Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0100

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità biex tippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (parteċipazzjoni taċ-ċittadini)

    ĠU L 30, 4.2.2004, p. 6–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/100(1)/oj

    32004D0100



    Official Journal L 030 , 04/02/2004 P. 0006 - 0014


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' Jannar 2004

    li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità biex tippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (parteċipazzjoni taċ-ċittadini)

    (2004/100/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) It-Trattat jistabilixxi ċittadinanza ta' l-Unjoni, li tikkomplimenta, iżda li ma tieħux il-post taċ-ċittadinanza nazzjonali, u li għandha tiġi promossa b'konsideraazzjoni xierqa għas-sussidjarjeta.

    (2) L-Għanijiet tal-Komunità u ta' l-Istati Membri huma l-promozzjoni ta' l-impiegi, kondizzjonijiet ta' ħajja u tax-xogħol aħjar, protezzjoni soċjali xierqa, u l-iżvilup tar-riżorsi umani bil-għan illi jiġi żgurat livell għola ta' impieg u tiġi mnaqqsa l-esklużjoni.

    (3) L-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-liġi tal-Komunità hija prijorità ġdida, li hija indispensabbli għall-funzjonament tas-suq intern. Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u is-16 Ottubru 1999 aċċenat illi l-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u il-ġustizzja għandhom ikunu mibnijja fuq il-prinċipji tat-trasparenza u kontrol demokratiku, li jinvolvu djalogu miftuħ mas-soċjeta ċivili dwar l-għanjiet u l-prinċipji f'dan il-qasam. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-Istati u l-Amministrazzjonijiet Supremi tal-Ġurisdizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tippromwovi l-iskambju ta' opinjonijiet u esperjenzi f'dawn l-oqsma u tikkordina u tirraporta lill-pubbliku id-decizjonijiet ġuridiċi tal-Kunsilli ta' l-Istati f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi tal-Komunità.

    (4) Il-Parlament Ewropew, fir-reżoluzzjoni tal-15 ta' April 1988 [2], stabbilixxa illi huwa mixtieq illi isir sforz kbir biex jiġu stabbiliti kuntatti bejn iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u li l-appoġġ mill-istituzzjonijiet tal-Komunità għall-iżvillup ta' skemi ta' ġemellaġġ bejn kommunitajiet u irħula differenti ta' l-Istati Membri tkun xi ħaga tajba u mixtieqa.

    (5) Il-Kunsill Ewropew ta' Nizza ta' Diċembru 2000, fid-Dikjarazzjoni 23, irrikonoxxa il-bżonn li jittejjeb u jiġi kontrollat il-leġitimità u it-trasparenza ta' l-Unjoni u l-istituzjonijiet tagħha, sabiex dawn jitressqu dejjem iżjed lejn iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. L-Aġenda tal-Politika Soċjali addottata f'Nice hija bbażata fuq forma ġdida ta' gvern li li tagħti importanza ikbar lir-rwol ta' djalogu ċivili bħala element essenzali biex tippromwovi il-koperazzjoni fis-soċjeta ċivili. L-aġenda tipprovdi illi l-għaqdiet non-governattivi, bħal per ezempju il-Pjattaforma ta' l-għaqdiet socjali non-governattivi Ewropej, huma marbuta mil-qrib ma' l-iżvillup ta' politika ta' inklużjoni u ta' opportunitajiet indaqs għal kullħadd.

    (6) Id-Dikjarazzjoni ta' Laeken li huwa anness mall-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' l-14 u il-15 ta' Diċembru 2001 tipprovdi illi wieħed mill-isfidi ewlenin li għandu jiġi riżolt mill-Unjoni Ewropea huwa kif iċ-ċittadini jistgħu jinġiebu iktar qrib tal-viżjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet Ewropej.

    (7) L-intestaturi A-321, A-3020, A-3021, A-3024, A-3026, A-3036 u B3-305 tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarju 2003 u is-snin finanzjarji ta' qabel urew il-potenzal tagħhom illi jippromwovi dijalogu dwar il-bini ta' l-Ewropa bejn l-għaqdiet tas-soċjeta ċivili u l-muniċipji.

    (8) Il-Kunsill jikkonferma il-bżonn illi jiġu sostnuti skemi ta' ġemellaġġ għall–ibliet, u dan minħabba ir-rwol importanti illi jistgħu ikollhom fil-promozzjoni ta' l-identità ċiviku u l-armonjija bejn il-popli ta' l-Ewropa. Jikkonferma ukoll illi fil-kuntest ta' programm multiannwali, budget xieraq għal skemi ta' ġemellaġġ għall–ibliet u il-promozzjoni kontinwa tagħhom għandhom jiġu garantiti, u dana kif insista il-Parlament Ewropew kull sena fil-proċedura tal-budget. Jikkonferma ukoll illi huwa essenzali illi il-proċedura ta' l-applikazzjoni u l-amministrazzjoni ta' skemi ta' ġemellaġġ għall-ibliet isir iktar faċli sabiex jinftiehem aħjar u joqorbu lejn iċ-ċttadini.

    (9) L-Assoċjazzjoni "Our Europe" huwa think tank magħmul minn rappreżentanti tas-soċjeta Ewropea u l-oqsma politiċi, soċjali, ekonomiċi u xjentifiċi biex iservu ta' ċentru għall-iskambju ta' ideat li jippromwovu Unjoni Ewropea dejjem aktar viċina; għaldaqstant din tippromwovi interessi ġenerali Ewropej.

    (10) Iċ-ċentri ta' Jean Monnet u ta' Robert Schuman huma ċentri għall-laqghat għan-nies ta' l-Ewropa, l-għan huwa illi jpoġġu il-pijonieri u l-attivitajiet ġodda fl-integrazzjoni Ewropea fil-kuntest fejn żewġ missierijiet ta' l-Ewropa għexu u ħadmu, u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-Ewropa tal-lum u t' għada; għaldaqstant dawn l-għaqdiet jippromwovu interessi ġenerali Ewropej.

    (11) Il-Kunsill Ewropew għar-Refuġjati u l-Eżiljati tirrapresenta l-organizzazzjonijiet għar-refuġjati u l-persuni spjazzati fil-kuntest ta' l-Unjoni Ewropea, u tippromwovi il-prinċipji u l-politika li jikkontribwixxu għall-għanijiet tat-Trattat f'dak li huwa ażil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

    (12) Ir-regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-regolament Finanzjarju li tapplika għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [3], hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "ir-Regolament Finanzjarju", tirrikjedi illi jiġi provdut att bażiku biex jkopri dawn l-attivitajiet ta' sostenn.

    (13) Fiż-żmien ta' l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni ħadu ir-responsabilità biex jiżguraw illi jintlaħaq l-għan illi att bażiku jidħol fis-seħħ mis-sena finanzjarja 2004. Il-Kummisjoni ħadet ir-responsabbilità illi tieħu in konsiderazzjoni ir-rimarki li saru fil-budget fil-kuntest ta' implimentazzjoni.

    (14) Id-Dikjarazzjoni Interistituzzjonali tal-24 ta' Novembru 2003 għall-atti baziċi għall-għotjiet tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni tipprovdi fuq bażi eċċezjonali għal klawsoli transitorji dwar il-perjodu ta' eliġibilità tan-nefqa li għandhom jiġu introdotti f'dan il-programm.

    (15) Din id-Dikjarazzjoni Interistituzzjonali tipprovdi ukoll għal mizuri tranżitorji għall-għotjiet previsti fil-parti 2 tal-programm li għandu jiddaħal għas-snin 2004 u 2005.

    (16) Dispożizzjonijiet għandhom jiġu introdotti sabiex l-estenzjoni ġeografiki tal-programm jestendi sabiex ikopri l-Istati Membri ġodda, u possibilment fil-kaz ta' ċerti azzjonijiet, għall-pajjizi membri u kandidati tal-EFTA/ŻEE.

    (17) Ammont finanzjarju ta' riferenza, fis-sens tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u titjib fil-proċeduri tal-budget [4], huwa inkluż f'dan id-deċiżjoni għat-tul tal-programm, mingħajr ma jiġu affetwati il-poteri ta' l-awtorità finanzjarju kif definiti fit-Trattat.

    (18) Fil-kaz ta' finanzjament ġej mir-riżorsi ta' l-Istat, u mhux mill-Komunità għandhom jiġu mħarsa l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat.

    (19) Entitajiet illi l-azzjonijiet tagħhom mhumiex kompatibbli ma' l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri f'dawk li huma ordni pubbliku u sigurta' pubblika għandhom jiġu esklużi mill-benefiċċji ta' dan il-programm.

    (20) Kull appoġġ mgħoti skond din id-Deċiżjoni jrid ikun konformi mall-prinċipji tas-sussidjarjeta' u l-proporzjonalità,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għanijiet tal-Programm

    1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pjan ta' azzjoni tal-Komunità sabiex jiġu appoġġjati entitajiet li jaħdmu fil-qasam ta' ċittadinanza Ewropea attiva u li jippromwovu azzjonijiet f'dan il-qasam.

    Il-programm għandu jkollu għanijiet li ġejjin:

    (a) li jippromwovi u jxxerred il-valuri u l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea;

    (b) biex jressqu liċ-ċittadini lejn l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet Ewropej u biex jinkorraġihom jużaw u jikkomunikaw ma' l-istituzzjonijiet Ewropej iktar ta' spiss;

    (ċ) biex jinvolvu mill-viċin iċ-ċittadini fir-riflessjoni u id-diskussjoni dwar il-kostruzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea;

    (d) biex jsaħħu ir-rabtiet u l-iskambji bejn iċ-ċittadini tal-pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm, l-iktar permezz ta' arranġamenti ta' ġemellaġġ ta' l-ibliet;

    (e) biex jistimmolaw l-inizjattivi bejn l-entitajiet li jippromwovu ċittadinaza attiva u li tipparteċipa.

    2. L-attivitajiet li huma appoggjati mill-programm għandhom l'għan li jsostnu l-operat u li jippromwovu l-azzjonijiet ta' l-entitajiet li għandhom l-istess għanjiet tal-programm skond l-Anness.

    3. Dan il-programm jibda fl-1 ta' Jannar 2004 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2006.

    Artikolu 2

    Aċċess għall-programm

    Biex ikunu eleġibli għal għotja tal-Komunità għal azzjoni, entitajiet għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fl-Anness.

    L-azzjoni trid tkun skond il-prinċipji bażiċi li jissotolinejaw l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam ta' ċittadinanza attiva.

    Biex jkunu eleġibli għal għotja għall-programm ta' ħidma ta' entità li tippromwovi wieħed mill-għanjiet ġenerali ta' l-Ewropa fil-qasam ta' ċittadinanza attiva jew għan li jifforma parti ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, l-entitajiet jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Anness u jridu jkunu strutturati b'tali mod illi jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb għal azzjonijiet li jistgħu jkollom impatt fl-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Aċċess għall-programm għall-Istati li qed jaċċedu, il-pajjizi ta' l-EFTA/ŻEE u l-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea

    Parteċipazzjoni fl-azzjonijiet tal-programm huwa miftuħ ukoll għal entitajiet stabbiliti fi:

    (a) L-Istati li qed jaċċedu li iffirmaw it-Tratt ta' adeżjoni fis-16 ta' April 2003;

    (b) Il-pajjiżi EFTA/ŻEE, skond il-kondizzjonijiet li hemm stabbiliti fil-ftehim taz-ŻEE;

    (ċ) ir-Rumanija u il-Bulgarija, fil-każ ta' liema il-kondizzjonijiet għall-partecipazzjoni għandhom jkunu stabbiliti skond il-Ftehimiet Ewropej, il-Protokolli Addizjonali u id-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni rispettivi;

    (d) It-Turkija, fil-każ ta' liema il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom jkunu stabbiliti skond il-Framework Agreement ta' bejn il-Komunità Ewropea u ir-Repubblika tat-Turkija fuq il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità [5].

    Artikolu 4

    Għażla tal-benefiċjarji

    1. Għotja għall-programm ta' ħidma ta' entità li tippromwovi wieħed mill-għanjiet ġenerali ta' l-Ewropa fil-qasam ta' ċittadinanza attiva jew għan li jifforma parti ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, għandhom jingħataw skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness.

    2. Għotjiet għal azzjonijiet speċifikati fil-programm għandhom jingħataw skond il-kriterji stabiliti fl-Anness. L-azzjonijiet jintgħazlu permezz ta' sejħa għall-proposti.

    Artikolu 5

    L-Għotja ta' l-għotja

    Għotjiet li jagħmlu parti ta' l-azzjonijiet differenti tal-programm għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-parti rilevanti ta' l-Anness.

    Artikolu 6

    Dispożizzjonijiet finanzjarji

    Ammont finanzjarju ta' riferenza għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu 2004 sa 2006 għandu jkun ta' EUR 72 miljun.

    L-approprjazzjonijiet ta' kull sena għandhom jiġu awtoriżżati mill-awtorità finanzjarju fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

    Artikolu 7

    Kontroll u evalwazzjoni

    Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ksib ta' l-għanijiet tal-programm. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat, inter alia, fuq rapport ta' evalwazzjoni esterna li jrid jitqiegħed għad-dispożizzjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena 2006 u li trid tevalwa il-pertinenza u il-koerenza ġenerali tal-programm, l-effettività ta' l-eżekuzzjoni tiegħu (preparazzjoni, selezzjoni, implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet) u l-effettività ġenerali u partikolari ta' l-azzjonijiet għal dak li huwa ksib ta' l-għanijiet indikati fl-Artikolu 1 u fl-Anness.

    Artikolu 8

    Dispożizzjonijiet finali

    Għall-għotjiet mogħtija fis-sena 2004 skond it-taqsimiet 1 u 2 ta' l-Anness, il-perijodu ta' eliġibilità ta' nefqa jkun jista jibda fl-1 ta' Jannar 2004, sa kemm in-nefqa ma tiġix qabel id-data li fiha kienet mitfugħa l-applikazzjoni ta' l-għotja jew id-data li fih jibda is-sena finanzjarju tal-beneficjarju.

    Fuq bazi eċċezjonali għal dawn l-għotjiet il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jiġu iffirmati mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2004.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandha tgħodd mill-1 ta'Jannar 2004.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 Jannar 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Cowen

    [1] Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 2003 (għandha mhux ippublikata fil-Ġurnal Ufficjali).

    [2] ĠU C 122, 09.05.1988, p. 38.

    [3] ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

    [4] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat mid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 25).

    [5] ĠU L 61, 02.03.2002, p. 29.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    1. Attivitajiet Appoġġati

    L-għan ġenerali stabbilit fl-Artikolu 1 huwa illi jiġi sostnut xogħol fil-qasam ta' ċittadinanza Ewropea attiva, billi jiġu promossi l-azzjonijiet u l-operati ta' l-entitajiet li jaħdmu f'dan il-qasam.

    Dan l-appoġġ jieħu l-forma ta' wieħed minn żewġ tipi ta' għotjiet:

    - jew għotja li tiffinanzja parti mill-infieq assoċjat ma programmi ta' xogħol permanenti ta' l-entitajiet li jippromwovu għan ġenerali ta' interess Ewropew fl-oqsma ta' ċittadinanza Ewropea attiva jew għan li jifforma parti ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam. (Parti 1 u Parti 2),

    - jew għotja li tiffinanzja parti minn azzjoni speċifiku f'dan il-qasam (Parti 3).

    Azzjonijiet ta' entitajiet tas-soċjeta ċivili u strutturi oħra bħal per ezempju muniċipalitajiet u organizzazzjonijiet ta' entitajiet li jaħdmu fuq livell Ewropew fil-qasam ta' ċittadinanza attiva u li jistgħu jappoġġaw l-attivitajiet tal-Komunità u jgħinu biex jrenduha iktar effetiva, partikolarment:

    - azzjonijiet ta' kooperazzjoni multinazzjonali fuq livell Ewropew,

    - laqgħat u dibattiti bejn iċ-ċittadini fuq temi ta' interess Ewropew, bħal il-valuri, l-għanijiet, is-setgħat, il-politika u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea,

    - riflessjoni informali, edukazzjoni u proġetti ta' taħriġ,

    - azzjonijiet li jippromwovu il-partecipazzjoni u l-inizjattiva taċ-ċittadini,

    - skambji bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom,

    - tixrid ta' informazzjoni dwar azzjonijiet tal-Komunità,

    - preparazzjoni, appoġġ u evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet finanzjati.

    L-attivitajiet prinċipali tal-Pjattaforma ta' l-għaqdiet socjali non-governattivi Ewropew huma dawn li ġejjin:

    - li tgħin fl-iżvillup tal-politika tal-UE f'dawk li huma ta' interessi komuni għall-membri tagħha, speċjalment dwar drittijiet soċjali, il-politika soċjali tal-UE u l-programmi u djalogu ċivili,

    - li żżomm il-membri tagħha informati dwar l-iżvillupi fil-politika tal-Komunità li huma rilevanti għalihom, tiffaċilita il-proċess ta' djalogu u konsultazzjoni bejn il-membri tagħha u l-istituzjonijiet Ewropej u, permezz tal-membri tagħha, tpoġġi dawn l-attivitajiet fuq livell nazzjonali,

    - tippromwovi id-djalogu ma entitjiet oħra li qed jaħdmu fuq kwistjonijiet li huma ta' interess komuni (partijiet soċjali, għaqdiet oħra Ewropej ta' għaqdiet non-governattivi, għaqdiet non-governattivi fil-pajjizi applikanti, eċċ.),

    - issaħħaħ għaqdiet soċjali non-governattivi fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjizi applikanti, ez. Permezz ta' skambju ta' esperjenza, prassi u informazzjoni fost il-membri tal-Pjattaforma.

    L-attivitajiet prinċipali tal-Kunsill Ewropew għar-Refugjati u l-Eżiljati huma dawn li ġejjin:

    - tirrapreżenta l-organizzazzjonijiet għar-refuġjati, persuni li jkunu qed jfittxu l-ażil u persuni spjazzati fil-kuntest ta' l-Unjoni Ewropea,

    - tikkordina l-pożizzjoni tal-membri tagħha fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea,

    - tgħaddi informazzjoni fuq ir-refuġjati, persuni li jkunu qed jfittxu l-ażil u persuni spjazzati lill-Istituzjonijiet Ewropej,

    - tgħaddi informazzjoni mill-Unjoni Ewropea lill-kunsilli nazzjonali għar-refuġjati u l-għaqdiet non-governattivi,

    - tikkontribwixxi għall-iskambju ta' informazzjoni u l-prassi tajba,

    - tkun involuta fid-diskussjoni u ir-riflessjoni fuq ir-refuġjati, dawk li qegħdin iffitxu l-asil u l-persuni spjazzati fl-Ewropa u fuq l-azzjonijiet ta' assistenza għal dawn il-persuni tal-Unjoni Ewropea,

    - toħloq kuxjenza pubblika permezz tan-networks ta' l-organizzazzjonijiet membri,

    - tippromwovi parteċipazzjoni u inizjattiva fost ir-refuġjati, dawk li qegħdin iffitxu l-asil u il-persuni spjazzati.

    L-għan ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-Istati u l-Amministrazzjonijiet Supremi tal-Ġurisdizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea huwa li tiffaċilita il-koordinazzjoni u li tgħaddi lill-pubbliku id-deċiżjonijiet ġuridiċi tal-Kunsilli ta' l-Istati u l-Amministrazzjonijiet Supremi tal-Ġurisdizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi tal-Komunità u biex tiffaċilita it-tqassim ta' metodi ta' trasposizzjoni u implimentazzjoni tal-liġi Ewropea fuq livell nazzjonali.

    Dan il-programm jinkludi ukoll l-azzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif, il-promozzjoni u l-amministrazzjoni ta' think tanks li joperaw fil-qasam ta' ċittadinanza attiva u integrazzjoni Ewropea u l-organizzazzjoniji ta' avvenimenti relatati.

    2. Implimentazzjoni ta' attivitajiet appoġġjati

    2.1. L-attivitajiet ta' l-entitajiet li huma eleġibli għall-finanzjament tal-Komunità jaqgħu taħt wieħed mill-oqsma li ġejjin:

    2.1.1. Part 1: Programmi ta' xogħol permanenti ta' l-entitajiet li ġejjin li jippromwovu għan ġenerali ta' interess Ewropew fl-oqsma ta' ċittadinanza Ewropea attiva:

    - L-Assċjazzjoni "Our Europe",

    - Iċ-Ċentru Jean Monnet,

    - Iċ-Ċentru Robert Schuman,

    - il-Pjattaforma ta' l-għaqdiet soċjali non-governattivi Ewropej,

    - Il-Kunsill Ewropew għar-Refuġjati u l-Eżiljati (ECRE),

    - L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-Istati u l-Amministrazzjonijiet Supremi tal-Ġurisdizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

    2.1.2. Part 2: Programm ta' ħidma permanenti ta' entità li tippromwovi wieħed mill-għanjiet ġenerali ta' l-Ewropa fil-qasam ta' ċittadinanza attiva jew għan li jifforma parti ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea f'din il-qasam.

    Dawn jistgħu jkunu:

    - entitajiet li ma jgħamlux profitti li jaħdmu biex jgħinu ċittadini li huma attivi f'dawn l-entitajiet,

    - Multiplier network Ewropew ta' entitajiet li ma jgħamlux profitti li huma attivi fl-Istati li qed jipparteċipaw fil-programm u li jippromwovu il-prinċipji u l-politika li jwasslu għall-għanjiet ta' dan il-qasam,

    - entità li tippromwovi l-għanjiet li jiffurmaw parti mill-politika ta' Unjoni Ewropea fil-qasam ta' ċittadinanza attiva,

    Ta' kull sena għotja tista tiġi mgħotija biex jiġu appoġġjati il-programmi ta' ħidma permanenti ta' dawn l-entitajiet.

    2.1.3. Parti 3:

    (a) l-azzjonijiet fl-qasam ta' ċittadinanza attiva Ewropea, partikolarment dawk ta' organizzazzjonijiet non-governattivi, għaqdiet u federazzjonijiet ta' interess Ewropew jew trade unions ta' industriji differenti; bħala deroga mill-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju, trade unions ta' industriji differenti li qegħdin jipparteċipaw fid-dijalogu soċjali Ewropew huma eliġibli taħt din il-parti anki jekk m'għandhomx personalità ġuridika;

    (b) azzjonijiet li jippromwovu ġemellaġġ ta' l-ibliet li huma l-inizzjattiva ta' muniċipalitajiet, kommunitajiet u entitajiet lokali u reġjonali, awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali u reġjonali.

    2.2. Wara li jiġi ikkunsidrat il-kwalità u l-kwantità ta' l-applikazzjonijiet għall-finanzjament, il-linji ġenerali li ġejjin għandhom jiġu ikkunsidrati meta ir-riżorsi tal-programm qiegħdin jiġu allokati:

    - ir-riżorsi li għandhom jiġu mwiegħda fil-Parti 3a m'għandhomx ikunu ta' inqas minn 20 fil-mija tal-budget anwali li qiegħed għad-dispożizzjoni ta' dan il-programm,

    - ir-riżorsi li għandhom jiġu mwiegħda fil-Parti 3b m'għandhomx ikunu ta' inqas minn 40 fil-mija tal-budget anwali li qiegħed għad-dispożizzjoni ta' dan il-programm.

    3. Għażla tal-benefiċjarji

    3.1. Għotja tista tingħata direttament lill-entità li taħdem fil-qasam ta' ċittadinanza Ewropea attiva taħt il-Parti 1 tal-programm wara li jkun sar l-approvazzjoni ta' pjan ta' ħidma u budget xieraq.

    3.2. Biex tagħti għotjiet taħt il-Parti 2 tal-programm, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għall-proposti. Madankollu, fl-2004 u fl-2005, b'deroga mill-ewwel subparagrafu, għotjiet jistgħu jingħataw lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-anness.

    F'kull każ, il-kondizzjonijiet kollha tar-Regolamenti Finanzjarji, ir-regolamenti ta' implementazzjoni u l-att bażiku għandhom japplikaw.

    Meta sejħa tiġi ippubblikata, jistgħu jiġu indikati xi prijoritajiet fit-temi u fit-tip ta' attività li jikkontribwixxu għall-għanjiet ġenerali tal-programm, u jista jiġi indikat ukoll jekk l-attivitajiet ser jdumu aktar minn sena.

    3.3. Entitajiet li huma intitolati li jirċievu għotja għal azzjoni specifika skond il-Parti 3 tal-programm għandhom jintgħazlu permezz tas-sejħiet għall-proposti. Il-Kummissjoni trid tiżgura illi is-sejħa għall-proposti hija "customer friendly" u li ma tikkawzax piż burokratiku iż-żejjed. Meta jkun xieraq, is-sejħa għall-proposti għandha tkun organizzata f'żewg fażijiet, u fl-ewwel fażi għandhom jiġu mitluba biss dawk id-dokumenti li huma neċessarji għall-istima tal-proposta. F'dawk li huma trade unions ta' industriji differenti li qegħdin jipparteċipaw fid-djalogu soċjali Ewropew, is-sejħa għall-proposti tista tieħu il-forma ta' sejħa ristretta.

    4. Kriterji għall-istima ta' applikazzjonijiet għal fondi

    Applikazzjonijiet għal fondi għandhom jiġu stmati billi jittieħdu in konsiderazzjoni:

    - il-konsistenza ma' l-għanjiet tal-programm,

    - il-kwalità ta' l-attivitajiet progettati,

    - l-effet probbali illi dawn l-attivitajiet ser jkollhom fuq il-pubbliku,

    - l-impatt ġeografiku ta' attivitajiet,

    - l-involviment taċ-ċittadini fl-organizzazzjoni ta' l-entitajiet ikkonċernati,

    - kif il-benefiċji jitqabblu ma l-ispejjeż ta' l-attività proposta [1].

    5. Finanzjament u nfieq eleġibbli

    5.1. Fil-Parti 1, l-infieq eleġibbli ta' l-entitajiet in kwistjoni iħaddem l-ispejjeż u l-infieq neċessarju għat-twettieq ta' l-azzjonijiet tagħhom.

    5.2. Għotjiet lil dawn l-entitajiet m'għandhomx jiffinanzjaw l-infieq eleġibbli kollu tas-sena finanzjarju li għalihom ġew mogħtija: mill-inqas 10 fil-mija tal-budget ta' l-entità ma irridx jkun finanzjat mill-Komunità. Dan il-finanzjament jista jsir b'mod ieħor għajr il-flus, sakemm il-kontribuzzjoni ma jkunx ta' valur għola mill-ammont li ntefaq u li dan ikun ippruvat permezz ta' kontijiet jew il-prezz ta' fuq is-suq in kwistjoni.

    5.3. skond l-artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-prinċipju ta' tnaqqis gradwali m'għandiex tapplika għall-għotjiet lil dawn l-entitajiet peress illi dawn huma entitjiet li jippromwovu għan ta' interess Ewropew ġenerali.

    5.4. Skond il-Parti 2, l-uniċi spejjeż li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-għotja huma dawk li huma neċessarji għall-esekuzzjoni xieraq ta' l-attivitajiet normali ta' l-entità magħżula, partikolarment l-ispejjeż tal-persunal, overheads (kirjiet u piżijiet fuq il-propjeta', apparat, tagħmir ta' l-uffiċċju, telekomunikazzjonijiet, spejjeż postali, eċċ.), l-ispejjeż tal-laqgħat interni, l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet, ta' l-informazzjoni u tat-tixrid u l-ispejjeż li huma direttament marbuta ma' l-attivitajiet ta' l-entita.

    5.5. Għotjiet mogħtija taħt Parti 2 m'għandhomx jiffinanzjaw l-infieq eleġibbli kollu tas-sena finanzjarju li għalihom ġew mogħtija. Mill-inqas 20 fil-mija tal-budget ta' l-entitajiet inklużi f'din il-parti ma irridx jkun finanzjat mill-Komunità. Dan il-finanzjament jista' jsir b'mod ieħor għajr il-flus, sakemm il-kontribuzzjoni ma jkunx ta' valur għola mill-ammont li ntefaq u li dan ikun ippruvat permezz ta' kontijiet jew il-prezz ta' fuq is-suq in kwistjoni.

    5.6. Skond l-artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju, għotjiet mogħtija b'dan il-mod, jekk jiġu mġedda, għandhom jiġu mnaqqsa bil-mod. Dan it-tnaqqis għandu jgħodd mit-tielet sena il-quddiem b'rata ta' 2,5 fil-mija fis-sena. Sabiex tiġi osservata din ir-regola, li tapplika mingħajr preġudizzju għar-regola tat-tqassim tal-finanzjament msemmi iktar il-fuq, il-perċentaġġ tal-finanzjament tal-Komunità għall-għotja mogħtija għal sena finanzjarju għandu jkun ta' mill-inqas 2,5 punti anqas mill-perċentaġġ tal-finanzjament tal-Komunità għall-għotja mogħtija għas-sena finanzjarju ta' qabel.

    5.7. Għall-għotjiet mogħtija skond il-Parti 3, rati fissi jistgħu jiġu applikati għall-ispejjeż u l-infieq fuq l-ivvjaġar ta' organizzazzjonijiet.

    6. Amministrazzjoni tal-programm

    Wara li jiġi ikkunsidrat kif il-benefiċji jitqabblu ma l-ispejjeż, il-Kummissjoni tista tiddeċiedi illi tafda parti mill-kompitu jew il-kompitu kollu, ta' l-amministrazzjoni tal-programm lil aġenzija eżekuttiva skond l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju; tista ukoll tirrikorri għal esperti u jonfqu iktar fondi fuq assistenza teknika u amministrattiva, li ma tinvolvix l-użu ta' awtorità pubblika, li jkun outsourced b'servizz ta' kuntratt ad hoc. Tista' ukoll tiffinanzja studji u torganizza laqgħat ta' esperti li jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-programm, u jieħdu responsabbilità għall-azzjonijiet ta' informazzjoni, pubblikazzjoni u tixrid direttament marbuta mat-twettieq ta' l-għanjiet tal-programm.

    Il-Kummissjoni irid jkollha skambju regolari ta' ideat mar-rappresentanti ta' benefiċjarji kurrenti u potenzali tal-programme ta' azzjoni.

    7. Rikonoxximent tal-finanzjament

    Kull istituzzjoni, assoċjazzjoni jew attività li tirċievi għotja taħt dan il-programm għandu l-obbligu li jirrikonoxxi l-appoġġ mogħtija mill-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan il-Kummissjoni trid tistabilixxi regoli ta' viżibilità ċari.

    8. Tixrid ta' riżultati

    Sabiex ikun iffaċilitat it-tixrid tar-riżultati, kemm jista jkun mill-prodotti finanzjati minn dan il-programm għandhom jitqiegħedu għad-dispożizzjoni elettronikament b'xejn.

    9. Kontrolli u verifiki

    9.1. Il-benefiċjarju ta' għotja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni id-dokumenti kollha relatati, inkluż ir-rendikont finanzjarju verifikat, dwar l-infieq tas-sena li fiha ingħatat l-għotja, għal perijodu ta' ħames snin mill-aħħar pagament. Il-benefiċjarju ta' għotja għandu jiżgura illi, fejn jeżistu, dokumenti ta' sostenn fil-pussess ta' soċji jew membri jiġu mqiegħeda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

    9.2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' l-impjegati tagħha stess jew permezz ta' entità barranija kwalifikata li tagħzel hi, tagħmel verifika dwar l-użu li jkun sar ta' għotja. Dawn il-verifika jistgħu jsiru fil-perijodu ta' validità tal-ftehim jew għal perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-aħħar pagament. Meta jkun xieraq ir-riżultati tal-verifika jistgħu jirriżultaw f'deċiżjoni ta' rkupru minn naħa tal-kummissjoni.

    9.3. Il-ħaddiema tal-Kumissjoni u l-persunal barrani awtorizzat mill-Kummissjoni għandhom id-dritt ta' access, partikolarment għall-ufficji tal-benefiċjarji u għall-informazzjoni kollu, inkluż dak miżjum f'forma elettroniku, meħtieg biex issir il-verifika.

    9.4. Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom l-istess drittijiet, speċjalment dawk ta' l-aċċess, li għandha il-Kummissjoni.

    9.5. Sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej jiġu mħarsa mill-frodi u irregolaritajiet oħra, il-kummissjoni tista tagħmel verifiki u spezzjonijiet mingħajr preavviż skond ir-regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 [2]. Meta jkun neċessarju, l-investigazzjonijiet għandhom jsiru mill-l-Ufficju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u dawn għandhom jkunu regolati mir-Regolament (KE) Nru. 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3].

    [1] Hija ir-responsabbilità tal-benefiċjarji illi jimplimentaw framework ta' kontroll u evalwazzjoni xieraq.

    [2] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    [3] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Appendiċi

    - Segretarjat Internazzjonali ta' Federalisti Ewropej

    - Kunsill tal-Muniċipalitajiet u Reġjuni Ewropej

    - Is-Servizz ta' Azzjoni ta' Ċittadini Ewropej

    - L-Istitut Ewropew għall-Istudju Avvanzat ta' l-Amministrazzjoni

    - Centre ghal Studji Ewropej f'Strasburg

    - Kulleġġ ta' L-Ewropa f'Hamburg

    - "Soul for Europe"

    - Smiegħ Xieraq Barra

    - Skola ta' t-Tmexxija Interkulturali

    - CEJI (Centre europàen juif d'information)

    - Akademja Ewropea tax-Xjenza u L-arti

    - Europäisches Übersetzer-Kollegium Straelen

    - Festival ta' l-Ewropa, 9 ta' Mejju

    - Association européenne des représentants territoriaux

    - Assoċjazzjoni tal-Laqgħat għal Ħbiberija fost il-Popli

    - Istituzzjoni għall-Affarijiet Ewropej (Dublin)

    - Ċentru għall-Għaqdiet Ewropej li ma jgħamlux profitti

    - Istituzzjoni für Europäische Politik (Berlin)

    - Istitut Ewropew tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IERI)

    - Akkademja Ewropea ta' l-Ambjent Urban f'Berlin

    - Assocjazzjoni ta' Studji Politici Trans-Ewropej (ADEPT)

    - Ċentru ghall-Istudju Politiku Ewropew (CEPS)

    - Ċentru tal-Politika Ewropea (EPC)

    - Ħbieb ta' l-Ewropa

    - Moviment Internazzjonali ta' L-Ewropa

    --------------------------------------------------

    Top