Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0212

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-Komunità ta' l-importi ta' l-annimali u l-laħam frisk, inkluż l-ikkapuljat minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 2000/572/KE u 2000/585/KE (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 5248)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 73, 11.3.2004, p. 11–95 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R2235

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/212/oj

    32004D0212

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-Komunità ta' l-importi ta' l-annimali u l-laħam frisk, inkluż l-ikkapuljat minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 2000/572/KE u 2000/585/KE (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 5248)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    Official Journal L 073 , 11/03/2004 P. 0011 - 0095
    CS.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189
    ET.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189
    HU.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 188
    LT.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189
    LV.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 188
    MT.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189
    PL.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189
    SK.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189
    SL.ES Chapter 3 Volume 43 P. 104 - 189


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta' Jannar 2004

    dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-Komunità ta' l-importi ta' l-annimali u l-laħam frisk, inkluż l-ikkapuljat minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 2000/572/KE u 2000/585/KE

    (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 5248)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/212/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi ta' l-ispezzjoni tas-saħħa u tal-veterinarji ma' l-importazzjoni ta' annimali bovini, ovini u tal-familja tal-mogħoż, u l-majjali, laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1), 6(3), 7 u 8, 11(2), 14(3)(ċ) u (d), 15, 16(1), 17(2)(b) u (d) u 22(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendati mid-Direttiva 96/43/KE [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 18B tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 dwar il-problemi tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali dwar il-qtil ta' annimali slavaġġ tal-kaċċa u t-tqegħid fuq is-suq tal-laħam ta' l-annimali slavaġġ tal-kaċċa [5], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE0 Nru 806/2003 [6], u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2)(ċ) u (3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tniżżel il-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importi lejn il-Komunità ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embriji li mhumiex suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali mniżżla fir-regoli speċifiċi tal-Komunità riferuti fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE [7], kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2003 [8], u b'mod partikolari l-Artikoli 6(1)(e), 17(2) u (3), 18(1) u 19 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tniżżel il-ħtiġiet għas-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importi lejn il-Komunità tal-prodotti li mhumiex suġġetti għat-tali ħtiġiet imniżżla fir-regoli speċifiċi tal-Komunità riferuti fl-Anness A, Kapitolu I, tad-Direttiva 89/662/KEE u, dwar il-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [9], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/721/KE [10], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1994 li tniżżel il-ħtiġiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta' kapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam [11], kif l-aħħar emendata mir-Regolament Nru 806/2003, u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 14 tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jniżżel ir-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll, u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu [12], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2003 [13], u b'mod partikolari l-Artikoli 15(3), 16(7) u 23 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tniżżel ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, u l-introduzzjoni tal-prodotti ta' oriġini ta' l-annimali għall-konsum tal-bniedem [14], u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9(2) tagħha,

    Billi:

    (1) Id-diposizzjonijiet tal-Komunità dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importi minn pajjiżi terzi ta' annimali ħajjin, il-laħam frisk tagħhom u l-prodotti tal-laħam jeħtieġu, f'termini ġenerali, (i) li dawn l-importi huma awtorizzati biss minn pajjiż terz jew parti minnu li jidher fuq lista ta' pajjiżi terzi awtorizzati, u (ii) li dawn l-annimali u l-prodotti jħarsu l-kondizzjonijiet tas-saħħa li għandhom ikunu ċċertifikati minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż li qed jesporta permezz ta' ċertifikat.

    (2) Bil-ħsieb li jkunu ssimplifikati l-bidliet leġislattivi fil-leġislazzjoni tal-Komunità li jistgħu jsiru kull meta tinbidel is-sitwazzjoni tal-mard ta' l-annimali f'pajjiż terz, ikun xieraq li jinġabru flimkien taħt att legali waħed l-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni, inklużi l-lista tal-pajjiżi terzi u l-mudelli taċ-ċertifikati, li huma applikabbli għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' kull tip ta' Artiodactyla u Proboscidea u laħam frisk minn dawn l-annimali u mill-familja taż-żiemel.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [15] tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importi ta' l-annimali ta' l-ispeċi tal-baqra, majjali, familja taż-żiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/462/KEE. Din id-Deċiżjoni fl-istorja kienet ir-riferenza ewlenija biex jinbdew il-proċeduri tal-Komunità li jħallu l-esporti minn pajjiżi terzi ta' varjetà kbira ta' annimali u d-derivattivi tagħhom; madankollu, din kienet mibdula għal-laħam frisk, inkluż l-ikkapuljat, mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE. Għalhekk, huwa l-każ li d-Deċiżjoni 79/542/KEE hija aġġornata bħala l-bażi għall-konsolidazzjoni preżenti.

    (4) L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-familja taż-żiemel [16], jistabbilixxi li l-importazzjonijiet ta' dawn l-annimali huma permessi biss mill-pajjiżi terzi, jew parti minnhom, li jidhru f'lista li għandha tiddaħħal fil-lista ta' pajjiżi terzi mniżżla skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/462/KEE. Madankollu, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati fuq il-bażi tad-Direttiva 90/426/KEE u dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-importazzjonijiet tal-familja taż-żiemel jipprovdu għal-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw dawn l-annimali lejn il-Komunità.

    (5) Ir-regoli li jirregolaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin skond id-Direttiva 72/462/KEE, b'mod partikolari d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 li jirreferu għal lista tal-pajjiżi terzi awtorizzati għall-esportazzjoni ta' l-annimali ħajjin, se jinbidlu bid-Direttiva tal-Kunsill [17] li tniżżel ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u li temenda d-Direttivi 72/462/KEE, 90/426/KEE, 92/65/KEE u 97/78/KE. F'dan il-kuntest, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/426/KEE se tkun emendata biex tistabbilixxi fih il-prinċipji biex titħejja lista speċifika ta' pajjiżi terzi awtorizzati jużaw il-mudelli speċifiċi taċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa biex jesportaw il-familja taż-żiemel lejn il-Komunità. Barra minn hekk, din id-Direttiva tbassar disposizzjonijiet speċifiċi għall-annimali importati lejn il-Komunità taħt ċerti transazzjonijiet mhux kummerċjali.

    (6) Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, u minħabba l-kummerċ speċifiku fl-annimali importati taħt ċerti transazzjonijiet mhux kummerċjali, huwa diġà xieraq li jkunu esklużi l-familja taż-żiemel u l-annimali għall-wirjiet, esibizzjonijiet, skopijiet xjentifiċi (inklużi konservazzjoni jew sperimentali) u kummiedji mill-iskop tad-Deċiżjoni 79/542/KEE.

    (7) Dwar l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam, fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet tad-Direttivi 72/462/KEE, 77/99/KEE u 92/118/KEE, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/221/KE [18] u 97/222/KE [19] iniżżlu, rispettivament, il-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali u l-mudell taċ-ċertifikat tal-veterinarju u l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam miksuba minn varjetà kbira ta' annimali. Għalhekk, dawn iż-żewġ deċiżjonijiet diġà jipprovdu r-regoli armonizzati dwar il-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali ma' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-prodotti tal-laħam. Għalhekk, sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw dawn il-prodotti, huwa l-każ li l-prodotti tal-laħam ikunu esklużi mill-iskop tad-Deċiżjoni 79/542/KEE.

    (8) Dwar dawk l-istabbilimenti fejn annimali ħajjin jinżammu jew jitrabbew regolarment, id-Direttiva 72/462/KEE tipprovdi d-definizzjoni ta' "żamma" għall-annimali ta' l-ispeċi tal-baqra, ovini, tal-familja tal-mogħoż u tal-majjal domestiċi, u d-Direttiva 92/65/KEE tiddefinixxi "korp, istituzzjoni jew Ċentru approvat" għal tipi oħra ta' annimali. Bil-ħsieb li jkunu armonizzata u ssimplifikata t-terminoloġija li qed tintuża għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni, ikun xieraq li jkunu kkonsolidati taħt definizzjoni waħda l-istabbilimenti kollha fejn kull tip ta' Artiodactyla u Proboscidea regolarment tinżamm jew titrabba.

    (9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE [20], tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja ta' l-ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam minn pajjiżi terzi. Laħam ikkapuljat iffriżat f'temperaturi baxxi jista' jsir biss mil-laħam ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra, ovini, tal-mogħoż u tal-majjali, u l-istess tħassib dwar il-mard ta' l-annimali u s-saħħa ta' l-annimali li japplikaw bl-istess mod bħal dawk għal-laħam frisk mit-tali annimali. Madankollu, il-preparazzjonijiet tal-laħam jistgħu jinkorporaw laħam minn annimali mhux mammali oħra. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2000/572/KE għandha tkun emedata sabiex jitneħħa mill-iskop tagħha l-ikkapuljat minn annimali domestiċi tas-saqajn maqsumin f'żewġ partijiet li jista' jkun inkorporat f'manjiera aktar armonizzata fid-Deċiżjoni 79/542/KEE, filwaqt li jżommu l-kondizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-laħam f'deċiżjoni separata.

    (10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [21] tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' laħam tal-kaċċa selvaġġa u tar-razzett u laħam tal-fenek minn pajjiżi terzi mniżżla fiha. Għal-laħam mill-kaċċa ta' annimali tar-razzett u slavaġġ tas-saqajn maqsumin f'żewġ partijiet u tal-familja taż-żiemel l-istess tħassib dwar il-mard ta' l-annimali u s-saħħa ta' l-annimali japplikaw bħal-laħam frisk minn annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra, majjali, tal-familja taż-żiemel, nagħaġ u mogħoż. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandha tkun emedata sabiex jitneħħew mill-iskop tagħha l-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni tal-laħam minn annimali tal-kaċċa tas-saqajn maqsumin f'żewġ partijiet tar-razzett jew slavaġġ u mill-familja taż-żiemel li għandhom ikunu inkorporati f'manjiera aktar armonizzata fid-Deċiżjoni 79/542/KEE, skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 2002/99/KE.

    (11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/390/KEE [22] kienet adottata fuq il-bażi tad-Direttiva 72/462/KEE u tipprovdi għall-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fuq l-importi ta' annimali ħajjin ta' l-ispeċi tal-baqra u l-majjali, u laħam frisk li jiġi minnhom. Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttivi tal-Kunsill 90/675/KEE [23] u 91/496/KEE, u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tagħhom ta' implimentazzjoni, id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 84/390/KEE m'għadhomx jgħoddu aktar u għalhekk għandhom jitħassru.

    (12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/189/KEE [24] tistabbilixxi l-protokolli għall-istandardizzazzjoni tal-materjali u tal-proċeduri għall-eżamijiet dijanjostiċi tal-veterinarji u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-swieq dwar l-importazzjoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra u tal-majjal minn pajjiżi terzi. Id-disposizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-swieq tal-kummerċ ta' l-annimali maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea m'għadhomx japplikaw. Għalhekk dik id-deċiżjonigħandha titħassar u d-disposizzjonijiet tagħha dwar il-protokolli għall-istandardizzazzjoni tal-materjali u l-proċeduri għall-eżamijiet veterinarji inkorporati b'manjiera aktar armonizzata fid-Deċiżjoni 79/542/KEE.

    (13) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/198/KE [25] u 97/232/KE [26] iniżżlu, rispettivament, il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż, u l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tat-tali annimali. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/199/KE [27] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin ta' l-ispeċi tal-baqra u l-majjali, u l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw it-tali importazzjonijiet. Dwar l-annimali li għandhom is-saqajn maqsumin f'żewġ partijiet, koperti mid-Direttiva 92/65/KEE, il-kondizzjonijiet tas-saħħa, iċ-Ċertifikazzjoni veterinarja, u l-lista tal-pajjiżi terzi awtorizzati li jimportaw dawn l-annimali lejn il-Komunità għandhom ikunu armonizzati fuq livell tal-Komunità. Għal dawn l-annimali kollha, l-istess ħsibijiet japplikaw dwar il-mard ta' l-annimali u s-saħħa ta' l-annimali. Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 93/198/KE, 97/232/KE u 2002/199/KE għandhom jitħassru u d-disposizzjonijiet tagħhom inkorporati f'manjiera aktar armonizzata fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Barra minn hekk, sabiex jippriservaw l-istat ta' saħħa ta' l-annimali esportati minn pajjiż terz matul it-trasport tagħhom lejn il-Komunità, disposizzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti.

    (14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE [28] tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-ħtiġiet dwar il-bruċellosi (B. melitensis) u tagħtih l-istat ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-mard; dan jippermetti lil dawn l-Istati Membri li jakkwistaw garanziji addizzjonali li għandhom jitwasslu b'Ċertifikazzjoni.

    (15) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 80/801/KEE [29], 80/804/KEE [30], 81/526/KEE [31], 81/887/KEE [32], 82/414/KEE [33], 82/426/KEE [34], 83/84/KEE [35], 83/380/KEE [36], 84/292/KEE [37], 84/294/KEE [38], 86/63/KEE [39], 86/72/KEE [40], 86/117/KEE [41], 86/463/KEE [42], 89/197/KEE [43], 89/221/KEE [44], 90/445/KEE [45], 91/73/KEE [46], 91/445/KEE [47], 91/446/KEE [48], 92/280/KEE [49], 93/402/KE [50], 98/371/KE [51], 98/625/KE [52], 1999/283/KE [53] u 2001/745/KE [54] jipprovdu l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' laħam frisk ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra, ovini, tal-mogħoż, tal-majjali jew tal-familja taż-żiemel minn bosta pajjiżi terzi. Għalhekk, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jitħassru u d-disposizzjonijiet tagħhom inkorporati f'manjiera aktar armonizzata fid-Deċiżjoni 79/542/KEE.

    (16) L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżotiċi u l-Codex Alimentarius stabbilixxew linji ta' gwida dwar il-prinċipji taċ-Ċertifikazzjoni li l-veterinarji għandhom jimxu magħhom. Huwa preskritt f'dawn il-prinċipji li l-veterinarju li qed jiċċertifika, jiċċertifika biss affarijiet li jaqgħu taħr l-għarfien tagħhom fil-mument tal-firma taċ-ċertifikat, jew li kienu ċċertifikati separatament minn uffiċjal ta' awtorità kompetenti oħra. Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE [55] tniżżel l-istandards taċ-Ċertifikazzjoni li huma meħtieġa għal Ċertifikazzjoni valida u biex tipprevjeni l-frodi. Għalhekk, huwa l-każ li jkun żgurat li r-regoli u l-prinċipji applikati minn uffiċjali li jiċċertifikaw ta' pajjiżi terzi jipprovdu garanziji li huma ekwivalenti għal dawk imniżżla fid-Direttiva 96/93/KE u li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji mniżżla fid-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jirriflettu esklussivament il-fatti li jistgħu jkunu ċċertifikati fil-mument meta jinħareġ iċ-ċertifikat.

    (17) Bil-ħsieb li jkun infurmat il-veterinarju li qed jiċċertifika, l-importaturi, u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn iċ-ċertifikati jkunu ppreżentati, aktar dettalji għandhom ikunu stabbiliti fin-noti li jirreferu għall-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat, id-data tal-ħruġ u xi jkopri. Għall-istess raġunijiet, spjegazzjonijiet dwar ċerti definizzjonijiet, dwar garanziji supplimentarji taħt kondizzjonijiet speċifiċi u dwar il-ħtiġiet ta' żammiet, fond, u annimali, għandhom jakkumpanjaw kull mudell ta' ċertifikat skond il-każ.

    (18) In-Nazzjonijiet Uniti stabbilixxew linji gwida għall-użu ta' qafas komuni u l-qagħda kif jitħejjew id-dokumenti kummerċjali. Taħt il-protezzjoni ta' bosta korpi internazzjonali li jieħdu ħsieb il-faċilitazzjoni tal-proċeduri tal-kummerċ internazzjoni, hemm prinċipji u regoli ġodda li għandhom ikunu segwiti biex jinħarġu ċertifikati maħsuba għal transazzjonijiet internazzjonali. Dwar il-proċeduri taċ-Ċertifikazzjoni, l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżotiċi u l-Codex Alimentarius stabbilixxew linji gwida dwar l-użu ta' Ċertifikazzjoni elettronika.

    (19) Bil-ħsieb li jkun armonizzat l-arranġament taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jinħarġu u jitwasslu mill-uffiċjal veterinarju tal-pajjiż li jesporta, u biex ikun iffaċilitat l-użu possibbli tal-mezzi elettroniċi tat-trasferiment taċ-ċertifikati, huwa l-każ li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji mniżżla fid-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jiġu arranġati hekk, flimkien man-noti biex ikunu prodotti dawn iċ-ċertifikati fil-pajjiż li jesporta.

    (20) L-Anness A tad-Direttiva 72/462/KEE iniżżel il-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra, ovini, tal-mogħoż, tal-majjal, jew tal-familja taż-żiemel, maħsuba għall-konsum tal-bniedem. Dwar il-laħam ta' annimali tal-kaċċa tar-razzett jew slavaġġ, il-ħtiġiet taċ-Ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika, inkluża l-istat tajjeb ta' l-annimal, iddaħħlu fil-mudell taċ-ċertifikati ta' kull kategorija tal-laħam mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE. Miżuri ġodda tal-Komunità qed ikunu adottati fl-oqsma tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' annimali ħajjin u tal-laħam frisk tagħhom.

    (21) Bil-ħsieb li jkunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni, li tkun żgurata t-trasparenza tal-ħtiġiet tal-Komunità u tkun ssimplifikata l-proċedura leġislattiva biex taġġorna l-leġislazzjoni tal-Komunità, ikun il-każ li jkunu inkorporati f'kull mudell taċ-ċertifikat veterinarju mniżżel fid-Deċiżjoni 79/542/KEE il-ħtiġiet relevanti li huma meħtieġa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità ta' kull kategorija ta' annimal jew laħam. Madankollu, disposizzjonijiet oħra ta' saħħa ta' skop aktar ġenerali adottati fuq livell tal-Komunità għadhom jikkondizzjonaw l-aċċettazzjoni aħħarija ta' l-importazzjoni lejn il-Komunità ta' din il-merkanzija. Dawn id-disposizzjonijiet huma mniżżlin fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996, dwar miżuri biex jissorveljaw is-sostanzi u r-residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali [56] u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002, li jniżżel il-prinċipji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġi ta' l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel u li jniżżel l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel [57]. Jistgħu jirriżultaw ukoll minn miżuri ta' salvagwardji kif ipprovduti fid-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.

    (22) In-nomenklatura tat-tariffi u statistikali mad-dinja kollha jikklassifikaw l-annimali ħajjin, il-laħam tagħhom, u derivattivi oħra f'kategoriji differenti billi jallokawlhom kodiċi u definizzjonijiet speċifiċi. Id-dikjarazzjonijiet lill-awtoritajiet doganali ta' din il-merkanzija mill-importaturi għandhom jikkunsidraw dawn il-kategoriji ta' l-annimali u l-prodotti. Id-disposizzjonijiet tad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE dwar il-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri tal-Komunità jeħtieġu kollaborazzjoni mill-viċin bejn il-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u l-uffiċċju doganali fejn l-annimali u l-prodotti ta' oriġini ta' l-annimali jaslu minn barra l-Komunità.

    (23) Bil-ħsieb li jkunu armonizzati u ffaċilitati l-proċeduri ta' l-importazzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità, huwa l-każ li kull kunsinna ppreżentata għall-importazzjoni tkun akkumpanjata miċ-ċertifikat veterinarju xieraq.

    (24) Barra minn hekk għall-Awstralja, peress li laħam frisk tat-tjur u tjur ħajjin biss, b'mod partikolari laħam ta' għasfur li ma jtirx u għasafar li ma jtirux, jistgħu jkunu importati taħt ċerti ħtiġiet speċifiċi ta' eżami minħabba l-użu tat-tilqim tal-marda ta' Newcastle, li mhux konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità, l-importazzjoni ta' laħam ta' annimali tal-kaċċa slavaġġ u tar-razzett għandu jkun sospiż sakemm is-sitwazzjoni tista' tkun eżaminata aktar f'dawk il-kategoriji ta' l-għasafar.

    (25) Id-Deċiżjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjoni 2000/585/KE għandhom ikunu emendati b'hekk.

    (26) Id-diposizzjonijiet tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' oriġini ta' l-annimali jagħmlu riferenza għal-lista tal-pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE. Wara l-emenda tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, it-tali riferenzi għandhom jitqiesu li huma għal-lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li tidher fil-Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni preżenti.

    (27) Ibbażati fuq id-Direttiva 72/462/KEE, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 89/18/KEE [58], 92/183/KEE [59] u 92/187/KEE [60] ittieħdu biex jarmonizzaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali, iċ-Ċertifikazzjoni veterinarja, u r-regoli li jirregolaq l-importazzjoni minn bosta pajjiżi terzi ta' materja prima għal industriji ta' l-ipproċessar ta' laħam frisk minn annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra, ovini, tal-mogħoż, tal-majjal, jew tal-familja taż-żiemel, mhux maħsuba għall-konsum tal-bniedem. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni mniżżla fid-dokument legali 14, li għandu jitħassar bl-att preżenti, jipprovdi r-regoli għas-saħħa ta' l-annimali u ċ-Ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' dan il-laħam frisk meta maħsub għall-industrija ta' l-ipproċessar ta' l-ikel ta' l-annimali li jinżammu d-dar. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [61] iniżżlu r-regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum tal-bniedem, inkluża t-tali materja prima. Il-ħtiġiet taċ-Ċertifikazzjoni ikunu riveduti u implimentati sa l-1 ta' Mejju 2004, meta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 isir applikabbli kompletament. Sadanittant, huwa l-każ li jinżammu, sa dik id-data, il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-mudell taċ-ċertifikati ta' dawn id-deċiżjonijiet li huma meħtieġa għat-tali prodotti, billi jkun ipprovdut perjodu transitorju xieraq li fih jibqgħu jkunu aċċettati l-mudelli l-antiki taċ-ċertifikati.

    (28) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Linja ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE hija emendata kif ġej:

    1. It-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi u tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u għaċ-Ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam il-frisk tagħhom."

    2. L-Artikoli 1, 2 u 3 huma mibdulin b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    Materja tas-suġġett u skop

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' annimali ħajjin, eskluża l-familja taż-żiemel, u għall-importazzjoni ta' laħam frisk u prodotti tal-laħam tat-tali annimali, inkluża l-familja taż-żiemel, iżda esklużi l-preparamenti tal-laħam.

    Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-importazzjoni ta' annimali mhux iddomestikati għal wirjiet jew esibizzjonijiet fejn it-tali annimali ma jinżammux jew ikunu mrobbija regolarment, u dawk l-annimali mhux iddomestikati li jifformaw parti minn kummiedji, jew maħsuba għal skopijiet xjentifiċi inklużi ta' konservazzjoni u sperimentali f'korp, istituzzjoni, jew Ċentru li kien approvat skond l-Anness Ċ tad-Direttiva 92/65/KEE.

    L-importi ta' l-annimali u tal-laħam frisk awtorizzati skond din id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu suġġetti għal disposizzjonijiet oħra li kienu adottati, jew jistgħu jkunu adottati, taħt il-liġi Ewropea ta' l-ikel.

    Artikolu 2

    Id-definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    (a) 'annimali': tfisser l-annimali ta' l-art ta' l-ispeċi ta' taxa Proboscidea u Artiodactyla, u r-razez imħalltin tagħhom;

    (b) 'żamma': tfisser razzett jew ażjenda agrikola, industrijali jew kummerċjali oħra uffiċjalment sorveljata, inklużi zoo, amuements parks, u riservi ta' natura selvaġġa jew tal-kaċċa fejn annimali jinżammu jew jitrabbew regolarment.

    (ċ) 'interjuri mnaddaf': tfisser interjuri li minnu l-għadam, il-qarquċa, it-trakea, u l-bronki ewlenija, il-glandoli limfatiċi u t-tessuti mwaħħlin li jgħaqqdu, ix-xaħam u mukus tneħħew kompletament; fil-każ tal-laħam minn annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra, il-muskoli sħaħ tax-xedaq, maqtugħin skond il-punt 41(a) tal-Kapitolu VIII ta' l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE, ukoll jitqiesu bħala interjuri mnaddaf.

    Artikolu 3

    Kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin lejn il-Komunità

    Importi lejn il-Komunità ta' annimali ħajjin jitħallew biss jekk it-tali annimali jikkonformaw ma' l-Artikoli 4, 5, u 6.

    Artikolu 4

    Post ta' oriġini ta' annimali ħajjin

    L-annimali għandhom jiġu mit-territorju ta' pajjiż terz jew parti minnu kif imniżżel fil-kolonni 1, 2. u 3 tat-tabella ppreżentata fil-Parti 1 ta' l-Anness I li għalihom, fil-kolonna 4 li tikkorrispondi, hemm mudell speċifiku taċ-ċertifikat veterinarju nnominat għal dawn l-annimali.

    Artikolu 5

    Kondizzjonijiet speċifiċi

    L-annimali għandhom jimxu mal-ħtiġiet ippreżentati fiċ-ċertifikat xieraq stabbilit skond il-mudell taċ-ċertifikat li jikkorrispondi mħejji taħt il-Parti 2 ta' l-Anness I, wara li jkunu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella ppreżentata fil-Parti 1 ta' l-Anness I, u, jekk indikata hekk fil-kolonna 5 tat-tabella, għandhom ukoll jimxu ma' xi garanziji supplimentarji meħtieġa f'dak iċ-ċertifikat.

    Jekk meħtieġ mill-Membru Stat tad-destinazzjoni, l-annimali kkonċernati għandhom jimxu mal-ħtiġiet addizzjonali taċ-Ċertifikazzjoni msemmija għal dak l-Istat Membru u inklużi fiċ-ċertifikat, ibbażati fuq il-mudell li jikkorrispondi ppreżentat fil-Parti 2.

    Artikolu 6

    Trasport ta' annimali ħajjin għall-importazzjoni lejn il-Komunità

    1. L-annimali ma jitgħabbewx f'mezzi ta' trasport li qed iġorru annimali oħra li m'humiex destinati għall-Komunità jew huma ta' stat anqas ta' saħħa.

    2. Matul it-trasport lejn il-Komunità, l-annimali ma jinħattux fit-territorju ta' pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz li m'huwiex approvat għall-importazzjoni lejn il-Komunità tat-tali annimali.

    3. Matul it-trasport lejn il-Komunità, l-annimali ma jinġarrux fit-triq, bil-linja tal-ferrovija, jew bil-mixi minn ġo territorju jew parti minn territorju ta' pajjiż terz li m'huwiex approvat għall-importazzjoni lejn il-Komunità tat-tali annimali.

    4. L-annimali għandhom jaslu fil-post ta' l-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera tal-Komunità fi żmien 10 ijiem mid-data ta' meta tgħabbew fil-pajjiż terz li jesporta u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju, imħejji b'konformità mal-mudell li jikkorrispondi, mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta.

    Fil-każ tat-traport bil-baħar, il-perjodu ta' 10 ijiem jittawwal biż-żmien tal-vjaġġ tal-baħar. Għal dan l-iskop, dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, imħejjija skond l-addendum tal-Parti 3A ta' l-Anness I, għandha tkun mehmuża fil-forma oriġinali tagħha maċ-ċertifikat veterinarju.

    Artikolu 7

    Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati wara l-importazzjoni

    Wara l-importazzjoni u skond id-Direttiva 91/496/KEE,

    (i) l-annimali maħsuba għall-qatla immedjata għandhom jittieħdu mingħajr dewmien lejn il-kamra tal-qatla tad-destinazzjoni fejn jinqatlu fi żmien ħamest ijiem utli;

    (ii) l-annimali maħsuba għal skopijiet tat-trobbija, produzzjoni jew biex jitħaxxnu, u l-annimali maħsuba għaż-żoo, amusement parks, u riservi tal-kaċċa u ta' natura selvaġġa, għandhom jittieħdu mingħajr dewmien fiż-żamma tad-destinazzjoni fejn għandhom jibqgħu għal perjodu minimu ta' 30 ġurnata qabel moviment ieħor barra ż-żamma, għajr fil-każ ta' kunsinna diretta lejn kamra tal-qatla.

    Artikolu 8

    Kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità

    L-importi lejn il-Komunità ta' laħam frisk maħsub għall-konsum tal-bniedem, mill-annimali kif definiti fl-Artikolu 2 u mill-familja taż-żiemel, għandhom jitħallew biss jekk it-tali laħam huwa konformi ma' l-Artikoli 9 sa 11.

    Artikolu 9

    Post ta' oriġini ta' laħam frisk

    Il-laħam frisk għandu jiġi mit-territorju ta' pajjiż terz jew parti minnu kif imniżżel fil-kolonni 1, 2. u 3 tat-tabella ppreżentata fil-Parti 1 ta' l-Anness II li għalihom, fil-kolonna 4 li tikkorrispondi, hemm mudell speċifiku taċ-ċertifikat veterinarju nnominat għal dak il-laħam.

    Artikolu 10

    Kondizzjonijiet speċifiċi

    Il-laħam frisk għandu jimxi mal-ħtiġiet ippreżentati fiċ-ċertifikat xieraq li jikkorrispondi mal-mudell taċ-ċertifikat imħejji taħt il-Parti 2 ta' l-Anness II, wara li jkunu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella ppreżentata fil-Parti 1 ta' l-Anness II, u, jekk indikata hekk fil-kolonna 5 tat-tabella, għandu wkoll jimxi mal-garanziji supplimentarji mitluba f'dak iċ-ċertifikat.

    Artikolu 11

    Preżentazzjoni ta' laħam frisk fuq il-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità

    Il-laħam frisk għandu jkun ippreżentat fil-post ta' l-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera tal-Komunità akkumpanjat minn ċertifikat veterinarju, imħejji b'konformità mal-mudell li jikkorrispondi, mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta.

    Artikolu 12

    Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati wara l-importazzjoni

    1. Wara l-importazzjoni, il-kategoriji li ġejjin tal-laħam frisk għandhom jittieħdu mingħajr dewmien lejn l-istabbiliment ta' l-ipproċessar tad-destinazzjoni, skond id-Direttiva 97/78/KE:

    (a) karkassi mhux bil-ġilda mqaxxra ta' annimali slavaġġ tas-saqajn maqsuma f'żewġ partijiet maħsuba għall-konsum tal-bniedem wara aktar ipproċessar;

    (b) interjuri mnaddaf ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra maħsuba għall-konsum tal-bniedem bħala prodotti bbażati fuq il-laħam wara aktar trattament bis-sħana billi jissajjar għal temperatura ta' ġewwa ta' mill-anqas 80 °C, jew sterilizzati f'kontenituri ssiġillati ermetikament b'mod li jinkiseb valur ta' Fo > = 3.

    2. Għall-kategoriji tal-prodotti riferuti fil-paragrafu 1(b), l-istabbiliment tad-destinazzjoni għandu jkun stabbiliment speċifikament approvat u rreġistrat biex jipproċessa dawk il-prodotti mill-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment.

    3. Skond il-proċeduri stabbiliti mid-Deċiżjoni 2001/106/KE, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ma' xulxin u lill-Kummissjoni:

    (a) l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-istabbilimenti riferuti fil-paragrafu 2 u ta' l-awtorità lokali kompetenti responsabbli mis-sorveljanza ta' dawn l-istabbiliment, kif ukoll

    (b) il-kategorija tal-prodotti li għalihom dawn l-istabbilimenti huma approvati u rreġistrati;

    Artikolu 13

    Ċertifikazzjoni

    Iċ-ċertifikati veterinarji meħtieġa għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin u laħam frisk lejn il-Komunità, kif ipprovdut f'din id-Deċiżjoni, għandhom isiru abbozz skond in-noti ppreżentati fil-Parti 2 ta' l-Annessi I u II. Madankollu, dan m'għandux jipprekludi l-użu taċ-Ċertifikazzjoni elettronika jew sistemi miftehma oħra, armonizzati fuq livell tal-Komunità."

    3. L-Artikolu 4 isir l-Artikolu 14.

    4. L-Anness jinbidel bl-Anness A ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Emendi tad-Deċiżjoni 2000/572/KE

    Id-Deċiżjoni 2000/572/KE hija emendata kif ġej:

    1. It-titolu jinbidel bi:

    "Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE tat-8 ta' Settembru 2000 li jniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja ta' l-importi tal-preparazzjonijiet tal-laħam lejn il-Komunità minn pajjiżi terzi".

    2. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-laħam."

    3. L-Artikolu 2 huwa mħassar.

    4. L-Artikolu 4(1) huwa mħassar.

    5. L-Artikolu 6 huwa mħassar.

    6. L-Anness I huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Emendi tad-Deċiżjoni 2000/585/KE

    Id-Deċiżjoni 2000/585/KE hija emendata kif ġej:

    1. It-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/585/KE tas-7 ta' Settembru 2000 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importi ta' laħam tal-fenek u ċertu laħam ta' annimali tal-kaċċa slavaġġ u tar-razzett u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u għaċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għat-tali importi.".

    2. L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 2

    L-Istati Membri jawtorizzaw biss importi tal-laħam li ġej:

    - laħam tat-tjur slavaġġ tal-kaċċa li ma fihomx interjuri, għajr fil-każ ta' għasafar tal-kaċċa mhux imnittfa u mhux imneħħi l-ġewwieni tagħhom,

    - laħam ta' l-għasafar tal-kaċċa tar-razzett,

    - laħam tal-leporidae selvaġġ, definit bħala fniek u fniek slavaġġ, li ma fihomx interjuri, għajr fil-każ ta' lepridae mhux imnittef u mhux imneħħi l-ġewwieni tiegħu,

    - laħam ta' fniek tar-razzett,

    - laħam ta' mammali slavaġġ ta' l-art, għajr il-mammal bid-dwiefer mgħawwġa u l-leporide, li ma fihomx interjuri.

    It-tali laħam għandu jiġi mill-pajjiżi terzi jew partijiet mill-pajjiżi terzi mniżżla fl-Annes I, u għandu jkun skond il-kondizzjonijiet imniżżla fiċ-ċertifikat veterinarju stabbilit skond il-mudell relevant taċ-ċertifikat tas-saħħa ppreżentat fl-Anness III, kif ipprovdut fl-Anness II.

    Il-ħtiġiet meħtieġa riferuti fl-Anness II u ppreżentati fl-Anness IV iridu jitħarsu mill-pajjiżi terzi li jesportaw u ċċertifikati hekk billi jimlew it-Taqsima V għal kull ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell ipreżentat fl-Anness III."

    3. L-Annessi I u II jinbidlu bl-Anness B ta' din id-Deċiżjoni.

    4. Fl-Anness III, il-Mudelli A, B, F, Ġ, u H jitħassru.

    5. Fl-Anness IV, il-paragrafi 1,2, 5, u 7 jitħassru.

    Artikolu 4

    Revoki

    Id-Deċiżjonijiet 80/801/KEE, 80/804/KEE, 81/526/KEE, 81/887/KEE, 82/414/KEE, 82/426/KEE, 83/84/KEE, 83/380/KEE, 84/292/KEE, 84/294/KEE, 84/390/KEE, 86/63/KEE, 86/72/KEE, 86/117/KEE, 86/463/KEE, 89/197/KEE, 89/221/KEE, 90/445/KEE 91/73/KEE, 91/189/KEE, 91/445/KEE, 91/446/KEE, 92/280/KEE, 93/198/KEE, 93/402/KEE, 97/232/KE, 98/371/KE, 98/625/KE, 1999/283/KE, 2001/745/KE u 2002/199/KE jitħassru.

    Artikolu 5

    Disposizzjonijiet transitorji u finali

    1. Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Mejju 2004.

    2. Ir-riferenzi magħmula mil-leġislazzjoni tal-Komunità għal-lista tal-pajjiżi terzi li jidhru fil-parti 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif imniżżla qabel l-emenda li ddaħħlu mid-Deċiżjoni preżenti, għandhom jittieħdu bħala riferenzi għal-lista tal-pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni preżenti.

    3. L-importazzjoni lejn il-Komunità ta' annimali ħajjin ċċertifikati qabel id-data riferuta fil-paragrafu 1 u l-laħam frisk mill-annimali li nqatlu qabel id-data riferuta fil-paragrafu 1, skond il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji mniżżla fid-deċiżjonijiet riferuti fl-Artikolu 4, għandhom ikunu awtorizzati għal perjodu ta' 60 ġurnata wara l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28.

    [2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 36.

    [3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 56.

    [4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, pġ. 1.

    [5] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 35.

    [6] ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1.

    [7] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 54.

    [8] ĠU L 198, tas-6.8.2003, pġ. 3.

    [9] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49.

    [10] ĠU L 260, tal-11.10.2003, pġ. 21.

    [11] ĠU L 368, tal-31.12.1994, pġ. 10.

    [12] ĠU L 147, tal-31.5.2001, pġ. 1.

    [13] ĠU L 333, ta’ l-20.12.2003, pġ. 28.

    [14] ĠU L 18, tat-23.1.2003, pġ. 11.

    [15] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ. 15.

    [16] ĠU L 224, tat-18.10.1990, pġ. 42.

    [17] COM(2003) 570 finali.

    [18] ĠU L 89, ta’ l-4.4.1997, pġ. 32.

    [19] ĠU L 89, ta’ l-4.4.1997, pġ. 39.

    [20] ĠU L 240, tat-23.9.2000, pġ. 19.

    [21] ĠU L 251, tas-6.10.2000, pġ. 1.

    [22] ĠU L 211, tat-8.8.1984, pġ. 20.

    [23] ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 1.

    [24] ĠU L 96, tas-17.4.1991, pġ. 1.

    [25] ĠU L 86, tas-6.4.1993, pġ. 34.

    [26] ĠU L 93, tat-8.4.1997, pġ. 43.

    [27] ĠU L 71, tat-13.3.2002, pġ. 1.

    [28] ĠU L 13, tal-21.1.1993, pġ. 14.

    [29] ĠU L 234, tal-5.9.1980, pġ. 41.

    [30] ĠU L 236, tad-9.9.1980, pġ. 25.

    [31] ĠU L 196, tat-18.7.1981, pġ. 19.

    [32] ĠU L 324, tat-12.11.1981, pġ. 25.

    [33] ĠU L 182, tas-26.6.1982, pġ. 27.

    [34] ĠU L 186, tat-30.6.1982, pġ. 54.

    [35] ĠU L 56, tat-3.3.1983, pġ. 26.

    [36] ĠU L 222, tat-13.8.1983, pġ. 27.

    [37] ĠU L 144, tat-30.5.1984, pġ. 10.

    [38] ĠU L 144, tat-30.5.1984, pġ. 17.

    [39] ĠU L 72, tal-15.3.1986, pġ. 36.

    [40] ĠU L 76, tal-21.3.1986, pġ. 47.

    [41] ĠU L 99, tal-15.4.1986, pġ. 26.

    [42] ĠU L 271, tat-23.9.1986, pġ. 23.

    [43] ĠU L 73, tas-17.3.1989, pġ. 53.

    [44] ĠU L 92, tal-5.4.1989, pġ. 16.

    [45] ĠU L 228, tat-22.8.1990, pġ. 28.

    [46] ĠU L 43, tas-16.2.1991, pġ. 45.

    [47] ĠU L 239, tat-28.8.1991, pġ. 17.

    [48] ĠU L 239, tat-28.8.1991, pġ. 18.

    [49] ĠU L 144, tas-26.5.1992, pġ. 21.

    [50] ĠU L 179, tat-22.7.1993, pġ. 11.

    [51] ĠU L 170, tas-16.6.1998, pġ. 16.

    [52] ĠU L 299, ta’ l-10.11.1998, pġ. 30.

    [53] ĠU L 110, tat-28.4.1999, pġ. 16.

    [54] ĠU L 278, tat-23.10.2001, pġ. 37.

    [55] ĠU L 13, tas-16.1.1997, pġ. 28.

    [56] ĠU L 125, tat-23.5.1996, pġ. 10.

    [57] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, pġ. 1.

    [58] ĠU L 8, tal-11.1.1989, pġ. 17.

    [59] ĠU L 84, tal-31.3.1992, pġ. 37.

    [60] ĠU L 87, tat-2.4.1992, pġ. 20.

    [61] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    "

    ANNESS I (ANNIMALI ĦAJJIN)

    PARTI 1

    Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom

    Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Deskrizzjoni tat-territorju | Ċertifikat veterinarju | Kondizzjonijiet speċifiċi |

    Mudell(i) | SG |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

    BG — il-Bulgarija | BG-0 | Pajjiż sħiħ | - | | VI |

    BG-1 | Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, Sofia district, Sofia city, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Sliven, Starazagora, Vratza, Montana u Vidin | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | A |

    — il-Kanada | CA-0 | Il-pajjiż sħiħ | POR-X | | IVb IX |

    CA-1 | Il-pajjiż sħiħ minbarra Okanagan Valley reġjun ta' British Columbia, deskritt kif ġej: minn posizzjoni fuq il-fruntiera tal-Kanada ma' l-Istati Uniti 120°15' lonġitudni, 49° latitudnilejn it-tramuntana għall-posizzjoni 119°35' lonġitudni, 50°30' latitudnilejn il-grigal għall-posizzjoni 119° lonġitudni, 50°45' latitudnilejn in-nofsinhar minn posizzjoni fuq il-fruntiera tal-Kanada ma' l-Istati Uniti 118°15' lonġitudni, 49° latitudni | BOV-X, OVI-X, OVI-Y | A |

    — l-isvizzera | CH-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y OVI-X, OVI-Y RUM | |

    POR-X, POR-Y SUI | B |

    — iċ-Cili | CL-0 | Il-pajjiż sħiħ | OVI-X, RUM | |

    POR-X, SUI | B |

    — Ċipru | CY-0 | Il-pajjiż sħiħ | POR-X, POR-Y | B |

    — ir-Repubblika Ċeka | CZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y | | IVa V |

    EE — l-Estonja | EE-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-Y | |

    — il-Groenlandja | GL-0 | Il-pajjiż sħiħ | OVI-X, RUM | |

    HR — il-Kroazja | HR-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | |

    HU — l-Ungerija | HU-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y | B | V |

    IS — l-Islanda | IS-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y RUM, OVI-X, OVI-Y | | I |

    POR-X, POR-Y | B |

    LT — il-Litwanja | LT-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y OVI-Y, RUM | | |

    LV — il-Latvja | LV-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y OVI-Y, RUM | | |

    MT — Malta | MT-0 | Il-pajjiż sħiħ | RUM, OVI-X, OVI-Y | | |

    NZ — New Zealand | NZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y | | I |

    PL — il-Polonja | PL-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | |

    PM — St Pierre Miquelon | PM-0 | Il-pajjiż sħiħ | | | |

    RO — ir-Rumanija | RO-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | V |

    SI — l-Islovenja | SI-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-Y | | |

    SK — l-Islovakkja | SK-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | V |

    Kondizzjonijiet speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ tal-paġna f'kull ċertifikat):

    "I" : territorju fejn il-preżenza ta' BSE fil-bhejjem tal-lokal kienet stmata ma tantx hija possibbli, għall-iskop ta' l-esportazzjoni ta' l-annimali tal-Komunità Ewropea ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat BOV-X u BOV-Y.

    "II" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat BOV-X.

    "III" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mill-bruċellosi għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat BOV-X.

    "IVa" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mill-enzootic-bovine-leukosis (EBL) għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat BOV-X.

    "IVb" : territorju b'żammiet approvati rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mill-enzootic-bovine-leukosis (EBL) għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat BOV-X.

    "V" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mill-bruċellosi għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat OVI-X.

    "VI" :

    Restrizzjonijiet ġeografiċi:

    Fil-każ tal-Bulgarija, il-kodiċi tat-territorju BG-1, l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X u OVI-Y jistgħu jkunu importati biss f'dawk il-partijiet tat-territorju ta' Stat Membru li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/138/KE tad-9 ta' Frar 2001, jekk dak l-Istat Membri jippermetti hekk.

    "VII" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat RUM.

    "VIII" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mill-bruċllosi għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat RUM.

    "IX" : territorju rikonoxxut li għandu stat uffiċjalment liberu mill-marda ta' Aujeszky għall-iskopijiet ta' l-esporti lejn il-Komunità Ewropea ta' l-annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X.

    PARTI 2

    Mudelli ta' ċertifikati veterinarji

    Mudelli:

    "BOV-X" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra (Bos taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-trobbija u/jew produzzjoni wara l-importazzjoni

    "BOV-Y" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra (Bos taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qatla immedjata wara l-importazzjoni

    "OVI-X" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għan-nagħaġ (Ovi aries) u l-mogħoż (Capra hircu) domestiċi maħsuba għat-trobbija u/jew produzzjoni wara l-importazzjoni

    "OVI-Y" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għan-nagħaġ (Ovi aries) u l-mogħoż (Capra hircu) domestiċi maħsuba għall-qatla immedjata wara l-importazzjoni

    "POR-X" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju annimali ta' l-ispeċi tal-majjal (Sus scrofa) domestiċi maħsuba għat-trobbija u/jew produzzjoni wara l-importazzjoni

    "POR-Y" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju annimali ta' l-ispeċi tal-majjal (Sus scrofa) domestiċi maħsuba għall-qatla immedjata wara l-importazzjoni

    "RUM" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali mhux domestiċi minbarra s-suidae

    "SUI" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal suidae mhux domestiku

    SG (garanziji supplimentarji):

    "A" : garanziji dwar kontrolli ta' bluetongue u mard epiżotiku ta' l-emorraġija fuq l-annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X (punt 10.8a), OVI-X (punt 10.6a) u RUM (punt 10.7a)

    "B" : garanziji dwar kontrolli tal-marda vexxikoluża tal-majjali u tal-marda klassika tal-majjali fuq l-annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X (punt 10.4a) u SUI (punt 10.4a)

    "Ċ" : garanziji dwar kontrolli tal-bruċellosi fuq l-annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X (punt 10.4a) u SUI (punt 10.4a)

    Noti

    (a) Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom ikunu ppreżentati mill-pajjiż li jesporta, ibbażati fuq il-mudell li jidher fil-Parti 2 ta' l-Anness I, skond id-disinn tal-mudell li jikkorrispondi ma' l-annimali kkonċernati. Għandu jkun fihom, fl-ordni nnumerata li tidher fil-mudell, iċ-Ċertifikazzjonijiet li hum meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skond il-każ xi jkun, dawk il-garanziji supplimentarji li huma meħtieġa għall-pajjiżi terzi li jesportaw jew parti minnhom.

    Jekk mitlub hekk mill-Istat Membru ta' l-UE tad-destinazzjoni, għall-annimali kkonċernati l-ħtiġiet addizzjonali taċ-Ċertifikazzjoni għandhom jiddaħħlu wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.

    (b) Ċertifikat separat u uniku jrid ikun ipprovdut għall-annimali li huma esportati minn territorju wieħed li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness I li huma kkunsinnati lejn l-istess detinazzjoni u ttrasportati fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, inġenju ta' l-ajru, jew vapur.

    (ċ) L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jkun magħmul minn paġna waħda, żewġ naħat, jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha meħtieġa huma parti minn biċċa sħiħa integrata u mhux diviżibbli.

    (d) Jitħejja f'mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih issir l-ispezzjoni tal-post fuq il-fruntiera u ta' l-Istat Membru ta' l-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa oħra tal-Komunità minflok tagħhom, akkumpanjata, jekk hemm bżonn, minn traduzzjoni uffiċjali.

    (e) Jekk minħabba raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-kunsinna (l-iskeda fil-punt 8.2 tal-mudell taċ-ċertifikat), paġni addizzjonali huma mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-paġni jistgħu wkoll jitqiesu li jifformaw parti ta' l-oriġinali taċ-Ċertifikazzjoni bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika fuq kull paġna.

    (f) Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali riferuti f'(e), fih aktar minn paġna waħda, kull paġna tkun innumerata – (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni) – fil-qiegħ u għandu jkollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett.

    (g) (ġ) L-oriġinali taċ-ċertifikat irid jimtela u jkun iffirmat minn veterinarju uffiċjali fi żmien 24 siegħa qabel ma titgħabba l-kunsinna għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Meta jagħmlu hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li jesportaw għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-Ċertifikazzjoni ekwivalenti daqs dawk imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE jitħarsu.

    Il-kulur tal-firma għandu tkun differenti minn dak ta' l-istampat. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew watermark.

    (g) L-oriġinali taċ-ċertifikat irid jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta' l-ispezzjoni tal-fruntiera ta' l-UE.

    (i) (għ) Iċ-ċertifikat ikun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ.

    Fil-każ tat-trasport bil-vapur, iż-żmien tal-validità jittawwal biż-żmien tal-vjaġġ bil-vapur. Għal dak l-iskop, dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, imħejjija skond l-addendum tal-Parti 3!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί ta' l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni, għandha tkun mehmuża fil-forma oriġinali tagħha maċ-ċertifikat veterinarju.

    (h) L-annimali ma jinġarrux flimkien ma' annimali oħra li jew m'humiex destinati għall-Komunità Ewropea jew huma ta' stat anqas ta' saħħa.

    (k) (ħ) Matul it-trasport tagħhom lejn il-Komunità Ewropea, l-annimali ma jinħattux fit-territorju ta' pajjiż jew parti minn pajjiż li m'huwiex approvat għall-importi lejn il-Komunità ta' dawn annimali.

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    PARTI 3

    A - Addendum għat-trasport ta' l-annimali bil-baħar

    (Għandu jimtela u jkun mehmuż maċ-ċertifikat veterinarju meta t-trasport lejn il-fruntiera tal-Komunità Ewropea jinkludi, anki jekk għall-parti mill-vjaġġ, trasportazzjoni bil-vapur.)

    +++++ TIFF +++++

    B – Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni taċ-ċentri ta' l-armar

    Iċ-ċentri approvati ta' l-armar għandhom iħarsu l-ħtiġiet li ġejjin:

    I. Għandhom ikunu sorveljati minn veterinarju uffiċjali.

    II. Għandhom ikunu fiċ-Ċentru ta' medda b'dijametru ta' 20km li, skond tisjib uffiċjali, għal mill-anqas 30 ġurnata qabel l-użu tagħhom bħala ċentri approvati ma kien l-ebda każ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

    III. Qabel kull użu bħala ċentri approvati, għandhom jitnaddfu u jkunu disinfettati b'disinfettant awtorizzat fil-pajjiż li jesporta li jkun effettiv fil-kontroll tal-marda msemmija fil-kondizzjoni II ta' hawn fuq.

    IV. Għandhom ikollhom, wara li tkun ikkunsidrata l-kapaċità ta' l-annimali tagħhom (a) faċilità dedikata esklussivament għal dan l-iskop; (b) faċilitajiet xierqa, faċli jitnaddfu u jkunu ddisinfettati, għat-tagħbija, il-ħatt, u akkomodazzjoni xierqa ta' livell tajjeb għall-annimali, biex jingħataw l-ikel u x-xorb, u biex jingħataw kull trattament meħtieġ; (ċ) faċilitajiet xierqa għall-ispezzjoni u l-iżolazzjoni; (d) tagħmir xieraq biex inaddaf u jiddisinfetta l-kmamar u t-trakkijiet; (e) żona xierqa għall-ħażna tal-magħlef, skart u demel; (f) sistemi xierqa għall-ġbir u r-rimi ta' l-ilma ħażin; (ġ) uffiċċju għall-veterinarju uffiċjali.

    V. Meta jaħdmu, għandhom ikollhom veterinarji biżżejjed biex iwettqu d-dmirijiet kollha tagħhom.

    VI. Għandhom jaċċettaw biss annimali li jistgħu jkunu identifikati individwalment sabiex jiżguraw li jistgħu jkunu ntraċċati. Għal dan il-għan, meta l-annimali jiddaħħlu, is-sid jew il-persuna responsabbli miċ-Ċentru għandha tiżgura li l-annimali huma identifikati sew u akkumpanjati minn dokumenti jew ċertifikati ta' saħħa għall-ispeċi u l-kategoriji involuti. Barra minn hekk, din il-persuna għandha tirreġistra fuq reġistru jew database u żżomm għal mill-anqas tliet snin l-isem tas-sid, l-oriġini, id-data tad-dħul u l-ħruġ, in-numru u l-identifikazzjoni ta' l-annimali jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-merħla ta' l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-trakk li jwassal jew jiġbor l-annimali mill-post.

    VII. L-annimali kollha li jgħaddu minnhom għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet ta' saħħa stabbiliti għall-importazzjoni tal-kategorija relevanti ta' l-annimal lejn il-Komunità Ewropea.

    VIII. L-annimali li għandhm ikunu esportati lejn il-Komunità Ewropea li jgħaddu minn Ċentru ta' l-armar iridu, fi żmien sitt ijiem mill-wasla, jitgħabbew u jintbagħtu direttament lejn il-fruntiera tal-pajjiż li qed jesporta. (a) mingħajr ma kellhom kuntatt ma' l-annimali tas-saqajn maqsumin minbarra l-annimali li jħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-importazzjoni tal-kategorija relevanti ta' l-annimali lejn il-Komunità Ewropea; (b) segregati f'kunsinna sabiex l-ebda kunsinna ma fiha kemm annimali għat-trobbija jew għall-produzzjoni u annimali għall-qatla immedjata; (ċ) f'vetturi jew kontenituri tat-trasport li l-ewwel tnaddfu u kienu ddisinfettati b'disinfettant awtorizzat uffiċjalment fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni bħala effettiv fil-kontroll tal-marda msemmija fil-kondizzjoni II ta' hawn fuq u mibnija b'mod li l-feċi, awrina, ħmieġ jew magħlef ma jistax iċarċar jew jaqa' matul it-trasportazzjoni.

    IX. Meta l-kondizzjonijiet għall-esportazzjoni ta' l-annimali lejn il-Komunità jeħtieġu li jsir kontroll f'perjodu speċifikat qabel it-tgħabbija, dan il-perjodu jkun jinkludi kull perjodu ta' armar, sa sitt ijiem, wara l-wasla ta' l-annimali fiċ-ċentri approvati.

    X. Il-pajjiż li jesporta għandu jinnomina dawk iċ-ċentri approvati li huma approvati għall-annimali għat-trobbija u għall-produzzjoni u dawk iċ-ċentri approvati li huma approvati għall-annimali għall-qatla u għandu javża lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ċentrali kompetenti ta' l-Istati Membri bl-ismijiet u l-indirizzi tat-tali postijiet u l-aġġornamenti regolari tagħhom.

    XI. Il-pajjiż li jesporta għandu jistabbilixxi l-proċedura għas-sorveljanza uffiċjali taċ-ċentri approvati u għandu jiżgura li t-tali sorveljanza titwettaq.

    XII. Għandhom ikunu spezzjonati regolarment sabiex ikun żgurat li l-ħtiġiet għall-approvazzjoni ikomplu jitħarsu. Fil-każ ta' falliment jew sospensjoni, l-approvazzjoni tista' terġa' tingħata biss meta l-awtorità kompetenti hija sodisfatta bil-konformità sħiħa taċ-Ċentru mad-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

    Ċ - Protokolli għall-istandardizzazzjoni tal-materjal u l-proċeduri ta' kontroll

    Tuberkulożi (TBL)

    Il-kontroll tat-tuberkolina intradermali waħda bl-użu tat-tuberkolina ta' l-ispeċi tal-baqra jsir skond l-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE. Fil-każ ta' l-animali Suidae, il-kontroll tat-tuberkolina intradermali waħda bl-użu tat-tuberkolina ta' l-għasafar isir skond l-Anness B ta' 64/432/KEE, ħlief li l-post ta' l-injezzjoni għandu jkun il-ġilda ratba tan-naħa ta' isfel tal-widna.

    Bruċellosi (Brucella abortus) (BRL)

    Il-kontroll ta' l-agglutinazzjoni tas-serum, il-kontroll tal-complement fixation, il-kontroll ta' l-antiġen immewwet tal-bruċella, u l-kontrolli ta' l-analiżi immuno-absorbent konnessi ma' l-enżimi (ELISA) isiru skond l-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE.

    Bruċellosi (Brucella melitensis) (BRL)

    Il-kontroll għandu jsir skond l-Anness Ċ tad-Direttiva 91/628/KEE.

    Leukosis Enżotika ta' l-Ispeċi tal-Baqra (EBL)

    Il-kontroll ta' l-agar gel immuno-diffusion, u l-kontroll ta' l-analiżi immuno-absorbent konness ma' l-enżimi (ELISA) isiru skond il-paragrafu A u Ċ, kapitolu II ta' l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE.

    Bluetongue (BTG)

    A. Il-kontroll li jibblokka jew kompetittiv ta' ELISA għandu jsir skond il-protokoll li ġej:

    L-ELISA kompetittiv li juża monoclonal antibody 3-17-A3 huwa kaaċI jidentifika antibodies ta' kull tipi ta' serum magħrufa tal-virus tal-bluetongue (BTV).

    Il-prinċipju tal-kontroll huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn l-antiġen tal-BTV u l-monoconal antibody speċifiku għal grupp (3-17-A3) b'addizzjoni tas-serum tal-kontroll. L-antibodies tal-BTV preżenti fis-serum tal-kontroll jibblokkaw ir-reattività tal-monoclonal antibody (Mab) u jirriżultaw fi tnaqqis ta' l-iżvilupp mistenni fil-kulur wara ż-żieda ta' l-enżimi msemmija anti-mouse antibody u chromogen/substrate. Is-serum jistgħu jkunu eżaminati b'dilution waħda ta' 1:5 (kontroll fuq post – appendiċi 1) jew jistgħu jkunu ddożati (titrazzjoni tas-serum – appendiċi 2) biex jagħtu dilution end-point. Valuri ta' inibizzjoni ogħla minn 50 % jistgħu jitqiesu bħala pożittivi.

    Materjali u ri-aġenti:

    1. Microtitre plates xierqa ta' l-ELISA.

    2. Antiġen: ipprovdut bħala ċella ta' konċentrat estratt, ippreparat kif deskritt hawn taħt, u maħżun jew f'-20 °C jew -70 °C.

    3. Buffer li jibblokka: salini tal-fosfat immewwet (PBS) li fih serum ta' 0,3 % BTV negattiv ta' l-ispeċi tal-baqra adulta, 0,1 % (v/v) Tween-20 (ipprovdut bħala għasel polyoxyethylene sorbiton monolaurate) f'PBS.

    4. Monoclonal antibody: 3-17-A3 (ipprovduta bħala hybridoma tissue-culture supernatant) dirett lejn polypeptide VP7 speċifiku għall-grupp, maħżun bi -20 °C jew imnixxef iffriżat u mneħħi mill-ilma 1/100 b'buffer li jibblokka qabel l-użu.

    5. Ikkonjuga: globulina tal-fenek kontra l-ġrieden (b'assorbiment u b'elużjoni) ikkonjugata għal horseradish peroxidase u miżmuma fid-dlam f'4 °C.

    6. Chromogen u substrate: Orthophenylene diamine (OPD-chromogen) b'konċentrazzjoni aħħarija ta' 0,4 mg/ml f'ilma sterili ddistillat. Perossidu ta' l-idroġenu (30 % w/v-substrate) 0,05 % v/v miżjud immedjatament qabel l-użu (5μl H2O2 għal kull 10 ml OPD). (Uża l-OPD bl-attenzjoni – ilbes ingwanti tal-lakstu – mutaġen issuspettat).

    7. Aċidu sulfuriku ta' massa 1 ta' sustanza: 26,6 ml ta' aċidu miżjud ma' 473,4 ml ta' ilma distillat. (Ftakar – dejjem żid l-aċidu ma' l-ilma, u qatt ilma ma' l-aċidu.)

    8. Orbital shaker.

    9. ELISA plate reader (il-kontroll jista' jinqara viżwalment).

    Forma tal-kontroll

    Cc: kontroll tal-konjugazzjoni (l-ebda serum/l-ebda monoclonal antibody); C++: kontroll ta' serum posittiv b'saħħtu; C+: kontroll ta' serum posittiv dgħajjef; C-: kontroll ta' serum negattiv; Cm: kontroll tal-monoclonal antibody (l-ebda serum).

    Appendiċi 1: Format ta' spot dilution (1:5) (40 serum/platt)

    | Kontrolli | Serum ta' kontroll |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |

    A | Cc | C- | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

    B | Cc | C- | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

    C | C++ | C++ | | | | | | | | | | |

    D | C++ | C++ | | | | | | | | | | |

    E | C+ | C+ | | | | | | | | | | |

    F | C+ | C+ | | | | | | | | | | |

    Ġ | Cm | Cm | | | | | | | | | | 40 |

    G | Cm | Cm | | | | | | | | | | 40 |

    Appendiċi 2: Forma tat-titrazzjoni tas-serum (10 serum/platt)

    | Kontrolli | Serum ta' kontroll |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |

    A | Cc | C- | 1:5 | | | | | | | | | 1:5 |

    B | Cc | C- | 1:10 | | | | | | | | | 1:10 |

    C | C++ | C++ | 1:20 | | | | | | | | | 1:20 |

    D | C++ | C++ | 1:40 | | | | | | | | | 1:40 |

    E | C+ | C+ | 1:80 | | | | | | | | | 1:80 |

    F | C+ | C+ | 1:160 | | | | | | | | | 1:160 |

    Ġ | Cm | Cm | 1:320 | | | | | | | | | 1:320 |

    G | Cm | Cm | 1:640 | | | | | | | | | 1:640 |

    Protokoll tal-kontrolli:

    Kontroll ta' konjugazzjoni (Cc) : Il-Wells 1A u 1B huwa kontroll mingħajr kampjun ta' l-antiġen u l-konjugi ta' BTV. Dan jista' jintuża biex l-ELISA reader ma jaqrax.

    Kontrol Mab (Cm) : Il-kolonni 1 u 2, ir-ringieli Ġ u G huma l-kontroll tal-monoclonal antibody u fihom l-antiġen tal-BTV, il-monoclonal antibody u l-konjugi. Dawn ir-reċipjenti jirrappreżentaw il-kulur massimu. Il-medja tal-qari tad-densità ottika minn dan il-kontroll tirrappreżenta il-0 % valur ta' inibizzjoni.

    Kontroll Posittiv (C++, C-) : Il-kolonni 1 u 2, ir-ringieli Ċ-D-E-F. Dawn ir-reċipjenti fihom l-antiġen tal-BTV, l-antiserum posittiv b'saħħtu u dgħajjef, l-Mab, u l-konjugi.

    Kontroll Negattiv (C-) : Ir-reċipjenti 2A u 2B huma kontrolli negattivi, li fihom l-antiġen tal-BTV, l-antiserum negattiv tal-BTV, l-Mab, u l-konjugi.

    Serum tal-kontrolli : Għal stħarriġiet seroloġiċi fuq skala għolja u screening mgħaġġel, is-serum jista' jkun eżaminat f'taħlita waħda ta' 1:5 (Appendiċi 1). B'mod alternattiv, 10 serum jistgħu jkunu eżaminati fuq medda ta' taħlit minn 1:5 sa 1:640 (Appendiċi 2). Dan jagħti xi indikazzjoni tat-titra ta' l-antibody fis-serum tal-kontroll.

    Il-Proċedura:

    1. Ħallat l-antiġen tal-BTV antiġen għall-konċentrazzjoni qabel it-titrazzjoni fil-PBS, ivvibra għal ftit ħin (jekk sonicator mhux disponibbli, ittrasferixxi l-likwidu bil-pipetta vigorożament) u żid 50 μl mal-wells kollha tal-pjanċa ta' l-ELISA. Tektek il-ġnubijiet tal-pjanċa biex jitferrex l-antiġen.

    2. Inkuba għal 37 °C għal 60 minuta f'orbital shaker. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet billi jimtlew u jitbattlu r-reċipjenti b'PBS mhux sterili u nixxef b'karta li tassorbi.

    3. Reċipjenti ta' kontroll: Żid 100 μl ta' blocking buffer għar-reċipjenti ta' Cc. Żid 50 μl ta' serum ta' kontroll pożittiv u negattiv, f'taħlita ta' 1:5 (10 μl serum + 40 μl blocking buffer), għar-reċipjenti rispettivi C–, C+ u C++. Żid 50 μl ta' blocking buffer mar-reċipjenti tal-kontroll tal-Mab.

    Metodu tat-titrazzjoni fuq punt: Żid taħlit ta' 1:5 għal kull serum tal-kontroll fil-blocking buffer biex ikunu duplikati r-reċipjentti tal-kolonni 3 sa 12 (10 μl serum + 40 μl blocking buffer),

    jew

    Metodu tat-titrazzjoni tas-serum: Ħejji serje ta' taħlit doppju għal kull kampjun tal-kontroll (1:5 sa 1:640) fil-blocking buffer fuq tmien reċipjenti ta' kolonni singoli 3 sa 12.

    4. Minnufih wara l-addizzjoni tas-serum tal-kontroll, ħallat l-Mab 1:100 fil-blocking buffer u żid 50 μl għar-reċipjenti kollha tal-pjanċa għajr għall-kontroll ta' bla kampjuni.

    5. Inkuba għal 37 °C għal 60 minuta f'orbital shaker. Aħsel tliet darbiet bil-PBS u nixxef b'xuga.

    6. Ħoll il-konċentrat ta' l-anti-mouse tal-fenek għal 1/5000 fil-blocking buffer u żid 50 μl għar-reċipjenti kollha tal-pjanċa.

    7. Inkuba għal 37 °C għal 60 minuta f'orbital shaker. Aħsel tliet darbiet bil-PBS u nixxef b'xuga.

    8. Ħoll l-OPD u minnufih qabel l-użu żid 5 μl ta' 30 % ta' perossidu ta' l-idroġenu għal kull 10 ml ta' OPD. Żid 50 μl mar-reċipjenti kollha tal-pjanċa. Ħalli l-kulur jiżviluppa għal madwar 10 minuti u waqqaf ir-reazzjoni b'1 M ta' aċidu sulfuriku (50 μl għal kull reċipjent). Il-kulur għandu jiżviluppa fir-reċipjenti tal-kontroll tal-Mab u f'dawk ir-reċipjenti li fihom serum mingħajr antibody tal-BTV.

    9. Eżamina u rreġistra l-pjanċi jew viżwalment jew bl-użu ta' reader spettrofotometriku.

    Analiżi tar-riżultati:

    Bl-użu tal-pakkett tas-software stampa l-valuri ta' l-OD values, u l-persentaġġ ta' l-inibizzjoni (PI) għall-eżami u s-serum tal-kontroll ibbażat fuq il-valur medju rreġistrat fir-reċipjenti tal-kontroll ta' l-antiġen. Id-data espressa bħala valuri ta' OD u PI jintużaw biex jitabbilixxu jekk l-eżami twettaq taħt il-limiti aċċettabbli. L-ogħla limiti tal-kontroll (UCL) u l-anqas limiti tal-kontroll (LCL) għall-kontroll tal-Mab (l-antiġen bl-addizzjoni tal-Mab fl-assenza ta-serum tal-kontroll) huma bejn il-valuri 0,4 u 1,4 ta' l-OD. Kull pjanċa li tonqos li tkun konformi mal-kriterji ta' hawn fuq trid titneħħa.

    Jekk pakkett tas-software tal-kompjuter mhux disponibbli, stampa l-valuri tal-OD bl-użu tal-printer ta' l-ELISA. Aħdem il-valur medju ta' l-OD għar-reċipjenti għall-kontroll ta' l-antiġen, li huma ekwivalenti għall-valur ta' 100 %. Stabbilixxi l-valur ta' 50 % ta' l-OD u manwalment aħdem il-possittività u n-negattività ta' kull kampjun.

    Il-persentaġġ tal-valur ta' l-inibizzjoni (PI) = 100 - (OD ta' kull kontroll/Medja ta' l-OD ta' Cm) × 100.

    Is-serum duplikat tar-reċipjenti tal-kontroll negattiv u r-reċipjenti duplikati ta' mingħajr kampjuni għandhom jirreġistraw valuri tal-PI ta'bejn +25 % u -25 %, u bejn +95 % u +105 %, rispettivament. In-nuqqas li jkunu f'dawn il-limiti ma jinvalidax il-pjanċa iżda jissuġġerixxi li l-kulur fl-isfond qed jiżviluppa. Is-serum duplikat tal-kontroll pożittiv b'saħħtu u dgħajjef għandu jirreġistra valuri tal-PI ta'bejn +81 % u +100 %, u bejn +51 % u +80 %, rispettivament.

    Il-livell tad-dijanjosi għas-serum tal-kontroll huwa 50 % (PI 50 % jew OD 50 %). Kampjuni li jirreġistraw valuri tal-PI > 50 % huma rreġistrati negattivi. Kampjuni li jirreġistraw valuri tal-PI 'il fuq u taħt il-livell tar-reċipjenti duplikati jitqiesu dubbjużi; it-tali kampjuni jistgħu jkunu eżaminati mill-ġdid fil-kontroll fuq punt u/jew fit-titrazzjoni. Kampjuni pożittivi jistgħu jkunu titrati wkoll biex jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta' pożittività.

    Qari viżwali: Kampjuni pożittivi u negattivi jintgħarfu faċilment bl-għajnejn; kampjuni pożittivi dgħajfa jew negattivi b'saħħithom jistgħu jkunu diffiċli aktar biex ikunu interpretati bl-għajnejn.

    Preparazzjoni ta' l-antiġen tal-BTV ta' l-ELISA:

    1. Aħsel 40-60 roux ta' ċelluli konfluenti BHK-21 tliet darbiet bil-medja ta' l-Eagle liberu mis-serum u nfetta bis-serotype 1 tal-virus tal-bluetongue fil-medja ta' l-Eagle liberu mis-serum.

    2. Inkuba għal 37 °C u eżamina kuljum għall-effett ċitopatiku (CPE).

    3. Meta s-CPE huma kompluti f'90 sa 100 % tal-folja taċ-ċelluli ta' kull roux, aħsad il-virus billi biċ-ċaqliq jitneħħew xi ċelluli li għadhom imwaħħlin mal-ħġieġa.

    4. Dawwar b'2000 sa 3000 rpm biex iċ-ċelluli jissawwru f'gerbubiet.

    5. Neħħi s-supernatant u ssospendi mill-ġdid iċ-ċelluli f'madwar 30 ml ta' PBS li fih 1 % "Sarkosyl" u 2 ml phenylmethylsulphonyl fluoride (lysis buffer). Dan jista' jikkawża ċ-ċelluli jifformaw gel u aktar lysis buffer jista' jkun miżjud biex inaqqas dan l-effett. (NB: phenylmethylsulphonyl fluoride jagħmel il-ħsara – uża b'kawtela kbira.)

    6. Sfratta ċ-ċelluli għal 60 sekonda bl-użu ta' sonda ultrasonika b'wisa' ta' 30 mikron.

    7. Dawwar b'10000 rpm għal 10 minuti.

    8. Aħżen is-supernatant fi +4 °C u erġa' ssospendi il-gerbubiet tal-ċelluli li baqa' f'10 sa 20 ml ta' lysis buffer.

    9. Ivvibra u ċċara, waqt li jinħażen is-supernatant f'kull stadju, total ta' tliet darbiet.

    10. Agħqqad is-supernatants u dawwar b' 24000 rpm (100000 g) għal 120 minuta bi +4 °C fuq kuxinett ta' 5 ml ta' 40 % zokkor tal-kannamiela (w/v fi PBS) b'tubi taċ-ċentrifuga tat-30 ml ta' Beckmann u SW 28 rotor.

    11. Neħħi s-supernatant, battal it-tubi sew, u erġa' ssospendi l-gerbuba fil-PBS bl-ivvibrar. Aħżen l-antiġen f'alikwoti fi -20 °C.

    Titrazzjoni ta' l-antiġen tal-BTV ta' l-ELISA:

    Antiġen ta' l-ELISA tal-bluetongue huwa ttitrat b'ELISA indiretta. It-taħlit doppju ta' l-antiġen huwa ttitrat kontra taħlita kostanti (1/100) monoclonal antibody 3-17-A3. Il-protokoll huwa kif ġej:

    1. Ittrita taħlita ta' 1:20 ta' l-antiġen tal-BTV fil-PBS tul pjanċa ta' mikrotitrat f'serje ta' taħlita doppja (50 μl/reċipjent) bl-użu ta' pipetta b'ħafna kanali.

    2. Inkuba għal siegħa b'37 °C fuq orbital shaker.

    3. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet bil-PBS.

    4. Żid 50μl ta' monoclonal antibody 3-17-A3 (imħallat 1/100) f'kull reċipjent tal-pjanċa mikrotitrat.

    5. Inkuba għal siegħa b'37 °C fuq orbital shaker.

    6. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet bil-PBS.

    7. Żid 50 μl ta' globulina anti-mouse tal-fenek ikkonjugata għal għerq mustarda, maħlula b'konċentrazzjoni ottimali ttitrata minn qabel, għal kull reċipjent ta' pjanċa mikrotitrata.

    8. Inkuba għal siegħa b'37 °C fuq orbital shaker.

    9. Żid is-substrate u l-chromogen kif deskritt qabel. Waqqaf ir-reazzjoni wara 10 minuti bl-addizzjoni ta' 1 Molar ta' aċidu sulfuriku (50 μl/kull reċipjent).

    Fl-analiżi kompetittiv tal-minerali, il-monoclonal antibody irid ikun iżżejjed, għalhekk taħlita ta' l-antiġen tintgħażel li taqa' fuq il-kurva tat-titrazzjoni (mhux fuq ir-reġjun tal-parti stabbli) li taħti madwar 0,8 OD wara 10 minuti.

    B. Il-kontroll immuno-diffusion ta' l-agar gel isir skond il-protokoll li ġej:

    Antiġen:

    Antiġen fi stat ta' preċipitazzjoni jitħejja f'kull sistema ta' kultura ta' ċelluli li ssostni l-moltiplikazzjoni rapida ta' tensjoni molekolari tal-virus tal-bluetongue. Iċ-ċelluli BHK jew Vero huma rakkomandati. L-antiġen huwa preżenti fil-fluwidu supernatant fit-tmiem tat-tkabbir tal-virus iżda jeħtieġ konċentrazzjoni ta' 50 sa 100 darba biex ikun effettiv. Dan jista' jinkiseb minn kull proċedura normali ta' konċentrazzjoni tal-proteini; il-virus fl-antiġen jista' ma jkunx attivat bl-addizzjoni ta' 0,3 % (v/v) beta-propiolactone.

    Kontroll magħruf ta' serum posittiv:

    Bl-użu tas-serum u l-antiġen tar-riferenza internazzjonali serum ta' standard nazzjonali huwa prodott, standardizzat għall-proporzjoni ottimali kontra s-serum tar-riferenza internazzjoni, imnixxef bil-friża, u wżat bħala l-kontroll magħruf tas-serum f'kull kontroll.

    Serum tal-kontroll

    Il-Proċedura : 1 % agarose imħejji f'veronal buffer tal-borat jew tas-sodju, pH 8,5 sa 9,0, jitferra' f'taġen Petri f'fond minimu ta' 3,0 mm. Disinn ta' kontroll ta' seba' reċipjenti liberi mill-umdità, kull wieħed b'dijametru ta' 5,0 mm, jinqata' fl-agar. Id-disinn huwa magħmul minn reċipjent ċentrali wieħed u sitt reċipjenti rranġati madwaru f'ċirku b'raġġ ta' 3ċm. Ir-reċipjent ċentrali jimtela bl-antiġen normali. Ir-reċipjenti periferali 2, 4 u 6 jimtlew bis-serum magħruf pożittiv, ir-reċipjenti 1,3. u 5 jimtlew bil-serum tal-kontroll. Is-sistema hija inkubata sa 72 siegħa fuq temperatura tal-kamra f'kamra umduża magħluqa.

    Interpretazzjoni : Is-serum tal-kontroll huwa pożittiv jekk jifforma linja speċifika ta' precipitin ma' l-antiġen u jifforma linja kompluta ta' identità mas-serum tal-kontroll. Is-serum tal-kontroll huwa negattiv jekk ma jifformax linja speċifika ma' l-antiġen u ma jgħawwiġx il-linja tas-serum tal-kontroll. Twaġen Petri għandhom ikunu eżaminati kontra sfond skur u bl-użu ta' illuminazzjoni indiretta.

    Marda epiżotika ta' l-emorraġija (EHD)

    Il-kontroll immuno-diffusion ta' l-agar gel isir skond il-protokoll li ġej:

    Antiġen:

    Antiġen fi stat ta' preċipitazzjoni jitħejja f'kull sistema ta' kultura ta' ċelluli li ssostni l-moltiplikazzjoni rapida tat-tipi tas-serum xierqa tal-virus tal-marda epiżotika ta' l-emorraġija. Iċ-ċelluli BHK jew Vero huma rakkomandati. L-antiġen huwa preżenti fil-fluwidu supernatant fit-tmiem tat-tkabbir tal-virus iżda jeħtieġ konċentrazzjoni ta' 50 sa 100 darba biex ikun effettiv. Dan jista' jinkiseb minn kull proċedura normali ta' konċentrazzjoni tal-proteini; il-virus fl-antiġen jista' ma jkunx attivat bl-addizzjoni ta' 0,3 % (v/v) beta-propiolactone.

    Kontroll magħruf ta' serum posittiv:

    Bl-użu tas-serum u l-antiġen tar-riferenza internazzjonali serum ta' standard nazzjonali huwa prodott, standardizzat għall-proporzjoni ottimali kontra s-serum tar-riferenza internazzjoni, imnixxef bil-friża, u wżat bħala l-kontroll magħruf tas-serum f'kull kontroll.

    Serum tal-kontroll

    Il-Proċedura : 1 % agarose imħejji f'veronal buffer tal-borat jew tas-sodju, pH 8,5 sa 9,0, jitferra' f'taġen Petri f'fond minimu ta' 3,0 mm. Disinn ta' kontroll ta' seba' reċipjenti liberi mill-umdità, kull wieħed b'dijametru ta' 5,0 mm, jinqata' fl-agar. Id-disinn huwa magħmul minn reċipjent ċentrali wieħed u sitt reċipjenti rranġati madwaru f'ċirku b'raġġ ta' 3ċm. Ir-reċipjent ċentrali jimtela bl-antiġen normali. Ir-reċipjenti periferali 2, 4 u 6 jimtlew bis-serum magħruf pożittiv, ir-reċipjenti 1,3. u 5 jimtlew bil-serum tal-kontroll. Is-sistema hija inkubata sa 72 siegħa fuq temperatura tal-kamra f'kamra umduża magħluqa.

    Interpretazzjoni : Is-serum tal-kontroll huwa pożittiv jekk jifforma linja speċifika ta' precipitin ma' l-antiġen u jifforma linja kompluta ta' identità mas-serum tal-kontroll. Is-serum tal-kontroll huwa negattiv jekk ma jifformax linja speċifika ma' l-antiġen u ma jgħawwiġx il-linja tas-serum tal-kontroll. Twaġen Petri għandhom ikunu eżaminati kontra sfond skur u bl-użu ta' illuminazzjoni indiretta.

    Rhinotracheitis li tittieħed ta' l-ispeċi tal-baqra (IBR)/pustular vulvo-vaginitis li tittieħed (IPV)

    A. Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tas-serum għandu jsir skond il-protokoll li ġej:

    Serum : Is-serum kollha huma attivati bi sħana ta' 56 °C għal 30 minuta qabel l-użu.

    Il-Proċedura : Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tas-serum bil-virus ivarja b'mod kostanti fuq il-pjanċi mikrotitrati jimpjega MDBK jew ċelluli suxxettibbli oħra. Il-Colorado, Oxford jew kull riferenza oħra tat-tensjoni molekolari tal-virus hija wżata fi 100 TCID50 għal kull 0,025 ml; kampjuni mhux attivati, mhux maħlula tas-serum jitħalltu ma' volum ekwivalenti (0,025 ml) ta' sospensjoni tal-virus. It-taħlit tal-virus/serum huma inkubati għal 24 siegħa bi 37 °C fil-pjanċi mikrotitrati qabel ikunu miżjuda ċ-ċelluli MDBK. Iċ-ċelluli jintużaw f'konċentrazzjoni li tifforma saff komplut wieħed wara 24 siegħa.

    Kontrolli : (i) analiżi ta' l-infettività tal-virus, (ii) kontroll tat-tossiċità tas-serum, (iii) kontrolli tal-kultura taċ-ċelluli mhux imlaqqmin, (iv) antisera ta' riferenza.

    Interpretazzjoni : Ir-riżultati tal-kontroll tan-newtralizzazzjoni u t-titra tal-virus użata fil-kontroll huma rreġistrati wara tlieta sa sitt jiem inkubazzjoni b'37 °C. It-titri tas-serum jitqiesu negattivi jekk m'hemmx newtralizzazzjoni f'taħlita ta' 1/2 (serum mhux imħallat).

    B. Kull kontroll ieħor rikonoxxut taħt il-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KE dwar il-garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis infettuż ta' l-ispeċi tal-baqra ddestinat għal Stati Membri jew ir-reġjuni tagħhom liberi mill-marda.

    Il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (FMD)

    A. Il-ġbir tal-kampjuni oesophageal/pharyngeal u l-kontroll għandhom isiru skond il-protokoll li ġej:

    Riaġenti : Qabel ma jittieħdu l-kampjuni, jitħejja l-mod tat-trasport. Volumi ta' żewġ ml jitqegħdu f'kontenituri daqs kemm hemm annimali li fuqhom se jittieħdu l-kampjuni. Il-kontenituri wżati għandhom jifilħu l-iffriżar fuq CO2 solidu jew nitroġenu likwidu. Il-kampjuni jinkisbu bl-użu ta' oġġett iddisinjat speċifikament biex jiġbor il-bżieq jew "probang". Biex jinkiseb kampjun it-tazza tal-probang tgħaddi minn ġol-ħalq, fuq id-dorsum ta' l-ilsien u 'l isfel fil-part ta' fuq ta' l-esofagu. Isiru attentanti biex jinbarax l-epitelju tal-wiċċ ta' l-esofagu ta' fuq u l-farinġi b'movimenti diretti laterali u dorsali. Il-probang imbagħad jitneħħa, preferibbilment wara li l-annimal ikun bela'. It-tazza għandha tkun mimlija u fiha taħlita ta' mukus, bżieq, fluidu ta' l-esofagu, u frak taċ-ċelluli. Għandha tingħata attenzjoni biex ikun żgurat li kull kampjun fih materjal viżibbli taċ-ċelluli. Trattament goff ħafna li jikkawża li joħroġ id-demm għandu jkun evitat. Kampjuni minn xi annimali jistgħu jkunu kkontaminati sew b'kontenut ruminali. It-tali kampjuni għandhom jitneħħew u l-ħalq ta' l-annimali mlaħlaħ bl-ilma, jew preferibbilment b'salina fisjoloġika.

    Trattament ta' kampjuni : Kull kampjun li jinġabar fit-tazza tal-probang huwa eżaminat għall-kwalità u 2 ml miżjud ma' volum daqs il-mod tat-trasport f'kontenitur li jiflaħ għall-iffriżar. Il-kontenituri huma magħluqa sew, issiġillati, iddisinfettati u ttabellati. Il-kampjuni jinżammu friski (+4 °C) u eżaminati fi żmien tlieta sa erba' siegħat jew jitqegħdu fuq silġ niexef (-69 °C) jew nitroġenu likwidu u jinżammu ffriżati sakemm eżaminati. Bejn annimal u ieħor, il-probang huwa ddisinfettat u maħsul fi tliet bidliet ta' ilma nadif.

    Kontrolli għall-virus ta' FMD : Il-kampjuni huma mlaqqmin f'kulturi ta' ċelluli ewlenin tat-tirojde ta' l-ispeċi tal-baqra bl-użu ta' mill-anqas tliet tubi għal kull kampjun. Ċelluli suxxettibbli oħra eż. ċelluli ewlenin tal-kilwa ta' l-ispeċi tal-baqra jew tal-ħanżir jistgħu jintużaw iżda għandu jinżamm f'moħħhom li għal xi tensjoni molekolari tal-virus tal-FMD huma anqas sensittivi. It-tubi huma inkubati f'37 °C fuq apparat tar-rombli u eżaminati kuljum għal 48 siegħa għall-presenza ta' effett ċitopatiku (CPE). Jekk fin-negattiv, il-kulturi huma blind passaged fuq kulturi ġodda u eżaminati mill-ġdid għal 48 siegħa. L-ispeċifiċità ta' kull CPE trid tkun ikkonfermata.

    Mod rakkomandat tat-trasport

    1. 0,08M buffer tal-fosfat pH 7,2 li fih 0,01 % serum ta' l-albumina ta' l-ispeċi tal-baqra, 0,002 % phenol aħmar u antibiotics.

    2. Il-medja tal-kultura tat-tessuti (eż. MEM ta' Eagle) li fiha 0,04M Hepes buffer, 0,01 % serum ta' l-albumina ta' l-ispeċi tal-baqra u antibiotics, pH 7,2.

    3. Antibiotics (għal kull ml finali) għandhom ikunu miżjuda mal-medja tat-trasport, eż. penicillin 1000 IU, neomycin sulphate 100 IU, polymyxin B sulphate 50 IU, mycostatin 100 IU.

    B. Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tal-virus għandu jsir skond il-protokoll li ġej:

    Riaġenti : Ħażna ta' antiġen ta' l-FMDV titħejja fil-kulturi taċ-ċelluli jew fuq l-ilsien tal-bhejjem u maħżuna bi -70 °C jew anqas jew bi -20 °C wara l-addizzjoni ta' 50 % glycerol. Din hija l-ħażna ta' l-antiġen. L-FMVD hija stabbli taħt dawn il-kondizzjonijiet u tittrita ftit li xejn fuq perjodu ta' xhur.

    Il-Proċedura : Il-kontroll isir fuq pjanċi mikrotitrati bil-qiegħ ċatt ta' grad tal-kultura tat-tessuti bl-użu ta' ċelluli suxxettibbli bħal IB-RS-2, BHK-21 jew ċelluli tal-kilwa ta' l-għoġol. Is-serum għall-kontrolli jitħalltu 1/4 f'medja tal-kultura taċ-ċelluli liberi mis-serum bl-addizzjoni ta' 100 IU/ml neomycin jew antibiotics xierqa oħra. Is-serum huma mhux attivati b'56 °C għal 30 minuta u ammonti ta' 0,05 ml jintużaw biex iħejju serje doppja fuq il-pjanċi mikrotitrati bl-użu ta' diluting loops ta' 0,05 ml. Il-virus ittitrat minn qabel imħallat ukoll f'medja ta' kultura libera mis-serum u li fih 100 TCID50/0,05 ml huwa imbagħad miżjud ma' kull reċipjent. Wara l-inkubazzjoni b'37 °C għal siegħa biex tippermetti li ssir in-newtralizzazzjoni, 0,05 ml ta' ċelluli ta' sospensjoni li fihom 0,5 sa 1,0 × 106 ċelluli għal kull 1 ml fil-medja tal-kultura taċ-ċelluli li fihom antibody ta' l-FMD liberu mis-serum huwa miżjud ma' kull reċipjent u l-pjanċi huma ssiġillati. Il-pjanċi huma inkubati b'37 °C. Saffi waħdanin huma normalment konfluwenti fi żmien 24 siegħa. Is-CPE huwa normalment avvanzat biżżejjed fi 48 siegħa għal qari mikroskopiku tal-kontroll. F'dan il-ħin, l-aħħar qari mikroskopiku jista' jsir jew il-pjanċi jistgħu jkunu mgħammra u mtebba' għall-qari mikroskopiku, per eżempju bl-użu ta' 10 % formol-saline u 0,05 % methylene blue.

    Kontrolli : Il-kontrolli f'kull eżami jinkludu antiserum omologu ta' titra magħrufa, kontroll taċ-ċellula,kontroll tat-tossiċità tas-serum, kontroll tal-medja u titrazzjoni tal-virus li minnu l-ammont attwali tal-virus fl-eżami huwa maħdum.

    Interpretazzjoni : Ir-reċipjenti b'evidenza ta' CPE jitqiesu li huma infettati u t-titri tan-newtralizzazzjoni huma espressi bħala l-maqlub tat-taħlita ta' l-aħħar tas-serum preżenti fit-taħlit tas-serum/viru fil-punt ta' l-aħħar f'50 % skond il-metodu ta' Spearman-Karber. (Karber, G., 1931, Archiv fuer Experimentelle Pathologie und Pharmokologie, 162, 480). Il-kontrolli jitqiesu validi meta l-ammont attwali tal-virus użat għal kull reċipjent fil-kontroll huwa bejn 101,5 u 102,5 TCID50 u meta t-titra tas-serum tar-riferenza hija ġod-doppju tat-titra mistennija tagħha, stmata mill-mod tat-titrazzjonijiet ta' qabel. Meta l-kontrolli jaqgħu barra dawn il-limiti, il-kontrolli jkunu ripetuti. Titra fuq punt ta' l-aħħar ta' 1/11 jew anqas jittieħed bħala negattiv.

    C. Ċ. It-tisjib u l-kwantifikazzjoni ta' l-antibody bl-ELISA għandu jsir skond il-protokoll li ġej:

    Riaġenti : Antiserum tal-fenek għal 146S antiġen ta' seba' tipi tal-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (FMDV) użati f'konċentrazzjoni ottimali stabbilita minn qabel f'carbonate/bicarbonate buffer, pH 9,6. L-antiġen jitħejjew minn tensjoni molekolari tal-virus li jitkabbar fuq is-saffi waħdanin taċ-ċelluli BHK-21. Is-supernatants mhux purifikati jintużaw u ttitrati minn qabel skond il-protokoll iżda mingħajr is-serum, biex jagħtu taħlita li wara l-addizzjoni ta' volum ekwivalenti ta' PBST (buffered saline tal-fosfat li fih 0,05 % Tween-20 u indikatur ta' phenol red) jagħtu qari ta' densità ottika ta' bejn 1,2 u 1,5. Il-virus jistgħu jintużaw mhux attivati. Il-PBST jintuża biex iħoll. Antisera tal-fenek ta' l-Indi jitħejjew billi l-fniek ta' l-Indi jitlaqqmu bi 146S antiġen ta' kull tip ta' serum. Konċentrazzjoni ottimali stabbilita minn qabel titħejja f'PBST li fih 10 % serum normali ta' l-ispeċi tal-baqra u 5 % serum normali tal-fenek. Immunoglobulin tal-fenek ta' kontra l-fenek ta' l-Indi kkonjugat għall-horseradish peroxidase stabbilit minn qabel titħejja f'PBST li fih 10 % serum normali ta' l-ispeċi tal-baqra u 5 % serum normali tal-fenek. Is-serum tal-kontroll jinħallu fil-PBST.

    Il-Proċedura:

    1. Il-pjanċi ta' l-ELISA huma miksija bi 50μl ta' serum antivirali tal-fenek matul il-lejl f'kamra ta' l-umdità b'temperatura tal-kamra.

    2. Ħamsin mikrolitri ta' serju doppju duplikat ta' kull serum tal-kontroll li jibda b' 1/4 jitħejja fi pjanċa b'ħafna reċipjenti bil-qiegħ forma ta' 'U' (pjanċi tal-ġarr). Ħamsin mikrolitru ta' doża kostanti ta' antiġen tiżdied ma' kull reċipjent u t-taħlit jitħallew tul il-lejl b'4 °C. L-addizzjoni ta' l-antiġen tnaqqas it-taħlita tal-bidu tas-serum għal 1/8.

    3. Il-pjanċi ta' l-ELISA jinħaslu ħames darbiet bil-PBST.

    4. Ħamsin mikrolitru ta' taħlit ta' serum/antiġen huma imbagħad ittrasferiti mill-pjanċi tal-ġarr għall-pjanċi ta' l-ELISA miksija bis-serum tal-fenek u inkubati b'37 °C għal siegħa fuq rotary shaker.

    5. Wara li jkun maħsul, 50 μl ta' antiserum tal-fenek ta' l-Indi ta' l-antiġen użat taħt il-punt 4 ikun miżjud ma' kull reċipjent. Il-pjanċi huma inkubati b'37 °C għal siegħa fuq rotary shaker.

    6. Il-pjanċi huma maħsula u 50μl ta' immunoglobulin tal-fenek ta' kontra l-fenek ta' l-Indi kkonjugat mal-horseradish peroxidase jiżdied ma' kull reċipjent. Il-pjanċi huma inkubati b'37 °C għal siegħa fuq rotary shaker.

    7. Il-pjanċi huma maħsula u 50 μl ta' orthophenylene diamine li fih 0,05 % H2O2 (30 %) w/v huwa miżjud ma' kull reċipjent.

    8. Ir-reazzjoni titwaqqaf wara 15-il minuta bi 1,25M H2SO4.

    Il-pjanċi jinqraw spettrofotometrikalment b'492 nm fuq ELISA reader konness ma' mikrokompjuter.

    Kontrolli : Għal kull antiġen użat 40 reċipjent ma fihomx serum iżda fihom antiġen imħallat fil-PBST. Serje ta' taħlit doppju duplikat ta' antiserum omologu ta' riferenza ta' l-ispeċi tal-baqra. Serje ta' taħlit doppju duplikat ta' serum negattiv ta' l-ispeċi tal-baqra.

    Interpretazzjoni : Titri ta' l-antibody huma espressi bħala t-taħlita ta' l-aħħar ta' serum ta' kontrolli li tagħti 50 % ta' l-OD medju rreġistrat fir-reċipjenti tal-kontroll tal-virus fejn is-serum tal-kontroll huwa assenti. Titri 'l fuq minn 1/40 jitqiesu pożittivi.

    Riferenzi : Hamblin C, Barnett ITR u Hedger RS (1986) "Analiżi ta' immunosorbent ġdid konness ma' l-enżima (ELISA) biex jistabu l-antibodies kontra l-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer. I. Żvilupp u metodu ta' l-ELISA." Ġurnal tal-Metodi Immunoloġiċi, 93, 115 to 121.11.

    Il-marda ta' Aujeszky (AJD)

    A. Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tas-serum għandu jsir skond il-protokoll li ġej:

    Serum : Is-serum kollha huma attivti bi sħana ta' 56 °C għal 30 minuta qabel l-użu.

    Il-Proċedura : Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tas-serum bil-virus ivarja b'mod kostanti fuq il-pjanċi mikrotitrati jimpjegaw Vero jew sistemi sensittivi oħra ta' ċelluli. Il-virus tal-marda ta' Aujeszky jintuża fi 100 TCID50 għal kull 0,025 ml; kampjuni mhux attivati, mhux maħlula tas-serum jitħalltu ma' volum ekwivalenti (0,025 ml) ta' sospensjoni tal-virus. It-taħlit tal-virus/serum huma inkubati għal sagħtejn bi 37 °C fil-pjanċi mikrotitrati qabel ikunu miżjuda ċ-ċelluli xierqa. Iċ-ċelluli jintużaw f'konċentrazzjoni li tifforma saff komplut wieħed wara 24 siegħa.

    Kontrolli : (i) analiżi ta' l-infettività tal-virus, (ii) kontroll tat-tossiċità tas-serum, (iii) kontrolli tal-kultura taċ-ċelluli mhux imlaqqmin, (iv) antisera ta' riferenza.

    Interpretazzjoni : Ir-riżultati tal-kontroll tan-newtralizzazzjoni u t-titra tal-virus użata fil-kontroll huma rreġistrati wara tlieta sa sebat ijiem inkubazzjoni b'37 °C. It-titri tas-serum anqas minn 1/2 (sreum mhux imħallat) jitqiesu negattivi.

    B. Kull kontroll ieħor rikonoxxut taħt il-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE dwar il-garanziji addizzjonali għall-marda ta' Aujeszky tal-ħnieżer destinati għal ċerti partijiet tat-territorju tal-Komunità.

    Gastroenteritis li tittieħed (TGE)

    Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tas-serum għandu jsir skond il-protokoll li ġej:

    Serum : Is-serum kollha huma attivati bi sħana ta' 56 °C għal 30 minuta qabel l-użu.

    Il-Proċedura : Il-kontroll tan-newtralizzazzjoni tas-serum bil-virus ivarja b'mod kostanti fuq il-pjanċi mikrotitrati jimpjega ċelluli A72 (tumur tal-klieb) jew sistemi sensittivi oħra ta' ċelluli. Il-virus tat-TGE jintuża fi 100 TCID50 għal kull 0,025 ml; kampjuni mhux attivati, mhux maħlula tas-serum jitħalltu ma' volum ekwivalenti (0,025 ml) ta' sospensjoni tal-virus. It-taħlit tal-virus/serum huma inkubati għal 30 sa 60 minuta bi 37 °C fil-pjanċi mikrotitrati qabel ikunu miżjuda ċ-ċelluli xierqa. Iċ-ċelluli jintużaw f'konċentrazzjoni li tifforma saff komplut wieħed wara 24 siegħa. Kull ċellula tirċievi 0,1 ml ta' sospensjoni taċ-ċellula.

    Kontrolli : (i) analiżi ta' l-infettività tal-virus, (ii) kontroll tat-tossiċità tas-serum, (iii) kontrolli tal-kultura taċ-ċelluli mhux imlaqqmin, (iv) antisera ta' riferenza.

    Interpretazzjoni : Ir-riżultati tal-kontroll tan-newtralizzazzjoni u t-titra tal-virus użata fil-kontroll huma rreġistrati wara tlieta sa ħamest ijiem inkubazzjoni b'37 °C. It-titri tas-serum anqas minn 1/2 (taħlita aħħarija) jitqiesu negattivi. Jekk il-kampjuni mhux imħallta tas-serum huma tossiċi għall-kulturi tat-tessuti, dwan is-serum jistgħu jkunu mħallta 1/2 qabel jintużaw fil-kontroll. Dan ikun ekwivalenti għal 1/4 taħlita aħħarija tas-serum. Titri tas-serum ta' anqas minn 1/4 (taħlita aħħarija) jitqiesu negattivi f'dawn il-każijiet.

    Il-marda vexxikolari tal-majjali (SVD)

    Kontrolli għall-marda vexxikolari tal-majjali (SVD) għandhom isiru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE.

    Il-marda klassika tal-majjali (CSF)

    Kontrolli għall-marda klassika tal-majjali (CSF) għandhom isiru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE.

    It-twettiq tal-kontrolli għas-CSF għandhom isegwu l-linji gwida ppreżentati fil-Manwali ta' l-OIE ta' l-Istandards tal-Kontrolli Dijanjostiċi u l-Tilqim – il-Kapitolu 2.1.13.

    Is-sensittività u l-ispeċifiċità għall-kontroll seroloġiku tas-CSF għandhom jitwettqu minn laboratorju nazzjonali bi skema stabbilita ta' assikurazzjoni tal-kwalità. Il-kontrolli impjegati jridu jintwerew biex jirrikonoxxu medda ta' serum ta' riferenza pożittiv dgħajjef u b'saħħtu u li jippermettu li antibody jinstab f'fażi kmieni u konvalexxenza.

    ANNESS II (LAĦAM FRISK)

    PARTI 1

    Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom

    - Ebda certifikat ma hu disponibbli u l-importazzjoni tal-laham frisk mhix awtorizzata.

    [1]

    Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Deskrizzjoni tat-territorju | Ċertifikat veterinarju | Kondizzjonijiet specifiċi |

    Model(s) | SG |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

    AL — l-Albanija | AL-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    AR — l-Arġentina | AR-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    AR-1 | Il-provinċji ta' Buenos Aires, Catamarca, Chaco, Corrientes, Entre Ríos, Formosa (għajr it-territorju ta' Ramon Lista), Jujuy, La Pampa, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, Salta (għajr id-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), San Juan, San Luis, Santa Fe, Santiago del Estero, u Tucuman. | BOV | A | 1 u 2 |

    AR-2 | La Pampa u Santiago del Estero | BOV | A | 1 u 2 |

    AR-3 | Cordoba | BOV | A | 1 u 2 |

    AR-4 | Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego | BOV, OVI | | |

    AR-5 | Formosa (it-territorju ta' Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta' Rivadavia biss) | BOV | A | 1 u 2 |

    AR-6 | Salta (id-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria biss) | BOV | A | 1 u 2 |

    AU — l-Awstralja | AU-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW | | |

    BA — Il-Bosnja u Ħerzegovina | BA-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    BG — Il-Bulgarija | BG-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    BG-1 | Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, Sofia district, Sofia city, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin | BOV, OVI, RUW, RUF | | |

    BG-2 | Il-provinċji ta' Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo and Kardjali, eskluż il-kurridur ta' 20km wisa' mat-Turkija | | | |

    BH — Il-Baħrejn | BH-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    BR — Il-Brażil | BR-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    BR-1 | L-Istati ta' Paraná, Minas Gerais (għajr id-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí), São Paulo, Espíritu Santo, Mato Grosso do Sul (għajr il-muniċipalitajiet ta' Sete Quedas, Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá), Santa Catarina, Goias u l-units reġjonali ta' Cuiaba (għajr il-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), Caceres (għajr il-muniċipalità ta' Caceres), Lucas do Rio Verde, Rondonopolis (għajr il-muniċipalità ta' Itiquiora), Barra do Garça u Barra do Burges in Mato Grosso. | BOV | A | 1 u 2 |

    BR-2 | L-Istat ta' Rio Grande do Sul | BOV | A | 1 u 2 |

    BR-3 | L-Istat ta' Mato Grosso do Sul, muniċipalità ta' Sete Quedas | BOV | A | 1 u 2 |

    BW — Il-Botswana | BW-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU, EQW | | |

    BW-1 | Iż-żoni ta' kontroll veterinarju tal-mard 5, 6, 7, 8, 9 u 18 | BOV, OVI, RUF, RUW | F | 1 u 2 |

    BW-2 | Iż-żoni ta' kontroll veterinarju tal-mard 10, 11, 12, 13 u 14 | BOV, OVI, RUF, RUW | F | 1 u 2 |

    BY — Il-Belarus | BY-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    BZ — Belize | BZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    CA —Il-Kanada | CA-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW, | | |

    CH —l-Isvizzera | CH-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW | | |

    CL — Iċ-Ċili | CL-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW | | |

    CN — Iċ-Ċina (Ir-Repubblika tal-Poplu ta') | CN-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    CO — Il-Kolumbja | CO-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    CO-1 | Iż-żoni inklużi ġewwa l-linji tal-fruntieri mill-punt fejn ix-Xmara Murri tnixxi għal ġox-Xmara Atrato, 'l isfel mal-kurrent tul ix-Xmara Atrato fejn inixxi għall-Oċejan Atlantiku minn dan il-punt sal-fruntiera tal-Panama u jimxi mal-linja tax-xatt ta' l-Atlantiku sa Cabo Tiburón; minn dan il-punt sa l-Oċejan Paċifiku jimxi mal-fruntiera tal-Kolumbja u l-Panama; minn dan il-punt sal-bokka tax-Xmara Valle tul il-kosta tal-Paċifiku u minn dan il-punt f'linja dritta sal-punt fejn ix-Xmara Murri tnixxi għax-Xmara Atrato. | BOV | A | 2 |

    CO-2 | Il-muniċipalitajiet ta' Arboletas, Necocli, San Pedro de Urah, Turbo, Apartado, Chigorodo, Mutata, Daheiba, Uramita, Murindo, Riosucio (ix-xatt tal-lemin tax-Xmara Atrato) u Frontino. | EQU | | |

    CO-3 | Iż-żoni inklużi ġewwa l-linji tal-fruntiera mill-bokka tax-Xmara Sinu fuq l-Oċejan Atlantiku, il-fuq mal-kurrent tul ix-Xmara Sinu sar-ras tiegħu l-Ilma ta' Alto Paramillo, minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċejan Atlantiku, jimxi mal-linja tal-fruntiera bejn id-Dipartiment ta' Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt sal-bokka tax-Xmara Sinu tul il-kosta ta' l-Atlantiku. | BOV | A | 2 |

    CR —Il-Kosta Rika | CR-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    CU —Kuba | CU-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    CY —Ċipru | CY-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW | | |

    CZ —Ir-Repubblika Ċeka | CZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF, POR, SUF | | |

    CZ-1 | Il-pajjiż sħiħ, għajr il-rpovinċji ta' Kromeriz, | SUW | | |

    DZ — L-Algerija | DZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    EE — L-Estonja | EE-0 | Il-pajjiż sħiħ | RUW, RUF | | |

    POR | D | |

    ET — L-Etjopja | ET-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    FK — Falkland Islands | FK-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU | | |

    GL — Groenlandja | GL-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUF, RUW | | |

    GT — Il-Gwatemala | GT-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    HK — Hong Kong | HK-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    HN — Il-Ħonduras | HN-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    HR — Il-Kroazja | HR-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUF, RUW | | |

    HU — L-Ungerija | HU-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, POR, OVI, EQU, RUW, RUF, SUF | | |

    SUW | C | |

    IL — L-Iżrael | IL-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    IN — L-Indja | IN-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    IS — L-Islanda | IS-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU | | |

    KE — Il-Kenja | KE-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    LT — Lithuania | LT-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF | | |

    POR | D | |

    LV — Il-Latvja | LV-0 | Il-pajjiż sħiħ | RUW, RUF | | |

    MA — Il-Marokk | MA-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    MG — Il-Madagascar | MG-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    MK — Ir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet tal-Jugoslavja [1] | MK-0 | Il-pajjiż sħiħ | OVI, EQU | | |

    MT — Malta | MT-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, POR, EQU | | |

    MU — Mauritius | MU-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    MX — Il-Messiku | MX-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    NA — In-Namibja | NA-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU, EQW | | |

    NA-1 | South of the cordon fences which extend from Palgrave Point in the west to Gam in the east | BOV, OVI, RUF, RUW | F | 2 |

    NC — New Caledonia | NC-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, RUF, RUW | | |

    NI — In-Nikaragwa | NI-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    NZ — New Zealand | NZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE | | |

    PA — Il-Panamá | PA-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, EQU | | |

    PL — Il-Polonja | PL-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF | | |

    POR | D | |

    PY — Il-Paragwaj | PY-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    PY-1 | Chaco ċentrali u l-meded ta' San Pedro | BOV | A & F | 1 u 2 |

    RO — Ir-Rumanija | RO-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF | | |

    RU — Il-Federazzjoni Russa | RU-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    RU-1 | Ir-reġjun ta' Murmansk (Murmanskaya oblast) | RUF | | |

    SCG — Serbja u Montenegro | SCG-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    SCG-1 | Il-pajjiż sħiħ għajr ir-reġjun tal-Kosovo u ta' Metohija | BOV, OVI | | |

    SI — L-Islovenja | SI-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF | | |

    SK — L-Islovakkja | SK-0 | Il-pajjiż sħiħ | | | |

    SK-1 | Il-Veterinarju tad-Distrett u l-Amministrazzjonijiet ta' l-Ikel (DVFA) ta' Trnava (magħmulin mid-distretti ta' Piešťany, Hlohovec u Trnava); Levice (magħmul mid-distrett ta' Levice); Nitra (magħmul mid-distretti ta' Nitra u Zlaté Moravce); Topoľčany (magħmul mid-distrett ta' Topoľčany); Nové Mesto nad Váhom (magħmul mid-distrett ta' Nové Mesto nad Váhom); Trenčín (magħmul mid-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou) Prievidza (magħmul mid-distretti ta' Prievidza and Partizánske); Púchov (magħmul mid-distretti ta' Púchov u Ilava); Žiar nad Hronom (magħmul mid-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica); Zvolen (magħmul mid-distretti ta' Zvolen u Detva); Banská Bystrica (magħmul mid-distretti ta' Banská Bystrica u Brezno). | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF | | |

    SK-2 | Id-Distrett Veterinarju u l-Amministrazzjonijiet ta' l-Ikel (DVFA) ta' Bratislava mesto (magħmulin mid-distretti ta' Bratislava I., II., III., IV. u V.); Senec (magħmul mid-distretti ta' Senec, Pezinok u Malacky); Dunajská Streda (magħmul mid-distrett ta' Dunajská Streda); Galanta (magħmul mid-distrett ta' Galanta); Senica (magħmul mid-distretti ta' Senica u Skalica); Nové Mesto nad Váhom (magħmul mid-distrett ta' Myjava); Púchov (magħmul mid-distrett ta' Považská Bystrica); Nové Zámky (magħmul mid-distrett ta' Nové Zámky); Komárno (magħmul mid-distrett ta' Komárno); Šaľa (magħmul mid-distrett ta' Šaľa); Žilina (magħmul mid-distrett ta' Žilina u Bytča); Dolný Kubín (magħmul mid-distretti ta' Dolný Kubín, Tvrdošín u Námestovo); Martin (magħmul mid-distretti ta' Martin u Turčianske Teplice); Liptovský Mikuláš (magħmul mid-distretti ta' Liptovský Mikuláš u Ružomberok); Lučenec (magħmul mid-distretti ta' Lučenec u Poltár); Veľký Krtíš (magħmul mid-distrett ta' Veľký Krtíš); Rimavská Sobota (magħmul mid-distretti Rimavská Sobota u Revúca); Zvolen (magħmul mid-distrett ta' Krupina); Poprad (magħmul mid-distretti Poprad, Kežmarok u Levoča); Prešov (magħmul mid-distretti ta' Prešov u Sabinov); Bardejov (magħmul mid-distrett ta' Bardejov); Vranov nad Topľou (magħmul mid-distrett ta' Vranov nad Topľou); Svidník (magħmul mid-distretti ta' Svidník u Stropkov); Humenné (magħmul mid-distretti ta' Humenné, Medzilaborce u Snina); Stará Ľubovňa (magħmul mid-distrett ta' Stará Ľubovňa); Košice—mesto (magħmul mid-distretti ta' Košice I., II., III. u IV.); Košice—okolie (magħmul mid-distrett ta' Košice—okolie); Michalovce (magħmul mid-distretti ta' Michalovce u Sobrance); Rožňava (magħmul mid-distrett ta' Rožňava); Spišská Nová Ves (magħmul mid-distretti ta' Spišská Nová Ves u Gelnica) u Trebišov (magħmul mid-distrett ta' Trebišov). | BOV, OVI, EQU, RUW, RUF, POR | D | |

    SV — El Salvador | SV-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    SZ — Swaziland | SZ-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU, EQW | | |

    SZ-1 | Il-medda tal-punent tal-ħitan tal-"linja ħamra" li testendi lejn it-tramuntana mix-xmara Usutu dal-fruntiera ma' l-Afrika ta' Isfel fuq il-punent ta' Nkalashane, iżda teskludi ż-żoni tas-sorveljanza tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u l-kontroll tat-tilqim imdaħħlin bħala strument statutorju taħt l-avviż legali Nru 51 ta' l-2001 | BOV, RUF, RUW | F | 2 |

    TH— It-Tajlandja | TH-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    TN— It-Tuneżija | TN-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    TR— It-Turkija | TR-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    TR-1 | Il-provinċji ta' Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale | EQU | | |

    UA — L-Ukranja | UA-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    US — L-Istati Uniti | US-0 | Il-pajjiż sħiħ | BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW | | |

    UY — L-Urugwaj | UY-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU | | |

    BOV | A | 1 |

    OVI | B | 1 u 2 |

    ZA — L-Afrika ta' Isfel | ZA-0 | Il-pajjiż sħiħ | EQU, EQW | | |

    ZA-1 | Il-pajjiż sħiħ għajr: il-parti tal-medda tal-kontroll għall-marda ta' l-ilsien u d-dwieferr li tinsab fir-reġjuni veterinarji tal-Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta' Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta' Natal u fil-medda tal-fruntiera mal-Botswana il-punent ta' 28 lonġitudiniid-distrett ta' Camperdown, fil-provinċja ta' KwaZuluNatal | BOV, OVI, RUF, RUW | F | 2 |

    ZW — Żimbabwe | ZW-0 | Il-pajjiż sħiħ | – | | |

    Kondizzjonijiet speċifiċi riferuti fil-kolonna 6

    Kodiċi tat-territorju | Ċertifikat veterinarju | Perjodu ta' żmien/dati li għalihom l-importazzjoni lejn il-Komunità hija awtorizzata jew mhux awtorizzata dwar id-dati tal-qatla ta' l-annimali li minnhom jinkiseb il-laħam |

    Mudell | SG | | |

    AR-1 | BOV | A | Qabel u inkluż il-31 ta' Jannar 2002 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluż l-1 ta' Frar 2002 | Awtorizzat |

    AR-2 | BOV | A | Qabel u inkluża t-8 ta' Marzu 2002 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluża d-9 ta' Marzu 2002 | Awtorizzat |

    AR-3 | BOV | A | Qabel u inkluż is-26 ta' Marzu 2002 | Xejn |

    Wara u inkluż is-27 ta' Marzu 2002 | Awtorizzat |

    AR-4 | BOV, OVI, RUM, RUF | – | Qabel u inkluża t-28 ta' Frar 2002 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluż l-1 ta' Marzu 2002 | Awtorizzat |

    AR-5 | BOV | A | Qabel u inkluża l-10 ta' Lulju 2003 | Awtorizzat |

    Wara u inkluż il-11 ta' Lulju 2003 | Mhux awtorizzat |

    AR-6 | BOV | A | Qabel u inkluża l-4 ta' Settembru 2003 | Awtorizzat |

    Wara u inkluża l-5 ta' Settembru 2003 | Mhux awtorizzat |

    BR-2 | BOV | A | Qabel u inkluż it-30 ta' Novembru 2001 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluż l-1 ta' Diċembru 2001 | Awtorizzat |

    BR-3 | BOV | A | Qabel u inkluż il-31 ta' Ottubru 2002 | Awtorizzat |

    Wara u inkluż l-1 ta' Novembru 2002 | Mhux awtorizzat |

    BW-1 | BOV, OVI, RUM, RUF | A | Qabel u inkluż is-7 ta' Lulju 2002 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluża t-8 ta' Lulju 2002 sat-23 ta' Diċembru 2002 | Awtorizzat |

    Wara u inkluż l-24 ta' Diċembru 2002 sas-6 ta' Ġunju 2003 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluża s-7 ta' Ġunju 2003 | Awtorizzat |

    BW-2 | BOV, OVI, RUM, RUF | A | Qabel u inkluża s-6 ta' Marzu 2002 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluża s-7 ta' Marzu 2002 | Awtorizzat |

    PY-1 | BOV | A | Qabel u inkluż l-31 ta' Awwissu 2002 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluż l-1 ta' Settembru 2002 sad-19 ta' Frar 2003 | Awtorizzat |

    Wara u inkluż l-20 ta' Frar 2003 | Mhux awtorizzat |

    UY-0 | BOV, OVI | A | Qabel u inkluż il-31 ta' Ottubru 2001 | Mhux awtorizzat |

    Wara u inkluż l-1 ta' Novembru 2001 | Awtorizzat |

    "1" :

    "2" :

    Restrizzjonijiet tal-kategorija

    L-ebda interjuri awtorizzat (għajr il-muskoli tad-diaframma u tax-xedaq ta' l-annimali ta' l-ispeċi tal-baqra).

    PARTI 2

    Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji

    Mudell(i):

    "BOV" : Mudell taċ-ċertifikat veterinarju tal-laħam frisk ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-baqra (Bos taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħalltin tagħhom)

    "POR" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjal (Sus scrofa)

    "OVI" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tan-nagħaġ (Ovi aries) u l-mogħoż domestiku (Capra hircus)

    "EQU" : Mudell taċ-ċertifikat veterinarju tal-laħam frisk ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi taż-żiemel (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħalltin tagħhom)

    "RUF" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam ta' l-annimali tar-razzett mhux domestiċi minbarra s-suidae u l-annimali tad-difer sod

    "RUW" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam ta' l-annimali slavaġġ mhux domestiċi minbarra s-suidae u l-annimali tad-difer sod

    "SUF" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tas-suidae tar-razzett mhux domestiku

    "SUW" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tas-suidae selvaġġ mhux domestiku

    "EQW" : Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' l-annimali slavaġġ mhux domestiċi tad-difer sod

    SG (Garanziji supplimentarji):

    "A" : garanziji dwar il-maturazzjoni, il-kejl tal-pH, u t-tneħħija ta' l-għadam mil-laħam frisk, eskluż l-interjuri, iċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt 10.6), OVI (punt 10.6), RUF (punt 10.7) u RUW (punt 10.4)

    "B" : garanzija dwar l-interjuri imnaddaf immaturat kif deskritt fil-mudell taċ-ċertifikat BOV (punt 10.6)

    "Ċ" : garanziji dwar il-kontroll tal-laboratorju għall-marda klassika tal-majjali fil-karkassi li minnu nkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertifikat SUW (punt 10.3 a)

    "D" : garanziji dwar l-għalf ta' fdalijiet fiż-żamma(żammiet) ta' l-annimali minnhom inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikat POR (punt 10.3 (d))

    "E" : garanziji dwar il-kontroll għat-tuberkulożi fl-annimali minnhom inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV (punt 10.4 (d))

    "F" : garanziji dwar il-maturazzjoni, u t-tneħħija ta' l-għadam mil-laħam frisk, eskluż l-interjuri, iċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt 10.6), OVI (punt 10.6), RUF (punt 10.7) u RUW (punt 10.4)

    Noti

    (a) Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom ikunu ppreżentati mill-pajjiż li jesporta, ibbażati fuq il-mudelli li jidhru fil-Parti 2 ta' l-Anness II, skond id-disinn tal-mudell li jikkorrispondi mal-laħam ikkonċernat. Għandu jkun fihom, fl-ordni nnumerata li tidher fil-mudell, iċ-Ċertifikazzjonijiet li hum meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skond il-każ xi jkun, dawk il-garanziji supplimentarji li huma meħtieġa għall-pajjiżi terzi li jesportaw jew parti minnhom.

    (b) Ċertifikat separat u uniku jrid ikun ipprovdut għal-laħam li huwa esportat minn territorju wieħed li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness II li huwa kkunsinnat lejn l-istess detinazzjoni u jinġrr fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, inġenju ta' l-ajru, jew vapur.

    (ċ) L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jkun magħmul minn paġna waħda, żewġ naħat, jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha meħtieġa huma parti minn biċċa sħiħa integrata u mhux diviżibbli.

    (d) Jitħejja f'mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih issir l-ispezzjoni tal-post fuq il-fruntiera u ta' l-Istat Membru ta' l-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, jekk hemm bżonn, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

    (e) Jekk minħabba raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-kunsinna (l-iskeda fil-punt 8.3 tal-mudell taċ-ċertifikat), paġni addizzjonali huma mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-paġni jistgħu wkoll jitqiesu li jifformaw parti ta' l-oriġinali taċ-Ċertifikazzjoni bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, f'kull paġna.

    (f) Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali riferuti f'(e), fih aktar minn paġna waħda, kull paġna tkun innumerata – (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni) – fil-qiegħ u għandu jkollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett.

    (g) (ġ) L-oriġinali taċ-ċertifikat irid jimtela u jkun iffirmat mill-veterinarju uffiċjali. Meta jagħmlu hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li jesportaw għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-Ċertifikazzjoni ekwivalenti daqs dawk imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE jitħarsu.

    Il-kulur tal-firma għandu tkun differenti minn dak ta' l-istampat. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-watermark.

    (g) L-oriġinali taċ-ċertifikat irid jakkumpanja l-kunsinna fil-post ta' l-ispezzjoni tal-fruntiera ta' l-UE.

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    [1] Il-kodici provizorju ta' l-ex Repubblika Jugozlava tal-Macedonja ma jaffetwax id-denomiazzjoni definita tal-pajjiz li trid tigi attribwita wara l-konkluzjoni tan-negozjati li qeghdin isiru bhalissa fi hdan in-Nazzjonijiet Uniti.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    "

    ANNESS I

    Deskrizzjoni tat-territorji tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità

    Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Versjoni | Deskrizzjoni tat-territorju |

    Il-Brażil | BR-1 | — | Kif deskritt fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE [1](kif emendat l-aħħar) |

    Kull pajjiż li jidher fl-ewwel kolonna ta' l-Anness II | Kodiċi ta' l-ISO kif muri fl-ewwel kolonna ta' l-Anness II | | Il-pajjiż sħiħ |

    ANNESS II

    Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika li tidher fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju li għandhom jintalbu

    Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Tjur tal-kaċċa | Leporidae (fenek u liepru) | leporidaeMammali slavaġġ ta' l-art għajr il- u l-annimali li għandhom id-difer mgħawweġ |

    Slavaġġ | Tar-razzett | Slavaġġ | Fenek domestiku | BM [1] | BB [2] |

    MC [1] | SC [2] | MC [1] | SC [2] | MC [1] | SC [2] | MC [1] | SC [2] |

    AR | L-Arġentina | AR | D | 8 | I | | C | | H | — |

    AU | L-Awstralja | AU | — | | — | | C | | H | | E |

    BG | Il-Bulgarija | BG | D | | I | | C | | H | | — |

    BR | Il-Brażil | BR | — | | — | | C | | H | | — |

    BR-1 | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    CA | Il-Kanada | CA | D | 8 | I | | C | | H | | E |

    CH | L-Isvizzera | CH | D | | I | | C | | H | | — |

    CL | Iċ-Ċili | CL | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    CY | Ċipru | CY | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    CZ | Ir-Repubblika Ċeka | CZ | D | | I | | C | | H | | — |

    EE | L-Estonja | EE | — | | — | | C | | H | | E |

    GL | Il-Groenlandja | GR | D | | — | | C | | H | | E |

    HR | Il-Kroazja | HR | D | | I | | C | | H | | — |

    HU | L-Ungerija | HU | D | | I | | C | | H | | — |

    IL | L-Iżrael | IL | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    LT | Il-Litwanja | LT | D | | I | | C | | H | | E |

    LV | Il-Latvja | LV | — | | — | | C | | H | | E |

    NZ | In-New Zealand | NZ | D | 8 | I | | C | | H | | E |

    PL | Il-Polonja | PL | D | | I | | C | | H | | — |

    RO | Ir-Rumanija | RO | D | | I | | C | | H | | E |

    RU | Ir-Russja | RU | — | | — | | C | | H | | E |

    SI | L-Islovenja | SI | D | | I | | C | | H | | — |

    SK | Ir-Repubblika Slovakka | SK | D | | I | | C | | H | | — |

    TH | It-Tajlandja | TH | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    TN | It-Tuneżija | TN | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    US | L-Istati Uniti | US | D | 8 | I | | C | | H | | — |

    Kull terza pajjiż li jidher fil-lista mħejjija fl-Ewwel Parti ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata l- | — | | — | | C | | H | | — |

    MC SC "

    [1] ĠU L 378,tal-31.12.1994, p. 11.

    [1] mudell taċ-ċertifikat li għandu jimtela. L-ittri (C, H, E) li jidhru fit-tabella jirreferu għall-mudell taċ-ċertifikat, kif deskritt fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni, li għandhom jintużaw għal kull kategorija tal-laħam. Sing "—" jindika li l-importi tal-laħam m'humiex awtorizzati.

    [2] kondizzjonijiet speċifiċi. In-numri li jidhru fit-tabella jirreferu għall-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu pprovduti mill-pajjiż li jesporta, kif deskritt fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni. Iridu jiddaħħlu mill-pajjiż li jesporta fit-Taqsima V tal-mudell relevanti taċ-ċertifikat imniżżel fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

    --------------------------------------------------

    Top