Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0627

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/627/PESK tat- 22 ta’ Settembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

    ĠU L 247, 24.9.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/627/oj

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/15


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/627/PESK

    tat-22 ta’ Settembru 2011

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 31(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

    (2)

    Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


    ANNESS

    Persuni msemmija fl-Artikolu 1

    2.

    It-Tenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha

    19.

    Is-Sur Yao N’Dré

    52.

    Is-Sur Timothée Ahoua N’Guetta

    53.

    Is-Sur Jacques André Daligou Monoko

    54.

    Is-Sur Bruno Walé Ekpo

    55.

    Is-Sur Félix Tano Kouakou

    56.

    Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran

    57.

    Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré

    79.

    Il-Kurunell Maġġur Hilaire Babri Gohourou

    89.

    Is-Sur Roland Dagher

    105.

    Zakaria Fellah

    107.

    Charles Kader Gore

    109.

    Kadio Morokro Mathieu


    Top