This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0071
Council Decision 2011/71/CFSP of 31 January 2011 amending Decision 2010/656/CFSP renewing the restrictive measures against Côte d’Ivoire
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
ĠU L 28, 2.2.2011, p. 60–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917
2.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/71/PESK
tal-31 ta’ Jannar 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1). |
(2) |
Meta titqies il-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jeħtieġ li jiżdiedu persuni u entitajiet oħra mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b), għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.”.
Artikolu 2
Il-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
ANNESS
PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
|
Isem (u psewdonomu possibbli) |
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
1. |
Is-Sur Philippe Henry Dacoury-Tabley |
|
Gvernatur tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
2. |
Is-Sur Denis N’Gbé |
Imwieled fis-6 ta' Settembru 1956, f'Danane; numru tal-passaport: PS-AE/094GD07 (jiskadi fis-26 ta' Lulju 2012) |
Diretur Nazzjonal tal-Côte d’Ivoire tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
3. |
Is-Sur Ibrahim Ezzedine |
Imwieled fil-5 ta' Frar 1968, f'Bariche (il-Libanu); numru tal-passaport: 08AB14590 (jiskadi fl-4 ta' Ottubru 2014) |
Imprenditur; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
4. |
Is-Sur Roland Dagher |
Imwieled fit-8 ta' Mejju 1952, f'Bamako (Mali); numru tal-passaporti: PD-AE/075FN01 (jiskadi fis-16 ta' Jannar 2011) 08AA15167 (jiskadi fl-1 ta' Diċembru 2013) |
Imprenditur, membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali: jikkontribwixxi għall-finanzjament illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo |
5. |
Is-Sur Oussou Kouassi |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956, f'Oumé; numru tal-passaporti: PD-AE/016EU09 (jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2009) 08AA80739 (jiskadi fit-12 ta' Lulju 2014) |
Direttur Ġenerali tal-Ekonomija: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
6. |
Is-Sur Ossey Eugène Amonkou |
Imwieled fit-13 ta' Lulju 1960, f'Akoupé; numru tal-passaport: 04LE10026 (jiskadi fid-19 ta' Ġunju 2011) |
Direttur Ġenerali tal-Bank Nazzjonali tal-Investiment (BNI): persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
B. Entitajiet
|
Isem (u psewdonomu possibbli) |
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|||
1. |
Caisse d’Epargne de Côte d’Ivoire |
SIEGE SOCIAL
|
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
|||
2. |
Banque de l’Habitat de Côte d’Ivoire (BHCI) |
|
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |