Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0079

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/79/KE tat-13 ta’ Awissu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi Coniothyrium minitans bħala sostanza attivaTest b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 205, 14.8.2003, p. 16–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 14/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/79/oj

    32003L0079



    Official Journal L 205 , 14/08/2003 P. 0016 - 0018


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/79/KE

    tat-13 ta’ Awissu 2003

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi Coniothyrium minitans bħala sostanza attiva

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqiegħid ta’ prodotti biex jipproteġu l-pjanti fuq is-suq, kif inhu emendat l-aħħar mid-Direttiva tal-Kumissjoni 2003/70/KE(2), u partikolarment l-Artikolu 6 [1] tagħha,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 6 [2] tad-Direttiva 91/414/KEE, l-awtoritajiet Ġermaniżi f’10 ta’ Settembru 1997 rċievew applikazzjoni minn Prophyta GmbH, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-applikant, għall-inklużjoni tas-sostanza attiva Coniothyrium minitans fl-Anness I tad-Direttiva. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/676/KE [3] ikkonfermat illi d-dokument kien "kompletat" fis-sens illi jista’ jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti, fil-priinċipju, id-data u l-informazzjoni rikjesti minn l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (2) Għal din is-sostanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applicant. L-Istat Membru li huwa r-relatur nominat issottometta rapport abbozzat dwar is-sostanza lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Marzu 2000.

    (3) Ir-rapport abbozzat kien revedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kummissjoni Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Ir-reviżjoni kienet finalizzata fl-4 ta’ Lulju 2003 fil-format tar-rapport reviżjonali għall-Coniothyrium minitans tal-Kummissjoni.

    (4) Ir-reviżjoni ma rrivelatx mistoqsijiet jew interessi li rrikjedew konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel.

    (5) Deher minn diversi eżaminazzjoniet li saru illi l-prodotti li jipproteġu l-pjanti u li jikkontjenu l-Coniothyrium minitans jissodisfaw, in ġenerali, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ l-Artikolu 5(3) ta’ l-istess, in partikolari rigward l-użijiet li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport reviżjonali tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li din is-sostanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri kollha, l-awtorizazzjonijiet tal-prodotti li jipproteġu l-pjanti u li jikkontjenu din is-sostanza attiva jitgħu jiġu mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

    (6) Għalkemm il-Prinċipji Uniformi għad iridu jiġu addottati għal micro-organiżmi, huwa xieraq illi l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artiloku 4 tad-Direttiva meta jagħtu l-awtorizazzjonjiet. Huwa xieraq li jiġi pprovdut ir-rapport revizjonali finali, iżda l-informazzjoni kunfidenzali fis-sens ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, hija disponibbli jew mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati.

    (7) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri jiġu mogħtija perijodu raġjonevoli sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE rigward il-prodotti li jipproteġu l-pjanti u li jikkontjenu l-Coniothyrium minitans, u partikolarment biex jirrevedu l-awtorizazzjonijiet provisjonali eżistenti u, mhux aktar tard minn l-aħħar ta’ dan il-perijodu, jittrasformaw dawk l-awtorizazzjonijiet provisjonali f’awtorizazzjonijiet sħaħ, sabiex jemendawhom jew jirtirawhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (8) Huwa għalhekk xieraq li tiġi emedata d-Direttiva għal dik ir-raġuni.

    (9) Il-miżuri provduti għal din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri jaddottaw u jippublikaw, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2004, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni bl-istess.

    Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’Lulju 2004.

    Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew jkunu akkompanjati b’tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-awtorizazzjoni għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti u li jikkontjeni l-Coniothyrium minitans sabiex jizguraw illi l-kondizzjonijiet relatati ma’ din is-sostanza attiva stiputlati fl-Annes I tad-Direttiva 91/414/KEE jiġu mħarsa. Fejn hemm bżonn, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizazzjonijiet skond id-Direttiva 91/414/KEE, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2004.

    2. Għal kull prodott awtorizzat li jipproteġi l-pjanti u li jikkontjeni l-Coniothyrium minitans bħala l-unika sostanza attiva, jew bħala waħda minn aktar sostanzi attivi li kienu kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott fuq il-bażi tad-dokument li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ l-istess. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn hemm bżonn u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2005, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizazzjoni għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet msemmija.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva qiegħda tiġi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Awissu 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.91, p. 1.

    [2] ĠU L 184, tat-23.7.3, p. 9.

    [3] ĠU L 317, 26.tal-11.98, p. 47.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Fl-Anness I il-filliera li ġejja hija miżjuda fl-aħħar tat-tabella.

    "Nru | Isem, numri ta' identifikazzjoni, komuni | Isem IUPAC | Purità | Dħul fis-seħħ | Skandenza ta' l-inklużjoni | Dispożizzjonijiet speċifiċi |

    71 | Coniothyrium minitans Razza CON/M/91-08 (DSM 9660) CIPAC Nru 614 | Mhux applikabbli | Għad-dettalji tal-purità u Kontroll ta' produzzjoni ara r-Rapport Reviżjonali | fl-1 ta' Jannar 2004. | fil-31 ta' Diċembru 2013. | Użi għal fungiċidju biss jistgħu jiġu awtorizzati. Meta jiġu mogħtija awtorizazzjonijiet, il-konklużjonijiet tar-rapport reviżjonali fuq il-, u partikolarment Appendiċi I u II ta' l-istess, kif finalizzat fill-Kumitat Permanenti tal-u s-Saħħa ta' l-Annimali fuq 4ta' Lulju 2003 għandu jittieħed in konsiderazzjoni. F'din il-valutazzjoni komplessiva: L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lis-sigurtà ta' l-operatur u l-ħaddiem sabiex jiżguraw illiil-kondizzjonijiet ta' l-awtorizazzjoni jinkludu miżuri protettivi-xierqa. |

    --------------------------------------------------

    Top