Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0223

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2000 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali.

    ĠU L 71, 18.3.2000, p. 24–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/223/oj

    32000D0223



    Official Journal L 071 , 18/03/2000 P. 0024 - 0024


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-13 ta' Marzu 2000

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali.

    (2000/223/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-BĊE) tal-21 ta' Frar 2000,

    Billi:

    (1) il-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni u indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda lill-Kunsill biex tapprova l-bidla, li tibda mis-sena Finanzjarja 2000, ta' wieħed mill-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank li kienu ġew approvati mill-Kunsill fid- Deċiżjoni 1999/70/EC [1].

    (3) Huwa xieraq li titħares ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    "2. KPMG Deutsche Treuhand-Gesellschaft AG u Ernst & Young Deutsche Allgemeine Treuhand AG huma hawnhekk approvati bħala awdituri esterni tad- Deutsche Bundesbank għall-kontijiet anwali li jibdew mis-sena finanzjarja 2000."

    Artikolu 2

    Din id- Deċiżjoni tkun notifikata lill-BĊE.

    Artikolu 3

    Din id- Deċiżjoni tkun ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fil- Brussel, fit-13 ta' Marzu 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Pina Moura

    [1] ĠU L 22, 29.01.99, p. 69.

    --------------------------------------------------

    Top