Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0434R(01)

434/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2007 tal- 20 ta' April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 minħabba l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

ĠU L 84M, 31.3.2009, p. 629–633 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/434/corrigendum/2009-03-31/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/629


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2007 tal-20 ta' April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 minħabba l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 434/2007

tal-20 ta' April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 minħabba l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 34(3) u 56 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 34 u l-Anness VIII tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija jistipula f'termini ġenerali l-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata appoġġ addizzjonali għall-miżuri tranżitorji ta' żvilupp rurali f'dawn l-Istati Membri l-ġodda. Ir-regoli tal- implimentazzjoni għandhom ikunu adottati biex jappoġġjaw dawn il-kundizzjonijiet u jadottaw ċerti regoli previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (3).

(2)

Dawk ir-regoli għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità u għalhekk għandhom ikunu limitati għal dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu l-għanijiet definiti.

(3)

Kundizzjonijiet ta' eliġġibilità għal ċerti miżuri tranżitorji għandhom għalhekk ikunu speċifikati.

(4)

Sabiex ikun faċilitat it-twaqqif ta' programmi ta żvilupp rurali li jinkludu dawn il-miżuri, u l-eżaminazzjoni u l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, regoli komuni dwar l-istruttura u l-kontenut tagħhom għandhom ikunu speċifikati b'mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:

1)

Fil-Kapitolu III, taqsima I, subtaqsima 1, l-Artikolu 25a li jmiss huwa miżjud:

“Artikolu 25a

1.   L-appoġġ għad-dispożizzjoni dwar servizzi ta' konsulenza u ta' estensjoni agrikoli msemmija fl-Anness VIII Taqsima I D tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija jista' jingħata lill-awtoritajiet u lill-korpi li jipprovdu dawn is-servizzi lill-bdiewa. Dan jikkonċerna b'mod partikolari t-tfassil ta' pjanijiet kummerċjali, assistenza fil-proċess ta' applikazzjonijiet għall-miżuri ta' żvilupp rurali, konsulenza u estensjonijiet relatati mar-rispett tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali u rekwiżiti amministrattivi statutorji stipulati fl-Artikoli 4 u 5 u fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa.

2.   L-awtoritajiet u l-korpi magħżula biex jipprovdu sevizzi ta' konsulenza u estensjoni lill-bdiewa għandhom jagħmlu użu mir-riżorsi adegwati fil-forma ta' persunal kwalifikat, faċilitajiet amministrattivi u tekniċi u esperjenza konsultattiva u ta' kredibilità fir-rigward tas-servizzi li għandhom ikunu provduti.

3.   Għall-perjodu 2007-2009, il-Bulgarija u r-Rumanjia jistgħu jimplimentaw, fir-rigward tas-servizzi konsultattivi għall-bdiewa, jew din il-miżura, jew il-miżura għall-‘użu ta' servizzi ta' konsulenza mill-bdiewa u mid-detenturi tal-foresti’ msemmija fl-Artikolu 20 (a) (iv) tar-Regolament 1698/2005.”

2)

Fil-Kapitolu III, taqsima I, subtaqsima 4 is-sentenza li jmiss hija miżjuda mal-Artikolu 37(2):

“Fil-Bulgarija u fir-Rumanija l-ewwel sejħa għal proposti għandha tkun organizzata mhux aktar tard minn tliet snin mill-approvazzjoni tal-programm”

3)

Fil-Kapitolu III, taqsima I, subtaqsima 4, l-Artikolu 37a li jmiss huwa miżjud:

“Artikolu 37a

Fil-Bulgarija u fir-Rumanija l-akkwist ta' ħiliet msemmi fl-Artikoli 63c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż relatati mat-twaqqif ta' sħab rappreżentattivi għall-iżvilupp lokali, it-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp integrat, il-finanzjament tar-riċerka u l-preparazzjoni ta' applikazzjonijiet għas-selezzjoni ta' gruppi ta' azzjoni lokali. Dawn l-ispejjeż huma eliġibbli għall-gruppi potenzjali ta' azzjoni lokali.”

4)

Fil-Kapitolu III, Taqsima 1, is-Subtaqmisa 4a li jmiss hija miżjuda:

“Subtaqsima 4a

Miżura addizzjonali temporanja għall-Bulgarija u għar-Rumanija

Artikolu 39a

Il-kundizzjonijiet ta' eliġġibilità għall-provvista ta' appoġġ skont il-miżura prevista fit-Taqsima I punt E tal-Anness VIII tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ‘tikkumplimenta l-pagamenti diretti’ kif definiti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari”

5)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Anness II A tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 3.4, jiżdied paragrafu ġdid wara l-ewwel paragrafu:

“Għall-Bulgarija u għar-Rumanija id-deskrizzjoni tal-aħħar paragrafu għandha tindirizza l-impatt fuq ir-riżorsi finanzjarji tas-SAPARD.”

2.

Fil-punt 5.2, l-ewwel premessa għandha tkun kompluta bis-sentenza li ġejja:

“Għall-Bulgarija u għar-Rumanija, ir-referenza għall-operazzjonijiet/kuntratti fis-seħħ, inkluż f'termini finanzjarji, u l-proċeduri/regoli (inkluż dawk tranżitorji) li japplikaw għal dawn skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 (4) dwar miżuri fir-rigward tal-Ftehim ta' Finanzjament Multiannwali u l-Ftehim ta' Finanzjament Annwali konklużi skont il-programm Sapard u t-tranżizzjoni minn Sapard għall-iżvilupp rurali.

3.

Fil-punt 5.3.1.2.3, qed tiżdied is-sitt premessa li ġejja:

‘—

Lista ta' intrapriżi li jibbenefikaw minn perjodu ta' tranżizzjoni kif imsemmi fit-taqsima II paragrafu 3 tal-Anness VIII tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija’

4.

It-titolu tal-punt 5.3.1.4 jinbidel bit-test li ġej:

‘5.3.1.4   Miżuri tranżitorji għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja’

5.

Fil-punt 5.3.1.4 il-punt li jmis qed ikun miżjud:

‘5.3.1.4.3   Il-provvista ta' servizzi ta' konsulenza u estensjoni agrikoli fil-Bulgarija u fir-Rumanija

deskrizzjoni tat-tip ta' servizzi ta' konsulenza u estensjoni li jridu jkunu pprovduti

ir-rekwiżiti minimi għall-korpi responsabbli għall-provvista ta' dawn is-servizzi

il-proċedura għas-selezzjoni ta' dawn il-korpi’

6.

Fil-punt 5.3.4.3, qed tiżdied it-tielet premessa li ġejja:

‘—

Għall-Bulgarija u għar-Rumanija l-kriterji minimi għad-definizzjoni ta' gruppi lokali ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 37a.’

7.

Il-punt 5.3.5 li ġej jiġi miżjud:

‘5.3.5.   Kumplimentari għall-pagamenti diretti

Kontribuzzjoni Komunitarja għal kull waħda mis-snin 2007, 2008 u 2009.

Identifikazzjoni tal-aġenzija li tagħmel il-pagament.’

8.

It-tabella li jmiss tiżdied għall-Bulgarija u għar-Rumanija wara l-punt 6.2:

‘6.2 a.   pjani finanzjarji għal kull ftehim għall-Bulgarija u r-Rumanija (f'EUR għal perjodu sħiħ)

Ftehim

Kontribuzzjoni pubblika

Pubbliku totali

Rata ta' kontribuzzjoni mill-EAFRD

(%)

Ammont tal-EAFRD

Ftehim 1

 

 

 

Ftehim 2

 

 

 

Ftehim 3

 

 

 

Ftehim 4

 

 

 

Assistenza Teknika

 

 

 

Kumplimentari għall-pagamenti diretti

 

 

 

Total’

 

 

 

9.

Fin-Nota wara tabella 6.2a, qed tiżdied is-sentenza li jmiss:

"Għall-Bulgarija u għar-Rumanija t-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 (1) għandha tintuża għall-identifikazzjoni ta' dan l-infiq

10.

It-tabella li jmiss tiżdied għall-Bulgarija u għar-Rumanija wara t-tabella 7:

“7a.   Analiżi indikattiva għal kull Miżura ta' Żvilupp Rurali għall-Bulgarija u għar-Rumanija (f'EUR, għall-perjodu sħiħ)

Miżura/Ftehim

Nefqa pubblika

Nefqa privata expenditure

Nefqa Totali Cost

Miżura 111

 

 

 

Miżura 112

 

 

 

Miżura 121

 

 

 

Miżura 1 …

 

 

 

Ftehim Totali 1

 

 

 

Miżura 211

 

 

 

Miżura 212

 

 

 

Miżura 221

 

 

 

Miżura 2 …

 

 

 

Ftehim Totali 2

 

 

 

Miżura 311

 

 

 

Miżura 312

 

 

 

Miżura 321

 

 

 

Miżura 3 …

 

 

 

Ftehim Totali 3

 

 

 

41

Strateġiji ta' żvilupp lokali:

— 411

Kompetittività

— 412

Ambjent/amministrazzjoni tal-art

— 413

Kwalità tal-ħajja/diversifikazzjoni

 

 

 

421

Kooperazzjoni

 

 

 

431

Spejjeż operattivi, akkwist tal-ħiliet, animazzjoni

 

 

 

Ftehim Totali 4 (5)

 

 

 

511

Assistenza Teknika

li minnha għan-netwerk rurali nazzjonali (fejn rilevanti)

(a)

spejjeż operattivi

(b)

pjan ta' azzjoni

 

 

 

611

Kumplimentari għall-pagamenti diretti

 

 

 

Total kumplessiv

 

 

 

11.

Il-miżuri bil-kodiċi (143) u (611) li jmiss huma miżjuda mat-tabella taħt il-punt 7:

“(143)

il-provvista ta' servizzi ta' konsulenza u estensjoni agrikoli fil-Bulgarija u fir-Rumanija

(611)

pagamenti diretti kumplimentarji fil-Bulgarija u fir-Rumanija”


(1)  L-Att tal-Adeżjoni kien adottat bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/663/KE (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 2) u 2006/664/KE (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 4).

(2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).

(3)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.

(4)  ĠU L 69, 9.3.2007, p. 5.”

(5)  Sabiex tkun ivverifikata l-konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 id-distribuzzjoni bejn il-ftehim li jirriżulta mill-istrateġiji ta' żvilupp lokali se tiġi applikata mat-total tal-allokazzjoni ta' ftehim 4.”


Top