Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0510

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 li tirrigwardja il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim li għandu x’jaqsam ma’ koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

    ĠU L 195, 28.7.1999, p. 31–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/510/oj

    Related international agreement

    31999D0510



    Official Journal L 195 , 28/07/1999 P. 0031 - 0031


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 ta’ April 1999

    li tirrigwardja il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim li għandu x’jaqsam ma’ koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

    (1999/510/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130 m, f'għaqda ma’ l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) miġjub fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    (1) Billi bid-Deċiżjoni tiegħu tas-27 ta' Ġunju 1994 [2], il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim li għandu x'jaqsam ma' koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja;

    (2) Billi bid-Deċiżjoni tiegħu ta' l-24 ta' Settembru 1998 il-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni biex jinnegozja biss emenda tal-Ftehim msemmi hawn fuq safejn l-oqsma għal koperazzjoni, msemmija skond l-Artikolu 4 ta' dak il-Ftehim, huma konċernati, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 11(2)_ta' dak il-Ftehim;

    (3) Billi bid-Deċiżjoni tad-29 ta' Marzu 1999 il-Kunsill awtorizza l-firma tal-Ftehim li jemenda;

    (4) Billi dan il-Ftehim li jemenda għandu jiġi approvat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim li jirrigwardja il-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja huwa hawnhekk approvat.

    It-test tal-Ftehim li jemenda huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Skond l-Artikolu 11 tal-Ftehim li għandu x'jaqsam mal-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda li huwa hawn mehmuż tlestew mill-parti tal-Komunita.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1999.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    W. Müller

    [1] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' April 1999 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 188, tat-22.7.1994, p. 17.

    --------------------------------------------------

    Top