Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0491

    2013/491/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (notifikata bid-dokument C(2013) 6383) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 267, 9.10.2013, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/491/oj

    9.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 267/3


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta’ Ottubru 2013

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera

    (notifikata bid-dokument C(2013) 6383)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2013/491/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, l-entrati għall-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’dawk l-Istati Membri għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (3)

    Wara li s-servizz ta’ verifika tal-Kummissjoni (formalment magħruf bħala s-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni) u l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO - Food and Veterinary Office) wettqu verifiki sodisfaċenti, jistgħu jiżdiedu kategoriji addizzjonali tal-approvazzjoni ma’ erba’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Kroazja u għandu jiżdied post ġdid ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’London-Gateway fir-Renju Unit mal-entrati għal dawk l-Istati Membri fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Hekk kif daħal fis-seħħ it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 u minħabba l-fatt li l-verifika ta’ hawn fuq twettqet qabel, l-emendi fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera Kroati għandhom ikunu applikabbli retroattivament mill-1 ta’ Lulju 2013 sabiex ikun żgurat li ma jinħolqu l-ebda ostakli għall-kummerċ eżistenti.

    (4)

    Il-Polonja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fi Świnoujście għandu jitħassar mil-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru. Għalhekk, il-lista tal-entrati għal dan l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-emenda stabbilita fil-punt (5) tal-Anness għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-entrata għall-port f’Esbjerg tinbidel b’li ġej:

    “Esbjerg

    DK EBJ 1

    P

    E D & F Man Terminals

    Denmark ApS

    HC-NT(6), NHC-NT(4)(6)(11)”

     

    (2)

    il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-ajruport f’Hannover-Langenhagen tinbidel b’li ġej:

    “Hannover-Langenhagen

    DE HAJ 4

    A

     

    HC-T(FR)(2), HC-NT(2), NHC(2)

    O (10)”

    (b)

    l-entrata għall-ajruport f’Schönefeld tinbidel b’li ġej:

    “Schönefeld

    DE SXF 4

    A

     

    HC(2), NHC

    O”

    (3)

    il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-ajruport f’Barcelona tinbidel b’li ġej:

    “Barcelona

    ES BCN 4

    A

    Iberia

    HC (2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

    O

    Swissport

    HC(2), NHC(2),

    O

    WFS

    HC(2)”

     

    (b)

    l-entrata għall-ajruport f’Madrid tinbidel b’li ġej:

    “Madrid

    ES MAD 4

    A

    Iberia

    HC-T(FR)(2), HC-NT(2), NHC(2)

    U, E, O

    Swissport

    HC (2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

    O

    PER4

    HC-T(CH)(2)

     

    WFS: World Wide Flight Services

    HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT

    O”

    (4)

    il-parti li tikkonċerna lil Franza hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-ajruport f’Marseille tinbidel b’li ġej:

    “Marseille Aéroport

    FR MRS 4

    A

     

    HC-T(CH)(1)(2), HC-NT”

     

    (b)

    l-entrata għall-port f’Réunion Port Réunion tinbidel b’li ġej:

    “Réunion - Port Réunion

    FR LPT 1

    P

     

    HC(1)(2), NHC-T(FR)(2), NHC-NT”

     

    (c)

    l-entrata għall-ajruport f’Orly tinbidel b’li ġej:

    “Orly

    FR ORY 4

    A

    SFS

    HC-T(1)(2), HC-NT(2), NHC-NT”

     

    (d)

    l-entrata għall-ajruport f’Toulouse-Blagnac tinbidel b’li ġej:

    “Toulouse-Blagnac

    FR TLS 4

    A

     

    HC-T(1)(2), HC-NT(2), NHC(2)

    O (14)”

    (5)

    il-parti li tikkonċerna lill-Kroazja hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrati għat-toroq f’Bajakovo u Karasovići jinbidlu b’li ġej:

    “Bajakovo

    HR VUK 3

    R

     

    HC, NHC,

    U, E, O

    Karasovići

    HR KRS 3

    R

     

    HC(2), NHC(2)

    O”

    (b)

    l-entrati għall-portijiet f’Ploče u Rijeka jinbidlu b’li ġej:

    “Ploče

    HR PLE 1

    P

     

    HC(2), NHC(2)

     

    Rijeka

    HR RJK 1

    P

     

    HC(2), NHC(2)”

     

    (6)

    fil-parti li tikkonċerna l-Italja, l-entrata għall-port f’Venezia tinbidel b’li ġej:

    “Venezia

    IT VCE 1

    P

     

    HC, NHC”

     

    (7)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Polonja, l-entrata għall-port f’Świnoujście titħassar.

    (8)

    il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-ajruport f’Edinburgh tinbidel b’li ġej:

    “Edinburgh

    GB EDI 4

    A

    Extrordinair

     

    O(14)”

    (b)

    l-entrata li ġejja għal post ġdid ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port f’London-Gateway tiddaħħal bejn l-entrata għall-port f’Liverpool u l-entrata għall-ajruport f’Manchester:

    “London Gateway

    GB LGP 1

    P

     

    HC(1), NHC”

     

    (c)

    l-entrata għall-ajruport f’East Midlands tinbidel b’li ġej:

    “East Midlands

    GB EMA 4

    A

     

    HC-NT(1)(2), NHC-NT(2)”

     


    Top