Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0332

    2009/332/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra

    ĠU L 107, 28.4.2009, p. 165–165 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/332/oj

    Related international agreement

    28.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 107/165


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Frar 2009

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra

    (2009/332/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni mogħtija mill-Kunsill permezz tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea, fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Ġunju 2006, soġġett għal konklużjoni tiegħu.

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet kummerċjali li hemm fil-Ftehim huma ta’ natura eċċezzjonali konnessi mal-politika implimentata fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u ma jikkostitwixxu, għall-Unjoni Ewropea, ebda preċedent fil-politika kummerċjali tal-Komunità fir-rigward ta’ pajjiżi terzi minbarra dawk tal-Balkani tal-Punent.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “Il-Ftehim”), l-Annessi u l-Protokolli annessi magħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Att Finali, huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    2.   It-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1.   Il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fi ħdan il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni meta dan tal-aħħar jingħata s-setgħa biex jaġixxi mill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun determinat mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew fejn xieraq, mill-Kummissjoni, kull wieħed skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati.

    2.   Il-President tal-Kunsill għandu, skont l-Artikolu 117(4) tal-Ftehim, jippresiedi fuq il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi fuq il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

    3.   Id-deċiżjoni għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal–Unjoni Ewropea għandha tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna(i) li għandhom is-setgħa, f’isem il-Komunità Ewropea, li jiddepożitaw l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 135 tal-Ftehim. Il-President tal-Kummissjoni għandu jiddepożita l-att ta’ approvazzjoni msemmi, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. LANGER

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    L-ATT FINALI

    Il-Plenipotenzjarji ta’:

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

    IR-RENJU TAL-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ,

    Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    li minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “Stati Membri”, u

    L-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

    li minn hawn ‘il quddiem se jissejħu l-“Komunità”,

    fuq naħa waħda, u

    l-Plenipotenzjarji tar-REPUBBLIKA tal-ALBANIJA,

    fuq in-naħa l-oħra,

    li jiltaqgħu fil-Lussemburgu fit-tnax-il jum ta’ Ġunju fis-sena 2006 għall-iffirmar tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija fuq in-naħa l-oħra, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehom”, adottaw it-testi li ġejjin:

    il-Ftehim u,l-Annessi tiegħu, partikolarment I sa V:

     

    L-Anness I – Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti industrijali tal-Komunità

     

    L-Anness II(a) – Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti primarji agrikoli li joriġinaw fil-Komunità (imsemmija fl-Artikolu 27(3)(a))

     

    L-Anness II(b) – Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti primarji agrikoli li joriġinaw fil-Komunità (imsemmija fl-Artikolu 27(3)(b))

     

    L-Anness II(ċ) – Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti primarji agrikoli li joriġinaw fil-Komunità (imsemmija fl-Artikolu 27(3)(ċ))

     

    L-Anness III – Il-konċessjonijiet tal-Komunità għall-prodotti tal-industriji tas-sajd Albaniżi

     

    L-Anness IV – It-twaqqif (ta’ kumpaniji): Is-servizzi finanzjarji

     

    L-Anness V – Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali

    u dawn il-Protokolli:

     

    Protokoll 1 dwar il-prodotti tal-ħadid u tal-azzar

     

    Protokoll 2 dwar il-kummerċ bejn l-Albanija u l-Komunità fis-settur tal-prodotti agrikoli pproċessati

     

    Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, ix-xorb alkoħoliku u l-inbejjed aromatizzati

     

    Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

     

    Protokoll 5 dwar it-trasport bl-art

     

    Protokoll 6 dwar għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali

    Il-Plenipotenzjarji tal-Istati membri u tal-Komunità u l-Plenipotenzjarji tar-Repubblika tal-Albanija adottaw id-Dikjarazzjonijiet Konġunti li ġejjin elenkati hawn taħt u annessi ma’ dan l-Att Finali:

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikoli 22 u 29 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 41 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 46 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 48 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 61 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 73 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 80 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 126 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar il-migrazzjoni legali, il-moviment ħieles u d-drittijiet tal-ħaddiema

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar il-Prinċipalità ta’ Andorra fir-rigward tal-Protokoll 4 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Repubblika ta’ San Marino fir-rigward tal-Protokoll 4 tal-Ftehim

     

    Dikjarazzjoni konġunta dwar il-Protokoll 5 tal-Ftehim

    Il-Plenipotenzjarji tar-Repubblika tal-Albanija ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mill-Komunità elenkata hawn taħt u annessa ma’ dan l-Att Finali:

    Dikjarazzjoni mill-Komunità dwar il-miżuri kummerċjali eċċezzjonali mogħtija mill-Komunità fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000.

    Hecho en Luxemburgo, el doce de junio de dos mil seis.

    V Luxemburku, dne dvanáctého června dva tisíce šest.

    Udfærdiget i Luxembourg den tolvte juni to tusind og seks.

    Geschehen zu Luxemburg am zwölften Juni zweitausendsechs.

    Kahe tuhande kuuenda aasta juunikuu kaheteistkümnendal päeval Luxembourgis.

    Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις δώδεκα Ιουνίου δύο χιλιάδες έξι.

    Done at Luxembourg on the twelfth day of June in the year two thousand and six.

    Fait à Lussemburgo, le douze juin deux mille six.

    Fatto a Lussemburgo, addì dodici giugno duemilasei.

    Luksemburgā, divtūkstoš sestă gada divpadsmitajā jūnijā.

    Priimta du tūkstančiai šeštų metų birželio dvyliktą dieną Liuksemburge.

    Kelt Luxembourgban, a kettőezer hatodik év június tizenkettedik napján.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-tnax jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u sitta.

    Gedaan te Luxemburg, de twaalfde juni tweeduizend zes.

    Sporządzono w Luksemburgu dnia dwunastego czerwca roku dwa tysiące szóstego.

    Feito em Luxemburgo, em doze de Junho de dois mil e seis.

    V Luxemburgu dňa dvanásteho júna dvetisícšesť.

    V Luxembourgu, dvanajstega junija leta dva tisoč šest.

    Tehty Luxemburgissa kahdentenatoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakuusi.

    Som skedde i Luxemburg den tolfe juni tjugohundrasex.

    Bërë në Luksemburg në datë dymbëdhjetë qershor të vitit dymijë e gjasthtë.

    Pour le Royaume de Belgique

    Voor het Koninkrijk België

    Für das Königreich Belgien

    Image

    Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

    Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

    Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

    Za Českou republiku

    Image

    På Kongeriget Danmarks vegne

    Image

    Für die Bundesrepublik Deutschland

    Image

    Eesti Vabariigi nimel

    Image

    Για την Ελληνική Δημοκρατία

    Image

    Por el Reino de España

    Image

    Pour la Republique française

    Image

    Thar cheann Na hÉireann

    For Ireland

    Image

    Per la Repubblica italiana

    Image

    Για την Κυπριακή Δημοκρατία

    Image

    Latvijas Republikas vārdā

    Image

    Lietuvos Respublikos vardu

    Image

    Pour le Grand-Duché de Luxembourg

    Image

    A Magyar Köztársaság részéről

    Image

    Għar-Repubblika ta' Malta

    Image

    Voor het Koninkrijk der Nederlanden

    Image

    Für die Republik Österreich

    Image

    W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

    Image

    Pela República Portuguesa

    Image

    Za Republiko Slovenijo

    Image

    Za Slovenskú republiku

    Image

    Suomen tasavallan puolesta

    För Republiken Finland

    Image

    För Konungariket Sverige

    Image

    For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

    Image

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropski skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Image

    Image

    Për Republikën e Shqipërisë

    Image

    ID-DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 22 U 29

    Il-Partijiet jiddikjaraw li fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 22 u 29, fil-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, se jeżaminaw l-impatt ta’ kwalunkwe Ftehim preferenzjali li ġie nnegozjat mill-Albanija ma’ pajjiżi terzi (ħlief għall-pajjiżi li huma koperti mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE u għal pajjiżi oħra fil-qrib li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni Ewropea). Dan l-eżami se jaħseb għall-aġġustament tal-konċessjonijiet Albaniżi lill-Komunità jekk l-Albanija kellha toffri konċessjonijiet li huma ferm aħjar lil dawn il-pajjiżi.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 41 TAL-FTEHIM

    1.

    Il-Komunità tiddikjara li hija lesta li teżamina fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni tal-Albanija fil-kumulazzjoni djagonali tar-regoli ta’ oriġini ladarba jkunu ġew stabbiliti l-kondizzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali kif ukoll kondizzjonijiet rilevanti oħra sabiex tingħata kumulazzjoni djagonali.

    2.

    B’dan f’moħħha, l-Albanija tiddikjara li hija lesta li tistabbilixxi żoni ta’ kummerċ ħieles ma’, b’mod partikolari, il-pajjiżi l-oħra li huma koperti mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 46 TAL-FTEHIM

    Huwa mifhum li l-idea ta’ “tfal” hija ddefinita skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ospitanti konċernat.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 48 TAL-FTEHIM

    Huwa mifhum li l-idea ta’ “membri tal-familja tagħhom” hija ddefinita skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ospitant konċernat.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 61 TAL-FTEHIM

    Il-Partijiet jaqblu li d-disposizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Artikolu 61 m’għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprevjenu restrizzjonijiet proporzjonali u mhux diskriminatorji għall-akkwist ta’ beni immobbli bbażati fuq interess ġenerali, u lanqas m’għandhom jaffetwaw b’mod ieħor ir-regoli tal-Partijiet li jikkontrollaw is-sistema ta’ pussess tal-proprjetà, ħlief kif inhu speċifikatament stabbilit hemmhekk.

    Huwa mifhum li l-akkwist ta’ beni immobbli min-naħa taċ-ċittadini Albaniżi huwa permess fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont il-liġi Komunitarja applikabbli, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet speċifiċi li huma permessi hemmhekk u li jkunu applikati skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 73 TAL-FTEHIM

    Il-Partijiet jaqblu li għall-fini tal-Ftehim, il-proprjetà intellewali, industrijali u kummerċjali tinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-awtur, li jinkludi d-dritt tal-awtur tal-programmi tal-kompjuter, u drittijiet ta’ qrubija, id-drittijiet relatati mad-databases, mal-brevetti, mad-disinji industrijali, mat-trademarks u mal-marki ta’ servizz, mat-topografiji taċ-ċirkwiti integrati u indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet tal-oriġini, kif ukoll il-ħarsien minn kompetizzjoni mhux ġusta kif tissemma fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Ħarsien tal-Proprjetà Industrijali u l-ħarsien ta’ tagħrif sigriet dwar l-għarfien.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 80 TAL-FTEHIM

    Il-Partijiet huma konxji mill-importanza li l-poplu u l-Gvern tal-Albanija jagħtu lill-perspettiva tal-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viżi. Sadanittant, il-progress huwa dipendenti milli l-Albanija timplimenta riformi ewlenija f’oqsma bħat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-migrazzjoni illegali, u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tagħha fil-kontroll tal-fruntieri u fis-sikurezza tad-dokumenti.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 126 TAL-FTEHIM

    1.

    Għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni prattika tal-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li l-każi ta’ urġenza speċjali li jissemmew fl-Artikolu 126 tal-Ftehim ifissru każi fejn hemm ksur materjali tal-Ftehim minn Parti waħda jew mit-tnejn li huma. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti:

    fiċ-ċaħda tal-Ftehim li ma tkunx konformi mar-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali u

    fi vjolazzjoni tal-elementi essenzjali tal-Ftehim stabbiliti fl-Artikolu 2.

    2.

    Il-Partijiet jaqblu li l-“miżuri xierqa” li jissemmew fl-Artikolu 126 huma miżuri li ttieħdu skont il-liġi internazzjonali. Jekk Parti tieħu miżura f’każ ta’ urġenza speċjali skont l-Artikolu 126, il-Parti l-oħra tista’ tagħmel użu mill-proċedura biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-MIGRAZZJONI LEGALI, IL-LIBERTÀ TA’ MOVIMENT U D-DRITTIJIET TA’ ĦADDIEMA

    L-għoti ta’ tiġdid u rifjut ta’ permess ta’ residenza huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru u l-Ftehim u l-Konvenzjonijiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Albanija u l-Istat Membru.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-PRINĊIPALITÀ TA’ ANDORRA FIR-RIGWARD TAL-PROTOKOLL 4 TAL-FTEHIM

    1.

    Prodotti li joriġinaw fil-Prinċipalità ta’ Andorra li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 25 sa 97 tas-Sistema Armonizzata se jkunu aċċettati mill-Albanija bħala li joriġinaw fil-Komunità fis-sens tat-tifsira ta’ dan il-Ftehim.

    2.

    Il-Protokoll 4 se japplika mutatis mutandis għall-għan ta’ definizzjoni tal-istatus oriġinarju tal-prodotti msemmija hawn fuq.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-REPUBBLIKA TA’ SAN MARINO FIR-RIGWARD TAL-PROTOKOLL 4 TAL-FTEHIM

    1.

    Prodotti li joriġinaw fir-Repubblika ta’ San Marino se jkunu aċċettati mill-Albanija bħala oriġinarji fil-Komunità fis-sens tat-tifsira ta’ dan il-Ftehim.

    2.

    Il-Protokoll 4 se japplika mutatis mutandis għall-għan ta’ definizzjoni tal-istatus oriġinarju tal-prodotti msemmija hawn fuq.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-PROTOKOLL 5 TAL-FTEHIM

    1.

    Il-Komunità u l-Albanija jieħdu nota li l-livelli ta’ emissjonijiet tal-gassijiet u tal-istorbju li huma aċċettati bħalissa fil-Komunità għall-iskopijiet tal-approvar tat-tip ta’ vetturi tqal tal-merkanzija mill-1.1.2001 (1) huma kif ġej:

     

    Valuri tal-limitu mkejla fuq it-test taċ-Ċiklu Ewropew Stabbilizzat (ESC) u t-test tar-Rispons Ewropew għat-Tagħbija (ELR):

     

     

    Massa ta’ monossidu tal-karbonju

    Massa ta’ idrokarbonji

    Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

    Massa tal-partikoli

    Duħħan

     

     

    (CO) g/kWh

    (HC) g/kWh

    (NOx) g/kWh

    (PT) g/kWh

    m-1

    Ringiela A

    Euro III

    2,1

    0,66

    5,0

    0.10

    0,13 (a)

    0,8

    (a)

    Għal magni li għandhom swept volume ta’ anqas minn 0,75dm3 għal kull ċilindru u forza ta’ veloċità evalwata ta’ aktar minn 3 000 min-1

     

    Valuri tal-limitu mkejla fuq iċ-Ċiklu Transitorju Ewropew (ĊTE):

     

     

    Massa ta’ monossidu tal-karbonju

    Massa ta’ idrokarbonji mhux tal-metanu

    Massa ta’ metanu

    Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

    Massa tal-partikoli

     

     

    (CO) g/kWh

    (NMHC)

    g/kWh

    (CH4)

    (b)

    g/kWh

    (NOx)

    g/kWh

    (PT)

    (c)

    g/kWh

    Ringiela A

    Euro III

    5,45

    0,78

    1,6

    5,0

    0.16

    0,21 (a)

    (a)

    Għal magni li għandhom swept volume ta’ anqas minn 0,75dm3 għal kull ċilindru u forza ta’ veloċità evalwata ta’ aktar minn 3 000 min-1

    (b)

    Għal magni li jaħdmu bil-gass naturali, biss.

    (c)

    Mhux applikabbli għal magni li jaħdmu bil-gass.

    2.

    Fil-futur, il-Komunità u l-Albanija għandhom ifittxu li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur permezz tal-użu tal-aħħar teknoloġija tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi flimkien ma’ kwalità mtejba ta’ fjuwil għall-vetturi.


    (1)  Direttiva 1999/96/KE tat-13 ta’ Diċembru 1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ pollutanti li fihom il-gass jew il-partiċelli minn magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni għall-użu f’vetturi u l-emissjoni ta’ pollutanti li fihom gass minn magni ta’ tqabbid positiv li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass taż-żejt mhux raffinat f’forma likwida għall-użu f’vetturi.

    DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ

    Dikjarazzjoni mill-Komunità dwar il-miżuri kummerċjali eċċezzjonali mogħtija mill-Komunità abbażi tar-Regolement (KE) Nru 2007/2000

    Meta jitqiesu l-miżuri kummerċjali eċċezzjonali li ngħataw mill-Komunità lil pajjiżi li qed jipparteċipaw jew li huma marbuta mal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE, fost l-oħrajn l-Albanija, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li qed jipparteċipaw jew li huma marbuta mal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (1), il-Komunità Ewropea tiddikjara:

    li, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 30 tal-Ftehim, se japplikaw dawk mill-miżuri ta’ kummerċ awtonomu unilaterali li huma aktar favorevoli minbarra l-konċessjonijiet ta’ kummerċ kuntrattwali offruti mill-Komunità f’dan il-Ftehim sakemm japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 kif inhu emendat;

    li, b’mod partikolari, għall-prodotti li huma koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda, fejn it-Tariffa Doganali Komuni tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali ad valorem u dazju doganali speċifiku, it-tnaqqis se japplika wkoll għad-dazju doganali speċifiku b’deroga mid-disposizzjoni rilevanti tal-Artikolu 27(1) tal-Ftehim.


    (1)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.


    Top

    28.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 107/166


    IL-FTEHIM TA’ STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI

    bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

    IR-RENJU TAL-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ,

    Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu “Stati Membri”, u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn hawn ’il quddiem il-“Komunità”,

    fuq naħa waħda, u

    IR-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA, minn hawn ’il quddiem l-“Albanija”,

    fuq in-naħa l-oħra,

    META JISTIESU r-rabtiet qawwija li hemm bejn il-Partijiet u l-valuri li jaqsmu, ix-xewqa tagħhom li jsaħħu dawk ir-rabtiet u jistabbilixxu relazzjoni mill-qrib u dejjiema li hija bbażata fuq reċiproċità u interess komuni, li għandhom jippermettu lill-Albanija ssaħħaħ u testendi aktar ir-relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha – li ġew stabbiliti qabel mal-Komunità permezz tal-Ftehim dwar in-Negozju u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika tal-1992;

    META TITQIES l-importanza ta’ dan il-Ftehim fil-qafas tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa, fit-twaqqif u fil-konsolidament ta’ ordni Ewropew stabbli li huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni, li tiegħu l-Unjoni Ewropea hija appoġġ ewlieni, kif ukoll fil-qafas tal-Patt ta’ Stabilizzazzjoni;

    META JITQIES l-impenn tal-Partijiet sabiex jikkontribwixxu bil-mezzi kollha għall-istabilizzazzjoni politika, ekonomika u istituzzjonali fl-Albanija kif ukoll fir-reġjun, permezz tal-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-demokratizzazzjoni, il-bini tal-istituzzjonijiet u r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, l-integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali u kooperazzjoni ekonomika mtejba, kif ukoll permezz ta’ kooperazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, l-aktar fil-ġustizzja u fl-affarijiet interni, u t-tisħiħ tas-sigurtà nazzjonali u reġjonali;

    META JITQIES l-impenn tal-Partijiet sabiex jiżdiedu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi bħala l-bażi tassew ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll l-impenn tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali, u l-prinċipji demokratiċi permezz ta’ sistema b’bosta partiti u b’elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

    META JITQIES l-impenn tal-Partijiet għall-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet kollha tal-Karta tan-NU, tal-OSCE, prinċipalment dawk tal-Att ta’ Ħelsinki, id-dokumenti konklużivi tal-Konferenzi ta’ Madrid u ta’ Vjenna, il-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida, u tal-Patt ta’ Stabbiltà għax-Xlokk tal-Ewropa, sabiex jikkontribwixxu għall-istabbiltà reġjonali u għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-reġjun;

    META JITQIES l-impenn tal-Partijiet għall-prinċipji ta’ ekonomija ta’ suq ħieles u li l-Komunità hija lesta li tikkontribwixxi għar-riformi ekonomiċi fl-Albanija;

    META JITQIES l-impenn tal-Partijiet għal kummerċ ħieles, skont id-drittijiet u mal-obbligi li jirriżultaw mill-WTO;

    META TITQIES ix-xewqa tal-Partijiet li jkomplu jiżviluppaw djalogu politiku regolari fuq kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali ta’ interess reċiproku, li jinkludu aspetti reġjonali, billi titqies il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea;

    META JITQIES l-impenn tal-Partijiet li jiġġiedlu l-kriminalità organizzata u jsaħħu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq il-bażi tad-Dikjarazzjoni maħruġa mill-Konferenza Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2001;

    KONVINTI li dan il-Ftehim se joħloq klima ġdid għar-relazzjonijiet ekonomiċi ta’ bejniethom u, fuq kollox, għall-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment, fatturi li huma kruċjali għar-ristrutturar ekonomiku u għall-modernizzazzjoni;

    FILWAQT li jżommu f’moħħhom l-impenn min-naħa tal-Albanija li tapprossimizza l-leġislazzjoni tagħha fis-setturi rilevanti għal dik tal-Komunità, u li timplimentaha b’mod effettiv;

    FILWAQT li jitqies li l-Komunità hija lesta li tipprovdi appoġġ deċiżiv għall-implimentazzjoni tar-riforma u li tuża l-istrumenti kollha ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza teknika, finanzjarja u ekonomika li huma disponibbli fuq bażi multiannwali indikattiva u komprensiva għal dan l-isforz;

    FILWAQT li jiġi kkonfermat li d-dispożizzjonidispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Komunità Ewropea, sakemm ir-Renju Unit jew l-Irlanda (skont kif ikun il-każ) jinnotifika/tinnotifika lill-Albanija li sar/saret marbut/a bħala parti mill-Komunità Ewropea skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka, skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka li ġie anness ma’ dawk it-Trattati;

    FILWAQT li wieħed ifakkar li s-Summit ta’ Żagreb, li sejjaħ għal konsolidament akbar tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ kooperazzjoni reġjonali mtejba;

    FILWAQT li wieħed ifakkar li s-Summit ta’ Thessaloniki rrinforza l-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bħala l-qafas politiku għar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi tal-Punent tal-Balkani u enfasizza l-prospettiva tal-integrazzjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-progress fir-riformi u l-mertu individwali tagħhom;

    FILWAQT li wieħed ifakkar il-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni u l-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ, li kien iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2001, li permezz tiegħu l-Albanija, flimkien ma’ pajjiżi oħra tar-reġjun, impenjat ruħha li tinnegozja netwerk ta’ Ftehim bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles sabiex ittejjeb il-ħila tar-reġjun li jiġbed l-investimenti u l-prospetti tal-integrazzjoni tiegħu fl-ekonomija globali;

    FILWAQT li wieħed ifakkar li l-Unjoni Ewropa hija lesta li tintegra kemm jista’ jkun possibbli lill-Albanija fil-kuntest politiku u ekonomiku ewlieni tal-Ewropa u l-istatus tagħha bħala kandidat potenzjali għal sħubija fl-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t-twettiq tal-kriterji ddefiniti mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju tal-1993, bla ħsara għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ dan il-Ftehim, prinċipalment dwar il-kooperazzjoni reġjonali,

    QABLU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   B’dan ġiet stabbilita Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra.

    2.   L-għanijiet ta’ din l-Assoċjazzjoni huma li:

    ikunu appoġġjati l-isforzi tal-Albanija biex issaħħaħ id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

    ikun hemm kontribut għall-istabbiltà politika, ekonomika u istituzzjonali fl-Albanija, kif ukoll għall-istabilizzazzjoni tar-reġjun;

    ikun provdut qafas xieraq għad-djalogu politiku, li jħalli l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet politiċi mill-qrib bejn il-Partijiet;

    ikunu appoġġjati l-isforzi tal-Albanija sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni ekonomika u internazzjonali, anki permezz tal-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tagħha għal dik tal-Komunità;

    ikunu appoġġjati l-isforzi tal-Albanija sabiex tkun ikkompletata t-transizzjonijet f’ekonomija tas-suq li taħdem, ikunu inkoraġġiti relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi u tkun żviluppata żona ta’ kummerċ ħieles bejn il-Komunità u l-Albanija;

    titrawwem kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma kollha li huma koperti minn dan il-Ftehim.

    IT-TITOLU I

    IL-PRINĊIPJI ĠENERALI

    Artikolu 2

    Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u għad-drittijiet tal-bniedem kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u kif inhu ddefinit fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fl-Att Finali ta’ Ħelsinki u fil-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida, ir-rispett għall-prinċipji tal-liġi internazzjonali u għall-istat tad-dritt kif ukoll il-prinċipji ta’ ekonomija tas-suq kif rifless fid-Dokument tal-Konferenza ta’ Bonn tas-CSCE dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika għandhom jifformaw il-bażi tal-politika domestika u dik barranija tal-Partijiet u għandhom ikunu elementi essenzjali ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 3

    Il-paċi u l-istabbiltà internazzjonali u reġjonali u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba tal-viċinat huma ċentrali għall-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li jissemma fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Ġunju 1999. Il-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jidħlu fil-qafas tal-konlużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 1997, u huma bbażati fuq il-merti individwali tal-Albanija.

    Artikolu 4

    L-Albanja timpenja ruħha li tkompli u trawwem kooperazzjoni u relazzjonijiet tajba tal-viċinat mal-pajjiżi l-oħra tar-reġjun, li jinkludi livell xieraq ta’ konċessjonijiet reċiproċi li għandhom x’jaqsmu mal-moviment tal-persuni, tal-prodotti, tal-kapital u tas-servizzi kif ukoll l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni, prinċipalment dawk li huma relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, il-migrazzjoni u t-traffikar illegali, inkluż b’mod partikolari fil-bnedmin u fid-drogi illegali. Dan l-impenn jikkostitwixxi fattur essenzjali fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet u fil-kooperazzjoni bejn il-Partijiet u b’hekk jikkontribwixxi għall-istabbiltà tar-reġjun.

    Artikolu 5

    Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza li huma jagħtu lill-ġlieda kontra t-terroriżmu u lill-implimentazzjoni ta’ obbligi internazzjonali f’dan il-qasam.

    Artikolu 6

    L-Assoċjazzjoni għandha tkun implimentata progressivament u għandha titwettaq għal kollox tul perijodu transitorju ta’ mhux aktar minn għaxar snin, maqsuma f’żewġ stadji suċċessivi.

    Iż-żewġ stadji m’għandhomx japplikaw għat-Titolu IV, li għalih ġiet stabbilita skeda speċifika taħt dak it-Titolu.

    L-għan ta’ din id-diviżjoni fi stadji suċċessivi huwa biex issir reviżjoni ta’ nofs it-terminu bir-reqqa tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Fil-qasam tal-approssimazzjoni legali u tal-infurzar tal-liġi, l-għan għandu jkun biex, fl-ewwel stadju, l-Albanija tikkonċentra fuq l-elementi fundamentali tal-acquis, b’livelli ta’ referenzi speċifiċi, kif inhu deskritt taħt it-Titolu VI.

    Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li ġie stabbilit skont l-Artikolu 116 għandu jeżamina b’mod regolari l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u t-twettiq min-naħa tal-Albanija tar-riformi legali, amministrattivi, istituzzjonali u ekonomiċi fid-dawl tal-Preambolu u skont il-prinċipji ġenerali li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim.

    L-ewwel stadju għandu jibda mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Matul il-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jevalwa l-progress li sar min-naħa tal-Albanija u għandu jiddeċiedi jekk il-progress kienx biżżejjed biex tgħaddi għat-tieni fażi sabiextinkiseb Assoċjazzjoni sħiħa. Għandu wkoll jiddeċiedi dwar kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li titqies neċessarja sabiex ikun irregolat it-tieni stadju.

    Artikolu 7

    Dan il-Ftehim għandu jkun għal kollox kompatibbli ma’ u għandu jiġi implimentati b’mod li jkun konsisteni mad-dispożizzjonidispożizzjonijiet rilevanti tal-WTO, b’mod partikolari l-Artikolu XXIV tal-GATT tal-1994 u tal-Artikolu V tal-GATS.

    IT-TITOLU II

    ID-DJALOGU POLITIKU

    Artikolu 8

    1.   Id-djalogu politiku bejn il-Partijiet għandu jkun żviluppat aktar fi ħdan il-kuntest ta’ dan il-Ftehim. Għandu jakkumpanja u jikkonsolida t-tqarrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Albanija u għandu jikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ rabtiet mill-qrib ta’ solidarjetà u ta’ forom ġodda ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet.

    2.   Id-djalogu politiku huwa maħsub biex b’mod partikolari jinkoraġġixxi:

    l-integrazzjoni sħiħa tal-Albanija fil-komunità ta’ nazzjonijiet demokratiċi u t-tqarrib gradwali lejn l-Unjoni Ewropea;

    konverġenza li tiżdied fil-pożizzjonijiet tal-Partijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali, anki permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni kif ikun xieraq u, b’mod partikolari, dwar dawk il-kwistjonijiet li huwa probabbli li jkollhom effetti sostanzjali fuq il-Partijiet;

    il-kooperazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba ta’ viċinat;

    ftehim komuni dwar is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa, li jinkludu kooperazzjoni fl-oqsma li huma koperti mill-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea.

    3.   Il-Partijiet iqisu li l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u l-mezzi biex dawn jiġu kkonsenjati, kemm lil atturi Statali kif ukoll lil atturi li mhumiex Statali, tirrappreżenta waħda mill-perikli l-aktar serji lill-istabbiltà u lis-sigurtà internazzjonali. Il-Partijiet għalhekk jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu sabiex jeħduha kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u l-mezzi biex dawn jiġu kkonsenjati permezz ta’ konformità sħiħa ma’ u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-obbligi eżistenti tagħhom taħt it-Trattati u l-Ftehim dwar id-diżarm internazzjonali u n-nuqqas ta’ proliferazzjoni u taħt obbligi internazzjonali oħra li huma rilevanti. Il-Partijiet jaqblu li din id-dispożizzjonidispożizzjoni hija element essenzjali ta’ dan il-Ftehim u għandu jkun parti mid-djalogu politiku li se jakkumpanja u għandu jikkonsolida dawn l-elementi.

    Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u l-mezzi biex dawn jiġu kkonsenjati billi:

    jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jaderixxu għal, kif ikun xieraq, u jimplimentaw b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali l-oħra kollha li huma rilevanti;

    it-twaqqif ta’ sistema effettiva ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni nazzjonali, jiġu kkontrollati l-esportazzjoni kif ukoll it-transitu tal-prodotti li huma relatati mal-WMD, fost l-oħrajn il-kontroll tal-użu aħħari mal-WMD fuq it-teknoloġiji b’użu doppju u li jinkludu sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni.

    Id-djalogu politiku dwar din il-kwistjoni jista’ jsir fuq bażi reġjonali.

    Artikolu 9

    1.   Id-djalogu politiku għandu jsir fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li għandu jkollu r-responsabbiltà ġenerali għal kwalunkwe kwistjoni li l-Partijiet jista’ jkollhom ix-xewqa li jressqu quddiemu.

    2.   Fuq it-talba tal-Partijiet, id-djalogu politiku jista’ jsir ukoll f’dawn il-formati:

    li ġejjin: laqgħat, fejn ikun hemm il-ħtieġa, ta’ uffiċjali anzjani li jirrappreżentaw lill-Albanija, fuq naħa waħda, u lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni, fuq in-naħa l-oħra;

    billi jittieħed vantaġġ sħiħ mill-kanali diplomatiċi kollha bejn il-Partijiet, li jinkludu l-kuntatti xierqa f’pajjiżi terzi u fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, l-OSCE, il-Kunsill tal-Ewropa u fora internazzjonali oħra;

    kwalunkwe mezz ieħor li jista’ jagħti kontribut utli lill-konsolidament, lill-iżvilupp u lill-inkoraġġiment ta’ dan id-djalogu.

    Artikolu 10

    Id-djalogu politiku fuq livell parlamentari għandu jsir fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li ġie stabbilit taħt l-Artikolu 122.

    Artikolu 11

    Id-djalogu politiku jista’ jsir fi ħdan qafas multilaterali, u bħala djalogu reġjonali li jinkludi pajjiżi oħra tar-reġjun.

    IT-TITOLU III

    IL-KOOPERAZZJONI REĠJONALI

    Artikolu 12

    Skont l-impenn tagħha għall-paċi u għall-istabbiltà internazzjonali u reġjonali, u għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba tal-viċinat, l-Albanija għandha tinkoraġġixxi b’mod attiv il-kooperazzjoni reġjonali. Il-programmi ta’ assistenza tal-Komunità jistgħu jagħtu appoġġ lil proġetti li jkollhom dimensjoni reġjonali jew transkonfinali permezz tal-programmi ta’ assistenza teknika tagħha.

    Kull meta l-Albanija tipprevedi li se tirrinforza l-kooperazzjoni tagħha ma’ wieħed mill-pajjiżi li jissemmew fl-Artikoli 13, 14 u 15, għandha tinforma u tikkonsulta lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu X.

    L-Albanija għandha tirrevedi l-Ftehim bilaterali eżistenti mal-pajjiżi kollha rilevanti, jew tikkonkludi oħrajn ġodda, sabiex tiżgura li jkunu kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni u l-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ li ġie ffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2001.

    Artikolu 13

    Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra li ffirmaw Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

    Wara li jiġi ffirmat dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tibda negozjati mal-pajjiżi li diġà ffirmaw Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex tikkonkludi Konvenzjonijiet bilaterali dwar il-kooperazzjoni reġjonali, li l-għan tagħhom għandu jkun li jitkabbar l-ambitu tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi konċernati.

    L-elementi ewlenin ta’ dawn il-konvenzjonijiet għandhom ikunu:

    id-djalogu politiku;

    it-twaqqif ta’ żona ta’ kummerċ ħieles bejn il-Partijiet, li tkun konsistenti mad- dispożizzjonidispożizzjonijiet rilevanti tal-WTO;

    il-konċessjonijiet reċiproċi li jikkonċernaw il-moviment tal-ħaddiema, it-twaqqif (ta’ kumpaniji), il-provvista tas-servizzi, il-pagamenti kurrenti u l-moviment tal-kapital kif ukoll politika oħra li hija relatata mal-moviment tal-persuni fuq livell ekwivalenti għal dak ta’ dan il-Ftehim;

    id-dispożizzjonidispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni f’oqsma oħra kemm jekk ikunu koperti minn dan il-Ftehim u kemm jekk le, u speċjalment fil-qasam tal-Ġustizzja u ta’ l-Affarijiet Interni.

    Dawn il-Konvenzjonijiet għandhom jinkludu dispożizzjonidispożizzjonijiet għall-ħolqien tal-mekkaniżmi istituzzjonali meħtieġa, kif ikun xieraq.

    Dawn il-Konvenzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Li l-Albanija hija lesta li tikkonkludi Konvenzjonijiet ta’ din ix-xorta se tkun kondizzjoni għal aktar żvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-Albanija u l-Unjoni Ewropea.

    L-Albanija għandha tibda negozjati simili mal-bqija tal-pajjiżi tar-reġjun hekk kif dawn il-pajjiżi jkunu ffirmaw Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

    Artikolu 14

    Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi l-oħra li huma konċernati mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

    L-Albanija għandha tissokta bil-kooperazzjoni reġjonali mal-pajjiżi l-oħra konċernati mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni f’uħud mill-oqsma ta’ kooperazzjoni li huma koperti minn dan il-Ftehim jew fl-oqsma kollha, u speċjalment dawk ta’ interess komuni. Kooperazzjoni ta’ din ix-xorta għandha tkun kompatibbli mal-prinċipji u mal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 15

    Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea

    1.   L-Albanija tista’ tkattar il-kooperazzjoni tagħha u tikkonkludi Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni reġjonali ma’ kwalunkwe pajjiż li huwa kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma ta’ kooperazzjoni li huma koperti minn dan il-Ftehim. Konvenzjoni ta’ din ix-xorta għandu jkollha l-għan li bil-mod il-mod tal-linja r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Albanija u dak il-pajjiż għall-parti rilevanti tar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u dak il-pajjiż.

    2.   L-Albanija għandha tibda negozjati mat-Turkija sabiex tikkonkludi Ftehim, li jkun vantaġġjuż għaż-żewġ naħat, li jistabbilixxi żona ta’ kummerċ ħieles bejn iż-żewġ Partijiet skont l-Artikolu XXIV tal-GATT kif ukoll jiġi liberalizzat it-twaqqif (tal-kumpaniji) u l-provvista tas-servizz ta’ bejniethom fuq livell ekwivalenti għal dan il-Ftehim skont l-Artikolu V tal-GATS.

    Dawn in-negozjati għandhom jinfetħu kemm jista’ jkun malajr, sabiex ikun konkluż tali Ftehim li ssemma aktar ‘il fuq qabel ma jintemm il-perijodu transitorju li jissemma fl-Artikolu 16(1).

    IT-TITOLU IV

    IL-MOVIMENT ĦIELES TAL-PRODOTTI

    Artikolu 16

    1.   B’mod gradwali, il-Komunità u l-Albanija għandhom jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles tul perijodu li ma jdumx aktar minn għaxar snin u li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim skont id-dispożizzjonidispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u skont id-dispożizzjonijiet tal-GATT tal-1994 u tad-WTO. Meta jsir dan għandhom jitqiesu l-ħtiġiet speċifiċi li ġew stabbiliti aktar ‘il quddiem.

    2.   In-Nomenklatura Maqgħuda tal-prodotti għandha tkun applikata għall-klassifikazzjoni tal-prodotti li huma s-suġġett ta’ negozju bejn iż-żewġ Partijiet.

    3.   Għal kull prodott, id-dazju bażiku li fuqu għandu jkun applikat it-tnaqqis suċċessiv li ġie stabbilit f’dan il-Ftehim, għandu jkun id-dazju li huwa applikat tassew erga omnes fil-jum ta’ qabel ma ġie ffirmat dan il-Ftehim.

    4.   Id-dazji mnaqqsa li għandhom ikunu applikati mill-Albanija, li ġew ikkalkulati kif inhu stabbilit f’dan il-Ftehim, għandhom jitqarrbu lejn l-eqreb numru sħiħ billi jintużaw prinċipji komuni tal-aritmetika. Għaldaqstant, in-numri kollha li għandhom inqas minn 50 (inkluż) wara l-punt deċimali għandhom jitqarrbu ’l isfel lejn l-eqreb numru sħiħ u n-numri kollha li għandhom aktar minn 50 wara l-punt deċimali għandhom jitqarrbu ’l fuq lejn l-eqreb numru sħiħ.

    5.   Jekk, wara li jiġi ffirmat dan il-Ftehim, ikun applikat kwalunkwe tnaqqis fit-tariffi fuq bażi ta’ erga omnes, b’mod partikolari t-tnaqqis li jirriżulta min-negozjati dwar it-tariffi fil-WTO, id-dazji mnaqqsa ta’ din ix-xorta għandhom jissostitwixxu d-dazju bażiku li jissemma fil-paragrafu 3 sa mid-data meta jiġi applikat tnaqqis ta’ din ix-xorta.

    6.   Il-Komunità u l-Albanija għandhom jikkomunikaw lil xulxin id-dazji bażiċi rispettivi tagħhom.

    IL-KAPITOLU I

    Il-prodotti industrijali

    Artikolu 17

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-prodotti li joriġinaw fil-Komunità jew fl-Albanija li huma elenkati fil-Kapitoli 25 sa 97 tan-Nomenklatura Magħquda, ħlief għall-prodotti li huma elenkati fl-Anness I. § I, (ii) tal-Ftehim dwar l-agrikoltura (il-GATT tal-1994).

    2.   Il-kummerċ bejn il-Partijiet fi prodotti li huma koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak it-Trattat.

    Artikolu 18

    1.   Id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fl-Albanija għandhom ikunu aboliti mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    2.   Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità u l-miżuri li għandhom effett ekwivalenti għandhom ikunu aboliti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti li joriġinaw fl-Albanija.

    Artikolu 19

    1.   Id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet fl-Albanija ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità għajr għal dawk li huma elenkati fl-Anness I għandhom ikunu aboliti mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    2.   Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni fl-Albanija ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness I għandhom jitnaqqsu progressivament skont dan il-programm li ġej:

    fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dazju fuq l-importazzjonijiet għandu jitnaqqas għal 80 % tad-dazju bażiku;

    fl-1 ta’ Jannar tal-ewwel sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dazju fuq l-importazzjonijiet għandu jitnaqqas għal 60 % tad-dazju bażiku;

    fl-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dazju fuq l-importazzjonijiet għandu jitnaqqas għal 40 % tad-dazju bażiku;

    fl-1 ta’ Jannar tat-tielet sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dazju fuq l-importazzjonijiet għandu jitnaqqas għal 20 % tad-dazju bażiku;

    fl-1 ta’ Jannar tar-raba’ sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dazju fuq l-importazzjonijiet għandu jitnaqqas għal 10 % tad-dazju bażiku;

    fl-1 ta’ Jannar tal-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dazji fuq l-importazzjonijiet li jkun fadal għandhom ikunu aboliti.

    3.   Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonjiet fl-Albanija ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità u l-miżuri li għandhom effett ekwivalenti għandhom ikunu aboliti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 20

    Mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u l-Albanija għandhom jabolixxu, fin-negozju ta’ bejniethom, kwalunkwe ħlas li għandu effett ekwivalenti għad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet.

    Artikolu 21

    1.   Mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u l-Albanija għandhom jabolixxu kwalunkwe dazju doganali fuq l-esportazzjonijiet u l-ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti.

    2.   Mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u l-Albanija għandhom jabolixxu bejniethom kwalunkwe restrizzjoni fuq l-esportazzjonijiet u kwalunkwe miżura li għandha effett ekwivalenti.

    Artikolu 22

    L-Albanija tiddikjara li hija lesta li tnaqqas id-dazji doganali tagħha fil-kummerċ mal-Komunità b’rata aktar mgħaġġla milli huwa provdut fl-Artikolu 19, jekk is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħha u s-sitwazzjoni tas-settur ekonomiku konċernat jippermettu dan.

    Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu janalizza s-sitwazzjoni minn dan il-lat u għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti.

    Artikolu 23

    Il-Protokoll 1 jistabbilixxi l-arranġamenti li japplikaw għall-prodotti tal-ħadid u tal-azzar tal-Kapitoli 72 u 73 tan-Nomenklatura Magħquda.

    IL-KAPITOLU II

    L-agrikoltura u l-industriji tas-sajd

    Artikolu 24

    Definizzjoni

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-kummerċ fi prodotti agrikoli u tal-industrija tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità jew fl-Albanija.

    2.   It-terminu “prodotti agrikoli u tal-industrija tas-sajd” jirreferi għall-prodotti li huma elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda u l-prodotti li huma elenkati fl-Anness I, §I, (ii) tal-Ftehim dwar l-agrikoltura (GATT tal-1994)

    3.   Din id-definizzjoni tinkludi ħut u prodotti tal-industriji tas-sajd li huma koperti mis-Subintestaturi 0511 91, 2301 20 00 u 1902 20 10 tal-Intestaturi 1504 u 1605 tal-Kapitolu 3.

    Artikolu 25

    Il-Protokoll 2 jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali għall-prodotti agrikoli proċessati li huma elenkati fih.

    Artikolu 26

    1.   Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità għandha tabolixxi r-restrizzjonijiet kwantittativi kollha u l-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti, fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli u tal-industriji tas-sajd li joriġinaw fl-Albanija.

    2.   Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tabolixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha u l-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti, fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli u tal-industriji tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità.

    Artikolu 27

    Il-prodotti agrikoli

    1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità għandha tabolixxi d-dazji doganali u l-ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Albanija, ħlief għal dawk tal-Intestaturi 0102, 0201, 0202, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda.

    Għall-prodotti li huma koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Maqgħuda, li għalihom it-Tariffa Doganali Komuni tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali ad valorem u ta’ dazju doganali speċifiku, it-tneħħija għandha tapplika biss għall-parti ad valorem tad-dazju.

    2.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità għandha tapplika aċċess bla dazju fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità għall-prodotti li joriġinaw fl-Albanija tal-Intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Maqgħuda, f’limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 1 000 tunnellata metrika.

    3.   Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha:

    (a)

    tabolixxi d-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, li huma elenkati fl-Anness II(a);

    (b)

    tnaqqas progressivament id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, li huma elenkati fl-Anness II(b) skont il-programm indikat għal kull prodott f’dak l-Anness.

    (c)

    tabolixxi d-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, li huma elenkati fl-Anness II(c) fi ħdan il-limitu tal-kwota tariffarja indikata għall-prodotti konċernati.

    4.   Il-Protokoll 3 jistabbilixxi l-arranġamenti li japplikaw għall-inbid u għall-prodotti alkoħoliċi li jissemmew fih.

    Artikolu 28

    Il-ħut u l-prodotti tal-industriji tas-sajd

    1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità għandha tneħħi d-dazji doganali kollha fuq il-ħut u fuq il-prodotti tal-industriji tas-sajd, għajr għal dawk li huma elenkati fl-Anness III li joriġinaw fl-Albanija. Il-prodotti li huma elenkati fl-Anness III għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fih.

    2.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija m’għandha tapplika l-ebda dazju doganali jew ħlas li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali fuq il-ħut u l-prodotti tal-industriji tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità.

    Artikolu 29

    Filwaqt li jitqies il-volum tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli u tal-industriji tas-sajd bejn il-Partijiet, tas-sensittivitajiet partikolari tagħhom, tar-regoli tal-politika komuni tal-Komunità u tal-politika Albaniża għall-agrikoltura u għall-industriji tas-sajd, tar-rwol tal-agrikoltura u tal-industriji tas-sajd fl-ekonomija tal-Albanija u tal-konsegwenzi tan-negozjati kummerċjali multilaterali taħt il-WTO, il-Komunità u l-Albanija għandhom jeżaminaw fil-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mhux aktar tard minn sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, prodott bi prodott u fuq bażi ordnata u reċiproka b’mod xieraq, l-opportunitajiet sabiex jagħtu lil xulxin aktar konċessjonijiet bl-għan li tkun implimentata liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli u tal-industriji tas-sajd.

    Artikolu 30

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu bl-ebda mod m’għandhom jaffetwaw l-applikazzjoni, fuq bażi unilaterali, ta’ miżuri aktar favorevoli min-naħa ta’ Parti jew oħra.

    Artikolu 31

    Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-Artikoli 38 u 43, minħabba s-sensittività partikolari tas-swieq agrikoli u tal-industriji tas-sajd, jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw f’waħda miż-żewġ Partijiet, li huma s-suġġett ta’ konċessjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 25, 27 u 28, jikkawżaw problemi serji lis-swieq jew lill-mekkaniżmi regolatorji domestiċi, fil-Parti l-oħra, iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu immedjatament f’konsultazzjonijiet sabiex tinstab soluzzjoni xierqa. Sakemm tinstab din is-soluzzjoni, il-Parti konċernata tista’ tieħu l-miżuri xierqa li hija tħoss li huma meħtieġa.

    IL-KAPITOLU III

    Id-dispożizzjonijiet komuni

    Artikolu 32

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-kummerċ fil-prodotti kollha ta’ bejn il-Partijiet ħlief fejn hemm provdut mod ieħor f’dan id-dokument jew fil-Protokolli 1, 2 u 3.

    Artikolu 33

    Waqfien

    1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, fin-negozju bejn il-Komunità u l-Albanija, m’għandu jiddaħħal l-ebda dazju doganali ġdid fuq l-importazzjonijiet jew fuq l-esportazzjonijiet jew l-ebda ħlas ġdid li għandu effett ekwivalenti, u dawk li diġà qed jiġu applikati lanqas m’għandhom jiġu miżjuda.

    2.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, fin-negozju bejn il-Komunità u l-Albanija, m’għandha tiddaħħal l-ebda restrizzjoni kwantitattiva ġdida fuq l-importazzjonijiet jew fuq l-esportazzjonijiet jew l-ebda miżura ġdida li għandha effett ekwivalenti, u dawk eżistenti lanqas m’għandhom isiru aktar restrittivi.

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-konċessjonijiet mogħtija taħt l-Artikolu 26, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhom jirrestrinġu bl-ebda mod l-issuktar tal-politika agrikola rispettiva tal-Albanija u tal-Komunità jew milli tittieħed kwalunkwe miżura taħt dik il-politika sakemm ir-reġim ta’ importazzjoni fl-Annessi II u III ma jkunx affetwat.

    Artikolu 34

    Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fiskali

    1.   Il-Partijiet m’għandhomx iżidu, u għandhom jabolixxu fejn hemm, kwalunkwe miżura jew prattika ta’ natura fiskali interna li tistabbilixxi, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament, diskriminazzjoni bejn il-prodotti ta’ Parti waħda u l-prodotti simili li joriġinaw fit-territorju tal-Parti l-oħra.

    2.   Il-prodotti li ġew esportati lejn it-territorju ta’ waħda mill-Partijiet ma jistgħux jibbenefikaw mill-pagament mill-ġdid ta’ tassazzjoni interna indiretta li tkun iktar mill-ammont ta’ tassazzjoni indiretta imposta fuqhom.

    Artikolu 35

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-abolizzoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għad-dazji doganali ta’ natura fiskali.

    Artikolu 36

    L-għaqdiet doganali, iż-żoni ta’ kummerċ ħieles, l-arranġamenti transkonfinali

    1.   Dan il-Ftehim m’għandux jipprekludi ż-żamma jew it-twaqqif ta’ għaqdiet doganali, żoni ta’ kummerċ ħieles jew arranġamenti għal kummerċ fuq il-fruntieri ħlief sakemm dawn ibiddlu l-arranġamenti kummerċjali provduti f’dan il-Ftehim.

    2.   Matul il-perjodi transitorji li huma speċifikati fl-Artikolu 19, dan il-Ftehim m’għandux jaffetwa l-implimentazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali speċifiċi li jirregolaw il-moviment tal-prodotti li jew ġew stabbiliti fi Ftehim dwar il-fruntieri li ġew konklużi qabel bejn Stat Membru wieħed jew aktar u l-Albanija jew li jirriżultaw minn Ftehim bilaterali speċifikati fit-Titolu III li ġew konklużi mill-Albanija sabiex ikun inkoraġġit il-kummerċ reġjonali.

    3.   Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom isiru fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-Ftehim li ġew deskritti fil-paragrafi 1 u 2 u, fejn issir talba, dwar kwistjonijiet ewlenin oħra li huma relatati mal-politika kummerċjali rispettiva tagħhom fil-konfront ta’ pajjiżi terzi. B’mod partikolari, fil-każ li pajjiż terz isir membru tal-Komunità, għandhom isiru konsultazzjonijiet ta’ din ix-xorta sabiex ikun żgurat li qed jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u tal-Albanija li ġew iddikjarati f’dan il-Ftehim.

    Artikolu 37

    Id-Dumping u s-Sussidju

    1.   L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim m’għandha tipprevjeni lil kwalunkwe Parti milli tieħu azzjoni li tiddefendi l-kummerċ skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 38.

    2.   Jekk waħda mill-Partijiet ssib li qed ikun hemm dumping u/jew qed jingħataw sussidji tal-kontrobilanċ fil-kummerċ mal-Parti l-oħra, l-ewwel Parti tista’ tieħu miżuri xierqa kontra din il-prattika skont il-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 u l-Ftehim tal-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kontrobilanċ u l-leġislazzjoni interna relatata tagħha.

    Artikolu 38

    Il-klawsola ġenerali ta’ salvagwardja

    1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XIX tal-GATT tal-1994 u tal-Ftehim tal-WTO dwar is-Salvagwardja huma applikabbli bejn il-Partijiet.

    2.   Fejn kwalunkwe prodott ta’ Parti waħda qed ikun importati fit-territorju tal-Parti l-oħra fi kwantitajiet akbar tali u taħt kondizzjonijiet tali li jikkawżaw jew li hemm il-periklu li jikkawżaw:

    ħsara serja lill-industrija domestika ta’ prodotti simili jew ta’ prodotti li huma direttament kompetittivi fit-territorju tal-Parti li qed timporta; jew

    inkwiet serju fi kwalunkwe settur tal-ekonomija jew diffikultajiet li jistgħu jwasslu għal deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ reġjun tal-Parti li qed timporta,

    il-Parti li qed timporta tista’ tieħu miżuri xierqa fil-kondizzjonijiet u skont il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    3.   Il-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali li huma diretti lejn l-importazzjonijjiet mill-Parti l-oħra m’għandhomx jeċċedu dak li huwa meħtieġ sabiex jinstab rimedju għad-diffikultajiet li nqalgħu, u normalment għandhom jikkonsistu fis-sospensjoni ta’ aktar tnaqqis fi kwalunkwe rata ta’ dazju applikabbli provduta taħt dan il-Ftehim għall-prodott konċernat jew iż-żieda fir-rata ta’ dazju għal dak il-prodott għal limitu massimu li jikkorrispondi għar-rata tal-Aktar Nazzjon Iffavorit (Most Favoured Nation) (MFN) applikabbli għall-istess prodott. Miżuri ta’ din ix-xorta għandhom jinkludu elementi ċari li progressivament iwasslu għat-tneħħija tagħhom mhux aktar tard minn tmiem il-perijodu ffissat, u m’għandhomx jittieħdu għal perijodu li jeċċedi s-sena. F’ċirkostanzi tassew eċċezzjonali, jistgħu jittieħu miżuri għal perijodu totali massimu ta’ tliet snin. L-ebda miżura ta’ salvagwardja bilaterali m’għandha tkun applikata għall-importazzjoni ta’ prodott li qabel kien soġġett għal miżura ta’ din ix-xorta għal perijodu ta’, mill-inqas, tliet snin sa minn mindu skadiet il-miżura.

    4.   Fil-każi speċifikati f’dan l-Artikolu, qabel ma jittieħdu l-miżuri provduti hemmhekk jew, fil-każi fejn japplika l-paragrafu 5(b), kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità jew l-Albanija, skont kif ikun il-każ, għandha tipprovdi lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, bil-għan li tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

    5.   Għall-implimentazzjoni tal-paragrafi t’aktar ’il fuq, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Id-diffikultajiet li jinqalgħu mis-sitwazzjoni li ssemmiet f’dan l-Artikolu għandhom ikunu riferuti biex ikunu eżaminati mill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li jista’ jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa sabiex itemm diffikultajiet ta’ din ix-xorta.

    Jekk il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew il-Parti li tesporta għadu/ha ma ħax/ħaditx deċiżjoni li ttemm id-diffikultajiet jew l-ebda soluzzjoni sodisfaċenti oħra ma ntlaħqet fit-30 jum minn meta l-kwistjoni ġiet riferita lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Parti li timporta tista’ tadotta l-miżuri xierqa sabiex issib rimedju għall-problema skont dan l-Artikolu. Fl-għażla ta’ miżuri ta’ salvagwardja, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas iħarbtu l-funzjonament tal-arranġamenti li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim. Il-miżuri ta’ salvagwardja li ġew applikati skont l-Artikolu XIX tal-GATT u l-Ftehim tal-WTO dwar is-Salvagwardji għandhom iżommu l-livell/marġni ta’ preferenza mogħti taħt dan il-Ftehim.

    (b)

    Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu l-informazzjoni jew l-eżami preċedenti, skont kif ikun il-każ, impossibbli, il-Parti konċernata tista’, fis-sitwazzjonijiet speċifikati f’dan l-Artikolu, tapplika minnufih l-miżuri provviżorji meħtieġa sabiex tieħu ħsieb is-sitwazzjoni u għandha minnufih tinforma lill-Parti l-oħra b’dan.

    Il-miżuri ta’ salvagwardja għadhom minnufih jiġu nnotifikati lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan dak il-korp, partikolarment sabiex jiġi stabbilit programm għall-abolizzjoni tagħhom hekk kif iċ-ċirkostanzi jippermettu dan.

    6.   Fil-każ li l-Komunità jew l-Albanija jissuġġettaw lill-importazzjonijiet ta’ prodotti li jistgħu jagħtu lok għad-diffikultajiet li jissemmew f’dan l-Artikolu għal proċedura amministrattiva bl-għan li tkun provduta malajr l-informazzjoni dwar it-tendenza tal-flussi kummerċjali, għandha tinforma lill-Parti l-oħra.

    Artikolu 39

    Il-klawsola ta’ skarsizza

    1.   Fejn konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu twassal għal:

    (a)

    skarsizza kritika, jew periklu ta’ dan, fl-oġġetti tal-ikel jew fi prodotti oħra li huma essenzjali għall-Parti li tesporta; jew

    (b)

    esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiż terz ta’ prodott li kontra tiegħu l-Parti li tesporta żżomm restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni, id-dazji fuq l-esportazzjoni jew il-miżuri jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, u fejn is-sitwazzjonjiet li ssemmew aktar ’il fuq jagħtu lok għal diffikultajiet kbar għall-Parti li tesporta

    dik il-Parti tista’ tieħu l-miżuri xierqa fil-kondizzjonijiet u skont il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.   Fl-għażla tal-miżuri, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament tal-arranġamenti f’dan il-Ftehim. Miżuri ta’ din ix-xorta m’għandhomx ikunu applikati b’mod li jwassal biex jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew li mhix ġustifikabbli fejn hemm l-istess kondizzjonijiet, jew fejn hemm restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ u għandhom jitneħħew meta l-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġġustifikaw aktar li jinżammu.

    3.   Qabel ma jittieħdu l-miżuri provduti fil-paragrafu 1 jew, kemm jista’ jkun malajr f’każi fejn japplika l-paragrafu 4, il-Komunità jew l-Albanija, skont kif ikun il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għall-Partijiet. Il-Partijiet fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jaqblu fuq kwalunkwe mezz meħtieġ sabiex jintemmu d-diffikultajiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fit-tletin jum minn meta l-kwistjoni ġiet riferita lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Parti li tesporta tista’ tapplika miżuri taħt dan l-Artikolu fuq l-esportazzjoni tal-prodott konċernat.

    4.   Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu informazzjoni jew eżami preċedenti, skont kif ikun il-każ, impossibbli, il-Komunità jew l-Albanija, liema minnhom hija konċernata, tista’ tapplika minnufih l-miżuri ta’ prekawzjoni li huma meħtieġa sabiex tieħu ħsieb is-sitwazzjoni u għandha tinforma lill-Parti l-oħra immedjatament b’dan.

    5.   Kwalunkwe miżura li ġiet applikata skont dan l-Artikolu għandha tkun innotifikata immedjatament lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u għandha tkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan dak il-korp, partikolarment sabiex ikun stabbilit programm għat-tneħħija tagħha hekk kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.

    Artikolu 40

    Il-monopolji tal-Istat

    Kulma jmur l-Albanija għandha taġġusta kwalunkwe monopolju tal-Istat ta’ karattru kummerċjali sabiex ikun żgurat li, sa tmiem ir-raba’ sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, fir-rigward tal-kondizzjonijiet li taħthom jiġu akkwistati l-prodotti u jitqiegħdu fuq is-suq ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri u tal-Albanija. Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun informat dwar il-miżuri li ġew adottati sabiex jintlaħaq dan il-għan.

    Artikolu 41

    Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, il-Protokoll 4 jistabbilixxi r-regoli ta’ oriġini għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 42

    Ir-restrizzjonijiet awtorizzati

    Dan il-Ftehim m’għandux jipprekludi l-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-prodotti fi tranżitu li ġew iġġustifikati minħabba moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti; il-ħarsien tat-teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-ħarsien ta’ proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali, jew regoli li għandhom x’jaqsmu mad-deheb u mal-fidda. Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ta’ din ix-xorta, madanakollu, m’għandhomx ikunu mezz ta diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet.

    Artikolu 43

    1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni amministrattiva hija essenzjali għall-implimentazzjoni u għall-kontroll tat-trattament preferenzjali mogħti taħt dan it-Titolu u jenfasizzaw l-impenn tagħhom sabiex jiġġieldu l-irregolaritajiet u l-frodi fi kwistjonijiet doganali u fi kwistjonijiet relatati.

    2.   Fejn Parti għamlet sejba, fuq il-bażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li ma kinitx provduta kooperazzjoni amministrattiva u/jew ta’ irregolaritajiet jew frodi taħt dan it-Titolu, il-Parti konċernata tista’ tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott(i) konċernat(i) skont dan l-Artikolu.

    3.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, jekk ma tkunx provduta kooperazzjoni amministrattiva għandu jfisser, inter alia:

    (a)

    li b’mod ripetut ma ġewx rispettati l-obbligi li jkun ivverifikat l-istatus li joriġina tal-prodott(i) konċernat(i);

    (b)

    rifjut ripetut jew dewmien eċċessiv sabiex jitwettqu u/jew jiġu kkomunikati r-riżultati ta’ verifika sussegwenti tal-prova tal-oriġini;

    (c)

    rifjut ripetut jew dewmien eċċessiv sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni sabiex isiru missjonijiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva sabiex tkun ivverifikata l-awtentiċità tad-dokumenti jew l-eżattezza tal-informazzjoni rilevanti sabiex jingħata t-trattament preferenzjali konċernat.

    Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jinstabu irregolaritajiet jew frodi, inter alia, fejn hemm żieda rapida, mingħajr spjegazzjoni sodisfaċenti, fl-importazzjonijiet ta’ prodotti li jeċċedu l-livell tas-soltu ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ esportazzjoni tal-Parti l-oħra, li hija marbuta ma’ informazzjoni oġġettiva li tikkonċerna irregolaritajiet jew frodi.

    4.   L-applikazzjoni ta’ sospensjoni temporanja għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Fuq il-bażi ta’ informazzjoni oġġettiva, il-Parti li sabet li ma kinitx provduta kooperazzjoni amministrattiva u/jew sabet irregolaritajiet jew frodi għandha tinnotifika mingħajr dewmien eżaġerat lill-Kumitat ta’ Stablizzazzjoni u Assoċjazzjoni bis-sejba tagħha flimkien mal-informazzjoni oġġettiva u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni u tas-sejbiet oġġettivi kollha li huma rilevanti, sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

    (b)

    Fejn il-Partijiet ikunu daħlu f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzoni u ma rnexxielhomx jiftiehmu fuq soluzzjoni aċċettabbli fi tliet xhur wara n-notifika, il-Parti konċernata tista’ tissospendi b’mod temporanju t-trattament preferenzjali li huwa rilevanti għall-prodott(i) konċernat(i). Sospensjoni temporanja għandha tkun innotifikata lill-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mingħajr dewmien eċċessiv.

    (c)

    Is-sospensjonijiet temporanji taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati safejn meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Parti konċernata. M’għandhomx jeċċedu perijodu ta’ sitt xhur, li jista’ jiġġedded. Is-sospensjonijiet temporanji għandhom ikunu nnotifikati immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom lill-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni b’mod partikolari minħabba t-terminazzjoni tagħhom hekk kif ma jibqgħux jeżistu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom.

    5.   Fl-istess ħin tan-notifika lill-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni taħt il-paragrafu 4(a), il-Parti konċernata għandha tippubblika avviż lill-importaturi fil-Ġurnal Uffiċjal tagħha. L-avviż lill-importaturi għandu jindika li, fuq il-bażi ta’ informazzjoni oġġettiva, instab li għall-prodott konċernat ma ġietx provduta kooperazzjoni amministrattiva u/jew kien hemm irregolaritajiet jew frodi.

    Artikolu 44

    Fil-każ ta’ żbalji amministrattivi materjali min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti fil-ġestjoni xierqa tas-sistema preferenzjali għall-esportazzjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, fejn dan l-iżball iwassal għal konsegwenzi f’termini ta’ dazji fuq importazzjonijiet, il-Parti li qed tiffaċċja l-konsegwenzi ta’ dawn l-iżbalji tista’ titlob lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex tipproċedi għal skambju ta’ informazzjoni sabiex ikunu identifikati l-miżuri xierqa sabiex jinsab rimedju għas-sitwazzjoni.

    Artikolu 45

    L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja għall-Gżejjer Kanarji.

    IT-TITOLU V

    IL-MOVIMENT TAL-ĦADDIEMA, IT-TWAQQIF (TA’ KUMPANIJI), IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI, IL-PAGAMENTI KURRENTI U L-MOVIMENT TA’ KAPITAL

    KAPITOLU I

    Il-moviment tal-ħaddiema

    Artikolu 46

    1.   Bla ħsara għall-kondizzjonijiet u għall-modalitajiet li japplikaw f’kull Stat Membru:

    it-trattament li jingħata lill-ħaddiema li huma ċittadini Albaniżi u li huma impjegati b’mod legali fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jkun ħieles minn kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq nazzjonalità, fejn għandhom x’jaqsmu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni jew it-tkeċċija, meta mqabbel maċ-ċittadini tiegħu;

    ir-raġel jew il-mara u t-tfal ta’ ħaddiem li huwa impjegat b’mod legali li huma legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, ħlief għall-ħaddiema staġjonali u għall-ħaddiema li jaqgħu taħt Ftehim bilaterali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 47, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor minn Ftehim ta’ din ix-xorta, għandu jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru, tul il-perijodu taż-żjara awtorizzata ta’ dak il-ħaddiem minħabba l-impjieg tiegħu.

    2.   Bla ħsara għall-kondizzjonijiet u għall-modalitajiet f’dak il-pajjiż, l-Albanija għandha tagħti t-trattament li jissemma fil-paragrafu 1 lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li huma legalment impjegati fit-territorju tiegħu kif ukoll lill-mara jew lir-raġel u lit-tfal li huma legalment residenti fil-pajjiż imsemmi.

    Artikolu 47

    1.   Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri, bla ħsara għal-leġislazzjoni tagħhom u għall-konformità mar-regoli li huma fis-seħħ fl-Istati Membri fil-qasam tal-mobilità tal-ħaddiema:

    il-faċilitajiet eżistenti ta’ aċċess għall-impjiegi għall-ħaddiema Albaniżi mogħtija mill-Istati Membri taħt Ftehim bilaterali għandhom jinżammu u jekk ikun possibbli jiġu mtejba;

    l-Istati Membri l-oħra għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li jikkonkludu Ftehim simili.

    2.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżamina l-għotja ta’ titjib ieħor, inklużi l-faċilitajiet għal aċċess għal taħriġ professjonali, skont ir-regoli u l-proċeduri li huma fis-seħħ fl-Istati Membri, u meta titqies is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri u fil-Komunità.

    Artikolu 48

    1.   Għandhom ikunu stabbiliti r-regoli għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali għall-ħaddiema li għandhom nazzjonalità Albaniża, li huma legalment impjegati fit-territorju ta’ Stat Membru, u għall-membri tal-familji tagħhom li huma legalment residenti hemmhekk. Għal dan il-għan, Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoin u Assoċjazzjoni, li m’għandiex taffetwa kwalunkwe dritt jew obbligu li ġej minn Ftehim bilaterali fejn dawn tal-aħħar jipprovdu għal trattament aktar favorevoli, għandha tlesti dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    il-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza li ġew ikkompletati minn ħaddiema ta’ din ix-xorta fl-Istati Membri differenti għandhom jingħaddu flimkien għall-fini ta’ pensjonijiet u ħlasijiet fis-sena fejn għandhom x’jaqsmu x-xjuħija, l-invalidità u l-mewt u għall-fini ta’ kura medika għal ħaddiema ta’ din ix-xorta u għall-membri tal-familja ta’ din ix-xorta;

    kwalunkwe pensjoni jew ħlas fis-sena fejn għandhom x’jaqsmu l-età, il-mewt, aċċident industrijali jew mard kkawżat mit-tip ta’ xogħol, jew ta’ invalidità li tirriżulta minnu, għajr għall-benefiċċji li mhumiex kontributorji, għandha tkun trasferibbli bil-libertà kollha bir-rata li tiġi applikata skont il-liġi tal-Istat Membru debitur jew tal-Istati Membri debituri;

    il-ħaddiema konċernati għandhom jirċievu s-sussidji għall-familja għall-membri tal-familji tagħhom kif inhu ddefinit aktar ‘il fuq;

    2.   L-Albanija għandha tagħti lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li huma legalment impjegati fit-territorju tagħha, u lill-membri tal-familji tagħhom li huma legalment residenti hemmhekk, trattament simili għal dak li speċifikat fit-tieni u fit-tielet inċiżi tal-paragrafu 1.

    IL-KAPITOLU II

    It-twaqqif (ta’ kumpaniji)

    Artikolu 49

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

    (a)

    “Kumpanija Komunitarja” jew “kumpanija Albaniża” rispettivament għandha tfisser kumpanija mwaqqfa skont il-liġijiet ta’ Stat Membru jew tal-Albanija rispettivament, u li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew post prinċipali ta’ kummerċ fit-territorju tal-Komunità jew tal-Albanija rispettivament.

    Madanakollu, jekk il-kumpanija li ġiet imwaqqfa skont il-liġijiet ta’ Stat Membru jew tal-Albanija rispettivament ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha biss fit-territorju tal-Komunità jew f’dak tal-Albanija rispettivament, il-kumpanija għandha titqies bħala kumpanija Komunitarja jew Albaniża rispettivament jekk l-operazzjonijiet tagħha għandhomx rabta reali u kontinwa mal-ekonomija ta’ wieħed mill-Istati Membri jew mal-Albanija rispettivament.

    (b)

    “Sussidjarja” ta’ kumpanija għandha tfisser kumpanija li effettivament hija kkontrollata mill-ewwel kumpanija.

    (c)

    “Fergħa” ta’ kumpanija għandha tfisser post tan-negozju li m’għandux personalità legali u li jidher li huwa permanenti, bħall-estensjoni ta’ korp parent, li għandu ġestjoni u li huwa mgħammar materjalment sabiex jinnegozja kummerċ ma’ partijiet terzi tant li tal-aħħar, għalkemm jafu li jekk ikun hemm il-ħtieġa se jkun hemm rabta legali mal-korp parent, li l-uffiċċju prinċipali tiegħu qiegħed f’art barranija, m’għandhomx għalfejn jinnegozjaw direttament ma’ korp parent ta’ din ix-xorta imma jista’ jagħmlu negozju fil-post tal-kummerċ li jikkostitwixxi l-estensjoni.

    (d)

    “It-twaqqif (ta’ kumpanija)” għandu jfisser:

    (i)

    fejn għandhom x’jaqsmu ċ-ċittadini d-dritt li jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet ekonomiċi bħala persuni li jaħdmu għal rashom, u li jwaqqfu intrapriżi, partikolarment kumpaniji, li huma effettivament jikkontrollaw. L-impjieg indipendenti u l-intrapriżi kummerċjali minn ċittadini m’għandhomx jestendu għat-tiftix jew għal li jinstab impjieg fis-suq tax-xogħol jew li jingħata d-dritt ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ parti oħra. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma japplikawx għal dawk li ma jaħdmux għal rashom b’mod esklużiv.

    (ii)

    fejn għandhom x’jaqsmu l-kumpaniji Komunitarji jew dawk Albaniżi, id-dritt li wieħed jinvolvi ruħu f’attivitajiet ekonomiċi billi jwaqqaf kumpaniji sussidjarji u fergħat fl-Albanija jew fil-Komunità rispettivament.

    (e)

    “Operazzjonijiet” għandha tfisser l-issuktar ta’ attivitajiet ekonmiċi.

    (f)

    “Attivitajiet ekonomiċi” fil-prinċipju għandha tinkludi attivitajiet ta’ karattru industrijali, kummerċjali u professjonali u attivitajiet ta’ ħaddiema tas-sengħa.

    (g)

    “Ċittadin Komunitarju” u “ċittadin Albaniż” għandhom ifissru persuna naturali li hija ċittadina ta’ wieħed mill-Istati Membri jew tal-Albanija rispettivament.

    (h)

    Fejn għandu x’jaqsam it-trasport marittimu internazzjonali, li jinkludi operazzjonijiet intermodali li jinvolvu parti mill-vjaġġ fuq il-baħar, iċ-ċittadini tal-Istati Membri jew tal-Albanija li huma stabbiliti barra mill-Komunità jew mill-Albanija rispettivament, u l-kumpaniji tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar li huma stabbiliti barra mill-Komunità jew mill-Albanija u huma kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru jew minn ċittadini Albaniżi rispettivament, għandhom ukoll jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu III, jekk il-bastimenti tagħhom ikunu rreġistrati f’dak l-Istati Membru jew fl-Albanija rispettivament, skont il-leġislazzjoni rispettiva tagħhom.

    (i)

    “Servizzi finanzjarji” għandha tfisser dawk l-attivitajiet kif definiti fl-Anness IV. Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jestendi jew jimmodifika l-ambitu ta’ dak l-Anness.

    Artikolu 50

    1.   L-Albanija għandha tiffaċilita t-twaqqif ta’ operazzjonijiet fuq it-territorju tagħha min-naħa ta’ kumpaniji u ċittadini Komunitarji. Għal dak il-għan, mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, għandha tagħti:

    (i)

    fejn għandu x’jasam it-twaqqif ta’ kumpaniji Komunitarji trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpaniji tagħha stess jew lil kwalunkwe kumpanija ta’ pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aħjar, u;

    (ii)

    fejn għandha x’taqsam l-operazzjoni ta’ sussidjarji u fergħat ta’ kumpaniji Komunitarji fl-Albanija, ladarba jkunu stabbiliti, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpaniji u lill-fergħat tagħha jew lil kwalunkwe sussidjarja u fergħa ta’ kwalunkwe kumpanija ta’ pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aħjar.

    2.   Il-Partijiet m’għandhomx jadottaw l-ebda regolament ġdid jew miżura ġdida li jintroduċi/tintroduċi diskriminazzjoni fejn għandu x’jaqsam it-twaqqif ta’ kumpaniji Komunitarji jew Albaniżi fuq it-territorju tagħhom jew fejn għandha x’taqsam l-operazzjoni tagħhom, ladarba jkunu stabbiliti, meta mqabbla mal-kumpaniji tagħhom stess.

    3.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu:

    (i)

    fejn għandu x’jaqsam it-twaqqif ta’ kumpaniji Albaniżi, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lill-kumpaniji tagħhom stess jew lil kwalunkwe kumpanija ta’ kwalunkwe pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aħjar;

    (ii)

    fejn għandha x’taqsam l-operazzoni tas-sussidjarji u tal-fergħat tal-kumpaniji Albaniżi, li ġew stabbiliti fit-territorju tagħhom, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lill-kumpaniji u lill-fergħat tagħhom stess, jew lil kwalunkwe sussidjarja u fergħa ta’ kwalunkwe kumpanija ta’ pajjiż terz, li ġiet stabbilita fit-territorju tagħhom, liema minnhom ikun l-aħjar.

    4.   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi l-modalitajiet sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet t’aktar ’il fuq sabiex ikun stabbilit li ċ-ċittadini taż-żewġ Partijiet jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet ekonomiċi bħala persuni li jaħdmu għal rashom.

    5.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu:

    (a)

    is-sussidjarji u l-fergħat tal-kumpaniji Komunitarji għandu jkollhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dritt li jużaw u jikru proprjetà immobbli fl-Albanija;

    (b)

    is-sussidjarji u l-fergħat tal-kumpaniji Komunitarji għandu jkollhom id-dritt li jakkwistaw u jgawdu drittijiet ta’ pussess fuq proprjetà immobbli bħall-kumpaniji Albaniżi u fejn għandhom x’jaqsmu l-oġġetti pubbliċi/l-oġġetti ta’ interess komuni, l-istess drittijiet bħal dawk li jgawdu l-kumpaniji Albaniżi, fejn dawn id-drittijiet huma meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet ekonomiċi li għalihom ġew stabbiliti, għajr għar-riżorsi naturali, għall-art agrikola, għall-foresti u għall-art tal-foresti. Seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi l-modalitajiet sabiex id-drittijiet taħt dan il-paragrafu jiġu estiżi għas-setturi esklużi.

    Artikolu 51

    1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, ħlief għas-servizzi finanzjarji kif definiti fl-Anness IV, kull Parti tista’ tirregola t-twaqqif u l-operazzjoni tal-kumpaniji u taċ-ċittadini fuq it-territorju tagħha, sakemm dawn ir-regolamenti ma jiddiskriminawx kontra l-kumpaniji u ċ-ċittadini tal-Parti l-oħra meta mqabbla mal-kumpaniji u maċ-ċittadini tagħha.

    2.   Fejn għandhom x’jaqsmu s-servizzi finanzjarji, minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, Parti għandha titħalla tieħu miżuri għal raġunijiet ta’ prudenza, fost l-oħrajn għall-ħarsien tal-investituri, tad-depożitanti, tad-detenturi ta’ polza tal-assigurazzjoni jew ta’ persuni li għandhom id-dritt għal responsabbiltà fiduċjarja mingħand fornitur ta’ servizzi finanzjarji, jew biex jiġu żgurati l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Miżuri ta’ din ix-xorta m’għandhomx jintużaw bħala mezz biex ikunu evitati l-obbligi tal-Parti taħt dan il-Ftehim.

    3.   Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jiġi interpretat bħala li jeħtieġ li Parti tikxef informazzjoni li għandha x’taqsam mal-affarijiet u mal-kontijiet ta’ klijenti individwali jew kwalunkwe informazzjoni konfidenzjali jew privata li l-entitajiet pubbliċi jkollhom fil-pussess tagħhom.

    Artikolu 52

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Ftehim Multilaterali dwar it-Twaqqif ta’ Żona Ewropea ta’ Avjazzjoni Komuni (ECAA), id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx japplikaw għas-servizzi tat-trasport bl-ajru, għas-servizzi ta’ trasport fuq passaġġi interni tal-ilma u għas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu.

    2.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jittejbu t-twaqqif u l-operazzjonijiet fl-oqsma li huma koperti mill-paragrafu 1.

    Artikolu 53

    1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 50 u 51 ma jipprekludux l-applikazzjoni minn Parti ta’ regoli partikolari li jikkonċernaw it-twaqqif u l-operazzjoni fit-territorju tagħha ta’ fergħat ta’ kumpaniji ta’ Parti oħra li mhumiex inkorporati fit-territorju tal-ewwel Parti, li huma ġustifikati b’differenzi legali jew tekniċi bejn fergħat ta’ din ix-xorta meta mqabbla ma’ fergħat ta’ kumpaniji li huma inkorporati fit-territorju tagħha jew, fejn għandhom x’jaqsmu s-servizzi finanzjarji, għal raġunijiet ta’ sorveljanza.

    2.   Id-differenza fit-trattament m’għandiex tmur lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ minħabba differenzi legali jew tekniċi ta’ din ix-xorta jew, fejn għandhom x’jaqsmu s-servizzi finanzjarji, għal raġunijiet ta’ sorveljanza.

    Artikolu 54

    Sabiex ikun aktar faċli għaċ-ċittadini Komunitarji u għaċ-ċittadini Albaniżi li jinvolvu rwieħhom u jsegwu attivitajiet professjonali rregolati fl-Albanija u fil-Komunità rispettivament, il-Kunsill ta’ Stabilizazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżamina liema passi huma meħtieġa għall-għarfien reċiproku tal-kwalifiki. Jista’ jieħu l-miżuri kollha li huma meħtieġa għal dak il-għan.

    Artikolu 55

    1.   Kumpanija Komunitarja jew kumpanija Albaniża mwaqqfa fit-territorju tal-Albanija jew tal-Komunità rispettivament għandu jkollha d-dritt li timpjega, jew li timpjega permezz ta’ waħda mis-sussidjarji jew mill-fergħat tagħha, skont il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż ospitanti tat-twaqqif, fit-territorju tal-Albanija u tal-Komunità rispettivament, impjegati li huma ċittadini tal-Istati Membri u tal-Albanija rispettivament, sakemm impjegati ta’ din ix-xorta huma persunal ewlieni kif iddefinit fil-paragrafu 2 u li huma impjegati esklużivament minn kumpaniji, sussidjarji jew fergħat. Il-permessi ta’ residenza u tax-xogħol ta’ impjegati ta’ din ix-xorta għandhom ikopru biss impjieg ta’ din ix-xorta.

    2.   Il-personal ewlieni tal-kumpaniji li ssemmew aktar ’il fuq, li minn hawn ‘il quddiem se jissejjħu “organizzazzjonijiet”, huma “persuni li ġew ittrasferiti minn korporazzjoni għall-oħra” kif iddefiniti fil-punt (c) f’dawn il-kategoriji li ġejjin, sakemm l-organizzazzjoni hija persuna legali u li l-persuni konċernati ġew impjegati minnha jew kienu sħab fiha (ħlief bħala azzjonisti maġġoritarji), għal mill-inqas is-sena immedjatament qabel moviment ta’ din ix-xorta:

    (a)

    Il-persuni li jaħdmu f’pożizzjoni għolja ma’ organizzazzjoni, li primarjament jidderieġu l-ġestjoni tal-istabbiliment, fejn jirċievu superviżjoni jew direzzjoni ġenerali prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew tal-azzjonisti tan-negozju jew tal-ekwivalent tagħhom li jinkludu:

    jidderieġu l-istabbiliment jew id-dipartiment jew is-subdiviżjoni tal-istabbiliment;

    jissuperviżjonaw u jikkontrollaw ix-xogħol ta’ impjegati superviżuri, professjonali jew maniġerjali;

    ikollhom l-awtorità biex personalment jirreklutaw u jkeċċu jew jirrakkomandaw li jiġu rreklutati jew imkeċċija jew jieħdu azzjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-persunal;

    (b)

    Il-persuni li jaħdmu fi ħdan organizzazzjoni li għandhom għarfien mhux komuni li huwa essenzjali għas-servizz tal-istabbiliment, għat-tagħmir tar-riċerka, għat-teknika jew għall-ġestjoni. Il-valutazzjoni ta’ għarfien ta’ din ix-xorta jista’ jirrifletti, minbarra t-tagħrif li huwa speċifiku għall-istabbiliment, livell għoli ta’ kwalifiki li jirreferu għal tip ta’ xogħol jew sengħa li jeħtieġ/teħtieġ għarfien tekniku speċifiku, li jinkludi sħubija ta’ professjoni akkreditata;

    (c)

    “Persuna li ġiet ittrasferita minn korporazzjoni għall-oħra” hija ddefinita bħala persuna naturali li taħdem fi ħdan organizzazzjoni fit-territorju ta’ Parti, u li tkun qed tiġi trasferita b’mod temporanju fil-kuntest tal-issuktar ta’ attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizzazzjoni konċernata jrid ikollha l-bażi prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju ta’ Parti u t-trasferiment irid ikun għal stabbiliment (fergħa, sussidjarja) ta’ dik l-organizzazzjoni, fejn jiġu ssuktati b’mod effettiv attivitajiet ekonomiċi simili fit-territorju tal-Parti l-oħra.

    3.   Għandu jkun permess id-dħul u l-preżenza temporanja fit-territorju tal-Komunità jew tal-Albanija ta’ ċittadini Albaniżi u ta’ ċittadini Komunitarji rispettivament, meta dawn ir-rappreżentanti tal-kumpaniji jkunu persuni li jaħdmu f’pożizzjoni għolja, kif iddefiniti fil-paragrafu 2(a), fi ħdan kumpanija u jkunu responsabbli għat-twaqqif ta’ sussidjarja Komunitarja jew ta’ fergħa ta’ kumpanija Albaniża jew ta’ sussidjarja Albaniża jew ta’ fergħa ta’ kumpanija Komunitarja fi Stat Membru jew fl-Albanija rispettivament, meta:

    dawk ir-rappreżentanti ma jkunux involuti f’bejgħ dirett jew fil-provvista ta’ servizzi, u

    il-kumpanija jkollha l-post tan-negozju prinċipali tagħha barra mill-Komunità jew mill-Albanija rispettivament, u m’għandha l-ebda rappreżentant jew uffiċċju ieħor jew fergħa jew sussidjarja oħra f’dak l-Istat Membru jew fl-Albanija rispettivament.

    Artikolu 56

    Matul l-ewwel ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, fuq bażi transitorja, l-Albanija tista’ ddaħħal miżuri li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu fejn għandu x’jaqsam it-twaqqif ta’ kumpaniji u ċittadini tal-Komunità ta’ ċerti industriji li:

    għaddejjin bir-ristrutturar, jew qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji, partikolarment fejn dawn jinvolvu problemi soċjali serji fl-Albanija; jew

    jiffaċċjaw it-tneħħija jew it-tnaqqis drastiku tas-sehem totali mis-suq li huwa miżmum minn kumpaniji jew minn ċittadini Albaniżi f’settur jew f’industrija partikolari fl-Albanija; jew

    għadhom kemm jitfaċċaw fuq ix-xena industrijali tal-Albanija.

    Miżuri ta’ din ix-xorta:

    (i)

    għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard minn seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

    (ii)

    għandhom ikunu raġonevoli u meħtieġa sabiex ikunu ta’ rimedju għas-sitwazzjoni; u

    (iii)

    m’għandhomx jintroduċu diskriminazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu attivitajiet ta’ kumpaniji jew ċittadini tal-Komunità li diġà huma stabbiliti fl-Albanija fiż-żmien li ddaħħlet miżura partikolari, meta mqabbla ma’ kumpaniji jew ċittadini Albaniżi.

    Filwaqt li jkunu fformulati u applikati miżuri ta’ din ix-xorta, l-Albanija għandha tagħti trattament preferenzjali, fejn ikun possibbli, lill-kumpaniji u liċ-ċittadini Komunitarji, u fl-ebda każ m’għandha tagħti trattament li jkun inqas favorevoli minn dak li jingħata lill-kumpaniji jew liċ-ċittadini minn kwalunkwe pajjiż terz. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri, l-Albanija għandha tikkonsulta lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u m’għandiex iddaħħalhom fis-seħħ qabel ma jkun għadda perijodu ta’ xahar wara n-notifika lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni dwar il-miżuri konkreti li għandhom jiġu introdotti mill-Albanija, ħlief fejn il-periklu ta’ ħsara irreparabbli jeħtieġ li jittieħdu miżuri urġenti, f’liema każ l-Albanija għandha tikkonsulta lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom.

    Malli tintemm il-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija tista’ tintroduċi jew iżżomm tali miżuri biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u f’kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddetermiinati minn dan tal-aħħar.

    IL-KAPITOLU III

    Il-provvista tas-servizzi

    Artikolu 57

    1.   Skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iħallu provvista tas-servizzi progressiva min-naħa tal-kumpaniji jew taċ-ċittadini tal-Komunitai jew Albaniżi li huma stabbiliti f’Parti li mhix dik tal-persuna li għaliha huma maħsuba s-servizzi.

    2.   Skond il-proċess ta’ liberalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom jippermettu l-moviment temporanju ta’ persuni naturali li jipprovdu s-servizz jew li huma impjegati mill-fornitur tas-servizz bħala persunal ewlieni kif iddefinit fl-Artikolu 55(2), inklużi l-persuni naturali li huma rappreżentanti ta’ kumpanija jew ta’ ċittadin Komunitarja/u jew Albaniża/Albaniż u qed ifittxu dħul temporanju sabiex jinnegozjaw il-bejgħ ta’ servizzi jew qed jidħlu fi ftehim sabiex ibiegħu servizzi għal dak il-fornitur tas-servizzi, fejn dawk ir-rappreżentanti mhux se jkunu involuti f’bejgħ dirett lill-pubbliku ġenerali jew mhux se jipprovdu servizzi huma nfushom.

    3.   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta b’mod progressiv id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1. Għandu jitqies il-progress li sar mill-Partijiet fl-approssimazzjoni tal-liġijiet tagħhom.

    Artikolu 58

    1.   Il-Partijiet m’għandhom jieħdu l-ebda miżura jew azzjoni li tagħmel il-kondizzjonijiet għall-provvista tas-servizzi min-naħa ta’ ċittadini jew kumpaniji tal-Komunita u Albaniżi li huma stabbiliti f’Parti li mhix dik tal-persuni li għaliha huma maħsuba s-servizzi ferm aktar restrittivi meta mqabbla mas-sitwazzjoni eżistenti fil-jum ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    2.   Jekk Parti hija tal-fehma li l-miżuri introdotti mill-Parti l-oħra sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jirriżultaw f’sitwazzjoni li hija ferm aktar restrittiva fejn għandha x’taqsam il-provvista tas-servizzi meta mqabbla mas-sitwazzjoni li teżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-ewwel Parti ta’ din ix-xorta tista’ titlob lill-Parti l-oħra biex tidħol f’konsultazzjonijiet.

    Artikolu 59

    Fejn għandha x’taqsam il-provvista ta’ servizzi tat-trasport bejn il-Komunità u l-Albanija, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    Fejn għandu x’jaqsam it-trasport intern, il-Protokoll 5 jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għar-relazzjoni bejn il-Partijiet sabiex ikun żgurat, b’mod partikolari, traffiku ta’ tranżitu fuq it-toroq li ma jkunx ristrett min-naħa għall-oħra tal-Albanija u tal-Komunità kollha, bl-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ armonizzazzjoni progressiva tal-leġislazzjoni dwar it-trasport tal-Albanija ma’ dik tal-Komunità.

    2.

    Fejn għandu x’jaqsam it-trasport marittimu internazzjonali, il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li japplikaw b’mod effettiv il-prinċipju ta’ aċċess mingħajr restrizzjoni għas-suq u għat-traffiku fuq bażi kummerċjali, u li jirrispettaw l-obbligi internazzjonali u dawk Ewropej fil-qasam tal-istandards tas-sigurtà, tas-sikurezza u tal-ambjent. Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom għal ambjent kompetittiv ħieles bħala karatteristika essenzjali tat-trasport marittimu internazzjonali.

    3.

    Fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-paragrafu 2:

    (a)

    il-Partijiet m’għandhomx jintroduċu klawsoli dwar qsim ta’ merkanzija (cargo-sharing clauses) fi ftehim bilaterali futuri ma’ pajjiżi terzi;

    (b)

    il-Partijiet għandhom ineħħu, mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-miżuri unilaterali kollha u l-ostakli amministrattivi, tekniċi u ta’ xort’oħra kollha li jista’ jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

    (c)

    kull Parti għandha tagħti, inter alia, trattament li ma jkunx inqas favorevoli lill-bastimenti li huma operati minn ċittadini jew kumpaniji tal-Parti l-oħra minn dak mogħti lill-bastimenti tal-Parti fejn għandhom x’jaqsmu l-aċċess għall-portijiet li huma miftuħa għal kummerċ internazzjonali, l-użu tal-infrastruttura u s-servizzi marittimi awżiljarji ta’ dawk il-portijiet, kif ukoll il-ħlasijiet u l-pagamenti relatati, il-faċilitajiet doganali u l-għoti ta’ rmiġġi u ta’ faċilitajiet għat-tagħbija u għall-ħatt.

    4.

    Sabiex ikunu żgurati żvilupp koordinat u liberalizzazzjoni progressiva tat-trasport bejn il-Partijiet li jkunu adattati għall-ħtiġijiet kummerċjali ta’ xulxin, il-kondizzjonijiet ta’ aċċess reċiproku għas-suq fit-trasport bl-ajru għandu jkun ittrattat bi Ftehim speċjali li għandhom ikunu nnegozjati bejn il-Partijiet.

    5.

    Qabel il-konklużjoni tal-Ftehim li jissemmew fil-paragafu 4, il-Partijiet m’għandhom jieħdu l-ebda miżura jew azzjoni li tkun aktar restrittiva jew diskriminatorja meta mqabbla mas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    6.

    L-Albanija għandha tadatta l-leġislazzjoni tagħha, fost l-oħrajn ir-regoli amministrattivi, tekniċi u regoli oħra, għal dik tal-Komunità li teżisti fi kwalunkwe żmien fil-qasam tat-trasport bl-ajru, tat-trasport marittimu u dak intern sakemm din isservi finijiet ta’ liberalizzazzjoni u aċċess reċiproku għas-swieq tal-Partijiet u tiffaċilita l-moviment tal-passiġġieri u tal-prodotti.

    7.

    Skont il-progress komuni fil-kisba tal-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżamina l-modi biex jinħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex jittejjeb il-ħelsien sabiex ikunu provduti servizzi ta’ trasport bl-ajru u servizzi ta’ trasport intern.

    IL-KAPITOLU IV

    Il-pagamenti kurrenti u l-moviment tal-kapital

    Artikolu 60

    Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jawtorizzaw, f’munita li tista’ tissarraf b’mod ħieles, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu VIII tal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, kwalunkwe pagament u trasferiment fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn il-Komunità u l-Albanija.

    Artikolu 61

    1.   Fejn għandhom x’jaqsmu t-transazzjonijiet fuq il-kont kapitali u finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw il-moviment ħieles tal-kapital li għandu x’jaqsam ma’ investimenti diretti li saru fil-kumpaniji li ġew ifformati skont il-liġijiet tal-pajjiż ospitanti u l-investimenti li saru skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu V, u l-likwidazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ dawn l-investimenti u ta’ kwalunkwe profitt li ġej minnhom.

    2.   Fejn għandhom x’jaqsmu t-transazzjonijiet fuq il-kont kapitali u finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw il-moviment ħieles tal-kapital li għandu x’jaqsam mal-krediti li jirrelataw mat-transazzjonijiet kummerċjali jew mal-provvista tas-servizzi fejn qed jipparteċipa resident ta’ waħda mill-Partijiet, u għas-self u għall-krediti finanzjarji, b’maturità ta’ aktar minn sena.

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tawtorizza, billi tagħmel użu sħiħ u espedjenti tal-qafas u tal-proċeduri legali tagħha, l-akkwist ta’ beni immobbli fl-Albanija minn ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropew, ħlief għal-limitazzjonijiet provduti fl-Iskeda tal-Impenn Speċifiku tal-Albanija taħt il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS). Matul perijodu ta’ seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha taġġusta progressivament il-leġislazzjoni tagħha li tikkonċerna l-akkwist ta’ beni immobbli fl-Albanija min-naħa ta’ ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata liċ-ċittadini Albaniżi. Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżamina l-modalitajiet għat-tneħħija progressiva ta’ limitazzjonijiet ta’ din ix-xorta.

    Mill-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw ukoll il-moviment ħieles tal-kapital li għandu x’jaqsam mal-investiment tal-portafoll u mas-self u l-krediti finanzjarji b’maturità ta’ inqas minn sena.

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Partijiet m’għandhom jintroduċu l-ebda restrizzjoni ġdida fuq il-moviment tal-kapital u l-pagamenti kurrenti bejn ir-residenti tal-Komunità u tal-Albanija u m’għandhomx jagħmlu l-arranġamenti eżistenti aktar restrittivi.

    4.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 60 u ta’ dan l-Artikolu, fejn, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-movimenti tal-kapital bejn il-Komunità u l-Albanija jikkawżaw, jew hemm il-periklu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-politika tar-rata ta’ skambju jew għall-politika monetarja fil-Komunità jew fl-Albanija, il-Komunità u l-Albanija rispettivament, jekk miżuri ta’ din ix-xorta huma strettament meħtieġa, jistgħu jieħdu miżuri ta’ salvagwardja fejn għandhom x’jaqsmu l-movimenti tal-kapital bejn il-Komunità u l-Albanija għal perijodu li ma jeċċedix is-sena.

    5.   Xejn fid-dispożizzjonijiet t’aktar ’il fuq m’għandu jittieħed bħala li jillimita d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi tal-Partijiet milli jibbenefikaw minn kwalunkwe trattament aktar favorevoli li jista’ jkun ipprovdut fi kwalunkwe Ftehim bilaterali jew multilaterali eżistenti li jinvolvi lill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

    6.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn il-Komunità u l-Albanija sabiex jinkoraġġixxi l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 62

    1.   Matul l-ewwel tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri li jippermettu l-ħolqien tal-kondizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni gradwali addizzjonali tar-regoli Komunitarji dwar il-moviment ħieles tal-kapital.

    2.   Sa tmiem it-tielet sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiddetermina l-modalitajiet għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli Komunitarji dwar il-moviment tal-kapital.

    IL-KAPITOLU V

    Id-dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 63

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom ikunu applikati bla ħsara għal-limitazzjonijiet li huma ġġustifikati minħabba politika pubblika, sikurezza pubblika jew saħħa pubblika.

    2.   M’għandhomx japplikaw għal attivitajiet li fit-territorju ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet ikunu marbuta, anki okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali.

    Artikolu 64

    Għall-fini ta’ dan it-Titolu, xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jipprevjeni lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom dwar id-dħul u ż-żjara, l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-twaqqif ta’ persuni naturali u l-provvista tas-servizzi, sakemm meta jkunu qed jagħmlu dan, ma japplikawhomx b’tali mod li jħassru jew ifixklu l-benefiċċji li huma d-dritt ta’ kwalunkwe Parti skont it-termini ta’ dispożizzjoni speċifika ta’ dan il-Ftehim. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63.

    Artikolu 65

    Il-kumpaniji li huma kkontrollati u huma proprjetà konġunta esklużiva kemm ta’ kumpaniji jew ċittadini Albaniżi u kemm ta’ kumpaniji jew ċittadini Komunitarji għandhom ukoll ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

    Artikolu 66

    1.   It-trattament tal-MFN mogħti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu m’għandux japplika għall-vantaġġi fiskali li l-Partiiet qed jipprovdu jew se jipprovdu fil-futur fuq il-bażi ta’ Ftehim li huma mfassla sabiex ikunu evitati l-arranġamenti ta’ tassazzjoni doppja jew arranġamenti fiskali oħra.

    2.   L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu m’għandha tiġi interpretata bħala li qed tipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar min-naħa tal-Partijiet ta’ kwalunkwe miżura li hija mmirata biex tipprevjeni l-ħrib tat-taxxi jew l-evażjoni fiskali skont id-dispożizzjonijiet fiskali tal-Ftehim imfassla sabiex ikunu evitati arranġamenti ta’ tassazzjoni doppja u arranġamenti fiskali oħra jew tal-leġislazzjoni fiskali domestika.

    3.   L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu m’għandha tiġi interpretata bħala li qed tipprevjeni lill-Istati Membri jew lill-Albanija milli japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti mil-leġislazzjoni fiskali tagħhom, sabiex issir distinzjoni bejn dawk li jħallsu t-taxxi li mhumiex f’sitwazzjonijiet identiċi, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam il-post ta’ residenza tagħhom.

    Artikolu 67

    1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom fejn ikun possibbli sabiex jevitaw l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi, li jinkludu miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjonijiet, minħabba bilanċ tal-pagamenti. Parti li tadotta miżuri ta’ din ix-xorta għandha tippreżenta lill-Parti l-oħra, mill-aktar fis possibli, programm biex jitneħħew.

    2.   Fejn Stat Membru jew aktar jew l-Albanija qiegħed/qiegħda f’diffikultajiet serji fejn għandu x’jaqsam il-bilanċ tal-pagamenti, jew f’periklu imminenti ta’ dan, il-Komunità jew l-Albanija, skont kif ikun il-każ, tista’, skont il-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti taħt il-Ftehim tal-WTO, tadotta miżuri restrittivi, li jinkludu miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjonijiet, li għandhom idumu għal żmien limitat u li ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni tal-pagamenti. Il-Komunità jew l-Albanija, skont kif ikun il-każ, għandha tinforma lill-Parti l-oħra minnufih.

    3.   Kwalunkwe miżura restrittiva m’għandhiex tapplika għal trasferimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ investimenti u b’mod partikolari mar-ripatrijazzjoni tal-ammonti investiti jew investiti mill-ġdid jew għal kwalunkwe tip ta’ dħul li ġej minn dan.

    Artikolu 68

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom jiġu aġġustati progressivament, speċjalment fid-dawl tal-ħtiġiet li ġejjin mill-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS).

    Artikolu 69

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet ta’ kwalunkwe miżura li hija meħtieġa sabiex ma jiġux evitati l-miżuri li tkun ħadet rigward l-aċċess tal-pajjiżi terzi għas-suq tagħha permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    IT-TITOLU VI

    L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET, L-INFURZAR TAL-LIĠI U R-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

    Artikolu 70

    1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tal-Albanija għal dik tal-Komunità u tal-implimentazzjoni effettiva tagħha. L-Albanija għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-liġijiet eżistenti tagħha u l-leġislazzjoni futura gradwalment għandhom isiru kompatibbli mal-acquis tal-Komunità. L-Albanija għandha tiżgura li l-leġislazzjoni eżistenti u futura għandha tkun implimentata u infurzata b’mod xieraq.

    2.   Din l-approssimazzjoni għandha tibda fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, u gradwalment għandha testendi għall-elementi kollha tal-acquis tal-Komunità li jissemmew f’dan il-Ftehim sa tmiem il-perijodu transitorju kif definit fl-Artikolu 6.

    3.   Matul l-ewwel stadju kif definit fl-Artikolu 6, l-approssimazzjoni għandha tiffoka fuq l-elementi fundamentali tal-acquis tas-Suq Intern kif ukoll fuq oqsma importanti oħra bħalma huma l-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali, l-akkwist pubbliku, l-istandards u ċ-ċertifikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport fuq l-art u dak marittimu – b’enfażi speċjali fuq l-istandards tas-sigurtà u dawk ambjentali kif ukoll fuq l-aspetti soċjali – il-liġi dwar il-kumpaniji, il-kontabilità, il-ħarsien tal-konsumaturi, il-ħarsien tad-data, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol u l-opportunitajiet indaqs. Matul it-tieni stadju, l-Albanija għandha tiffoka fuq il-partijiet li jkun fadal tal-acquis.

    L-approssimazzjoni se ssir fuq il-bażi ta’ programm miftiehem bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Albanija.

    4.   L-Albanija għandha tiddefinixxi wkoll, bi ftehim mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-modalitajiet għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-azzjonijiet tal-infurzar tal-liġi li għandhom jittieħdu.

    Artikolu 71

    Il-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet ekonomiċi oħra

    1.   Dawn li ġejjin m’għandhomx ikunu kompatibbli mal-funzjonament xieraq ta’ dan l-Ftehim, safejn jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn il-Komunità u l-Albanija:

    (i)

    il-ftehim kollha bejn l-intrapriżi, id-deċiżjonijiet minn assoċjazzjonjiet ta’ intrapriżi u prattika konċertata bejn l-intrapriżi li għandhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni;

    (ii)

    l-abbuż minn intrapriża jew aktar minn waħda li għandhom pożizzjoni dominanti fit-territorji tal-Komunità jew tal-Albanija kollha jew f’parti sostanzjali minnha;

    (iii)

    kwalunkwe għajnuna Statali li tgħawweġ jew hemm il-periklu li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew ċerti prodotti.

    2.   Kwalunke prattika li tmur kontra dan l-Artikolu għandha tkun ivvalutata fuq il-bażi ta’ kriterji li ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni li japplikaw fil-Komunità, b’mod partikolari mill-Artikoli 81, 82, 86 u 87 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-istrumenti interpretattivi li ġew adottati mill-istituzzjonijiet Komunitarji.

    3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li korp pubbliku li jopera b’mod indipendenti jkun fdat bis-setgħat meħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa tal-paragrafu 1 (i) u (ii), fejn għandhom x’jaqsmu l-intrapriżi privati u pubbliċi u l-intrapriżi mogħnija bi drittijiet speċjali.

    4.   L-Albanija għandha tistabbilixxi awtorità li taħdem b’mod indipendenti li tkun fdata bis-setgħat meħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa tal-paragrafu 1(iii) f’erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Din l-Awtorità għandu jkollha, inter alia, is-setgħat li tawtorizza skemi ta’ għajnuna Statali u għotjiet ta’ għajnuna individwali skont il-paragrafu 2, kif ukoll is-setgħat sabiex tordna l-irkupru ta’ għajnuna Statali li tkun ingħatat b’mod illegali.

    5.   Kull Parti għandha tiżgura t-trasparenza fil-qasam tal-għajnuna Statali, inter alia billi tipprovdi lill-Parti l-oħra rapport annwali regolari, jew ekwivalenti, skont il-metodoloġija u l-preżentazzjoni tas-stħarriġ Komunitarju dwar l-għajnuna Statali. Fuq talba ta’ Parti waħda, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi informazzjoni dwar każi individwali partikolari ta’ għajnuna pubblika.

    6.   L-Albanija għandha tistabbilixxi inventarju komprensiv ta’ skemi ta’ għajnuna li ġew istitwiti qabel ma twaqqfet l-awtorità li tissemma fil-paragrafu 4 u għandha tallinja skemi ta’ għajnuna ta’ din ix-xorta mal-kriterji li jissemmew fil-paragrafu 2 f’perijodu ta’ mhux atkar minn erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    7.   Sabiex ikunu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(iii), il-Partijiet jirrikonoxxu li matul l-ewwel għaxar snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna pubblika mogħtija mill-Albanija għandha tkun ivvalutata billi jitqies il-fatt li l-Albanija għandha titqies bħala żona li hija identika għal dawk iż-żoni tal-Komunità li ġew deskritti fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    F’ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tressaq quddiem il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej il-figuri tal-PGD per capita armonizzati fuq il-livell tan-NUTS II. L-awtorità li tissemma fil-paragrafu 4 u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej imbagħad għandhom jivvalutaw b’mod konġunt l-eliġibilità tar-reġjuni tal-Albanija kif ukoll l-akbar intensitajiet ta’ għajnuna f’relazzjoni ma’ dan sabiex titfassal mappa tal-għajnuna reġjonali fuq il-bażi tal-linji ta’ gwida rilevanti tal-Komunità.

    8.   Fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu IV:

    il-paragrafu 1(iii) m’għandux japplika;

    kwalunke prattika li tmur kontra l-paragrafu 1(i) għandha tiġi vvalutata skont il-kriterji li ġew stabbiliti mill-Komunità fuq il-bażi tal-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-istrumenti Komunitarji speċifiċi li ġew adottati fuq din il-bażi.

    9.   Jekk waħda mill-Partijiet tqis li prattika partikolari mhix kompatibbli mat-termini tal-paragrafu 1, tista’ tieħu l-miżuri xierqa wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew wara tletin jum ta’ ħidma wara li tkun saret referenza għal konsultazzjoni ta’ din ix-xorta.

    Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jippreġudika jew jaffetwa bi kwalunkwe mod li kwalunkwe waħda mill-Partijiet tieħu miżuri kontra d-dumping jew ta’ kontrobilanċ skont l-Artikoli rilevanti tal-GATT tal-1994 u tal-Ftehim tal-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kontrobilanċ jew skont il-leġislazzjoni interna relatata.

    Artikolu 72

    L-intrapriżi pubbliċi

    Sa tmiem it-tielet sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tapplika l-prinċipji stabbiliti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’referenza partikolari għall-Artikolu 86 tiegħu, lill-intrapriżi pubbliċi u lill-intrapriżi li ġew mogħnija bi drittijiet speċjali u esklużivi.

    Id-drittijiet speċjali tal-intrapriżi pubbliċi matul il-perijodu transitorju m’għandhomx jinkludu l-possibbiltà li jkunu imposti restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjonijiet mill-Komunità fl-Albanija.

    Artikolu 73

    Il-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali

    1.   Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness V, il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li jagħtu sabiex ikunu żgurati ħarsien adegwat u effettiv u infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali.

    2.   Mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiggarantixxi livell ta’ ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali li huwa simili għal dak li jeżisti fil-Komunità, li jinkludi mezzi effettivi sabiex drittijiet ta’ din ix-xorta jkunu infurzati.

    3.   L-Albanija timpenja ruħha li taderixxi, fi żmien erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, għall-Konvenzjonijiet multilaterali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali li jissemmew fil-paragrafu 1 tal-Anness V. Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jobbliga lill-Albanija biex taderixxi għal Konvenzjonijiet multilaterali speċifiċi f’dan il-qasam.

    4.   Jekk ikun hemm problemi fil-qasam tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali li jaffetwaw il-kondizzjonijiet kummerċjali, dawn għandhom ikunu riferiti b’mod urġenti lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet li huma sodisfaċenti għat-tnejn.

    Artikolu 74

    Il-kuntratti pubbliċi

    1.   Il-Partijiet iqisu l-ftuħ tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u reċiproċità, b’mod partikolari fil-kuntest tal-WTO, bħala għan mixtieq.

    2.   Il-kumpaniji Albaniżi, kemm jekk ikunu stabbiliti fil-Komunità u kemm jekk le, għandhom jingħataw aċċess għal proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fil-Komunità skont ir-regoli ta’ akkwist tal-Komunità taħt trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata lill-kumpaniji Komunitarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    Id-dispożizzjonijiet t’aktar ’il fuq għandhom japplikaw ukoll għall-kuntratti fis-settur tas-servizzi ta’ utilità pubblika hekk kif il-gvern tal-Albanija jkun adotta l-leġislazzjoni li tintroduċi r-regoli Komunitarji f’dan il-qasam. Il-Komunità għandha teżamina perjodikament jekk l-Albanija tabilħaqq introduċietx leġislazzjoni ta’ din ix-xorta jew le.

    3.   Il-kumpaniji Komunitarji li mhumiex stabbiliti fl-Albanija għandhom jingħataw aċċess għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fl-Albanija skont il-Liġi Albaniża dwar l-Akkwist Pubbliku taħt trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata lill-kumpaniji Albaniżi mhux aktar tard minn erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    4.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżamina perjodikament il-possibbiltà li l-Albanija tintroduċi aċċess għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fl-Albanija għall-kumpaniji kollha Komunitarji.

    Mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumpaniji tal-Komunità li huma stabbiliti fl-Albanija taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu V għandu jkollhom aċċess għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti taħt trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata lill-kumpaniji Albaniżi.

    5.   Fejn għandhom x’jaqsmu t-twaqqif, l-operazzjonijiet, il-provvista tas-servizzi bejn il-Komunità u l-Albanija, kif ukoll l-impjiegi u l-moviment tal-ħaddiema li huma marbuta mat-twettiq tal-kuntratti pubbliċi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 46 sa 69.

    Artikolu 75

    L-Istandardizzazzjoni, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni ta’ konformità

    1.   L-Albanija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex gradwalment tikseb konformità mar-regolamenti tekniċi tal-Komunità u mal-proċeduri Ewropej tal-istandardizzazzjoni, tal-metroloġija, tal-akkreditazzjoni u tal-valutazzjoni ta’ konformità.

    2.   Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jibdew minn stadju bikri:

    jippromwovu l-użu tar-regolamenti tekniċi tal-Komunità u tal-proċeduri Ewropej ta’ standards u ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

    jipprovdu assistenza biex jitrawwem l-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ kwalità: standardizzazzjoni, metroloġija, akkreditazzjoni u valutazzjoni ta’ konformità;

    jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-Albanija fix-xogħol ta’ organizzazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ standards, valutazzjoni tal-konformità, metroloġija u funzjonijiet simili (b’mod partikolari CEN, CENELEC, ETSI, EA, WELMEC, EUROMET, eċċ);

    fejn ikun xieraq, għall-konklużjoni tal-Protokolli Ewropej dwar il-Valutazzjoni ta’ Konformità ladarba l-qafas leġislattiv u l-qasam tal-proċeduri jkunu allinjati biżżejjed ma’ dawk tal-Komunità u tkun disponibbli l-kompetenza xierqa.

    Artikolu 76

    Il-ħarsien tal-konsumaturi

    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jallinjaw l-istandards għall-ħarsien tal-konsumaturi fl-Albanija ma’ dawk tal-Komunità. Huwa meħtieġ ħarsien effettiv tal-konsumaturi sabiex ikun żgurat li l-ekonomija tas-suq taħdem b’mod xieraq, u dan il-ħarsien se jiddependi mill-iżvilupp ta’ infrastruttura amministrattiva sabiex ikunu żgurati sorveljanza tas-suq u infurzar tal-liġi f’dan il-qasam.

    Għal dak il-għan, u minħabba l-interessi komuni tagħhom, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu u jiżguraw:

    politika ta’ ħarsien attiv tal-konsumaturi, skont il-liġi Komunitarja;

    l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumaturi fl-Albanija ma’ dik fis-seħħ fil-Komunità;

    ħarsien legali effettiv tal-konsumaturi sabiex tittejjeb il-kwalità tal-oġġetti ta’ konsum u jinżammu standards ta’ sigurtà xierqa;

    jiġu mmonitorjati r-regoli min-naħa ta’ awtoritajiet kompetenti u jkun provdut aċċess għall-ġustizzja f’każ ta’ tilwim.

    Artikolu 77

    Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol u l-Opportunitajiet Indaqs

    L-Albanija għandha tarmonizza progressivament il-leġislazzjoni tagħha ma’ dik tal-Komunità fl-oqsma tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u l-opportunitajiet indaqs.

    IT-TITOLU VII

    IL-ĠUSTIZZJA, IL-ĦELSIEN U S-SIKUREZZA

    KAPITOLU I

    Daħla

    Artikolu 78

    Ir-rinforz tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt

    Fil-kooperazzjoni ta’ bejniethom dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni, il-Partijiet għandhom jagħtu importanza partikolari lill-konsolidament tal-istat tad-dritt, u lir-rinforz tal-istituzzjonijiet fuq il-livelli kollha fl-oqsma tal-amministrazzjoni ġenerali u tal-infurzar tal-liġi u tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja b’mod partikolari. Il-kooperazzjoni prinċipalment għandu jkollha l-għan li ssaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura u ttejjeb l-effiċjenza tagħha, billi ttejjeb il-funzjonament tal-pulizija u tal-korpi l-oħra tal-infurzar tal-liġi, billi tipprovdi taħriġ adegwat u jkunu miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

    Artikolu 79

    Il-Ħarsien tad-Data Personali

    Mad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Albanija għandha tarmonizza l-leġislazzjoni tagħha fejn għandha x’taqsam il-ħarsien tad-data personali mal-liġi Komunitarja u mal-leġislazzjoni Ewropea u internazzjonali l-oħra dwar il-privatezza. L-Albanija għandha tistabbilixxi korpi indipendenti ta’ superviżjoni b’riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed sabiex timmonitorja b’mod effiċjenti u tiggarantixxi l-infurzar tal-leġislazzjoni nazzjonali dwar il-ħarsien tad-data personali. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jinkiseb dan il-għan.

    KAPITOLU II

    Il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-moviment tal-persuni

    Artikolu 80

    Il-viża, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-kenn politiku u l-migrazzjoni

    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-oqsma tal-viża, tal-kontroll tal-fruntieri, tal-kenn politiku u tal-migrazzjoni u għandhom iwaqqfu qafas għalkooperazzjoni, inkluż fuq livell reġjonali, f’dawn l-oqsma, fejn jitqiesu u jsir użu sħiħ minn inizjattivi eżistenti oħra f’dan il-qasam, kif ikun xieraq.

    Il-kooperazzjoni fil-kwistjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjonijiet reċiproċi u koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet u għandha tinkludi assistenza teknika u amministrattiva:

    għall-iskambju tal-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni u l-prattika;

    għall-abbozzar tal-leġislazzjoni;

    għat-titjib fl-effiċjenza tal-istituzzjonijiet;

    għat-taħriġ tal-persunal;

    għas-sikurezza ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u għall-iskoperta tad-dokumenti foloz;

    għall-ġestjoni tal-fruntieri.

    Il-kooperazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq:

    il-qasam tal-kenn politiku fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali sabiex jintlaħqu l-istandards tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 u tal-Protokoll ta’ New York tal-1967 biex b’hekk ikun żgurat li jiġi rrispettat il-prinċipju li persuna li tkun qed tfittex kenn politiku jew rifuġjat fuq il-fruntiera ta’ territorju fejn ħajtu jew ħajjitha tista’ tkun mhedda, jew f’riskju ta’ persekuzzjoni ma tintbagħatx lura f’dak it-territorju kif ukoll jiġu rispettati d-drittijiet ta’ persuni oħra li jkunu qed ifittxu kenn politiku u tar-rifuġjati;

    fil-qasam tal-migrazzjoni legali, dwar ir-regoli tad-dħul u d-drittijiet u l-istatus tal-persuna li titħalla tidħol. F’relazzjoni mal-migrazzjoni, il-Partijiet jaqblu dwar it-trattament ġust taċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħra li joqogħdu b’mod legali fit-territorji tagħhom u sabiex jinkoraġġixxu politika ta’ integrazzjoni li jkollha l-għan li tagħmel id-drittijiet u l-obbligi tagħhom komparabbli ma’ dawk taċ-ċittadini tagħhom.

    Artikolu 81

    Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-immigrazzjoni illegali u d-dħul mill-ġdid

    1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jipprevjenu u jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li, meta ssir talba u mingħajr aktar formalitajiet, l-Albanija u l-Istati Membri:

    għandhom idaħħlu mill-ġdid lil kwalunkwe wieħed miċ-ċittadini tagħhom li jkun preżenti illegalment fuq it-territorji tagħhom;

    għandhom idaħħlu mill-ġdid liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u lil persuni apolidi li huma preżenti illegalment fit-territorji tagħhom u li jkunu daħlu fit-territorju tal-Albanija vija jew minn Stat Membru, jew ikunu daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru vija jew mill-Albanija.

    2.   L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Albanija għandhom jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b’dokumenti xierqa tal-identità u għandhom jestendulhom il-faċilitajiet amministrattivi li huma meħtieġa għal finijiet ta’ din ix-xorta.

    3.   Il-proċeduri speċifiċi sabiex ċittadini u ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi huma stabbiliti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Albanija dwar id-dħul mill-ġdid tal-persuni li għandhom residenza mingħajr awtorizzazzjoni, li kien iffirmat fl-14 t’April 2005.

    4.   L-Albanija taqbel li tikkonkludi Ftehim ta’ Dħul mill-Ġdid mal-pajjiżi tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u timpenja ruħha li tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex tiżgura l-implimentazzjoni flessibbli u rapida tal-Ftehim kollha ta’ Dħul mill-Ġdid li jissemmew f’dan l-Artikolu.

    5.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi sforzi oħra konġunti li jistgħu jsiru sabiex tkun ipprevenuta u kkontrollata l-immigrazzjoni illegali, inklużi t-traffikar u n-networks tal-migrazzjoni illegali.

    KAPITOLU III

    Il-kooperazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, id-drogi illeċiti u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    Artikolu 82

    Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex ma jħallux li s-sistemi finanzjarji tagħhom jintużaw għall-ħasil tal-qligħ minn attivitajiet kriminali b’mod ġenerali u minn reati li għandhom x’jaqsmu mad-droga b’mod partikolari, kif ukoll għall-iskop tal-finanzjament tat-terroriżmu.

    2.   Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam tista’ tinkludi assistenza amministrattiva u teknika maħsuba biextkun żviluppata l-implimentazzjoni tar-regolamenti u l-funzjonament effiċjenti tal-istandards u tal-mekkaniżmi xierqa sabiex jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ekwivalenti għal dawk li ġew adottati mill-Komunità u mill-fora internazzjonali f’dan il-qasam, b’mod partikolari il-Forza ta’ Ħidma tal-Azzjoni Finanzjarja (FATF).

    Artikolu 83

    Il-kooperazzjoni dwar id-drogi illegali

    1.   Safejn jaslu s-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex ikun żgurat metodu bilanċjat u integrat fil-konfront tal-kwistjonijiet tad-drogi. Il-politika u l-azzjonijiet dwar id-drogi għandhom ikunu mmirati sabiex inaqqsu l-provvista ta’, l-ittraffikar fi u d-domanda għal drogi illeċiti kif ukoll għal kontroll aktar effettiv tal-prekursuri.

    2.   Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni li huma meħtieġa sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji li kien hemm ftehim komuni dwarhom skont l-Istrateġija tal-UE dwar il-Kontroll tad-Drogi.

    Artikolu 84

    Il-Ġlieda kontra t-terroriżmu

    Skond il-Konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom huma parti u l-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw sabiex jipprevjenu u jrażżnu atti ta’ terroriżmu u l-finanzjament tagħhom, speċjalment dawk li jinvolvu attivitajiet transkonfinali:

    fil-qafas tal-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1373 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (2001) dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżati minn atti terroristiċi u riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali oħra li huma rilevanti;

    billi jiskambjaw informazzjoni dwar il-gruppi terroristiċi u n-networks ta’ appoġġ tagħhom skont il-liġi internazzjonali u nazzjonali;

    billi jiskambjaw esperjenzi dwar il-mezzi u l-metodi li jiġġieldu t-terroriżmu u fl-oqsma tekniċi u t-taħriġ, u billi jiskambjaw esperjenzi fejn għandha x’taqsam il-prevenzjoni tat-terroriżmu.

    KAPITOLU IV

    Il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali

    Artikolu 85

    Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u attivitajiet illegali oħra

    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw dwar il-ġlieda u l-prevenzjoni ta’ attivitajiet kriminali u illegali, kemm jekk ikunu organizzati u kemm jekk le, bħalma huma:

    il-kuntrabandu u t-traffikar fil-bnedmin;

    attivitajiet ekonomiċi illegali, u b’mod partikolari l-iffalsifikar tal-muniti, it-transazzjonijiet illegali relatati ma’ prodotti bħalma huma l-iskart industrijali, il-materjal radjoattiv u t-transazzjonijiet li jinvolvu prodotti illegali jew foloz;

    il-korruzzjoni, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, b’mod partikolari dik marbuta ma’ prattika amministrattiva li mhix trasparenti;

    il-frodi fiskali;

    it-traffikar illegali fid-drogi u fis-sustanzi psikotropiċi;

    il-kuntrabandu;

    it-traffikar illegali fl-armi;

    l-iffalsifikar tad-dokumenti;

    it-traffikar illegali fil-karozzi;

    il-krimini elettroniċi.

    Għandha tkun inkoraġġita kooperazzjoni reġjonali u konformità ma’ standards internazzjonali rikonoxxuti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

    IT-TITOLU VIII

    IL-POLITIKA TA’ KOOPERAZZJONI

    Artikolu 86

    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-politika ta’ kooperazzjoni

    1.   Il-Komunità u l-Albanija għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib immirata sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-potenzjal ta’ żvilupp u ta’ tkabbir tal-Albanija. Kooperazzjoni ta’ din ix-xorta għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti fuq is-sies l-aktar wiesa’ possibbli, għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet.

    2.   Il-politika u l-miżuri l-oħra għandhom ikunu mfassla sabiex iġibu żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fl-Albanija. Din il-politika għandha tiżgura li anki l-konsiderazzjonijiet ambjentali jkunu inklużi b’mod sħiħ mill-bidunett u li jkunu marbuta mal-ħtiġiet ta’ żvilupp soċjali armonjuż.

    3.   Il-politika ta’ kooperazzjoni għandha tkun integrata f’qafas reġjonali ta’ kooperazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri li jistgħu jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-Albanija u l-Istati ġirien, inklużi l-Istati Membri, biex b’hekk ikun hemm kontribuzzjoni għall-istabbiltà fir-reġjun. Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jiddefinixxi l-prijoritajiet bejn u fi ħdan il-politika ta’ kooperazzjoni li se tiġi deskritta aktar ‘il quddiem.

    Artikolu 87

    Il-politika ekonomika u kummerċjali

    1.   Il-Komunità u l-Albanija għandhom jiffaċilitaw il-proċess ta’ riforma ekonomika billi jikkooperaw sabiex itejbu l-ftehim tal-elementi fundamentali tal-ekonomiji rispettivi tagħhom u l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika fl-ekonomiji tas-suq.

    2.   Fuq it-talba tal-awtoritajiet Albaniżi, il-Komunità tista’ tipprovdi assistenza maħsuba biex tagħti appoġġ lill-isforzi tal-Albanija sabiex tkun stabbilita ekonomija tas-suq li taħdem u sabiex gradwalment tiġi approssimata l-politika tagħha għall-politika orjentata lejn l-istabbiltà tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

    3.   Il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan ukoll li ssaħħaħ l-istat tad-dritt fil-qasam tan-negozju permezz ta’ qafas legali relatat mal-kummerċ li jkun stabbli u mhux diskriminatorju.

    4.   Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha tinkludi skambju informali ta’ informazzjoni li jikkonċerna l-prinċipji u l-funzjonament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea.

    Artikolu 88

    Il-kooperazzjoni statistika

    Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tiffoka primarjament fuq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-istatistika. Prinċipalment għandha tkun immirata sabiex tkun żviluppata sistema statistika effiċjenti u sostenibbli li tkun kapaċi tipprovdi data komparabbli, kredibbli, oġġettiva u eżatta li hija meħtieġa sabiex ikun ippjanat u mmonitorjat il-proċess ta’ transizzjoni u ta’ riforma fl-Albanija. Għandha wkoll tagħti l-possibbiltà lill-Istitut tal-Istatistika tal-Albanija li jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tal-klijenti nazzjonali u internazzjonali tiegħu (kemm is-settur tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll dak privat). Is-sistema statistika għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tal-istatika maħruġa min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Kodiċi ta’ Prattika Statistika Ewropew u l-istipulazzjonijiet tal-Liġi Ewropea dwar l-Istatistika u tiżviluppa lejn l-acquis tal-Komunità.

    Artikolu 89

    Is-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra

    Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tiffoka fuq oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fl-oqsma tas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u tas-servizzi finanzjarji. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bl-għan li jkun stabbilit u żviluppat qafas xieraq għall-inkoraġġiment tas-setturi tas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u tas-servizzi finanzjarji fl-Albanija.

    Artikolu 90

    Il-kooperazzjoni fil-verifiki u fil-kontroll finanzjarju

    Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tiffoka fuq oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll pubbliku intern tal-finanzi (PIFC) u tal-verifiki esterni. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jikkooperaw bl-għan li jiżviluppaw sistemi effiċjenti ta’ PIFC u ta’ verifika esterna fl-Albanija, skont l-istandards u l-metodoloġiji li huma aċċettati f’ambitu internazzjonali u l-aqwa prattika tal-UE.

    Artikolu 91

    L-Inkoraġġiment u l-Ħarsien tal-Investiment

    Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet, fi ħdan l-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, fil-qasam tal-inkoraġġiment u tal-ħarsien tal-investiment għandu jkollha l-għan li tagħti lok għal klima favorevoli għall-investiment privat, kemm domestiku kif ukoll barrani, li huwa daqshekk essenzjali biex l-ekonomija u l-industrija fl-Albanija jingħataw ħajja mill-ġdid.

    Artikolu 92

    Il-kooperazzjoni industrijali

    1.   Il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li tinkoraġġixxi l-modernizzazzjoni u r-ristrutturar tal-industrija u tas-setturi individwali tal-Albanija, kif ukoll il-kooperazzjoni industrijali bejn l-operaturi ekonomiċi, bl-għan li jissaħħaħ is-settur privat taħt kondizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tal-ambjent.

    2.   L-inizjattivi tal-kooperazzjoni industrijali għandhom jirriflettu l-prijoritajiet li ġew iddeterminati miż-żewġ Partijiet. Ghandhom iqisu l-aspetti reġjonali tal-iżvilupp industrijali, fejn jinkoraġġixxu sħubijiet transnazzjonali fejn ikun rilevanti. L-inizjattivi għandhom ifittxu b’mod partikolari li jistabbilixxu qafas xieraq għall-intrapriżi, biex itejbu l-amministrazzjoni u l-għarfien tal-amministrazzjoni u jinkoraġġixxu s-swieq, it-trasparenza tas-swieq u l-ambjent kummerċjali.

    3.   Il-kooperazzjoni se tqis b’mod xieraq l-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-politika industrijali.

    Artikolu 93

    L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju

    Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tkun immirata sabiex ikunu żviluppati u msaħħa l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) tas-settur privat u għandha tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-SMEs, kif ukoll tal-prinċipji li huma inklużi fil-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar.

    Artikolu 94

    It-Turiżmu

    1.   Prinċipalment, il-kooperazzjoni bejn il-partijiet fil-qasam tat-turiżmu għandu jkollha l-għan li ssaħħaħ il-fluss ta’ informazzjoni dwar it-turiżmu (permezz ta’ networks internazzjonali, banek tad-data, eċċ.) u li tittrasferixxi l-għarfien (permezz ta’ taħriġ, iskambji, seminars). Il-kooperazzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-acquis tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ dan is-settur.

    2.   Il-kooperazzjoni tista’ tkun integrata f’qafas reġjonali ta’ kooperazzjoni.

    Artikolu 95

    L-agrikoltura, u s-settur agroindustrijali

    Il-kooperazzjoni bejn il-partijiet għandha tiffoka fuq oqsma prijoritarji li għandhom x’jaqsmu mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-agrikoltura. B’mod partikolari, il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li timmodernizza u tirristruttura s-settur agrikolu u agroindustrijali tal-Albanija, u li tappoġġja l-approssimazzjoni gradwali tal-leġislazzjoni u tal-prattika Albaniżi għar-regoli u l-istandards Komunitarji.

    Artikolu 96

    L-industriji tas-sajd

    Il-partijiet għandhom jesploraw il-possibbiltà li jidentifikaw oqsma ta’ benefiċċju reċiproku ta’ interess komuni fis-settur tal-industriji tas-sajd. Il-kooperazzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li għandhom x’jaqsmu mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-industriji tas-sajd, li jinkludu r-rispett tal-obbligi internazzjonali li jikkonċernaw ir-regoli ta’ ġestjoni u ta’ ħarsien tar-riżorsi tal-industriji tas-sajd tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tas-Sajd Internazzjonali u Reġjonali.

    Artikolu 97

    Id-dwana

    1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-kooperazzjoni f’dan il-qasam sabiex jiggarantixxu konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu adottati fil-qasam tan-negozju u sabiex tinkiseb l-approssimazzjoni tas-sistema doganali tal-Albanija għal dik tal-Komunità, biex b’hekk jgħinu sabiex tkun imħejjija t-triq għall-miżuri ta’ liberalizzazzjoni li huma ppjanati taħt dan il-Ftehim u għall-approssimazzjoni gradwali tal-leġislazzjoni doganali Albaniża għall-acquis.

    2.   Il-kooperazzjoni ser tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li għandhom x’jaqsmu mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tad-dwana.

    3.   Il-Protokoll 6 jistabbilixxi r-regoli dwar assistenza amministrattiva reċiproka bejn il-Partijiet fil-qasam tad-dwana.

    Artikolu 98

    It-tassazzjoni

    1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni li tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw aktar is-sistema fiskali u li jirristrutturaw aktar l-amministrazzjoni tat-taxxi, sabiex tkun żgurata l-effikaċja tal-ġbir tat-taxxa u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali.

    2.   Il-kooperazzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra kompetizzjoni dannuża fit-taxxi. Minn dan il-lat, il-Partijiet jagħrfu l-importanza li jtejbu t-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Albanija sabiex jiffaċilitaw l-infurzar tal-miżuri li jipprevjenu l-ħrib mit-taxxi jew l-evażjoni fiskali. Barra minn hekk, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, sabiex titneħħa l-kompetizzjoni dannuża fit-taxxi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Albanija sabiex ikunu żgurati l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fil-qasam tat-tassazzjoni kummerċjali.

    Artikolu 99

    Il-kooperazzjoni soċjali

    1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jiffaċilitaw ir-riforma tal-politika Albaniża dwar l-impjiegi, fil-kuntest ta’ riforma u integrazzjoni ekonomika msaħħa. Il-kooperazzjoni għandha tfittex ukoll li tappoġġja l-adattament tas-sistema tas-sigurtà soċjali Albaniża għall-ħtiġiet ekonomiċi u soċjali l-ġodda, u għandha tinvolvi l-aġġustament tal-leġislazzjoni Albaniża dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-opportunitajiet indaqs għan-nisa, kif ukoll it-titjib tal-livell ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, fejn il-livell ta’ ħarsien li hemm fil-Komunità jittieħed bħala referenza.

    2.   Il-kooperazzjoni se tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità f’dan il-qasam.

    Artikolu 100

    L-edukazzjoni u t-taħriġ

    1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bl-għan li jgħollu l-livell tal-edukazzjoni ġenerali u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Albanija, kif ukoll tal-politika dwar iż-żgħażagħ u tax-xogħol taż-żgħażagħ. Prijorità għas-sistemi ta’ edukazzjoni ogħla għandha tkun il-kisba tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja.

    2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ukoll mal-għan li jkun żgurat li l-aċċess għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-Albanija ikun ħieles mid-diskriminazzjoni minħabba sess, kulur, oriġini etnika jew reliġjon.

    3.   Il-programmi u l-istrumenti Komunitarji rilevanti għandhom jikkontribwixxu għall-aġġornament tal-istrutturi u tal-attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ fl-Albanija.

    4.   Il-kooperazzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità f’dan il-qasam.

    Artikolu 101

    Il-kooperazzjoni kulturali

    Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni kulturali. Din il-kooperazzjoni sservi inter alia sabiex tkabbar il-ftehim u l-istima f’xulxin bejn l-individwi, il-komunitajiet u l-popli. Barra minn hekk, il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jikkooperaw sabiex jinkoraġġixxu d-diversità kulturali, speċjalment fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali.

    Artikolu 102

    Il-kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv

    1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jippromwovu l-industrija awdjoviżiva fl-Ewropa u jinkoraġġixxu l-koproduzzjoni fl-oqsma taċ-ċinema u tat-televiżjoni.

    2.   Il-kooperazzjoni tista’ tinkludi, inter alia, programmi u faċilitajiet għat-taħriġ ta’ ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra tal-medja, kif ukoll assistenza teknika lill-medja, kemm pubbliċi kif ukoll privati, sabiex tkun irrinforzata l-indipendenza, il-professjonaliżmu u r-rabtiet tagħhom mal-medja Ewropej.

    3.   L-Albanija għandha tallinja l-politika tagħha dwar ir-regolazzjoni tal-aspetti tal-kontenut tax-xandir transkonfinali ma’ dawk tal-Komunità u għandha tarmonizza l-leġislazzjoni tagħha mal-acquis tal-UE. L-Albanija għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-akkwist tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali għall-programmi u għax-xandir bis-satellita, bil-frekwenzi terrestri u bil-Kejbil.

    Artikolu 103

    Is-Soċjetà tal-Informazzjoni

    1.   Il-kooperazzjoni se tiffoka primarjament fuq oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fejn għandha x’taqsam is-soċjetà tal-informazzjoni. Għandha tappoġġja prinċipalment l-allinjament gradwali tal-politika u tal-leġislazzjoni min-naħa tal-Albanija f’dan is-settur ma’ dawk tal-Komunità.

    2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ukoll sabiex jiżviluppaw aktar is-Soċjetà tal-Informazzjoni fl-Albanija. L-għanijiet globali għandhom ikunu li titħejja s-soċjetà kollha għall-era diġitali, li jiġu attirati l-investimenti u tiġi żgurata l-interoperabilità tan-networks u tas-servizzi.

    Artikolu 104

    In-Netwerks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni Elettronika

    1.   Il-kooperazzjoni se tiffoka primarjament fuq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità f’dan il-qasam.

    2.   B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tan-netwerks u tas-servizzi assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika, bl-għan aħħari jkun l-adozzjoni min-naħa tal-Albanija tal-acquis tal-Komunità f’dawn is-setturi sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 105

    L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

    Il-Komunità u l-Albanija għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħtu stimolu lill-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni. Għandha tingħata prijorità lill-programmi li huma mmirati sabiex jipprovdu lill-pubbliku ġenerali b’informazzjoni bażika dwar il-Komunità u lill-gruppi professjonali fl-Albanija b’informazzjoni aktar speċjalizzata.

    Artikolu 106

    It-trasport

    1.   Il-kooperazzjoni bejn il-Partjiet għandha tiffoka fuq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tat-trasport.

    2.   Il-kooperazzjoni, prinċipalment, jista’ jkollha l-għan li tirristruttura u timmodernizza l-modi ta’ trasport Albaniżi, ittejjeb il-moviment ħieles tal-passiġġieri u tal-prodotti, tkabbar l-aċċess għas-suq u għall-faċilitajiet tat-trasport, li jinkludu l-portijiet u l-ajruporti, tagħti appoġġ lill-iżvilupp ta’ infrastrutturi multimodali b’konnessjoni man-networks ewlenija transewropej, prinċipalment li jiġu rinforzati r-rabtiet reġjonali, tikseb standards operattivi komparabbli għal dawk fil-Komunità, tiżviluppa sistema ta’ trasport fl-Albanija li hija kompatibbli u allinjata mas-sistema Komunitarja u ttejjeb il-ħarsien tal-ambjent fit-trasport.

    Artikolu 107

    L-enerġija

    Il-kooperazzjoni għandha tiffoka fuq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-enerġija, li jinkludu l-aspetti tas-sigurtà nukleari kif ikun xieraq. Għandha tirrifletti l-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u, għandha tkun ibbażata fuq it-Trattat Komunitarju reġjonali dwar l-Enerġija ffirmat sabiex l-Albanija tkun integrata b’mod gradwali fis-swieq tal-enerġija tal-Ewropa.

    Artikolu 108

    L-ambjent

    1.   Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-kompitu vitali tal-ġlieda kontra d-degradazzjoni ambjentali, bl-għan li tkun inkoraġġita s-sostenibbiltà ambjentali.

    2.   Il-kooperazzjoni għandha tiffoka prinċipalment fuq oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent.

    Artikolu 109

    Il-kooperazzjoni fir-Riċerka u fl-Iżvilupp Teknoloġiku

    1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku ċivili u xjentifiċi fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku u meta titqies id-disponibilità tar-riżorsi, aċċess adegwat għall-programmi rispettivi tagħhom, bla ħsara għal-livelli xierqa ta’ ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali.

    2.   Il-kooperazzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp tekniku.

    3.   Il-kooperazzjoni għandha tkun implimentata skont l-arranġamenti speċifiċi li għandhom ikunu nnegozjati u konklużi skont il-proċeduri li ġew adoattati minn kull Parti.

    Artikolu 110

    L-iżvilupp reġjonali u lokali

    1.   Il-Partijiet se jfittxu li jsaħħu l-kooperazzjoni għall-iżvilupp reġjonali u lokali, bil-għan li jingħata kontribut għall-iżvilupp ekonomiku u sabiex jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali. Għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-kooperazzjonijiet transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali.

    2.   Il-kooperazzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-oqsma prijoritarji li huma relatati mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-iżvilupp reġjonali.

    Artikolu 111

    L-Amministrazzjoni Pubblika

    1.   Il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura l-iżvilupp ta’ amministrazzjoni pubblika li tkun effiċjenti u li tagħti kont ta’ għemilha fl-Albanija, speċjalment sabiex tagħti appoġġ lill-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt, lill-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet Statali għall-benefiċċju tal-popolazzjoni Albaniża kollha u lill-iżvilupp mingħajr problemi tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Albanija.

    2.   Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha tiffoka prinċipalment fuq il-bini tal-istituzzjonijiet, li jinkludu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ trasparenti u imparzjali, fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani, l-iżvilupp tal-karrieri fis-servizz ċivili, it-taħriġ kontinwu u l-promozzjoni tal-etika fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, u l-gvern elettroniku. Il-kooperazzjoni għandha tkopri kemm l-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll dik lokali.

    IT-TITOLU IX

    IL-KOOPERAZZJONI FINANZJARJA

    Artikolu 112

    Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u skont l-Artikoli 3, 113 u 115 l-Albanija tista’ tirċievi assistenza finanzjarja mill-Komunità fil-forma ta’ għotjiet u self, inkluż is-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment. L-għajnuna Komunitarja tibqa’ marbuta mat-twettiq tal-prinċipji u tal-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tad-29 ta’ April 1997 fejn jitqiesu r-riżultati tal-eżamijiet annwali tal-pajjiżi tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, tas-Sħubijiet Ewropej, u ta’ konklużjonijiet oħra tal-Kunsill, li għandhom x’jaqsmu partikolarment mar-rispett tal-programmi ta’ aġġustament. L-għajnuna mogħtija lill-Albanija għandha tkun ingranata mal-ħtiġiet li ġew osservati, mal-prijoritajiet magħżula, mal-kapaċità ta’ assorbiment u ta’ pagament mill-ġdid, u mal-miżuri li ttieħdu sabiex tkun irriformata u ristrutturata l-ekonomija.

    Artikolu 113

    L-assistenza finanzjarja, fil-forma ta’ għotjiet, se tkun koperta mill-miżuri operattivi provduti fir-Regolament tal-Kunsill rilevanti fi ħdan qafas multiannwali indikattiv li ġie stabbilit mill-Komunità wara konsultazzjonijiet mal-Albanija.

    L-assistenza finanzjarja tista’ tkopri s-setturi kollha tal-kooperazzjoni, b’attenzjoni partikolari tingħata lill-ġustizzja, lill-ħelsien u lis-sikurezza, lill-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u lill-iżvilupp ekonomiku.

    Artikolu 114

    Fuq it-talba tal-Albanija u f’każ ta’ ħtiġijiet speċjali, il-Komunità tista’ teżamina, f’koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-possibbiltà li tingħata assistenza makrofinanzjarja fuq bażi eċċezzjonali bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet u billi titqies d-disponibilità tar-riżorsi finanzjarji kollha. L-assistenza għandha tingħata jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntest ta’ programm miftiehem bejn l-Albanija u l-IMF.

    Artikolu 115

    Sabiex jippermettu l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet Komunitarji isiru f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ dawk minn sorsi oħra bħalma huma l-Istati Membri, pajjiżi oħra u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jiskambjaw b’mod regolari informazzjoni dwar is-sorsi kollha ta’ assistenza.

    IT-TITOLU X

    ID-DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 116

    B’dan huwa stabbilit Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-kompitu tiegħu għandu jkun li jissuperviżjona l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa’ fuq livell xieraq f’intervalli regolari u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu li jeżamina kwalunkwe kwistjoni ewlenija li tinqala’ fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe kwistjoni bilaterali jew internazzjonali oħra ta’ interess reċiproku.

    Artikolu 117

    1.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jikkonsisti mill-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda, u mill-membri tal-Gvern tal-Albanija fuq in-naħa l-oħra.

    2.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.

    3.   Il-membri tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jistgħu jirranġaw li jkunu rrappreżentati, skont il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill.

    4.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresjedut darba minn rappreżentant tal-Komunità u d-darba ta’ wara minn rappreżentant tal-Albanija, skont id-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.

    5.   Fi kwistjonijiet li jikkonċernawh, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jieħu sehem, bħala osservatur, fil-ħidma tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

    Artikolu 118

    Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fil-każi provduti fih. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jorbtu liż-żewġ Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu. Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet xierqa. Għandu jfassal id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet.

    Artikolu 119

    Kull Parti għandha tirreferi lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kwalunkwe tilwima li jkollha x’taqsam mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jsib soluzzjoni għat-tilwima permezz ta’ deċiżjoni li torbot.

    Artikolu 120

    1.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun mgħejjun fit-twettiq ta’ dmirijietu minn Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda u minn rappreżentanti tal-Albanija fuq in-naħa l-oħra.

    2.   Fir-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiddetermina d-dmirijiet tal-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u għandu jiddetermina kif se jaħdem il-Kumitat.

    3.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kwalunkwe waħda mis-setgħat tiegħu. F’dan il-każ, il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 118.

    4.   Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf kumitati jew korpi speċjali oħra li jistgħu jgħinuh iwettaq dmirijietu. Fir-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirjiet ta’ kumitati jew korpi ta’ din ix-xorta u kif għandhom jaħdmu.

    Artikolu 121

    Il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ joħloq sottokumitati.

    Qabel tmiem l-ewwel sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jwaqqaf is-sottokumitati meħtieġa għall-implimentazzjoni adegwata ta’ dan il-Ftehim. Meta jkun qed jiddeċiedi dwar it-twaqqif tas-sottokumitati u jkun qed jiddeċiedi t-termini ta’ referenza tagħhom, il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jqis b’mod xieraq l-importanza li jiġġestixxi b’mod adegwat il-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, prinċipalment fejn għandhom x’jaqsmu l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet taħt l-Artikoli 80 u 81 ta’ dan il-Ftehim u l-monitoraġġ tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Albanija u għar-reġjun fil-viċinat. Se jinħoloq sottokumitat li se jindirizza l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni.

    Artikolu 122

    B’dan qed jiġi stabbilit Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jkun forum għall-Membri tal-Parlament Albaniż u tal-Parlament Ewropew sabiex jiltaqgħu u jpartu l-fehmiet. Għandu jiltaqa’ f’intervalli li għandhom ikunu ddeterminati minnu stess.

    Il-Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jikkonsiti minn membri tal-Parlament Ewropew fuq naħa waħda u minn membri tal-Parlament tal-Albanija fuq in-naħa l-oħra.

    Il-Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.

    Il-Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresjedut darba mill-Parlament Ewropew u d-darba ta’ wara mill-Parlament tal-Albanija, skont id-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli tiegħu tal-Proċedura.

    Artikolu 123

    Fi ħdan l-ambitu ta’ dan il-Ftehim, kull Parti timpenja ruħha li tiżgura li l-persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess ħieles minn diskriminazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu ċ-ċittadini tagħha għall-qrati kompetenti u għall-korpi amministrattivi tal-Partijiet sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali u d-drittijiet tal-proprjetà tagħhom.

    Artikolu 124

    Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jwaqqaf lil Parti milli tieħu kwalunkwe miżura:

    (a)

    li tqis li hija meħtieġa sabiex ma tħalliex li tinkixef informazzjoni li tmur kontra l-interessi essenzjali ta’ sikurezza tagħha;

    (b)

    li għandha x’taqsam mal-produzzjoni ta’, jew mal-kummerċ fl-armi, fil-munizzjon jew fil-materjali tal-gwerra jew ma’ riċerka, żvilupp jew produzzjoni li hija indispensabbli minħabba d-difiża, sakemm miżuri ta’ din ix-xorta ma jfixklux il-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti li mhumiex intenzjonati għal finijiet speċifikatament militari;

    (c)

    li tqis li hija essenzjali għas-sikurezza tagħha fil-każ ta’ inkwiet intern serju li jaffetwa ż-żamma tal-liġi u tal-ordni, fi żmien ta’ gwerra jew ta’ tensjoni internazzjonali serja li tikkostitwixxi theddida ta’ gwerra jew sabiex jitwettqu obbligi li tkun aċċettat sabiex jinżammu l-paċi u s-sikurezza internazzjonali.

    Artikolu 125

    1.   Fl-oqsma li huma koperti minn dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali huma inklużi fihom:

    l-arranġamenti applikati mill-Albanija fejn għandha x’taqsam il-Komunità m’għandhom jagħtu lok għall-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini, il-kumpaniji jew id-ditti tagħhom;

    l-arranġamenti applikati mill-Komunità fejn għandha x’taqsam l-Albanija m’għandhom jagħtu lok għall-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini, il-kumpaniji jew id-ditti Albaniżi.

    2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom għal dawk li jħallsu t-taxxi li mhumiex f’sitwazzjonijiet identiċi fejn għandu x’jaqsam il-post ta’ residenza tagħhom.

    Artikolu 126

    1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika li hija meħtieġa sabiex ikunu sodisfatti l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim. Għandhom jaraw li l-għanijiet li huma stabbiliti f’dan il-Ftehim jintlaħqu.

    2.   Jekk kwalunkwe waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra ma rnexxiliex tissodisfa obbligu taħt dan il-Ftehim, tista’ tieħu miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel dan, ħlief f’każi ta’ urġenza speċjali, għandha tipprovdi lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti li hija meħtieġa għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

    3.   Fl-għażla tal-miżuri, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati immedjatament lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob dan.

    Artikolu 127

    Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw fil-pront permezz ta’ kanali xierqa fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet sabiex tiġi diskussa kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan l-Ftehim u aspetti rilevanti oħra tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhom jaffetwaw bl-ebda mod u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31, 37, 38, 39 u 43.

    Artikolu 128

    Sakemm ma jinkisbux drittijiet ekwivalenti għall-individwi u għall-operaturi ekonomiċi taħt dan il-Ftehim, dan il-Ftehim m’għandux jaffetwa d-drittijiet li ġew żgurati lilhom permezz ta’ Ftehim eżistenti li jorbtu lil Stat Membru wieħed jew aktar fuq naħa waħda u lill-Albanija fuq in-naħa l-oħra.

    Artikolu 129

    L-Annessi I sa V u l-Protokolli 1, 2, 3, 4, 5 u 6 għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

    Il-Ftehim ta’ Qafas bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija fil-Programmi Komunitarji, li ġie ffirmat fit-22 ta’ Novembru 2004, u l-Anness ta’ miegħu għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Ir-reviżjoni provduta fl-Artikolu 8 ta’ dak il-Ftehim ta’ Qafas għandha titwettaq fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li għandu jkollu s-setgħa li jemenda, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-Ftehim ta’ Qafas.

    Artikolu 130

    Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu illimitat.

    Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ tavża l-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim jiġi terminat sitt xhur wara d-data ta’ dik in-notifika.

    Artikolu 131

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “Partijiet” għandu jfisser il-Komunità, jew l-Istati Membri tagħha, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skont is-setgħat rispettivi tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Albanija fuq in-naħa l-oħra.

    Artikolu 132

    Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa waħda, għat-territorji fejn jiġu applikati t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u fil-kondizzjonijiet li huma stabbiliti f’dawk it-Trattati, u għat-territorju tal-Albanija fuq in-naħa l-oħra.

    Artikolu 133

    Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 134

    Dan il- Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji f’kull waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Partijiet, b’kull wieħed mit-testi ugwalment awtentiku (1).

    Artikolu 135

    Il-Partijiet għandhom jirratifikaw jew japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom.

    L-istrumenti tar-ratifika jew tal-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

    Artikolu 136

    Il-Ftehim Interim

    Fil-każ li, sakemm ikunu kkompletati l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ ċerti partijiet minn dan il-Ftehim, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-moviment ħieles tal-prodotti kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar it-trasport, jiddaħħlu fis-seħħ permezz ta’ Ftehim Provviżorji bejn il-Komunità u l-Albanija, il-Partijiet jaqblu li, f’ċirkostanzi ta’ din ix-xorta għall-fini tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 40, 71, 72, 73 u 74 tat-Titolu IV ta’ dan il-Ftehim, il-Protokolli 1, 2, 3, 4, u 6, u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll 5, mehmuża mal-Ftehim, it-terminu “id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” ifisser id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim rilevanti f’relazzjoni għall-obbligi li jinsabu fid-dispożizzjonijiet li ssemmew aktar ’il fuq.

    Artikolu 137

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jissostitwixxi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika, li kien iffirmat fi Brussel fil-11 ta’ Mejju 1992. Dan m’għandu jaffetwa l-ebda dritt, obbligu jew sitwazzjoni legali tal-partijiet li nħoloq/nħolqot permezz tat-twettiq ta’ dak il-Ftehim.

    Hecho en Luxemburgo, el doce de junio del dos mil seis.

    V Lucemburku dne dvanáctého června dva tisíce šest.

    Udfærdiget i Luxembourg den tolvte juni to tusind og seks.

    Geschehen zu Luxemburg am zwölften Juni zweitausendsechs.

    Kahe tuhande kuuenda aasta juunikuu kaheteistkümnendal päeval Luxembourgis.

    Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις δώδεκα Ιουνίου δύο χιλιάδες έξι.

    Done at Luxembourg on the twelfth day of June in the year two thousand and six.

    Fait à Luxembourg, le douze juin deux mille six.

    Fatto a Lussemburgo, addì dodici giugno duemilase.

    Luksemburgā, divtūkstoš sestā gada divpadsmitajā jūnijā.

    Priimta du tūkstančiai šeštų metų birželio dvyliktą dieną Liuksemburge.

    Kelt Luxembourgban, a kettőezer hatodik év június tizenkettedik napján.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-tnax jum ta’ Ġunju tas-sena elfejn u sitta.

    Gedaan te Luxemburg, de twaalfde juni tweeduizend zes.

    Sporządzono w Luksemburgu, dnia dwunastego czerwca roku dwutysięcznego szóstego.

    Feito no Luxemburgo, em doze de Junho de dois mil e seis.

    V Luxemburgu dňa dvanásteho júna dvetisícšesť.

    V Luxembourgu, dvanajstega junija leta dva tisoč šest.

    Tehty Luxemburgissa kahdentenatoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakuusi.

    Som skedde i Luxemburg den tolfte juni tjugohundrasex.

    Bërë në Luksemburg në datë dymbëdhjetë qershor të vitit dymijë e gjashtë.

    Pour le Royaume de Belgique

    Voor het Koninkrijk België

    Für das Königreich Belgien

    Image

    Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

    Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

    Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

    Za Českou republiku

    Image

    På Kongeriget Danmarks vegne

    Image

    Für die Bundesrepublik Deutschland

    Image

    Eesti Vabariigi nimel

    Image

    Για την Ελληνική Δημοκρατία

    Image

    Por el Reino de España

    Image

    Pour la République française

    Image

    Thar cheann Na hÉireann

    For Ireland

    Image

    Per la Repubblica italiana

    Image

    Για την Κυπριακή Δημοκρατία

    Image

    Latvijas Republikas vārdā

    Image

    Lietuvos Respublikos vardu

    Image

    Pour le Grand-Duché de Luxembourg

    Image

    A Magyar Köztársaság részéről

    Image

    Għar-Repubblika ta’ Malta

    Image

    Voor het Koninkrijk der Nederlanden

    Image

    Für die Republik Österreich

    Image

    W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

    Image

    Pela República Portuguesa

    Image

    Za Republiko Slovenijo

    Image

    Za Slovenskú republiku

    Image

    Suomen tasavallan puolesta

    För Republiken Finland

    Image

    För Konungariket Sverige

    Image

    For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

    Image

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropski skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Image

    Image

    Për Republikën e Shqipěrisë

    Image


    (1)  Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.


    LISTA TA’ ANNESSI

    L-Anness I

    Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti industrijali tal-Komunità

    L-Anness II(a)

    Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti primarji agrikoli li joriġinaw fil-Komunità (imsemmija fl-Artikolu 27(3)(a))

    L-Anness II(b)

    Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti primarji agrikoli li joriġinaw fil-Komunità (imsemmija fl-Artikolu 27(3)(b))

    L-Anness II(c)

    Il-konċessjonijiet tat-tariffi Albaniżi għall-prodotti primarji agrikoli li joriġinaw fil-Komunità (imsemmija fl-Artikolu 27(3)(c))

    L-Anness III

    Il-konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tal-industriji tas-sajd Albaniżi

    L-Anness IV

    It-twaqqif (ta’ kumpaniji): Is-servizzi finanzjarji

    L-Anness V

    Id-drittijiet tal-proprjetà Intelletwali, Industrijali u Kummerċjali

    LISTA TA’ PROTOKOLLI

     

    Protokoll 1 dwar il-prodotti tal-ħadid u tal-azzar

     

    Protokoll 2 dwar il-kummerċ bejn l-Albanija u l-Komunità fis-settur tal-prodotti agrikoli pproċessati

     

    Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, ix-xorb alkoħoliku u l-inbejjed aromatizzati

     

    Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

     

    Protokoll 5 dwar it-trasport bl-art

     

    Protokoll 6 dwar għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali

    Top