Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0619

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/619/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

    ĠU L 272, 16.10.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/619/oj

    16.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 272/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/619/PESK

    tal-15 ta’ Ottubru 2010

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

    (2)

    Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”) sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

    (3)

    Fit-8 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (4), li emendat u estendiet l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għal perijodu ta’ sentejn sal-14 ta’ Ġunju 2012 u stabbiliet l-ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 265 000 000 sal-14 ta’ Ottubru 2010.

    (4)

    Il-EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ tkun ta’ dannu għall-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

    (5)

    L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sal-14 ta’ Ottubru 2011,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan sostitwita kif ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2011 għandu jkun ta’ EUR 165 000 000.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. SCHOUPPE


    (1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.

    (4)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.


    Top