This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0399
Commission Regulation (EC) No 399/2008 of 5 May 2008 amending Annex VIII to Regulation (EC) No 1774/2002 of the European Parliament and of the Council as regards requirements for certain processed petfood (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 399/2008 tal- 5 ta' Mejju 2008 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għal ċertu ikel ipproċessat ta’ annimali domestiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 399/2008 tal- 5 ta' Mejju 2008 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għal ċertu ikel ipproċessat ta’ annimali domestiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 118, 6.5.2008, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1069
6.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 118/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 399/2008
tal-5 ta' Mejju 2008
li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għal ċertu ikel ipproċessat ta’ annimali domestiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli ta’ saħħa li jirrigwardjaw prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u partikolarment l-Artikolu 20(1)(a) u l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula r-rekwiżiti ta’ saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti li ġejjin minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
(2) |
L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ikel għall-annimali domestiċi, dogchews u prodotti tekniċi. Il-Kapitolu II B(3) ta’ dan l-Anness jistipula li ikel ipproċessat ta’ l-annimali domestiċi għajr għal ikel fil-bottijiet irid jgħaddi minn ċertu trattament ta’ sħana matul l-ipproċessar. |
(3) |
Ir-rekwiżiti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ikel ipproċessat ta’ l-annimali domestiċi għajr għal ikel fil-bottijiet ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 (2); Iċ-ċertifikat mudell ta’ saħħa għal ikel ipproċessat ta’ l-annimali domestiċi għajr għal ikel fil-bottijiet li jrid jakkumpanja l-kunsinni impurtati ġie modifikat. Skond iċ-ċertifikat ta’ saħħa ġdid stabbilit fil-Kapitolu 3(B) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-ikel ta’ annimali domestiċi ipproċessat ma għandux jiġi ttrattat bis-sħana jekk l-ingredjenti wżati li ġejjin mill-annimali jkunu diġà ġew ttrattati skond l-istandards ta’ ipproċessar għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità. Dawn l-istandards jipprovdu għal ħarsien xieraq kontra riskji għas-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali. |
(4) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula li d-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti, inkluża dik ta’ ikel ta’ annimali domestiċi pproċessat ma għandhomx ikunu iktar jew inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ dan l-ikel ta’ l-annimali domestiċi pproċessat għandhom ukoll japplikaw għall-produzzjoni ta’ dan l-ikel ta’ l-annimali domestiċi pproċessat fil-Komunità. |
(5) |
L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu għalhekk jiġi emendat. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13).
(2) ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 1256/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 30).
ANNESS
Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-paragrafu B(3) tal-Kapitolu II qiegħed jinbidel b’dan li ġej:
“3. |
Ikel għall-annimali domestiċi pproċessat għajr dak fil-bottijiet irid:
Wara t-trattament bis-sħana, għandha tittieħed kull prekwazzoni li tiżgura li dan l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi ma jkunx espost għal kontaminazzjoni. L-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi għandu jiġi ppakkjat f’kontenituri ġodda.” |