipanti għandhom jagħtu notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 a) għal tranżazzjonijiet ma' obbligant/garanti mhux sovran bi kreditu ogħla minn 5 miljun SDRs fejn il-BRCEs jirriżultaw fl-applikazzjoni ta' CEF ogħla minn 0.

    32.   REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU

    a)

    Biex tkun ivvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u biex jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, l-aġġustamenti, jew ’il fuq jew ’l isfel, għandhom jintużaw b’mod parallel tliet għodod biex tittieħed reazzjoni għall-informazzjoni dwar il-primjum (PFTs) biex jiġu mmonitorjati u aġġustati l-MPRs fuq bażi regolari.

    b)

    Il-PFTs għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-MPRs kemm f'termini tal-esperjenza propja tal-istituzzjonijiet li jipprovdu l-krediti għall-esportazzjoni uffiċjali kif ukoll f'termini tal-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta' kreditu.

    c)

    Reviżjoni komprensiva tal-aspetti kollha tar-regoli tal-primjum tal-Arranġament għandha sseħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2015.

    KAPITOLU III:

    ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

    33.   IL-PRINĊIPJI ĠENERALI

    a)

    Il-Parteċipanti ftiehmu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki tal-krediti għall-esportazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni miftuħa u fuq l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jipprovdu riżorsi esterni meħtieġa għall-pajjiżi, għas-setturi jew għall-proġetti bi ftit aċċess jew bl-ebda aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw it-tgħawwiġ kummerċjali, u jikkontribwixxu għal użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta’ dawn ir-riżorsi.

    b)

    Id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi tal-għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali.

    c)

    Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta’ dik mhux marbuta.

    d)

    Parteċipant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għall-istatus tal-irbit ta’ kwalunkwe forma ta’ għajnuna. Jekk hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta’ finanzjament taqax fi ħdan l-ambitu tad-definizzjoni ta’ għajnuna marbuta li ġiet stabbilita fl-Anness XI, il-pajjiż donatur għandu jipprovdi evidenza b’appoġġ għal kwalunkwe klejm li tgħid li l-għajnuna tabilħaqq ‘mhix marbuta’ skont id-definizzjoni fl-Anness XI.

    34.   IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

    L-għajnuna marbuta tista’ tieħu l-forma ta’:

    a)

    self tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif iddefinit fil-“Prinċipji ta’ Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”;

    b)

    l-għotjiet tal-ODA ki ġew iddefiniti fil-“Prinċipji ta’ Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”; u

    c)

    Flussi Uffiċjali Oħra (OOF), li jinkludu għotjiet u self imma jeskludu l-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li huma skont l-Arranġament; jew

    d)

    Kwalunkwe assoċjazzjoni, eż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fi ħdan il-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew ta’ dak li qed jissellef li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta’ finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:

    1)

    kreditu tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjat permezz ta’ kreditu/finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid, appoġġ għar-rata tal-imgħax, garanzija jew assigurazzjoni li għalih japplika l-Arranġament; u

    2)

    fondi oħra bi jew bi kważi t-termini tas-suq, jew ħlas parzjali mix-xerrej.

    35.   IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT

    a)

    Il-finanzjament assoċjat jista' jsir f'bosta għamliet, inklużi krediti mħallta, finanzjament imħallat, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew tranżazzjonijiet integrati uniċi. Il-karatteristiċi ewlenin komuni bejniethom huma:

    komponent konċessjonali li huwa marbut fil-liġi jew fil-fatt mal-komponenti non-konċessjonali;

    jew parti waħda jew il-pakkett ta’ finanzjament kollu li huwa, fil-fatt, għajnuna marbuta; u

    fondi konċessjonali li huma disponibbli biss jekk il-komponent marbut non-konċessjonali jkun aċċettat mir-riċevent.

    b)

    Assoċjazzjoni jew rabta “fil-fatt” tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:

    l-eżistenza ta’ ftehimiet informali bejn l-awtoritajiet riċeventi u dawk donaturi;

    l-intenzjoni min-naħa tad-donatur li jiffaċilita l-aċċettabilità ta’ pakkett ta’ finanzjament permezz tal-użu tal-ODA;

    l-irbit effettiv ta’ pakkett ta’ finanzjament sħiħ max-xiri fil-pajjiż donatur;

    l-istatus tal-irbit tal-ODA u l-mezzi tat-tfigħ tal-offerti għal jew l-għoti tal-kuntratt ta’ kull tranżazzjoni finanzjarja; jew

    kwalunkwe prattika oħra, li ġiet identifikata mid-DAC jew mill-Parteċipanti fejn jeżisti kollegament de facto bejn żewġ komponenti ta’ finanzjament jew aktar.

    c)

    Il-prattiki li ġejjin m’għandhomx jipprevjenu d-determinazzjoni ta’ assoċjazzjoni jew ta’ rabta “fil-fatt”:

    il-qasma ta’ kuntratt permezz ta’ notifika separata tal-partijiet komponenti ta’ kuntratt wieħed;

    il-qasma ta’ kuntratti li jiġu ffinanzjati f’diversi stadji;

    in-nuqqas ta’ notifika ta’ partijiet interdipendenti ta’ kuntratt; u/jew

    in-nuqqas ta’ notifika minħabba li parti mill-pakkett ta’ finanzjament mhix marbuta.

    36.   L-ELIĠIBILITÀ TA’ PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

    a)

    Ma għandu jkun hemm l-ebda għajnuna marbuta lil pajjiżi li l-ING per capita tagħhom, skont id-dejta tal-Bank Dinji, huwa ogħla mil-limitu superjuri għall-pajjiżi bi dħul medju inferjuri. Il-Bank Dinji jerġa' jikkalkola dan il-livell limitu fuq bażi annwali (12). Pajjiż se jiġi kklassifikat mill-ġdid biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi.

    b)

    Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

    1)

    Klassifikazzjoni għall-finijiet ta’ Arranġament tiġi ddeterminata permezz tad-ING per capita kif jiġi kkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi li qed jissellfu tal-Bank Dinji; is-Segretarjat għandu jagħmel pubblika din il-klassifikazzjoni.

    2)

    F’każi fejn il-Bank Dinji m’għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-dejta dwar l-ING per capita, il-Bank Dinji għandu jintalab biex jistma jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux ING per capita li huwa ’l fuq jew ’l isfel mil-limitu kurrenti. Il-pajjiż għandu jiġi kklassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

    3)

    Jekk l-eliġibilità ta’ pajjiż għall-għajnuna marbuta tinbidel skont l-Artikolu 36 a), il-klassifikazzjoni mill-ġdid għandha tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-konklużjonijiet li nġibdu mid-dejta tal-Bank Dinji li ssemmiet aktar ’il fuq lill-Parteċipanti kollha. Qabel id-data effettiva tal-klassifikazzjoni mill-ġdid, ma jista' jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta’ għajnuna marbuta għal pajjiż li sar eliġibbli reċentement; wara dik id-data, ma jista’ jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta’ għajnuna marbuta għal pajjiż li ġie promoss reċentement, ħlief li jistgħu jiġu nnotifikati t-tranżazzjonijiet individwali li ġew koperti taħt linja ta’ kreditu li kienet impenjata minn qabel sakemm tiskadi l-linja ta’ kreditu (li m’għandhiex tkun ta’ aktar minn sena mid-data effettiva).

    4)

    F’każijiet fejn il-Bank Dinji jirrivedi l-figuri, reviżjonijiet bħal dawn m’għandhomx jitqiesu f’relazzjoni mal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta’ pajjiż tista' tinbidel permezz ta’ Linja Komuni, skont il-proċeduri xierqa fl-Artikolu 58 sa 63, u l-Parteċipanti għandhom iqisu b'mod favorevoli bidla minħabba żbalji u omissjonijiet fil-figuri li sussegwentement ġew rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja bħala l-figuri li tqassmu l-ewwel mis-Segretarjat.

    37.   L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT

    a)

    L-għajnuna marbuta m’għandhiex tkun estiża għall-proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk ikunu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament.

    b)

    It-testijiet ewlenija għal eliġibilità tal-għajnuna bħal din huma:

    jekk il-proġett hux finanzjarjament mhux vijabbli, jiġifieri il-proġett għandu nuqqas ta’ kapaċità b’ipprezzar xieraq li ġie ddeterminat skont il-prinċipji tas-suq, biex ikun iġġenerat fluss tal-flus biżżejjed biex ikunu koperti l-ispejjeż operattivi tal-proġett u sabiex jitħallas l-imgħax fuq il-kapital użat, jiġifieri l-ewwel test ewlieni; jew

    jekk hux raġonevoli li jiġi konkluż, ibbażat fuq komunikazzjoni mal-Parteċipanti l-oħra, li mhux probabbli li l-proġett jista’ jkun iffinanzjat skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament, jiġifieri t-tieni test ewlieni. Fejn għandhom x’jaqsmu l-proġetti li huma akbar minn 50 miljun SDRs għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-disponibilità mistennija ta’ finanzjament skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament meta titqies jekk għajnuna bħal din hiex xierqa.

    c)

    It-testijiet ewlenin fis-subparagrafu b) iktar 'il fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif għandu jiġi evalwat proġett biex jiġi ddeterminat jekk għandux jiġi ffinanjat bit-tali għajnuna jew bi krediti għall-esportazzjoni bit-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta' konsultazzjoni deskritt fl-Artikoli 54 sa 56, korp ta' esperjena huwa mistenni jiżviluppa maż-żmien li sejjer jiddefinixxi bi preċiżjoni ikbar, kemm għall-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll tal-għajnuna, gwida ex ante rigward il-linja bejn iż-żewġ kategoriji ta' proġetti.

    38.   IL-LIVELL MINIMU TA’ KONĊESSJONALITÀ

    Il-Parteċipanti m’għandhomx jipprovdu għajnuna marbuta li għandha livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 35 %, jew ta’ 50 % jekk il-pajjiż benefiċjarju huwa Pajjiż Inqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti aktar ’l isfel, li huma wkoll eżenti mill-proċeduri ta’ notifika li ġew stabbiliti fl-Artikolu 50 a):

    a)

    Assistenza teknika: l-għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss minn kooperazzjoni teknika li hija inqas minn jew 3 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni jew miljun Drittijiet Speċjali ta’ Preljev (SDRs), liema minnhom huwa l-aktar baxx; u

    b)

    Il-proġetti ż-żgħar: il-proġetti kapitali ta’ inqas minn miljun SDRs li huma ffinanzjati għal kollox mill-għotjiet tal-għajnuna għall-iżvilupp.

    39.   L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

    a)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 80 fil-mija jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 35.

    b)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b’valur ta’ inqas minn żewġ miljuni SDRs ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 35.

    c)

    L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, mhix soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37.

    d)

    Il-Parteċipanti l-oħra għandhom iqisu b'mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-għajnuna marbuta skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi:

    aċċident nukleari jew industrijali kbir li jikkawża tniġġis transfruntier serju, fejn kwalunkwe Parteċipant milqut jixtieq jipprovdi għajnuna marbuta biex jelimina jew jimmitiga l-effetti tiegħu, jew

    l-eżistenza ta' riskju notevoli li t-tali aċċident jista' jseħħ, fejn kwalunkwe Parteċipant potenjalment milqut jixtieq jipprovdi għajnuna marbuta biex jevita milli jseħħ.

    e)

    Minkejja l-Artikoli 36 u 37, b’mod eċċezzjonali, Parteċipant jista’ jipprovdi appoġġ permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

    il-proċedura ta’ Linja Komuni kif inhi ddefinita fl-Anness XI u kif inhi deskritta fl-Artikoli 58 sa 63; jew

    ġustifikazzjoni minħabba l-għajnuna permezz ta’ appoġġ minn korp sostanzjali tal-Parteċipanti kif ġie deskritt fl-Artikoli 51 u 52; jew

    ittra lis-Segretarju-Ġenerali tal-OECD, skont il-proċeduri fl-Artikolu 53, li l-Parteċipanti jistennew li la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti.

    40.   IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA’ KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

    Il-livell ta’ konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat billi jintuża l-istess metodu bħalma sar għall-element tal-għotja li ntuża mid-DAC, ħlief li:

    a)

    Ir-rata ta' skont użata biex jiġi kkalkolat il-livell ta' konċessjonalità ta' self f'munita partikolari, jiġifieri r-Rata ta' Skont Differenzjata (DDR), hija soġġetta għal bidla annwali fil-15 ta’ Jannar u hija kkalkolata kif ġej:

    Il-medja tas-CIRR + Marġni

    Il-Marġni (M) jiddependi mit-terminu ta’ ripagament (R) kif ġej:

    R

    M

    inqas minn 15-il sena

    0,75

    minn 15-il sena sa, imma ma jinkludux l-20 sena

    1,00

    minn 20 sena sa, imma ma jinkludux it-30 sena

    1,15

    minn 30 sena u 'l fuq

    1,25

    Għall-muniti kollha, il-medja tas-CIRR hija kkalkolata billi tittieħed f'kunsiderazzjoni medja tas-CIRRs tax-xahar validi matul il-perjodu ta' sitt xhur ta' qabel il-15 ta’ Awwissu tas-sena ta' qabel u l-14 ta’ Frar ts-sena attwali. Ir-rata kkalkolata, inkluż il-Marġni, hija mqarrba għall-eqreb għaxar punti bażi. Jekk hemm iktar minn CIRR waħda għall-munita, għal dan il-kalkolu għandha tintuża s-CIRR għall-itwal maturità kif stipulata fl-Artikolu 20 a).

    b)

    Id-data bażi għall-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità huwa l-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie stabbilit fl-Anness XI.

    c)

    Għall-fini tal-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità totali ta’ pakkett ta’ finanzjament assoċjat, il-livelli ta’ konċessjonalità tal-krediti, tal-fondi u tal-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li huma żero:

    il-krediti għall-esportazzjoni li huma skont l-Arranġament;

    fondi oħra b’rati tas-suq jew b’rati kważi tas-suq;

    fondi uffiċjali oħra b’livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 38 ħlief f’każi ta’ allinjament; u

    ħlas parzjali mix-xerrej.

    Il-ħlasijiet fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu li ma jitqisux bħala ħlas parzjali għandhom ikunu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità.

    d)

    Ir-rata ta’ skont fl-allinjament: fl-allinjament tal-għajnuna, l-allinjament identiku jfisser allinjament b'livell ta’ konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta’ skont fis-seħħ fiż-żmien tal-allinjament.

    e)

    L-ispejjeż lokali u x-xiri ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur.

    f)

    Il-livell ta’ konċessjonalità totali ta’ pakkett jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta’ kull komponent tal-pakkett bil-livell ta’ konċessjonalità rispettiv ta’ kull komponent, jingħaddu r-riżultati, u jiġi diviż dan it-total bil-valur nominali aggregat tal-komponenti.

    g)

    Ir-rata ta’ skont għal self ta’ għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. Madankollu, f’każijiet ta’ notifika fil-pront, ir-rata ta’ skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta t-termini u l-kundizzjonijiet tas-self tal-għajnuna kienu ffissati. Bidla fir-rata ta’ skont matul it-tul ta’ żmien tas-self ma jbiddilx il-livell ta’ konċessjonalità tiegħu.

    h)

    In-notifika għandha tkun riveduta, jekk issir bidla fil-munita qabel ma jkun konkluż il-kuntratt. Ir-rata ta’ skont li tintuża biex ikun ikkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità se tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Reviżjoni mhix meħtieġa jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità jiġu indikati fin-notifika oriġinali.

    i)

    Minkejja s-subparagrafu g), ir-rata ta’ skont li ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità tat-tranżazzjonijiet individwali li nbdew taħt linja ta’ kreditu tal-għajnuna għandha tkun ir-rata li kienet innotifikat oriġinarjament għal-linja ta’ kreditu.

    41.   IL-PERJODU TA’ VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

    a)

    Il-Parteċipanti m’għandhomx jiffissaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tirrelata mal-finanzjament tat-tranżazzjonijiet individwali jew ma’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandha tkun innotifikata skont l-Artikolu 50; l-estensjoni ta' linja ta' kreditu għandha tiġi avżata bħallikieku kienet tranżazzjoni ġdida b'nota li tispjega li hija estensjoni u li hija mġedda b'kundizzjonijiet permessi meta jsir l-avviż ta' estensjoni. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet individwali, inklużi dawk li ġew innotifikati taħt protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tan-notifika tal-impenn skont l-Artikolu 49 jew 50, kif ikun xieraq.

    b)

    Meta għall-ewwel darba pajjiż ma jibqax eliġibbli għal Self tal-Bank Dinji ta’ 17-il sena, il-perjodu ta’ validità ta’ protokolli ta’ għajnuna marbuta u linji ta’ kreditu eżistenti u ġodda li ġew innotifikati, għandu jiġi ristrett għal sena wara d-data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid potenzjali skont il-proċeduri fl-Artikolu 36 b).

    c)

    It-tiġdid ta’ protokolli u linji ta’ kreditu bħal dawn huwa possibbli biss skont termini li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 tal-Arranġament wara:

    klassifikazzjoni mill-ġdid tal-pajjiżi; u

    bidla fid-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

    F’dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta’ skont li ġiet stabbilita fl-Artikolu 40.

    42.   L-ALLINJAMENT

    Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b’mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 45, Parteċipant jista’ jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant.

    KAPITOLU IV:

    IL-PROĊEDURI

    TAQSIMA 1:

    Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

    43.   IN-NOTIFIKI

    In-notifiki li ġew stabbiliti permezz tal-proċeduri fl-Arranġament għandhom isiru skont, u għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness V, u għandha tintbagħat kopja tagħhom lis-Segretarjat.

    44.   L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

    a)

    Hekk kif Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li nnotifika skont il-proċeduri fl-Artikoli 47 sa 50, għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b’dan billi jinkludi n-numru ta’ referenza tan-notifika fuq il-Formola 1C rilevanti tas-Sistema ta’ Rappurtaġġ tal-Kredituri (CRS).

    b)

    Fi skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 55 sa 57, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u bil-kundizzjonijiet tal-kreditu li qed jipprevedi li se jappoġġja għal tranżazzjoni partikolari u jista’ jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra.

    45.   IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT

    a)

    Qabel jiġu allinjati t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji preżunti li huma offruti minn Parteċipant jew non-Parteċipant skont l-Artikoli 18 u 42, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif xieraq bl-użu tal-konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ deskritti fl-Artikolu 57, biex jiġi vverifikat li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma appoġġjati b'mod uffiċjali u għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

    1)

    Il-Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u bil-kundizzjonijiet li beħsiebu jappoġġja billi jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika li huma meħtieġa għat-termini u għall-kundizzjonijiet allinjati. Fil-każ tal-allinjament ta’ non-Parteċipant, il-Parteċipant allinjat għandu jsegwi l-istess proċeduri ta’ notifika li kienu jkunu meħtieġa kieku t-termini allinjati kienu offruti minn Parteċipant.

    2)

    Minkejja l-paragrafu 1) t'hawn fuq, jekk il-proċeduri ta’ notifika applikabbli għandha teħtieġ li l-Parteċipant allinjat jirtira l-impenn tiegħu lil hinn mid-data tal-għeluq tal-offerta finali, imbagħad il-Parteċipant allinjat għandu jagħti avviż tal-intenzjoni tiegħu għal allinjament kemm jista' jkun malajr.

    3)

    Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jitrira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġja t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti l-oħra kollha b’dan.

    b)

    Parteċipant li beħsiebu joffri termini u kundizzjonijiet finanzjarji identiċi lil dawk innotifikati fl-Artikoli 47 u 48 jista' jagħmel dan ladarba jiskadi l-perjodu ta' stennija stipulat fihom. Dan il-Parteċipant għandu jagħti notifika tal-intenzjoni tiegħu kemm jista' jkun kmieni.

    46.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

    a)

    Parteċipant li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fl-Arranġament għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli.

    b)

    Il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu f’jumejn ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

    c)

    Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni.

    d)

    Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni tal-Parteċipanti, m’għandhomx jidħlu fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali.

    TAQSIMA 2:

    Iil-proċeduri għall-krediti tal-esportazzjoni

    47.   IN-NOTIFIKA MINN QABEL B’DISKUSSJONI

    a)

    Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ kwalunkwe impenn skont l-Anness V tal-Arranġament jekk:

    il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej użata għall-kalkolu tal-MPR hija dik ta' garanti ta' parti terza li jinsab barra l-pajjiż tal-obbligant [jiġifieri skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 24 e)]; jew

    l-MPR applikabbli tnaqqas permezz tal-applikazzjoni ta' teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-Pajjiż elenkata fl-Artikolu 30.

    b)

    Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra.

    c)

    Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex tkun iffaċilitata r-reviżjoni tal-korp ta’ esperjenza skont l-Artikolu 69. Il-Parteċipanti għandhom iżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum li ġew innotifikati skont il-paragrafu a) ta' hawn fuq.

    48.   IN-NOTIFIKA MINN QABEL

    a)

    Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha, mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn skont l-Anness V tal-Arranġament, jekk biħsiebu:

    1)

    Jappoġġja terminu ta' ripagament ta' iktar minn ħames snin lil Pajjiż tal-Kategorija I.

    2)

    Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 10 d) 3).

    3)

    Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 13 a).

    4)

    Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 14 d).

    5)

    Jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni ma' obbligant/garanti f'pajjiż tal-Kategorija 0 b'valur tal-kreditu ta' iktar minn 10 miljun SDRs (13). XXXX

    6)

    Biex japplika rata tal-primjum skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 24 e), fejn il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-Pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej użati għall-kalkolu tal-MPR ġew iddeterminati bl-involviment bħala obbligant jew garanti ta' istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata.

    7)

    Biex japplika rata tal-primjum skont l-Artikolu 27 e) fejn il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej użata għall-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni:

    ma' obbligant/garanti mhux sovran huwa inqas minn CC1 (jiġifieri CC0 jew SOV+);

    ma' obbligant/garanti mhux sovran bi kreditu ogħla minn 5 miljun SDRs huwa ogħla mill-klassifikazzjoni ta' CRA Akkreditata.

    8)

    Biex japplika rata tal-primjum skont l-Artikolu 31 a) fejn l-użu ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej jirriżulta fl-applikazzjoni ta' CEF ogħla minn 0.

    b)

    Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni bħal din, għandu immedjatament jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha.

    TAQSIMA 3:

    Il-proċeduri għall-għajnuna relata mal-kummerċ

    49.   IN-NOTIFIKA MINN QABEL

    a)

    Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:

    Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ żewġ miljuni SDRs jew aktar, u b’livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 80 fil-mija;

    Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ inqas minn żewġ miljun SDRs u b’element ta’ għotja (kif inhu ddefinit mid-DAC) ta’ inqas minn 50 %;

    Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b’valur ta’ żewġ miljun SDRs jew aktar u b’livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 80 %; jew

    Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta’ inqas minn żewġ miljun SDRs u b'livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 50 %, ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti fl-Artikolu 38 a) u b).

    Għajnuna marbuta skont l-Artikolu 39 d).

    b)

    In-notifika minn qabel għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol qabel ma tagħlaq l-offerta jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-aktar kmieni.

    c)

    Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jitrira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġja t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, għandu jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha b’dan.

    d)

    Id-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, kif inhu deskritt fl-Artikolu 35.

    50.   IN-NOTIFIKA FIL-PRONT

    a)

    Parteċipant għandu jinnotifika fil-pront lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn, jiġifieri fi żmien jumejn tax-xogħol dwar l-impenn, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għal għajnuna marbuta b'valur ta' jew:

    żewġ miljun SDR jew iktar u livell ta' konċessjonalità ta' 80 % jew iktar; jew

    inqas minn żewġ miljuni SDRs u livell ta’ konċessjonalità ta’ 50 fil-mija jew aktar ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti fl-Artikolu 38 a) u b)

    b)

    Parteċipant għandu wkoll jinnotifika fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu jew ftehim simili.

    c)

    M’hemmx għalfejn tingħata notifika minn qabel jekk parteċipant biħsiebu jallinja termini u kundizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal notifika fil-pront.

    TAQSIMA 4:

    Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-għajnuna marbuta

    51.   IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET

    a)

    Parteċipant li qed ifittex kjarifika dwar motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista’ jitlob li tiġi provduta valutazzjoni tal-kwalità tal-għajnuna (li d-dettalji tagħha jinsabu fl-Anness IX) sħiħa.

    b)

    Barra minn hekk, Parteċipant jista’ jitlob konsultazzjonijiet mal-parteċipanti l-oħra, skont l-Artikolu 52. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 57 sabiex ikunu diskussi:

    l-ewwel nett, jekk offerta ta’ għajnuna tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 36 u 37; u

    jekk ikun meħtieġ, jekk offerta ta’ għajnuna hiex iġġustifikata anki jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 36 u 37 ma ġewx sodisfatti.

    52.   L-AMBITU TA’ U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET

    a)

    Matul il-konsultazzjonijiet, parteċipant jista' jitlob, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:

    il-valutazzjoni ta’ evalwazzjoni dettaljata ta’ studju ta’ probabbiltà/proġett;

    jekk hemmx offerta li tikkompeti b’finanzjament mhux konċessjonali jew tal-għajnuna;

    l-aspettattiva li l-proġett jiġġenera jew jiffranka munita barranija;

    jekk hemmx kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multilaterali bħall-Bank Dinji;

    il-preżenza tal-Irkant Kompetittiv Internazzjonali (ICB), b’mod partikolari jekk dik tal-fornitur tal-pajjiż donatur hija l-offerta evalwata l-aktar baxxa;

    l-implikazzjonijiet ambjentali;

    kwalunkwe parteċipazzjoni mis-settur privat; u

    iż-żmien magħżul tan-notifiki (eż. sitt xhur qabel ma jagħlqu l-offerti jew qabel id-data tal-impenn) tal-krediti konċessjonali jew ta’ għajnuna.

    b)

    Il-konsultazzjoni għandha tkun ikkompletata u s-sejbiet dwar iż-żewġ kwistjonijiet fl-Artikolu 51 għandhom jiġu nnotifikati mis-Segretarjat lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-ewwel. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ ftehim fost il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat għandu jistieden lill-Parteċipanti l-oħra biex jesprimu l-fehmiet tagħhom f’ħamest ijiem ta’ xogħol. Għandu jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant li jinnotifika, li għandu jqis mill-ġdid ikomplix jekk jidher li ma hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta’ għajnuna.

    53.   IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET

    a)

    Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta’ appoġġ sostanzjali għandu jipprovdi notifika minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-parteċipanti l-oħra, mhux iktar tard minn 60 jum kalendarju wara li titlesta l-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur għandu jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali primarju mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-Parteċipanti jistennew li avveniment bħal dan la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti.

    b)

    Id-donatur għandu jinnotifika minnufih lill-Parteċipanti li bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD, b’kopja tagħha tkun inkluża man-notifika. La d-donatur u lanqas l-ebda Parteċipant ieħor m’għandu jagħmel impenn ta’ għajnuna marbuta sakemm jgħaddu għaxart ijiem ta’ xogħol minn wara tkun inħarġet din in-notifika lill-Parteċipanti. Għall-proġetti fejn matul il-proċess ta’ konsultazzjoni kienu identifikati offerti kummerċjali li jikkompetu, il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li ssemma’ aktar ’il fuq għandu jkun estiż għal 15-il jum.

    c)

    Is-segretarjat għandu jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

    TAQSIMA 5:

    L-iskambju tal-informazzjoni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

    54.   IL-PUNTI TA’ KUNTATT

    Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom isiru bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f’kull pajjiż permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. l-OLIS, u għandhom jiġu trattati b’mod konfidenzjali.

    55.   L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET

    a)

    Parteċipant jista’ jistaqsi lil Parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jieħu fir-rigward ta’ pajjiż terz, ta’ istituzzjoni f’pajjiż terz, jew ta’ metodu partikolari ta’ kif isir in-negozju.

    b)

    Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġja.

    c)

    Jekk issir mistoqsija lil aktar minn Parteċipant wieħed, għandha tinkludi lista ta’ destinatarji.

    d)

    Kopja tal-mistoqsijiet kollha għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat.

    56.   L-AMBITU TAR-RISPOSTI

    a)

    Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija għandu jirrispondi f’ebat ijiem kalendarji u għandu jipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli. Ir-risposta għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa għandha ssegwi kemm jista’ jkun malajr.Għandhom jintbagħtu kopji lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

    b)

    Jekk risposta għal mistoqsija wara ssir invalida minħabba kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:

    saret, inbidlet jew ġiet irtirata applikazzjoni, jew

    qed jitqiesu termini oħra,

    mingħajr dewmien, għandha tintbagħat risposta u għandha tintbagħat kopja lid-destinatarji l-oħra kollha tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

    57.   IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ

    a)

    Parteċipant għandu jaqbel fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ.

    b)

    Talba għal konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ għandha tkun disponibbli għall-Parteċipanti u għan-non-Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

    c)

    Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa, eż. Linja Komuni. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

    58.   IL-PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

    a)

    Il-proposti għal Linja Komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat għandu jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha, u fejn tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta’ kuntatt tad-DAC kollha. L-identità ta’ min ħa l-inizjattiva ma tinkixifx fuq ir-Reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bord tal-Bullettini tal-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista’ jiżvela bil-formm l-identità ta’ min ħa l-inizjattiva lil parteċipant jew lil membru tad-DAC jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ talbiet bħal dawn.

    b)

    Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun iddatata u għandu jkollha l-format li ġej:

    In-numru ta’ referenza, segwit minn “Linja Komuni”.

    L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej.

    L-isem tal-proġett jew deskrizzjoni tiegħu kemm jista’ jkun preċiża biex il-proġett ikun identifikat b’mod ċar.

    It-termini u l-kundizzjonijiet previsti mill-pajjiż li ħa l-inizjattiva.

    Il-proposta għal Linja Komuni.

    In-nazzjonalità u l-ismijiet tal-offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

    Id-data tal-għeluq tal-offerti kummerċjali u finanzjarji u n-numru tal-offerta safejn huwa magħruf.

    Informazzjoni oħra rilevanti, inklużi r-raġunijiet għaliex kienet proposta l-Linja Komuni, id-disponibilità ta’ studji tal-proġett u/jew ċirkostanzi speċjali.

    c)

    Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 36 b) 4) għandha tkun indirizzata lis-Segretarjat u għandha tintbagħat kopja lill-Parteċipanti l-oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni għandu jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta’ pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 36 b).

    d)

    Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli b’mod pubbliku l-Linji Komuni miftiehma.

    59.   IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJI KOMUNI

    a)

    Ir-reazzjonijiet għandhom isiru f’20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu inkoraġġiti jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista’ jkun malajr.

    b)

    Reazzjoni tista’ tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

    c)

    Parteċipant li javża li m’għandu l-ebda pożizzjoni għaliex ma ġiex avviċinat minn esportatur jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċeventi f’każ ta’ għajnuna għall-proġett, għandu jitiqes li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

    60.   L-AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI

    a)

    Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha tibqa’ miftuħa għal perjodu ieħor ta’ tmint ijiem kalendarji.

    b)

    Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b’mod espliċitu l-proposta għal linja komuni għandu jitiqes li aċċetta l-linja komuni. Madankollu, parteċipant, inkluż il-parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista’ jaċċetta l-linja komuni taħt il-kundizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta’ parteċipant wieħed jew aktar.

    c)

    Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni, dan ikun qed jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista’ twassal lil Parteċipanti oħra biex ibiddlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew jallinjaw it-termini u l-kundizzjoniiet li mhumiex koperti minn Linja Komuni.

    d)

    Linja Komuni li ma ġietx aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 58 u 59. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

    61.   IN-NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI

    Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni f’perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.

    62.   ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

    Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fuq l-OLIS rekord aġġornat b’mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li kien hemm ftehim dwarhom jew li għad m’hemmx deċiżjoni dwarhom.

    63.   IL-VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

    a)

    Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat jiġi informat li m’għadhiex ta’ interess, u li ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. Linja Komuni għandha tibqa’ valida għal perjodu ieħor ta’ sentejn jekk Parteċipant ifittex estensjoni f’14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 36 b) 4) għandha tkun valida sakemm id-data tal-Bank Dinji għas-sena ta’ wara tkun disponibbli.

    b)

    Is-segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-linji komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku “L-Istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq l-OLIS. Skont dan, is-Segretarjat, inter alia, għandu:

    Iżid Linji Komuni ġodda fejn dawn ġew aċċettati mill-Parteċipanti.

    Jaġġorna d-data tal-iskadenza meta Parteċipant jitlob estensjoni.

    Iħassar Linji Komuni li skadew.

    Joħroġ, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, lista ta’ Linji Komuni li mistennija jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara.

    TAQSIMA 6:

    Id-dispożizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax (RRIK)

    64.   IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

    c)

    Is-CIRRs għal muniti li jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 għandhom jintbagħtu permezz ta’ komunikazzjoni istantanja mill-inqas darba fix-xahar lis-Segretarjat biex tkun iċċirkolata lill-Parteċipanti kollha.

    d)

    Notifika bħal din għandha tasal is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar li ġie kopert minn din l-informazzjoni. Is-Segretarjat imbagħad għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti kollha bir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli pubblikament.

    65.   ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX

    Kwalunkwe bidla fis-CIRRs għandha tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta’ kull xahar.

    66.   IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

    Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu n-notifika ta’ emenda fis-CIRR matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem wara li n-notifika ta’ din l-emenda tkun ġiet riċevuta mis-Segretarjat.

    TAQSIMA 7:

    Ir-reviżjonijiet

    67.   IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu b’mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-reviżjoni, il-Parteċipanti għandhom jeżaminaw, inter alia, il-proċeduri ta’ notifika, l-implimentazzjoin u l-operazzjoni tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri tal-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta’ allinjament, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni usa’ fl-Arranġament.

    b)

    Din ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom biex jittejbu l-operazzjoni u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom iqisu l-għanijiet tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jixtiequ jressqu għal din ir-reviżjoni għandhom jaslu s-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-reviżjoni.

    68.   IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom perjodikament jirrevedu s-sistema għat-fissazzjoni tas-CIRRs sabiex jassiguraw li r-rati notifikati jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq u jissodisfaw l-iskopijiet li minħabba fihom ikunu ġew stabbiliti r-rati applikati. Reviżjonijiet bħal dawn għandhom ikopru wkoll il-marġni li għandu jiġi miżjud meta dawn ir-rati jiġu applikati.

    b)

    Parteċipant jista’ jressaq quddiem il-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal reviżjoni straordinarja f’każ li dan il-Parteċipant iqis li r-RRIK għal munita waħda jew aktar m’għadhiex tirrifletti l-kundizzjonijiet korrenti tas-suq.

    69.   IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI

    Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrevedu b’mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u tal-proċeduri tal-primjums. Dan għandu jinkludi:

    a)

    Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Metodoloġiji ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għar-eviżjoni tal-validità tagħhom fid-dawl tal-esperjenza;

    b)

    Il-livell tal-MPRs biex jiġi żgurat li jibqgħu kejl preċiż tar-riskju ta' kreditu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kemm l-esperjenza proprja tal-istituzzjonijiet fil-forniment ta' krediti uffiċjali għall-esportazzjoni kif ukoll informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta' kreditu;

    c)

    Id-differenzazzjonijiet fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta; u

    d)

    Il-korp ta' esperjena marbut mal-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż u titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej u l-validità u l-adegwatezza ssoktati tal-impatt speċifiku tagħhom fuq l-MPRs.

    ANNESS I

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI

    KAPITOLU I:

    L-ambitu tal-ftehim settorjali

    1.   PARTEĊIPAZZJONI

    Il-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand u n-Norveġja.

    2.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkumplimenta l-Arranġament, jistabbilixxi linji gwida speċifiċi għal-krediti għall-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati li jirrelataw mal-appalti tal-esportazzjoni ta’:

    a)

    Kwalunkwe bastiment ġdid ta’ fuq il-baħar ta’ 100 gt u aktar li jintuża għat-trasport ta’ oġġetti jew ta’ persuni, jew għat-twettiq ta’ servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti għall-manifattura tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bħala dreġers, li jippreżentaw b’mod permanenti permezz tal-mezzi ta’ propulsjoni u direzzjoni (ir-rota tat-tmun) tagħhom il-karatteristiċi kollha ta’ navigazzjoni awtonoma fil-baħar miftuħ), laneċ tal-irmonk ta’ 365 kw u aktar u strutturi ta’ bastimenti li mhumiex lesti li jżommu f’wiċċ l-ilma u li huma mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix bastimenti militari. Il-baċiri li jżommu f’wiċċ l-ilma u l-unitajiet mobbli lil hinn mill-Kosta (mobile offshore units) mhumiex koperti mill-Ftehim Settorjali, imma jekk jinqalgħu il-problemi b’rabta mal-krediti għall-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (li minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“Parteċipanti”), wara li jitqiesu t-talbiet issostanzjanzati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li għandhom ikunu koperti.

    b)

    Kwalunkwe konverżjoni ta’ bastiment. Il-konverżjoni ta’ bastiment tfisser kwalunkwe konverżjoni ta’ bastimenti ta’ fuq il-baħar ta’ aktar minn 1 000 gt sakemm l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjan tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta’ propulsjoni.

    c)

    1)

    Għalkemm il-bastimenti tat-tip ħoverkraft mhumiex inklużi fil-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jitħallew jagħtu krediti għall-esportazzjoni għall-bastimenti tal-ħoverkraft b’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu fil-Ftehim Settorjali. Jimpenjaw irwieħhom sabiex japplikaw din il-possibbiltà b'mod moderat u biex ma jagħtux kundizzjonijiet ta’ kreditu bħal dawn lil bastimenti tal-ħoverkraft f'każijiet fejn ġie stabbiliti li m'hi offruta l-ebda kompetizzjoni skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali.

    2)

    Fil-Ftehim Settorjali, it-terminu “ħoverkraft” huwa ddefinit kif ġej: vettura amfibja ta’ mill-inqas 100 tunnellata maħsuba biex tkun appoġġjata għal kollox mill-ajra li tinħareġ mill-vettura fejn tifforma spazju li jinżamm fi struttura flessibbli madwar il-periferija tal-vettura u s-superfiċje tal-art jew tal-ilma taħt il-vettura, u li tista' tiġi imbuttata u kkontrollata minn skrejjen tal-arja jew minn arja li tgħaddi minn kanali minn fannijiet jew minn strumenti simili.

    3)

    Huwa mifhum li l-għotja ta’ krediti għall-esportazzjoni b’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu f’dan il-Ftehim Settorjali għandha tkun limitata għal dawk il-bastimenti tal-ħoverkraft li jintużaw tul rotot marittimi u tul rotot li mhumiex fuq l-art, ħlief biex jintlaħqu l-faċilitajiet tat-terminals li jinsabu f’distanza massima ta’ kilometru mill-ilma.

    KAPITOLU II:

    Id-dispożizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni u tal-għajnuna marbuta

    3.   IT-TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

    It-terminu massimu ta’ ripagament, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 12-il sena wara l-konsenja.

    4.   ĦLAS BI FLUS KONTANTI

    Il-Parteċipanti għandhom bżonn ta’ pagament minimu fi flus kontanti ta’ 20% tal-prezz tal-appalti meta ssir il-konsenja tal-flus.

    5.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

    a)

    Il-kapital ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandu jkun imħallas f’rati ugwali u f’perjodi regolari ta’ bejn 6 xhur u massimu ta’ 12 il-xhar.

    b)

    L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    c)

    Għall-krediti għall-esportazzjoni li ġew ipprovduti b’appoġġ għat-tranżazzjonijiet ta’ kiri, jistgħu jiġu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a).

    d)

    L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu m’għandux ikun ikkapitalizzat.

    e)

    Parteċipant f'dan il-Ftehim Settorjali li beħsiebu jappoġġja pagament ta' imgħax b'termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu b) għandu jagħti notifika minn qabel tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ xi impenn, skont l-Anness V tal-Arranġament.

    6.   IL-PRIMJUM MINIMU

    Id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament rigward il-livell minimu tal-primjum m’għandhomx jiġu fis-seħħ sakemm dawn id-disposizzjonijiet ikunu għaddew minn reviżjoni mill-Parteċipanti ta’ dan il-Ftehim Settorjali.

    7.   IL-FINANZI TAL-PROĠETT

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 u tal-Anness X għall-Arranġament ma għandhomx jiġu applikati sakemm it-tali disopżizzjonijiet ikunu ġew riveduti iktar mill-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali.

    8.   L-GĦAJNUNA

    Kwalunkwe parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-arranġament, irid jikkonferma li l-vapur ma jiġix operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta’ ripagament u li nkisbet l-assigurazzjoni xierqa li s-sid aħħari joqgħod fil-pajjiż riċeventi, mhux sussidjarju mhux operattiv ta’ interess barrani u impenja ruħu li ma jbigħx il-vapur mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.

    KAPITOLU III:

    Il-proċeduri

    9.   IN-NOTIFIKA

    Għall-fini tat-trasparenza, kull parteċipant, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament u s-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri tal-IBRD/Unjoni ta’ Berne/OECD, għandu jipprovdi informazzjoni annwali dwar is-sistema tiegħu għall-provvista ta’ appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inklużi l-iskemi li huma fis-seħħ.

    10.   REVIŻJONI

    a)

    Il-Ftehim Settorjali għandha jkollha reviżjoni ta’ kull sena jew fuq it-talba ta’ xi Parteċipant fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tat-Tarzna tal-OECD, u rapport magħmul lill-Parteċipanti tal-Arranġament.

    b)

    Biex ikunu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u dan il-Ftehim Settorjali u billi titqies in-natura tal-industrija tat-tarzna, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali u għall-Arranġament se jikkonsultaw u jikkoordinaw kif inhu xieraq.

    c)

    Fuq deċiżjoni min-naħa tal-Parteċipanti għall-Arranġament biex jinbidel l-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) se jeżaminaw deċiżjoni bħal din u jqisu r-rilevanza tagħha għal dan il-Ftehim Settorjali. Sakemm issir konsiderazzjoni bħal din, l-emendi għall-Arranġament mhux se japplikaw għal dan il-Ftehim Settorjali. F'każ li l-Parteċipanti jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament għandhom jirrapportaw dan bil-miktub lill-Parteċipanti għall-Arranġament. F'każ li l-Parteċipanti ma jistgħux jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament safejn l-applikazzjoni tagħhom għat-tarzna hija kkonċernata, għandhom jinformaw lill-Parteċipanti għall-Arranġamenti bl-oġġezzjonijiet tagħhom u għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet magħhom sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet. F'każ li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ gruppi, il-fehmiet tal-Parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-emendi għat-tarzna għandhom jipprevalu.

    Żjieda

    L-impenji għall-ħidma futura

    Minbarra l-Ħidma Futura tal-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:

    a)

    Li jiżviluppaw lista illustrattiva tat-tipi ta’ bastimenti li ġeneralment jitqiesu li huma vijabbli b’mod mhux kummerċjali, meta jitqiesu d-dixxiplini dwar l-għajnuna marbuta li ġew stabbiliti fl-Arranġament.

    b)

    Li jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f’relazzjoni mal-livelli minimi tal-primjums sabiex ikunu inkorporati f’dan il-Ftehim Settorjali.

    c)

    Li jiddiskutu, bla ħsara għall-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta’ dixxiplini oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax li jinkludu CIRR u rati tal-imgħax flessibbli.

    d)

    Li jirrevedu l-applikabilità għal dan il-Ftehim Settorjali tad-dispożżizzjonijiet tal-Arranġament fir-rigward tal-Finanzi tal-Proġett.

    e)

    Li jiddiskutu jekk:

    id-data tal-ewwel ħlas parzjali tal-kapital;

    il-kunċett ta' Ħajja Medja Peżata

    jistgħux jintużaw fir-rigward tal-profil ta' ripagament li jinsab fl-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    ANNESS II

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI

    KAPITOLU I

    L-ambitu tal-ftehim settorjali

    1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    a)

    Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-krediti għall- esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għal:

    1)

    L-esportazzjoni ta' impjanti tal-enerġija nukleari sħaħ jew partijiet minnhom, li jinvolvu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha, inkluż it-taħriġ ta' persunal direttament meħtieġ għall-bini u l-attivazzjoni tat-tali stazzjonijiet tal-enerġija nukleari.

    2)

    L-immodernizzat ta' impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti f'każijiet fejn kemm il-valur globali tal-immodernizzar ikun daqs jew ogħla minn 80 miljun SDR kif ukoll il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kriterji ma tiġix sodisfatta, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

    3)

    Il-provvista ta' fjuwil nukleari u arrikkiment.

    4)

    Il-forniment ta' ġestjoni tal-fjuwil użat.

    b)

    Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal:

    1)

    Oġġetti li jinstabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari li għalih ix-xerrej huwa normalment responsabbli, b'mod partikolari, l-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp tal-art, it-toroq, il-bini fuq il-lant tax-xogħol, il-linji tal-enerġija, u l-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija (14) u s-servizz tal-ilma, kif ukoll l-ispejjeż li jsiru minħabba l-proċeduri ta' approvazzjoni uffiċjali fil-pajjiż tax-xerrej (eż. il-permess tas-sit, il-permess tal-bini u l-permess għat-tagħbija tal-fjuwil).

    2)

    Sottostazzjonijiet, trasformaturi u linji tat-trażmissjoni li jinstabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari.

    3)

    Appoġġ uffiċjali pprovdut għad-diżattivazzjoni ta' impjant tal-enerġija nukleari.

    KAPITOLU II

    ID-DIspożizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

    2.   IT-TERMINI MASSIMI TAR-RIPAGAMENT

    a)

    It-terminu massimu ta' ripagament għall-prodotti u s-servizzi inklużi fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 a) 1) u 2) huwa ta' 18-il sena.

    b)

    It-terminu massimu ta’ ripagament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil m’għandhiex teċċedi l-erba’ snin mill-konsenja. It-terminu massimu ta’ ripagament għal rikarigi sussegwenti tal-fjuwil nukleari huwa ta’ sitt xhur.

    c)

    It-terminu ta' ripagament massimu għar-rimi ta' fjuwil użat huwa ta' sentejn.

    d)

    It-terminu ta' ripagament massimu għall-arrikkiment u l-ġestjoni tal-fjuwil użat huwa ta' ħames snin.

    3.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta' ripagament ta' kapital u pagament ta' imgħax kif speċifikat fis-subparagrafi 1) jew 2) hawn taħt:

    1)

    Ir-ripagament tal-kapital għandu jsir fi ħlasijiet parzjali indaqs.

    2)

    Ir-ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax f'daqqa għandhom isiru fi ħlasijiet parzjali indaqs.

    b)

    Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    c)

    Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata kif xieraq, l-appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikoli 1) a) 1) u 2) ta' dan il-Ftehim jista' jiġi pprovdut b'termini li mhumiex dawk stabbiliti f'a) u b) hawn fuq. Il-provvista ta’ appoġġ bħal dan għandha tkun spjegata permezz ta’ żbilanċ fiż-żmien magħżul tal-fondi disponibbli għal min huwa marbut u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli taħt skeda ta’ ripagament indaqs u semiannwali, u għandha tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

    1)

    It-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 15-il sena.

    2)

    L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta’ ħlasijiet kapitali f’perjodu ta’ sitt xhur m’għandu jeċċedi l-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

    3)

    Il-kapital għandu jitħallas lura bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar. L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu għandha titħallas lura 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    4)

    L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    5)

    L-akbar tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tar-ripagament m’għandux jeċċedi disa’ snin.

    d)

    L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu m’għandux ikun ikkapitalizzat

    4.   IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRs

    Is-CIRRs applikabbli għall-appoġġ finanzjarju uffiċjali pprovdut skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali huma msawra billi ntużaw ir-rati bażi u l-marġni li ġejjin:

    Terminu tar-Ripagament

    (snin)

    Impjanti ġodda tal-enerġija nukleari (15)

    Il-kuntratti kollha l-oħra (16)

    Rata Bażi

    (Bonds tal-gvern)

    Marġni

    (bps)

    Rata Bażi

    (Bonds tal-gvern)

    Marġni

    (bps)

    < 11

    RRIK relevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament

    11 sa 12

    7 snin

    100

    7 snin

    100

    13

    8 snin

    120

    7 snin

    120

    14

    9 snin

    120

    8 snin

    120

    15

    9 snin

    120

    8 snin

    120

    16

    10 snin

    125

    9 snin

    120

    17

    10 snin

    130

    9 snin

    120

    18

    10 snin

    130

    10 snin

    120

    5.   IL-MUNITI ELIĠIBBLI

    Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm dejta disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 4 iktar 'il fuq, u fl-Artikolu 20 tal-Arranġament għat-termini ta' ripagament ta' inqas minn 11-il sena.

    6.   APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MA' FJUWIL NUKLEARI

    Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 hawn taħt, il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu fjuwil nukleari jew servizzi b'xejn.

    7.   L-GĦAJNUNA

    Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ tal-għajnuna.

    KAPITOLU III

    IL-proċeduri

    8.   IN-NOTIFIKA MINN QABEL

    a)

    Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ xi impenn jekk beħsiebu jipprovdu appoġġ skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    b)

    Jekk il-Parteċipant li jinnotifika beħsiebu jipprovdi iappoġġ b'terminu ta' ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew skont l-Artikolu 3 c) iktar 'il fuq, għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħrajn jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul l-għaxart ijiem kalendarji inizjali.

    c)

    Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex tkun iffaċilitata r-reviżjoni tal-korp ta’ esperjenza.

    KAPITOLU IV

    Reviżjoni

    9.   ĦIDMA FUTURA

    Il-Parteċipanti jaqblu li jevalwaw il-kwistjonijiet li ġejjin qabel tmiem l-2009:

    a)

    Reġim tar-rata tal-imgħax minima flessibbli.

    b)

    L-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali.

    10.   REVIŻJONI U MONITORAĠĠ

    Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu b'mod regolari d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali u mhux iktar tard minn tmiem l-2013, jiġifieri r-raba' sena kalendarja wara d-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    ANNESS III

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI

    PARTI 1

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    1.   L-GĦAN

    a)

    L-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi qafas għal użu prevedibbli, konsistenti u trasparenti ta' krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali għall-bejgħ jew il-kiri ta' inġenji tal-ajru u prodotti u servizzi oħrajn speċifikati fl-Artikolu 4 a) iktar 'l isfel. Dan il-Ftehim Settorjali għandu l-għan li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għat-tali krediti għall-esportazzjoni, sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġjati li huma l-aktar favorevoli.

    b)

    Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi l-iktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li bihom jistgħu jiġu pprovduti l-krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali.

    c)

    Għan dan il-għan, dan il-Ftehim Settorjali jfittex li jistabbilixxi ekwilibrju bbilanċjat li, fis-swieq kollha:

    1)

    Jirrendi ugwali l-kundizzjonijiet finanzjarji kompettittivi bejn il-Parteċipanti,

    2)

    Jinnewtralizza l-appoġġ uffiċjali bejn il-Parteċipanti bħala fattur fl-għażla bejn prodotti u servizzi f'kompetizzjoni speċifikati fl-Artikolu 4 a) iktar 'l isfel, u

    3)

    Jevita tgħawwiġ ta' kompetizzjoni fost il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali u kwalunkwe sorsi oħrajn ta' finanzjament.

    d)

    Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet inklużi f'dan il-Ftehim Settorjali ġew żviluppati bil-għan uniku ta' dan il-Ftehim Settorjali u t-tali dispożizzjonijiet ma jippreġudikawx il-partijiet l-oħrajn tal-Arranġament dwar il-Krediti għall- Esportazzjoni Appoġġjati b'mod Uffiċjali (l-Arranġament) u l-evoluzzjoni tagħhom.

    2.   L-ISTATUS

    Dan il-Ftehim Settorjali huwa Ftehim Galantom bejn il-Parteċipanti tiegħu u huwa l-Anness III għall-Arranġament; jifforma parti integrali tal-Arranġament u huwa s-suċċessur tal-Ftehim Settorjali li daħal fis-seħħ f'Lulju 2007.

    3.   PARTEĊIPAZZJONI

    Bħalissa, il-Parteċipanti huma: l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Istati Uniti. Kull non-Parteċipant jista' jsir Parteċipant skont il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I.

    4.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    a)

    Dan il-Ftehim Settorjali għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu pprovdut minn jew f'isem gvern, u li għandu terminu ta' ripagament ta' sentejn jew iktar, għall-espotazzjoni ta':

    1)

    Inġneji tal-ajru ċivili ġodda u magni installati fuqhom, inklużi apparati mgħammra mix-xerrej.

    2)

    Inġenji tal-ajru użati, ikkonvertiti u restawrati u magni installati fuqhom, inkluż, f'kull każ, apparati mgħammra mix-xerrej.

    3)

    Magni ta' riżerva.

    4)

    Komponenti ta' riżerva għal inġenji tal-ajru ċivili u magni.

    5)

    Kuntratti ta' manutenzjoni u servizz għal inġenji tal-ajru ċivili u magni.

    6)

    Konverżjoni tal-merkanzija, modifiki u restawrazzjoni qawwijin ta' inġenji tal-ajru ċivili.

    7)

    Kits tal-magna.

    b)

    L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:

    1)

    Garanzija jew assigurazzjoni (sempliċi kopertura) tal-kreditu ta’ esportazzjoni.

    2)

    Appoġġ uffiċjali b'finanzjament:

    kreditu/finanzjament dirett u finanzjament mill-ġdid, jew

    appoġġ għar-rata tal-imgħax.

    3)

    Kwalunkwe taħlita tal-forom t’aktar ’il fuq.

    c)

    Dan il-Ftehim Settorjali ma għandux japplika għal appoġġ uffiċjali għal:

    1)

    L-esportazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru militari ġodda jew użati u l-prodotti u s-servizzi relatati elenkati fil-paragrafu 4 a) iktar 'il fuq, anki meta jintużaw għal skopijiet militari.

    2)

    Simulaturi tat-titjiriet ġodda jew użati.

    5.   INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI

    Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jirrispondi għal talba mingħand non-Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant.

    6.   L-APPOĠĠ BL-GĦAJNUNA

    Il-Parteċipanti ma għandhomx jipprovdu appoġġ bl-għajnuna, ħlief għal raġunijiet umanitarji, permezz ta' proċedura ta' Linja Komuni.

    7.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

    Dan il-Ftehim Settorjali ma jevitax milli l-Parteċipanti fih jaqblu fuq termini u kundizzjonijiet inqas restrittivi minn dawk stipulati minn dan il-Ftehim Settorjali, jekk it-tali azzjoni tittieħed wara li l-ftehim dwar il-kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà jkunu saru effettivi u huwa maħsub biss sabiex jevita jew inaqqas kemm jista' jkun it-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta' pagament jew għal talbiet. Parteċipant għandu jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn u lis-Segretarjat tal-OECD (is-Segretarjat), fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-ftehim tal-Parteċipant max-xerrej/mutwatarju, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji mmodifikati. In-notifika għandu jkun fiha tagħrif, inkluża l-motivazzjoni, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji l-ġodda, u tuża l-formola ta' rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

    PARTI 2

    INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

    KAPITOLU I

    Kopertura

    8.   INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

    a)

    Għall-fini ta' dan il-Ftehim Settorjali, inġenju tal-ajru ġdid huwa:

    1)

    Inġenju tal-ajru, inkluż apparat mgħammar mix-xerrej, u l-magni installati fuq it-tali inġenju tal-ajru li huwa proprjetà tal-manifattur u mhux fornut u lanqas użat qabel għall-iskopijiet fil-mira tiegħu li jġorr passiġġieri u/jew merkanzija u

    2)

    Magni u komponenti ta' riżerva meta jkunu kkomplimentati bħala parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 a) iktar 'l isfel.

    b)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu a) iktar 'il fuq, Parteċipant jista' jappoġġja termini xierqa għall-inġenji tal-ajru l-ġodda għal tranżazzjonijiet li fihom, bl-għarfien minn qabel ta' dak il- Parteċipant, ikunu ġew implimentati arranġamenti finanzjarji interim għaliex ikun ġie ttardjat l-għoti tal-appoġġ ufiċjali; it-tali dewmien ma għandux ikun iktar minn 18-il xahar. Fit-tali każijiet, it-terminu ta' ripagament u d-data finali ta' ripagament għandhom ikunu l-istess daqs li kieku l-bejgħ jew il- kirja tal-inġenju tal-ajru kienu jkunu appoġġjati mid-data li fiha ġie oriġinarjament fornut l-inġenju tal-ajru.

    KAPITOLU II

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra.

    9.   IL-VALUTI ELIĠIBBLI

    Il-valuti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali huma l-euro, il-yen Ġappuniż, l-isterlina Ingliża, id-dollaru Amerikan, u muniti oħrajn kompletament konvertibbli li għalihom hemm dejta disponibbli sabiex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Appendiċi III.

    10.   ĦLAS AKKONT U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU

    a)

    Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategorija ta' Riskju 1 (skont it- Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:

    1)

    Għandhom jitolbu ħlas akkont minimu ta' 20 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;

    2)

    Ma għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali ogħla minn 80 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru.

    b)

    Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategoriji ta' Riskju 2 sa 8 (skont it- Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:

    1)

    Għandhom jitolbu ħlas akkont minimu ta' 15 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;

    2)

    Ma għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali ikbar minn 85 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru.

    c)

    Parteċipant li japplika l-Artikolu 8 b) ta' hawn fuq għandu jnaqqas l-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali bl-ammont ta' kapital tal-ħlasijiet parzjali dovuti mill-punt tal-bidu tal-kreditu sabiex jiżgura li fi żmien l-iżborż, l-ammont pendenti huwa l-istess daqs li kieku ġie pprovdut kreditu għall- esportazzjoni appoġġjat b'mod uffiċjali fi żmien il-forniment. F'ċirkustanzi bħal dawn, qabel il- forniment, il-Parteċipant għandu jkun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali.

    11.   RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

    a)

    Għall-ammont tal-kreditu appoġġjat b'mod uffiċjali, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali għandhom jitolbu xejn inqas mir-rata minima tal-primjum stabbilita skont l-Appendiċi II.

    b)

    Kull meta jkun hemm bżonn, il-Parteċipanti għandhom jużaw il-mudell ta' konverżjoni tar-rata tal-primjum li sar qbil dwaru biex jikkonvertu bejn firxiet per annum ikkalkolati fuq l-ammont pendenti tal-appoġġ uffiċjali u r-rati tal-primjum waħedhom bil-quddiem ikkalkolati fuq l-ammont oriġinali tal-appoġġ uffiċjali.

    12.   IT-TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT

    a)

    It-terminu massimu ta' ripagament għandu jkun ta' 12-il sena għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kollha.

    b)

    Fuq bażi eċċezzjonali, u b'notifika minn qabel, għandu jitħalla jkun hemm terminu massimu ta' ripagament li jasal sa 15-il sena. F'dan il-każ, għandha tiġi applikata imposta miżjuda ta' 35 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II.

    c)

    Ma għandu jkun hemm ebda estensjoni tat-terminu ta' ripagament permezz ta' qsim tad-drittijiet fis-sigurtà fuq bażi pari passu ma' mutwanti kummerċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni appoġġjat b'mod uffiċjali.

    13.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn isfel.

    1)

    Ir-ripagament ta' kapital u l-pagament tal-imgħax f'daqqa għandhom isiru fi ħlasijiet parzjali indaqs:

    Il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru bi frekwenza minima ta' kull tliet xhur u l-ewwel ħlas parzjali għandu jsir mhux iktar tard minn tliet xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    Inkella, u soġġetti għal notifika minn qabel, il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru kull sitt xhur u l-ewwel ħlas għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta-bidu tal-kreditu. F'dan il-każ, għandha tiġi applikata imposta miżjuda ta' 15 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II.

    Fil-każ ta' tranżazzjoni b'rata tal-imgħax flessibbli, il-profil ewlieni ta' ammortizzazzjoni għandu jitfassal għat-terminu sħiħ, jumejn tax-xogħol qabel id-data tal-iżborż, fuq il-bażi ta' rata tal-imgħax flessibbli jew tas-swap ta' dak iż-żmien.

    2)

    Ir-ripagament tal-kapital għandu jsir fi ħlasijiet parzjali indaqs bl-imgħax pagabbli fuq bilanċi li neqsin:

    Il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru bi frekwenza minima ta' kull tliet xhur u l-ewwel ħlas parzjali għandu jsir mhux iktar tard minn tliet xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    Inkella, u soġġetti għal notifika minn qabel, il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru kull sitt xhur u l-ewwel ħlas għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta-bidu tal-kreditu. F'dan il-każ, għandha tiġi applikata imposta miżjuda ta' 15 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II.

    b)

    Minkejja l-paragrafu a) ta' hawn fuq, u soġġett għal notifika minn qabel, ir-ripagament tal-kapital jista' jiġi strutturat b'tali mod li jinkludi pagament finali tal-ammonti pendenti kollha f'data speċifikata. F'każ bħal dan, ir-ripagamenti tal-kapital qabel il-pagament finali se jiġu strutturati kif stabbilit fil-paragrafu a) hawn fuq, fuq il-bażi ta' perjodu ta' ammortizzazzjoni mhux ikbar mit-terminu massimu ta' ripagament permess għall-prodotti u s-servizzi appoġġjati.

    c)

    Minkejja l-paragrafu a) ta' hawn fuq, ir-ripagament tal-kapital jista' jiġi strutturat b'termini inqas favorevoli għall-obbligant.

    d)

    L-imgħax dovuti wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma għandux jiġi kapitalizzat.

    14.   IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

    a)

    Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali għandhom jew japplikaw rata tal-imgħax minima u flessibbli jew inkella rata tal-imgħax fissa u minima, skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi III.

    a)

    Għal inġenji tal-ajru bil-ġettijiet bi prezz nett ta' tal-inqas USD 35 miljun, l-appoġġ finanzjajru uffiċjali fuq bażi ta' CIRR għandu jiġi pprovdut biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Parteċipant li beħsiebu jipprovdu appoġġ bħal dan għandu jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn tal-inqas 20 jum kalendarju qabel l-impenn finali, u f'din in-notifika għandu jidentifika lill-mutwatarju.

    c)

    Ir-rata tal-imgħax teskludi kwalunkwe ħlas permezz ta' primjum imsemmi fl-Artikolu 11 iktar 'il fuq, u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 16 iktar 'l isfel.

    15.   APPOĠĠ BIR-RATA TAL-IMGĦAX

    Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ bir-rata tal-imgħax għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dan il-Ftehim Settorjali u għandhom jitolbu lil kwalunkwe bank jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li hija parti mit-tranżazzjoni appoġġjata bl-imgħax biex jieħdu sehem f'dik it-tranżazzjoni b'dawk it-termini biss li huma konsistenti fl-aspetti kollha mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    16.   TARIFFI

    a)

    Soġġetti għal-limiti tal-perjodu ta' żamma tal-primjum, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fl-għamla ta' sempliċi kopertura għandhom jitolbu tariffa għaż-żamma fuq is-sehem mhux prelevat tal-appoġġ uffiċjali matu il-perjodu ta' żamma tal-primjum, kif ġej:

    1)

    Għall-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta' żamma: l-ebda punti bażi per annum.

    2)

    Għat-tieni sitt xhur tal-perjodu ta' żamma: 12.5 punti bażi per annum.

    3)

    Għat-tielet u l-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta' żamma: 25 punt bażi per annum.

    b)

    Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fl-għamla ta' kreditu / finanzjament dirett għandhom jitolbu t-tariffi li ġejjin:

    1)

    Tariffa tal-Arranġament / Strutturazzjoni: 25 punt bażi fuq l-ammont żborżat pagabbli fi żmien kull żborż.

    2)

    Tariffa tal-impenn u taż-żamma tal-primjum: 20 punt bażi per annum fuq is-sehem mhux prelevat tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġjat b'mod uffiċjali li għandu jiġi żborżat, matul il-perjodu ta' żamma tal-primjum, pagabbli f'arretrati.

    3)

    Tariffa tal-amministrazzjoni: ħames punti bażi per annum fuq l-ammont ta' appoġġ uffiċjali pendenti pagabbli f'arretrati. Inkella, il-Parteċipanti jistgħu jagħżlu li din it-tariffa bħala waħda pagabbli bħala tariffa bil-quddiem, fuq l-ammont żborżat, fil-mument ta' kull żborż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 b) iktar 'il fuq.

    17.   KOFINANZJAMENT

    Minkejja l-Artikoli 14 u 16 ta' hawn fuq, f'kofinanzjament fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta' kreditu dirett jew sempliċi kopertura, u fejn il-kopertura sempliċi tirrappreżenta minimu ta' 35 % tal-ammont appoġġjat b'mod uffiċjali, il-Parteċipant li jipprovdi kreditu dirett għandu japplika l-istess termini u kundizzjonijiet finanzjarji, inklużi tariffi, bħal dawk ipprovduti mill-istituzzjoni finanzjarja f'kopertura pura, biex tiġi ġġenerata ekwivalenza tal-ispejjeż għar-riskji kollha bejn il-fornitur tas-sempliċi kopertura u l-mutwant dirett. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Parteċipant li jipprovdi appoġġ bħal dan għandu jirrapporta t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji appoġġjati, inklużi t-tariffi, skont il-formola ta' rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

    PARTI 3

    L-INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, IL-MAGNI TA' RIŻERVA, IL-PARTIJIET TA' RIŻERVA, IL-KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ

    KAPITOLU I

    Kopertura

    18.   INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN

    Din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tapplika għal inġenji tal-ajru użati u għal magni ta' riżerva, partijiet li jistgħu jinbidlu, konverżjoni tal-merkanzija, modifika qawwija, restawrazzjoni, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz b'rabta ma' inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll użati u kitts tal-magni.

    KAPITOLU II

    It-termini u L-kundizzjonijiet finanzjarji

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati, minbarra t-terminu massimu ta' ripagament, għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    19.   IL-BEJGĦ TA' INĠENJI TAL-AJRU UŻATI

    It-terminu massimu ta' ripagament għal inġenji tal-ajru użati għandu jiġi stabbilit skont l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit hawn taħt:

    Età tal-Inġenju tal-Ajru

    (snin)

    Tranżazzjonijiet Abbażi ta' Assi / Sovrani

    Tranżazzjonijiet la Abbażi ta' Assi u lanqas Sovrani

    1

    10

    8,5

    2

    9

    7,5

    3

    8

    6,5

    4

    7

    6

    5 - 8

    6

    5,5

    Iktar minn 8

    5

    5

    20.   IL-MAGNI TA’ RISERVA U L-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU

    a)

    Meta jinxtraw, jew jiġu ordnati b'rabta mal-magni li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għal magni ta' riżerva jista' jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru.

    b)

    Meta mixtrija ma' inġenji tal-ajru ġodda, l-appoġġ uffiċjali għal partijiet li jistgħu jinbidlu jista' jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenji tal-ajru għal massimu ta' 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u l-magni installati; l-Artikolu 20 d) iktar 'l isfel għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali għal partijiet li jistgħu jinbidlu li jaqbżu l-limitu ta' 5 %.

    c)

    Meta l-magni ta' riżerva ma jinxtrawx ma' inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta' ripagament għandu jkun ta' tmien snin. Għal magni ta' riżerva b'valur tal-unità ta' USD 10 miljun jew iktar, it-terminu ta' ripagament għandu jkun ta' 10 snin, diment li t-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II.

    d)

    Meta partijiet oħrajn li jistgħu jinbidlu ma jinxtrawx ma' inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta' ripagament għandu jkun ta':

    1)

    Ħames snin b'valur tal-kuntratt ta' USD 5 miljun jew iktar.

    2)

    Sentejn b'valur tal-kuntratt ta' inqas minn USD 5 miljun.

    21.   IL-KUNTRATTI GĦALL-KONVERŻJONI TA' MERKANZIJA/MODIFIKI QAWWIJA/RESTAWRAZZJONI

    Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa:

    a)

    Ħames snin b'valur tal-kuntratt ta' USD 5 miljun jew iktar.

    b)

    Sentejn b'valur tal-kuntratt ta' inqas minn USD 5 miljun.

    22.   KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ

    Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa tliet snin.

    23.   KITTS TAL-MAGNA

    Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa ħames snin.

    PARTI 4

    PROĊEDURI TA' TRASPARENZA

    Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom isiru bejn il-punti ta' kuntatt magħżula f'kull pajjiż Parteċipant permezz ta' komunikazzjoni pronta, eż. is-Sistema ta' Informazzjoni On-Line tal-OECD (OLIS). Sakemm ma jsirx qbil fuq xi mod ieħor, l-informazzjoni kollha skambjata f'din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tiġi ttrattata mill-Parteċipanti kollha bħala kunfidenzjali.

    Taqsima 1

    Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni

    24.   L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

    a)

    Fi żmien xahar wara d-data ta' impenn finali, Parteċipant għandu jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa fl-Appendiċi IV lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn, b'kopja lis-Segretarjat.

    b)

    Biex jiġi stabbilit il-marġni normattiv skont l-Artikolu 8 b) tal-Appendiċi III, l-informazzjoni fuq il-marġnijiet tas-sempliċi kopertura għandha tiġi ppreżentata lis-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara tmiem kull xahar.

    Taqsima 2

    Skambju ta' informazzjoni

    25.   TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

    a)

    Parteċipant jista' jistaqsi lil Parteċipant ieħor għal informazzjoni dwar l-użu tal-krediti għall-esportazzjoni tiegħu appoġġjati b'mod uffiċjali għall-bejgħ jew il-kiri ta' inġenju tal-ajru koperti minn dan il-Ftehim Settorjali.

    b)

    Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista’ jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġja.

    c)

    Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija għandu jirrispondi f’ebat ijiem kalendarji u għandu jipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli. Ir-risposta għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista’ jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa għandha ssegwi kemm jista’ jkun malajr.

    d)

    Kopja tal-mistoqsijiet kollha għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat.

    26.   IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB’WIĊĊ

    a)

    F'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet wiċċ imb’wiċċ ma' Parteċipant wieħed jew iktar.

    b)

    Kull Parteċipant għandu jaqbel mat-tali talbiet fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

    c)

    Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

    d)

    Il-President tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

    27.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

    a)

    Parteċipant (il-Parteċipant li jniedi) li għandu raġunijiet validi għaliex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jwieġeb) huma iktar ġenerużi minn dawk stipulati f'dan il-Ftehim Settorjali għandu jgħarraf lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni minnufih dik l-informazzjoni lill-Parteċipant li jwieġeb.

    b)

    Il-Parteċipant li jwieġeb għandu jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali li qed jiġi kkunsidrat fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

    c)

    Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li jwieġeb, il-Parteċipant li jniedi jista’ jitlob li s-Segretarjat jorganizza konsultazzjoni speċjali mal-Parteċipant li jwieġeb fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni.

    d)

    Il-Parteċipant li jwieġeb għandu jistenna l-eżitu tal-konsultazzjoni li għandu jiġi ddeterminat dakinhar tat-tali konsultazzjoni qabel ma jkompli għaddej bit-tranżazzjoni.

    Taqsima 3

    Linji komuni

    28.   PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

    a)

    Il-proposti għal Linja Komuni għandhom jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. L-identità tal-Parteċipant li jniedi ma tinkixifx mir-reġistru tal-Linja Komuni fuq l-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista’ verbalment jikxef l-identità ta’ min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ talbiet bħal dawn.

    b)

    Il-proposta għal Linja Komuni għandha tkun iddatata u għandu jkollha l-format li ġej:

    1)

    In-numru ta’ referenza, segwit minn Linja Komuni.

    2)

    L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej/mutwatarju.

    3)

    L-isem jew id-deskrizzjoni tat-tranżazzjoni kemm jista’ jkun preċiża biex it-tranżazzjoni tiġi identifikata b’mod ċar.

    4)

    Il-proposta għal Linja Komuni għall-iktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li għandhom jiġu appoġġjati.

    5)

    In-nazzjonalità u l-ismijiet tal-offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

    6)

    Id-data tal-għeluq tal-offerta u n-numru tal-offerta, meta jkunu magħrufa.

    7)

    Informazzjoni oħra relevanti, inklużi r-raġunijiet għall-proposta tal-Linja Komuni u, skont kif ikun xieraq, iċ-ċirkustanzi speċjali.

    29.   IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI

    a)

    Ir-reazzjonijiet għandhom isiru f’20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu mħeġġa jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista’ jkun malajr.

    b)

    Reazzjoni tista’ tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-linja komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

    c)

    Parteċipant li jibqa' sieket jew javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni għandu jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

    30.   AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI

    a)

    Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha tibqa’ miftuħa għal perjodu ieħor ta’ tmint ijiem kalendarji.

    b)

    Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b’mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni għandu jitiqes li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jniedi, jista’ jaċċetta l-Linja Komuni taħt il-kundizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta’ Parteċipant wieħed jew aktar.

    c)

    Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni ikun qed jaċċetta b’mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni.

    31.   NUQQAS TA’ FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI

    a)

    Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji msemmija fl-Artikolu 30 iktar 'il fuq, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.

    b)

    Linja Komuni li ma ġietax aċċettata tista’ titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 28 u 30 iktar 'il fuq. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

    32.   ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

    Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni maqbula se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira.

    33.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

    a)

    Sakemm ma jsrix ftehim mod ieħor, Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix informat li m’għadhiex ta’ interess, u li t-tali sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha.

    b)

    Jekk Parteċipant ifittex li jikseb estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali ta' skadenza u jekk ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil, Linja Komuni għandha tibqa' valida għal perjodu ta' sentejn oħra; jista' jintlaħaq qbil dwar estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura.

    c)

    Is-segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku “L-Istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq l-OLIS. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, inter alia, għandu joħroġ lista ta’ Linji Komuni li mistennija jiskadu fit-tliet xhur ta’ wara.

    d)

    Fuq it-talba ta' non-Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru f'kompetizzjoni, is-Segretarjat għandu jqiegħed Linji Komuni validi għad-dispożizzjoni ta' dak in-non-Parteċipant.

    Taqsima 4

    L-allinjament

    34.   ALLINJAMENT

    b)

    Filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni l-obbligi internazzjonali ta' Parteċipant, Parteċipant jista' jallinja mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali offruti minn non-Parteċipant.

    c)

    Fil-każ ta' allinjament ma' termini u kundizzjonijiet mhux konformi offruti minn non-Parteċipant:

    4)

    Il-Parteċipant li jallinja għandu jagħmel kull sforz biex jivverifika t-tali termini u kundizzjonijiet.

    5)

    Il-Parteċipant li jallinja għandu jgħarraf lis-Segretarjat u lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn dwar l-għamla u r-riżultat tat-tali sforzi, kif ukoll dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li beħsiebu jappoġġja, tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ kwalunkwe impenn.

    6)

    Jekk Parteċipant li jallinja jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu ta' għaxart ijiem kalendarji, il-Parteċipant li jallinja għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħrajn qabel joħroġ kwalunkwe impenn bit-tali termini.

    c)

    Jekk Parteċipant li jallinja jimmodifika jew jirtira l-ħsieb tiegħu li jappoġġja t-termini u l- kundizzjonijiet innotifikati, għandu jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn dwar dan minnufih.

    PARTI 5

    MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

    35.   MONITORAĠĠ

    e)

    Is-Segretarjat għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali u jirrapporta għand il-Parteċipanti fuq bażi annwali.

    f)

    Kull tranżazzjoni meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 39 a) għandha tiġi rrapportata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 a) u l-Appendiċi IV.

    g)

    Kull tranżazzjoni meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 39 b) għandha tiġi rrapportata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 a) u l-Appendiċi IV, u minbarra dan:

    1)

    Il-Parteċipant li jirrapporta għandu jindika r-rabta bejn it-tranżazzjoni u l-lista ta' tranżizzjoni.

    2)

    Il-listi ta' tranżizzjoni għandhom jiġu ssorveljati fuq bażi semiannwali; għal dan il-għan, is-Segretarjat għandu jiltaqa' ma' kull Parteċipant, bil-għan li:

    Jissorvelja n-numru ta' ordnijiet mad-ditta rreġistrati fuq il-listi ta' tranżizzjoni li ġew forniti.

    Jaġġorna għas-sena ta' wara l-iskeda tal-forniment għat-tranżazzjonijiet irreġistrati fuq il-listi ta' tranżizzjoni.

    Jidentifika l-ordnijiet irreġistrati fuq il-listi ta' tranżizzjoni li ma ġewx forniti jew li ma għandhomx jiġu forniti għal xi raġuni jew oħra lix-xerrej elenkat fuq it-tali listi ta' tranżizzjoni. Kull ordni bħal din għandha titħassar mil-lista ta' tranżizzjoni u ma għandhiex terġa' tiġi allokata b'xi mod ieħor lil xi xerrej ieħor.

    36.   REVIŻJONI

    Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, fl-isfond tal-kriterji, u fiż-żminijiet, stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn taħt.

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom iwettqu l-evalwazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali kif ġej:

    1)

    Fir-raba' sena kalendarja wara d-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali u, b'mod regolari warajha, f'kull każ b'avviż minn tliet xhur qabel mogħti mis-Segretarjat.

    2)

    Fuq it-talba ta' Parteċipant wara konsultazzjoni xierqa, diment li s-Segretarjat ikun ta avviż bi tliet xhur minn qabel u l-Parteċipant li jitlob jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub u r-raġuni għar-reviżjoni u l-għanijiet tagħha kif ukoll sommarju tal-konsultazzjonijiet li saru qabel it-talba tiegħu.

    3)

    Il-modalitajiet tal-aġġornament tar-rati minimi tal-primjum u r-rati minimi tal-imgħax huma stabbiliti fl-Appendiċi II u III rispettivament.

    4)

    It-tariffi stabbiliti fl-Artikolu 16 għandhom ikunu parti mir-reviżjonijiet.

    b)

    L-evalwazzjoni stabbilita fis-subparagrafu a) 1) ta' hawn fuq għandha tieħu f'kunsiderazzjoni:

    1)

    Kemm intlaħqu l-iskopijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, kif stabbiliti fl-Artikolu 1 iktar 'il fuq, u kwalunkwe kwistjoni oħra li Parteċipant jixtieq jiddiskuti.

    2)

    Fir-rigward tal-elementi fis-subparagrafu b) 1) iktar 'il fuq, jekk humiex iġġustifikati emendi għal xi aspett ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    c)

    Bħala rikonoxximent tal-importanza tal-proċess ta' reviżjoni, biex jiżgura li t-termini u l- kundizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali għadhom jilħqu l-ħtiġijiet tal-Parteċipanti, kull Parteċipant jirriżerva d-dritt li jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali skont l-Artikolu 40 iktar 'l isfel.

    37.   ĦIDMA FUTURA

    Għandha tingħata konsiderazzjoni lil dawn li ġejjin:

    a)

    L-evalwazzjoni tal-prattiki tal-Parteċipanti fl-għoti tal-appoġġ uffiċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu.

    b)

    Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-self indirett.

    c)

    Estensjoni tat-termini ta' ripagamenti massimi skont l-Artikolu 19 għal inġenji tal-ajru użati li ġew restawrati b'mod notevoli qabel inbiegħu.

    d)

    Estensjoni tat-termini ta' ripagamenti massimi skont l-Artikolu 21 għall-kuntratti bl-ogħla valur.

    e)

    Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal “restawrazzjoni” (Artikolu 21) u “servizzi” (Artikolu 22).

    f)

    Il-proċess ta' eliġibilità ta' Cape Town.

    g)

    Id-definizzjoni ta' “Parteċipant Interessat”.

    PARTI 6

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    38.   DĦUL FIS-SEĦĦ

    Id-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali hija l-1 ta’ Frar 2011.

    39.   ARRANĠAMENTI TA' TRANŻIZZJONI

    Minkejja l-Artikolu 38 ta' hawn fuq, il-Parteċipanti jistħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti kif ġej:

    a)

    Il-Parteċipanti jistgħu jagħtu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2007 ("l-ASU tal-2007") jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1)

    Il-prodotti u s-servizzi għandhom ikunu soġġetti għal kuntratt ta' ditta konkluż mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

    2)

    Il-prodotti u s-servizzi għandhom jiġu konsenjati fiżikament mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 għal inġenji tal-ajru tal-Kategorija 1 tal-ASU tal-2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013 għal inġenji tal-ajru tal-Kategorija 2 u 3 tal-ASU tal-2007.

    3)

    Għal kull impenn finali nnotifikat, għandha tintalab tariffa ta' impenn ta' 20 punt bażi per annum mill-iktar data kmieni tal-impenn finali jew il-31 ta’ Jannar 2011 (inġenju tal-ajru tal-Kategorija 1 tal-ASU tal-2007)/30 ta’ Ġunju 2011 (inġenju tal-ajru tal-Kategorija 2 u 3 tal-ASU tal-2007), sakemm jiġi fornit l-inġenju tal-ajru. Din it-tariffa ta' impenn għandha tieħu post it-tariffi stabbiliti fl-Artikoli 17 a) u b) 2) tal-ASU tal-2007. Din it-tariffa ta' impenn għandha tintalab minbarra l-primjum minimu mitlub.

    b)

    Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli qabel id-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1)

    Il-prodotti u s-servizzi għandhom ikunu soġġetti għal kuntratt ta' ditta konkluż mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

    2)

    It-tali appoġġ uffiċjali huwa limitat għall-konsenji ta' 69 inġenju tal-ajru tal-Kategorija 1 tal-ASU tal-2007 għal kull Parteċipant u 92 inġenju tal-ajru tal-Kategorija 2 tal-ASU tal-2007 għal kull Parteċipant.

    3)

    Biex jibbenefikaw mit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, l-inġenji tal-ajru msemmija fis-subparagrafu b) 2) iktar 'il fuq għandhom jiġu rreġistrati fuq il-listi (li minn hawn 'il quddiem ser jissejħu l-"listi ta' tranżizzjoni") li għandhom jiġu nnotifikati mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim Settorjali. It-tali listi ta' tranżizzjoni għandhom jinkludu:

    Il-mudelli u n-numri tal-inġenji tal-ajru.

    Id-dati tal-konsenja tentattivi.

    L-identità tax-xerrejja.

    Ir-reġim applikabbli (jew il-Ftehim Settorjali dwar l-Inġneji tal-Ajru prevalenti qabel l-ASU tal-2007, jew l-ASU tal-2007).

    4)

    L-informazzjoni fl-ewwel, it-tieni u r-raba' inċiżi ta' hawn fuq għandha tinqasam mal-Parteċipanti kollha; l-informazzjoni fit-tielet inċiż ta' hawn fuq għandha tiġi amministrata b'mod esklussiv mis-Segretarjat u l-President.

    5)

    Għal kull inġenju tal-ajru fuq il-listi ta' tranżizzjoni:

    Jekk l-appoġġ uffiċjali jkun impenjat skont il-Ftehim Settorjali dwar l-Inġneji tal-Ajru prevalenti qabel l-ASU tal-2007, għandha tintalab tariffa tal-impenn ta' 35 punt bażi per annum mill-iktar data kmieni tal-impenn finali jew il-31 ta’ Marzu 2011, sakemm jiġi fornit l-inġenju tal-ajru. Barra minn hekk, il-primjum minimu mitlub ma għandux ikun inqas minn 3% bil-quddiem.

    Jekk l-appoġġ uffiċjali jkun impenjat skont l-ASU tal-2007, għandha tintalab tariffa tal-impenn ta' 20 punt bażi per annum mill-iktar data kmieni tal-impenn finali jew it-30 ta’ Ġunju 2011, sakemm jiġi fornit l-inġenju tal-ajru.

    It-tariffa tal-impenn stabbilita fiż-żewġ inċiżi ta' hawn fuq għandha tintalab minflok it-tariffi stabbiliti fl-Artikoli 17 a) u b) 2) tal-ASU tal-2007. Din it-tariffa tal-impenn għandha tintalab minbarra li jintalab il-primjum minimu.

    6)

    Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali bit- termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru prevalenti qabel l-ASU tal-2007 biss għal konsenji ta' inġenji tal-ajru skedati li jsiru fil-31 ta’ Diċembru 2010 jew qabel, skont il-kuntratti ta' ditta konklużi mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2007 u nnotifikati lis- Segretarjat mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007.

    c)

    L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tiġi ssorveljata skont l-Artikoli 35 b) u c).

    40.   L-IRTIRAR

    Parteċipant jista' jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta' komunikazzjoni fil-pront, eż. l-OLIS. L-irtirar jidħol fis-seħħ sitt xhur wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika. L-irtirar mhux ser jaffettwa l-ftehimiet milħuqa fuq tranżazzjonijiet individwali mħaddma qabel id-data effettiva tal-irtirar.

    Appendiċi I

    Parteċipazzjoni Fil-Ftehim Settorjali dwar L-inġenji tal-Ajru

    1.

    Il-Parteċipanti jħeġġu lin-non-Parteċipanti li qegħdin jiżviluppaw kapaċità tal-manifattura għal inġenji tal-ajru ċivili biex japplikaw id-dixxiplini ta' dan il-Ftehim Settorjali. F'dan il-kuntest, il-Parteċipanti jistiednu lin-non-Parteċipanti biex jidħlu fi djalogu magħhom dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija fl-ASU.

    2.

    Is-Segretarjat għandu jiżgura li non-Parteċipant interessat li jieħu sehem f'dan il-Ftehim Settorjali jingħata l-informazzjoni sħiħa dwar it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati ma' meta wieħed isir Parteċipant f'dan il-Ftehim Settorjali.

    3.

    Imbagħad, in-non-Parteċipant jiġi mistieden mill-Parteċipanti sabiex jieħu sehem fl-attivitajiet ta' dan il-Ftehim Settorjali u jattendi l-laqgħat relevanti bħala osservatur. Stedina bħal din issir għal massimu ta' sentejn u tista' tiġġedded darba għal sentejn oħra. Matul dan il-perjodu, in-non-Parteċipant għandu jiġi mistieden jipprovdi evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta' kreditu għall-esportazzjoni, speċjalment għall-esportazzjoni ta' inġenji tal-ajru ċivili.

    4.

    Fi tmiem dak il-perjodu, in-non-Parteċipant għandu jindika jekk jixtieqx isir Participant f'dan il-Ftehim Settorjali u jsegwi d-dixxiplini tiegħu; fil-każ ta' konferma bħal din, fuq bażi annwali in-non-Parteċipant għandu jikkontribwixxi għall-ispejjeż assoċjati mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    5.

    In-non-Parteċipant interessat għandu jitqies Parteċipant minn 30 jum tax-xogħol wara l-konferma msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Appendiċi.

    Appendiċi II

    Rati minimi tal-primjum

    L-Appendiċi jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jintużaw meta jiġi ddeterminat l-ipprezzar tal-appoġġ uffiċjali għal tranżazzjoni soġġetta għal dan il-Ftehim Settorjali. It-Taqsima 1 tistabbilixxi l-proċeduri ta' klassifikazzjoni tar-riskji; it-Taqsima 2 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jintalbu għal inġenji tal-ajru ġodda u użati, u t-Taqsima 3 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jintalbu għal magni ta' riżerva, partijiet li jistgħu jinbidlu, konverżjoni tal-merkanzija/modifika/restawrazzjoni qawwija, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz, u kitts tal-magna.

    TAQSIMA 1

    Proċeduri għall-klassifikazzjoni tar-riskji

    1.

    Il-Parteċipanti qablu fuq lista ta' klassifikazzjonijiet tar-riskji (il-Lista) għal xerrejja/mutwatarji; it-tali klassifikazzjonijiet tar-riskji jirreflettu l-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit ta' xerrejja/mutwatarji li juża skala komuni tal-klassifikazzjoni bħal dik ta' waħda mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA).

    2.

    Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji se jsiru min esperti maħtura mill-Parteċipanti fl-isfond tal-kategoriji tar-riskji stabbiliti fit-Tabella 1 ta' dan l-Appendiċi.

    3.

    Il-Lista għandha tkun torbot fi kwalunkwe stadju tat-tranżazzjoni (eż. kampanja u kunsinna), soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Appendiċi.

    I.   IT-TWAQQIF TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

    4.

    Il-Lista għandha tiġi żviluppata u maqbula bejn il-Parteċipanti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Settorjali; għandha tinżamm aġġornata mis-Segretarjat u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parteċipanti kollha fuq bażi kunfidenzjali.

    5.

    Fuq talba u fuq bażi kunfidenzjali, is-Segretarjat jista' jgħarraf lil non-Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji ta' xerrej/mutwatarju; f'dan il-każ, is-Segretarjat għandu jgħarraf lill-Parteċipanti kollha dwar it-talba. Fi kwalunkwe ħin, non-Parteċipant jista' jipproponi żidiet mal-Lista lis-Segretarjat. Non-Parteċipant li jipproponi żieda mal-Lista jista' jieħu sehem fil-proċedura ta' klassifikazzjoni tar-riskji daqs li kieku kien Parteċipant interessat.

    II.   AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

    6.

    Soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Appendiċi, il-Lista tista' tiġi aġġornata fuq bażi ad hoc f'każ li Parteċipant jindika fuq xi forma li beħsiebu japplika klassifikazzjoni tar-riskji oħra u mhux dik fuq il-Lista, jew inkella Parteċipant ikollu bżonn klassifikazzjoni tar-riskji għal xerrej/mutwatarju li għadu mhuwiex fuq il-Lista (17)  (18).

    7.

    Qabel kull użu ta' klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida, kull Parteċipant għandu jibgħat talba lis-Segretarjat biex jaġġorna l-Lista fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida. Is-Segretarjat se jiċċirkola din it-talba lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn tax-xogħol, mingħajr ma tissemma l-identità tal-Parteċipant li ppreżenta t-talba.

    8.

    Jingħata perjodu ta' għaxart (19) ijiem tax-xogħol sabiex il-Parteċipanti interessati jew jaqblu jew inkella joġġezzjonaw kwalunkwe bidla proposta fil-Lista; nuqqas ta' tweġiba f'dan il-perjodu jitqies qbil dwar il-proposta. Jekk fi tmiem il-perjodu ta' għaxart ijiem ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, jitqies li kien hemm qbil mal-bidla proposta fil-Lista. Is-Segretarjat se jimmodifika l-Lista kif xieraq u jibqgħat messaġġ OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol; il-Lista reveduta għandha tibda torbot mid-data ta' dak il-messaġġ.

    III.   SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA' QBIL

    9.

    Fil-każ ta' oġġezzjoni għal klassifikazzjoni tar-riskji proposta, il-Parteċipanti interessati fil-livell ta' esperti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien perjodu ieħor ta' għaxart ijiem tax-xogħol wara notifika ta' nuqqas ta' qbil. Għandu jiġi esplorat kull mezz neċessarju biex jiġi solvut in-nuqqas ta' qbil, bl-għajnuna tas-Segretarjat jekk ikun hemm bżonn (eż. sejħiet konferenzjali jew konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ). Jekk il-Parteċipanti interessati jaqblu fuq klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien dan il-perjodu ta' għaxart ijiem, għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu u mbagħad is-Segretarjat jaġġorna l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ OLIS fil-ħamest ijiem tax-xogħol segwenti. Il-Lista aġġustata għandha tibda torbot mid-data ta' dak il-messaġġ.

    10.

    F'każ li ma tinstabx soluzzjoni bejn l-esperti għan-nuqqas ta' qbil fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, il-kwistjoni għandha tgħaddi għand il-Parteċipanti biex jieħdu deċiżjoni fuq klassifikazzjoni tar-riskji xierqa, f'perjodu li ma għandux jaqbeż il-ħamest ijiem tax-xogħol.

    11.

    Fin-nuqqas ta' qbil finali, Parteċipant jista' jirrikorri għal CRA biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/mutwatarju. F'każijiet bħal dawn, il-President tal-Parteċipanti għandu jindirizza komunikazzjoni f'isem il-Parteċipanti lix-xerrej/mutwatarju, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Il-komunikazzjoni għandha tinkludi t-termini ta' referenza għall-konsultazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji kif maqbula bejn il-Parteċipanti. Il-klassifikazzjoni tar-riskji li tirriżulta se tiġi rreġistrata fil-Lista u tibda torbot minnufih wara l-messaġġ OLIS tas-Segretarjat sabiex tiġi ffinalizzata l-proċedura ta' aġġornament fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

    12.

    Sakemm ma jsirx qbil mod ieħor, l-ispejjeż tat-tali rikors għal CRA għandhom jiġġarrbu mix-xerrej/mutwatarju interessat.

    13.

    Matul il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta' dan l-Appendiċi, il-klassifikazzjoni tar-riskji prevalenti (meta disponibbli fuq il-Lista) għandha tibqa' applikabbli.

    IV.   IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET

    14.

    Il-klassifikazzjonijiet validi tar-riskji huma l-klassifikazzjonijiet tar-riskji prevalenti kif irreġistrati fil-Lista miżmuma mis-Segretarjat; l-indikazzjonijiet u l-impenji tar-rati tal-primjum għandhom isiru biss skont dawk il-klassifikazzjonijiet tar-riskji.

    15.

    Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji għandhom perjodu ta' validità massimu ta' 12-il xahar mid-data rreġistrata fil-Lista mis-Segretarjat għall-fini tal-Parteċipanti li jipprovdu indikazzjoni u impenji finali tar-rati tal-primjum; il-perjodu ta' validità għal tranżazzjoni speċifika jista' jiġi estiż bi 18-il xahar ieħor ladarba jittieħed impenn jew impenn finali u jitħallsu t-tariffi taż-żamma tal-primjum. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu ta' validità ta' 12-il xahar fil-każ ta' bidliet materjali fil-profil tar-riskju tax-xerrej/mutwatarju, bħal modifika ta' klassifikazzjoni pprovduta minn CRA.

    16.

    Sakemm ma jkunx hemm xi Parteċipant li jitlob l-aġġornament tagħha, tal-inqas 20 jum tax-xogħol qabel tmiem il-perjodu ta' validità relevanti tal-klassifikazzjoni tar-riskji, is-Segretarjat għandu jneħħi dik il-klassifikazzjoni tar-riskji mil-Lista aġġornata ta' wara li jmiss. Is-Segretarjat se jgħaddi din it-talba għal aġġornament lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn tax-xogħol, mingħajr ma jsemmi l-identità tal-Parteċipant li ppreżenta t-talba, u għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 ta' dan l-Appendiċi.

    V.   TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA' XERREJ/MUTWATARJU

    17.

    Jekk, fl-istadju tal-kampanja, xerrej/mutwatarju jitlob indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskji tiegħu u jekk ikun għadu mhuwiex fil-Lista, dak ix-xerrej/mutwatarju jista' jitlob għal klassifikazzjoni indikattiva tar-riskji minn CRA bl-ispejjeż tiegħu. Din il-klassifikazzjoni tar-riskji ma għandhiex tiġi inkluża fil-Lista; tista' tintuża mill-Parteċipanti bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskji tagħhom stess.

    TAQSIMA 2

    Rati minimi tal-primjum għal inġenji tal-ajru ġodda u użati

    I.   IT-TFASSIL TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

    18.

    L-Artikoli 19 sa 58 ta' dan l-Appendiċi jistabbilixxu r-rati minimi tal-primjum li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tar-riskji ta' xerrej/mutwatarju (jew, jekk entità differenti, is-sors primarju ta' ripagament tat-tranżazzjoni).

    19.

    Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali fir-rata minima tal-primjum jew ogħla minnha diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn taħt:

    a)

    It-tranżazzjoni hija abbażi ta' assi, u tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

    1)

    Interess ta' garanzija tal-ewwel prijorità fuq jew b'rabta mal-inġenji tal-ajru u l-magni.

    2)

    Fil-każ ta' struttura tal-kiri, assenjament u/jew interess ta' garanzija tal-ewwel prijorità b'rabta mal-pagamenti tal-kirja.

    3)

    Inadempjenza indiretta u kollateralizzazzjoni reċiproka tal-inġenji tal-ajru u l-magni kollha li huma proprjetà b'mod legali u benefiċjarju tal-istess partijiet skont il-finanzjament propost, kull meta dan ikun possibbli skont ir-reġim legali applikabbli.

    b)

    It-tranżazzjoni hija strutturata biex, bħala minimu, tinkludi mitiganti tar-riskji kif stabbilit fit-Tabella 1 ta' hawn taħt:

    Tabella 1

    Mitiganti tar-Riskji

    Kategorija ta' Riskju tal-ASU

    Klassifikazzjonijiet tar-Riskji

    Mitiganti tar-Riskji

    A+B

    Li minnhom tal-inqas A

    U tal-inqas B

    1

    AAA sa BBB-

    0

    0

    0

    2

    BB+ u BB

    0

    0

    0

    3

    BB-

    1

    1

    0

    4

    B+

    2

    1

     

    5

    B

    2

    1

     

    6

    B-

    3

    2

     

    7

    CCC

    4

    3

     

    8

    CC sa C

    4

    3

     

    20.

    Għall-fini tal-Artikolu 19 ta' dan l-Appendiċi:

    a)

    Il-Parteċipanti jistgħu jagħżlu mill-mitiganti tar-riskji li ġejjin:

     

    Mitiganti tar-riskji “A”:

    1)

    Rata bil-quddiem imnaqqsa: kull tnaqqis ta' ħames punti perċentwali mir-rati bil-quddiem imsemmija fl-Artikoli 10 a) u b) ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju “A” wieħed. F'dan il-każ, il-Parteċipant ma għandu jagħti appoġġ uffiċjali fl-ebda forma li taqbeż ir-rata bil-quddiem imnaqqsa.

    2)

    Ammortizzazzjoni lineari: ir-ripagament tal-kapital fi ħlasijiet parzjali indaqs huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed.

    3)

    Terminu mnaqqas ta' ripagament: terminu ta' ripagament li ma jaqbiżx l-għaxar snin huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed.

     

    Mitiganti tar-riskju “B”:

    1)

    Depożitu ta' garanzija: kull depożitu ta' garanzija f'ammont daqs ħlas parzjali trimestrali wieħed u l-imgħax huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed. Id-depożitu ta' garanzija jista' jsir fl-għamla ta' flus kontanti jew ittra ta' kreditu pendenti.

    2)

    Pagamenti tal-kirja bil-quddiem: il-pagamenti tal-kirja f'ammont daqs ħlas parzjali trimestrali wieħed ta' kapital u imgħax għandhom jitħallsu trimestru minn qabel kull data ta' ripagament.

    3)

    Ir-riżervi għall-manutenzjoni f'għamla u ammont li jirriflettu l-aħjar prattiki tas-suq.

    b)

    Soġġett għal notifika minn qabel, wieħed mill-migitanti tar-riskju “A” jista' jittiħidlu postu minn imposta miżjuda ta' 15 % fuq ir-rata minima tal-primjum applikabbli.

    21.

    Skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati huma msawra minn rati minimi abbażi tar-riskji (RBR) li magħhom għandha tiżdied imposta miżjuda li tirrifletti s-suq (MRS), skont l-Artikoli 22 sa 34 ta' hawn taħt.

    22.

    Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Settorjali, l-RBRs huma:

    Tabella 2

    Rati Abbażi r-Riskji

    Kategorija ta' Riskju tal-ASU

    Firxiet (bps)

    Bil-quddiem (%)

    1

    89

    5,00

    2

    98

    5,50

    3

    116

    6,50

    4

    133

    7,50

    5

    151

    8,50

    6

    168

    9,50

    7

    185

    10,50

    8

    194

    11,00

    23.

    Ir-rati tal-RBRs għandhom jerġgħu jitfasslu fuq bażi annwali, abbażi ta' medja kurrenti ta' 4 snin tat-Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD) tal-Moody's. L-LGD xieraq għal dan it-tfassil mill-ġdid huwa bbażat fuq l-Għoti b'Self Iggarantit u Superjuri tal-Ewwel Ipoteka mill-Bank (1st Lien Senior Secured Bank Loans), u għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Tabella 3

    Immappjar tal-LGD

    Medja Kurrenti ta' 4 snin

    LGD Meqjus

    ≥45 %

    25  %

    ≥35 % < 45 %

    23  %

    ≥30 % < 35 %

    21  %

    < 30 %

    19  %

    24.

    Fattur ta' aġġustament tal-RBR għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    Formula

    25.

    Il-fattur ta' aġġustament tal-RBR għandu jiġi mmoltiplikat bl-RBRs stabbiliti fit-Tabella 2 iktar 'il fuq, biex jiġu ddeterminati l-RBRs imfassla mill-ġdid.

    26.

    L-ewwel proċess ta' tfassil mill-ġdid ser iseħħ fl-ewwel trimestru tal-2012 u l-RBRs li jirriżultaw se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta’ April 2012.

    27.

    L-RBRs li jirriżultaw mill-proċessi sussegwenti ta' tfassil mill-ġdid se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta’ April ta' kull sena sussegwenti. Ladarba jkunu ġew iddeterminati l-RBRs li jirriżultaw mit-tfassil mill-ġdid annwali, is-Segretarjat għandu jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqiegħdhom għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku.

    28.

    Għal kull kategorija ta' Riskju, għandha tiġi kkalkolata Imposta Żejda li Tirrifletti s-Suq kif ġej:

    Formula

    fejn:

     

    B huwa koeffiċjent varjanti b'medda ta' bejn 0.7 u 0.35 skont kull kategorija ta' riskju kif muri fit-Tabella 4 iktar 'l isfel.

     

    MCS hija l-medja kurrenti fuq 90 jum tal-Firxiet tal-Kreditu Medjani ta' Moody’s (MCS) b'tul tal-ħajja medju ta' 7 snin.

    29.

    Meta l-kategoriji tar-riskji jinkludu iktar minn klassifikazzjoni waħda tar-riskju, il-firxiet għandhom jittieħdu bħala medji. Fil-kategorija ta' riskju 1, għandha tintuża l-firxa ta' BBB-.

    30.

    Għandu jsir skont ta' 50 % fuq il-firxiet tal-MCS bħala kumpens għas-sigurtà tal-assi. Imbagħad, il-firxiet tal-MCS bi skont għandhom jiġu aġġustati b'fattur varjanti b'medda ta' bejn 70 % u 35 % skont it-Tabella 4 iktar 'l isfel, applikat fuq id-differenza bejn il-firxiet tal-MCS bi skont u l-RBR. Kwalunkwe firxa negattiva li tirriżulta mill-varjazzjonijiet ma għandhiex titnaqqas.

    Tabella 4

    Fatturi Varjanti

    Klassifikazzjonijiet tar-Riskju

    Kategorija ta' Riskju tal-ASU

    Fattur Varjanti (%)

    AAA

     

    70

    AA

     

    70

    A

     

    70

    BBB+

     

    70

    BBB

     

    70

    BBB-

     

    70

    BB+

    2

    65

    BB

    2

    65

    BB-

    3

    50

    B+

    4

    45

    B

    5

    40

    B-

    6

    35

    CCC

    7

    35

    CC

    8

    35

    C

    8

    35

    31.

    L-MRS għandha tiġi aġġornata fuq bażi trimestrali, kif ġej:

     

    L-ewwel proċess ta' aġġornament għandu jseħħ fl-ewwel trimestru tal-2011 u l-MCS li tirriżulta għandha tidħol fis-seħħ mill-15 ta’ April 2011; madankollu, sal-15 ta’ April 2012, l-eżiti tal-aġġornamenti tal-MRS li japplikaw għall-Kategorija ta' Riskju 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk jirriżultaw f'żieda tat-tali MRS.

     

    Il-proċessi sussegwenti ta' aġġornament għandhom iseħħu fit-tieni, it-tielet u r-raba' trimestru tal-2011 (u minn hemm 'il quddiem b'mod regolari) u l-MCS li jirriżultaw għandhom jidħlu fis-seħħ rispettivament fil-15 ta’ Lulju 2011, 15 ta’ Ottubru 2011 u l-15 ta’ Jannar 2012, u minn hemm 'il quddiem b'mod regolari.

     

    Wara kull aġġornament, is-Segretarjat għandu jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar l-MRS applikabbli u r-rati minimi li jirriżultaw u jqiegħdhom għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku qabel id-data li fiha dawn ir-rati jidħlu fis-seħħ.

    32.

    L- MRS għandha tiġi applikata biss jekk u meta tkun pożittiva u taqbeż il-25 punt bażi.

    33.

    Iż-żieda fir-rati minimi tal-primjum li jirriżultaw mill-aġġornament tal-MRS ma għandhiex taqbeż l-10 % tar-rati minimi tal-primjum trimestrali ta' qabel. Ir-rati minimi tal-primjum (li jirriżultaw miż-żieda tar-rati abbażi r-riskji u l-imposta miżjuda li tirrifletti s-suq) ma għandhomx jaqbżu r-rati abbażi tar-riskji b'iktar minn 100 %.

    34.1.

    Biex jiġu ddeterminati r-rati minimi tal-primjum: Għandha tintuża l-formula li ġejja:

    Formula

    Fejn:

    RTAS tirrappreżenta l-imposta miżjuda għall-aġġustament tat-terminu ta' ripagament stabbilita fl-Artikolu 12 b) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    RFAS tirrappreżenta l-imposta miżjuda għall-aġġustament tal-frekwenza tar-ripagament stabbilita fl-Artikoli 13 a) 1) u 2) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    RMRS tirrappreżenta l-imposta miżjuda għas-sostituzzjoni ta' mitigant tar-riskju stabbilita fl-Artikolu 20 b) ta' dan l-Appendiċi.

    CTCD tirrappreżenta l-Iskont tal-Konvenzjoni ta' Cape Town stabbilit fl-Artikolu 36 ta' dan l-Appendiċi.

    NABS tirrappreżenta l-imposta miżjuda mhux abbażi ta' assi stabbilita fl-Artikoli 55 a) 4), 55 b) u 57 b) ta' dan l-Appendiċi II, skont kif applikabbli.

    CICD tirrappreżenta l-iskont kondizzjonali tal-kopertura tal-assigurazzjoni stabbilit fl-Artikolu 54 a) ta' dan l-Appendiċi.

    Il-primjum jista' jew jitħallas bil-quddiem jew, matul il-ħajja tal-faċilità, bħala firxiet espressi f'punti bażi fis-sena. Ir-rati u l-firxiet bil-quddiem għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni tar-rata tal-primjum (PCM) sabiex it-tariffa tal-primjum pagabbli għal tranżazzjoni partikolari tkun l-istess f'termini tal-NPV kemm jekk it-tariffa hija affettwata permezz tar-rati bil-quddiem kif ukoll jekk hija affettwata mill-firxiet. Fi tranżazzjonijiet li fihom, qabel ma bdiet il-kopertura, jintlaħaq qbil dwar jew jiġu stipulati termini li jinvolvu tnaqqis fil-ħajja medja ppeżata, tista' tintalab rata bil-quddiem (ikkalkolata bl-użu tal-PCM), li f'termini tal-primjum pagabbli li jirriżulta, tikkorrispondi għal dak pagabbli f'termini tal-NPV skont il-firxiet.

    34.2.

    Ir-rati minimi tal-primjum applikabbli mid-data ta' dħul fis-seħħ inizjali ta' dan il-Ftehim Settorjali (1 ta’ Frar 2011) huma stabbiliti fit-Tabella 5 hawn taħt.

    Tabella 5

    Rati Minimi tal-Primjum

    (terminu ta' ripagament ta' 12-il sena, tranżazzjonijiet abbażi ta' assi)

    Kategorija ta' Riskju

    Klassifikazzjoni tar-riskji

    Rati Minimi tal-Primjum

    Firxiet Kull Sena (bps)

    Bil-Quddiem (%)

    1

    AAA to BBB-

    137

    7,72

    2

    BB+ and BB

    184

    10,44

    3

    BB-

    194

    11,03

    4

    B+

    208

    11,85

    5

    B

    234

    13,38

    6

    B-

    236

    13,50

    7

    CCC

    252

    14,45

    8

    CC to C

    257

    14,74

    II.   TNAQQISIET TAL-PRIMJUM MINIMU

    35.

    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 ta' dan l-Appendiċi, għandu jitħalla jsir tnaqqis tar-rati minimi tal-primum skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq, jekk:

    a)

    It-tranżazzjoni abbażi ta' assi hija relatata ma' oġġett tal-inġenju tal-ajru skont it-tifsira tal-Protokoll ta' Cape Town dwar Kwistjonijiet Speċifiċi għat-Tagħmir tal-Inġenji tal-Ajru,

    b)

    L-oġġett tal-operatur tal-inġenju tal-ajru (u, jekk differenti, il-mutwatarju/xerrej jew il-lokatur jekk, fir-rigward tal-Parteċipant li jipprovdi l-appoġġ uffiċjali, l-istruttura tat-tranżazzjoni tippermetti hekk) jinsab fi Stat li, fil-mument tal-iżborż fir-rigward tal-oġġett tal-inġenju tal-ajru, jidher fil-lista ta' Stati li jikkwalifikaw għat-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum (“Il-Lista ta' Cape Town”), u fejn applikabbli, f'unità territorjali ta' dak l-Istat li tikkwalifika skont l-Artikolu 38 ta' dan l-Appendiċi, u

    c)

    It-tranżazzjoni hija relatata ma' oġġett tal-inġenju tal-ajru rreġistrat fuq ir-Reġistru Internazzjonali stabbilit skont il-Konvenzjoni ta' Cape Town, u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru li hemm ġo fiha (Il-Konvenzjoni ta' Cape Town jew CTC).

    36.

    It-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq ma għandhiex taqbeż l-10 % tar-rata minima applikabbli tal-primjum.

    37.

    Biex jiddaħħal fil-Lista ta' Cape Town, Stat għandu:

    a)

    Ikun Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' Cape Town;

    b)

    Jagħmel id-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Anness I għal dan l-Appendiċi; u

    c)

    Ikun implimenta l-Konvenzjoni ta' Cape Town, inklużi d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi, fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, kif meħtieġ, b'tali mod li l-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town huma tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali.

    38.

    Biex tikkwalifika skont l-Artikolu 35 ta' dan l-Appendiċi, unità territorjali għandha:

    a)

    Tkun unità territorjali li fiha ġiet estiża l-Konvenzjoni ta' Cape Town;

    b)

    Tkun unità territorjali li fir-rigward tagħha japplikaw id-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Anness I għal dan l-Appendiċi; u

    c)

    Tkun implimentat il-Konvenzjoni ta' Cape Town, inklużi d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi, fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kif meħtieġ, b'tali mod li l-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jiġu tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali.

    39.

    Lista inizjali u maqbula ta' Cape Town għandha tiġi pprovduta mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim Settorjali. L-aġġornamenti għal-Lista ta' Cape Town għandhom isiru skont l-Artikoli 40 sa 52 ta' dan l-Appendiċi.

    40.

    Kull Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista' jipproponi lis-Segretarjat iż-żieda ta' Stat fil-Lista ta' Cape Town. Fir-rigward tat-tali Stat, proposta bħal din għandha tinkludi:

    a)

    L-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward tad-data tad-depożitu tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew l-istrumenti ta' adeżjoni mad-Depożitarju;

    b)

    Kopja tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-Istat propost sabiex jiżdied fil-Lista ta' Cape Town;

    c)

    L-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward tad-data li fiha daħlu fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Cape Town u d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi;

    d)

    Analiżi li tispjega l-passi li l-Istat propost biex jiżdied fil-Lista ta' Cape Town ħa biex jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Cape Town inklużi d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, kif meħtieġ biex jiżgura li l-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town huma tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali; u

    e)

    Kwestonarju mimli kif xieraq, li l-formola tiegħu hija mehmuża fl-Anness 2 ta' dan l-Appendiċi ("il-Kwestonarju tas-CTC") mimli minn tal-inqas ditta legali waħda kkwalifikata biex tagħti pariri legali fir-rigward tal-ġurisdizzjoni relevanti tal-Istat propost li jiżdied fil-Lista ta' Cape Town. Il-Kwestonarju tas-CTC mimli għandu jispeċifika:

    (i)

    L-isem(ismijiet) tal-indirizz(i) tal-uffiċċju tad-ditta/i legali li wieġbu;

    (ii)

    L-esperjenza relevanti tad-ditta legali, li tista' tinkludi esperjenza fi proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali fl-Istat, u esperjenza speċifika fi kwistjonijiet marbutin mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza fl-għoti ta' pariri lil gvern dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew lis-settur privat, jew inkella l-infurzar tad-drittijiet ta' kreditur fl-Istat propost li jiżdied fil-Lista ta' Cape Town;

    (iii)

    Jekk id-ditta legali hijiex involuta jew hux beħsieba tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-lista tas-CTC (20); u

    (iv)

    Id-data li fiha mtela l-Kwestonarju tas-CTC.

    41.

    Is-Segretarjat għandu jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih għandu jinkludi l-proposta.

    42.

    Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jagħti appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista' jippoponi sabiex Stat jitneħħa mil-Lista ta' Cape Town jekk huwa tal-fehma li t-tali Stat ħa azzjonijiet inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town ta' dak l-Istat, jew jekk jonqos milli jieħu azzjonijiet li huma meħtieġa jagħmlu skont it-tali Konvenzjoni. Għal dak il-għan, il-Parteċipant jew non-Parteċipant għandu jinkludi fi proposta għat-tneħħija mil-Lista ta' Cape Town, deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li wasslu għall-proposta ta' tneħħija, bħal kwalunkwe azzjonijiet tal-Istat li huma inkonsistenti mal-impenji tiegħu fil-Konvenzjoni ta' Cape Town, jew kwalunkwe nuqqas milli jaġġorna jew jinforza l-leġiżlazzjoni meħtieġa minħabba l-impenji ta' dak l-Istat fil-Konvenzjoni ta' Cape Town. Il-Parteċipant jew non-Parteċipant li jippreżenta l-proposta għat-tneħħija mil-Lista ta' Cape Town għandu jipprovdu kwalunkwe dokumentazzjoni ta' prova li tista' tkun disponibbli, u s-Segretarjat għandu jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih għandu jinkludi t-tali proposta.

    43.

    Kwalunkwe Parteċipant jew non-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista' jipproponi l-inklużjoni mill-ġdid ta' stat li tneħħa mil-Lista ta' Cape Town, fejn it-tali inklużjoni mill-ġdid tkun iġġustifikata minn azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi sussegwenti. Proposta bħal din għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tneħħija tal-Istat kif ukoll rapport tal-azzjonijiet korrettivi sussegwenti b'appoġġ tal-inklużjoni mill-ġdid. Is-Segretarju għandu jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih għandu jinkludi t-tali proposta.

    44.

    Il-Parteċipanti jistgħu jew jaqblu jew joġġezzjonaw għal proposta mressqa skont l-Artikoli minn 40 sa 43 ta' dan l-Appendiċi fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data li fiha ġiet ippreżentata l-proposta ("Il-Perjodu 1").

    45.

    Jekk fi tmiem il-Perjodu 1, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, l-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town jitqies li ġie aċċettat mill-Parteċipanti kollha. Is-Segretarjat ser jimmodifika l-Lista ta' Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ.

    46.

    Fil-każ ta' oġġezzjoni għall-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town, il-Parteċipant jew Parteċipanti li jappellaw għandhom, fi żmien il-Perjodu 1, jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub dwar il-bażi tal-oġġezzjoni. Wara ċirkulazzjoni mis-Segretarjat tal-OECD lill-Parteċipanti kollha dwar l-oġġezzjoni bil-miktub, il-Parteċipanti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil fi żmien perjodu ta' għaxart ijiem tax-xogħol (“Il-Perjodu 2”).

    47.

    Il-Parteċipanti għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom. Jekk jintlaħaq qbil matul il-Perjodu 2, jekk ikun hemm bżonn, is-Segretarjat se jaġġorna l-Lista ta' Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fil-ħamest ijiem tax-xogħol ta' wara. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ.

    48.

    Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil matul il-Perjodu 2, il-President tal-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ “il-President”) se jagħmel ħiltu kollha biex iħaffef l-ilħuq ta' kunsens bejn il-Parteċipanti, fi żmien għoxrin jum tax-xogħol (“Il-Perjodu 3”) minnufih wara l-Perjodu 2. Jekk fi tmiem il-Perjodu 3 ikun għadu ma nstab l-ebda kunsens, għandha tinkiseb riżoluzzjoni finali permezz tal-proċeduri li ġejjin:

    a)

    Il-President għandu jagħmel rakkomandazzjoni bil-miktub fir-rigward tal-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town. Ir-rakkomandazzjoni tal-President għandha tirrifletti l-fehma tal-maġġoranza espressa bil-miftuħ minn tal-inqas dawk il-Parteċipanti li jagħtu appoġġ uffiċjali għal esportazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru. Fin-nuqqas ta' fehma tal-maġġoranza, il-President għandu jagħmel rakkomandazzjoni bbażata b'mod esklussiv fuq il-fehmiet espressi mill-Parteċipanti u għandu jistabbilixxi bil-miktub il-bażi għar-rakkomandazzjoni, anki fil-każ ta' ineliġibilità, il-kriterji tal-eliġibilità li ma ntlaħqux.

    b)

    Ir-rakkomandazzjoni tal-President ma għandha tiżvela l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet tal-Parteċipanti jew il-pożizzjonijiet espressi fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikoli minn 40 sa 49 ta' dan l-Appendiċi, u

    c)

    Il-Parteċipanti għandhom jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni tal-President.

    49.

    Jekk, wara proposta ppreżentata skont l-Artikolu 40, il-Parteċipanti jew il-President ikunu ddeterminaw li Stat mhuwiex eliġibbli sabiex jiżdied mal-Lista ta' Cape Town, Parteċipant jew non-Parteċipant jista' jippreżenta proposta oħra li titlob sabiex il-Parteċipanti jerġa' jikkunsidra l-eliġibilità tal-Istat. Il-Parteċipant jew non-Parteċipant li jipproponi għandu jindirizza r-raġunijiet li jissostanzjaw id-determinazzjoni oriġinali ta' ineliġibilità. Il-Parteċipant jew non-Parteċipant li jipproponi għandu jikseb u jipprovdi kwestonarju aġġornat tas-CTC ukoll. Din il-proposta l-ġdida għandha tkun soġġetta għall-proċess stipulat fl-Artikoli minn 44 sa 50.

    50.

    F'każ ta' kwalunkwe bidla fil-lista ta' pajjiżi kkwalifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 48 ta' dan l-Appendiċi, is-Segretarjat għandu joħroġ messaġġ tal-OLIS li jkun fih il-Lista ta' Cape Town aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tali bidla. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ.

    51.

    Barra minn hekk, l-irtirar jew l-inklużjoni mill-ġdid ta' Stat fil-Lista ta' Cape Town wara l-iżborż fir-rigward ta' inġenju tal-ajru ma għandhomx jaffettwaw l-MPRs stabiliti dwar it-tali inġenji tal-ajru.

    52.

    Fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikolu 40 sa 50 ta' dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet jew il-pożizzjonijiet espressi.

    53.

    Il-Parteċipanti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Artikoli minn 40 sa 52 ta' dan l-Appendiċi u jirreveduha fl-ewwel nofs tal-2012, b'mod annwali wara dan jew fuq it-talba ta' xi Parteċipant.

    54.

    Jistgħu jiġu applikati l-aġġustamenti li ġejjin għar-rati minimi applikabbli tal-primjum:

    a)

    Jista' jiġi applikat skont ta' ħames punti bażi (firxiet fis-sena) jew 0.29 % (bil-quddiem) għar-rati minimi u applikabbli tal-primjum għal tranżazzjonijiet appoġġjati b'mod uffiċjali fl-għamla ta' kopertura kondizzjonali tal-assigurazzjoni.

    b)

    Għandhom jiġu applikati r-rati minimi tal-primjum fuq l-ammont ta' kapital kopert.

    III.   TRANŻAZZJONIJIET MHUX ABBAŻI TA' ASSI

    55.

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 a) ta' dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali għal tranżazzjonijiet mhux abbażi ta' assi, diment li tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    a)

    Fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux sovrani:

    1)

    Il-valur massimu tal-kuntratt ta' esportazzjoni li jirċievi appoġġ uffiċjali huwa ta' USD 15-il miljun.

    2)

    It-terminu massimu ta' ripagament għandu jkun ta' 10 snin,

    3)

    L-ebda parti terza ma għandha interess ta' garanzija fl-assi ffinanzjati, u

    4)

    Għandha tiġi applikata imposta miżjuda minima ta' 30 % mar-rati minimi tal-primjum stabbilita skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq.

    b)

    Fil-każ ta' tranżazzjoni b'sovran jew abbażi ta' garanzija sovrana irrevokabbli u inkondizzjonali, mar-rati minimi tal-primjum stabbiliti skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq għandha tiġi applikata imposta miżjuda minima, skont it-Tabella 6 ta' hawn taħt.

    Tabella 6

    Kategorija ta' Riskju

    Imposta Żejda (%)

    1

    0

    2

    0

    3

    0

    4

    10

    5

    15

    6

    15

    7

    25

    8

    25

    55.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 35 sa 51 ta' dan l-Appendiċi ma japplikawx għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali pprovduti skont l-Artikolu 55 ta' dan l-Appendiċi.

    TAQSIMA 3

    Rati minimi tal-primjum għal prodotti u servizzi li mhumiex inġenji tal-ajru koperti mill-parti 3 ta' dan il-ftehim settorjali

    56.

    Meta jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha li mhumiex inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu kif ġej:

    a)

    Fil-każ ta' tranżazzjonijiet abbażi ta' assi, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu daqs il-firxiet minimi prevalenti stabbiliti skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq u, fil-każ ta' sempliċi kopertura, ikkonvertiti għal tariffi bli-quddiem bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni u t-terminu xieraq.

    b)

    Fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux abbażi ta' assi, ir-rati minimi tal-primjum għandhom ikunu daqs il-firxiet minimi prevalenti stabbiliti skont is-sub-Taqsima I li magħhom se tiżdied imposta miżjuda ta' 30 %, u, fil-każ ta' sempliċi kopertura, ikkonvertiti f'tariffi bil-quddiem bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni u t-terminu xieraq.

    57.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 35 sa 54 ta' dan l-Appendiċi għandhom japplikaw għal appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha li mhumiex inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    Anness 1

    Dikjarazzjonijiet kwalifikattivi

    1.

    Għall-fini tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi II, it-terminu “dikjarazzjonijiet kwalifikattivi”, u r-referenzi kollha għalihom f'dan il-Ftehim Settorjali, ifisser li parti Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' Cape Town (Parti Kontraenti):

    a)

    Għamlet id-dikjarazzjonijiet fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, u

    b)

    Ma għamlitx id-dikjarazzjonijiet fl-Artikolu 3 ta' dan l-Anness.

    2.

    Id-dikjarazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 1 a) ta' dan l-Annes huma:

    a)

    L-insolvenza: Stat Parteċipanti jiddikjara li se japplika bis-sħiħ l-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru għat-tipi kollha ta' proċedimenti ta' insolvenza u li l-perjodu ta' stennija għall-fini tal-Artikolu XI (3) ta' dik l-Alternattiva ma għandux ikun itwal minn 60 jum kalendarju.

    b)

    Dereġistrazzjoni: Stat Parteċipanti jiddikjara li se japplika l-Artikolu XIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

    c)

    Għażla ta' Liġi: Stat Parteċipanti jiddikjara li se japplika l-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

    U tal-inqas waħda minn dawn li ġejjin (għad li huma mħeġġa t-tnejn li huma):

    d)

    Il-Metodu għat-Twettiq ta' Rimedji: skont l-Artikolu 54 (2) tal-Konvenzjoni, Stat Parteċipanti jiddikjara li kwalunkwe rimedji disponibbli għall-kreditur skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-Konvenzjoni li mhumiex espressi skont id-dispożizzjonijiet relevanti fiha biex jitolbu l-applikazzjoni quddiem qorti jistgħu jitwettqu mingħajr il-permess tal-qorti (l-inklużjoni ta' “mingħajr azzjoni tal-qorti u” għandha tiġi rakkomandata (iżda mhux meħtieġa) qabel il-kliem “permess tal-qorti”);

    e)

    Rimedji fil-Ħin: Stat Parteċipanti jiddikjara li se japplika l-Artikolu X tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru kollu kemm hu (għad li l-klawżola 5 tiegħu, li għandha tiġi mħeġġa, mhijiex meħtieġa) u li n-numru ta' jiem tax-xogħol li għandhom jintużaw għall-fini tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu X (2) tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru għandu jkun fir-rigward ta':

    1)

    Ir-rimedji speċifikati fl-Artikoli 13 (1) (a), (b) u (c) tal-Konvenzjoni (preservazzjoni tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru u l-valur tagħhom; pussess, kontroll jew kustodja tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru; u immobilizzazzjoni tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru), mhux iktar minn dak daqs għaxart ijiem kalendarji, u

    2)

    Ir-rimedji speċifikati fl-Artikoli 13 (1) (d) u (e) tal-Konvenzjoni (kiri jew ġestjoni tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru u d-dħul minnhom u l-bejgħ u l-applikazzjoni tal-proċeduri mit-tagħmir tal-inġenji tal-ajru), mhux iktar minn dak daqs tletin jum kalendarju.

    3.

    Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 b) ta' dan l-Anness huma dawn li ġejjin:

    a)

    Għajnuna Sakemm Toħroġ Determinazzjoni Finali: Stat Parteċipanti ma għandux ikun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni li biha jidħol f'esklużjoni fakultattiva mill-Artikolu 13 jew l-Artikolu 43 tal-Konvenzjoni; diment li, madankollu, jekk l-Istat Parteċipanti għamel id-dikjarazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 d) ta' dan l-Anness, id-dikjarazzjoni li saret skont l-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni tal-iskont tal-Konvenzjoni ta' Cape Town.

    b)

    Il-Konvenzjoni ta' Ruma: Stat Parteċipanti ma għandux ikun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXXII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru li biha jidħol f'esklużjoni fakultattiva mill-Artikolu XXIV tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru; u

    c)

    Rimedju b'Kirja: Stat Parteċipanti ma għandux ikun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 54 (1) tal-Konvenzjoni li tipprevjeni l-kirja bħala rimedju.

    4.

    Rigward l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru, għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni kwalifikattiva stipulata fl-Artikolu 2 a) ta' dan l-Anness għandha titqies li saret minn Stat Membru, għall-fini ta' dan, jekk il-liġi nazzjonali tat-tali Stat Membru ġiet emendata sabiex tirrifletti t-termini tal-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (b'perjodu massimu ta' stennija ta' 60 jum kalendarju). Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Artikoli 2 c) u e) ta' dan l-Anness, dawn għandhom jitqiesu ssodisfati, għall-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali, jekk il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri relevanti huma sostanzjalment simili għal dawk stabbiliti fit-tali Artikoli ta' dan l-Anness. Fil-każ tal-Artikolu 2 c) ta' dan l-Anness, il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament tal-KE 593/2008 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali) huma maqbula sabiex ikunu sostanzjalment simili għall-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

    Anness 2

    Il-kwestonarju dwar il-konvenzjoni ta' cape town

    I.   INFORMAZZJONI PRELIMINARI

    Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:

    1.

    L-isem u l-indirizz sħiħ tad-ditta legali li timla l-kwestonarju.

    2.

    L-esperjenza relevanti tad-ditta legali, li tista' tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali hekk kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali fl-Istat, u l-esperjenza speċifika fi kwistjonijiet marbutin mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza jew fl-għoti ta' pariri lil gvern dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew lis-settur privat, jew inkella fl-infurzar tad-drittijiet ta' kreditur fl-Istat propost li jiżdied mal-Lista ta' Cape Town;

    3.

    Kemm jekk id-ditta legali hija involuta jew beħsiebha tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-lista tas-CTC; (21)

    4.

    Id-data li fiha tlesta dan il-kwestonarju.

    II.   MISTOQSIJIET

    1.   Dikjarazzjonijiet kwalifikattivi

    1.1

    L-Istat (22) għamel kull waħda mid-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 għall-Appendiċi II tal-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (“ASU”) (“Dikjarazzjoni Kwalifikattiva” kull waħda)? B'mod partikolari, dwar id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw il-"Metodu għat-Twettiq ta' Rimedji" [Artikolu 2 d)] u “Rimedji fil-Ħin” [Artikolu 2 e)], jekk jogħġbok speċifika jew sarx wieħed minn dawn jew sarux it-tnejn li huma.

    1.2

    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-mod li bih jistgħu jvarjaw id-dikjarazzjonijiet, jekk ivarjaw, mir-rekwiżiti msemmija fil-Mistoqsija 1.1.

    1.3

    Jekk jogħġbok ikkonferma li l-Istat ma għamel l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 tal-Anness 1 għall-Appendiċi II tal-ASU.

    2.   Ratifika

    1.1

    L-Istat irratifika, aċċetta, approva jew aċċeda għall-Konvenzjoni ta' Cape Town u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (“Il-Konvenzjoni”)? Jekk jogħġbok tista' tiddikjara d-data tar-ratifika/l-adeżjoni u tiddeskrivi fil-qosor il-proċess ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni jew ir-ratifika tagħha tal-Istat?

    1.2

    Il-Konvenzjoni u d-Dikjarazzjonijiet Kwalifikattivi (“QD”) għandhom is-setgħa legali fit-territorju sħiħ tal-Istat mingħajr att ulterjuri, leġiżlazzjoni implimentattiva jew id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe liġi jew regolament ulterjuri?

    1.3

    Jekk dan huwa l-każ, jekk jogħġbok spjega fil-qosor il-proċess li jagħti s-setgħa legali lill-Konvenzjoni u l-QDs.

    3.   L-effett tal-liġi nazzjonali u lokali

    1.1

    Iddeskrivi u elenka, jekk applikabbli, il-leġiżlazzjoni u r-regolament(i) implimentattivi fir-rigward tal-Konvenzjoni u kull QD li saret mill-Istat.

    1.2

    Il-Konvenzjoni u l-QDs li saru, kif tradotti f'liġi nazzjonali (23) (“Il-Konvenzjoni u l-QDs”), jirbħu jew għandhom prijorità fuq kwalunkwe liġi nazzjonali, regolament, ordni, preċedent ġudizzjarju jew prattika regolatorja f'kunflitt. Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess li bih dan iseħħ (24) u jekk le, jekk jogħġbok agħti dettalji.

    1.3

    Hemm xi diskrepanzi eżistenti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi. (25)

    4.   Deċiżjonijiet tal-qrati u amministrattivi

    1.1.

    Jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe kwistjonijiet, inklużi prattika ġudizzjarja, regolatorja jew amministrattiva li tista' tkun mistennija tirriżulta fil-qrati, l-awtoritajiet jew il-korpi amministrattivi li jonqsu milli jagħtu setgħa sħiħa u effett lill-Konvenzjoni u l-QDs. (26)  (27)

    1.2.

    Sa fejn taf int, ittieħdet xi azzjoni ta' infurzar ġudizzjarja jew amministrattiva minn kreditur skont il-Konvenzjoni? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-azzjoni u indika jekk irnexxietx.

    1.3.

    Sa fejn taf int, sa mir-ratifika/implimentazzjoni, il-qrati f'dak l-Istat ċaħdu f'xi mument milli jinfurzaw l-obbligi tal-għoti b'self ta' debitur jew garanti fl-Istat b'mod kuntrarju għall-Konvenzjoni u l-QDs?

    1.4.

    Sa fejn taf int, hemm xi kwistjonijiet oħrajn li jistgħu jħallu impatt fuq jekk il-qrati u l-korpi amministrattivi għandhomx ikunu mistennija jaġixxu b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

    Appendiċi III

    Rati minimi tal-imgħax

    Il-provvista ta’ appoġġ uffiċjali b'finanzjament m'għandhiex tpaċi jew tikkompensa, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, ir-rata xierqa tal-primjum li għandha tintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II.

    1.   RATA TAL-IMGĦAX MINIMA U FLESSIBBLI

    a)

    Ir-rata tal-imgħax minima u flessibbli għandha tkun, kif xieraq, il-EURIBOR, ir-Rata ta' Swap tal-Polza tal-Bank, jiġifieri BBSY, jew ir-Rata Offruta tal-Inter-Bank ta' Londra, jiġifieri l-LIBOR, kif ikkumpilata mill-Assoċjazzjoni ta' Bankiera tal-Ingilterra (BBA) bil-munita u l-maturità li jikkorrispondu għall-frekwenza tal-pagament tal-imgħax ta' kreditu għall-esportazzjoni appoġġjat b'mod uffiċjali, li miegħu għandu jiżdied marġni normattiv ikkalkolat skont l-Artikolu 8 ta' dan l-Appendiċi.

    b)

    Il-mekkaniżmu ta' tfassil tar-rata tal-imgħax flessibbli għandha tvarja skont il-profil ta' ripagament magħżul, kif ġej:

    1)

    Meta r-ripagament ta' kapital u l-pagament tal-imgħax isiru f'daqqa fi ħlasijiet parzjali indaqs, il-EURIBOR/BBSY/LIBOR relevanti effettivi jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self, skont il-munita relevanti u l-frekwenza tal-pagament, għandhom jintużaw biex tiġi kkalkolata l-iskeda sħiħa tal-pagament, daqs li kieku kienet rata fissa. Imbagħad, l-iskeda ta' pagament tal-kapital għandha tiġi stabbilita kif ukoll l-ewwel pagament tal-imgħax. It-tieni pagament tal-imgħax, u l-bqija, għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-EURIBOR/BBSY/LIBOR relevanti effettivi ta' jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' pagament ta' qabel fuq il-bilanċ pendenti tal-kapital stabbilit fil-bidu.

    2)

    Meta r-ripagament tal-kapital isir fi ħlasijiet parzjali indaqs, il-EURIBOR/BBSY/LIBOR relevanti, skont il-munita relevanti u l-frekwenza tal-pagament, effettivi jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self u qabel kull data tal-pagament, għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-pagament tal-imgħax ta' wara fuq il-bilanċ pendenti tal-kapital.

    c)

    Meta jingħata appoġġ uffiċjali b'finanzjament għal self b'rati varjanti, ix-xerrejja/il-mutwatarji jista' jkollhom l-għażla li jeqilbu minn rata varjanti għal rata fissa diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1)

    L-għażla hija limitata għall-qlib għar-rata ta' swap biss;

    2)

    L-għażla ta' qlib għandha tiġi eżerċitata biss fuq talba, u darba biss, u għandha tiġi rrapportata kif xieraq b'referenza għall-formola ta' rapportar mibgħuta fil-bidu lis-Segretarjat skont l-Artikolu 24 ta' dan il-Ftehim.

    2.   IR-RATI TAL-IMGĦAX FISSI U MINIMI

    Ir-rata tal-imgħax fissa u minima għandha tkun jew:

    a)

    Ir-rata ta' swap, dwar il-munita relevanti tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġjat b'mod uffiċjali u b'maturità skont it-Tabella 7 ta' hawn taħt fil-każijiet li fihom l-ammortizzazzjoni tas-self tkun ibbażata fuq pagamenti indaqs ta' kapital jew pagamenti indaqs ta' kapital u imgħax. Meta l-pagamenti tal-kapital ma jkunux strutturati skont l-Artikolu 13 a) ta' dan il-Ftehim Settorjali, il-maturità tar-rata ta' swap applikata għandha tkun ir-rata interpolata għall-eqreb żewġ perjodu annwali li huma disponibbli għall-ħajja medja peżata tas-self. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi stabbilita għal jumejn tax-xogħol qabel kull data ta' prelevament.

    Tabella 7

    Terminu ta' Ripagament

    Maturità tar-Rata ta' Swap

    Sa 3 snin

    Sentejn

    Sa 5 snin

    3 snin

    Sa 7 snin

    4 snin

    Sa 9 snin

    5 snin

    Sa 10 snin

    6 snin

    Sa 12-il sena

    7 snin

    Sa 15-il sena

    9 snin

    JEW

    b)

    Ir-Rata ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRR) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 sa 7 ta' dan l-Appendiċi, li, fiż-żewġ każijiet, għandu jiżdied magħhom il-marġni normattiv, ikkalkolat skont l-Artikolu 8 ta' dan l-Appendiċi.

    3.   IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRR

    a)

    Is-CIRR hija stabbilita għal kwalunkwe waħda mill-muniti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim Settorjali u hija kkalkolata billi jiżdied marġni fiss ta' 120 punt bażi ma' wieħed mit-tliet rendimenti li ġejjin (ir-rati bażi):

    1)

    Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq ħames snin għal terminu ta' ripagament li jasal sa u jinkludi d-disa' sena,

    2)

    Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq seba' snin għal iktar minn disa' u li jasal sa u jinkludi t-12-il sena, jew

    3)

    Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq disa' snin għal iktar minn 12-il sena u sa u jinkludi l-15-il sena.

    b)

    Is-CIRR għandha tiġi kkalkolata darba fix-xahar bl-użu ta' dejta mix-xahar ta' qabel u għandha tiġi nnotifikata lis-Segretarjat, mhux iktar minn ħamest ijiem wara li jintemm kull xahar. Imbagħad, is-Segretarjat għandu jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqiegħdhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Is-CIRR għandha tidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta' kull xahar.

    c)

    Parteċipant jew non-Parteċipant jista’ jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta’ non-Parteċipant. F’konsultazzjoni man-non-Parteċipant, Parteċipant jew is-Segretarjat f’isem dak in-non-Parteċipant jista’ jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f’dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni stabbiliti fl-Artikoli minn 28 sa 33 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    4.   IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAS-CIRR

    a)

    Iż-żamma tas-CIRR: is-CIRR li tapplika għal tranżazzjoni ma għandhiex tinżamm għal perjodu itwal minn sitt xhur mill-għażla tagħha (data tal-kuntratt ta' esportazzjoni jew kwalunkwe data ta' applikazzjoni warajha) għad-data tal-qbil dwar il-kreditu. Jekk il-ftehim dwar il-kreditu ma jiġix iffirmat fi żmien dak il-limitu, u s-CIRR titfassal mill-ġdid għal sitt xhur oħrajn, is-CIRR il-ġdida għandha tiġi impenjata bir-rata prevalenti fid-data tat-tfassil mill-ġdid.

    b)

    Wara d-data ta' qbil dwar il-kreditu, is-CIRR għandha tiġi applikata għall-perjodi ta' prelevament li ma jaqbżux is-sitt xhur. Wara l-ewwel perjodu ta' prelevament ta' sitt xhur, is-CIRR tiġi mfassla mill-ġdid għas-sitt xhur ta' wara; is-CIRR il-ġdida għandha tkun dik prevalenti fl-ewwel jum tal-perjodu l-ġdid ta' sitt xhur u ma tistax tkun inqas mis-CIRR magħżula oriġinarjament (proċedura li għandha tiġi ripetuta għal kull perjodu sussegwenti ta' sitt xhur ta' prelevamenti).

    5.   L-APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

    Fi ħdan id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar il-kreditu, il-mutwatarju ma għandux jingħata għażla biex jeqleb minn finanzjament b'rata varjanti appoġġjata b'mod uffiċjali għal finanzjament b'CIRR magħżula minn qabel, u lanqas ma għandu jitħalla jeqleb bejn CIRR magħżula minn qabel u r-rata tas-suq fit-terminu qasir ikkwotata fuq kwalunkwe data ta' pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self.

    6.   RIPAGAMENT KMIENI TAS-CIRR

    Fil-każ ta' ripagament volontarju u kmieni ta' self jew kwalunkwe sehem minnu jew meta s-CIRR applikata skont il-ftehim dwar il-kreditu tiġi mmodifikata f'rata varjanti jew ta' swap, il-mutwatarju għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni li tipprovdi appoġġ b'finanzjament uffiċjali għall-ispejjeż u t-telf kollha mġarrba minħabba t-tali azzjonijiet, inklużi l-ispejjeż għall-istituzzjoni tal-gvern ta' sostituzzjoni tal-influss ta' fluss kontanti b'rata fissa interrott mir-ripagament kmieni.

    7.   IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

    Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu n-notifika ta’ emenda f'CIRR matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem tax-xogħol wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika ta’ din l-emenda.

    8.   MARĠNI NORMATTIV

    a)

    Marġni normattiv għandu jiġi kkalkolat fix-xahar, billi tintuża dejta nnotifikata lis-Segretarjat skont l-Artikolu 24 b) ta' dan il-Ftehim Settorjali, u għandu jidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta' kull xahar. Ladarba jiġi kkalkolat, il-marġni normattiv għandu jiġi nnotifikat mis-Segretarjat lill-Parteċipanti u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku.

    b)

    Il-marġni normattiv għandu jkun rata ekwivalenti għall-medja tal-50% inferjuri tal-marġnijiet fuq LIBOR jew SWAP mitlubin għal tranżazzjonijiet fit-tliet xhur kalendarji sħaħ ta' qabel id-data effettiva stabbilita fil-paragrafu a) iktar 'il fuq, filwaqt li jilħaq il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1)

    Tranżazzjonijiet b'garanzija inkondizzjonali 100% denominati f'dollari Amerikani;

    2)

    Appoġġ uffiċjali pprovdut fir-rigward ta' inġenji tal-ajru vvalutati għal USD 35 miljun jew iktar (jew l-ekwivalenti ta' dan l-ammont fi kwalunkwe munita eliġibbli oħra); u

    3)

    It-tranżazzjonijiet se jiġu nnotifikati mid-dati tagħhom ta' prelevament tas-self. F'każ li jseħħu bosta prelevamenti skont l-istess mandat tal-bank bl-istess marġni, huwa biss il-prelevament tal-ewwel inġenju tal-ajru li se jiġi nnotifikat.

    c)

    Ladarba jidħol fis-seħħ, il-marġni normattiv għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu għall-finanzjament ipprovdut matul il-perjodu sussegwenti ta' xahar sakemm il-marġni normattiv jitfassal mill-ġdid mis-Segretarjat kif stipulat iktar 'il fuq.

    d)

    Il-Parteċipanti għandhom jissorveljaw il-marġni normattiv u għandhom jirrevedu l-mekkaniżmu tal-marġni normattiv sitta u tnax-il xahar wara d-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali, imbagħad b'mod annwali jew fuq it-talba ta' xi Participant.

    Appendiċi IV

    Formola ta' rapportar

    a)   L-Informazzjoni Bażika

    1.

    Il-pajjiż li qed jinnotifika

    2.

    Id-data tan-notifika

    3.

    Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika

    4.

    Numru ta ’ identifikazzjoni

    b)   L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti

    5.

    L-isem u l-pajjiż tax-xerrej

    6.

    L-isem u l-pajjiż tal-mutwatarju

    7.

    L-isem u l-pajjiż tal-garanti

    8.

    L-istatus tax-xerrej/il-mutwatarju/il-garanti, eż. sovran, bank privat, privati oħra

    9.

    Klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/il-mutwatarju/il-garanti

    c)   Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji

    10.

    F'liema forma jingħata l-appoġġ uffiċjali, eż. sempliċi kopertura, appoġġ uffiċjali b'finanzjament

    11.

    Jekk jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali b'finanzjament, huwa appoġġ bi kreditu dirett/rifinanzjament/rata tal-imgħax

    12.

    Deskrizzjoni tat-tranżazzjoni appoġġjata, inkluż il-manifattur, il-mudell tal-inġenju tal-ajru u n-numru tal-inġenju tal-ajru; indikazzjoni dawr jekk it-tranżazzjoni taqax taħt l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 39 a) jew b) ta' dan il-Ftehim.

    13.

    Id-data tal-impenn finali

    14.

    Il-munita tal-kreditu

    15.

    L-ammont tal-kreditu, skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta' USD:

    Kategorija

    Ammont ta' Kreditu

    I

    0-200

    II

    200-400

    III

    400-600

    IV

    600-900

    V

    900-1 200

    VI

    1 200 -1 500

    VII

    1 500 -2 000  (*)

    16.

    Perċentwal ta' appoġġ uffiċjali

    17.

    It-terminu tar-ripagament

    18.

    Il-profil u frekwenza ta' ripagament – inkluża, meta xierqa, l-ħajja medja peżata

    19.

    It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

    20.

    Ir-rati ta' imgħax:

    Ir-rata minima tal-imgħax applikata

    Il-marġni normattiv applikat

    21.

    Il-primjum totali mitlub permezz ta':

    Tariffi bil-quddiem (f'perċentwal tal-ammont ta' kreditu) jew

    Firxiet (punti bażi per annum fuq ir-rata tal-imgħax applikata)

    Kif xieraq, jekk jogħġbok indika b'mod separat l-imposta miżjuda ta' 15% applikata skont l-Appendiċi II tal-Artikolu 20 b).

    22.

    Fil-każ ta' kreditu/finanzjament dirett, it-tariffi mitluba permezz ta':

    Tariffa ta' arranġament/strutturazzjoni

    Tariffa ta' impenn /żamma tal-primjum

    Tariffa ta' amministrazzjoni

    23.

    It-tariffa ta' żamma tal-primjum

    24.

    Fil-każ ta' sempliċi kopertura, it-tariffi ta' żamma tal-primjum

    25.

    It-termini ta' strutturazzjoni tat-tranżazzjoni: mitiganti tar-riskji / imposta miżjuda tal-primjum applikata

    26.

    Kif xieraq, indikazzjoni tal-impatt tal-Konvenzjoni ta' Cape Town fuq ir-rata tal-primjum applikata

    Appendiċi V

    Il-lista tad-definizzjonijiet

    Ekwivalenza tal-Ispejjeż għar-Riskji Kollha: il-valur preżenti nett tar-rati tal-primjum, l-ispejjeż tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba għal kreditu dirett bħala perċenwal tal-ammont ta' kreditu dirett huwa daqs il-valur preżenti nett tas-somma tar-rati tal-primjum, l-ispejjeż tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitlubin għas-sempliċi kopertura bħala perċentwal tal-ammont tal-kreditu għas-sempliċi kopertura.

    Abbażi ta' Assi: tranżazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbilliti f'19 a) tal-Appendiċi II.

    Xerrej/Mutwatarju: jinkludi (iżda mhuwiex limitat għal) entitajiet kummerċjali bħal linji tal-ajru u lokaturi, kif ukoll entitajiet sovrani (jew jekk entità differenti, is-sors primarju ta' ripagament tat-tranżazzjoni).

    Apparat Mgħammar mix-Xerrej: apparat mgħammar mix-xerrej u inkorporat fl-inġenju tal-ajru matul il-proċess ta' manifattura/restawrazzjoni, mal-konsenja jew qabel, kif muri mill-Att tal-Bejgħ mill-manifattur.

    Il-Konvenzjoni ta' Cape Town: tirreferi għall-Konvenzjoni ta' Cape Town dwar l-Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u l-Protokoll fih dwar Kwistjonijiet speċifiċi għall-Apparat tal-Inġenji tal-Ajru.

    Il-Konverżjoni tal-Merkanzija: spejjeż marbuta mal-bidla ta' inġenji tal-ajru għall-passiġġieri f'inġenju tal-ajru kummerċjali għall-merkanzija.

    Impenn: kwalunkwe dikajrazzjoni, tkun xi tkun l-għamla, li fiha r-rieda jew l-intenzjoni li jingħata appoġġ uffiċjali tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċevitur, ix-xerrej, il-mutwatarju, l-esportatur jew l-istituzzjoni finanzjarja, inklużi, mingħajr limitazzjoni, ittri ta' eliġibilità, ittri ta' kummerċjalizzazzjoni.

    Il-Linja Komuni: ftehim tal-Parteċipanti għal tranżazzjoni partikolari, jew f'ċirkustanzi speċjali dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali; linja komuni bħal din għandha tirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan il-Ftehim Settorjali biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkustanzi speċifikati fil-linja komuni.

    Il-Kopertura Kondizzjonali tal-Assigurazzjoni: appoġġ uffiċjali li fil-każ ta' inadempjenza fuq pagament għal riskji ddefiniti jipprovdi indemnifikazzjoni lill-benefiċjarju wara perjodu ta' stennija speċifikat; matul il-perjodu ta' stennija, il-benefiċjarju ma għandux id-dritt għal pagament mill-Parteċipant. Il-pagament skont kopertura kondizzjonali tal-assigurazzjoni huwa soġġett għall-validità u l-eċċezzjonijiet tad-dokumentazzjoni sottostanti u tat-tranżazzjoni sottostanti.

    Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż: il-klassifikazzjoni prevalenti tar-riskju tal-pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati b'mod Uffiċjali kif ippubblikata fuq il-websajt tal-OECD.

    Aġenzija ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu: waħda mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu b'reputazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe aġenzija oħra ta' klassifikazzjoni li hija aċċettabbli għall-Parteċipanti.

    Kitts tal-Magni: sett ta' komponenti introdotti biex jitjiebu l-affidabilità, id-durabilità u/jew fil-kisba ta' prestazzjoni fuq il-ġwienaħ permezz tal-introduzzjoni ta' teknoloġija.

    Kreditu għall-esportazzjoni: assigurazzjoni, garanzija jew arranġament ta' finanzjament li jippermetti lil xerrej barrani ta' prodotti u/jew servizzi esportati sabiex jipposponi pagament fuq perjodu ta' żmien; kreditu għall-esportazzjoni jista' jsir fl-għamla ta' kreditu tal-fornitur estiż mill-esportatur, jew ta' kreditu tax-xerrej, fejn il-bank tal-esportatur jew istituzzjoni finanzjarja oħra tislef lix-xerrej (jew il-bank tiegħu).

    Impenn Finali: impenn finali jeżisti meta l-Parteċipant jieħu impenn sabiex jippreċiża u jtemm termini u kundizzjonijiet finanzjarji, jew permezz ta' ftehim reċiproku jew permezz ta' att unilaterali.

    Kuntratt ta' Ditta: ftehim bejn il-manifattur u l-persuna li tieħu l-konsenja tal-inġenju tal-ajru jew magni bħala xerrej, jew, b'rabta ma' arranġament ta' bejgħ u kiri b'lura, bħala lokatarju f'kirja b'terminu ta' minimu ta' ħames snin, li jistabbilixxi impenn vinkolanti (esklużi dawk marbutin ma' għażliet li f'dak iż-żmien ma kinux eżerċitati), fejn in-non-prestazzjoni tinvolvi obbligazzjoni legali.

    Parteċipant Interessat: Parteċipant li (i) jipprovdi appoġġ uffiċjali għal qafas tal-inġenji tal-ajru jew magni tal-inġenji tal-ajru mmanifatturati b'mod sħiħ jew parzjali fit-territorju tiegħu, (ii) għandu interess kummerċjali sostanzjali eżistenti jew għandu esperjenza max-xerrej/mutwatarju kkonċernat, jew (iii) intalab minn manifattur/esportatur biex jipprovdu appoġġ uffiċjali lix-xerrej/mutwatarju inkwistjoni.

    Appoġġ bir-Rata tal-Imgħax: jista' jieħu l-forma ta' arranġament bejn, min-naħa, gvern, jew istituzzjoni li taġixxi għal jew f'isem gvern u, min-naħa l-oħra, banek jew istituzzjonijiet finanzjari oħrajn, u li jippermetti l-forniment ta' finanzjament ta' esportazzjonijiet b'rata fissa bir-rata tal-imgħax relevanti, fissa u minima jew ogħla minnha.

    Modifika/restawrazzjoni qawwija: operazzjonijiet ta' konfigurazzjoni mill-ġdid jew aġġornament ta' inġenju tal-ajru għall-passiġġieri jew merkanzija.

    Il-Prezz Nett: il-prezz għal oġġett fatturat mill-manifattur jew fornitur tiegħu, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iskonti kollha tal-prezz u redditi oħrajn fi flus, filwaqt li jitnaqqsu l-krediti jew konċessjonijiet kollha l-oħrajn ta' kwalunkwe tip relatati miegħu jew kemxejn allokabbli għalih, kif stipulat f'rappreżentazzjoni vinkolanti minn kull wieħed mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni - ir-rappreżentazzjoni tal-manifattur tal-magni hija meħtieġa biss meta tkun relevanti skont l-għamla tal-ftehim ta' xiri - jew fornitur tas-servizz, skont kif ikun il-każ, u appoġġjata minn dokumentazzjoni meħtieġa mill-fornitur ta' appoġġ uffiċjali biex jiġi kkonfermat dak il-prezz nett. Id-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi kollha (eż. il-VAT) mhumiex inklużi fil-prezz nett.

    Inġenju tal-Ajru Ġdid: ara l-Artikolu 8 a) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    Mhux Abbażi ta' Assi: tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fi 19 a) tal-Appendiċi II.

    Tranżazzjoni Mhux Sovrana: tranżazzjoni li ma tissodisfax id-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 49 b) tal-Appendiċi II.

    Il-Perjodu ta' Żamma tal-Primjum: soġġett għall-Artikolu 35 b) tal-Appendiċi II, perjodu li matulu tkun qed tinżamm rata tal-primjum offruta għal tranżazzjoni; ma għandux jaqbeż it-18-il xahar mid-data tal-Impenn Finali.

    Il-Mudell ta' Konverżjoni tar-Rata tal-Primjum: mudell miftiehem mill-Parteċipanti u mqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, li għandu jintuża għall-fini ta' dan il-Ftehim Settorjali biex it-tariffi tal-primjum bil-quddiem jiġu kkonvertiti f'firxiet u vice versa, li fih ir-rata tal-imgħax u r-rata tal-iskont użati għandhom ikunu 4.6%; din ir-rata għandha tiġi riveduta b'mod regolari mill-Parteċipanti.

    Notifika minn Qabel: notifika li ssir tal-inqas għaxart ijiem kelendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, billi tintuża l-formola ta' rapportar stipulata fl-Anness IV.

    Sempliċi Kopertura: Appoġġ uffiċjali provdut minn jew f’isem gvern permezz ta' garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu għall-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali b'finanzjament.

    Terminu ta' Ripagament: il-perjodu li jibda fil-Punt tal-Bidu ta' Kreditu u jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.

    Tranżazzjoni Sovrana: tranżazzjoni li tissodisfa d-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 55 b) tal-Appendiċi II.

    Il-Punt ta' Bidu tal-Kreditu: għall-bejgħ ta' inġenji tal-ajru inklużi ħelikopters, magni ta' riżerva u komponenti, mhux iktar tard mid-data propja meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-prodotti, jew id-data peżata medja meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tal-prodotti. Għal servizzi, l-aħħar punt ta' bidu tal-kreditu huwa d-data ta' preżentazzjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni ta' servizz mill-klijent.

    Ir-Rata ta' Swap: rata fissa daqs ir-rata semiannwali għal dejn b'rata varjanti ta' swap għal dejn b'rata fissa (naħa tal-Offerta), imqiegħda fuq kwalunkwe fornitur indipendenti tal-indiċi tas-suq, bħal Telerate, Bloomberg, Reuters, jew l-ekwivalenti għaliha, fil-11:00 am, ħin ta' New York, jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self.

    Ħajja Medja Peżata: iż-żmien meħtieġ biex jiġi rtirat nofs il-kapital ta' kreditu; din hija kkalkolata bħala s-somma ta' żmien (fi snin) bejn il-punt ta' bidu tal-kreditu u kull pagament ta' kapital peżat bis-sehem ta' kapital ripagat f'kull data ta' ripagament.

    ANNESS IV

    IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA RINNOVABBLI, MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U PROĠETTI TAL-ILMA

    L-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi termini u kundizzjonijiet finanzjarji adegwati għal proġetti f'setturi partikolari identifkati, inklużi f'inizjattivi internazzjonali li jikkontribwixxu b'mod notevoli għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluża l-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra (GHG) u proġetti b'effiċjenza enerġetika għolja kif ukoll proġetti tal-ilma. Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplimenta l-Arranġament, għandhom jiġu implimentati b'tali mod li huwa konsistenti mal-Iskop tal-Arranġament.

    KAPITOLU I

    Il-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim settorjali

    1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI I

    a)

    Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali għal kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi I ta' dan il-Ftehim Settorjali għal:

    1)

    L-esportazzjoni ta' impjanti sħaħ tal-enerġija rinnovabbli jew partijiet minnhom, li jinvolvu l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni tat-tali impjanti.

    2)

    L-immodernizzar ta' impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

    b)

    Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal oġġetti li jinstabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija li għalih ix-xerrej huwa ġeneralment responsabbli, b'mod partikolari, il-provista tal-ilma mhux direttament marbuta mal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija, l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, toroq, il-bini ta' villaġġi, linji tal-enerġija u switchyard, kif ukoll spejjeż li ġejjin mill-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri uffiċjali ta' approvazzjoni (eż. permessi tas-sit, permess għall-bini), ħlief:

    1)

    F'każijiet li fihom ix-xerrej tas-switchyard huwa l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt huwa konkluż fir-rigward tas-switchyard oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għas-switchyard oriġinali ma għandhomx jaqbżu dawk għall-impjant tal-enerġija rinnovabbli; u

    2)

    It-termini u l-kundizzjonijiet għas-substazzjonijiet, trasformaturi u linji ta' trażmissjoni b'limitu ta' vultaġġ minimu ta' 60kV li jinsab barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija rinnovabbli ma għandhomx ikunu iktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija rinnovabbli.

    2.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI II

    a)

    Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali marbutin ma' kuntratti f'settur elenkat fl-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali. Din il-lista ta' setturi u, fejn applikabbli, il-kriterji korrispondenti tal-prestazzjoni newtrali għat-teknoloġija użati biex tiġi ddefinita l-eliġibilità ta' proġett, tista' tiġi mmodifikata maż-żmien skont id-dispożizzjonijiet ta' reviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    b)

    It-tali kuntratti għandhom ikunu relatati mal-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u dan jinvolvi l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni ta' proġett identifikabbli, diment li:

    1)

    Il-proġett għandu jirriżulta f'emissjonijiet tal-karbonju żero jew baxxi, jew ekwivalenti ta' CO2, u/jew f'effiċjenza tal-enerġija għolja;

    2)

    Il-proġett għandu jitfassal biex, bħala minimu, jilħaq l-istandards tal-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Appendiċi II; u

    3)

    It-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti għandhom jiġu estiżi biss biex jiġu indirizzati żvantaġġi finanzjarji speċifiċi li ltaqa' magħhom proġett, u għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet finanzjarji individwali u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq ta' kull proġett.

    3.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA

    Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għall-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom relatati mal-provvista ta' ilma għall-użu mill-bniedem u faċilitajiet ta' trattament tal-ilma mormi:

    a)

    L-infrastruttura għall-provvista tal-ilma għax-xorb lil muniċipalitajiet, inklużi djar u negozji żgħar, jiġifieri il-purifikazzjoni tal-ilma sabiex jinkiseb l-ilma għax-xorb u n-netwerk ta' distribuzzjoni (inkluż il-kontroll tat-telf tal-ilma).

    b)

    Il-faċilitajiet tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi, jiġifieri l-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi u tad-dranaġġ mid-djar u mill-industrija, inklużi proċessi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ tal-ilma u t-trattament tal-ħama li huma assoċjati direttament ma’ dawn l-attivitajiet.

    c)

    L-immodernizzar ta' dawn il-faċilitajiet f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

    KAPITOLU II

    Dispożizzjonijiet għall-krediti għall-esportazzjoni

    4.   IT-TERMINI MASSIMI TAR-RIPAGAMENT

    a)

    Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali marbutin ma' kuntratti fis-setturi elenkati fl-Appendiċi I, u għal proġetti tal-ilma ddefiniti fl-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 18-il sena.

    b)

    Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' tal-inqas SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:

    1)

    Għal kuntratti fil-Klassi A tal-Proġetti: 18-il sena.

    2)

    Għal kuntratti fil-Klassi B tal-Proġetti u l-Klassi Ċ tal-Proġetti: 15-il sena.

    c)

    Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' inqas minn SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:

    1)

    Għal pajjiżi tal-Kategorija I kif iddefiniti fl-Artikolu 11 tal-Arranġament, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' ħames snin, bil-possibilità ta' qbil sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal notifika minn qabel stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    2)

    Għal pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' għaxar snin.

    3)

    Minkejja s-sub-paragrafi 1) u 2) iktar 'il fuq, għal impjanti tal-enerġija mhux nukleari kif iddefiniti fl-Artikolu 13 tal-Arranġament, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 12-il sena.

    5.   IR-RIPAGAMENT TA' KAPITAL U PAGAMENT TAL-IMGĦAX

    a)

    Il-Parteċipanti għandhom japplikaw profil ta' ripagament ta' kapital u pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-sub-paragrafi 1) jew 2) hawn taħt:

    1)

    Ir-ripagament ta' kapital għandu jsir fi ħlasijiet parzjali indaqs.

    2)

    Ir-ripagament ta' kapital u l-pagament ta' imgħax f'daqqa għandhom isiru fi ħlasijiet parzjali indaqs.

    b)

    Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu.

    c)

    Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata sew, l-appoġġ uffiċjali jista' jingħata b'termini li mhumiex dawk stabbiliti f'a) u b) iktar 'il fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u għandu jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

    1)

    L-ebda ripagament uniku ta' kapital jew serje ta' pagamenti ta' kapital fi żmien perjodu ta' sitt xhur ma għandu jaqbeż il-25% tas-somma kapitali tal-kreditu.

    2)

    Il-kapital għandu jitħallas lura bi frekwenza minima ta' kull 12-il xahar. L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux iktar tard minn 18-il xahar wara l-punt ta' bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2% tas-somma kapitali tal-kreditu għandu jkun tħallas lura 18-il xahar wara l-punt ta' bidu tal-kreditu.

    3)

    L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza minima ta' kull 12-il xahar u l-ewwel pagament tal-imgħax għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu.

    4)

    Il-ħajja massima medja peżata tal-perjodu ta' ripagament ma għandhiex taqbeż is-60% tat-terminu massimu disponibbli.

    d)

    L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma għandux jiġi kapitalizzat.

    6.   RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

    Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali b'finanzjament għal self b'rati fissi għandu japplika r-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:

    Terminu ta' ripagament

    (snin)

    Rati minimi standard tal-imgħax

    Rati minimi tal-imgħax għal proġetti b'perjodi twal ta' bini, jiġifieri:

    Proġetti ġodda kbar ta' idroenerġija

    Klassi A tal-Proġett tal-Appendiċi II

    Bonds tal-gvern

    (snin)

    Marġni

    (bps)

    Bonds tal-gvern

    (snin)

    Marġni

    (bps)

    < 11

    CIRR relevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament

    11 sa 12

    7

    100

    7

    100

    13

    7

    120

    8

    120

    14

    8

    120

    9

    120

    15

    8

    120

    9

    120

    16

    9

    120

    10

    125

    17

    9

    120

    10

    130

    18

    10

    120

    10

    130

    7.   IL-MUNITI ELIĠIBBLI

    Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali b'finanzjament huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm dejta disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u l-Artikolu 20 tal-Arranġament għal termini ta' ripagament ta' inqas minn 11-il sena.

    8.   SPEJJEŻ LOKALI

    a)

    Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' mill-inqas SDR 10 miljun, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għal kosti lokali ma għandux jaqbeż it-30% tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

    b)

    Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' inqas minn SDR 10 miljun:

    1)

    Għas-setturi elenkati fl-Appendiċi I, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ispejjeż lokali ma għandux jaqbeż il-45% tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

    2)

    Għas-setturi elenkati fl-Appendiċi II u għall-proġetti tal-ilma ddefiniti fl-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ispejjeż lokali ma għandux jaqbeż it-30% tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

    c)

    Meta l-appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali jaqbeż il-15% tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni, it-tali appoġġ uffiċjali għandu jkun soġġett għal notifika minn qabel, skont l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u għandha tiġi speċifikata l-għamla tal-kosti lokali li qegħdin jiġu appoġġjati.

    KAPITOLU III

    Il-proċeduri

    9.   IN-NOTIFIKA MINN QABEL

    a)

    Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 48 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    b)

    Għall-proġetti li jaqgħu fil-Klassijiet tal-Proġetti elenkati fl-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-tali notifiki għandhom jinkludu deskrizzjoni iktar estensiva tal-proġett biex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 2 b) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    c)

    Jekk il-Parteċipant li jinnotifika beħsiebu jipprovdi appoġġ b'terminu ta' ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew skont l-Artikolu 5 c) ta' dan il-Ftehim Settorjali, għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħrajn jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul l-ewwel għaxart ijiem kalendarji.

    d)

    Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex titħaffef ir-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza.

    KAPITOLU IV

    Monitoraġġ u reviżjoni

    10.   XOGĦOL FUTUR

    Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin fit-12-il xahar ta' wara l-adozzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali:

    a)

    Primjums tar-riskju bit-terminu aġġustat.

    b)

    Setturi u teknoloġiji għall-"adattament" tat-tibdil fil-klima.

    c)

    Kundizzjonijiet għal impjanti tal-enerġija mill-fjuwils fossili b'emissjonijiet baxxi/effiċjenza tal-enerġija għolja inkluża d-definizzjoni tat-tlestija għas-CCS.

    d)

    Bini b'użu ta' enerġija żero.

    e)

    Grilji intelliġenti.

    f)

    Proġetti taċ-ċellula tal-fjuwil.

    11.   MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

    a)

    Is-Segretarjat għandu jirrapporta b'mod annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    b)

    Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu b'mod regolari l-kamp ta' applikazzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Ftehim Settorjali u sa mhux iktar tard mill-2013.

    c)

    L-Appendiċi II għandu jiġi revedut f'intervalli regolari, inkluż fuq it-talba ta' Parteċipant, bil-għan li jiġi vvalutat jekk xi Klassi u/jew Tip tal-Proġetti għandhomx jiżdiedu ma' dak l-Appendiċi, jew jitneħħew minnu, jew jekk għandhomx jinbidlu xi livelli limitu fit-tali Appendiċi. Il-proposti għal Klassijiet u/jew Tipi ġodda ta' Proġetti għandhom jiġu appoġġjati b'informazzjoni dwar kif il-proġetti fi ħdan Klassi/Tip bħal dawn għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 b) ta' dan il-Ftehim Settorjali u għandhom isegwu l-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi III.

    Appendiċi I

    Setturi tal-enerġiji rinnovabbli

    Is-setturi tal-enerġiji rinnovabbli li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għat-termini u għall-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali sakemm l-impatti tagħhom jiġu indirizzati skont ir-Rakkomandazzjoni tal-2012 dwar l-Approċċi Komuni għall-Ambjent u għall-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati u d-Diliġenza Ambjentali u Soċjali Dovuta (28) (kif ġiet emendata sussegwentement mill-Membri tal-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu (ECG) u adottata mill-Kunsill tal-OECD):

    a)

    L-enerġija mir-riħ (29).

    b)

    L-enerġija ġeotermali.

    c)

    L-enerġija tal-frugħ u l-mili tal-baħar u tax-xmajjar.

    d)

    L-enerġija tal-mewġ.

    e)

    L-enerġija ożmotika.

    f)

    L-enerġija fotovoltajka tax-xemx.

    g)

    L-enerġija termali tax-xemx.

    h)

    L-enerġija termali tal-oċeani.

    i)

    Il-bijoenerġija: il-gass sostenibbli kollu mill-miżbla, il-gass mill-impjant ta' trattament tad-drenaġġ, l-enerġija mill-bijogass jew il-fjuwil miġjub minn stallazzjonijiet tal-enerġija mill-bijomassa. "Bijomassa" għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u mill-annimali), mill-forestrija u mill-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali.

    j)

    L-enerġija tal-ilma.

    k)

    L-effiċjenza tal-enerġija fi proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli.

    Appendiċi II

    Setturi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

    Klassi tal- proġett

    Definizzjoni

    Raġuni fundamentali

    Standards użati

    Termini ta' ripagament

    Klassi A tal-proġetti:   Ġbir u ħżin tal-karbonju

    TIP 1:

    Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili bi Ġbir u Ħżin Operazzjonali (CCS)

    Proċess li jikkonsisti f'separazzjoni tal- fluss ta' CO2 mill- emissjonijiet prodotti minn sorsi ta' ġenerazzjoni ta' fjuwils fossili, it- trasport lejn sit ta' ħżin għall-fini ta' ħżin ġeoloġiku b'mod sikur għall-ambjent u permanenti ta' CO2.

    Għall-kisba ta' livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' karbonju għal sorsi tal-enerġija minn fjuwils fossili

    L-intensità tal-karbonju għandha tikseb livell ta' jew inqas minn 350 tunnellata metrika ta' CO2 għal kull GWh rilaxxati fl-atmosfera (30);

    Jew

    Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta' ġbir u ħżin li tkun tnaqqas l-emissjonijiet ta' karbonju tal-impjant b'65%

    jew

    iktar; Jew Ir-rata ta' ġbir trid tkun tal-inqas 85% ta' CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali. Il-85% għandha tapplika f'kundizzjonijiet operazzjonali normali.

    18-il sena

    TIP 2:

    Proġetti tas-CCS bħal dawn

    Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni ta' CO2 minn sorsi industrijali jew ta' ġenerazzjoni tal- enerġija, trasport lejn sit ta' ħżin, għall-fini ta' ħżin ġeoloġiku b'mod b'mod sikur għall- ambjent u permanenti ta' CO2.

    Biex jonqsu b'mod notevoli l- emissjonijiet ta' karbonju minn sorsi eżistenti.

    Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta' ġbir u ħżin li tnaqqas l- emissjonijiet industrijali jew karbonju għall- ġenerazzjoni tal-enerġija b'65% jew iktar;

    Jew

    Ir-rata ta' ġbir trid tkun tal-inqas 85% ta' CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b'mod uffiċjali. Il-85% għandha tapplika f'kundizzjonijiet operazzjonali normali.

    18-il sena

    Klassi tal-proġetti klassi B   Sostituzzjoni ta' fjuwils fossili klassi tal-proġetti

    TIP 1:

    Skart għal Enerġija

    Unità ddedikata għall- ġenerazzjoni ta' enerġija bi trattament termali (inkluża l- gassifikazzjoni) ta' skart solidu minn flussi mħallta.

    Kumpens għall-emissjonijiet ta' GHG mill-użu ta' enerġija konvenzjonali u permezz tat-tnaqqis ta' GHG tal- ġejjieni bħal metan li normalment ikun rilaxxat mill-iskart.

    Fil-każ ta' ċiklu minn flussi, effiċjenza fil- konverżjoni enerġetika tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) ta' tal-inqas 75 % fuq il-bażi ta' valur ta' tisħin baxx (LHV) (31).

    Fil-każ ta' gassifikazzjoni, effiċjenza tal-gassifikatur ta' tal-inqas 65% LHV (32).

    15-il sena

    TIP 2:

    Impjanti Ibridu tal-Enerġija

    Impjant tal-enerġija li jiġġenera l-elettriku kemm minn sors rinnovabbli tal-enerġija kif ukoll minn sors ta' fjuwils fossili.

    Biex jiġi ssodisfat ir- rekwiżit ta' disponibilità ta' impjant, sors li jiġġenera l-fjuwils fossili huwa meħtieġ għal dawk il-perjodi meta l-enerġija mis-sors tal-enerġija rinnovabbli ma jkunx disponibbli jew biżżejjed. Is-sors tal-enerġija fossili jippermetti l-użu ta' enerġija rinnovabbli fl-impjant ibridu, u b'hekk jinkiseb tnaqqis notevoli fil-karbonju meta mqabbel ma' impjant standard tal-fjuwils fossili.

    Mudell 1:

    Żewġ sorsi ta' ġenerazzjoni separati: wieħed tal-Enerġija Rinnovabbli u l-ieħor minn fjuwils fossili.

    Għandu jitfassal proġett sabiex tal-inqas 50% tal-output totali, annwali u projjettat ta' enerġija tiegħu joriġina mis-sors ta' enerġija rinnovabbli tal-impjant.

    Mudell 2:

    Sors ta' ġenerazzjoni uniku bl-użu tat-taħlita ta' rinnovabbli u fjuwil fossili. Il-proġett għandu jitfassal sabiex tal-inqas 75% tal-enerġija utli prodotta tinġieb mis-sors rinnovabbli.

    15-il sena

    Klassi C tal-proġetti:   Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

    TIP 1:

    Proġetti f'Daqqa ta' Sħana u Enerġija

    Ġenerazzjoni simultanja ta' bosta forom tal-enerġija (elettrika, mekkanika u termali) f'sistema integrata waħda.

    L-output tal-impjant tas-CHP għandu jinkludi enerġija u sħana elettrika u mekkanika għal użu kummerċjali, industrijali u/jew residenzjali.

    Sa żewġ terzi tal-enerġija primarja użata biex jiġi ġġenerat elettriku f'impjanti konvenzjali tal-enerġija termali jintilfu fil-forma ta' sħana. Għaldaqstant, il-ġenerazzjoni f'daqqa ta' sħana u enerġija (CHP) tista' tkun alternattiva effettiva għall-mitigazzjoni tal-GHG. CHP hija possibbli bil-makkinarji u l-fjuwils kollha tas-sħana (inklużi l-bijomassa u termali solari) minn ftit impjanti tal-enerġija kklassifikati b'kW sa dawk b'kondensazzjoni tal-fwar ta' 1 000 MW (33).

    Effiċjenza ġenerali ta' tal-inqas 75% fuq il-bażi ta' valur baxx ta' tisħin (LHV) (34).

    15-il sena

    TIP 2:

    Tisħin u/jew tkessiħ tad-distrett

    Netwerk li jġorr/ iqassam enerġija termali minn unità tal-produzzjoni tal-enerġija għall- użu finali.

    Biex titjieb l-effiċjenza tat-tisħin tad-distretti billi jinbnew netwerks ta' pajpijiet għal ilma minn flussi u/jew sħun b'effiċjenza termali sostanzjali, kemm billi jitnaqqas it-telf mill- pajpijiet u l-konvertituri kif ukoll billi jiżdied l- ammont ta' użu tas- sħana mitlufa.

    It-tkessiħ tad-distretti huwa teknoloġija integrattiva li tista' tikkontribwixxi b'mod notevoli għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u għat-tniġġis tal-arja u sabiex tiżdied is- sigurtà tal-enerġija eż. permezz ta' sostituzzjoni ta' kondizzjonaturi tal- arja individwali.

    Il-konduttività termali tal-pajpijiet tad-distrett għandhom ikunu inqas minn 80% tal- konduttività termali relevanti meħtieġa mill-istandard Ewropew EN253:2009 (għandu jiġi rivedut meta jiġi aġġornat dan l-istandard).

    15-il sena

    Appendiċi III

    Metodoloġija li għandha tintuża għad-determinazzjoni tal-eliġibilità tas-setturi relatati mal-artikolu 2 ta' dan il-ftehim settorjali

    Meta jiġi propost li l-Klassi jew it-Tip ta' Proġett jiżdiedu mal-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti għandhom jipprovdu deskrizzjoni dettaljata tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett u l-informazzjoni dwar kif it-tali proġetti jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 b) ta' dan il-Ftehim Settorjali; it-tali informazzjoni għandha tinkludi:

    a)

    Evalwazzjoni tal-kontribut dirett tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż tqabbil tal-prestazzjoni tas-settur, fuq il-bażi ta' dejta li tista' titkejjel dwar l-emissjonijiet ta' karbonju jew CO2 ekwivalenti u/jew f'effiċjenza għolja tal-enerġija, b'approċċi teknoloġiċi konvenzjonali u iktar riċenti użati; fil-każijiet kollha, dan it-tqabbil għandu jkun ibbażat fuq miżuri kwantitattivi, bħal tnaqqis fl-emissjonijiet għal kull unità prodotta.

    b)

    Deskrizzjoni tal-istandards tekniċi u tal-prestazzjoni tas-settur propost tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett, inkluża informazzjoni dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) eżistenti; jekk xieraq, din id-deskrizzjoni għandha tispjega kif it-teknoloġija hija avvanz fuq il-BAT eżistenti.

    c)

    Deskrizzjoni tal-ostakli finanzjarji fil-Klassi jew it-Tip ta' Proġett proposti, inklużi kwalunkwe ħtiġijiet finanzjarji u kundizzjonijiet tas-suq, u l-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan il-Ftehim Settorjali li huma mistennija jippermettu lit-tali proġetti jimxu 'l quddiem.

    Appendiċi IV

    Il-lista tad-definizzjonijiet

    L-Aqwa Tekniki Disponibbli: skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-UE 96/61/KE (Artikolu 2.11), "l-Aħjar Tekniki Disponibbli" għandha tfisser l-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp ta' attivitajiet u l-metodi tagħhom ta' tħaddim li jindika l-adattabilita prattika ta' tekniki partikolari li tipprovdi fil-prinċipju l-bażi għall-valuri ta' limiti ta' emissjonijiet maħsuba biex jiģu evitati u, fejn dan ma jkunx prattiku, li jitnaqqsu b'mod ġenerali l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:

    a)

    "tekniki" għandha tinkludi kemm it-teknoloġija użata u l-mod li bih l-istallazzjoni tkun diżinjata, mibnija, mantenuta, imħaddma u dekommissjonata.

    b)

    tekniki "disponibbli" għandha tfisser dawk it-tekniki żviluppati fuq skala li tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur industrijali relevanti, b'kundizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-vantaġġi, sew jekk it-tekniki jkunu użati u prodotti ġewwa l-Istat Membru inkwistjoni sew jekk le, sal-limitu li dawn ikunu raġjonevolment aċċessibbli għall-operatur.

    c)

    "l-aqwa" għandha tfisser l-aktar waħda effettiva biex jinkiseb livell ġenerali għoli ta' protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.

    Gassijiet Serra: gassijiet serra huma ddefiniti sabiex jinkludu dijossidu, metan, ossidu nitruż, idrofluworokarburi, perfluworokarburi u eżafluworur tal-kubrit.

    Proġett Kbir tal-Enerġija Idro: skont id-definizzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar id-Digi Kbar (ICOLD). ICOLD tiddefinixxi diga kbira bħala diga b'għoli ta' 15m jew iktar mill-pedamenti. Anki d-digi li huma bejn għoli ta' 5 u 15m u b'volum tar-riżerva ta' iktar minn 3 miljun m3 huma kklassifikati bħala digi kbar.

    ANNESS V

    L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI

    L-informazzjoni elenkata fit-Taqsima I aktar 'l isfel għandha tkun provduta għan-notifiki kollha li saru taħt l-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġiet speċifikata fit-Taqsima II għandha tkun provduta, kif inhu xieraq, b'rabta mat-tip speċifiku tan-notifika li qed issir.

    I.   L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI KOLLHA

    a)   Informazzjoni Bażika

    1.

    Il-pajjiż li qed jinnotifika

    2.

    Id-data tan-notifika

    3.

    Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika

    4.

    In-numru ta’ referenza

    5.

    In-notifika oriġinali jew ir-reviżjoni għan-notifika ta’ qabel (in-numru ta’ reviżjoni kif inhu rilevanti)

    6.

    In-numru tal-qatgħa (jekk inhu rilevanti)

    7.

    In-numru ta’ referenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhu rilevanti)

    8.

    L-Artikolu(Artikoli) tal-Arranġament li skontu(skonthom) qed issir in-notifika

    9.

    In-numru ta’ referenza tan-notifika li qed tiġi allinjata (jekk inhu rilevanti)

    10.

    Id-deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi allinjat (jekk inhu rilevanti)

    11.

    Pajjiż tad-destinazzjoni

    b)   L-informazzjoni dwar ix-Xerrej /il-Mutwatarju/il-Garanti

    12.

    Il-Pajjiż tax-Xerrej

    13.

    Isem ix-Xerrej

    14.

    Post ix-Xerrej

    15.

    L-Istatus tax-Xerrej

    16.

    Il-Pajjiż tal-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

    17.

    Isem il-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

    18.

    Post il-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

    19.

    L-Istatus tal-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

    20.

    Il-Pajjiż Garanti (jekk inhu rilevanti)

    21.

    Isem il-Garanti (jekk inhu rilevanti)

    22.

    Post il-Garanti (jekk inhu rilevanti)

    23.

    L-Istatus tal-Garanti (jekk inhu rilevanti)

    c)   L-informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u dwar il-Proġett

    24.

    Id-deskrizzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati

    25.

    Id-deskrizzjoni tal-proġett (jekk inhi rilevanti)

    26.

    Il-post tal-proġett (jekk inhu rilevanti)

    27.

    Id-data tal-egħluq tal-offerta (jekk inhi rilevanti)

    28.

    Id-data tal-iskadenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhi rilevanti)

    29.

    Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġjat(i), jew il-valur effettiv (għal-linji tal-kreditu u għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi tal-proġetti kollha jew għal kwalunkwe tranżazzjoni individwali fuq bażi volontarja) jew skont l-iskala li ġejja f’miljuni ta’ SDR:

    Kategorija

    Minn

    Sa

    I:

    0

    1

    II:

    1

    2

    III:

    2

    3

    IV:

    3

    5

    V:

    5

    7

    VI:

    7

    10

    VII:

    10

    20

    VIII:

    20

    40

    IX:

    40

    80

    X:

    80

    120

    XI:

    120

    160

    XII:

    160

    200

    XIII:

    200

    240

    XIV:

    240

    280

    XV:

    280

     (**)

    30.

    Il-munita tal-kuntratt(i)

    d)   It-Termini u l-Kundizzjonijiet Finanzjarji ta’ Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni

    31.

    Il-valur tal-kreditu; il-valur effettiv għan-notifiki li jinvolvu l-linji tal-kreditu u t-tranżazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett jew għal kwalunkwe tranżazzjoni individwali fuq bażi volontarja, jew skont l-iskala tal-SDR

    32.

    Il-munita tal-kreditu

    33.

    Il-ħlas parzjali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġjati)

    34.

    L-ispejjeż Lokali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġjati)

    35.

    Il-punt tal-bidu tal-kreditu u r-referenza għas-subparagrafu applikabbli tal-Artikolu 10

    36.

    It-tul tal-perjod ta’ ripagament

    37.

    Il-bażi tar-rata tal-imgħax

    38.

    Ir-rata jew il-marġni tal-imgħax

    II.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA' DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

    a)   L-Artikolu 14 d) 5 tal-Arranġament

    1.

    Il-profil tar-ripagament

    2.

    Il-frekwenza tar-ripagament

    3.

    It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

    4.

    L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    5.

    It-tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

    6.

    L-ispjegazzjoni tar-raġuni għaliex ma ġiex provdut appoġġ skont il-paragrafi a) sa c) tal-Artikolu 14

    b)   L-Artikoli 24, 27, 30 u 31 tal-Arranġament

    1.

    Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż tal-obbligant

    2.

    Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-obbligant

    3.

    It-tul tal-perjodu ta’ żborż

    4.

    Il-perċentwal ta' kopertura għar-riskju politiku (tal-pajjiż)

    5.

    Il-perċentwal ta' kopertura għar-riskju kummerċjali (tax-xerrej)

    6.

    Il-kwalità tal-kopertura (jiġifieri taħt l-istandard, standard, ’il fuq mill-istandard)

    7.

    L-MPR ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż tal-obbligant fin-nuqqas ta’ kwalunkwe garanti parti terza, tal-involviment ta’ istituzzjoni multilaterali/reġjonali, il-mitigazzjoni tar-riskju żidiet fir-riskju tax-xerrej

    8.

    L-MPR applikabbli

    9.

    Ir-rata effettiva tal-primjum mitluba (espressa fil-format tal-MPR bħala perċentwali tal-kapital)

    c)   L-Artikolu 24 c) it-tielet inċiż tal-Arranġament

    1.

    Normattiv(i) applikati (ara l-Anness XIII).

    d)   L-Artikolu 24 e) l-ewwel inċiż tal-Arranġament

    1.

    Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż tal-garanti

    2.

    Il-klassifikazzjoni magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-garanti

    3.

    Il-konferma li ntlaħqu l-kriterji kollha elenkati fl-Anness VII.

    4.

    Il-perċentwal tal-ammont totali f'riskju (jiġifieri kapital u imgħax) li huwa kopert mill-garanzija (jiġifieri l-ammont totali jew parzjali)

    5.

    Indikazzjoni dwar jekk teżistix xi relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u l-obbligant

    6.

    Fil-każ li hemm relazzjoni bejn il-garanti u l-obbligant:

    It-tip ta’ relazzjoni (eż. il-kumpanija prinċipali-sussidjarja, sussidjarja-prinċipali, sjieda komuni)

    Il-konferma li l-garanti huwa legalment u finanzjarjament indipendenti u jista’ jissodisfa l-obbligu tal-ħlas tal-obbligant

    Il-konferma li l-garanti ma jkunx affettwat minn avvenimenti, regolamenti jew intervent sovran fil-pajjiż tal-obbligant

    e)   L-Artikolu 27 e) tal-Arranġament

    1.

    Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-obbligant

    2.

    Il-klassifikazzjoni(jiet) tal-munita barranija minn CRA Akkreditata

    3.

    Ir-raġuni fundamentali għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej aħjar mill-klassifikazzjoni mis-CRA akkreditata

    f)   L-Artikolu 30 tal-Arranġament

    1.

    It-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż użata

    2.

    Il-konferma li ntlaħqu l-kriterji elenkati fl-Anness VIII

    3.

    Għat-Teknika 1, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-Pajjiż li ġejja mill-użu tat-teknika.

    4.

    Għat-Teknika 2:

    il-munita lokali użata

    il-valur tal-LCF applikat

    g)   L-Artikolu 31 tal-Arranġament

    1.

    Il-BRCE(s) applikat/i

    2.

    Is-CEF applikat għal kull titjib fil-kreditu

    3.

    Is-CEF totali li għandu jiġi applikat

    h)   L-Artikoli 49 u 50 tal-Arranġament

    1.

    Il-forma tal-għajnuna marbuta (jiġifieri l-għajnuna għall-iżvilupp jew kreditu premist jew finanzi assoċjati)

    2.

    Il-livell ta’ konċessjonalità totali tal-finanzjament tal-għajnuna marbuta u tal-għajnuna parzjalment mhux marbuta li ġie kkalkolat skont l-Artikolu 40

    3.

    Id-DDR li ntużat għall-kalkulazzjoni tal-konċessjonalità

    4.

    It-trattament tal-ħlasijiet bi flus kontanti fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità

    5.

    Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-linji ta’ kreditu

    i)   L-Artikolu 8 tal-Anness II

    1.

    Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kuntratt ta' esportazzjoni, jiġifieri impjant ġdid tal-enerġija nukleari, modernizzazzjoni ta' impjant eżistenti tal-enerġija nukleari, il-provvista ta' fjuwil u arrikkiment nukleari, jew il-forniment ta' ġestjoni tal-fjuwil użat.

    2.

    Ir-ripagament ta' kapital u l-pagament tal-imgħax skont: l-Artikolu 3 a) 1), l-Artikolu 3 a) 2) jew l-Artikolu 3 c) tal-Anness II.

    3.

    Meta l-appoġġ uffiċjali jingħata skont l-Artikolu 3 c) tal-Anness II, jekk jogħġbok ipprovdi:

    Il-profil tar-ripagament

    Il-frekwenza tar-ripagament

    It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

    L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    It-tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

    L-ispjegazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta' għoti tal-appoġġ skont l-Artikoli 3 a) u b).

    4.

    Ir-rata minima tal-imgħax applikata skont l-Artikolu 4 tal-Anness II.

    j)   Anness IV, Artikolu 9

    1.

    Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proġett:

    Impjant ġdid tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma, jew modernizzazzjoni ta' impjant eżistenti tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma, inkluż is-settur speċifiku kif elenkati fl-Appendiċi I tal-Anness IV, jew

    Jekk proġett tal-enerġija idro, kemm jekk proġett kbir ġdid tal-enerġija idro (kif iddefinita fl-Appendiċi IV tal-Anness IV), jew

    Għall-proġetti li jaqgħu fil-Klassijiet tal-Proġetti elenkati fl-Appendiċi II tal-Anness IV, wiri ta' kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 2 b) tal-Anness IV.

    2.

    Il-profil ta' ripagament ta' kapital u l-pagament tal-imgħax skont: l-Artikolu 5 a) 1), l-Artikolu 5 a) 2) jew l-Artikolu 5 c) tal-Anness IV.

    3.

    Meta l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut skont l-Artikolu 5 c) tal-Anness IV, jekk jogħġbok ipprovdi:

    Il-profil tar-ripagament

    Il-frekwenza tar-ripagament

    It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

    L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    It-tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

    L-ispjegazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta' għoti tal-appoġġ skont l-Artikoli 5 a) u b).

    4.

    Ir-rata minima tal-imgħax applikata skont l-Artikolu 6 tal-Anness IV.

    k)   L-Artikolu 5 tal-Anness X

    1.

    L-ispjegazzjoni dwar għaliex it-termini tal-finanzi tal-proġett qed jiġu provduti

    2.

    Il-valur tal-kuntratt f’relazzjoni mal-kuntratt ċwievet f’idejk, porzjon tas-subkuntratti, eċċ.

    3.

    Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett

    4.

    It-tip ta’ kopertura provdut qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    5.

    Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    6.

    Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    7.

    It-tip ta’ kopertura provdut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

    8.

    Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

    9.

    Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

    10.

    It-tul tal-perjodu ta’ kostruzzjoni (jekk inhu applikabbli)

    11.

    It-tul tal-perjodu ta’ żburżament

    12.

    It-tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

    13.

    Il-profil tar-ripagament

    14.

    Il-frekwenza tar-ripagament

    15.

    It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital

    16.

    Il-perċentwali tal-kapital li tħallas lura sal-punt nofsani tal-kreditu

    17.

    L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

    18.

    Tariffi oħra li ġew riċevuti mill-ECA, eż. il-ħlasijiet ta’ impenn (fakultattivi, ħlief fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ma’ xerrejja fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli)

    19.

    Ir-rata tal-primjum (fakultattiva, ħlief fil-każ ta’ proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli)

    20.

    Il-konferma (u jekk tkun meħtieġa l-ispjegazzjoni) li t-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

    Il-finanzjament ta’ unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta’ dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self.

    Il-finanzjament tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma’ kumpanija ta’ proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), eż. kumpanija b’fini speċjali, fejn għandhom x’jaqsmu l-proġetti ta’ investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess.

    Il-qsim adegwat tar-riskju fost l-imsieħba tal-proġett, pereżempju, azzjonisti privati jew b'sodezza kreditizja, esportaturi, kredituri, min jiddeċiedi li jidħol għas-self, inkluża ekwità adegwata.

    Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta’ ripagament biex ikunu koperti l-ispejjeż operattvi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranija.

    It-tnaqqis prijoritarju mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn.

    Xerrej/mutwatarju mhux sovran bl-ebda garanzija ta’ ripagament sovran

    It-titoli abbażi ta' assi għall-qligħ/assi tal-proġett, eż. assenjazzjonijiet, rahan, kontijiet tal-qligħ;

    Rikors limitat jew l-ebda rikors għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li jkun ikkompletat

    l)   L-Artikolu 5 tal-Anness X għall-proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli

    1.

    L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi s-selliefa uffiċjali u dawk privati

    2.

    L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn mis-selliefa privati

    3.

    Il-perċentwali tas-sindikazzjoni tad-dejn li ġiet ipprovduta mill-Parteċipanti

    4.

    Il-konferma li:

    Fejn għandha x’taqsam il-parteċipazzjoni f’sindikazzjoni ta’ self ma’ isituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni, il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status ta’ pari passu matul it-tul ta’ żmien kollu tas-self.

    Ir-rata tal-primjum li ġiet irrapportata taħt il-punt k) 19 t’aktar ’il fuq ma xxekkilx il-finanzjament tas-suq privat u hija proporzjonata mar-rati korrispondenti li qed jintalbu mill-istituzzjonjiet finanzjarji privati l-oħra li qed jipparteċipaw fis-sindikazzjoni.

    ANNESS VI

    IL-KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

    Il-Formula tal-MPR

    Il-formula għall-kalkolu tal-MPR applikabbli għal kreditu għall-esportazzjoni li jinvolvi obbligant/garanti f'pajjiż ikklassifikat fil-Kategoriji 1-7 tar-Riskju tal-Pajjiż hija:

    Formula

    fejn:

    ai = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż fil-kategorija ta' riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

    cin = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż għall-kategorija tax-xerrej n (n = SOV+, SOV/CCO, CC1-CC5) fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

    bi = il-kostanti għall-kategorija tar-riskju tal-kategorija tal-pajjiż i (i = 1-7)

    HOR= l-orizzont tar-riskju

    PCC= il-perċentwal tar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) tal-kopertura

    PCP= il-perċentwal tar-riskju politiku (tal-pajjiż) tal-kopertura

    CEF= il-fattur tat-titjibiet fil-kreditu

    QPFi = il-kwalità tal-fattur tal-prodott fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

    PCFi = il-perċentwal tal-fattur ta' kopertura fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

    BTSF= aħjar mill-fattur sovran

    LCF= il-fattur tal-munita lokali

    Il-Klassifikazzjoni Applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż

    Il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż hija ddeterminata skont l-Artikolu 24 e), li min-naħa tiegħu jiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż (ai) u kostanti (bi) li jinkisbu mit-tabella li ġejja:

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    a

    0,090

    0,200

    0,350

    0,550

    0,740

    0,900

    1,100

    b

    0,350

    0,350

    0,350

    0,350

    0,750

    1,200

    1,800

    L-għażla tal-Kategorija Xierqa tar-Riskju tax-Xerrej

    Il-kategorija xierqa tar-riskju tax-xerrej tintgħażel mit-tabella li ġejja, li tipprovdi t-taħlitliet tal-kategorija tal-pajjiż u tar-riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti u l-konkordanza maqbula bejn il-kategoriji ta' riskju tax-xerrej CC1-CC5 u l-klassifikazzjonijiet ta' CRAs akkreditati. Ġew stabbiliti deskrizzjonijiet kwalifattivi ta' kull kategorija tar-riskju tax-xerrej (SOV+ sa CC5) biex titħaffef il-klassifikazzjoni tal-obbliganti (u l-garanti) u dawn huma pprovduti fl- Anness XII.

    Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    SOV+

    SOV+

    SOV+

    SOV+

    SOV+

    SOV+

    SOV+

    SOV / CC0

    SOV / CC0

    SOV / CC0

    SOV / CC0

    SOV / CC0

    SOV / CC0

    SOV / CC0

    CC1 AAA sa AA-

    CC1 A+ sa A-

    CC1 BBB+ sa BBB-

    CC1 BB+ sa BB

    CC1 BB-

    CC1 B+

    CC1 B

    CC2 A+ sa A-

    CC2 BBB+ sa BBB-

    CC2 BB+ sa BB

    CC2 BB-

    CC2 B+

    CC2 B

    CC2 B- jew agħar

    CC3 BBB+ sa BBB-

    CC3 BB+ sa BB

    CC3 BB-

    CC3 B+

    CC3 B

    CC3 B- jew agħar

     

    CC4 BB+ sa BB

    CC4 BB-

    CC4 B+

    CC4 B

    CC4 B- jew agħar

     

     

    CC5 BB- jew agħar

    CC5 B+ jew agħar

    CC5 B jew agħar

    CC5 B- jew agħar

     

     

     

    Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej, flimien mal-kategorija applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej (cin) li jinkiseb mit-tabella li ġejja:

    Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej

    Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    SOV+

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    SOV / CC0

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    CC1

    0,110

    0,120

    0,110

    0,100

    0,100

    0,100

    0,125

    CC2

    0,200

    0,212

    0,223

    0,234

    0,246

    0,258

    0,271

    CC3

    0,270

    0,320

    0,320

    0,350

    0,380

    0,480

    n/a

    CC4

    0,405

    0,459

    0,495

    0,540

    0,621

    n/a

    n/a

    CC5

    0,630

    0,675

    0,720

    0,810

    n/a

    n/a

    n/a

    L-Orizzont tar-Riskju (HOR)

    L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:

     

    Għall-profili standard ta’ ripagament (jiġifieri ripagamenti tal-kapital indaqs u semiannwali):

    Formula

     

    Għall-profili mhux standard ta' ripagament:

    Formula

    Fil-formuli ta' hawn fuq, l-unità ta' kejl għaż-żmien hija snin.

    Il-Perċentwal ta' Kopertura għar-Riskju Kummerċjali (tax-Xerrej) (PCC) u r-Riskju Politiku (tal-Pajjiż) (PCP)

    Il-Perċentwali ta' Kopertura (PCC u PCP) espressi bħala valur deċimali (jiġifieri, 95 % huwa espress bħala 0.95) fil-formula tal-MPR.

    Titjib fil-Kreditu tar-Riskju tax-Xerrej

    Il-valur tal-fattur tat-titjib fil-kreditu (CEF) huwa ta' 0 għal kwalunkwe tranżazzjoni li mhijiex soġġetta għal xi titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. Il-valur tas-CEF għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej huwa ddeterminat skont l-Anness VIII (soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 c) tal-Arranġament u ma jistax jaqbeż iż-0.35.

    Il-Kwalità tal-Fattur tal-Prodott (QPF)

    Il-QPF tinkiseb mit-tabella li ġejja:

    Il-Kwalità tal-Prodott

    Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    Inqas mill-Istandard

    0,9965

    0,9935

    0,9850

    0,9825

    0,9825

    0,9800

    0,9800

    Standard

    1,0000

    1,0000

    1,0000

    1,0000

    1,0000

    1,0000

    1,0000

    Ogħla mill-Istandard

    1,0035

    1,0065

    1,0150

    1,0175

    1,0175

    1,0200

    1,0200

    Il-Perċentwal tal-Fattur ta' Kopertura (PCF)

    Il-PCF tiġi ddeterminata kif ġej:

     

    Għal ( max(PCC, PCP) ≤ 0.95, PCF = 1)

     

    Għal ( max(PCC, PCP) > 0.95, Formula

    Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura jinkiseb mit-tabella li ġejja:

    Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta’ kopertura

    0,00000

    0,00337

    0,00489

    0,01639

    0,03657

    0,05878

    0,08598

    Aħjar mill-Fattur Sovran (BTSF)

    Meta obbligant ikun ikklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej ta' “aħjar minn sovran” (SOV+), BTSF = 0.9, inkella BTSF = 1.

    Il-Fattur tal-Munita Lokali (LCF)

    Għal tranżazzjoni li tuża l-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-munita lokali, il-valur tal-LCF ma jistax jaqbeż iż-0.2. Il-valur tal-LCF għat-tranżazzjonijiet kollha l-oħrajn huwa ta' 0.

    ANNESS VII

    IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TA' GARANZIJA TA' RIPAGAMENT TA' PARTI TERZA U L-KLASSIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI

    L-GĦAN

    Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta' garanziji ta' ripagament ta' parti terza, inkluża l-garanzija ta' ripagament ta' istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata skont l-Artikolu 24 e) tal-Arranġament. Jipprovdi wkoll il-kriterji li skont dawn iridu jiġu vvalutati l-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali biex jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni għandhiex tiġi kklassifikata b'rabta mal-Artikolu 28 tal-Arranġament.

    APPLIKAZZJONI

    Każ 1:   Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju

    Meta titolu fl-għamla ta' garanzija ta' ripagament minn entità jiġi pprovdut għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti meta jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

    Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu.

    Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u disponibbli meta tintalab.

    Il-garanzija hija legalment valida u tista’ tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti.

    Il-garanti huwa idoneu għall-kreditu f’relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit.

    Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn jinsab.

    Għal Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali kklassifikati li jaġixxu bħala garanti, japplikaw il-kriterji li ġejjin:

    Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu.

    Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u disponibbli meta tintalab.

    Il-garanti huwa legalment impenjat għall-ammont totali tal-kreditu.

    Il-ħlasijiet lura jsiru direttament lill-kreditur.

    Jekk il-garanti huwa kumpanija sussidjarja/prinċipali tal-entità ggarantita, fuq bażi ta’ każ b’każ, il-Parteċipanti għandhom jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn il-kumpanija sussidjarja/prinċipali u l-grad ta’ impenn legali min-naħa tal-kumpanija prinċipali, il-kumpanija sussidjarja/prinċipali hijiex legalment u finanzjarjament indipendenti u tistax tissodisfa l-obbligi tal-ħlas tagħha; (2) il-kumpanija sussidjarja/prinċipali tistax tiġi affetwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) l-Uffiċċju Prinċipali għandux fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas iqis lilu nnifsu bħala responsabbli.

    Każ 2:   Garanzija Limitata fl-Ammont

    Meta titolu fl-għamla ta' garanzija ta' ripagament minn entità jiġi pprovdut għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri kapital u imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti għas-sehem tal-kreditu soġġett għall-garanzija, diment li jintlaħqu l-kriterji kollha l-oħrajn elenkati fil-Każ 1.

    Għas-sehem mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej huma dawk tal-obbligant.

    Il-Klassifikazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali

    L-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-klassifikazzjoni jekk l-istituzzjoni hija eżenti b'mod ġenerali mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn tinsab. Istituzzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż 0 sa 7 fuq bażi ta’ każ b'każ skont valutazzjoni tar-riskju ta’ kull waħda fuq il-merti tagħha u billi jitqies jekk:

    l-istituzzjoni għandhiex indipendenza statutarja u finanzjarja;

    l-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska;

    l-istituzzjoni għandhiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi;

    l-istituzzjoni hijiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab;

    l-istituzzjoni għandhiex immunità fiskali; u

    hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni.

    Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f’sitwazzjonijiet ta’ inadempjenza ta’ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż tal-obbligant; u kwalunkwe fattur ieħor li jista' jitqies xieraq fil-proċess ta’ valutazzjoni.

    Il-lista tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati mhix magħluqa u Parteċipant jista' jinnomina istituzzjoni biex tkun riveduta skont il-konsiderazzjonijiet li ġew elenkati aktar ’il fuq. Il-Parteċipanti għandhom jagħmlu pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali.

    ANNESS VIII

    IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKINKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U T-TITJIBIET FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

    L-GĦAN

    Dan l-Anness jipprovdi dettalji dwar l-użu tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż elenkati fl-Artikolu 30 a) tal-Arranġament u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej elenkati fl-Artikolu 31 a) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-impatt fuq l-MPRs.

    TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

    1.    Struttura lil Hinn Mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta’ Depożitu f’idejn Terz Lil Hinn Mill-Kosta (Offshore Escrow Account

    Id-definizzjoni:

    Dokument miktub, bħal ftehim iffirmat jew rilaxx jew arranġament tal-fiduċjarji, issiġillat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li mhix parti fl-istrument, biex jinżamm minn parti terza bħal din sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet u mbagħad jiġi kkonsenjat minnha lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti bla ħsara għall-konsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista’ tnaqqas jew tneħħi r-riskji ta’ trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b’riskju ogħla.

    Il-kriterji:

    Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz huwa relatat ma’ proġett ta’ qligħ minn munita barranija u l-flussi fil-kont ta’ depożitu f’idejn terz jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn ammonti riċevibbli tal-esportazzjoni lil hinn mill-kosta.

    Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz jinżamm lil hinn mill-kosta, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż tal-proġett fejn hemm riskji ta’ trasferiment jew riskji oħra tal-pajjiż tassew limitati (jiġifieri pajjiż ikklassifikat fil-Kategorija 0).

    Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz jinsab f’bank tal-ewwel klassi li mhux ikkontrollat b’mod dirett jew b’mod indirett mill-interessi tal-obbligant jew mill-pajjiż tal-obbligant.

    Il-fondi tal-kont jiġu garantiti permezz ta’ kuntratti għal medda twila ta’ żmien jew kuntratti xierqa oħra.

    It-taħlita tas-sorsi tad-dħul (jiġifieri, iġġenerati mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tal-obbligant li jiċċirkolaw mill-kont huma f’munita aċċettata minn kulħadd u huwa mistenni b’mod raġonevoli li jkunu kollettivament biżżejjed għas-servizz tad-dejn għal kemm se jdum il-kreditu, u ġejja minn klijent barrani b'sodezza kreditizja wieħed jew aktar li jinsab f’pajjiżi b’riskju

    aħjar mill-pajjiż li fih jinsab il-proġett (jiġifieri, normalment il-pajjiżi li jiġu kklassifikati fil-Kategorija 0).

    L-obbligant jagħti istruzzjonijiet, b’mod irrevokabbli, lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri, il-ħlasijiet ma jintbagħtux permezz ta’ kont li huwa kkontrollat mill-obbligant jew permezz tal-pajjiż tiegħu).

    Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont huma tajbin għal mill-inqas sitt xhur ta’ servizz tad-dejn. Meta jkunu qed jiġu applikati t-termini flessibbli ta' ripagament skont struttura tal-finanzjament ta' proġett, ammont ekwivalenti għas-servizz ta' dejn propju ta' sitt xhur bit-tali termini flessibbli għandhom jinżammu fi ħdan il-kont; dan l-ammont jista’ jvarja matul iż-żmien skont il-profil tas-servizz tad-dejn.

    L-obbligant għandu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-ħlas tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu).

    Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lis-sellief bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta’ żmien kollu tal-kreditu.

    Il-ftuħ tal-kont ingħata l-awtorizzazzjonjiet legali meħtieġa kollha mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità oħra xierqa.

    Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz u l-arranġamenti kuntrattwali ma jistax ikollhom kundizzjonijiet marbuta magħhom u/jew ikunu revokabbli u/jew limitati f’kemm idumu.

    Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

    It-teknika tapplika għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi ta' hawn fuq u, inter alia, fir-rigward ta':

    il-pajjiż, l-obbligant (jiġifieri, jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà f'rabta mal-komoditajiet jew mas-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għad-durata kollha tal-kreditu, il-klijenti;

    l-istrutturi legali, eż. jekk il-mekkaniżmu huwiex immuni biżżejjed kontra l-influwenza tal-obbligant jew tal-pajjiż tiegħu;

    il-grad safejn it-teknika tibqa’ soġġetta għall-interferenza, għat-tiġdid jew għall-irtirar tal-gvern;

    jekk il-kont hux imħares biżżejjed mir-riskji relatati mal-proġett;

    l-ammont li se jiċċirkola fil-kont u l-mekkaniżmu biex titkompla l-provvista xierqa;

    is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta’ Pariġi (eż. eżenzjoni possibbli);

    l-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr għar-riskju tat-trasferiment;

    il-ħarsien mir-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont;

    il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura tagħhom u kemm idumu; u

    l-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni f’relazzjoni mal-ammont totali tal-kreditu..

    Impatt fuq l-MPR

    L-applikazzjoni ta' din it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tista' tirriżulta f'titjib ta' kategorija waħda fil-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż għat-tranżazzjoni, ħlief għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija 1 tar-Riskju tal-Pajjiż.

    2.    Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)

    Id-definizzjoni:

    Il-kuntratt u l-finanzjament innegozjati f’muniti lokali li jistgħu jiġu konvertiti u li huma disponibbli, għajr għal muniti li huma aċċettati minn kulħadd u li kienu ffinanzjati lokalment li jneħħi jew itaffi r-riskju ta’ trasferiment. Fil-prinċipju, l-obbligu primarju tad-dejn f’munita lokali m’għandux ikun affettwat mis-seħħ tal-ewwel żewġ riskji tal-kreditu tal-pajjiż.

    Il-kriterji:

    Il-ħlas tad-dejn u tal-klejms tal-ECA jew il-ħlas lis-Sellief Dirett jiġu espressi/isiru l-ħin kollu bil-munita lokali.

    Normalment, l-ECA mhix esposta għar-riskju ta’ trasferiment.

    Normalment, mhu se jkun hemm l-ebda rekwiżit għal depożiti ta’ munita lokali biex ikunu konvertiti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd.

    Ir-ripagament ta’ dak li qed jissellef bil-munita tiegħu u fil-pajjiż tiegħu huwa ħlas validu ta’ obbligu ta’ dejn.

    Jekk id-dħul ta’ dak li qed jissellef huwa fil-munita lokali, dak li qed jissellef huwa mħares minn movimenti avversi tar-rata tal-kambju.

    Ir-regolamenti dwar it-trasferiment fil-pajjiż ta’ dak li qed jissellef m’għandhomx jaffetwaw l-obbligi ta’ ripagament ta’ dak li qed jissellef, li għandhom jibqgħu fil-munita lokali.

    Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

    It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fejn għandhom x’jaqsmu muniti li jistgħu jiġu konvertiti u li huma trasferibbli, fejn l-ekonomija tal-bażi hija soda. L-ECA Parteċipanti għandha tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas il-klejms li ġew espressi fil-munita tagħha fil-każ li l-munita lokali ssir jew “mhux trasferibbli” jew “ma tkunx tista’ tiġi konvertita” wara li l-ECA tieħu d-dejn. Madankollu Sellief Dirett għandu jġorr din l-espożizzjoni.)

    Impatt fuq l-MPR

    L-applikazzjoni ta' din it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskji tista' tirriżutla fi skont ta' mhux iktar minn 20% għas-sehem ta' kreditu tar-riskju tal-pajjiż tal-MPR (jiġifieri fattur tal-munita lokali [LCF] b'valur massimu ta' .2).

    TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

    It-tabella li ġejja tipprovdi d-definizzjonijiet ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li jistgħu jiġu applikati, flimkien mal-impatt massimu tagħhom fuq l-MPRs applikabbli permezz tas-CEF fil-formula tal-MPR.

    Titjib fil-kreditu

    Definizzjoni

    CEF Massimu

    L-Assenjament tal-Qligħ jew ir-Riċevibbli ta' Kuntratt

    F'każ li mutwatarju għandu kuntratti ma' off-takers b'saħħithom, kemm barra l-pajjiż kif ukoll lokali, assenjament infurzabbli b'mod legali tal-kuntratt jipprovdi d-drittijiet biex jiġu infurzati l-kuntratti tal-mutwatarju u/jew biex isiru deċiżjonijiet skont kuntratti kbar fis-seħħ tal-mutwatarju wara inadempjenza skont is-self. Ftehim dirett ma' parti terza fi tranżazzjoni (aġenzija lokali tal-gvern fi tranżazzjoni tat-tħaffir jew l-enerġija) jippermetti lill-Mutwanti jidħlu f'kuntatt ma' gvern biex ifittxu li jiksbu rimedji għal esproprjazzjoni jew ksur ieħor ta' obbligi kuntrattwali marbutin mat-tranżazzjoni.

    Kumpanija eżistenti li topera f'suq jew settur diffiċli jista' jkollha riċevibbli relatati mal-bejgħ ta' produzzjoni ma' kumpanija jew kumpaniji li jinstabu f'ambjent iktar stabbli. Ġeneralment, ir-riċevibbli jkunu f'munita aċċettata b'mod ġenerali iżda mhux bilfors ikunu soġġetti għal relazzjoni kuntrattwali speċifika. L-assenjament ta' dawn ir-riċevibbli jistgħu jipprovdu titolu tal-assi fil-kontijiet tal-Mutwatarju, u b'hekk il-Mutwant jingħata trattament ta' preferenza fil-fluss tal-flus iġġenerat mill-Mutwatarju.

    0,10

    Titolu Abbażi ta' Assi

    Il-kontroll ta' assi muri minn: (1) ipoteka fuq biċċa proprjetà ferm mobbli u ta' valur u (2) proprjetà li għandha valur sħiħ minnha nfisha.

    Titolu abbażi ta' assi huwa wieħed li jista' jerġa' jinxtara b'faċilità relattiva bħal lokomotiva, apparat mediku jew apparat għall-bini. Fil-valutazzjoni ta' titolu bħal dan, l-ECA għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-faċilità legali tal-irkupru. Fi kliem ieħor, hemm iktar valur meta l-imgħax tat-titolu fl-assi jkun perfezzjonat skont reġim legali stabbilit u huwa inqas ta' valur meta l-ħila legali ta' rkupru tal-assi tkun f'dubju. Il-valur eżatt ta' titolu abbażi ta' assi huwa stabbilit mis-suq, bis-"suq" relevanti li jkun iktar fond minn suq lokali għaliex l-assi jista' jiċċaqlaq f'ġurisdizzjoni oħra. NOTA: L-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu ta' titolu abbażi ta' assi tapplka għar-riskju tax-xerrej, fejn it-titolu abbażi ta' assi jinżamm b'mod intern fi ħdan il-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni.

    0,25

    Titolu ta' Assi Fissi

    Spiss, titolu ta' assi fissi huwa tagħmir ta' komponent li jista' jkun limitat mill-fiżikalità tiegħu bħal turbina jew makkinarju tal-manifattura integrat f'linja tal-assemblaġġ. L-intenzjoni u l-valur tat-titolu ta' assi fissi huma li jipprovdi lill-ECA b'iktar ingranaġġ fuq l-użu tal-assi fl-irkupru ta' telf fil-każ ta' inadempjenza. Il-valur ta' titolu ta' assi fissi jvarja skont fatturi ekonomiċi, legali, tas-suq u oħrajn.

    0,15

    Kont miżmum minn terzi

    Il-kontijiet miżmuma minn terzi jinvolvu kontijiet ta' riżerva tas-servizz ta' dejn miżmuma bħala garanzija għall-mutwanti jew forom oħrajn ta' kontijiet ta' riċevibbli ta' flus miżmuma bħala garanzija għall-mutwanti minn parti mhux ikkontrollata jew li qed taqsam sjieda komuni max-xerrej/obbligant. L-ammont miżmum minn terzi jrid jiġi ddepożitat jew miżmum minn parti terzi minn qabel. Il-valur tat-tali garanzija kważi dejjem hu 100% tal-ammont nominali fit-tali kontijiet ta' flus. Il-permess ta' kontroll ikbar fuq l-użu ta' flus jiżgura li d-dejn jitħallas lura qabel infiq ta' diskrezzjoni. NOTA: L-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu fuq il-kont miżmum minn terzi japplika għar-riskju tax-xerrej, fejn il-kont miżmum minn terzi qiegħed jinżamm b'mod intern fi ħdan il-pajjiż li fih tinsab it-tranżazzjoni. Il-garanzija fi flus tnaqqas b'mod notevoli r-riskju ta' inadempjenza għall-ħlasijiet parzjali koperti.

    Ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta' 0,10

    ANNESS IX

    IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP

    Il-lista ta' kontroll tal-kwalità tal-iżvilupp tal-proġetti ffinanzjati mill-għajnuna

    F’dawn l-aħħar snin, id-DAC żviluppa numru ta’ kriterji biex ikun żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ffinanzjati b’mod sħiħ jew b’mod parzjali mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:

    Il-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC, 1988;

    Prinċipji ta’ Gwida għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta tad-DAC, 1987; u

    Prattiki Tajba tax-Xiri għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, 1986.

    IL-KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET TAL-INVESTIMENT ĠENERALI TAL-PAJJIŻ RIĊEVENTI (L-GĦAŻLA TAL-PROĠETT)

    Il-proġett huwa parti mill-programmi ta’ investiment u ta’ nefqa pubblika li diġà ġew approvati mill-awtoritajiet finanzjarji u tal-ippjanar ċentrali tal-pajjiż riċeventi?

    (Speċifika d-dokument tal-politika li jsemmi l-proġett, eż. programm ta’ investiment pubbliku tal-pajjiż riċevent.)

    Il-proġett qed ikun kofinanzjat b'istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp?

    Hemm xi prova li l-proġett ġie kkunsidrat u rifjutat minn istituzzjoni internazzjonali ta' finanzjament tal-iżvilupp jew Membru ieħor tad-DAC minħabba prijorità baxxa għall-iżvilupp?

    Fil-każ ta’ proġett tas-settur privat, kien approvat mill-gvern tal-pajjiż riċeventi?

    Il-proġett jaqa' taħt xi ftehim intergovernattiv li jipprovdi għal firxa ikbar ta' attività ta' għajnuna mill pajjiż donatur fil-pajjiż riċevitur?

    IL-PREPARAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT

    Il-proġett tħejja, tfassal u ġie stmat bi kriterji ta' standard fl-isfond ta' sett ta' standards u kriterji ġeneralment konsistenti mal-Prinċipji ta' Stima tal-Proġetti (PPA – Principles for Project Appraisal) tad-DAC? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:

    a)

    L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi 30 sa 38 tal-PPA).

    b)

    L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 22 tal-PPA).

    c)

    L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi 23 sa 29 tal-PPA).

    Fil-każ ta’ proġett li jipproduċi dħul, partikolarment jekk qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element konċessjonali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi lill-utent finali tal-fondi? (paragrafu 25 tal-PPA).

    a)

    Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi 40 sa 44 tal-PPA).

    b)

    L-analiżi soċjali u tad-distribuzzjoni (il-paragrafi 47 sa 57 tal-PPA).

    c)

    Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi 55 sa 57 tal-PPA).

    IL-PROĊEDURI TAX-XIRI

    Liema mod ta’ xiri se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati fil-Prattiki Tajba tax-Xiri għall-ODA).

    a)

    Offerti internazzjonali kompetittivi (Il-Prinċipju tal-Akkwist III u l-Anness 2 tiegħu: Il-kundizzjonijiet minimi għall-offerti internazzjonali kompetittivi effettivi).

    b)

    Irkant kompetittiv nazzjonali (il-Prinċipju tal-Akkwist IV).

    c)

    Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-Prinċipji tal-Akkwist V A jew B).

    Huwa previst li jkunu kkontrollati l-prezz u l-kwalità tal-provvisti (il-paragrafu 63 tal-PPA)?

    ANNESS X

    IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TA' PROĠETT TAL-FINANZI

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    a)

    Dan l-Anness jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li l-Parteċipanti jistgħu jappoġġjaw għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi ta’ proġett li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1.

    b)

    Fejn f’dan l-Anness ma teżisti l-ebda dispożizzjoni korrispondenti, għandhom japplikaw it-termini tal-Arranġament.

    KAPITOLU II

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji  (35)

    2.   IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

    It-terminu massimu ta’ ripagament huwa ta’ 14-il sena.

    3.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

    Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni tista' titħallas lura f'rati mhux indaqs, u l-kapital u l-imgħax jistgħu jitħallasu bi frekwenza ta’ inqas minn rati semiannwali, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

    a)

    L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta’ ħlasijiet kapitali f’perjodu ta’ sitt xhur m’għandu jeċċedi l-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

    b)

    L-ewwel ripagament tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2% tas-somma kapitali tal-kreditu għadha tkun ġiet imħallsa lura 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    c)

    L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

    d)

    Il-ħajja medja peżata tal-perjodu ta' ripagament ma għandux jaqbeż is-seba' snin u tliet xhur.

    e)

    Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness.

    4.   IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX

    Fejn il-Parteċipanti qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rati fissi:

    a)

    Għal termini ta’ ripagament sa u li jinkludu t-12-il sena, il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament.

    b)

    Għal termini ta’ ripagament li jeċċedu t-12-il sena, għandu japplika ħlas barrani ta’ 20 punt bażi fuq is-CIRR għall-muniti kollha.

    KAPITOLU III

    Il-proċeduri

    5.   IN-NOTIFIKA MINN QABEL GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA’ PROĠETT

    Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti kollha bil-ħsieb li jipprovdi appoġġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. In-notifika għandha tkun provduta skont l-Anness V tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant jitlob spejgazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu t-termini u l-kundizzjonijiet li qed jiġu appoġġjati matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li qed jinnotifika għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.

    Appendiċi 1

    Il-kriterji ta' eliġibilità għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett

    I.   IL-KRITERJI BAŻIĊI

    It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

    a)

    Il-finanzjament ta’ unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta’ dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self.

    b)

    Il-finanzjament tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma’ kumpanija ta’ proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), eż. kumpanija b’fini speċjali, fejn għandhom x’jaqsmu l-proġetti ta’ investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess.

    c)

    Il-qsim tar-riskju fost is-sħab tal-proġetti, pereżempju, azzjonisti privati jew li jifilħu għas-self, esportaturi, kredituri, min jiddeċiedi li jidħol għas-self, inkluża ekwità adegwata.

    d)

    Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta’ ripagament biex ikunu koperti l-ispejjeż operattivi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranin.

    e)

    It-tnaqqis prijoritarju mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn.

    f)

    Xerrej/mutwatarju mhux sovran bl-ebda garanzija ta’ ripagament sovrana (ma tinkludix il-garanziji tar-rendiment, eż. arranġamenti ta’ teħid ta’ dejn minn terzi persuni).

    g)

    It-titoli abbażi ta' assi għall-qligħ/assi tal-proġett, eż. assenjazzjonijiet, rahan, kontijiet tal-qligħ;

    h)

    Dritt ta’ rivalsa limitat jew l-ebda dritt ta’ rivalsa għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li tlesta.

    II.   KRITERJI ADDIZZJONALI GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TA' FINANZJAMENT TA' PROĠETT F'PAJJIŻI TAL-OECD BI DĦUL GĦOLI

    It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

    a)

    Il-parteċipazzjoni f'sindakazzjoni tas-self ma' istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni, fejn:

    1)

    Il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status pari passu tul il-perjodu kollu tas-self u;

    2)

    L-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi inqas minn 50% tas-sindikazzjoni.

    b)

    Ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jxekklux finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati mar-rati korrispondenti mitlubin minn istituzzjonijiet finanzjarji privati oħrajn li jieħdu sehem fis-sindakazzjoni.

    ANNESS XI

    LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet tal-Arranġament:

    a)   Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, f’liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.

    b)   Linja Komuni: ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f’ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta’ Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi li ġew speċifikati fil-Linja Komuni.

    c)   Il-Livell ta’ Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta: fil-każ ta' għotjiet, il-livell ta' konċessjonalità huwa ta' 100%. Fil-każ tas-self, il-livell ta’ konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti bi skont tal-ħlasijiet futuri tas-servizz tad-dejn li għandhom isiru minn dak li qed jissellef. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwali tal-valur nominali tas-self.

    d)   Dekummissjonar: l-għeluq jew iż-żarmar ta' impjant tal-enerġija nukleari.

    e)   Il-Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni: l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f’isem ix-xerrej għall-oġġetti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-ispejjeż lokali kif inhuma ddefiniti aktar ’il quddiem. Fil-każ ta’ kiri, jeskludi l-porzjon tal-ħlas tal-kiri li huwa ekwivalenti għall-imgħax.

    f)   Impenn Finali: għal tranżazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni (jew fil-forma ta’ tranżazzjoni waħda jew bħala linja ta’ kreditu), jeżisti impenn finali meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompleti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali.

    g)   Tagħbija inizjali tal-fjuwil: It-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandha tikkonsisti f'mhux aktar mill-qalba nukleari li ġiet installata inizjalment, flimkien ma’ żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu sa żewġ terzi ta’ qalba nukleari.

    h)   Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jħalli l-provvista ta’ finanzi għall-esportazzjoni b’rata fissa għal CIRR jew ogħla minnha.

    i)   Linja ta’ Kreditu: qafas, f’liema forma jkun, għall-krediti għall-esportazzjoni li jkopri serje ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma’ proġett speċfiku.

    j)   Spejjeż Lokali: in-nefqa għal oġġetti u servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għat-twettiq tal-kuntratt tal-esportatur jew biex jitlesta l-proġett li minnu jifforma parti l-kuntratt tal-esportatur. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.

    k)   Sempliċi Kopertura: appoġġ uffiċjali provdut minn jew f’isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament.

    l)   Terminu ta' Ripagament: il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif definit f’dan l-Anness, u li jintemm fid-data tal-kuntratt tar-ripagament finali tal-kapital.

    m)   Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu:

    1)

    Partijiet jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi s-servizzi relatati: fil-każ ta’ partijiet jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux iktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent.

    2)

    Oġġetti kważi-kapitali, inklużi s-servizzi relatati – magni jew tagħmir, ġeneralment ta’ valur tal-unità relattivament baxx, maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta’ oġġetti kważi-kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux aktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data intermedja peżata tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur għandu responsabbiltajiet biex jikkummissjona, mela l-aktar punt tal-bidu tard huwa fl-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

    3)

    Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett – magni jew tagħmir ta’ valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:

     

    Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ tal-oġġetti kapitali li jikkonsistu f’oġġetti individwali li jistgħu jintużaw minnhom infushom, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data effettiva meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti.

     

    Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għall-impjant jew għall-fabbriki komplet(i) fejn il-fornitur m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta x-xerrej għandu jieħu l-pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-partijiet li jistgħu jinbidlu) li ġew provduti skont il-kuntratt.

     

    Jekk l-esportatur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa fl-ikkummisjonar.

     

    Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijenti jew l-aċċettazzjoni ta’ servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

    4)

    tal-oġġetti kapitali: Impjanti jew fabbriki kompleti – unitajiet produttivi kompleti ta’ valur għoli li jeħtieġu l-użu

     

    Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ tagħmir kapitali għal impjant jew fabbriki komplet(i) fejn il-fornitur m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-partijiet li jistgħu jinbidlu) li ġew provduti skont il-kuntratt.

     

    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kostruzzjoni fejn il-kuntrattur m’għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta tlestiet il-kostruzzjoni.

     

    Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt fejn il-fornitur jew il-kuntrattur għandu responsabbiltà kuntrattwali għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta jkun lesta l-istallazzjoni jew il-kostruzzjoni u t-testijiet preliminari sabiex ikun żgurat li lest biex jitħaddem. Dan japplika kemm jekk jingħata lix-xerrej f’dak iż-żmien skont it-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn kwalunkwe impenn kontinwu li l-fornitur jew il-kuntrattur jista’ jkollu, eż. biex ikun iggarantit il-funzjonament effettiv jew jitħarreġ il-personal lokali.

     

    Fejn il-kuntratt jinvolvi t-twettiq separat ta’ partijiet individwali ta’ proġett, id-data tal-punt tal-bidu l-aktar tard hija d-data tal-punt tal-bidu għal kull parti separata, jew id-data intermedja ta’ dawk il-punti tal-bidu, jew, fejn il-fornitur għandu kuntratt, mhux għall-proġett sħiħ imma għal parti essenzjali minnu, il-punt tal-bidu jista’ jkun dak li huwa xieraq għall-proġett kollu.

     

    Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

    n)   Għajnuna Marbuta: għajnuna li tabilħaqq (fil-liġi jew fil-fatt) hija marbuta max-xiri ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew numru ristrett ta’ pajjiżi; tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta’ finanzjament assoċjat b’livell ta’ konċessjonalità akbar minn żero fil-mija.

    Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-“irbit” huwa permezz ta’ ftehim formali jew permezz ta’ kwalunkwe ftehim informali bejn il-pajjiż riċeventi u dak donatur, jew jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom li ġew stabbiliti fl-Artikolu 31 tal-Arranġament li mhumiex disponibbli b’mod liberu u b’mod sħiħ għax-xiri finanzjarju mill-pajjiż riċeventi, sostanzjalment il-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-oħra kollha u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqisu ekwivalenti għal irbit bħal dan.

    o)   Għajnuna Mhux Marbuta: għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li l-qligħ minnhom huma disponibbli b’mod sħiħ u liberu għax-xiri finanzjarju minn kwalunke pajjiż.

    p)   It-Tul ta’ Żmien Medju Peżat tal-Perjodu ta' Ripagament: iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta’ kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital peżat skont is-sehem tal-kapital li jitħallas lura f’kull data ta’ ripagament.

    ANNESS XII

    ID-DESKRIZZJONIJIET KWALITATTIVI TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

    Aħjar minn Sovran (SOV+)

    Din hija klassifikazzjoni eċċezzjonali. L-entità li tikseb klassifikazzjoni bħal din hija waħda bi profil ta' kreditu b'saħħa eċċezzjonali li tista' tkun mistennija tissodisfa l-obbligi ta' ħlas tagħha matul perjodu ta' diffikultà minħabba dejn sovran jew saħansitra inadempjenza. L-Aġenziji Internazzjonali ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu joħorġu rapporti regolari li jelenkaw il-Klassifikazzjonijiet Korporattivi u tal-Kontroparti li jaqbżu l-Klassifikazzjoni tal-Munita Barranija tas-Sovrani. Ħlief meta s-sovran ta' riskju jkun ġie identifikat permezz tal-Metodoloġija ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran bħala notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż, Parteċipanti li jipproponu li entità tiġi kklassifikata bħala aħjar minn sovran għandhom jagħmlu referenza għat-tali klassifikazzjonijiet aħjar minn sovrani b'appoġġ tar-rakkomandazzjoni tagħhom. Biex tiġi kklassifikata bħala aħjar mis-sovran li jilqagħha, entità tkun mistennija turi bosta, jew normalment il-maġġoranza, tal-karatteristiċi li ġejjin jew ekwivalenti tagħhom:

    Profil ta' kreditu b'saħħtu;

    qligħ sostanzjali mill-kambju relatat mal-piż tad-dejn tal-munita tagħha;

    il-faċilitajiet ta' produzzjoni u l-ħila ta' ġenerazzjoni tal-flus mis-sussidjarji jew operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, speċjalment dawk li jinsabu f'sovrani bi klassifikazzjoni għolja, jiġifieri impriżi multinazzjonali;

    sid barrani jew imsieħeb strateġiku jistgħu jservu ta' sors ta' appoġġ finanzjarju fin-nuqqas ta' garanzija formali;

    storja ta' trattament ta' preferenza tal-entità mis-sovran, inkluża eżenzjoni mit-trasferiment u r-restrizzjonijiet ta' konvertibilità u r-rekwiżiti ta' ċediment għall-proċeduri ta' esportazzjoni, u trattament favorevoli tat-taxxa;

    linji ta' kreditu impenjati minn banek internazzjonali bi klassifikazzjoni għolja, speċjalment linji ta' kreditu mingħajr klawżola ta' bidla materjali avversa (MAC) li tippermetti lill-banek jirtiraw faċilitajiet impenjati fil-każ ta' kriżi sovrana jew avvenimenti oħrajn ta' riskju; u

    assi miżmuma lil hinn mill-kosta, speċjalment assi likwidi, spiss minħabba regoli li jippermettu lill-esportaturi jaqbdu u jżommu bilanċi ta' flus lil hinn mill-kosta li huma disponibbli għal servizz tad-dejn.

    Normalment, il-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV+ mhijiex applikabbli għal:

    l-entitajiet u l-utilitajiet li huma proprjetà pubblika, sottosovrani bħal ministeri tal-linja, gvernijiet reġjonali, eċċ;

    l-istituzzjonijiet finanzjarji domiċiljati fil-ġurisdizzjoni tas-sovran; u

    l-entitajiet li primarjament ibiegħu lis-suq domestiku fil-munita lokali.

    Sovran (SOV)

    Obbliganti/garanti sovrani huma entitajiet li ngħataw mandat b'mod espliċitu u legali sabiex jidħlu f'obbligu ta' ħlas ta' dejn f'isem l-Istat Sovran, tipikament il-Ministeru tal-Finanzi jew il-Bank Ċentrali (36). Riskju magħżul bħala sovran huwa wieħed fejn:

    l-obbligant/il-garanti huwa legalment mandat biex jidħol f'obbligu ta' ħlas tad-dejn f'isem is-Sovran u b'hekk jimpenja r-rieda u l-kreditu sħaħ tas-sovran; u

    f'każ ta' skedar mill-ġdid ta' riskju sovran, id-dejn inkwistjoni jkun inkluż fl-obbligi ta' skedar mill-ġdid u ħlas miksuba mis-sovran permezz tal-iskedar mill-ġdid.

    Ekwivalenti għas-Sovran (CC0): Kwalità tal-Kreditu Eċċezzjonalment Tajba

    Il-kategorija ta' “ekwivalenti għal sovran” tħaddem fiha żewġ tipi bażiċi ta' obbliganti/garanti:

    Entitajiet pubbliċi fejn id-diliġenza xierqa turi li x-xerrej għandu r-rieda impliċita sħiħa u l-kreditu/appoġġ tas-sovran jew li l-probabilità ta' appoġġ ta' likwidità u solvenza minn sovran hija għolja ferm, kemm fir-rigward tal-prospetti ta' rkupru kif ukoll riskju ta' inadempjenza. L-entitajiet pubbliċi mhux sovrani ekwivalenti għas-sovran jinkludu wkoll kumpaniji proprjetà tal-gvern b'monopolju jew kważi monopolu f'operazzjonijiet f'settur (eż. enerġija, żejt, gass).

    Entitajiet korporattivi bi profil tal-kreditu eċċezzjonalment b'saħħtu, li juri karatteristiċi kemm f'termini ta' prospetti ta' inadempjenza kif ukoll ta' rkupru li jindikaw li r-riskju jista' jitqies bħala ekwivalenti għal sovran. Il-kandidati jistgħu jinkludu korporattivi blue-chip b'saħħithom jew banek ferm importanati li l-probabilità ta' appoġġ ta' likwidità u solvenza minn sovran tagħhom hija għolja.

    Kwalità ta' kreditu eċċezzjonalment tajba timplika li r-riskju ta' interruzzjoni ta' pagament huwa mistenni jkun negliġibbli u li l-entità għandha kapaċità ta' ripagament b'saħħa eċċezzjonali u mhuwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi li ġejjin, jew kollha f'daqqa, tal-profil kummerċjali u finanzjarju tal-entità:

    ġenerazzjoni tal-flus u dħul eċċezzjonalment tajba sa ferm tajba

    livelli ta' likwidità eċċezzjonalment tajbin sa ferm tajbin

    ingranaġġ eċċezzjonalment baxx sa ferm baxx

    profil kummerċjali eċċellenti sa tajjeb ħafna b'ħiliet maniġerjali pprovati u ferm b'saħħithom

    L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u ta' sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità ferm għolja ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar min dik li tikkorrispondi għal din il-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

    Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC0 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

    Kwalità ta' Kreditu Tajba Ħafna (CC1)

    Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagament huwa mistenni li jkun baxx jew ferm baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament b'saħħitha ħafna u mhuwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/garanti għandu suxxettibilità limitata jew ferm limitata għal effetti avversi ta' bidliet f'ċirkustanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi. Il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi li ġejjin, jew kollha f'daqqa, tal-profil kummerċjali u finanzjarju:

    ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul tajba ħafna sa tajba

    livelli ta' likwidità tajbin ħafna sa tajbin

    ingranaġġ baxx ħafna sa baxx

    profil kummerċjali b'saħħtu ħafna b'ħiliet maniġerjali u profil kummerċjali b'saħħtu ħafna

    L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u ta' sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

    Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC1 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

    Kwalità tal-Kreditu Tajba sa Moderatament Tajba, Ogħla mill-Medja (CC2)

    Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament tajba sa moderatament tajba u huwa improbabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/il-garanti għandu suxxettibilità limitata għall-effetti avversi tal-bidliet f'ċirkustanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

    ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul tajba sa moderatament tajba

    livelli ta' likwidità tajbin sa moderatament tajbin

    ingranaġġ baxx sa moderatament baxx

    profil kummerċjali moderatament b'saħħtu b'ħiliet maniġerjali pprovati u profil kummerċjali b'saħħtu ħafna

    L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

    Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC2 ikun ikklassifikat bejn A+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

    Kwalità tal-Kreditu Moderata, Medja (CC3)

    Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun moderat jew moderatament baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderata jew moderatament tajba. Hemm possibilità li jiżviluppa riskju tal-kreditu billi l-obbligant/il-garanti jaffaċċja inċertezzi kontinwi kbar jew skopertura għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jilħaq jagħmel pagamenti fil-ħin. Madankollu, l-alternattivi kummerċjali jew finanzjarju jistgħu jkunu disponibbli biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-impenji finanzjarji. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' uħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma.

    ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderatament tajba sa moderata

    livelli ta' likwidità moderatament tajbin sa moderati

    ingranaġġ moderatament baxx sa moderat

    profil kummerċjali moderat b'ħiliet maniġerjali pprovati

    L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

    Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC3 ikun ikklassifikat bejn BBB+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 6 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

    Kwalità tal-Kreditu Moderatament Dgħajfa, Inqas mill-Medja (CC4)

    Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti hu mistenni jkun moderatament dgħajjef. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderata sa moderatament dgħajfa. Hemm possibilità ta' żvilupp tar-riskju tal-kreditu meta l-obbligant/il-garanti jaffaċċja inċertezzi kurrenti kbar jew espożizzjoni għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel pagamenti fil-ħin. Madankollu, l-alternattivi kummerċjali jew finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-impenji finanzjarji. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

    ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderata sa moderatament dgħajfa

    livelli ta' likwidità moderati sa moderatament dgħajfin

    ingranaġġ moderat sa moderatament għoli

    profil kummerċjali moderatament dgħajjef bi storja limitata ta' ħiliet maniġerjali

    L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

    Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC4 ikun ikklassifikat bejn BB+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 5 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

    Kwalità tal-Kreditu Dgħajfa (CC5)

    Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun għoli sa għoli ħafna. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderatament dgħajfa sa dgħajfa. Bħalissa, l-obbligant/il-garanti għandu l-kapaċità li jwettaq ir-ripagamenti iżda baqa' marġni limitat ta' sikurezza. Madankollu, hemm probabilità li jiżviluppaw problemi tal-ħlas billi l-kapaċità għal pagament issoktat hija kontinġenti fuq ambjent kummerċjali u ekonomiku sostnut u favorevoli. Aktarx li kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi se jxekklu l-kapaċità jew ir-rieda ta' ripagament. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

    ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderatament dgħajfa sa dgħajfa sa dgħajfa ħafna

    livelli ta' likwidità moderatament dgħajfin sa dgħajfin

    ingranaġġ moderatament għoli sa għoli

    profil kummerċjali dgħajjef bi storja limitata jew ineżistenti ta' ħiliet maniġerjali

    L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità fqira ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

    Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC5 ikun ikklassifikat bejn BB- (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 4 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

    ANNESS XIII

    NORMATTIVI TAS-SUQ GĦAL TRANŻAZZJONIJIET F'PAJJIŻI TAL-KATEGORIJI ŻERO

    Porzjon mhux kopert ta' Krediti għall-Esportazzjoni jew il-Parti Koperta mhux tal-ECA ta' Self Sindakat

    Il-prezz indikat minn banek/istituzzjonijiet privati fir-rigward tal-porzjon mhux kopert tal-kreditu għall-esportazzjoni inkwistjoni (jew xi kultant bħala l-parti koperta mhux tal-ECA ta' self sindakat) jista' jirrappreżenta dak li l-aktar li jaqbel mal-kopertura tal-ECA. L-ipprezzar fuq porzjonijiet mhux koperti jew partijiet nonkoperti bħal dawn għandu jintuża biss jekk jiġi pprovdut b'termini kummerċjali (eż. dan ikun jeskludi l-porzjonijiet iffinanzjati mill-IFI).

    Bonds Korporattivi Speċifiċi għall-Isem

    Il-bonds korporattivi jirriflettu riskju tal-kreditu speċifiku għall-isem. It-tlaqqigħ f'termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA għandu jsir b'kawtela, bħat-terminu ta' maturità, u d-denominazzjoni tal-munita u kwalunkwe titjibiet fil-kreditu. Jekk jintużaw bonds korporattivi primarji (jiġifieri r-rendiment kumplessiv mal-ħruġ) jew bonds korporattivi sekondarji (jiġifieri l-firxa aġġustata għall-alternattiva fuq il-kurva xierqa, li normalment hija l-kurva tas-swap tal-munita relevanti), l-ewwel għandhom jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw bonds korporattivi primarji jew sekondarji għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.

    Swaps Speċifiċi għall-Isem ta' Inadempjenza tal-Kreditu

    Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu (CDS) huma forma ta' protezzjoni kontra l-inadempjenza. Il-firxa tas-CDS hija l-ammont imħallas f'kull perjodu mix-xerrej tas-CDS bħala perċentwal tal-prinċipal nozzjonali, u ġeneralment tiġi espressa f'punti bażi. Ix-xerrej tas-CDS jixtri b'mod effettiv assigurazzjoni kontra l-inadempjenza billi jagħmel pagamenti lix-xerrej tas-CDS għad-durata tas-swap, jew sakemm iseħħ l-avveniment tal-kreditu. L-ewwel għandha tintuża kurva tas-CDS għall-obbligant; jekk ma tkunx disponibbli, għandhom jintużaw kurvi tas-CDS għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.

    Swaps Indiċizzati ta' Inadempjenza tal-Kreditu

    Swap indiċizzat ta' Inadempjenza tal-Kreditu hija ġabra ta' CDS irreġistrati għal settur tal-industrija, jew sehem minnu, jew għal żona ġeografika. Il-firxiet tas-CDS miġbura hekk jirriflettu r-riskju tal-kreditu tas-segment partikolari tas-suq li l-indiċi qiegħed ikopri. Ir-relevanza tiegħu tista' tinħass l-iktar f'każijiet fejn ma jkun hemm disponibbli ebda CDS speċifiċi għall-Isem jew meta s-suq għal CD speċifika għall-isem ikun illikwidu.

    Normattivi tas-Self

    Normattivi primarji tas-self (jiġifieri l-ipprezzar mal-ħruġ) jew normattivi sekondarji tas-self (jiġifieri r-redditu attwali fuq is-self mistenni mill-istituzzjoni finanzjarja li qed tixtri s-self minn istituzzjoni finanzjarja oħra). It-tariffi kollha jridu jkunu magħrufa għan-normattivi primarji tas-self sabiex ikun jista' jiġi kkalkolat ir-redditu kumplessiv. Jekk jintużaw in-normattivi tas-self, l-ewwel nett għandhom jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw dawk għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.

    Kurvi Normattivi tas-Suq

    Il-kurvi normattivi tas-suq jirriflettu r-riskju tal-kreditu ta' settur sħiħ jew klassi ta' xerrejja. Din l-informazzjoni dwar is-suq tista' tkun relevanti meta ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni speċifika għall-isem. B'mod ġenerali, il-kwalità tal-informazzjoni inerenti għal dawn is-swieq tiddependi fuq il-likwidità tagħhom. Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jfittex strumenti tas-suq li jipprovdu l-eqreb elementi f'termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħad-data, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-terminu ta' maturità u d-denominazzjoni tal-munita.

    Kost Medju Peżat tar-Riżorsi tal-Finanzjament (WACFR)

    Mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tax-xerrej jista' jkun possibbli li jitkejjel il-WACFR. Hija rakkomandata kawtela meta jintuża dan il-metodu biex jiġi żgurat li l-kost medju tar-riżorsi finanzjarji ta' kumpanija jirrifletti l-kundizzjonijiet veri li bihom ġie pprovdut il-finanzjament.


    (1)  Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-OECD.

    (2)  Iddefinit mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont l-ING per capita.

    (3)  Ir-rekwiżit għal notifika minn qabel stipulat fit-tielet inċiż tal-Artikolu 24 c) ma għandux jibqa' validu mill-31 ta’ Diċembru 2012.

    (4)  Fil-każ ta' garanti ta' parti terza, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej iridu jkunu marbutni mal-istess entità, jiġifieri jew l-obbligant jew il-garanti.

    (5)  Kif iddefinit fin-Nota f'Qiegħ il-Paġna 2.

    (6)  Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li ġeneralment ma jirċivux krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati ma jistgħux jiġu kklassifikati. Għal pajjiżi mhux ikklassifikati, il-Parteċipanti huma ħielsa japplikaw il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li jqisu bħala xierqa.

    (7)  Regoli relatati mal-klassifikazzjoni tax-xerrejja għandhom jinftiehmu li jistipulaw l-iktar klassifikazzjoni favorevoli li tista' tiġi applikata, pereżempju xerrej sovran jista' jiġi kklassifikat fi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej inqas favorevoli.

    (8)  L-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Aħjar minn Sovrani (SOV+) huma 10 % inqas mill-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Sovrani (CC0).

    (9)  Is-Segretarjat għandu jagħmel u jżomm lista tat-tali CRAs akkreditati.

    (10)  Meta l-mutwatarju mhux sovran jiġi kklassifikat minn iktar minn CRA waħda akkreditata, in-notifika tkun meħtieġa biss meta l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tkun iktar favorevoli mill-iktar waħda favorevoli fost il-klassifikazzjonijiet tas-CRA.

    (11)  Fir-rigward tar-riskju tax-xerrej, istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati għandhom jiġu kklassifikati fil-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej SOV/CC0.

    (12)  Ibbażat fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tiegħu tal-pajjiżi, għall-fini tal-eliġibilità għall-għajnuna marbuta se jintuża limitu ta’ Introjtu Nazzjonali Gross (ING) per capita; limitu bħal dan huwa disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (www.oecd.org/ech/xcred)).

    (13)  Ir-rekwiżit għal notifika minn qabel stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 24 c) ma għandux jibqa' japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012.

    (14)  Madankollu, meta x-xerrej tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija jkun l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġijaoriġinali ma għandhomx ikunu iktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija nukleari.

    (15)  L-Artikolu 1 a) 1) jirreferi.

    (16)  L-Artikoli 1 a) 2) sa 4) jirreferu.

    (17)  Għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni meta l-klassifikazzjoni tar-riskji proposta ta' xerrej/mutwatarju taqbeż il-klassifikazzjoni tar-riskji tas-sovran li jospita.

    (18)  Għal tranżazzjoni b'valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni ta' inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant li ma jixtieqx isegwi l-proċedura ta' klassifikazzjoni tar-riskji stabbilita fl-Artikoli 6 sa 8 ta' dan l-Appendiċi għandu japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji “8” għax-xerrej/mutwatarju li huwa s-soġġett tat-tranżazzjoni u għandu jinnotifika t-tranżazzjoni skont l-Artikolu 24 a) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

    (19)  Għal tranżazzjonijiet b'valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni ta' inqas minn USD 5 miljun, għandu jkun japplika perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

    (20)  Flimkien mat-tagħrif dwar kull involviment (ipprovdut b'rispett xieraq għall-kompiti ta' kunfidenzjalità).

    (21)  Flimkien ma' informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduti b'rispett xieraq tad-dmirijiet ta' kunfidenzjalità).

    (22)  Għall-fini ta' dan il-kwestjonarju, l-“Istat” huwa l-pajiż li qiegħed jiġi propost sabiex jiżdied fil-Lista tal-Konvenzjoni ta' Cape Town skont l-Appendiċi II, Taqsima 2, II tal-ASU. Fejn xieraq, dawn il-mistoqsijiet għandhom jitwieġbu fir-rigward tal-liġijiet tal-“unità territorjali” partikolari tal-Istat li fih jinstab l-operatur relevanti ta' inġenju tal-ajru (jew korp relevanti ieħor kif stipulat fl-Artikolu 35 (b) tal-Appendiċi II) u l-“liġi nazzjonali” għandha tinqara bħala waħda li tinkludi referenza għal-liġi lokali relevanti.

    (23)  Għall-fini ta' dan il-kwestonarju, 'il-liġi nazzjonali' tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha ta' Stat, li tinkludi, iżda mhux limitata għall-Kostituzzjoni u l-Emendi fiha, kwalunkwe liġi jew regolament federali, statali u distrettwali.

    (24)  Pereżempju, li (i) t-trattati jirbħu fuq liġi oħra bħala kwistjoni ta' liġi qafas kostituzzjonali jew simili fi Stat X, jew (ii) il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa fi Stat X, u għaddiet filwaqt li tistabbilixxi b'mod ċar il-prijorità tat-Trattat ta' Cape Town u/jew tirbaħ fuq liġi oħra bħal din, jew (iii) it-Trattat ta' Cape Town jew il-leġiżlazzjoni implimentattiva tiegħu hija (a) iktar speċifika minn liġi oħra (lex specialis derogat legi generali), u/jew (b) iktar tard fiż-żmien minn liġi oħra bħal din (lex posterior derogat legi priori), u minħabba (a) u/jew (b) prevalenzi fuq liġi oħra bħal din.

    (25)  Pereżempju, hemm xi raġuni oħra għaliex id-drittijiet u r-rimedji mogħtija lill-kredituri skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk mogħtija skont il-QDs, ma jkunux (a) rikonoxxuti bħala effettivi jew (b) biżżejjed waħedhom, biex it-tali drittijiet u rimedji jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod validu fl-Istat?

    (26)  Eżempju ta' azzjoni amministrattiva għall-fini ta' din il-mistoqsija jista' jkun in-nuqqas tal-Istat li jimplimenta kwalunkwe proċeduri jew riżorsi biex idaħħal fis-seħħ dispożizjoni tal-Konvenzjoni jew Dikjarazzjoni Kwalifikattiva. Eżempju ieħor ikun in-nuqqas ta' Stat li jimplimenta proċeduri xierqa fir-reġistru tiegħu ta' inġenji tal-ajru għar-reġistrazzjoni ta' IDERAs.

    (27)  Jekk jogħġbok, fl-analiżi tiegħek inkludi kwalunkwe preċedent / deċiżjoni relatati mar-rikonoxximent ta' drittijiet ta' kredituri, inklużi ECAs, fejn relevanti

    (*)  Indika n-numru ta' multipli ta' USD 300 miljun ikbar minn USD 2 000 miljun.

    (28)  It-terminu massimu ta' ripagament għal riggijiet tat-tip jack-up użati fl-istallazzjoni ta' turbini li jaħdmu bir-riħ għandu jkun ta' 12-il sena.

    (29)  It-terminu massimu ta' ripagament għal riggijiet tat-tip jack-up użati fl-istallazzjoni ta' turbini li jaħdmu bir-riħ għandu jkun ta' 12-il sena.

    (30)  Fil-każ ta' impjant imħaddem b'gass naturali, huwa mistenni li tinkiseb intensità tal-karbonju notevolment iktar baxxa.

    (31)  Formula.

    (32)  Formula.

    (33)  IPCC Fourth Assessment Report: Climate Change 2007 (Ir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC: It-Tibdil fil-Klima 2007), http://www.ipcc.ch/publications_and_data/ar4/wg3/en/ch4s4-3-5.html

    (34)  L-effiċjenza totali tas-sistema (ηo) ta' sistema tas-CHP hija s-somma tal-output nett tal-enerġija utli (WE) u l-outputs netti termali utli (ΣQTH) diviżi bl-input totali ta' fjuwil (QFUEL), kif muri hawn taħt: Formula

    (**)  Indika n-numru tal-multipli tal-SDR 40 miljun li jeċċedu l-SDR 280 miljun, eż. SDR 410 miljun għandhom ikunu nnotifikati bħala l-Kategorija XV+3.

    (35)  

    a)

    It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 d) għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet li għalihom jinħareġ impenn finali fil-31 ta’ Diċembru 2013 jew qabel.

    b)

    Wara l-31 ta’ Diċembru 2013, it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 d) għandhom jieqfu japplikaw sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor.

    c)

    Jekk ma jibqgħux japplikaw, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 3 d) se jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

     

    L-Artikolu 2 - it-terminu massimu ta' ripagament huwa 14-il sena, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi aktar minn 35% tas-sindikazzjoni għal proġett f’pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli, it-terminu massimu tar-ripagament huwa ta’ għaxar snin.

     

    L-Artikolu 3 d) - It-tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta' ripagament m’għandux jaqbeż is-seba’ snin u tliet xhur, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi iktar minn 35% tas-sindikazzjoni għal proġett f’pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli, it-tul ta’ żmien medju peżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta' ripagament m’għandux jeċċedi l-ħames snin u tliet xhur.

    (36)  Tipikament, dan ikun riskju fuq il-bank ċentrali jew il-Ministeru tal-Finanzi. Għal entitajiet tal-gvern ċentrali li mhumiex il-ministeru tal-finanzi, għandu jkun hemm diliġenza dovuta sabiex jiġi affermat li l-entità timpejna r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran.


    Top