This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0573
Decision No 573/2007/EC of the European Parliament and of the Council of 23 May 2007 establishing the European Refugee Fund for the period 2008 to 2013 as part of the General programme Solidarity and Management of Migration Flows and repealing Council Decision 2004/904/EC
Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni , u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE
Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni , u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE
ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
6.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
DEĊIŻJONI Nru 573/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Mejju 2007
li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, (3)
Billi:
(1) |
Bil-ħsieb ta' l-istabbiliment progressiv ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat jipprovdi kemm għall-adozzjoni ta' miżuri mmirati li jiżguraw il-moviment liberu ta' persuni, flimkien mal-miżuri ta' appoġġ relatati mal-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-ażil u l-immigrazzjoni, kif ukoll għall-adozzjoni ta' miżuri relatati ma' l-ażil, l-immigrazzjoni u s-salvagwardja tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, afferma mill-ġdid ir-riżoluzzjoni tiegħu li joħloq żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Għal dak il-għan, politika Ewropea komuni dwar l-ażil u l-migrazzjoni għandha tiżgura kemm it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kif ukoll il-ġestjoni aħjar tal-flussi ta' migrazzjoni. Politika komuni dwar l-ażil, inkluża Sistema Ewropea Komuni ta' l-Ażil, għandha tkun parti kostitwenti ta' l-objettiv ta' l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà, u ġustizzja miftuħ għal dawk li, imġiegħla miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament protezzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji kif stabbiliti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 rigward l-Istat ta' Refuġjat kif supplimentata mill-Protokol ta' New York fil-31 ta' Jannar 1967 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta' Ġinevra”). |
(4) |
Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri huma marbuta bl-obbligazzjonijiet tagħhom skond il-liġi internazzjonali inkluża l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. |
(5) |
L-“aħjar interessi tat-tfal”, għandu jkun kunsiderazzjoni primarja ta' l-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Deċiżjoni, skond il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal, fejn hu applikabbli. |
(6) |
L-implimentazzjoni ta' din il-politika għandha tkun ibbażata fuq solidarjetà bejn l-Istati Membri u teħtieġ l-eżistenza ta' mekkaniżmi li jippromwovu bilanċ ta' sforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu refuġjati u persuni spostati u jerfgħu l-konsegwenzi ta' dan. Għal dak il-għan, ġie stabbilit il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati għall-perijodu mill-2000 sa l-2004 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KE tat-28 ta' Settembru 2000 (4). Din id-deċizjoni ġiet sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE tat-2 ta' Diċembru 2004 li tistabbilixxi Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill l-2005 u sa l-2010 (5). Hekk ġie żgurat li titkompla s-solidarjetà bejn l-Istati Membri fid-dawl tal-leġislazzjoni Komunitarja li ġiet adottata reċentement fil-qasam ta' l-ażil, b'kont meħud ta' l-esperjenza li nkisbet mill-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati għall-perijodu mill-2000 sa l-2004. |
(7) |
Fil-Programm ta' the Hague ta' l-4 u l-5 ta' Novembru 2004, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa serje ta' objettivi u prijoritajiet bil-ħsieb li jmexxi 'l-quddiem l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni ta' l-Ażil fit-tieni fażi tagħha. |
(8) |
B'mod partikolari, il-Kunsill Ewropew issottolinja l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża għal sistema ta' protezzjoni internazzjonali aktar aċċessibbli, ekwitabbli u effettiva u tipprovdi aċċess għal protezzjoni u soluzzjonijiet dejjiema fl-aktar stadju bikri possibbli u appella għall-iżvilupp ta' Programmi ta' Protezzjoni UE-Reġjonali, inkluż programm konġunt ta' allokazzjoni mil-ġdid għall-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw f'tali programm. |
(9) |
Il-Kunsill Ewropew għamel ukoll sejħa għall-istabbiliment ta' strutturi adatti li jinvolvu s-servizzi ta' l-ażil nazzjonali ta' l-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni prattika u kollaborattiva, li għandha tgħin biex tinkiseb proċedura unika madwar l-UE, kompilazzjoni, valutazzjoni u applikazzjoni konġunta ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' l-oriġini u biex jiġu indirizzati pressjonijiet partikolari dwar is-sistemi ta' l-ażil jew il-kapaċitajiet ta' riċeviment li jirriżultaw minn fatturi bħall-allokazzjoni ġeografika. |
(10) |
Għandu jitwaqqaf Fond Ewropew għar-Refuġjati ġdid (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Fond”) fid-dawl tal-istabbiliment tal-Fond għall-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti legali, il-Fond għar-Ritorn għar-Ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti illegali u l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sa l-2013, bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni’, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu stabbiliti arranġamenti ta' ġestjoni, kontroll u evalwazzjoni komuni. |
(11) |
Fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni u l-għan tal-Fond, m'għandu fl-ebda każ, jappoġġa azzjonijiet rigward żoni u ċentri għaż-żamma ta' persuni f'pajjiżi terzi. |
(12) |
Huwa meħtieġ li t-tul ta' żmien tal-Fond jiġi adattat għat-tul ta' żmien tal-qafas finanzjarju multi-annwali kif stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u amministrazzjoni finanzjarja tajba (6). |
(13) |
Din id-Deċiżjoni hija mfassla biex tifforma parti minn qafas koerenti li jinkludi wkoll id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” (7), id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” (8), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/.../KE ... li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni (9), li jimmira li jindirizza l-kwistjoni ta' qsim ġust tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-piż finanzjarju li jirriżulta mill-introduzzjoni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea u mill-implimentazzjoni ta' linji politiċi komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, kif żviluppati skond it-Titolu IV tat-Trattat. |
(14) |
Huwa xieraq li jiġu appoġġati u mtejba l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri biex jagħtu kondizzjonijiet xierqa ta' riċeviment lil refuġjati, persuni spostati u benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li b'xi mod jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u n-natura tal-protezzjoni mogħtija (10), biex japplikaw proċeduri ta' ażil ġusti u effettivi u jippromwovu prattika tajba fil-qasam ta' l-ażil, sabiex jipproteġu d-drittijiet ta' persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u jagħmluha possibbli li s-sistemi ta' l-ażil ta' l-Istati Membri jaħdmu b'mod effiċjenti. |
(15) |
L-integrazzjoni tar-refuġjati fis-soċjetà tal-pajjiż li fih huma jkunu stabbiliti hija waħda mill-objettivi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Tali persuni għandhom ikunu jistgħu jgawdu mill-valuri stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm appoġġ għal azzjoni mill-Istati Membri biex tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali, ekonomika u kulturali tagħhom sakemm din tkun tikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, li ż-żamma u t-tisħiħ tagħha hija waħda mill-funzjonijiet fundamentali tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 2 u 3(1)(k) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. |
(16) |
Fid-dawl tal-Programm ta' the Hague, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-riżorsi tal-Fond jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika ta' l-ażil ta' l-Unjoni Ewropea, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġu appoġġati l-allokazzjoni mill-ġdid u l-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri, inter alia bħala mezz li jiġu indirizzati pressjonijiet partikolari fuq kapaċitajiet ta' riċeviment u fuq sistemi ta' l-ażil. |
(17) |
Il-Fond għandu jappoġġa l-isforzi ta' l-Istati Membri relatati mat-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimmonitorjaw, u jevalwaw il-linji politiċi tagħhom dwar l-ażil fid-dawl ta' l-obbligi tagħhom taħt il-leġislazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' involviment f'kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri. |
(18) |
Il-Fond għandu jappoġġa ukoll l-isforzi volontarji mwettqa mill-Istati Membri biex jipprovdu protezzjoni internazzjonali u soluzzjoni dejjiema fit-territorji tagħhom lil refuġjati u persuni spostati identifikati bħala eliġibbli għal allokazzjoni mill-ġdid mill-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), bħall-azzjonijiet li l-Istati Membri jimplimentaw biex jivvalutaw il-ħtiġiet ta' l-allokazzjoni mill-ġdid u t-trasferiment tal-persuni konċernati lejn it-territorju tagħhom, bil-ħsieb li jagħtuhom status legali sigur u jippromwovu l-integrazzjoni effettiva tagħhom. |
(19) |
Hija karatteristika tal-Fond li għandu jkun jista' jipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet volontarji ta' diviżjoni tal-piż miftiehma bejn Stati Membri u li jikkonsistu fit-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u ta' applikanti ta' protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor, li jagħtihom protezzjoni ekwivalenti. |
(20) |
Il-Fond għandu jkun jista' wkoll joffri appoġġ adegwat għal sforzi konġunti minn Stati Membri biex jidentifikaw, jikkondividu u jippromwovu l-aħjar prattika u jistabbilixxu strutturi ta' kooperazzjoni effettivi sabiex isaħħu l-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-qafas tas-Sistema Ewropea Komuni ta' l-Ażil. |
(21) |
Għandha tiġi stabbilita riżerva finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza biex tiġi provduta protezzjoni temporanja fil-każ ta' influss ta' persuni spostati bil-massa skond id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ta' l-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi għall-għoti ta' protezzjoni temporanja fil-każ ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu tali persuni u jitgħabbew bil-konsegwenzi ta' dan (11). |
(22) |
Għandu jkun ukoll possibbli li dik ir-riserva finanzjarja tintuża biex tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati Membri biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' pressjoni partikolari minn wasliet f'daqqa ta' numri kbar ta' persuni li jistgħu jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u li jpoġġu piżijiet sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta' riċeviment jew is-sistemi ta' l-ażil ta' l-Istati Membri. Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-għoti ta' assistenza finanzjarja f'dawn is-sitwazzjonijiet. |
(23) |
L-appoġġ ipprovdut mill-Fond ikun aktar effiċjenti u mmirat aħjar jekk il-finanzjament konġunt ta' l-azzjonijiet eliġibbli jkun ibbażat fuq programm pluriennali, soġġett għal reviżjoni f'nofs it-terminu u fuq programm annwali mfassal minn kull Stat Membru b'kont meħud tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tiegħu. |
(24) |
Filwaqt li huwa xieraq li jingħata ammont fiss lil kull Stat Membru, huwa ġust li tiġi allokata parti kbira tar-riżorsi annwali disponibbli proporzjonalment għall-piż li jġorr kull Stat Membru permezz ta' l-isforzi tiegħu biex jirċievi refuġjati u persuni spostati, inklużi refuġjati li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali fil-qafas ta' programmi nazzjonali. |
(25) |
Persuni li jingħataw protezzjoni internazzjonali u soluzzjoni fit-tul permezz ta' allokazzjoni mill-ġdid għandhom jiġu inklużi fin-numri ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jittieħed kont tagħhom meta jiġu allokati riżorsi annwali disponibbli bejn l-Istati Membri. |
(26) |
B'kont meħud ta' l-importanza ta' l-użu strateġiku t'allokazzjoni mill-ġdid minn pajjiżi jew reġjuni magħżula għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' protezzjoni reġjonali, jeħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' persuni mill-Istati Riċentiment Indipendenti tal-Lvant u mill-Afrika Subsaħarjana, li ġew hekk magħżula fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u dwar il-Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali ta' l-1 ta' Settembru 2005 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2005, u minn kwalunkwe pajjiż jew reġjun ieħor li jkun hekk magħżul fil-futur. |
(27) |
Huwa daqstant meħtieġ ukoll li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali għall-azzjonijiet t'allokazzjoni mill-ġdid mmirati lejn ċerti kategoriji partikolari ta' persuni vulnerabbli, fejn l-allokazzjoni mill-ġdid hija ddeterminata bħala l-aktar rispons xieraq għall-ħtiġijiet speċjali tagħhom. |
(28) |
Fil-kuntest ta' ġestjoni kondiviża kif imsemmi fl-Artikolu 53 (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (12) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu speċifikati u l-obbligi għall-kooperazzjoni ta' l-Istati Membri għandhom jiġu kjarifikati. L-applikazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet tkun tippermetti li l-Kummissjoni tissodisfa ruħha li l-Istati Membri jkunu qed jużaw il-Fond b'mod legali u korrett u skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda fis-sens ta' l-Artikoli 27 u 48 (2) tar-Regolament Finanzjarju. |
(29) |
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati biex jiggarantixxu tħaddim tajjeb tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll u l-kwalità ta' l-implimentazzjoni. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali u l-funzjonijiet meħtieġa li l-programmi kollha għandhom jissodisfaw. |
(30) |
Skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni u l-kontroll ta' l-interventi tal-Fond. |
(31) |
Għandhom jiġu speċifikati l-obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa, u l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta' irregolaritajiet u ta' ksur tal-liġi tal-Komunità biex tkun garantita implimentazzjoni effiċjenti u korretta tal-programmi pluriennali u annwali tagħhom. B'mod partikolari, safejn huma konċernati l-ġestjoni u l-kontroll, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-modalitajiet li bihom l-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi rilevanti jkunu stabbiliti u jaħdmu b'mod sodisfaċenti. |
(32) |
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll finanzjarju, il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dan il-qasam għandha tiġi inkoraġġita. |
(33) |
L-effettività u l-impatt ta' azzjonijiet appoġġati mill-Fond jiddependu wkoll mill-evalwazzjoni tagħhom u d-disseminazzjoni tar-riżultati tagħhom. Ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dan ir-rigward, u l-arranġamenti biex tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' l-evalwazzjoni u l-kwalità ta' l-informazzjoni relatata, għandhom jiġu formalizzati. |
(34) |
Waqt li tinżamm preżenti l-importanza tal-viżibbiltà tal-finanzjament Komunitarju, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida biex tiffaċilita r-rikonoxximent xieraq ta' l-appoġġ li jingħata minn kwalunkwe awtorità, organizzazzjoni mhux governattiva, organizzazzjoni internazzjonali jew entità oħra li tirċievi għotja minn dan il-Fond b'kont meħud tal-prattika fir-rigward ta' strumenti oħrajn taħt il-ġestjoni kondiviża, bħall-Fondi Strutturali. |
(35) |
L-azzjonijiet għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb ta' reviżjoni u valutazzjoni ta' l-impatt f'nofs it-terminu, u l-proċess ta' l-evalwazzjoni għandu jiġi inkorporat fl-arranġamenti ta' monitoraġġ tal-proġett. |
(36) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programm, li għandu jkun il-punt ta' referenza ewlieni għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura baġitarja annwali, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda. |
(37) |
Billi l-objettiv ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jiġi promoss bilanċ ta' sforz bejn l-Istati Membri meta dawn jirċievu refuġjati u persuni spostati, ma jistax jinkiseb b'mod adegwat mill-Istati Membri u għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni dan jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalitá, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv. |
(38) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (13). |
(39) |
Minħabba li l-miżura ta' din id-Deċiżjoni rigward l-adozzjoni ta' linjigwida stateġiċi, għandha kamp ta' applikazzjoni ġenerali u hi mfassla sabiex temendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Deċiżjoni, inter alia billi jitħassru wħud minn dawk l-elementi jew billi tiġi ssupplimentata din id-Deċiżjoni biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, din għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti ta' żmien normali applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitqassru għall-adozzjoni tal-linji gwida strategiċi. |
(40) |
Id-Deċiżjoni 2004/904/KE għandha għalhekk tiġi mħassra. |
(41) |
Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, l-Irlanda nnotifikat, permezz ta' l-ittra tas-6 ta' Settembru 2005, ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(42) |
Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, ir-Renju Unit innotifika, permezz ta' l-ittra tas-27 ta' Ottubru 2005, tax-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(43) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u għalhekk mhix marbuta biha u lanqas ma hi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(44) |
Skond it-tieni inċiż tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/927/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 li tistabbilixxi li ċerti oqsma koperti mit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea jkunu regolati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 ta' dak it-Trattat (14) għamlet il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat applikabbli fl-oqsma koperti mill-Artikoli 62(1), (2)(a) u (3) u 63(2)(b) u (3)(b) tat-Trattat, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, OBJETTIVI U AZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013 il-Fond Ewropew għar-Ritorn (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Fond”) bħala parti minn qafas koerenti li jinkludi wkoll id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE, id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE, u d-Deċiżjoni 2007/.../KE, sabiex tikkontribwixxi għat-tisħiħ taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri.
Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi l-objettivi li għalihom jikkontribwixxi l-Fond, l-implimentazzjoni tiegħu, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji ta' distribuzzjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.
Hija tistabbilixxi r-regoli ta' ġestjoni tal-Fond, inklużi regoli finanzjarji, kif ukoll il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u kontroll ibbażati fuq it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Artikolu 2
Objettiv ġenerali tal-Fond
1. L-objettiv ġenerali tal-Fond għandu jkun li jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi magħmula mill-Istati Membri meta jirċievu u jitgħabbew bil-konsegwenzi tar-riċeviment ta' refuġjati u persuni spostati, permezz ta' kofinanzjament ta' l-azzjonijiet msemmija f'din id-Deċiżjoni, b'kont meħud tal-leġislazzjoni Komunitarja fuq dawn il-materji.
2. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Azzjonijiet eliġibbli fl-Istati Membri
1. Il-Fond għandu jappoġġa azzjonijiet fl-Istati Membri relatati ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
kondizzjonijiet ta' riċeviment u proċeduri ta' ażil; |
(b) |
integrazzjoni tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 6 li s-soġġorn tagħhom fi Stat Membru partikolari jkun ta' natura dejjiema u stabbli; |
(ċ) |
tisħiħ tal-kapaċità ta' l-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-linji politiċi tagħhom dwar l-ażil fid-dawl ta' l-obbligi tagħhom taħt leġislazzjoni Komunitarja eżistenti u futura rigward is-Sistema Ewropea Komuni ta' l-Ażil, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' involviment f'attivitajiet ta' kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri; |
(d) |
allokazzjoni mill-ġdid tal-persuni msemmija fl-Artikolu 6(e). Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-allokazzjoni mill-ġdid tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-UNHCR ibbażata fuq il-ħtieġa ta' persuna għall-protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jiġu trasferiti minn pajjiż terz lejn Stat Membru fejn huma jkunu permessi jirresjedu b'wieħed mill-istati li ġejjin:
|
(e) |
trasferiment ta' persuni li jaqgħu taħt il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 6(a) u (b) mill-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali lejn Stat Membru ieħor fejn huma jingħataw protezzjoni simili u ta' persuni li jaqgħu taħt il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(ċ) lejn Stat Membru ieħor fejn ikunu ser jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. |
2. Fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' riċeviment u l-proċeduri ta' l-ażil, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
infrastrutturi jew servizzi ta' akkomodazzjoni; |
(b) |
strutturi u taħriġ biex jiġi żgurat aċċess għal proċeduri ta' l-ażil għal persuni li jfittxu l-ażil; |
(ċ) |
għoti ta' għajnuna materjali u kura medika jew psikoloġika; |
(d) |
assistenza soċjali, informazzjoni jew għajnuna rigward formalitajiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji u informazzjoni jew għoti ta' pariri dwar ir-riżultati possibbli tal-proċedura ta' l-ażil, inkluż dwar aspetti bħal ritorn volontarju; |
(e) |
għajnuna legali u assistenza lingwistika; |
(f) |
edukazzjoni, taħriġ fil-lingwi u inizjattivi oħrajn li huma konsistenti ma' l-istatus tal-persuna konċernata; |
(g) |
l-għoti ta' servizzi ta' appoġġ bħal traduzzjoni u taħriġ bħala għajnuna għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta' riċeviment u ta' l-effiċjenza u l-kwalità tal-proċeduri ta' l-ażil; |
(h) |
informazzjoni għal komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta' awtoritajiet lokali, li jkunu ser jiġu f'kunttat ma' dawk li jkunu qed jiġu rċevuti fil-pajjiż ospitanti; |
(i) |
trasferiment ta' persuni li jaqgħu taħt il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(ċ) mill-Istat Membru li jinstabu fih lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta' l-applikazzjoni ta' l-ażil. |
3. Fir-rigward ta' l-integrazzjoni fis-soċjetajiet ta' l-Istati Membri tal-persuni msemmijin fil-punt (b) tal- paragrafu 1 u l-membri tal-familja tagħhom, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
parir u assistenza f'oqsma bħal akkomodazzjoni, mezzi ta' sussistenza, integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, kura medika, psikoloġika u soċjali; |
(b) |
azzjonijiet li jippermettu lil tali persuni jadattaw għas-soċjetà ta' l-Istat Membru f'termini soċjo-kulturali, u biex jaqsmu l-valuri stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea; |
(ċ) |
azzjonijiet li jippromwovu parteċipazzjoni dejjiema u sostenibbli fil-ħajja ċivili u kulturali; |
(d) |
miżuri li jiffokaw fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki u diplomi; |
(e) |
azzjonijiet imfassla biex jippromwovu l-kisba awtonoma ta' kapaċitajiet u biex jippermettu lil tali persuni jipprovdu għalihom infushom; |
(f) |
azzjonijiet li jippromovu kuntatt sinifikattiv u djalogu kostruttiv bejn tali persuni u s-soċjetà li tilqagħhom, inklużi azzjonijiet li jippromwovu l-involviment ta' msieħba prinċipali bħall-pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet lokali, l-assoċjazzjonijiet tar-refuġjati, il-gruppi volontarji, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili usa'; |
(g) |
miżuri li jappoġġaw lil tali persuni jiksbu ħiliet, inkluż it-taħriġ fil-lingwi; |
(h) |
azzjonijiet li jippromwovu kemm l-ugwaljanza ta' aċċess kif ukoll l-ugwaljanza ta' riżultati fir-rigward tar-relazzjonijiet ta' tali persuni ma' istituzzjonijiet pubbliċi. |
4. Fir-rigward ta' azzjonijiet relatati mat-tisħiħ tal-kapaċità ta' l-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-linji politiċi ta' l-ażil tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a) |
azzjonijiet li jippromwovu l-ġbir, il-kompilazzjoni, l-użu u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini, inkluż it-traduzzjoni; |
(b) |
azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità li tinġabar, tiġi analizzata u ddiseminata statistika dwar il-proċeduri ta' l-ażil, ir-riċeviment, l-integrazzjoni u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali; |
(ċ) |
azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità li jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet ta' l-ażil, inklużi l-appelli; |
(d) |
azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni ta' linji politiċi ta' l-ażil, bħall-valutazzjonijiet ta' l-impatt nazzjonali, stħarrig fost gruppi ta' mira, l-iżvilupp ta' indikaturi u ta' punti ta' referenza. |
5. Fir-rigward ta' azzjonijiet relatati ma' l-allokazzjoni mill-ġdid, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond, b'mod partikolari dawn li ġejjin:
(a) |
azzjonijiet relatati ma' l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' programm ta' allokazzjoni mill-ġdid; |
(b) |
azzjonijiet relatati mal-valutazzjoni ta' każijiet ta' allokazzjoni mill-ġdid potenzjali mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, bħat-twettiq ta' missjonijiet għall-pajjiż ospitanti, intervisti, screening mediku u ta' sigurtà; |
(ċ) |
valutazzjoni tas-saħħa u trattament mediku qabel it-tluq; |
(d) |
proviżjonijiet materjali qabel it-tluq; |
(e) |
miżuri ta' informazzjoni qabel it-tluq; |
(f) |
arranġamenti ta' l-ivvjaġġar, inkluż il-proviżjoni ta' servizzi ta' skorta medika; |
(g) |
informazzjoni u assistenza immedjata mal-wasla, inklużi servizzi ta' interpretu. |
6. Fir-rigward ta' azzjonijiet relatati mat-trasferiment ta' benefiċjarji ta' u ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a) |
miżuri ta' informazzjoni qabel it-tluq; |
(b) |
arranġamenti ta' l-ivvjaġġar, inkluż il-proviżjoni ta' servizzi ta' skorta medika; |
(ċ) |
informazzjoni u assistenza immedjata mal-wasla, inklużi servizzi ta' interpretu. |
7. L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu eliġibbli ukoll għal appoġġ mill-Fond meta jkunu mmirati għall-persuni msemmija fl-Artikolu 6(e).
8. L-azzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 sa 6 għandhom, b'mod partikolari, jippromwovu l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti fil-qasam tas-Sistema Komuni Ewropea ta' l-Ażil.
9. L-azzjonijiet għandhom jieħdu kont ta' kwistjonijiet relatati mas-sessi, l-aħjar interessi tat-tfal, is-sitwazzjoni speċifika ta' persuni vulnerabbli bħal minuri, minuri mhux akkumpanjati, persuni b'diżabbilità, persuni anzjani, nisa tqal, ġenituri waħedhom bi tfal minuri, u vittmi ta' tortura, jew stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew abbuż, vittmi ta' traffikar, u, individwi li jeħtieġu kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard.
10. Il-Fond għandu jappoġġa biss azzjonijiet fir-rigward ta' akkomodazzjoni tal-persuni msemmija fl-Artikolu 6(ċ) li hija separata mill-oqsma jew ċentri maħsubin biss għal persuni li d-dħul tagħhom ġie rifjutat jew għal persuni li ġew interċettati wara li jkunu qasmu l-fruntiera illegalment jew resqu lejn fruntiera esterna bil-ħsieb li jidħlu illegalment fit-territorju ta' l-Istati Membri.
Artikolu 4
Azzjonijiet tal-Komunità
1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jista' jintuża sa 10 % tar-riżorsi disponibbli tal-Fond biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta' interess għall-Komunità kollha (minn hawn 'il quddiem imsejħin “azzjonijiet Komunitarji”) li jikkonċernaw il-politika ta' l-ażil u l-miżuri applikabbli għall-gruppi mmirati msemmijin fl-Artikolu 6.
2. Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet Komunitarji għandhom, b'mod partikolari:
(a) |
imexxu 'l quddiem il-kooperazzjoni Komunitarja bl-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja u prattiċi tajbin, inklużi servizzi ta' interpretu u traduzzjoni li jappoġġaw tali kooperazzjoni; |
(b) |
jappoġġaw l-istabbiliment ta' networks ta' kooperazzjoni transnazzjonali u proġetti pilota bbażati fuq sħubiji transnazzjonali bejn korpi li jkunu jinstabu f'żewġ Stati Membri jew aktar, li jkunu tfasslu biex jistimolaw l-innovazzjoni, jiffaċilitaw l-iskambju ta' esperjenza u prattika tajba u jtejbu l-kwalità tal-politika ta' l-ażil; |
(ċ) |
jappoġġaw kampanji transnazzjonali li jżidu l-għarfien; |
(d) |
jappoġġaw studji, it-tixrid u l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u l-aspetti l-oħra kollha tal-linji politiċi ta' l-ażil, inkluż dwar l-użu ta' l-aktar teknoloġija moderna u dwar kooperazzjoni f'livell nazzjonali bejn imsieħba ewlenin, bħal awtoritajiet lokali u reġjonali, assoċjazzjonijiet tar-refuġjati u gruppi volontarji; |
(e) |
jappoġġaw proġetti pilota, inklużi proġetti innovattivi u studji li jistħarrġu l-possibbiltà ta' forom ġodda ta' kooperazzjoni Komunitarja u tal-liġi Komunitarja f'dan il-qasam; |
(f) |
jappoġġaw l-iżvilupp u l-applikazzjoni minn Stati Membri ta' għodod statistiċi komuni, metodi u indikaturi biex jiġu mkejla l-iżviluppi ta' politika fil-qasam ta' l-ażil; |
(g) |
joffru lin-networks li jġibu f'kuntatt organizzazzjonijiet mhux governattivi li jassistu r-refuġjati u lil dawk li jfittxu ażil u li huma preżenti f'mhux inqas minn 10 Stati Membri appoġġ strutturat maħsub li jiffaċilita skambji ta' esperjenza u prattika soda u jiżgura li l-iżvilupp tal-politika u l-prattika ta' l-ażil Komunitarji jieħu kont ta' l-esperjenza miksuba minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' l-interessi tar-refuġjati u ta' dawk li jfittxu ażil; |
(h) |
jipprovdu lill-Istati Membri b'servizzi ta' appoġġ fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza debitament sostanzjati li jeħtieġu azzjoni urġenti. |
3. Il-programm annwali li jistabbilixxi l-prijoritajiet għal azzjonijiet Komunitarji għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 5
Miżuri ta' emerġenza
1. Fil-każ li jiġu implimentati mekkaniżmi ta' protezzjoni temporanji fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE, il-Fond għandu jiffinanzja wkoll miżuri biex jgħinu lill-Istati Membri, liema miżuri għandhom ikunu separati minn u adizzjonali għall-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Fond għandu jipprovdi wkoll assistenza lil Stati Membri għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza immirati li jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jkunu taħt pressjonijiet partikolari. Tali sitwazzjonijiet huma kkaratterizzati b'wasliet mhux mistennija f'punti partikolari fil-fruntieri ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, li jpoġġu piżijiet tqal u urġenti fuq il-faċilitajiet ta' riċeviment, is-sistema jew l-infrastruttura ta' l-ażil ta' l-Istat(i) Membr(i) konċernat(i) u jistgħu jpoġġu f'riskju għall-ħajja tal-bniedem, il-benessere u l-aċċess għal protezzjoni pprovduti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja.
3. L-azzjonijiet implimentati sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond jekk:
(a) |
huma intenzjonati biex jiġu implimentati immedjatament u ma jistgħux jiġu inklużi b'mod prattiku fil-programm annwali rilevanti, u |
(b) |
id-dewmien tagħhom ma jaqbiżx sitt xhur. |
4. Miżuri ta' emerġenza eliġibbli għandhom jikkonċernaw it-tipi ta' azzjoni li ġejjin:
(a) |
riċeviment u akkomodazzjoni; |
(b) |
proviżjoni ta' mezzi ta' sussistenza, inklużi ikel u ħwejjeġ; |
(ċ) |
assistenza medika, psikoloġika jew assistenza oħra; |
(d) |
spejjeż ta' persunal u amministrazzjoni marbutin mar-riċeviment ta' persuni konċernati u l-implimentazzjoni tal-miżuri; |
(e) |
spejjeż ta' loġistika u trasport; |
(f) |
għajnuna legali u assistenza lingwistika; |
(g) |
dispożizzjoni ta' servizzi ta' traduzzjoni u interpretu, kompetenza ta' Informazzjoni dwar il-pajjiż ta' l-oriġini u miżuri oħrajn li jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni rapida ta' persuni li jistgħu jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u għall-ipproċessar ġust u effiċjenti ta' l-applikazzjonijiet għall-ażil. |
5. Il-miżuri taħt il-paragrafu 4 jistgħu jiġu appoġġati minn timijiet ta' esperti.
Artikolu 6
Gruppi ta' mira
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni l-gruppi ta' mira għandhom ikunu jikkonsistu mill-kategoriji li ġejjin:
(a) |
kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jkollha status definit mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra, u li għandha permess tgħix bħala refuġjata f'wieħed mill-Istati Membri; |
(b) |
kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li tkun qed tgawdi minn xi forma ta' protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2004/83/KE; |
(ċ) |
kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li tkun applikat għal waħda mill-forom ta' protezzjoni deskritti fil-punti (a) u (b); |
(d) |
kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li tkun qed tgawdi minn protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE; |
(e) |
kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ġiet allokata jew qed tiġi allokata mill-ġdid fi Stat Membru. |
KAPITOLU II
PRINĊIPJI TA' ASSISTENZA
Artikolu 7
Komplementarjetà, konsistenza u konformità
1. Il-Fond għandu jipprovdi assistenza li tikkomplementa azzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li jintegra fihom il-prijoritajiet tal-Komunità.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza mill-Fond u mill-Istati Membri tkun konsistenti ma' l-attivitajiet, il-linji politiċi u l-prijoritajiet tal-Komunità. Din il-konsistenza għandha tintwera l-aktar fil-programm pluriennali msemmi fl-Artikolu 18.
3. L-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u ta' l-atti adottati taħthom.
Artikolu 8
Programmazzjoni
1. L-objettivi tal-Fond għandhom jiġu segwiti fil-qafas ta' perijodu tal-programmazzjoni pluriennali (mill-2008 sa l-2013), soġġett għal reviżjoni ta' nofs it-terminu skond l-Artikolu 22. Is-sistema ta' programmazzjoni pluriennali għandha tinkludi l-prijoritajiet u l-proċess tal-ġestjoni, it-teħid ta' deċiżjonijiet, il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni.
2. Il-programmi pluriennali approvati mill-Kummissjoni għandhom jiġu implimentati permezz ta' programmi annwali.
Artikolu 9
Intervent sussidjarju u proporzjonali
1. L-implimentazzjoni tal-programmi pluriennali u annwali msemmijin fl-Artikoli 18 u 20 għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri fil-livell xieraq ta' awtorita', skond is-sistema istituzzjonali speċifika għal kull Stat Membru. Din ir-responsabbilità għandha tiġi eżerċitata skond din id-Deċiżjoni.
2. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' verifika, il-mezzi użati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għandhom ivarjaw skond id-daqs tal-kontribuzzjoni Komunitarja. L-istess prinċipju għandu japplika wkoll għad-dispożizzjonijiet dwar l-evalwazzjoni u għar-rapporti dwar programmi pluriennali u annwali.
Artikolu 10
Metodi ta' implimentazzjoni
1. Il-baġit Komunitarju allokat għall-Fond għandu jiġi implimentat skond l-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta' l-azzjonijiet Komunitarji msemmijin fl-Artikolu 4 u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 15 ta' din id-Deċiżjoni.
2. Il-Kummissjoni teżerċita r-responsabbiltà tagħha biex timplimenta l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea billi:
(a) |
tikkontrolla l-eżistenza u l-funzjonament xieraq tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri skond il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 32; |
(b) |
iżżomm jew tissuspendi l-ħlasijiet kollha jew partijiet minnhom skond il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 41 u 42 jekk is-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni u kontroll jonqsu, u billi tapplika kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja oħra meħtieġa, skond il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 45 u 46. |
Artikolu 11
Sħubija
1. Kull Stat Membru għandu jorganizza, skond ir-regoli u l-prattika nazzjonali attwali, sħubija ma' l-awtoritajiet u l-korpi li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-programm pluriennali jew li fl-opinjoni ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jagħmlu kontribut utli għall-iżvilupp tiegħu.
Dawn l-awtoritajiet u korpi jistgħu jinkludu l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, u korpi li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi jew imsieħba soċjali.
2. Tali sħubija għandha titwettaq f'konformità sħiħa mal-ġurisdizzjoni istituzzjonali, legali u finanzjarja rispettiva ta' kull kategorija ta' msieħba.
KAPITOLU III
QAFAS FINANZJARJU
Artikolu 12
Riżorsi globali
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 628 miljun.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tqassim annwali indikattiv għal kull Stat Membru skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13.
Artikolu 13
Distribuzzjoni annwali ta' riżorsi għal azzjonijiet eliġibbli fl-Istati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jirċievi ammont fiss ta' EUR 300 000 mill-allokazzjoni annwali tal-Fond.
Dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 500 000 fis-sena għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 għall-Istati Membri li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004.
Dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 500 000 fis-sena għall-Istati Membri li jissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fil-perijodu mill-2007 sa l-2013 għall-bqija tal-perijodu mill-2008 sa l-2013 mis-sena ta' wara l-adeżjoni tagħhom.
2. Il-bqija tar-riżorsi annwali disponibbli għandhom jiġu mqassmin bejn l-Istati Membri kif ġej:
(a) |
30 % fi proporzjon għan-numru ta' persuni li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 6, punti (a), (b) u (e) ammessi matul it-tliet snin ta' qabel; |
(b) |
70 % fi proporzjon għan-numru ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 6, punti (ċ) u (d) reġistrati matul it-tliet snin ta' qabel. |
Għall-finijiet ta' dan it-tqassim, il-persuni msemmija fl-Artikolu 6(e) m'għandhomx jitqiesu taħt il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(a).
3. L-Istati Membri għandhom jirċievu ammont fiss ta' EUR 4 000 għal kull persuna li ġiet allokata mill-ġdid li taqa' taħt waħda minn dawn il-kategoriji:
(a) |
persuni minn pajjiż jew reġjun magħżul għall-implimentazzjoni ta' Programm ta' Protezzjoni Reġjonali; |
(b) |
minuri mhux akkumpanjati; |
(ċ) |
tfal u nisa f'riskju, b'mod partikolari ta' vjolenza jew sfruttament psikoloġika, fiżiku jew sesswali; |
(d) |
persuni bi ħtiġijiet mediċi serji li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta' allokazzjoni mill-ġdid. |
4. Fejn Stat Membru jistabbilixxi persuna li taqa' taħt aktar minn kategorija waħda minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 3 huwa għandu jirċievi ammont fiss għal din il-persuna darba biss.
5. Iċ-ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar statistiċi provduti mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri skond il-liġi Komunitarja.
Meta l-Istati Membri ma jkunux taw l-istatistiċi konċernati lill-Kummissjoni (Eurostat), huma għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista' jkun.
Qabel taċċetta din id-data bħala ċifri ta' referenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità, il-komparabbiltà u l-kompletezza ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika skond il-proċeduri operattivi normali. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jagħtuha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel dan.
6. Sa l-1 ta' Mejju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'estimi tan-numru ta' persuni msemmija fil-paragrafu 3li jkunu ser jiġu allokati mill-ġdid fis-sena li jkun imiss, inkluż tqassim skond il-kategoriji differenti msemmija f'dak il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52.
Artikolu 14
Struttura ta' finanzjament
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond għandha tieħu l-forma ta' għotjiet.
2. L-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għandhom jiġu ko-finanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati, għandhom ikunu ta' natura mingħajr skopijiet ta' qligħ u m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament minn sorsi oħra li jkunu koperti mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. L-approprjazzjonijiet tal-Fond għandhom ikunu komplementari għall-infiq pubbliku jew l-ekwivalenti tiegħu allokat mill-Istati Membri għall-miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni.
4. Il-kontribut Komunitarju għall-proġetti appoġġati, fir-rigward ta' azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 3 m'għandhux jeċċedi 50 % ta' l-ispiża totali ta' azzjoni speċifika.
Dan jista' jiżdied sa 75 % għall-proġetti li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi li jkunu ġew identifikati fil-linji gwida strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17.
Il-kontribut Komunitarju għandu jiżdied għal 75 % fl-Istati Membri koperti bil-Fond tal-Koeżjoni.
5. Fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni nazzjonali kif stabbilit fil-Kapitolu IV, l-Istati Membri għandhom jagħżlu proġetti għall-finanzjament abbażi tal-kriterji minimi li ġejjin:
(a) |
is-sitwazzjoni u l-ħtiġiet fl-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
il-vijabiltà ekonomika tan-nefqa, inter alia b'kont meħud tan-numru ta' persuni konċernati fil-proġett; |
(ċ) |
l-esperjenza, il-kompetenza, l-affidabbiltà u l-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika għall-finanzjament u ta' kwalunkwe organizzazzjoni msieħba; |
(d) |
il-punt sa liema l-proġetti jikkomplementaw azzjonijiet oħra ffinanzjati mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew bħala parti minn programmi nazzjonali. |
6. Bħala regola ġenerali, għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għal azzjonijiet appoġġati mill-Fond għandha tingħata għal perijodu ta' mhux iżjed minn tliet snin, soġġett għal rapporti ta' progress perijodiċi.
7. Il-kontribut Komunitarju li jappoġġa azzjonijiet implimentati taħt l-Artikolu 3(4) m'għandux jaqbeż 15 % tat-total tar-riżorsi annwali allokati għal kull Stat Membru skond l-Artikolu 13.
Artikolu 15
Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f'isimha, soġġett għal limitu ta' EUR 500 000 ta' l-allokazzjoni annwali tal-Fond, il-Fond jista' jiffinanzja miżuri ta' tħejjija, monitoraġġ, il-miżuri ta' appoġġ amministrattiv u tekniku, kif ukoll miżuri ta' evalwazzjoni, verifika u spezzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu:
(a) |
studji, evalwazzjonijiet, rapporti ta' esperti u statistika, inklużi dawk ta' natura ġenerali dwar it-tħaddim tal-Fond; |
(b) |
miżuri ta' informazzjoni għall-Istati Membri, il-benefiċjarji finali u l-pubbliku ġenerali, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni u database komuni tal-proġetti ffinanzjati taħt il-Fond; |
(ċ) |
l-installazzjoni, it-tħaddim u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-ispezzjoni u l-evalwazzjoni; |
(d) |
it-tfassil ta' qafas komuni għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ kif ukoll sistemi ta' indikaturi, li jqiesu, fejn xieraq, indikaturi nazzjonali; |
(e) |
titjib fil-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar prattika f'dan il-qasam; |
(f) |
miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-awtoritajiet magħżulin mill-Istati Membri skond l-Artikolu 25, komplementari ma' l-isforzi ta' l-Istati Membri biex jipprovdu gwida lill-awtoritajiet tagħhom skond l-Artikolu 31(2). |
Artikolu 16
Assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' l-Istati Membri
1. Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, għal kull programm annwali, il-Fond jista' jiffinanzja miżuri ta' tħejjija, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u kontroll, kif ukoll miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.
2. L-ammont imwarrab għal assistenza teknika taħt kull programm annwali ma jistax jaqbeż:
(a) |
7 % ta' l-ammont annwali totali tal-kofinanzjament allokat għal dak l-Istat Membru magħdud ma' EUR 30 000 għall-perjodu mill-2008 sa l-2010 u |
(b) |
4 % ta' l-ammont annwali totali tal-kofinanzjament allokat għall-Istat Membru magħdud ma' EUR 30 000 għall-perjodu mill-2011 sa l-2013. |
KAPITOLU IV
PROGRAMMAZZJONI
Artikolu 17
Adozzjoni ta' linji gwida strateġiċi
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida strateġiċi li jistabbilixxu qafas għall-intervent tal-Fond, b'kont meħud tal-progress fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ażil kif ukoll id-distribuzzjoni indikattiva tar-riżorsi finanzjarji tal-Fond għall-perijodu tal-programm pluriennali.
2. Għal kull wieħed mill-objettivi tal-Fond, dawk il-linji gwida għandhom b'mod partikolari jagħtu attenzjoni speċjali lill-prijoritajiet tal-Komunità bil-ħsieb li jippromwovu l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni ta' l-Ażil.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-linji gwida strateġiċi relatati mal-perijodu ta' programmazzjoni pluriennali sal-31 ta' Lulju 2007.
4. Il-linji gwida strateġiċi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(3). Dawn il-linji gwida strateġiċi, ladarba jiġu adottati, għandhom ikunu annessi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 18
Tħejjija u approvazzjoni tal-programmi pluriennali nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jipproponi, abbażi tal-linji gwida strateġiċi msemmijin fl-Artikolu 17, abbozz ta' programm pluriennali li għandu jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(a) |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali fl-Istat Membru fir-rigward ta' arranġamenti għar-riċeviment, il-proċeduri ta' l-ażil, l-għoti ta' pariri dwar ritorn volontarju, l-integrazzjoni u l-istabbiliment mill-ġdid u t-trasferiment minn Stat Membru ieħor ta' persuni koperti mill-Artikolu 6, kif ukoll l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi ta' l-ażil; |
(b) |
analiżi tal-ħtiġiet fl-Istat Membru fir-rigward ta' arranġamenti għar-riċeviment, il-proċeduri ta' l-ażil, l-għoti ta' pariri dwar ritorn volontarju, l-integrazzjoni u l-istabbiliment mill-ġdid u t-trasferiment minn Stat Membru ieħor ta' persuni koperti mill-Artikolu 6, kif ukoll l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi ta' l-ażil; |
(ċ) |
il-preżentazzjoni ta' strateġija xierqa biex jinkisbu dawn l-objettivi u l-prijoritajiet marbutin mal-kisba tagħhom, u deskrizzjoni ta' l-azzjonijiet previsti biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet; |
(d) |
indikazzjoni dwar jekk dik l-istrateġija hix kompatibbli ma' strumenti reġjonali, nazzjonali u Komunitarji oħrajn; |
(e) |
informazzjoni dwar il-prijoritajiet u l-miri speċifiċi tagħhom. Dawk il-miri għandhom jiġu kwantifikati bl-użu ta' numru limitat ta' indikaturi b'kont meħud tal-prinċipju ta' proporzjonalità. L-indikaturi għandhom jippermettu li jitkejjel il-progress imqabbel mas-sitwazzjoni tal-bidu u l-effettività tal-miri li jimplimentaw il-prijoritajiet; |
(f) |
deskrizzjoni ta' l-approċċ magħżul għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' sħubija stabbilit fl-Artikolu 11; |
(g) |
abbozz ta' pjan ta' finanzjament li jistabbilixxi, għal kull prijorità u kull sena, il-kontribuzzjoni finanzjarja proposta tal-Fond u l-ammont globali ta' ko-finanzjament pubbliku jew privat; |
(h) |
id-dispożizzjonijiet stabbiliti biex jiġi żgurat li l-programm pluriennali jkun pubbliku. |
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-abbozz tal-programm pluriennali tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara li l-Kummissjoni tkun ipprovdiet il-linji gwida strateġiċi għall-perijodu konċernat.
3. Sabiex tapprova l-abbozz tal-programm pluriennali, il-Kummissjoni għandha teżamina:
(a) |
il-konsistenza ta' l-abbozz tal-programm pluriennali ma' l-objettivi tal-Fond u l-linji gwida strateġiċi msemmija fl-Artikolu 17; |
(b) |
ir-rilevanza ta' l-azzjonijiet maħsuba fl-abbozz fid-dawl ta' l-istrateġija proposta; |
(ċ) |
il-konformità ta' l-arranġamenti ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Istat Membru għall-implimentazzjoni ta' l-interventi tal-Fond mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni; |
(d) |
il-konformità ta' l-abbozz tal-programm pluriennali mal-liġi Komunitarja u b'mod partikolari mal-liġi Komunitarja li timmira li tiżgura l-moviment liberu ta' persuni flimkien mal-miżuri ta' appoġġ relatati direttament fir-rigward tal-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-ażil u l-immigrazzjoni. |
4. Fejn il-Kummissjoni tqis li abbozz ta' programm pluriennali ma jkunx konsistenti mal-linji gwida strateġiċi u/jew ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni li tistabbilixxi s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jew skond il-liġi Komunitarja, hija għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-abbozz tal-programm pluriennali kif meħtieġ.
5. Il-Kummissjoni għandha tapprova kull programm pluriennali fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni formali tiegħu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 19
Reviżjoni tal-programm pluriennali
1. Fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni, il-programm pluriennali għandu jiġi eżaminat mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, rivedut għall-bqija tal-perijodu tal-programmazzjoni sabiex jikkunsidra aktar jew b'mod differenti l-prijoritajiet Komunitarji. Il-programmi pluriennali jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid fid-dawl ta' l-evalwazzjonijiet u/jew wara xi diffikultajiet ta' implimentazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tapprova r-reviżjoni tal-programm pluriennali malajr kemm jista' jkun wara s-sottomissjoni formali ta' talba f'dan is-sens mill-Istat Membru konċernat. Ir-reviżjoni tal-programm pluriennali għandha ssir skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 20
Programmi annwali
1. Il-programmi pluriennali approvati mill-Kummissjoni għandhom jiġu implimentati permezz ta' programmi annwali.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri, sa l-1 ta' Lulju ta' kull sena, stima ta' l-ammonti li għandhom jiġu allokati lilhom għas-sena ta' wara mit-total ta' approprijazzjonijiet allokati taħt il-proċedura baġitarja annwali, ikkalkolati kif previst fl-Artikolu 13.
3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Novembru ta' kull sena, abbozz ta' programm annwali għas-sena ta' wara, stabbilit skond il-programm pluriennali u li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(a) |
ir-regoli ġenerali għall-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-programm annwali; |
(b) |
deskrizzjoni ta' l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm annwali; |
(ċ) |
it-tqassim finanzjarju propost tal-kontribuzzjoni tal-Fond bejn id-diversi azzjonijiet tal-programm u indikazzjoni ta' l-ammont mitlub biex ikopri l-assistenza teknika taħt l-Artikolu 16 għall-fini ta' l-implimentazzjoni tal-programm annwali. |
4. B'deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz tal-programmi annwali għall-2008 sa l-1 ta' Marzu 2008.
5. Meta teżamina l-abbozz tal-programm annwali ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' l-ammont finali ta' l-approprjazzjonijiet allokati għall-Fond taħt il-proċedura baġitarja.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahar mill-preżentazzjoni formali ta' l-abbozz tal-programm annwali, dwar jekk jistax jiġi approvat. Jekk l-abbozz tal-programm annwali ma jkunx konsistenti mal-programm pluriennali, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-abbozz tal-programm annwali kif meħtieġ.
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tal-finanzjament, li tapprova l-programm annwali, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena konċernata. Id-deċiżjoni għandha tindika l-ammont allokat lill-Istat Membru kkonċernat u l-perijodu li għalih l-infiq huwa eliġibbli.
6. Biex jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza debitament issostanzjati li ma jkunux previsti fiż-żmien ta' l-approvazzjoni tal-programm annwali u li jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti, Stat Membru jista' jirrevedi sa 10 % tat-tqassim finanzjarju tal-kontribut mil-Fond bejn id-diversi azzjonijiet elenkati fil-programm annwali jew jalloka sa 10 % tat-tqassim lil azzjonijiet oħrajn skond din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-programm annwali rivedut.
Artikolu 21
Dispożizzjonijiet speċjali dwar miżuri ta' emerġenza
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dikjarazzjoni ta' ħtiġiet u pjan ta' implimentazzjoni għall-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikolu 5, inkluż deskrizzjoni tal-miżuri ppjanati u l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom.
2. Stat Membru li jitlob assistenza mill-Fond biex jindirizza sitwazzjoni ta' pressjoni partikolari, kif deskritta fl-Artikolu 5(2) għandu jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni bl-informazzjoni rilevanti disponibbli kollha, inkluż:
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari dwar in-numru ta' wasliet, l-effetti fuq il-kapaċitajiet ta' riċeviment, s-sistema jew l-infrastruttura ta' l-ażil u l-ħtiġiet urġenti, kif ukoll previżjoni sostanzjata ta' żviluppi possibbli tas-sitwazzjoni fit-terminu qasir; |
(b) |
indikazzjoni sostanzjata tan-natura eċċezzjonali tas-sitwazzjoni, murija b'elementi li jistgħu jinkludu statistika riċenti u data oħra rigward l-influss ta' persuni fil-punt partikolari tal-fruntiera konċernata; |
(ċ) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' emerġenza maħsubin, l-iskala tagħhom, in-natura tagħhom u l-imsieħba konċernati; |
(d) |
elenku dettaljat ta' l-ispejjeż estimati tal-miżuri previsti. |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza finanzjarja għal miżuri ta' emerġenza mill-Fond ikunux sodisfati u tistabbilixxi l-ammont ta' l-assistenza finanzjarja li għandha tingħata abbażi ta' l-informazzjoni imsemmija hawn fuq kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq.
3. L-assistenza finanzjarja mill-Fond għall-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikolu 5 għandha tkun limitata għal perijodu ta' sitt xhur u m'għandhiex taqbeż 80 % ta' l-ispiża ta' kull miżura.
4. Fil-każ ta'l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' protezzjoni temporanju kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), ir-riżorsi disponibbli għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri abbażi tan-numru ta' persuni li jgawdu mill-protezzjoni temporanja f'kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).
Artikolu 22
Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-programm pluriennali
1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-linji gwida strateġiċi u fejn meħtieġ, sal-31 ta' Marzu 2010 tadotta linji gwida strateġiċi riveduti għall-perijodu mill-2011 sa l-2013.
2. Jekk jiġu adottati tali linji gwida strateġiċi riveduti, kull Stat Membru għandu jeżamina l-programm pluriennali tiegħu mill-ġdid u fejn xieraq, jirrevedih.
3. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18 dwar it-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi pluriennali nazzjonali ta' l-Artikolu 18 għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi pluriennali riveduti.
4. Il-linji gwida strateġiċi riveduti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(3).
KAPITOLU V
SISTEMI TA' ĠESTJONI U KONTROLL
Artikolu 23
Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għandha tadotta tali regoli ta' implimentazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa.
Artikolu 24
Prinċipji ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll
Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programmi pluriennali stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu:
(a) |
għad-definizzjoni tal-funzjonijiet tal-korpi konċernati fil-ġestjoni u l-kontroll u l-allokazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan kull korp; |
(b) |
għar-rispett tal-prinċipju ta' separazzjoni tal-funzjonijiet bejn u fi ħdan tali korpi; |
(ċ) |
għal riżorsi adegwati għal kull korp biex iwettaq il-funzjonijiet li jkunu ġew allokati lilu matul il-perijodu kollu ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond; |
(d) |
għal proċeduri biex tiġi żgurata l-korrettezza u r-regolarità ta' l-infiq iddikjarat taħt il-programmi pluriennali; |
(e) |
għal sistemi affidabbli ta' kontabilità, monitoraġġ u rappurtar finanzjarju f'forma kompjuterizzata; |
(f) |
għal sistema ta' rappurtar u monitoraġġ fejn il-korp responsabbli jafda l-esekuzzjoni tal-kompiti lil korp ieħor; |
(g) |
għal manwali tal-proċeduri fir-rigward tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu; |
(h) |
għal arranġamenti għall-verifika tat-tħaddim tas-sistema; |
(i) |
għal sistemi u proċeduri biex jiġi żgurat rekord ta' transazzjonijiet adegwat; |
(j) |
għal proċeduri ta' rappurtar u monitoraġġ għal irregolaritajiet u għall-irkupru ta' ammonti mħallsin indebitament. |
Artikolu 25
Ħatra ta' l-awtoritajiet
1. Għall-implimentazzjoni tal-programm pluriennali u l-programmi annwali tiegħu l-Istat Membru għandu jaħtar dawn li ġejjin:
(a) |
awtorità responsabbli: korp funzjonali ta' l-Istat Membru, awtorità pubblika nazzjonali jew korp maħtur mill-Istat Membru jew korp regolat mil-liġi privata ta' l-Istat Membru u li għandu missjoni ta' servizz pubbliku, li se jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' programm pluriennali u l-programmi annwali appoġġati mill-Fond u li għandu jittratta l-komunikazzjonijiet kollha mal-Kummissjoni; |
(b) |
awtorità ta' ċertifikazzjoni: korp jew awtorità pubblika nazzjonali, jew individwu li jaġixxi bħala tali korp jew awtorità, magħżul mill-Istat Membru biex jiċċertifika d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni; |
(ċ) |
awtorità ta' verifika: awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, sakemm jitħaddem b'mod indipendenti mill-awtorità responsabbli u mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, magħżul mill-Istat Membru u responsabbli għall-verifika tat-tħaddim effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll; |
(d) |
fejn xieraq, awtorità delegata. |
2. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet tiegħu ma' l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni.
3. Soġġett għall-Artikolu 24(b), uħud mill-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew kollha kemm huma jistgħu jkunu lokalizzati fi ħdan l-istess korp.
4. Ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 26 sa 30 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 26
Awtorità responsabbli
1. L-awtorità responsabbli għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi li ġejjin. Hija għandha:
(a) |
jkollha personalità ġuridika, ħlief fejn ikun korp funzjonali ta' l-Istat Membru; |
(b) |
jkollha l-infrastruttura meħtieġa biex tikkomunika malajr ma' sensiela wiesgħa ta' utenti u ma' korpi responsabbli fl-Istati Membri l-oħrajn u mal-Kummissjoni; |
(ċ) |
taħdem f'kuntest amministrattiv li jkun jippermettilha li twettaq il-kompiti tagħha b'mod korrett u li jkun evitat kwalunkwe konflitt ta' interess; |
(d) |
tkun f'pożizzjoni li tapplika r-regoli ta' ġestjoni tal-fond tal-Komunità; |
(e) |
jkollha kapaċitajiet finanzjarji u ta' ġestjoni li jkunu proporzjonati għall-volum tal-fondi Komunitarji li hija jkollha tamministra; |
(f) |
jkollha għad-dispożizzjoni tagħha persunal bi kwalifiki professjonali xierqa għal xogħol amministrattiv f'ambjent internazzjonali. |
2. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-awtorità responsabbli bil-finanzjament adegwat biex hija tkun tista' tkompli twettaq il-kompiti tagħha sew matul il-perijodu kollu mill-2008 sa l-2013.
3. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ ta' persunal, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-applikazzjoni korretta tal-Kapitoli V sa IX.
Artikolu 27
Kompiti ta' l-awtorità responsabbli
1. L-awtorità responsabbli għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm pluriennali skond il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda.
Hija għandha b'mod partikolari:
(a) |
tikkonsulta l-imsieħba skond l-Artikolu 11; |
(b) |
tippreżenta lill-Kummissjoni l-proposti għall-programmi pluriennali u annwali msemmija fl-Artikoli 18 u 20; |
(ċ) |
torganizza u tippubblika sejħiet għal offerti u proposti jekk xieraq; |
(d) |
torganizza l-għażla tal-proġetti għall-finanzjament konġunt taħt il-Fond skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(5); |
(e) |
tirċievi l-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni, u tħallas lill-benefiċjarji finali; |
(f) |
tiżgura l-konsistenza u l-komplimentarjetà bejn finanzjament konġunt mill-Fond u minn strumenti finanzjarji nazzjonali u Kommunitarji rilevanti; |
(g) |
tissorvelja l-konsenja tal-prodotti u s-servizzi kofinanzjati u li l-infiq iddikjarat għall-azzjonijiet ikun fil-fatt sar u jkun konformi mar-regoli Komunitarji u nazzjonali; |
(h) |
tiżgura li jkun hemm sistema ta' reġistrar u ħażna f'rekords ta' kontabilità ta' forma kompjuterizzata għal kull azzjoni taħt il-programmi annwali u li d-data dwar l-implimentazzjoni li tkun meħtieġa għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni finanzjarja tinġabar; |
(i) |
tiżgura li l-benefiċjarji finali u l-korpi l-oħra involuti fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond iżommu sistema ta' kontabilità separata jew kodiċi adegwat ta' kontabilità għat-transazzjonijiet kollha relatati ma' l-azzjoni mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-kontabilità; |
(j) |
tiżgura li l-evalwazzjonijiet tal-Fond imsemmija fl-Artikolu 49 jitwettqu fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 50(2) u jkunu jilħqu l-istandards ta' kwalità miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru; |
(k) |
tistabbilixxi proċeduri li jiżguraw li d-dokumenti kollha dwar l-infiq u l-verifika meħtieġa biex ikun żgurat rekord adegwat ta' verifika, jinżammu skond il-ħtiġiet imsemmijin fl-Artikolu 43; |
(l) |
tiżgura li l-awtorità ta' verifika tirċievi, għall-finijiet tat-twettiq tal-verifiki definiti fl-Artikolu 30(1), l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri ta' ġestjoni li jkunu qed jiġu applikati u dwar il-proġetti kofinanzjati mill-Fond; |
(m) |
tiżgura li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri u l-kontrolli li jitwettqu fir-rigward ta' l-infiq għall-fini ta' ċertifikazzjoni; |
(n) |
tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni rapporti ta' progress u rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali, dikjarazzjonijiet ta' l-infiq iċċertifikat mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u talbiet għal ħlas jew, fejn xieraq, dikjarazzjoni ta' rimborż; |
(o) |
twettaq attivitajiet ta' informazzjoni u konsultattivi; u xxerred ir-riżultati ta' l-azzjonijiet appoġġati; |
(p) |
tikkopera mal-Kummissjoni u ma' l-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri l-oħrajn; |
(q) |
tivverifika l-implimentazzjoni mill-benefiċjarji finali tal-linji gwida msemmijin fl-Artikolu 33(6). |
2. L-attivitajiet ta' ġestjoni ta' l-awtorità responsabbli għall-proġetti implimentati fl-Istati Membri jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-arranġamenti ta' assistenza teknika msemmijin fl-Artikolu 16.
Artikolu 28
Delegazzjoni ta' kompiti mill-awtorità responsabbli
1. Fejn il-kompiti kollha ta' l-awtorità responsabbli, jew uħud minnhom, jiġu delegati lil awtorità delegata, l-awtorità responsabbli għandha tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti delegati, u tistabbilixxi proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti delegati, li għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26.
2. Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu l-għoti ta' informazzjoni regolari lill-awtorità responsabbli dwar il-prestazzjoni effettiva tal-kompiti delegati u deskrizzjoni tal-mezzi li jkunu ntużaw.
Artikolu 29
Awtorità ta' ċertifika
1. L-awtorità ta' ċertifika għandha:
(a) |
tiċċertifika li:
|
(b) |
tiżgura għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni li tkun irċeviet informazzjoni adegwata mill-awtorità responsabbli dwar il-proċeduri u l-verifiki mwettqa fir-rigward ta' l-infiq inkluż fid-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq; |
(ċ) |
tqis għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tal-verifiki kollha li jkunu twettqu minn jew taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' verifika; |
(d) |
iżżomm rekords ta' kontabilità f'forma kompjuterizzata ta' l-infiq iddikjarat lill-Kummissjoni; |
(e) |
tivverifika l-irkupru ta' kwalunkwe finanzjament Komunitarju li jinstab li tħallas indebitament bħala riżultat ta' irregolaritajiet li jiġu identifikati, flimkien ma' l-imgħax fejn ikun il-każ; |
(f) |
iżżomm kont ta' l-ammonti rekuperabbli u ta' l-ammonti rekuperabbli taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammonti rkuprati, fejn huwa possibbli billi dawn jitnaqqsu mid-dikjarazzjoni ta' l-infiq li jmiss. |
2. L-attivitajiet ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni relatati mal-proġetti implimentati fl-Istati Membri jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-arranġamenti ta' l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 16, sakemm il-prerogattivi ta' din l-awtorità, kif deskritt fl-Artikolu 25, jiġu rispettati.
Artikolu 30
Awtorità ta' verifika
1. L-awtorità ta' verifika għandha:
(a) |
tiżgura li l-verifiki jitwettqu biex jiġi vverifikat it-tħaddim effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll; |
(b) |
tiżgura li jsiru l-verifiki ta' l-azzjonijiet abbażi ta' kampjun xieraq biex tivverifika l-infiq iddikjarat; il-kampjun għandu jirrappreżenta mill-inqas 10 % ta' l-infiq eliġibbli kollu għal kull programm annwali; |
(ċ) |
tippreżenta lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm pluriennali strateġija ta' verifika li tkopri l-korpi li ser iwettqu l-verifiki msemmijin fil-punti (a) u (b), filwaqt li jiġi żgurat li l-benefiċjarji ewlenin tal-finanzjament konġunt mill-Fond jiġu vverifikati u li l-verifiki jkunu mqassma f'intervalli ndaqs matul il-perijodu kollu tal-programmazzjoni. |
2. Fejn l-awtorità ta' verifika maħtura taħt din id-deċiżjoni tkun ukoll l-awtorità ta' verifika maħtura taħt id-Deċiżjonijiet Nru 574/2007/KE, Nru 575/2007/KE, u 2007/.../KE, jew fejn sistemi komuni jkunu japplikaw għal tnejn minn dawn il-Fondi jew aktar, tista' tiġi ppreżentata strateġija ta' verifika kombinata waħda taħt il-paragrafu 1 (ċ).
3. Għal kull programm annwali, l-awtorità ta' verifika għandha tabbozza rapport li għandu jinkludi:
(a) |
rapport ta' verifika annwali li jistabbilixxi r-riżultati tal-verifiki li jkunu twettqu skond l-istrateġija ta' verifika fir-rigward tal-programm annwali u li jirrapporta kwalunkwe nuqqasijiet li jkunu nstabu fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programm; |
(b) |
opinjoni, abbażi tal-kontrolli u l-verifiki li jkunu saru taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' verifika, dwar jekk it-tħaddim tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tipprovdix assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari; |
(ċ) |
dikjarazzjoni li tivvaluta l-validità tat-talba għall-ħlas jew dikjarazzjoni ta' rimborż tal-bilanċ finali u l-legalità u r-regolarità ta' l-infiq konċernat. |
4. L-aworità ta' verifika għandha tiżgura li l-ħidma ta' verifika tqis l-istandards ta' verifika aċċettati internazzjonalment.
5. Il-verifiki relatati mal-proġetti implimentati fl-Istati Membri jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-arranġamenti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 16, sakemm il-prerogattivi ta' l-awtorità ta' verifika, kif deskritt fl-Artikolu 25, jiġu rispettati.
KAPITOLU VI
RESPONSABBILTAJIET U KONTROLLI
Artikolu 31
Responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-ġestjoni finanzjarja soda tal-programmi pluriennali u annwali u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli u kwalunkwe awtorità delegata, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet ta' verifika u kwalunkwe korp ieħor konċernat jirċievu gwida adegwata dwar l-istabbiliment tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll msemmijin fl-Artikoli 24 sa 30 biex jiġi żgurat li l-finanzjament Komunitarju jintuża b'mod effiċjenti u korrett.
3. L-Istati Membri għandhom jimpedixxu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn, u jżommu lill-Kummissjoni informata dwar il-progress li jkun sar fil-proċedimenti amministrattivi u legali.
Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju finali ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati, l-Istat Membru huwa responsabbli biex iħallas lura l-ammonti mitlufin lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea meta jiġi stabbilit li t-telf ikun iġġarrab minħabba nuqqas jew negliġenza tiegħu.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu primarjament responsabbli għall-kontroll finanzjarju ta' l-azzjonijiet u għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-verifiki jiġu implimentati b'tali mod li jiggarantixxi li l-fondi Komunitarji jintużaw sew u b'mod effettiv. Dawn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'deskrizzjoni dwar dawn is-sistemi.
5. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 32
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll
1. Qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm pluriennali, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ikunu ġew stabbiliti skond l-Artikoli 24 sa 30. Huma għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li s-sistemi jaħdmu b'mod effettiv matul il-perijodu kollu tal-programmazzjoni.
2. Flimkien ma' l-abbozz tal-programm pluriennali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni deskrizzjoni ta' l-organizzazzjoni u l-proċeduri ta' l-awtoritajiet responsabbli, l-awtoritajiet delegati u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, u s-sistemi ta' verifika interni li jkunu qed jitħaddmu f'dawk l-awtoritajiet u korpi, fl-awtorità ta' verifika, u fi kwalunkwe korp ieħor li jwettaq il-verifiki taħt ir-responsabbiltà tagħha.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni fil-kuntest tat-tħejjija tar-rapport li jidher fl-Artikolu 50(3).
Artikolu 33
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha taċċerta, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32, li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jkunu konformi ma' l-Artikoli 24 sa 30, u abbażi tar-rapporti dwar verifiki annwali u l-verifiki tagħha stess, li dawn is-sistemi jitħaddmu b'mod effettiv matul il-perijodu tal-programmazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-Istati Membri, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fuq il-post biex jivverifikaw it-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, li jistgħu jinkludu verifiki fuq l-azzjonijiet inklużi fil-programmi annwali, b'avviż ta' mill-inqas tliet ijiem ta' xogħol. L-uffiċjali u r-rappreżentanti awtorizzati ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f'tali verifiki.
3. Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru jwettaq kontrolli fuq il-post biex jivverifika t-tħaddim korrett tas-sistemi jew il-korrettezza ta' transazzjoni waħda jew aktar. Uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f'tali verifiki.
4. Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura li l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond jingħataw informazzjoni, pubbliċità u segwitu xierqa.
5. Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura li l-azzjonijiet ikunu konsistenti ma', u komplementari għal, linji politiċi, strumenti u inizjattivi Komunitarji rilevanti oħrajn.
6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament mogħti taħt din id-Deċiżjoni.
Artikolu 34
Kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' verifika ta' l-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera ma' l-awtoritajiet ta' verifika biex tikkoordina l-pjanijiet ta' kontroll u l-metodi ta' verifika rispettivi tagħhom u għandha minnufih tiskambja r-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll sabiex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi ta' kontroll u biex jiġi evitat xogħol dupplikat mhux ġustifikat.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-kummenti tagħha dwar l-istrateġija ta' verifika ppreżentata taħt l-Artikolu 30 sa mhux aktar tard minn tliet xhur mill-irċevuta.
2. Meta tiddetermina l-istrateġija ta' verifika tagħha, il-Kummissjoni għandha tidentifika dawk il-programmi annwali li hija tikkunsidra sodisfaċenti abbażi ta' l-għarfien eżistenti tagħha tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll.
Għal dawk il-programmi, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li hija tista' tafda prinċipalment fl-evidenza ta' verifika pprovduta mill-Istati Membri u li hija ser twettaq il-verifiki tagħha fuq il-post biss jekk ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqasijiet fis-sistemi.
KAPITOLU VII
ĠESTJONI FINANZJARJA
Artikolu 35
Eliġibbiltà – dikjarazzjonijiet ta' infiq
1. Id-dikjarazzjonijiet kollha ta' l-infiq għandhom jinkludu l-ammont ta' l-infiq li jkun sar mill-benefiċjarji finali biex jimplimentaw l-azzjonijiet u l-kontribuzzjoni li tikkorrespondi mill-fondi pubbliċi jew privati.
2. L-infiq għandu jkun jikkorrespondi għall-ħlasijiet li jkunu saru mill-benefiċjarji finali. Dan għandu jkun ġustifikat b'fatturi mmarkati bħala mħallsa jew b'dokumenti ta' kontabilità ta' valur ekwivalenti.
3. L-infiq jista' jiġi kkunsidrat bħala eliġibbli għal appoġġ mill-Fond biss jekk ikun effettivament imħallas mhux qabel l-1 ta' Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni ta' finanzjament li tapprova l-programm annwali msemmija fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 20(5). L-azzjonijiet kofinanzjati m'għandhomx ikunu tlestew qabel id-data tal-bidu għall-eliġibbiltà.
4. Ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà ta' l-infiq fil-qafas ta' azzjonijiet implimentati kofinanzjati mill-Fond fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 3 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).
Artikolu 36
Kompletezza ta' ħlas lil benefiċjarji finali
L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-awtorità responsabbli tiżgura li l-benefiċjarji finali jirċievu l-ammont totali tal-kontribut mill-fondi pubbliċi malajr kemm jista' jkun. L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm, lanqas m'għandha titħallas xi spiża speċifika ulterjuri jew spiża oħra b'effett ekwivalenti li tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji finali, sakemm l-benefiċjarji finali jissodisfaw il-ħtiġiet kollha rigward l-eleġibbiltà ta' l-azzjonijiet u l-ispejjeż.
Artikolu 37
Użu ta' l-euro
1. L-ammonti stabbiliti fl-abbozz tal-programmi pluriennali u annwali ta' l-Istati Membri msemmijin fl-Artikoli 18 sa 20 rispettivament, id-dikjarazzjonijiet iċċertifikati ta' l-infiq, it-talbiet għal ħlas imsemmijin fl-Artikolu 27(1)(n), l-infiq imsemmi fir-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali msemmijin fl-Artikolu 39(4) u r-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali msemmi fl-Artikolu 51 għandhom jidhru f'euro.
2. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament tal-Kummissjoni, li japprovaw il-programmi annwali ta' l-Istati Membri msemmijin fit-tielet subparagrafu ta'l-Artikolu 20(5), l-impenji u l-ħlasijiet tal-Kummissjoni għandhom jidhru u jitwettqu f'euro.
3. L-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom fid-data tat-talba għall-ħlas għandhom jikkonvertu f'euro l-ammonti ta' l-infiq li jsir fil-munita nazzjonali. Dan l-ammont għandu jiġi konvertit f'euro bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabilità mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu l-infiq jiddaħħal fil-kontijiet ta' l-awtorità responsabbli tal-programm konċernat. Din ir-rata għandha tiġi ppubblikata elettronikament kull xahar mill-Kummissjoni.
4. Meta l-euro ssir il-munita ta' Stat Membru, il-proċedura ta' konverżjoni mniżżla fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika għall-infiq kollu rreġistrat fil-kontijiet mill-awtorità ta' ċertifika qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rata fissa ta' konverżjoni bejn il-munita nazzjonali u l-euro.
Artikolu 38
Impenji
L-impenji tal-baġit Komunitarju għandhom isiru ta' kull sena abbażi tad-deċiżjoni ta' finanzjament tal-Kummissjoni, li tapprova l-programm annwali msemmi fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 20(5).
Artikolu 39
Ħlasijiet – Finanzjament minn qabel
1. Ħlasijiet mill-Kummissjoni tal-kontribut mill-Fondi għandhom isiru skond l-impenji baġitarji.
2. Il-ħlasijiet għandhom ikunu f'forma ta' finanzjament minn qabel u ta' ħlas tal-bilanċ. Huma għandhom isiru lill-awtorità responsabbli maħtura mill-Istat Membru.
3. L-ewwel ħlas ta' finanzjament minn qabel li jirrappreżenta 50 % ta' l-ammont allokat fid-deċiżjoni ta' finanzjament li tapprova l-programm annwali għandu jsir lill-Istat Membru fi żmien sittin jum wara l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni.
4. It-tieni ħlas ta' finanzjament minn qabel għandu jsir sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-Kummissjoni tkun approvat, fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni formali ta' talba għal ħlas minn Stat Membru, rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali u d-dikjarazzjoni ċertifikata ta' l-infiq imfassal skond l-Artikolu 29(1)(a) u l-Artikolu 35 li jammonta għal mill-inqas 60 % ta' l-ammont tal-ħlas inizjali.
L-ammont tat-tieni ħlas ta' finanzjament minn qabel magħmul mill-Kummissjoni ma għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ammont totali allokat mid-deċiżjoni ta' finanzjament li tapprova l-programm annwali u, fi kwalunkwe każ, fejn Stat Membru ikun impenja nazzjonalment ammont inqas mill-ammont indikat fid-deċiżjoni ta' finanzjament li tapprova l-programm annwali, il-bilanċ ta' l-ammont tal-fondi Komunitarji fil-fatt impenjati mill-Istat Membru għall-proġetti magħżula taħt il-programm annwali bit-tnaqqis ta' l-ewwel ħlas ta' finanzjament minn qabel.
5. Kwalunke interess iġġenerat mill-ħlasijiet ta' finanzjament minn qabel għandhom jiġu assenjati lill-programm annwali konċernat, filwaqt li jitqiesu bħala riżors għall-Istat Membru bħala kontribuzzjoni pubblika nazzjonali u għandhom jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni fiż-żmien tad-dikjarazzjoni ta' l-infiq dwar ir-rapport finali ta' l-implimentazzjoni tal-programm annwali konċernat.
6. L-ammonti mħallsa bħala finanzjament minn qabel għandhom jitħallsu mill-kontijiet meta l-programm annwali jintemm.
Artikolu 40
Ħlas tal-bilanċ
1. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ sakemm tkun irċeviet id-dokumenti li ġejjin sa mhux iżjed tard minn disa' xhur wara t-terminu perentorju ta' l-eleġibbiltà għall-infiq stabbilit fid-deċiżjoni ta' finanzjament li tapprova l-programm annwali:
(a) |
dikjarazzjoni ċertifikata ta' l-infiq, debitament imfassla skond l-Artikolu 29(1)(a) u l-Artikolu 35 u talba għall-ħlas tal-bilanċ jew dikjarazzjoni ta' rimborż; |
(b) |
ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali kif imniżżel fl-Artikolu 51; |
(ċ) |
ir-rapport ta' verifika annwali, l-opinjoni u d-dikjarazzjoni previsti fl-Artikolu 30(3). |
Il-ħlas tal-bilanċ ser ikun soġġett għall-aċċettazzjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali u d-dikjarazzjoni li tevalwa l-validità tat-talba għall-ħlas tal-bilanċ.
2. Jekk l-awtorità responsabbli tonqos milli tipprovdi d-dokumenti meħtieġa fil-paragrafu 1 sad-data ta' l-għeluq u f'forma aċċettabbli, il-Kummissjoni għandha tħassar kwalunkwe parti mill-impenn tal-baġit tal-programm annwali korrispondenti li ma tkunx intużat għall-ħlas tal-finanzjament minn qabel.
3. Il-proċedura ta' kanċellazzjoni awtomatika definita fil-paragrafu 2 għandha tiġi sospiża, għall-ammont tal-proġetti konċernati, fejn proċedimenti legali jew appell amminstrattiv li jkollu effetti ta' sospensjoni jkunu għadhom għaddejjin fil-livell ta' Stat Membru meta d-dokumenti definiti fil-paragrafu 1 jiġu ppreżentati. L-Istat Membru, fir-rapport finali parzjali li jkun ġie ppreżentat, għandu jagħti informazzjoni dettaljata dwar tali proġetti, u jibgħat rapporti dwar progress li jkun sar fir-rigward ta' dawn il-proġetti kull sitt xhur. Fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-proċedimenti legali jew il-proċedura ta' appell amministrattiv, l-Istat Membru għandu jippreżenta d-dokumenti meħtieġa fil-paragrafu 1 għall-proġetti kkonċernati.
4. Il-perijodu ta' disa' xhur msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi interrott jekk il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tissospendi l-ħlasijiet tal-finanzjament konġunt għall-programm annwali rilevanti skond l-Artikolu 42. Il-perijodu għandu jerġa' jibda għaddej mid-data meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 42(3) tkun ġiet notifikata lill-Istat Membru.
5. Bla ħsara għall-Artikolu 41, fi żmien sitt xhur mir-riċeviment tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar l-ammont ta' l-infiq li jista' jiġi mħallas mill-Fond rikonoxxut mill-Kummissjoni, u dwar kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja li tkun ġejja mid-differenza bejn l-infiq iddikjarat u l-infiq rikonoxxut. L-Istat Membru għandu jingħata tliet xhur biex jippreżenta l-kummenti tiegħu.
6. Fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tal-kummenti ta' l-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammont ta' l-infiq rikonoxxut li jista' jiġi mħallas mill-Fond, u tirkupra l-bilanċ li jkun ġej mid-differenza bejn l-infiq finali rikonoxxut u s-somom li jkunu diġà tħallsu lil dak l-Istati Membri.
7. Suġġett għall-fondi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ f'mhux iktar minn sittin jum mid-data li fiha din taċċetta d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Il-bilanċ ta' l-impenn tal-baġit għandu jiġi diżimpenjat fi żmien sitt xhur wara l-ħlas.
Artikolu 41
Żamma tal-pagamenti
1. It-terminu perentorju għall-ħlas għandu jiġi miżmum mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni b'delega skond it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju għal perijodu massimu ta' sitt xhur jekk:
(a) |
f'rapport ta' korp ta' verifika nazzjonali jew Komunitarju jkun hemm provi li jissuġġerixxu defiċjenza sinifikattiva fit-tħaddim tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll; |
(b) |
dak l-uffiċjal ikollu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jkun notifikat b'informazzjoni li turih li l-infiq f'dikjarazzjoni ċertifikata ta' l-infiq hija marbuta ma' irregolarità serja li ma ġietx ikkorreġuta. |
2. L-Istat Membru u l-awtorità responsabbli għandhom jiġu informati minnufih dwar ir-raġunijiet għaż-żamma tal-pagament. Il-ħlas għandu jinżamm sakemm l-Istat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa.
Artikolu 42
Sospensjoni tal-pagamenti
1. Il-ħlasijiet kollha tal-finanzjament minn qabel u tal-bilanċ, jew parti minnhom, jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni meta:
(a) |
jkun hemm nuqqas serju fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm li jaffettwa l-affidabbiltà tal-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħlasijiet u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi; jew |
(b) |
l-infiq f'dikjarazzjoni ċertifikata ta' infiq ikun marbut ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkorreġuta; jew |
(ċ) |
Stat Membru ma jkunx ikkonforma ma' l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 31 u 32. |
2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi l-ħlasijiet tal-finanzjament minn qabel u tal-bilanċ wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f'perijodu ta' tliet xhur.
3. Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet tal-finanzjament minn qabel u tal-bilanċ meta din tqis li l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa kollha biex is-sospensjoni tkun tista' titneħħa.
4. Fejn l-Istat Membru ma jieħux il-miżuri meħtieġa, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni biex tikkanċella l-kontribut Komunitarju kollu jew parti minnu għall-programm annwali, skond l-Artikolu 46.
Artikolu 43
Żamma tad-dokumenti
Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna ta' l-Istat taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat, l-awtorità responsabbli għandha tiżgura li d-dokumenti ta' appoġġ kollha rigward l-infiq u l-verifiki tal-programmi konċernati jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri għal perijodu ta' ħames snin wara l-għeluq tal-programmi skond l-Artikolu 40(1).
Dan il-perijodu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta' proċedimenti legali jew fuq talba debitament sostanzjata mill-Kummissjoni.
Id-dokumenti għandhom jinżammu fil-forma ta' l-oriġinali jew f'verżjonijiet iċċertifikati li huma konformi ma' l-oriġinali fuq mezzi ta' żamma ta' data ġeneralment aċċettati.
KAPITOLU VIII
KORREZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 44
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jerfgħu primarjament ir-responsabbiltà għall-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, billi jaġixxu fuq il-provi ta' kull bidla ewlenija li taffettwa n-natura jew il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni jew il-kontroll tal-programmi u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa marbuta ma' l-irregolaritajiet individwali jew sistematiċi li jkunu nstabu fl-azzjonijiet jew fil-programmi annwali.
Korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni, u jekk ikun applikabbli, l-irkupru tal-kontribut Komunitarju kollu jew ta' parti minnu. Fejn l-ammont ma jiġix imħallas fiż-żmien permess mill-Istat Membru rilevanti, għandu jkun dovut imgħax minħabba nuqqas ta' ħlas bir-rata prevista fl-Artikolu 47(2). L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tan-natura u l-gravità ta' l-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fond.
3. Fil-każ ta' irregolaritajiet sistematiċi l-Istat Membru relevanti għandu jestendi l-inkjesti tiegħu biex ikopru l-operazzjonijiet li jistgħu jiġu affettwati.
4. L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali msemmi fl-Artikolu 51 lista ta' proċedimenti ta' kanċellazzjoni mibdija għall-programm annwali konċernat.
Artikolu 45
Verifika ta' kontijiet u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni
1. Bla ħsara għas-setgħat tal-Qorti ta' l-Awdituri jew il-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri skond liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post, inklużi kontrolli ta' kampjuni, ta' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond u ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll b'notifika ta' mill-inqas tliet ijiem ta' xogħol. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri konċernati bil-ħsieb li tikseb l-assistenza kollha meħtieġa. L-uffiċjali jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f'tali kontrolli.
Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru konċernat iwettaq kontrolli fuq il-post biex jivverifika l-eżattezza ta' waħda jew iżjed mit-transazzjonijiet. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f'tali kontrolli.
2. Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru ma jkunx konformi ma' l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 31, hija għandha tissospendi l-ħlas tal-finanzjament minn qabel jew ħlas tal-bilanċ skond l-Artikolu 42.
Artikolu 46
Kriterji għall-korrezzjonijiet
1. Il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tħassar il-kontribut Komunitarju kollu jew parti minnu għal programm annwali fejn, wara li jitwettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li:
(a) |
hemm nuqqas serju fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm li qiegħed f'riskju l-kontribut Komunitarju li jkun diġà tħallas lill-programm; |
(b) |
l-infiq imsemmi f'dikjarazzjoni ċertifikata ta' infiq ikun irregolari u ma jkunx ġie kkorreġut mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni taħt dan il-paragrafu; |
(ċ) |
Stat Membru ma jkunx ikkonforma ma' l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 31 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni taħt dan il-paragrafu. |
Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni wara li tkun ħadet kont ta' kwalunkwe kumment magħmul mill-Istat Membru.
2. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta' irregolaritajiet identifikati, filwaqt li tqis in-natura sistematika ta' l-irregolarità biex jiġi determinat jekk għandhiex tiġi applikata korrezzjoni b'rata fissa jew korrezzjoni estrapolata. Fejn il-każ ta' irregolarità jkun relatat ma' dikjarazzjoni ta' infiq li għalih tkun ingħatat assigurazzjoni raġonevoli mill-awtorità tal-verifika skond l-Artikolu 30(3) punt (b), ser jiġi preżunt li hemm problema sistemika li twassal għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni ta' rata fissa jew estrapolata, sakemm l-Istat Membru ma jġibx prova fi żmien tliet xhur li tirribatti din il-preżunzjoni.
3. Meta tiddeċiedi l-ammont ta' korrezzjoni, il-Kummissjoni għandha tiqs l-importanza ta' l-irregolarità u l-medda u l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu fil-programm annwali konċernat.
4. Fejn il-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq il-fatti stabbiliti mill-awdituri għajr dawk tas-servizzi tagħha stess, hija għandha tiġbed il-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji, wara li tkun eżaminat il-miżuri meħuda mill-Istat Membru konċernat taħt l-Artikolu 32, ir-rapporti ta' irregolaritajiet notifikati u kwalunkwe tweġiba mill-Istat Membru.
Artikolu 47
Ħlas lura
1. Kwalunkwe ħlas lura li għandu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jsir qabel id-data ta' l-għeluq indikata fl-ordni għall-irkupru li tkun tfasslet skond l-Artikolu 72 tar-Regolament Finanzjarju. Din id-data ta' l-għeluq għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ ta' l-ordni.
2. Kwalunkwe dewmien tal-ħlas lura għandu jwassal għal imgħax fuq il-ħlas tard, li jibdew fid-data ta' l-għeluq u jintemmu fid-data ta' meta fil-fatt isir il-ħlas. Ir-rata ta' tali imgħax għandha tkun dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' finanzjament mill-ġdid, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum tal-kalendarju tax-xahar li fih taqa' d-data ta' l-għeluq, biż-żieda ta' tliet punti perċentwali u nofs.
Artikolu 48
Obbligi ta' l-Istati Membri
Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni m'għandhiex tippreġudika l-obbligu ta' Stat Membru biex jissokta bl-irkupri taħt l-Artikolu 44.
KAPITOLU IX
MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U RAPPORTI
Artikolu 49
Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari tal-Fond f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri.
2. Il-Fond għandu jiġi evalwat mill-Kummissjoni fi sħubija ma' l-Istati Membri biex jiġu vvalutati r-relevanza, l-effettività u l-impatt ta' l-azzjonijiet fid-dawl ta' l-objettiv ġenerali msemmi fl-Artikolu 2 fil-kuntest tat-tħejjija għar-rapporti mniżżla fl-Artikolu 50(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet implimentati taħt il-Fond u dawk issuktati taħt linji politiċi, strumenti u inizjattivi rilevanti oħra tal-Komunità.
Artikolu 50
Obbligi ta' rappurtar
1. F'kull Stat Membru, l-awtorità responsabbli għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' proġetti.
Għal dak il-għan, il-ftehim u l-kuntratti li din tikkonkludi ma' l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet għandhom jinkludu klawsoli li jistabbilixxu obbligu biex jiġu ppreżentati rapporti regolari u dettaljati dwar l-istat tal-progress ta' l-implimentazzjoni u t-tkomplija ta' l-objettivi assenjati, li għandhom ikunu l-bażi, rispettivament, għar-rapport ta' progress u r-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali msemmi.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2012 għall-perijodu mill-2008 sa l-2010 u sat-30 ta' Ġunju 2015 għall-perijodu mill-2011 sa l-2013 rispettivament, rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt ta' l-azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta' Diċembru 2012 għall-perijodu mill-2008 sa l-2010 u sal-31 ta' Diċembru 2015 għall-perijodu mill-2011 sa l-2013 rispettivament, rapport ta' evalwazzjoni ex post.
Artikolu 51
Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali
1. Ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja sabiex tinkiseb stampa ċara ta' l-implimentazzjoni tal-programm:
(a) |
l-implimentazzjoni finanzjarja u operattiva tal-programm annwali; |
(b) |
il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm pluriennali u l-prijoritajiet tiegħu fir-rigward tal-miri speċifiċi u verifikabbli tagħhom, bi kwantifikazzjoni, kull fejn u kull meta dawn jistgħu jiġu kwantifikati, ta' l-indikaturi; |
(ċ) |
il-passi meħudin mill-awtorità responsabbli biex tiżgura l-kwalità u l-effettività ta' l-implimentazzjoni, b'mod partikolari:
|
(d) |
il-miżuri meħudin biex tingħata informazzjoni dwar u ssir pubbliċità dwar il-programmi annwali u pluriennali. |
2. Ir-rapport għandu jiġi ġġudikat bħala aċċettabbli meta jkun fih l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kontenut tar-rapport ippreżentat mill-awtorità responsabbli fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, li għandu jiġi kkonfermat lill-Istati Membri. Jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix fit-terminu ta' żmien stabbilit, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 52
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat komuni ‘Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni’, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u 5 (b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a (3)(ċ), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu stabbiliti għal sitt ġimgħat.
Artikolu 53
Reviżjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu din id-Deċiżjoni abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2013.
Artikolu 54
Dispożizzjonijiet Transitorji
1. Din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, inkluż it-tħassir totali jew parzjali, ta' assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tad-Deċiżjoni 2004/904/KE, jew kwalunkwe leġislazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2007.
2. Meta jiġu adottati deċiżjonijiet dwar kofinanzjament taħt dan il-Fond, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' miżuri adottati abbażi tad-Deċiżjoni 2004/904/KE qabel is-7 ta' Ġunju 2007 li jkollhom riperkussjonijiet finanzjarji matul il-perijodu kopert minn dak il-kofinanzjament.
3. Is-somom iddedikati għall-kofinanzjament approvati mill-Kummissjoni bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2007, li għalihom id-dokumenti meħtieġa għall-għeluq tal-programmi ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju għas-sottomissjoni tar-rapport finali, għandhom jiġu diżimpenjati awtomatikament mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2010, li għandu jwassal għall-ħlas lura ta' ammonti li jkunu tħallsu indebitament.
L-ammonti relatati ma' operazzjonijiet jew programmi li jkunu ġew sospiżi minħabba proċedimenti ġuridiċi jew appelli amministrattivi li għandhom effett ta' sospensjoni m'għandhomx jitqiesu fil-kalkolu ta' l-ammont tad-diżimpenn awtomatiku.
4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2009 rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatti ta' l-azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond fir-rigward tal-perijodu 2005-2007.
5. Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar ir-riżultati miksubin u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tal-Fond għall-perijodu mill-2005 sa l-2007.
Artikolu 55
Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/904/KE għandha titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 13, 17, 18, 20, 23 u 25, l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32, l-Artikolu 35(4) u l-Artikolu 52 li għandhom japplikaw mis-7 ta' Ġunju 2007.
Artikolu 57
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 23 ta' Mejju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
G. GLOSER
(1) ĠU C 88, 11.4.2006, p. 15.
(2) ĠU C 115, 16.5.2006, p. 47.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2006 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2007.
(4) ĠU L 252, 6.10.2000, p. 12.
(5) ĠU L 381, 28.12.2004, p. 52.
(6) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(7) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(8) Ara paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) Għadu mhux ippubblikat fuq il-Ġurnal Uffiċjali.
(10) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(11) ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(13) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(14) ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45.