This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0542
2011/542/EU: Council Implementing Decision of 2 September 2011 amending Implementing Decision 2011/77/EU on granting Union financial assistance to Ireland
2011/542/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda
2011/542/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda
ĠU L 240, 16.9.2011, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/11 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Settembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda
(2011/542/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fuq talba tal-Irlanda, il-Kunsill taha assistenza finanzjarja (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE) (2) b’appoġġ għal programm qawwi ta’ riforma ekonomika u finanzjarja bil-għan li tinkiseb il-fiduċja mill-ġdid, u b’hekk l-ekonomija tkun tista’ tirritorna lejn it-tkabbir sostenibbli, u tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fl-Irlanda, fiż-żona euro u fl-Unjoni. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 3(9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), wettqet it-tielet analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Irlandiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri maqbula kif ukoll dwar l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali tal-miżuri maqbula. |
(3) |
Fl-ambitu tal-projezzjonijiet attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG (1,1 % fl-2011, 2,8 % fl-2012 u 3,8 % fl-2013), il-perkors għall-aġġustament fiskali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Irlanda tas-7 ta’ Diċembru 2010 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u huwa konsistenti mal-perkors għall-proporzjon tad-dejn mal-PDG ta’ 109,9 % fl-2011, 116,2 % fl-2012 u 119,4 % fl-2013. Il-proporzjon tad-dejn mal-PDG jilħaq il-quċċata fl-2013 u minn hemm ’il quddiem jaqbad it-triq lejn it-tnaqqis, dejjem jekk ikun hemm aktar progress fit-tnaqqis tad-defiċit. Id-dinamika tad-dejn tiġi affettwata minn diversi operazzjonijiet barra mill-baġit, inkluża injezzjoni ta’ kapital fil-banek fl-2011 b’effett nett ta’ żieda fid-dejn ta’ madwar 6 punti perċentwali tal-PDG, suppożizzjoni biex jinżammu riżervi għoljin ta’ flus, u d-differenzi bejn il-pagamenti dovuti u dawk ta’ interessi fi flus. |
(4) |
L-awtoritajiet Irlandiżi indikaw li hemm prospetti realistiċi ħafna, abbażi tar-riżultati tal-Eżerċizzji dwar il-Ġestjoni tal-Obbligazzjonijiet (LME — “Liability Management Exercises”) imwettqa sa issa, biex jiżguraw EUR 0,51 biljun oħra bħala kontribuzzjoni mis-settur privat lejn ir-rikapitalizzazzjoni tal-Bank of Ireland sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fid-dawl tal-kost pubbliku diġà kbir tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek, u l-approċċ konservattiv użat biex jiġi determinat il-ħtieġa ta’ rikapitalizzazzjoni tal-Bank of Ireland, issa huwa meqjus mhux neċessarju u effettivament mhux adatt li l-Irlanda tinjetta dak l-ammont ta’ EUR 0,51 biljun qabel jitlestew kontribuzzjonijiet oħra mis-settur privat sabiex tiġi rispettata d-data ta’ skadenza tal-programm, peress li jekk isir dan se jkun hemm kost fiskali ogħla milli hemm bżonn u proporzjon għoli mhux meħtieġ tal-adegwatezza tal-kapital għall-Bank of Ireland hekk kif isir disponibbli d-dħul mill-kontribuzzjonijiet oħra tas-settur privat. Id-data ta’ skadenza għat-tlestija ta’ din il-parti tar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank of Ireland ġiet trasferita għall-aħħar tal-2011. |
(5) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE, hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Irlanda f’massimu ta’ 13-il ħlas parzjali. L-iżborż ta’ kull ħlas parzjali jista’ jsir f’segment wieħed jew aktar. Il-maturitajiet tas-segmenti taħt l-ewwel u t-tielet ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ segmenti oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.”; |
(2) |
L-Artikolu 3(7) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.