Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0752

    2008/752/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Ġunju 2008 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta' importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti annimali ungulati ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3040) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 261, 30.9.2008, p. 1–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/752/oj

    30.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 261/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Ġunju 2008

    li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta' importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti annimali ungulati ħajjin u l-laħam frisk tagħhom

    (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3040)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/752/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni ta' l-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1) ta' l-Artikolu 8 u l-paragrafu (4) ta' l-Artikolu 8 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-rnżitu fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti 1 ta' l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li telenka lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, u li tistipola l-kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom.

    (2)

    Skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE, l-importazzjonijiet ta' dawk l-annimali u l-laħam għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-mudelli xierqa taċ-ċertifikat veterinarju stipulati fl-Annessi ta' dik id-Deċiżjoni. Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-annimali huma stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u l-mudelli għal-laħam huma stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness II.

    (3)

    Filwaqt li titqies l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (4), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (5) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (6) u l-atti li jimplimentaw dawk ir-Regolamenti, jeħtieġ li jiġu emendati u aġġornati l-kundizzjonijiet Komunitarji tas-saħħa pubblika u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità ta' laħam frisk mill-ungulati domestiċi (annimali bovini, porċini, ovini u kaprini, u solipedi domestiċi), minn mammali oħra ta' l-art imrobbija li mhumiex ungulati domestiċi, u minn ungulati slavaġġ.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 ta' l-14 ta' Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta' ċertu laħam u bajd (7), jistipula r-regoli ta' kampjunar applikabbli għal-laħam minn annimali bovini u porċini, inkluż il-laħam ikkapuljat, maħsuba għall-Finlandja u l-Iżvezja.

    (5)

    Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “BOV” u “POR” stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jiġu emendati sabiex ikun jidher mill-attestazzjonijiet tas-saħħa pubblika f'dawk iċ-ċertifikati li l-konsenji tal-laħam koperti minn dawk iċ-ċertifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1688/2005.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti ta' l-ikel (8) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikro-organiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur ta' l-ikel huma u jimplimentaw il-miżuri ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan jipprovdi li l-operaturi fis-settur ta' l-ikel għandhom jiżguraw li l-oġġetti ta' l-ikel jikkonformaw mal-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stabbiliti f'dak ir-Regolament.

    (7)

    Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “BOV”“POR”, “OVI”, “EQU”, “RUF”, “RUW”, “SUF”, “SUW” u “EQW” stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jiġu emendati sabiex ikun jidher miċ-ċertifikazzjonijiet tas-saħħa pubblika f'dawk iċ-ċertifikati li l-konsenji tal-laħam u l-laħam ikkapuljat koperti minn dawk iċ-ċertifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistipula regoli speċifiċi għal kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (9) jistipula regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali għat-Trichinella f'ċertu laħam. Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR”, “EQU”, “SUF”, “SUW” u “EQW” stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jiġu emendati sabiex ikun jidher miċ-ċertifikazzjonijiet tas-saħħa pubblika f'dawk iċ-ċertifikati li l-konsenji tal-laħam koperti minn dawk iċ-ċertifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2075/2005.

    (9)

    Skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (10), materjal speċifikat ta' riskju ma għandux jiġi impurtat fil-Komunità.

    (10)

    L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli fir-rigward ta' l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) għall-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali ħajjin, embrijuni, ova u prodotti li joriġinaw mill-annimali marbuta mal-kategorizzazzjoni ta' pajjiżi skond ir-riskju tagħhom ta' enċefalopatija sponġiformi bovina. Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ir-rekwiżiti ta' l-importazzjoni li huma marbuta mat-TSE stipulati f'dak ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għal annimali bovini ħajjin u laħam frisk tal-bovini, l-ovini u l-kaprini. Il-mudelli “BOV-X”, u “BOV-Y” stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u l-mudelli “BOV” u “OVI” stipulati fil-Parti 2 ta' l-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu emendati skond dan.

    (11)

    Fid-dawl tal-bidu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (11), jeħtieġ li tiġi aġġornata ċ-ċertifikazzjoni tat-trasport ta' l-annimali għaċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin.

    (12)

    TRACES hija sistema kompjuterizzata veterinarja integrata introdotta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (12). Din tgħaqqad u tieħu post il-funzjonijiet tas-sistemi Animo u Shift. Barra minn hekk, l-istandardizzazzjoni fl-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa hija essenzjali għall-ipproċessar effettiv bil-kompjuter taċ-ċertifikati fis-sistema TRACES.

    (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta' April 2007 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-introduzzjoni ta' annimali ħajjin, tas-semen, ta' l-embrijuni, ta' l-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE (13) tipprovdi li ċ-ċertifikati tas-saħħa varji meħtieġa fil-kuntest ta' l-importazzjonijiet Komunitarji għandhom jiġu ppreżentati fuq il-bażi tal-mudelli taċ-ċertifikati armonizzati annessi ma' dik id-Deċiżjoni.

    (14)

    Skond dan, il-format tal-mudelli kollha taċ-ċertifikati veterinarji stipulati fid-Deċiżjoni 79/542/KEE għandu jiġi emendat biex dawn ikunu kompatibbli ma' TRACES.

    (15)

    Sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-annimali bovini u ruminanti oħrajn, jinħtieġ li fil-mudell “RUM” stipulat fil-Parti 2 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, jiddaħħal paragrafu ġdid u nota f'qiegħ il-paġna fir-rigward tal-bluetongue. Barra minn hekk, fl-interess taċ-ċarezza, għandhom jiżdiedu żewġ noti f'qiegħ il-paġna b'referenzi dwar il-bluetongue fil-mudelli “BOV-X” u “OVI-X”, li wkoll huma stipulati fil-Parti 2 ta' dak l-Anness.

    (16)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/854/KE tas-26 ta' Lulju 2006 li tapprova f'isem il-Komunità Ewropea emendi għall-Annessi V u VIII tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għan-negozju fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta' l-annimali (14), irrikonoxxiet lil New Zealand bħala pajjiż ħieles minn B. abortus and B. melitensis fil-punt 29 tat-Taqsima V ta' l-Anness V. Dak ir-rikonoxximent għandu jitqies fl-entrata ta' New Zealand fil-Parti I ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/452/KEE.

    (17)

    Biex il-kummerċ ma jiġix imfixkel, l-użu taċ-ċertifikati maħruġa skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE, qabel l-emendi introdotti mid-Deċiżjoni preżenti, għandhom jiġu awtorizzati għal perjodu ta' tliet xhur.

    (18)

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (19)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 u l-Parti 2 ta' l-Anness I u l-Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE huma emendati skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Lulju 2008.

    B'deroga mill-ewwel paragrafu, konsenji li nħarġulhom ċertifikati veterinarji skond il-mudelli stabbiliti fid-Deċiżjoni 79/542/KEE qabel l-introduzzjoni ta' l-emendi mid-Deċiżjoni preżenti u b'data tal-ħruġ qabel il-31 ta' Diċembru 2008, għandhom jiġu aċċettati għal importazzjoni fil-Komunità sal-1 ta' Marzu 2009.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128).

    (3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

    (5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

    (6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

    (7)  ĠU L 271, 15.10.2005, p. 17.

    (8)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

    (9)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60.

    (10)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

    (11)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

    (12)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

    (13)  ĠU L 104, 21.4.2004, p. 37.

    (14)  ĠU L 338, 5.12.2006, p. 1.


    ANNESS

    1)

    Fl-Anness I, il-Partijiet 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

    “ANNESS I

    ANNIMALI ĦAJJIN

    PARTI 1

    Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)

    Pajjiż (a)

    Kodiċi tat-Territorju:

    Deskrizzjoni tat-territorju

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Mudell(i)

    GS

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    CA – Il-Kanada

    CA-0

    Il-pajjiż kollu

    POR-X

     

    IVb IX

    CA-1

    Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta' Okanagan Valley tal-British Columbia kif deskritt hawn isfel:

    Minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 120o15' ta' lonġitudni u 49o ta' latitudni

    Lejn it-Tramuntana fil-punt ta' 119o35' ta' lonġitudni u 50o30' ta' latitudni

    Lejn il-Grigal fil-punt ta' 119o ta' lonġitudini u 50o45' ta' latitudini

    Lejn in-Nofinhar minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118o15' ta' lonġitudni u 49o ta' latitudini

    BOV-X, OVI-X, OVI-Y RUM (**)

    A

    CH – L-Iżvizzera

    CH-0

    Il-pajjiż kollu

     (***)

     

     

    CL – Iċ-Ċilì

    CL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, OVI-X, RUM

     

     

    POR-X, SUI

    B

     

    GL – Greenland

    GL-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI-X, RUM

     

    V

    HR – Il-Kroazja

    HR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y

     

     

    IS – L-Iżlanda

    IS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y RUM, OVI-X, OVI-Y

     

     

    POR-X, POR-Y

    B

    ME – Il-Montenegro

    ME-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    I

    MK – L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. (****)

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    I

    NZ – New Zealand

    NZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y

     

    III V

    PM – St Pierre Miquelon

    PM-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM

     

     

    RS – Is-Serbja (*****)

    RS-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    I

    Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ f'kull ċertifikat):

    ‘I’

    :

    għat-tranżitu mit-territorju ta' annimali għall-qtil dirett li jiġu kkonsenjati minn Stat Membru u li jkunu ddestinati għal Stat Membru ieħor fi trakkijiet li jkunu ġew issiġillati permezz ta' siġill innumerat b'numru ta' serje. In-numru tas-siġill għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ skond il-mudell li jidher fl-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità, għal annimali bovini u s-suwini, u skond il-Mudell I ta' l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-ngħaġ u tal-mogħoż, għall-annimali ovini u kaprini. Barra minn hekk, is-siġill għandu jkun sħiħ meta jasal fil-post tad-dħul fil-Komunità fuq il-fruntiera deżinjat għall-ispezzjoni u n-numru tas-siġill għandu jiġi rreġistrat fi TRACES. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ttimbrat fil-post tal-ħruġ ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-tranżitu lejn pajjiż terz bil-kliem xieraq li ġej ‘ESKUSSIVAMENT GĦAL TRANŻITU BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TA' L-UNJONI EWROPEA BI TRANŻITU MILL-EX REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA/MILL-MONTENEGRO/MIS-SERBJA (ħassar il-pajjiż skond il-bżonn).’

    ‘II’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X

    ‘III’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

    ‘IVa’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles minn enzootic-bovine-leukosis (EBL) għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

    ‘IVb’

    :

    territorju bi stabbilimenti approvati rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn enzootic-bovine-leukosis (EBL) għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

    ‘V’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat OVI-X.

    ‘VI’

    :

    restrizzjonijiet ġeografiċi.

    ‘VII’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

    ‘VIII’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

    ‘IX’

    :

    it-territorju huwa rrikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-marda ta' Aujeszky għal skopijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X.

    PARTI 2

    Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji

    Mudelli:

    ‘BOV-X’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali domestiċi bovini (inklużi speċi BubalusBison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

    ‘BOV-Y’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali domestiċi bovini ((inklużi speċi BubalusBison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

    ‘OVI-X’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għan-ngħaġ (Ovis aries) u l-mogħoż (Capra hircus) domestiċi maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

    ‘OVI-Y’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għan-ngħaġ (Ovis aries) u l-mogħoż (Capra hircus) domestiċi maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

    ‘POR-X’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għal għat-tgħammir u/jew għal-produzzjoni wara l-importazzjoni.

    ‘POR-Y’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għal qtil immedjat wara l-importazzjoni.

    RUM

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal annimali ta' l-ordni Artiodactyla (minbarra annimali bovini (inklużi l-ispeċi BubalusBison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae.

    ‘SUI’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal Suidae mhux domestiċi, Tayassuidae u Tapiridae.

    ‘CAM’

    :

    Mudell ta' dikjarazzjoni speċifika għal annimali impurtati minn St Pierre u Miquelon bil-kundizzjonijiet ipprovduti fil-Parti 4 ta' l-Anness I.

    GS (Garanziji supplementari):

    ‘A’

    :

    garanziji dwar testijiet għall-Bluetongue u l-marda epiżootika emorraġika fuq annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X (il-punt II.2.8 B), OVI-X (il-punt II.2.6 D) u RUM (il-punt II.2.6).

    ‘B’

    :

    garanziji dwar testijiet għall-marda vesikulari tal-ħnieżer u l-marda klassika tal-ħnieżer fuq annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X (il-punt II.2.4 B) u SUI (il-punt II.2.4 B).

    ‘C’

    :

    garanziji dwar it-test għall-Bruċellosi fuq annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X (il-punt II.2.4 C) u SUI (il-punt II.2.4 C).

    Noti

    (a)

    Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom isiru mill-pajjiż li jesporta, fuq il-bażi tal-mudell li jidher fil-Parti 2 ta' l-Anness I, skond kif inhu mqassam il-mudell li jikkorrispondi ma' l-annimali kkonċernati. Għandhom ikollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, iċ-ċertifikazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajjiż terz u, skond il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiz terz jew parti minnu li jkun qed jesporta.

    Jekk mitlub hekk mill-Istat Membru ta' l-UE tad-destinazzjoni, għall-annimali kkonċernati, ir-rekwiżiti addizzjonali taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiddaħħlu wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.

    (b)

    Għandu jiġi pprovdut ċertifikat separat u uniku għal annimali li huma esportati minn territorju wieħed li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness I li huma kkunsinjati lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportati fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, inġenju ta' l-ajru, jew vapur.

    (ċ)

    L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jikkonsisti f'paġna waħda, iż-żewġ naħat, jew, fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha li hemm bżonn ikunu parti minn sistema integrata sħiħa u li ma tistax tinqasam.

    (d)

    Għandu jitfassal f'mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa oħra tal-Komunità minflok tagħhom, akkumpanjata, jekk ikun hemm bżonn, minn traduzzjoni uffiċjali.

    (e)

    Jekk minħabba raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-kunsinna (l-iskeda fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), ikunu mehmuża paġni addizzjonali maċ-ċertifikat, dawn il-paġni jistgħu wkoll jitqiesu li jagħmlu parti mill-oriġinali taċ-ċertifikat bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull paġna.

    (f)

    Meta ċ-ċertifikat, inkluzi skedi addizzjonali msemmija f'e), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru – (in-numru tal-paġna) minn (numru totali t apaġni) – fil-qiegħ u għandha jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li jkun ġie magħżul mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tagħha.

    (g)

    L-oriġinali taċ-ċertifikat trid timtela u tkun iffirmata minn veterinarju uffiċjali fi żmien 24 siegħa qabel ma l-kunsinna titgħabba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Meta jagħmlu hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li jesportaw għandhom jiżguraw li jiġu segwiti prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

    Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk imqabbża jew watermarks.

    (h)

    L-oriġinali taċ-ċertifikat trid takkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post fuq il-fruntiera ta' l-UE fejn se ssir l-ispezzjoni.

    (i)

    Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ.

    Fil-każ ta' trasport bil-vapur, iż-żmien tal-validità jittawwal biż-żmien tal-vjaġġ bil-vapur. Għal dan l-iskop, maċ-ċertifikat veterinarju għandha tiġi mehmuża dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, imħejjija skond l-addendum tal-Parti 3 ta' l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni, fil-forma oriġinali tagħha.

    (j)

    L-annimali ma għandhomx jinġarru flimkien ma' annimali oħra li, jew mhumiex maħsuba għall-Komunità Ewropea, jew għandhom stat ta' saħħa inferjuri.

    (k)

    Matul it-trasport tagħhom lejn il-Komunità Ewropea, l-annimali ma għandhomx jinħattu fit-territorju ta' pajjiż jew parti minn pajjiż li mhuwiex/mhijiex approvata għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' dawn annimali.

    (l)

    In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Ċertifikazzjoni speċifika dwar is-saħħa ta’ l-annimali għal annimali fil-kwarantina f’St.Pierre u Miquelon qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    2)

    Fl-Anness II, il-Parti 2 għandha tinbidel b'dan li ġej:

    “PARTI 2

    Mudelli ta' ċertifikati veterinarji

    Mudell(i):

    ‘BOV’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta' annimali bovini domestiċi (inkluż l-ispeċi BisonBubalus u r-razez imħallta tagħhom).

    ‘OVI’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, tan-ngħaġ (Ovis aries) u l-mogħoż (Capra hircus) domestiċi.

    ‘POR’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta' annimali porċini domestiċi (Sus scrofa).

    ‘EQU’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, minbarra l-laħam ikkapuljat, ta' solipedi domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom).

    ‘RUF’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-laħam ikkapuljat, ta' annimali mhux domestiċi mrobbija ta' l-ordni Artiodactyla (minbarra annimali bovini (inklużi l-ispeċi BubalusBison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae.

    ‘RUW’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-laħam ikkapuljat, ta' annimali mhux domestiċi selvaġġi ta' l-ordni Artiodactyla (minbarra annimali bovini (inklużi l-ispeċi BubalusBison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae.

    ‘SUF’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-laħam ikkapuljat, ta' annimali mhux domestiċi mrobbija tal-familji Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae.

    ‘SUW’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-laħam ikkapuljat, ta' annimali mhux domestiċi selvaġġi tal-familji Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae.

    ‘EQW’

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, minbarra l-ġewwieni u l-laħam ikkapuljat, ta' solipedi selvaġġi li jagħmlu parti mis-subġenus Hippotigris (Żebra).

    SG (Garanziji supplementari)

    ‘A’

    :

    garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni, il-kejl tal-pH u d-dissussar tal-laħam frisk, eskluż il-ġewwieni, ċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt II.2.6), OVI (punt II.2.6), RUF (punt II.2.7) u RUW (punt II.2.4).

    ‘B’

    :

    garanziji dwar il-ġewwieni mnaddaf immaturat kif deskritt fil-mudell taċ-ċertifikat BOV (punt II.2.6)

    ‘C’

    :

    garanziji rigward it-test tal-laboratorju għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-karkassi minn fejn inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertfikat SUW (punt II.2.3 B)

    ‘D’

    :

    garanziji rigward it-tmigħ ta' swill fl-istabbilimenti lill-annimali li minnhom inkiseb il-laħam frisk skond il-mudelli taċ-ċertifikat POR (punt II.2.3 d)

    ‘E’

    :

    garanziji rigward it-test għat-tuberkolożi fl-annimali minn fejn inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV (punt II.2.4 d)

    ‘F’

    :

    garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni u d-dissussar tal-laħam frisk, eskluż il-ġewwieni, ċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt II.2.6), OVI (punt II.2.6), RUF (punt II.2.6) and RUW (punt II.2.7).

    ‘G’

    :

    garanziji fir-rigward ta' 1, l-esklużjoni tal-ġewwieni u s-sinsla; u 2, l-ittestjar u l-oriġini ta' annimali ċervidi fir-rigward tal-chronic wasting disease kif imsemmi fil-mudelli taċ-ċertifikati RUF (punt II.1.9) u RUW (punt II.1.10).

    ‘H’

    :

    garanziji supplimentari meħtieġa għall-Brażil fir-rigward ta' kuntatti bejn l-annimali, programmi ta' tilqim u sorveljanza. Madankollu, billi l-istat ta' Santa Caterina fil-Brażil ma jlaqqamx kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, ir-referenza għal programm ta' tilqim ma tapplikax għal-laħam li jkun ġej minn annimali li joriġinaw u jinqatlu f'dak l-Istat.

    Noti

    (a)

    Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom jiġu prodotti mill-pajjiż ta' l-esportazzjoni, fuq il-bażi tal-mudelli li jidhru fil-Parti 2 ta' l-Anness II, skond it-tqassim tal-mudell li jikkorrispondi mal-laħmijiet ikkonċernati. Għandhom ikollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, iċ-ċertifikazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajjiż terz u, skond il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiz terz jew parti minnu li jkunu qed jesportaw.

    (b)

    Ċertifikat separat u uniku għandu jiġi pprovdut għal laħam li jiġi esportat minn territorju waħdieni li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness II li jiġi kkonsenjat lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur.

    (ċ)

    L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda, iż-żewġ naħat, jew, fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha li hemm bżonn ikunu parti minn sistema integrata sħiħa u li ma tistax tinfired.

    (d)

    Għandu jitfassal f'mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu ilsna oħra, jekk ikun meħtieġ, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

    (e)

    Jekk minħabba raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-kunsinna (l-iskeda fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), jiġu mehmuża paġni addizzjonali maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jitqiesu wkoll li jagħmlu parti mill-oriġinal taċ-ċertifikazzjoni bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull paġna.

    (f)

    Meta ċ-ċertifikat, inklużi t-tabelli addizzjonali msemmija f'(e), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata – (numru tal-paġna) minn (numru totali ta' paġni) – fil-qiegħ, u fuq nett għandha jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li ngħata mill-awtorità kompetenti.

    (g)

    L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali. B'dan il-mod, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta għandhom jiżguraw li jintużaw prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE. Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk imqabbża jew watermarked.

    (h)

    L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jakkumpanja l-konsenja sal-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE.

    (i)

    In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    (*)  Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni pprovduti minn kwalunkwe ftehim Komunitarju rilevanti ma' pajjiżi terzi.

    (**)  Esklussivament għal annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi taċ-cervidae.

    (***)  Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

    (****)  L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li bl-ebda mod ma jippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li se jsir ftehim dwaru wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa għaddejjin dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

    (*****)  Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


    Top