Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0593

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tal-31 ta' Mejju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, fuq in-naħa l-oħra

    ĠU L 229, 31.8.1999, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/593/oj

    Related international agreement

    31999D0593



    Official Journal L 229 , 31/08/1999 P. 0001 - 0002


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni

    tal-31 ta' Mejju 1999

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, fuq in-naħa l-oħra

    (1999/593/KE, KEFA, Euratom)

    Il-KUNSILL TA' l-UNJONI EWROPEA,

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ.

    Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 308, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkonsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkonsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkonsultaw il-Kumitat Konsultattiv tal-KEFA u bil-kunsens tal-Kunsill,

    Wara li kkonsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill li ngħata skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    (1) Billi l-konklużjoni tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u l-Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa wahda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fil-21 ta' Ġunju 1996 ġewwa Firenze, se tikkontribwixxi għall-iskop ta' l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej;

    (2) Billi r-raġuni ewlenija ta' dan il-Ftehim huwa li jissaħħu l-kollegamenti mwaqqfà partikolarment mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u il-Komunià Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Unjoni tal-Sovjetiċi Soċjalisti Repubblikani dwar il-koperazzjoni fuq is-sengħa, l-kummerċ u l-ekonomija, ffirmata fit-18 ta' Diċembru 1989 u approvata bid-Deċiżjoni 90/116/KEE [2];

    (3) Billi ċerti obligazzjonijiet, provduti mill-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni barra mill-iskop tal-Komunità sengħa politika, jeffettwaw jew x'aktarx se jeffettwaw l-arranġamenti stabbiliti mill-Atti Komunitarji adottati fl-inħawi bid-dritt ta' twaqqif, it-Trasport u t-trattament ta' l-impriżi;

    (4) Billi dan il-Ftehim jimponi ċerti obligazzjonijiet fuq il-Komunità Ewropea dwar trasferimenti u pagamenti kapitali bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan;

    (5) Billi, barra dan, sakemm dan il-Ftehim jaffettwa d-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistema komuni tat-Taxxa applikabbli għal għaqdiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta' l-assi u skambju ta' ishma li jikkonċerna kumpanniji ta' Stati Membri [3] differenti, u d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-Taxxa applikabbli fil-każ ta' kumpanniji omm u sussidjjarji ta' L-Istati Membri [4] differenti, li huma bażati fuq l-Artikolu 94 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dak l-Artikolu jrid jintuża bħala bażi legali;

    (6) Billi ċerti disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jimponu fuq il-Komunità obbligi fil-qasam tal-provvista ta' servizzi li jmorru lil hinn mill-qafas ta' qsim tal-fruntieri:

    (7) Billi għal ċerti disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li għandhom jiġu implimentati mill-Komunità, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma jagħmel l-ebda provvista għal awtoritajiet speċifiċi; b'riżultat ta' dan hija neċessarja l-konsultazzjoni ta' l-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, fuq in-naħa l-oħra, flimkien mall-Protokoll, Dikjarazzjonijiet u l-Iskambju ta' Ittri, jinsabu hawnhekk approvati mill-Komunità Ewropea, l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    It-testijiet huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1. Il-posizzjoni li se tieħu l-Komunità fil-Kunsill tal-Koperazzjoni u fil-Kumitat Koperattiv meta dan ta' l-aħħar ikun awtorizzat jaġixxi skond il-Kunsill tal-Koperazzjoni se jiġi stabbilit mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jew, meta xieraq, mill-Kummissjoni, kull waħda skond id-disposizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    2. Skond l-Artikolu 79 tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni, il-President tal-Kunsill se jippresiedi l-Kunsill Koperattiv u se jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità Rappreżentat tal-Kummissjoni se jippresiedi l-Kumitat Koperattiv skond ir-regoli tal-proċedura u se jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità.

    3. Id-deċiżjoni li jiġu pubblikati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Koperattiv u l-Kumitat Koperattiv fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej se tittieħed skond il-każ mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill se jagħti n-notifikazzjoni provduta fl-Artikolu 101 tal-Ftehim mill-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummisjoni se jagħti din in-notifika bl-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    J. Santer

    Il-President

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    O. Schily

    [1] ĠU C 175, 21.06.99, p. 432.

    [2] ĠU L 68, 15.03.90, p. 1.

    [3] ĠU L 225, 20.08.90, p. 1.

    [4] ĠU L 225, 20.08.90, p. 6.

    --------------------------------------------------

    Top