EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011Y0108(01)
Agreement of 13 December 2010 between the European Central Bank and the national central banks of the Member States outside the euro area amending the Agreement of 16 March 2006 between the European Central Bank and the national central banks of the Member States outside the euro area laying down the operating procedures for an exchange rate mechanism in stage three of economic and monetary union
Ftehim tat- 13 ta’ Diċembru 2010 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja
Ftehim tat- 13 ta’ Diċembru 2010 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja
ĠU C 5, 8.1.2011, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
8.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 5/3 |
FTEHIM
tat-13 ta’ Diċembru 2010
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja
2011/C 5/04
1. |
|
u
2. |
il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) |
(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għar-rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999. |
(2) |
Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politika tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxu l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
(3) |
L-Estonja, bħala Stat Membru b’deroga, ilu jipparteċipa fl-ERM II mit-28 ta’ Ġunju 2004. Eesti Pank huwa parti mill-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3) u bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4) (minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”). |
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 bi qbil mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (5) id-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. L-euro ser tkun il-munita tal-Estonja mill-1 ta’ Jannar 2011 u Eesti Pank m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett minn dik id-data. |
(5) |
Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur l-Estonja, |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Estonja
Eesti Pank m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 2
Sostituzzjoni tal-Annessi I u II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II
L-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-13 ta’ Diċembru 2010.
Għal
Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru
…
Għal
Česká národní banka
…
Għal
Danmarks Nationalbank
…
Għal
Eesti Pank
…
Għal
Latvijas Banka
…
Għal
Lietuvos bankas
…
Għal
Magyar Nemzeti Bank
…
Għal
Narodowy Bank Polski
…
Għal
Banca Națională a României
…
Għal
Sveriges Riksbank
…
Għall-
Bank of England
…
Għall-
Bank Ċentrali Ewropew
…
(1) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(3) ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.
(4) ĠU C 16, 22.1.2009, pġ. 10.
(5) ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.
ANNESS
“ANNESS II
LIMITI MASSIMI APPLIKABBLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERMII
b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011
(miljuni f’EUR) |
|
Banek ċentrali partijiet ta’ dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru |
530 |
Česká národní banka |
710 |
Danmarks Nationalbank |
720 |
Latvijas Banka |
340 |
Lietuvos bankas |
380 |
Magyar Nemzeti Bank |
690 |
Narodowy Bank Polski |
1 800 |
Banca Națională a României |
1 030 |
Sveriges Riksbank |
960 |
Bank of England |
4 840 |
Bank Ċentrali Ewropew |
xejn |
Banek ċentrali nazzjonali taż-żona euro |
Limiti massimi |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
Deutsche Bundesbank |
xejn |
Eesti Pank |
xejn |
Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland |
xejn |
Bank of Greece |
xejn |
Banco de España |
xejn |
Banque de France |
xejn |
Banca d'Italia |
xejn |
Central Bank of Cyprus |
xejn |
Banque centrale du Luxembourg |
xejn |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
xejn |
De Nederlandsche Bank |
xejn |
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
Banco de Portugal |
xejn |
Banka Slovenije |
xejn |
Národná banka Slovenska |
xejn |
Suomen Pankki |
xejn” |
(1) L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.