Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0868

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2009 tal- 21 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 02062991 u r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat

    ĠU L 248, 22.9.2009, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/868/oj

    22.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/21


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 868/2009

    tal-21 ta’ Settembru 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 u r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 (2), jeħtieġ li jinħarġu ċertifikati ta’ awtentiċità għal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Arġentina qabel ma jkunu importati fil-Komunità. Il-lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina li għandhom is-setgħa li joħorġu dawn iċ-ċertifikati hija stipulata fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 (3) jistipula li jeħtieġ li jinħarġu ċertifikati ta’ awtentiċità għal-laħam taċ-ċanga u l-vitella qabel ma jkunu importati fil-Komunità. Il-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi li jesportaw li għandhom is-setgħa li joħorġu dawn iċ-ċertifikati hija stipulata fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

    (3)

    L-Arġentina bidlet l-isem tal-awtorità li toħroġ ċ-ċertifikati tal-awtentiċità skont ir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008.

    (4)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (5)

    Sabiex jiġi evitat li l-isem tal-awtorità msemmija fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità maħruġa reċentement ma jikkorrispondix mal-isem tal-awtorità elenkata fir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008 dan ir-Regolament għandu japplika mit-22 ta’ Lulju 2009, id-data li fiha l-Arġentina nnotifikat l-isem il-ġdid lill-Kummissjoni.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 qed jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008 huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mit-22 ta’ Lulju 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Memru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (2)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.

    (3)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.


    ANNESS I

    L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “ANNESS III

    Lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina li għandhom is-setgħa li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità

    Oficina Nacional de Control Comercial Agropecuario (ONCCA):

    għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).”


    ANNESS II

    Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008, l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    Oficina Nacional de Control Comercial Agropecuario (ONCCA):

    għal-laħam li joriġina fl-Arġentina u li huwa skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a).”


    Top