Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0336

    2009/336/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall- Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

    ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0776

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/336/oj

    21.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ April 2009

    li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

    (2009/336/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni 2005/56/KE (2), il-Kummissjoni stabbilixxiet l-Aġenzija Eżekuttiva “Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali” (hawn taħt bl-isem tal-“Aġenzija” u inkarigatha mill-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni tal-awdjoviżiv u tal-kultura.

    (2)

    Wara dan, il-Kummissjoni emendat il-mandat tal-Aġenzija għal diversi drabi, biex testendih għall-ġestjoni tal-proġetti l-ġodda u l-programmi.

    (3)

    Waqt l-emendi l-ġodda, kien hemm lok, għal raġunijiet ta’ ċarezza, li tiġi ssostitwita d-Deċiżjoni 2005/56/KE b’din id-Deċiżjoni.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti l-poter lill-Kummissjoni li tistabbilixxi aġenziji eżekuttivi skont l-istatut ġenerali stabbilit minn dan ir-Regolament u jafdahom b’ċerti inkarigi tal-ġestjoni konnessi ma’ wieħed jew aktar mill-programmi Komunitarji.

    (5)

    Il-ħolqien ta’ aġenzija eżekuttiva għandu l-għan li jgħin lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-attivitajiet u l-ħidmiet ta’ prijoritarji tagħha li ma jistgħux jiġu assenjati lill-entitajiet esterni, mingħajr madankollu ma titlef il-kontroll fuq, jew ir-responsabbiltà aħħarija għall-attivitajiet li jitmexxew mill-aġenziji eżekuttivi.

    (6)

    Il-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ċentralizzati ta’ programmi fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura tikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ proġetti b’natura teknika, li ma jimplikawx teħid ta’ deċiżjoni ta’ natura politika, u jiħtiġilha livell għoli ta’ kompetenza teknika u finanzjarja matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett.

    (7)

    Id-delega lill-aġenzija eżekuttiva tal-inkarigi marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ dawn il-programmi tista’ ssir skont separazzjoni ċara bejn, fuq naħa, il-fażijiet ta’ programmazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, li jiddependu mis-servizzi tal-Kummissjoni, u, fuq in-naħa l-oħra, l-eżekuzzjoni tal-proġetti, li tista’ tiġi fdata lill-aġenzija eżekuttiva.

    (8)

    Il-ħolqien ta’ aġenzija eżekuttiva ma jemendax d-delega tal-Kunsill tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-ġestjoni ta’ ċerti fażijiet ta’ azzjonijiet koperti mid-diversi programmi, lanqas id-delega tal-inkarigi tal-ġestjoni tal-aġenziji nazzjonali għal ċerti programmi.

    (9)

    F’dan ir-rigward, analiżi tar-rapport bejn l-ispejjeż u l-vantaġġi wera li referenza għal aġenzija eżekuttiva għall-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ta’ programmi ċentralizzati fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-kultura tirrappreżenta s-soluzzjoni l-aktar vantaġġuża kemm f’livell finanzjarju kif ukoll f’dak mhux finanzjarju.

    (10)

    Il-programm biex titjieb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jiġi promoss l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) jagħmel parti mill-mandat attwali tal-aġenzija; dan ġie fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u tteħidlu postu, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2013, mill-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013 maħsub biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jippromwovi l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Programm Erasmus Mundus II”).

    (11)

    Il-valutazzjoni esterna mitmuma fi Frar 2009 mill-Kummissjoni wriet li r-referenza għall-Aġenzija kienet l-aħjar soluzzjoni għall-ġestjoni tal-programm Erasmus Mundus II. Għalhekk din il-valutazzjoni rrakkomandat it-tiġdid tal-mandat għall-Aġenzija tal-ġestjoni tal-programm.

    (12)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (3) dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

    (13)

    Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi.

    (14)

    Id-Deċiżjoni 2005/56/KE għandha tiġi revokata,

    TIDDEĊIEDI:

    Artikolu 1

    It-Twaqqif tal-Aġenzija

    1.   B’dan qed tiġi mwaqqfa aġenzija eżekuttiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għall-ġestjoni tal-attività Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura, li l-istatut u r-regoli prinċipali ta’ tħaddim tagħha huma regolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003.

    2.   L-isem tal-aġenzija hu “Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura”.

    Artikolu 2

    Il-lokalità

    L-Aġenzija għandha tkun lokalizzata fi Brussell.

    Artikolu 3

    It-tul ta’ żmien

    “L-Aġenzija hi stabbilita għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015.”

    Artikolu 4

    L-għanijiet u d-dmirijiet

    1.   L-Aġenżija hi responsabbli għall-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ta’ programmi Komunitarji kif qed jingħad hawn taħt:

    (1)

    il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli suxxettibbli li jkunu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet relattivi għall-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (PHARE), previsti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (4);

    (2)

    il-programm ta’ inkuraġġiment għall-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II — Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/563/KE (5);

    (3)

    il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/564/KE (6);

    (4)

    it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-edukazzjoni Socrates (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

    (5)

    it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali Leonardo da Vinci (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/382/KE (8);

    (6)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

    (7)

    il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

    (8)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Ażja Ċentrali (2000-2006), stipulati bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (11);

    (9)

    il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, l-eks Repubblika Federali Jugożlava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 (12);

    (10)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (13);

    (11)

    it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni f’livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (14);

    (12)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/196/KE (15);

    (13)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/197/KE (16);

    (14)

    il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Tqassim u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/821/KE (17);

    (15)

    il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

    (16)

    il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (“tagħlim onlajn”/“e-learning”) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

    (17)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/100/KE (20);

    (18)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi f’livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

    (19)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi f’livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

    (20)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi f’livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

    (21)

    il-programm biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni f’livell għoli u li jħeġġeġ l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

    (22)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/910/KE (25);

    (23)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/964/KE (26);

    (24)

    il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kontinwu “Tagħlim matul il-Ħajja” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (27);

    (25)

    il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

    (26)

    il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (29);

    (27)

    il-programm “Żgħażagħ f’Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (30);

    (28)

    il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (31);

    (29)

    il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 maħsub biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jippromwovi l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32);

    (30)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Ażja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (33);

    (31)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (34);

    (32)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija, maħluq bir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

    (33)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jiġu ffinanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36);

    (34)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (37);

    (35)

    il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli suxxettibbli li jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, bl-applikazzjoni tal-ftehim ta’ partenarjat bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/159/KE (38)), kif emendat bil-ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/599/KE (39)).

    2.   Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tas-sezzjonijiet tal-programmi Komunitarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija se tkun responsabbli mill-inkarigi li ġejjin:

    (a)

    il-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti bħala eżekuzzjoni tal-programmi Komunitarji li jiġu fdati lilha, abbażi tal-programm ta’ ħidma annwali li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament fil-qasam tas-sussidji u tal-kuntratti fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura adottat mill-Kummissjoni jew abbażi tad-deċiżjonijiet speċifiċi ta’ finanzjament meħudin mill-Kummissjoni, kif ukoll tal-kontrolli neċessarji għal dan l-effett, billi jiġu adottati d-deċiżjonijiet rilevanti, bl-applikazzjoni tad-delega tal-Kummissjoni;

    (b)

    l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tad-dħul u tan-nefqa u l-implimentazzjoni, fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa li tagħmel dan, ta’ parti mill-operazzjonijiet għall-ġestjoni tal-programmi Komunitarji jew tagħhom kollha, fosthom dawk marbuta mal-għoti tas-sussidji u l-kuntratti;

    (ċ)

    il-ġabra, l-analiżi u t-trasferiment lill-Kummissjoni tat-tagħrif kollu meħtieġ bħala gwida għall-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji;

    (d)

    l-implimentazzjoni, fil-livell Komunitarju, tan-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) għall-ġabra, l-analiżi u t-tixrid tat-taħriġ kif ukoll il-produzzjoni tal-istudji u l-pubblikazzjonijiet.

    3.   L-aġenzija tista’ titqabbad mill-Kummissjoni, wara l-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi, biex teżegwixxi inkarigi simili għall-programmi Komunitarji oħrajn fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

    4.   Id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tiddelega tiddefinixxi fid-dettall l-inkarigi kollha mogħtija lill-aġenzija u din tiġi adattata skont l-inkarigi addizzjonali li jistgħu jingħataw lill-aġenżija. Għandha tintbagħat, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lill-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi.

    Artikolu 5

    Struttura organizzattiva

    1.   L-Aġenzija għandha tiġi mmexxija minn Kumitat ta’ Ġestjoni u minn Direttur maħtura mill-Kummissjoni.

    2.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.

    3.   Id-Direttur jinħatar, fil-prinċipju, għal perjodu ta’ erba’ snin. It-tul ta’ żmien tal-mandat tiegħu jikkunsidra t-tul ta’ żmien previst għall-eżekuzzjoni tal-programmi Komunitarji li l-ġestjoni tagħhom tingħata lill-Aġenżija.

    Artikolu 6

    Sussidju

    Mingħajr ħsara għal dħul ieħor, l-Aġenzija għandha tirċievi, għall-finanzjament tagħha, sussidju mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll riżorsi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Dan is-sussidju u dawn ir-riżorsi jitnaqqsu mill-allokazzjoni finanzjarja tal-programmi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 4(1), u, jekk meħtieġ, minn programmi Komunitarji oħra li l-implimentazzjoni tagħhom hu fdat lill-Aġenzija skont l-Artikolu 4(3).

    Artikolu 7

    Superviżjoni u rapportaġġ

    L-Aġenzija se tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi li għalihom hi responsabbli, bi qbil mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.

    Artikolu 8

    Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

    L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004.

    Artikolu 9

    Revoka

    Id-Deċiżjoni 2005/56/KE hi revokata.

    Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

    Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Ján FIGEĽ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 305.

    (3)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 21.

    (4)  ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11.

    (5)  ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25.

    (6)  ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33.

    (7)  ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1.

    (8)  ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33.

    (9)  ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1.

    (10)  ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1.

    (11)  ĠU L 12, 18.1.2000, p. 1.

    (12)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1.

    (13)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1.

    (14)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 30.

    (15)  ĠU L 71, 13.3.2001, p. 7.

    (16)  ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15.

    (17)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82.

    (18)  ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.

    (19)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 9.

    (20)  ĠU L 30, 4.2.2004, p. 6.

    (21)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 24.

    (22)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31.

    (23)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40.

    (24)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 1.

    (25)  ĠU L 346, 9.12.2006, p. 33. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 349.

    (26)  ĠU L 397, 30.12.2006, p. 14.

    (27)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

    (28)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

    (29)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

    (30)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

    (31)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

    (32)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83.

    (33)  ĠU L 52, 27.2.1992, p. 1.

    (34)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

    (35)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

    (36)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

    (37)  ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 29, 3.2.2007, p. 16.

    (38)  ĠU L 65, 8.3.2003, p. 27.

    (39)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 32.


    Top