Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0967

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2009 tal- 15 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 dwar l-esportazzjoni għall-irkupru ta' ċertu skart lil ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 271, 16.10.2009, p. 12–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/967/oj

    16.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 271/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 967/2009

    tal-15 ta’ Ottubru 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 dwar l-esportazzjoni għall-irkupru ta' ċertu skart lil ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar kunsinni ta’ skart (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,

    Wara konsultazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati,

    Billi:

    Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn Montenegro, in-Nepal, is-Serbja u Singapore għat-talbiet bil-miktub tagħha għal konferma bil-miktub li l-iskart elenkat fil-lista fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u li l-esportazzjoni tiegħu mhix ipprojbita skont l-Artikolu 36 jista’ jiġi esportat mill-Komunità għall-irkupru f’dawn il-pajjiżi u għal indikazzjoni minn għandhom dwar liema proċedura ta’ kontroll, jekk dan hu l-każ, se tiġi segwita hemmhekk. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll aktar tagħrif rigward Hong Kong, l-Indoneżja u l-Ukraina. L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 (2) għandu għalhekk jiġi emendat biex jikkunsidra dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1a tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 1a

    It-tweġibiet li waslu wara talba bil-miktub mill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma elenkati fl-Anness.

    Fejn fl-Anness huwa indikat li pajjiż, fir-rigward ta' ċerti kunsinni ta' skart, ma jipprojbihomx jew ma japplikax il-proċedura ta' notifika u kunsens minn qabel bil-miktub kif deskritt fl-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament, l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament għandu japplika bil-modifikazzjonijiet kollha li għandhom isiru għal dawn il-kunsinni.”

    Artikolu 2

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 hu emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Catherine ASHTON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.


    ANNESS

    L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjoni għal Hong Kong dwar il-kodiċi tal-iskart B3010 tinbidel b'dan li ġej:

    Ħong Kong

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

     

    Minn B 3010:

    ethylene

    styrene

    polypropylene

    polyethylene terephthalate

    acrylonitrile

    butadiene

    polyamides

    polybutylene terephthalate

    polycarbonates

    polyphenylene sulphides

    acrylic polymers

    polyurethane (minhajr CFCs)

    polysiloxanes

    polymethyl methacrylate

    polyvinyl alcohol

    polyvinyl butyral

    polyvinyl acetate

    Skart tar-raża jew prodotti ta' kondensazzjoni polimerizzati li jinkludu dawn li ġejjin:

    raża mill-urea formaldehyde

    raża mill-phenol formaldehyde

    raża mill-melamine formaldehyde

    reżina epossidika

    reżina alkidika

    polyamides

    Minn B 3010:

    polyacetals

    polyethers

    alkanes C10-C13 (plastifikant)

    Perfluoroethylene/propylene (FEP)

    Perfluoro alkoxyl alkane

    Tetrafluoroethylene/per fluoro vinyl ether (PFA)

    Tetrafluoroethylene/per fluoro methylvinyl ether (MFA)

    Polyvinylfluoride (PVF)

    Polyvinylidenefluoride (PVDF)”

    (2)

    L-annotazzjoni għall-Indoneżja hi modifikata fir-rigward tal-iskart li ġej:

    L-Indoneżja

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

     

     

    B3010

     

     

     

    B3030

     

     

     

    B3035

     

     

     

    B3130

     

     

     

    Skart ta' plastik solidu

    GH013 391530 Polimeri tal-klorur tal-vinil

    ex 3904 10 —40 ”

    (3)

    Wara l-annotazzjoni għall-Moldova (ir-Repubblika tal-Moldova) tidħol l-annotazzjoni li ġejja:

    Montenegro

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    B3140

     

     

     

    GC010

     

     

     

    GC020

     

     

     

     

    l-iskart l-ieħor kollu mniżżel fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006”

     

     

    (4)

    Wara l-annotazzjoni għall-Marokk tidħol l-annotazzjoni li ġejja:

    In-Nepal

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

     

     

    B3020”

    (5)

    Wara l-annotazzjoni għar-Russja (il-Federazzjoni Russa) tidħol l-annotazzjoni li ġejja:

    Is-Serbja

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

    B1010 – B3020

     

     

    Minn B 3030:

    Ilbies użat u ħwejjeġ oħra milbusa mit-tessuti

    Minn B 3030:

    kull skart ieħor

     

     

     

    B3035

     

     

    B3040

     

     

     

     

    B3050 – B3070

     

     

    B3080

     

     

     

     

    B3090 – B4030

     

     

     

    GB040

     

     

    GC010

     

     

     

    GC020

     

     

     

     

    GC030 – GN030”

     

     

    (6)

    Wara l-annotazzjoni għas-Seychelles tidħol l-annotazzjoni li ġejja:

    Singapore

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

     

     

    B1010

     

     

     

    B1020

     

     

     

    B1150

     

     

     

    B1200

     

     

     

    Minn B2040:

    Fdal minn metall imdewweb mill-produzzjoni tar-ram, stabbilizzat b’mod kimiku, li għandu kontenut għoli ta’ ħadid (’il fuq minn 20 %) u pproċessat skont l-ispeċifikazzjonijiet industrijali (eż. DIN 4301 u DIN 8201) prinċipalment għall-applikazzjonijiet ta' konstruzzjoni u brix

     

     

     

    Minn B3010:

    Skart ta' plastik solidu kemm-il darba mhux imħallat ma' skart ieħor u ppreparat skont ċertu speċifikazzjoni

     

     

     

    Minn B3020:

    Il-materjali li ġejjin, sakemm ma jkunux imħallta bi skart perikoluż:

    Skart u ruttam ta' karti jew ta' kartuna ta':

    karta jew kartun mhux ibbliċjati jew minn karti jew kartun immewġin

    karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn polpa bbliċjata kimikament, mhux ikkuluriti fil-massa

    karti jew kartun magħmul prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b'mod simili)

    oħrajn, li jinkludu kartun laminat iżda mhux limitati għalih biss”

    (7)

    L-annotazzjoni għall-Ukraina tinbidel b’dan li ġej:

    L-Ukraina

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

     

    B1010 għajr għal:

    Ruttam tal-kromju

     

     

     

    B1020 – B1030

     

     

     

    B1040 – B1090

     

     

     

    B1100 għajr għal:

    Fdalijiet minn metall imdewweb mill-ipproċessar tar-ram għal aktar ipproċessar jew raffinar mingħajr arseniku, ċomb jew kadmju sal-punt li juru l-karatteristici ta' perikolu tal-Anness III

     

     

     

    B1120 – B1130

     

     

     

    B1150 – B1240

     

     

     

    B2010 – B2040

     

     

     

    B2060 – B2120

     

     

     

    B3010 għajr għal:

    Tetrafluoroethylene/per fluoro vinyl ether (PFA)

    Tetrafluoroethylene/per fluoro methylvinyl ether (MFA)

     

     

     

    B3020 – B3030

     

     

     

    B3040 – B3060

     

     

     

    B3070 – B3130

     

     

    B3140

     

     

     

     

    B4010 – B4030”

     


    Top