This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0351
2008/351/EC: Commission Decision of 28 April 2008 amending Decision 2000/57/EC as regards events to be reported within the early warning and response system for the prevention and control of communicable diseases (notified under document number C(2008) 1574) (Text with EEA relevance)
2008/351/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1574) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/351/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1574) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 117, 1.5.2008, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2017; Impliċitament imħassar minn 32017D0253
1.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 117/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ April 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1574)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/351/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikolari Artikoli 1 u 7 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/57/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar is-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed skond id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula ġrajjiet li għandhom jiġu rrapportati mill-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti pubbliċi ta’ kull Stat Membru fi ħdan dik is-sistema. |
(2) |
Is-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija tan-netwerk Komunitarju għandha tiġi riżervata għal dawk il-ġrajjiet definiti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE (3), jew mard ieħor li jittieħed skond l-Artikolu 7 ta’ dik id-Deċiżjoni, li, weħidhom jew f’assoċjazzjoni ma’ grajjiet oħra simili, għandhom jew jista’ jkollhom il-potenzjal li jsiru theddid għas-saħħa pubblika. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea qies li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u n-netwerk Komunitarju skond id-Deċiżjoni Nru 2119.98.KR għandha tiġi mtarfa dwar l-emerġenzi potenzjali tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali fl-istess ħin bħan-netwerk Komunitarju, biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien. |
(4) |
Skond ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu jew jikkonsultaw l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar ċerti ġrajjiet pubbliċi tas-saħħa, b’mod partikolari dawk li jistgħu jkunu ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali, kif ukoll dwar kwalunkwe miżura tas-saħħa implimentata bħala rispons għal dawk il-ġrajjiet. |
(5) |
Dawn l-avviżi u konsultazzjonijiet rigward il-mard li jittieħd skond l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE għandhom jiġu mtarfa permezz tas-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija stabbilita mid-Deċiżjoni 2000/57/KR fl-istess ħin bħal lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati mill-aktar fis. |
(6) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/57/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) GU L 268, 3.10.1998, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/875/KE (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48).
(2) ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.
(3) ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/875/KE.
ANNESS
Fl-Anness I għad-Direttiva 2000/57/KE, il-punt 5 li ġej huwa miżjud:
“5. |
Manifestazzjoni ta’ marda jew okkorrenza li toħloq potenzjal għal marda skond l-Artikolu 1 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li hi marda li tittieħed għandha tiġi mtarfa lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa skond l-Artikolu 6 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005).” |