This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0121
Commission Regulation (EU) No 121/2011 of 11 February 2011 fixing the standard values to be used in calculating the financial compensation and the advance pertaining thereto in respect of fishery products withdrawn from the market during the 2011 fishing year
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2011 tal- 11 ta' Frar 2011 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2011
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2011 tal- 11 ta' Frar 2011 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2011
ĠU L 38, 12.2.2011, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 121/2011
tal-11 ta' Frar 2011
li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jirtiraw taħt ċerti kondizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I, (A) u (B) għal dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jitnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' tneħħija tal-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta' dawn il-prodotti għandu jkun iffissat f'livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta' eliminazzjoni, billi jitqies id-dħul medju li jista' jinkiseb minn eliminazzjoni bħal din fid-diversi Stati Membri. |
(3) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi jew wieħed mill-membri tagħha jqiegħed il-prodotti tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih ikun rikonoxxut, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa l-korp fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru. |
(4) |
L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq il-kumpens finanzjarju kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000. |
(5) |
Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta' intervent fis-sena 2011, dan ir-Regolament għandu japplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2011. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2011, il-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għall-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif imsemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-valur standard li għandu jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u mill-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.
(3) ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.
ANNESS
IL-VALURI STANDARD
L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq |
EUR/tunnellata metrika |
||
|
|
||
|
|
||
|
55 |
||
|
50 |
||
|
15 |
||
|
2 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
10 |
||
|
|
||
|
40 |
||
|
20 |
||
|
25 |
||
|
1 |
||
|
|
||
|
|
||
|
8 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
30 |
||
|
30 |
||
|
|
||
|
55 |
||
|
20 |
||
|
0 |