Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R2389

    Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2389/94 tat-30 ta' Settembru 1994 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti dwar l-importazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94

    ĠU L 255, 1.10.1994, p. 104–105 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1385

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2389/oj

    31994R2389



    Official Journal L 255 , 01/10/1994 P. 0104 - 0105
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0041
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0041


    Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2389/94

    tat-30 ta' Settembru 1994

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti dwar l-importazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tat-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarji għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi tan-nuħħala, il-frak iebes tal-qamħ u fdalijiet oħra [1], u b'mod partikolari Artiklu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1574/93 [3], u b'mod partikolari Artikolu 15 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1431/94 [4] jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata, fis-settur tal-laħam tat-tjur, is-sistema ta' l-importazjoni pprovvduta bir-Regolament (KE) Nru 774/94;

    Billi, bil-ħsieb li tiġi pprevenuta l-ispekulazzjoni, iridu jiġu aġġustati l-kondizzjonijiet sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema;

    Billi, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba, il-perjodu taż-żmien li fih iridu jiġu ddepożitati ċ-ċertifikati tal-liċenzji jrid jitressaq xahar ’il quddiem hekk illi l-kwoti jkunu jistgħu jintużaw mill-bidu ta' kull wieħed mill-perjodi taż-żmien minflok mit-tmiem ta' l-ewwel xahar ta' kull wieħed mill-perjodi taż-żmien, kif inhu l-każ bħalissa;

    Billi trid tkun magħrufa l-oriġini tal-prodotti importati skond ir-Regolament (KE) Nru 1431/94;

    Billi dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiddaħħlu malajr kemm jista’ jkun, għalkemm ċerti miżuri ma jistgħux jiġu applikati minnufih;

    Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta'Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Artikolu 3(a) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "(a) L-applikanti għal-liċenzji ta' l-importazzjoni jridu jkunu persuni naturali jew legali li, meta jiġu ssottomessi l-applikazzjonijiet, jistgħu jġibu prova li tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jkunu importaw jew esportaw mhux inqas minn 25 tunnellata metrika (piż tal-prodott) tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 0207, 160231 jew 160239 fiż-żewġ snin kalendarji ta' qabel is-sena li fiha tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għall-liċenzja. Madanakollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-aħħar konsumaturi huma esklużi mil-benefiċċji ta' din is-sistema";

    2. l- ewwel subparagrafu ta' Artikolu 4(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. L-applikazjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu ddepożitati biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta' kull wieħed mix-xhur li jiġi qabel kull wieħed mill-perjodi taż-żmien speċifikat f'Artikolu 2.";

    3. Anness III mar- Regolament (KE) Nru 1431/94 jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 1994.

    Madanakollu, Artikolu 1(2) għandu jibda japplika mill-1 ta' Marzu 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Settembru 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 91, tat-8.4.1994, p. 1.

    [2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

    [3] ĠU L 152, ta' l-24.6.1993, p. 1.

    [4] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS III

    L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1431/94

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top