Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3800

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3800/91 tat-23 ta’ Diċembru 1991 li jemenda Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika biex jinkludi pajjiżi oħra ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

    ĠU L 357, 28.12.1991, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3800/oj

    31991R3800



    Official Journal L 357 , 28/12/1991 P. 0010 - 0010
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0030
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0030


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3800/91

    tat-23 ta' Diċembru 1991

    li jemenda Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika biex jinkludi pajjiżi oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha iddeċidew li jagħmlu sforz conġunt flimkien ma' ċerti pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw miżuri maħsuba biex jassistu l-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali fis-seħħ fil-Bulgarija, iċ-Ċekoslovakkja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Jugoslavja; billi għal dan l-għan IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 3906/89 [3], kif emendat b' Regolament (KEE) Nru 2698/90 [4], esiġa l-kundizzjonijiet għall-forniment ta' għajnuna ekonomika u umanitarja;

    Billi r-rappreżentanti tal-Grupp ta' 24 qablu f' Settembru 1991 sabiex jestendu l-assistenza ekonomika lill-Albanija, l-Estonja, il-Litwanja u l-Latvja rispettivament;

    Billi l-estenzjoni ta' l-għan tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 biex jinkludi dawk il-pajjiżi tikkostitwixxi mezz xieraq għall-implementazzjoni ta' l-impenni li daħlu għalihom;

    Billi, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta' din l-estensjoni jappartjenu għal dawn il-pajjiżi;

    Billi l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, miksuba fit-3 ta' Ottubru 1990, tfisser li d-dħul tar-"Repubblika Demokratika Ġermaniża" trid titħassar mill-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 li jelenka l-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant li jikkwalifikaw għal għajnuna ekonomika,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 3906/89:

    1. il-pajjiżi li ġejjin huma miżjuda: "l-Albanija, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja;"

    2. il-pajjiż li ġej huwa mħassar: Ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li ssegwi l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Ikun applikabbli fir-rigward ta' l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja mill-1 ta' Jannar 1992.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Y. Van Rooy

    [1] ĠU C 313, ta' l-4.12.1991, p. 13.

    [2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Diċembru 1991 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11.

    [4] ĠU L 257, tal-21.9.1990, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top