Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0954

Regolament (UE) Nru 954/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 259, 4.10.2011, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/01/2020; Impliċitament imħassar minn 32017R2394

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/954/oj

4.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


REGOLAMENT (UE) Nru 954/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Settembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (3) jistipula l-kundizzjonijiet li huma suġġetti għalihom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri nominati bħala responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi biex jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni sabiex jaċċertaw il-konformità ma’ dawn il-liġijiet u l-funzjonament mingħajr tfixkil tas-suq intern, u sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

(2)

Il-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jiddefinixxi “il-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi” bħala d-Direttivi, kif trasposti fl-ordni legali interna tal-Istati Membri, u r-Regolamenti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament (“l-Anness”).

(3)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, diversi atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness ġew imħassra, u ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida.

(4)

Id-Direttiva 84/450/KEE (4) ġiet imħassra u sostitwita mid-Direttiva 2006/114/KE (5). Għaldaqstant ir-referenza għad-Direttiva 84/450/KEE għandha titneħħa mill-Anness u tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli speċifiċi tad-Direttiva 2006/114/KE li għandhom l-għan li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi.

(5)

Filwaqt li d-Direttiva 87/102/KEE (6) ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/48/KE (7), id-Direttiva 2008/48/KE ma tiddikjarax b'mod espress li r-referenzi għad-Direttiva 87/102/KEE mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għad-Direttiva 2008/48/KE. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, ir-referenza għad-Direttiva 87/102/KEE fl-Anness għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva 2008/48/KE.

(6)

Id-Direttiva 89/552/KEE (8) ġiet irrevokata u sostitwita bid-Direttiva 2010/13/UE (9). Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2010/13/UE, ir-referenzi għad-Direttiva 89/552/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2010/13/UE. Madankollu għall-fini ta’ ċarezza, ir-referenza għad-Direttiva 89/552/KEE fl-Anness għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli relevanti tad-Direttiva 2010/13/UE.

(7)

Id-Direttiva 93/13/KEE (10) ma kinitx emendata bid-Deċiżjoni tal-2002/995/KE (11) u r-referenza għal dik id-Deċiżjoni għandha titneħħa mill-Anness.

(8)

Id-Direttiva 94/47/KE (12) ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/122/KE (13). Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/122/KE, ir-referenzi għad-Direttiva 94/47/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2008/122/KE. Madankollu għall-fini ta’ ċarezza, ir-referenza għad-Direttiva 94/47/KE fl-Anness għandha tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva 2008/122/KE.

(9)

Id-Direttiva 97/55/KE (14) hija Direttiva ta’ emenda għad-Direttiva rrevokata 84/450/KEE. Għaldaqstant, ir-referenza għad-Direttiva 97/55/KEE għandha titneħħa mill-Anness.

(10)

L-Anness għandu jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Jeħtieġ li ssir evalwazzjoni tal-effikaċja u tal-mekkaniżmi operattivi tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u li tiġi eżaminata b’mod komprensiv il-possibbiltà li jiġu inklużi fl-Anness liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, bil-ħsieb li dak ir-Regolament jiġi rivedut ħalli l-awtoritajiet pubbliċi tal-infurzar jingħatawlhom mezzi mtejba biex bihom b’mod effikaċi jikxfu, jinvestigaw u jġibu fi tmiemhom jew jipprojbixxu infrazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi kollettivi tal-konsumaturi f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-aktar fis u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm lokha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Reviżjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li għandu jivvaluta l-effikaċja u l-mekkaniżmi operattivi ta’ dar-Regolament u jeżamina b’mod komprensiv il-possibbiltà li jiġu inklużi fl-Anness liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni esterna u fuq konsultazzjoni estiża tal-partijiet interessati relevanti kollha, u miegħu għandha ssir proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm lokha.”;

(2)

l-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Opinjoni mressqa fil-5 ta’ Mejju 2011 (ĠU C 218, 23.7.2011, p. 69).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2011.

(3)  Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE tal-10 ta’ Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17).

(5)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU L 42, 12.2.1987, p. 48).

(7)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(8)  Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23).

(9)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/995/KE tad-9 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi miżuri interim ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali għall-konsum personali (ĠU L 353, 30.12.2002, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare. (ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83).

(13)  Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).

(14)  Id-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi sabiex tinkludi reklamar komparattiv (ĠU L 290, 23.10.1997, p. 18).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 hu b’dan emendat kif ġej:

(1)

in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Id-Direttivi Nru 6, 8 u 13 fihom dispożizzjonijiet speċifiċi.”;

(2)

il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21): L-Artikolu 1, l-Artikolu 2 (c) u l-Artikoli 4 sa 8.”;

(3)

il-punti 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

“3.

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

4.

Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9, 10, 11 u mill-Artikoli 19 sa 26.”;

(4)

il-punti 6 u 7 jinbidlu b’dan li ġej:

“6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

7.

Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).”;

(5)

il-punt 9 jitħassar.


Top