Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0279

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 279/2010 tal- 31 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    ĠU L 86, 1.4.2010, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/279/oj

    1.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 86/20


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 279/2010

    tal-31 ta' Marzu 2010

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, (1) u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/186/PESK (2) temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (3). L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1284/2009 qiegħed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    João VALE DE ALMEIDA

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

    (2)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 23.

    (3)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.


    ANNESS

    L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru:

     

    Isem (u psewdonimi eventwali)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data u post ta' twelid (d.d.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità eċċ.)

    Raġunijiet

    2.

    Maġġur-Ġeneral Mamadouba (psewdonomu Mamadou) Toto CAMARA

    d.t.t: 01/01/46

    Pass: R00009392

    Ministru għas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili

    3.

    Ġeneral Sékouba KONATÉ

    d.t.t: 01/01/64

    Ministru għad-Difiża

    16.

    Kmandant Kelitigui FARO

    d.t.t: 03/08/72

    Pass: R0003410

     

    43.

    Sur Kabinet (psewdonomu Kabiné) KOMARA

    data tat-twelid: 08/03/50

    PASS: R0001747

    Prim Ministru


    Top