This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0500
Regulation (EU) No 500/2012 of the European Parliament and of the Council of 13 June 2012 amending Council Regulation (EC) No 302/2009 concerning a multiannual recovery plan for bluefin tuna in the eastern Atlantic and Mediterranean
Regolament (UE) Nru 500/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
Regolament (UE) Nru 500/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
ĠU L 157, 16.6.2012, p. 1–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/10/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1627
16.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 500/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Unjoni hija Parti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn ‘il quddiem “il-Konvenzjoni”). |
(2) |
Fis-l6-il Laqgħa Speċjali tagħha fl-2008, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn ‘il quddiem “ICCAT”), stabbilita mill-Konvenzjoni, adottat ir-Rakkomandazzjoni 08-05 sabiex jiġi stabbilit pjan ta’ rkupru ġdid għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jieħu post il-pjan ta’ rkupru preċedenti adottat fl-2006. F’antiċipazzjoni għal meta r-Rakkomandazzjoni 08-05 ssir effettiva, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 ġie adottat (3). |
(3) |
Fis-l7-il Laqgħa Speċjali tagħha fl-2010, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 10-04 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Sabiex jinbena l-istokk mill-ġdid, ir-Rakkomandazzjoni 10-04 tipprevedi tnaqqis ulterjuri fil-qabdiet totali permissibbli, tisħiħ tal-miżuri li jnaqqsu l-kapaċità tas-sajd kif ukoll rinfurzar tal-miżuri ta’ kontroll, b’mod partikolari, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ, u tipprevedi pariri addizzjonali mill-Kumitat Permanenti għar-Riċerka u l-Istatistika (CSRS) fl-2010 dwar l-identifikazzjoni tal-postijiet fejn ibid il-ħut u dwar il-ħolqien ta’ żoni ta’ kenn. |
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni 10-04 hija vinkolanti għall-Unjoni. |
(5) |
Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 saru obsoleti u għandhom jitħassru. Dispożizzjonijiet oħra għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu bidliet fil-leġislazzjoni, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (4). |
(6) |
Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasferiment, l-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ u r-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet tan-nases tat-tonn, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (5). |
(7) |
It-terminu “Komunità” użat fil-parti dispożittiva tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 għandu jinbidel biex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Diċembru 2009, tat-Trattat ta’ Lisbona. |
(8) |
Ir-Rakkomandazzjoni 10-04 saret effettiva fit-13 ta’ Awwissu 2011. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni, inkluża l-Unjoni, ftiehmu li japplikaw dawk fost id-dispożizzjonijiet tagħha li huma applikabbli għall-kopertura ta’ osservazzjoni, li fil-każ tal-Unjoni għandu jiġi żgurat mill-Istati Membri, mill-1 ta’ Jannar 2011. Konsegwentement, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament japplikaw retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2011. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 302/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 302/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, l-Artikolu 4(13), l-Artikolu 9(3), (4), (5), (8), (9) u (10), l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 21(1) u (4), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 29(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 31(4) u l-Artikolu 34(2) u (3), in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit bin-nom “Unjoni”, jew bl-aġġettiv korrispondenti, u għandu jsir kwalunkwe aġġustament grammatikali meħtieġ bħala konsegwenza ta’ din is-sostituzzjoni. |
(2) |
Fl-Artikolu 1, it-tielet paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “L-għan tal-pjan ta’ rkupru li huwa fis-seħħ mill-2007 sal-aħħar tal-2022 għandu jkun li tinkiseb bijomassa li tikkorrispondi għar-rendiment massimu sostenibbli b’mill-inqas 60 % probabbiltà.”. |
(3) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Ma għandhom jiġu aċċettati l-ebda preżentazzjonijiet retroattivi. Bidliet sussegwenti għal-listi msemmija fil-paragrafu 1 waqt sena kalendarja għandhom jiġu aċċettati biss jekk il-bastiment tas-sajd notifikat ikun miżmum milli jipparteċipa minħbabba raġunijiet operattivi leġittimi jew force majeure. F’ċirkostanzi bħal dawn l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar dan il-fatt, u għandu jipprovdi:
|
(8) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Flimkien mal-konformità mal-Artikoli 14, 15, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (*), il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid tal-UE għandu, jekk applikabbli, jdaħħal fil-ktieb ta’ abbord l-informazzjoni elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Fl-Artikolu 19(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Operazzjonijiet konġunti tas-sajd flimkien ma’ PKK oħra mhux se jkunu permessi.”. |
(10) |
L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 22 Operazzjonijiet ta’ trasferiment 1. Qabel kull operazzjoni ta’ trasferiment, il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid jew tal-irmonk jew operatur ta’ razzett jew nassa tat-tonn fejn joriġina t-trasferiment konċernat għandu jibgħat notifika minn qabel tat-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli rispettiv li tindika:
2. L-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għandhom jiddeċiedu, għal kull operazzjoni ta’ trasferiment, jekk jagħtux awtorizzazzjoni. Għal dan l-iskop, għandu jiġi assenjat numru uniku ta’ identifikazzjoni, għal kull operazzjoni ta’ trasferiment, u dan in-numru għandu jiġi kkomunikat lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, lill-operatur tan-nassa tat-tonn jew lill-operatur tar-razzett, kif xieraq. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, dak in-numru għandu jkun fih il-kodiċi fi tliet ittri tal-PKK, l-erba’ numri li juru s-sena u t-tliet ittri “AUT” (awtorizzazzjoni), segwiti minn numri sekwenzjali. Fejn l-awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata, dak in-numru għandu jkun fih it-tliet ittri tal-kodiċi tal-PKK, l-erba’ numri li juru s-sena u t-tliet ittri “NEG” (mingħajr awtorizzazzjoni), segwiti minn numri sekwenzjali. L-operazzjonijiet ta’ trasferiment ma għandhomx jibdew mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. It-trasferiment għandu jiġi awtorizzat jew ma jiġix awtorizzat mill-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, il-bastiment tal-irmonk, ir-razzett jew in-nassa tat-tonn, kif xieraq, fi żmien 48 siegħa mill-preżentazzjoni tan-notifika minn qabel tat-trasferiment. L-Istat Membru ma għandux jawtorizza t-trasferiment jekk, malli jirċievi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, iqis li:
3. Jekk it-trasferiment ma jiġix awtorizzat:
4. Il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid jew tal-irmonk, l-operatur tan-nassa tat-tonn jew l-operatur tar-razzett għandu, fi tmiem l-operazzjoni tat-trasferiment, jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli, skont il-format stabbilit fl-Anness VIIIa. Il-formoli tad-dikjarazzjoni ta’ trasferiment għandhom jiġu nnumerati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment, għar-razzett jew għan-nassa tat-tonn minn fejn joriġina dan it-trasferiment. Is-sistema ta’ nnumerar għandha tinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-PKK, segwiti mill-erba’ numri li juru s-sena u tliet numri sekwenzjali segwiti mit-tliet ittri “ITD” (PKK-20**/xxx/ITD). Id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment għandha takkumpanja t-trasferiment tal-ħut. Għandha tinżamm kopja tad-dikjarazzjoni mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid, l-operatur tan-nassa tat-tonn, il-kaptan tal-bastiment tal-irmonk jew l-operatur tar-razzett. 5. Il-kaptani tal-bastimenti li jwettqu operazzjonijiet tat-trasferiment (inklużi l-bastimenti tal-irmonk), għandhom jirreġistraw kuljum fil-ktieb ta’ abbord tagħhom, kemm il-piż kif ukoll l-għadd ta’ ħut trasferit, kif ukoll l-isem, il-bandiera u n-numru tar-reġistru ICCAT tal-bastiment tal-qbid, l-isem u n-numru tar-reġistru ICCAT ta’ kwalunkwe bastimenti oħra involuti, id-data u l-pożizzjoni tat-trasferiment kif ukoll ir-razzett ta’ destinazzjoni. Il-ktieb ta’ abbord għandu jinkludi d-dettalji tat-trasferimenti kollha mwettqa matul l-istaġun tas-sajd. Għandu jinżamm abbord u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll. 6. L-awtorizzazzjoni għat-trasferiment mill-Istat Membru responsabbli ma tippreġudikax l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ. 7. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid, l-operatur tar-razzett jew l-operatur tan-nassa tat-tonn li jittrasferixxi t-tonn għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tat-trasferiment jiġu mmonitorjati permezz ta’ vidjokamera fl-ilma. Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji ta’ kull reġistrazzjoni bil-vidjo tat-trasferimenti. Għandha tintbagħat kopja lill-osservatur reġjonali u oħra lill-osservatur tal-PKK jew dak nazzjonali, kif xieraq, abbord il-bastiment tal-irmonk. Il-kopja li tiġi trażmessa lill-osservatur tal-PKK jew dak nazzjonali għandha takkumpanja d-dikjarazzjoni ta’ trasferiment u l-qabdiet assoċjati li hija relatata magħhom. In-numru tad-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT għandu jintwera fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull reġistrazzjoni bil-vidjo, li għandha turi kontinwament il-ħin u d-data. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kopji tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjo lill-Kumitat Xjentifiku tal-ICCAT fuq talba tal-Kummissjoni. 8. L-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid, kif imsemmi fil-Programm tal-Osservatur Reġjonali tal-ICCAT stabbilit fl-Anness VII, għandu jirreġistra l-operazzjonijiet ta’ trasferiment imwettqa u jirrapporta dwarhom, jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment tal-qbid meta jkun impenjat f’operazzjonijiet tat-trasferiment, josserva l-qabdiet trasferiti u jagħmel stima tagħhom u jivverifika entrati li saru fin-notifika minn qabel tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 2 u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT imsemmija fil-paragrafu 4. Fejn l-istima tal-qabda mill-osservatur reġjonali tkun mill-inqas 10 % ogħla fin-numru u/jew fil-piż medju milli ddikjarati mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid, l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu jibda investigazzjoni li għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fir-razzett. Sakemm joħorġu r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni, ma għandux jiġi awtorizzat tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima tal-qabda tad-dokument ta’ qbid tat-tonn ma għandhiex tiġi validata. 9. L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT u jiktbu b’mod ċar isimhom u n-numru tal-ICCAT tagħhom. Għandhom jivverifikaw li d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT imtliet b’mod korrett u ġiet trażmessa kif suppost lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk. L-operatur tan-nassa tat-tonn għandu jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu fi tmiem it-trasferiment lejn il-bastiment tas-sajd skont il-format li jidher fl-Anness IV. 10. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati rigward l-operazzjonijiet ta’ trasferiment taħt il-paragrafi 2 u 7 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38a.”. |
(11) |
L-Artikolu 24 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 24 Operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ 1. Fi żmien ġimgħa mill-ikkompletar tal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett għandu jippreżenta lill-Istat Membru jew PKK li l-bastimenti li jkunu stadu t-tonn itajru l-bandiera tagħhom, kif ukoll lill-Kummissjoni, rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, validat minn osservatur. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fir-Rakkomandazzjoni ICCAT 06-07 dwar it-trobbija tat-tonn. 2. Qabel kwalunkwe operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għar-razzett għandha tinforma lill-Istat Membru responsabbli jew il-PKK tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid rigward it-tqegħid fil-gaġeġ tal-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu. 3. L-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu jitlob lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għar-razzett biex jissekwestra l-qabdiet u jirrilaxxa l-ħut fil-baħar skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22(3), jekk meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 iqis li:
4. L-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tibda qabel ma jkun hemm l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-PKK jew l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid. It-tonn għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-31 ta’ Lulju sakemm l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett li jirċievi l-ħut jipprovdi raġunijiet validi, inkluż force majeure. Dawn ir-raġunijiet għandhom jingħataw mar-rapport tat-tqegħid fil-gaġeġ. 5. L-Istat Membru responsabbli għar-razzett għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipprojbixxi t-kwalunkwe tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-trobbija jew it-tismin ta’ tonn li mhuwiex akkumpanjat bid-dokumentazzjoni meħtieġa mill-ICCAT, inkluża dik meħtieġa minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus (**). Tali dokumentazzjoni għandha tkun preċiża u kompluta u trid tkun ġiet ivvalidata. 6. It-tqegħid fil-gaġeġ għandu jkun awtorizzat jew mhux awtorizzat mill-Istat Membru responsabbli jew mill-PKK responsabbli, kif xieraq, fi żmien 48 siegħa mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Jekk it-tqegħid fil-gaġeġ ma jkunx awtorizzat, l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu joħroġ ordni tar-rilaxx lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastiment tal-irmonk u/jew lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għar-razzett, kif xieraq, skont l-Artikolu 22(3). 7. L-Istat Membru responsabbli għar-razzett għandu jiżgura li l-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ jiġu mmonitorjati permezz ta’ vidjokamera fl-ilma. Għandha tiġi prodotta reġistrazzjoni waħda bil-vidjo għal kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ. In-numru tad-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT għandu jintwera fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull reġistrazzjoni bil-vidjo, li għandha turi kontinwament il-ħin u d-data. 8. Fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn 10 %, fil-piż medju jew fin-numru, bejn l-istima tal-osservatur reġjonali u tal-operatur tar-razzett, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett, b’kooperazzjoni mal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid, għandu jibda investigazzjoni. Sakemm joħorġu r-riżulati ta’ din l-investigazzjoni, ma għandux isir ħsad u t-taqsima tat-trobbija tad-dokument tal-qbid tat-tonn ma għandhiex tiġi validata. Jekk l-investigazzjoni ma tintemmx fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol jew jekk l-eżitu tal-investigazzjoni tindika li l-għadd jew il-piż medju tat-tonn huwa aktar minn 10 % ta’ dak iddikjarat mill-operatur tar-razzett, il-PKK jew l-Istat Membru tal-bandiera responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu joħroġ ordni tar-rilaxx fir-rigward tan-numru jew il-piż żejjed. L-Istat Membru responsabbli għar-razzett għandu jiżgura li l-operatur tar-razzett jikkonforma mal-ordni tar-rilaxx fi żmien 48 siegħa mill-wasla tal-osservatur reġjonali. Ir-rilaxx għandu jitwettaq skont l-Artikolu 22(3). Jekk l-istima finali fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fir-razzett tkun ikbar mill-istima finali fil-ħin tal-ewwel trasferiment mill-bastiment tal-qbid, l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu jiddeċiedi fuq l-ammont li se jittieħed (jew jitnaqqas) mill-kwota finali li għandu jiġi vvalidat fid-dokument(i) konċernat(i) tal-qbid tat-tonn. 9. L-Istati Membri għandhom jibdew studji pilota dwar kif jistgħu jagħmlu stima aħjar tal-għadd u l-piż tat-tonn fil-mument tal-qbid u tat-tqegħid fil-gaġeġ, inkluż bl-użu ta’ sistemi sterjoskopiċi, u għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tagħhom lill-Kumitat Xjentifiku tal-ICCAT. Għandu jiġi stabbilit programm tat-teħid tal-kampjuni u/jew programm alternattiv fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ sabiex jitjieb l-għadd tal-ħut fil-gaġeġ u l-istimi tal-piż tiegħu. 10. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati rigward l-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ taħt il-paragrafi 6, 7, 8 u 9. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38a. |
(12) |
Fl-Artikolu 25(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “Bastimenti tas-sajd li huma inklużi fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid awtorizzati li jistadu attivament għat-tonn, msemmija fl-Artikolu 14(3), għandhom jibdew jittrażmettu data VMS lill-ICCAT mill-inqas 15-il ġurnata qabel il-ftuħ tal-istaġun tas-sajd u għandhom ikomplu jittrażmettu dik id-data għal mill-inqas 15-il ġurnata wara l-għeluq tal-istaġun tas-sajd sakemm ma tintbagħatx talba minn qabel lill-Kummissjoni sabiex il-bastiment jitneħħa mir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT. Għall-finijiet ta’ kontroll, it-trasmissjoni ta’ dejta VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati li jistadu attivament għat-tonn ma għandhiex tiġi interrotta meta il-bastiment ikun fil-port sakemm ma tkunx qed titħaddem sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul u ħruġ mill-port. Il-bastimenti tas-sajd li huma inklużi fir-reġistru ICCAT tal-bastimenti tas-sajd l-oħra kollha (minbarra bastimenti tal-qbid) awtorizzati li joperaw għat-tonn, imsemmija fl-Artikolu 14(3), għandhom jibgħatu d-dejta tal-VMS lill-ICCAT matul il-perjodu kollu tal-awtorizzazzjoni.”. |
(13) |
L-Artikolu 26 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 26 Ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ attivitajiet ta’ qbid tat-tonn fin-nases 1. Fi zmien 48 siegħa wara t-tmiem ta’ kull operazzjoni ta’ sajd bl-użu ta’ nases tat-tonn, il-qabdiet għandhom jiġu reġistrati u d-data għandha tiġi trażmessa, b’mezzi elettroniċi jew b’mezzi oħrajn, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għan-nassa tat-tonn ikkonċernata. Din ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-kwantitajiet stmati li jkun għad fadal fin-nassa tat-tonn. 2. Malli jirċievi r-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jgħaddiha b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT. 3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati rigward ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet ta’ qbid tat-tonn fin-nases taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38a.”. |
(14) |
Fl-Artikolu 29 (2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Jekk, fi kwalunkwe ħin, aktar minn 15-il bastiment ta’ Stat Membru huma impenjati f’attivitajiet ta’ sajd għat-tonn f’żona tal-Konvenzjoni, dak l-Istat Membru għandu jibgħat bastiment ta’ spezzjoni għall-finijiet ta’ spezzjoni u kontroll fuq il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni tul il-perjodu li fih dawk il-bastimenti jkunu hemmhekk. Dan l-obbligu għandu jitqies li ġie ssodisfat fejn l-Istati Membri jikkooperaw biex jibgħatu bastiment ta’ spezzjoni jew fejn jintbagħat bastiment ta’ spezzjoni tal-UE fiż-żona tal-Konvenzjoni.”. |
(15) |
Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Fir-rigward ta’ bastimenti attivi fis-sajd għat-tonn, kull Stat Membru għandu jiżgura mill-inqas il-livelli perċentwali li ġejjin ta’ kopertura ta’ osservazzjoni nazzjonali:
|
(16) |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
L-Artikolu 32 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 32 Aċċess għar-reġistrazzjonijiet bil-vidjo 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjo msemmija fl-Artikolu 22(7) u l-Artikolu 24(7), huma disponibbli għall-ispetturi u l-osservaturi tal-ICCAT. 2. Kull Stat Membru responsabbli għal razzett għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjo msemmija fl-Artikolu 22(7) u l-Artikolu 24(7), huma disponibbli għall-ispetturi u l-osservaturi tal-Unjoni. 3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jevita kull bdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjoni bil-vidjo oriġinali.”. |
(18) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 33a It-trasmissjoni tal-pjani ta’ spezzjoni Mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjan ta’ spezzjoni għas-sena ta’ wara lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaqqad flimkien il-pjani ta’ spezzjoni nazzjonali u tintegrahom fil-pjan ta’ spezzjoni tal-Unjoni li għandu jiġi trażmess lis-Segretarjat tal-ICCAT għall-approvazzjoni tal-ICCAT.”. |
(19) |
Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-kummerċ tal-Unjoni, il-ħatt l-art, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, it-tqegħid f’gaġeġ għat-tismin jew it-trobbija tat-tonn, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trażbord tat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran li mhumiex akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompleta u validata, meħtieġa minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 640/2010 huma pprojbiti.”. |
(20) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 38a Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”. |
(21) |
L-Anness III jinbidel bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(22) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
Fl-Anness VII, il-paragrafu 1 huwa mħassar. |
(24) |
It-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIIIa. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 116.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2012.
(4) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(5) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
ANNESS I
ANNESS II