Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018A1218(01)

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ST/11261/2016/INIT

    ĠU L 322, 18.12.2018, p. 3–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/2003/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    18.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 322/3


    FTEHIM

    bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    L-UNJONI EWROPEA

    min-naħa l-waħda, u

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-FILIPPINI

    (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Filippini”)

    min-naħa l-oħra,

    (minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”)

    FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali ta' servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Filippini li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza esklużiva fir-rigward ta' diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni stabbiliti f'xi wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta' sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Filippini, li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea, iridu jinġiebu konformi magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Filippini, u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta' dawn is-servizzi tal-ajru,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru ma jistgħux, fil-prinċipju, jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Filippini, li (i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn il-kumpanniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' kumpanniji jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta' kull ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta' dan it-tip; jew (iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħrajn ir-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex l-għan tal-Unjoni Ewropea, fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Filippini, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea u trasportaturi bl-ajru tal-Filippini, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi tal-ajru dwar drittijiet tat-traffiku,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, il-frażi “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-frażi “Trattati tal-UE” tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    2.   Ir-referenzi f'kull ftehim imniżżel fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    3.   Ir-referenzi f'kull ftehim imniżżel fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Nomina minn Stat Membru

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam man-nomina tat-trasportaturi tal-ajru minn Stat Membru, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mill-Filippini, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi tat-trasportaturi tal-ajru, rispettivament.

    2.   Malli jirċievu nomina mingħand Stat Membru, il-Filippini għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-inqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (i)

    it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah u għandu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni; u

    (ii)

    il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija tal-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b'mod ċar fin-nomina; u

    (iii)

    it-trasportatur tal-ajru jkun, direttament jew b'maġġoranza ta' ishma, proprjetà tal-Istati Membri, u jkun ikkontrollat b'mod effettiv minnhom u/jew miċ-ċittadini tagħhom u/jew mill-istati l-oħra mniżżlin fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra.

    3.   Il-Filippini jistgħu jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur tal-ajru nnominat minn Stat Membru meta:

    (i)

    it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida b'konformità mal-liġi tal-Unjoni; jew

    (ii)

    l-Istat Membru li huwa responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tat-trasportatur tal-ajru ma jkunx jeżerċita jew iżomm kontroll regolatorju effettiv fuqu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata b'mod ċar fin-nomina; jew

    (iii)

    it-trasportatur tal-ajru ma jkunx, direttament jew b'maġġoranza ta' ishma, proprjetà tal-Istati Membri, jew ikkontrollat b'mod effettiv minnhom u/jew miċ-ċittadini tagħhom u/jew mill-istati l-oħra mniżżlin fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra; jew

    (iv)

    it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera taħt ftehim bilaterali bejn il-Filippini u xi Stat Membru ieħor, u l-Filippini jistgħu juru li, billi dan it-trasportatur jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor, ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor.

    Huma u jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont dan il-paragrafu, il-Filippini ma għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea abbażi tan-nazzjonalità.

    Artikolu 3

    Sikurezza

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

    2.   Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Filippini skont id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza fil-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur tal-ajru u l-Filippini għandhom japplikaw b'mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, tat-tħaddim jew taż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta' dak it-trasportatur tal-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

    2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra li tgħid mod ieħor, xejn f'ebda ftehim imniżżel fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm lil Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq il-fjuwil fornut fit-territorju tiegħu biex jintuża f'inġenju tal-ajru ta' trasportatur tal-ajru nnominat mill-Filippini li jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju tiegħu jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    Artikolu 5

    Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

    1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra li tkun tgħid mod ieħor, fil-ftehimiet imniżżlin fl-Anness 1 xejn ma għandu (i) jeżiġi jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn l-intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet tal-intrapriżi, jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta' kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta' dan it-tip; jew (iii) jiddelega lil operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

    2.   Id-dispożizzjonijiet inklużi fil-Ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

    Artikolu 6

    Annessi għall-Ftehim

    L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

    Artikolu 7

    Reviżjoni jew emenda

    Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

    1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom li huma meħtieġa biex jidħol fis-seħħ.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b'mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.

    3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-ftehimiet u l-arranġamenti kollha mniżżlin fl-Anness 1, inklużi dawk li, fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ikun għadhom ma daħlux fis-seħħ.

    Artikolu 9

    Terminazzjoni

    1.   Fil-każ li jiġi tterminat ftehim elenkat fl-Anness 1, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jintemmu fl-istess ħin.

    2.   Fil-każ li jiġu tterminati l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

    B'XHIEDA TA' DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul f'żewġ eżemplari, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, fejn it-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.

    Съставено в Брюксел на двадесет и девети ноември две хиляди и осемнадесета година.

    Hecho en Bruselas, el veintinueve de noviembre de dos mil dieciocho.

    V Bruselu dne dvacátého devátého listopadu dva tisíce osmnáct.

    Udfærdiget i Bruxelles den niogtyvende november to tusind og atten.

    Geschehen zu Brüssel am neunundzwanzigsten November zweitausendachtzehn.

    Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta novembrikuu kahekümne üheksandal päeval Brüsselis.

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εννέα Νοεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

    Done at Brussels on the twenty-ninth day of November in the year two thousand and eighteen.

    Fait à Bruxelles, le vingt-neuf novembre deux mille dix-huit.

    Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset devetog studenoga godine dvije tisuće osamnaeste.

    Fatto a Bruxelles, addì ventinove novembre duemiladiciotto.

    Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit devītajā novembrī.

    Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų lapkričio dvidešimt devintą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év november havának huszonkilencedik napján.

    Magħmul fi Brussell, fid-disgħa u għoxrin jum ta’ Novembru fis-sena elfejn u tmintax.

    Gedaan te Brussel, negenentwintig november tweeduizend achttien.

    Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego dziewiątego listopada roku dwa tysiące osiemnastego.

    Feito em Bruxelas, em vinte e nove de novembro de dois mil e dezoito.

    Întocmit la Bruxelles la douăzeci și nouă noiembrie două mii optsprezece.

    V Bruseli dvadsiateho deviateho novembra dvetisícosemnásť.

    V Bruslju, dne devetindvajsetega novembra leta dva tisoč osemnajst.

    Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäyhdeksäntenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

    Som skedde i Bryssel den tjugonionde november år tjugohundraarton.

    За Европейския съюз

    Рог la Unión Europea

    Za Evropskou unii

    For Den Europæiske Union

    Für die Europäische Union

    Euroopa Liidu nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

    For the European Union

    Pour l'Union européenne

    Za Europsku uniju

    Per l'Unione europea

    Eiropas Savienības vārdā –

    Europos Sąjungos vardu

    Az Európai Unió részéről

    Għall-Unjoni Ewropea

    Voor de Europese Unie

    W imieniu Unii Europejskiej

    Pela União Europeia

    Pentru Uniunea Europeană

    Za Európsku úniu

    Za Evropsko unijo

    Euroopan unionin puolesta

    För Europeiska unionen

    Image

    За правителството на Република Филипини

    Por el Gobierno de la República de Filipinas

    Za vládu Filipínské republiky

    For Republikken Filippinernes regering

    Für die Regierung der Republik der Philippinen

    Filipiini Vabariigi valitsuse nimel

    Για την κυβέρνηση της Δημοκρατίας των Φιλιππίνων

    For the Government of the Republic of the Philippines

    Pour le Gouvernement de la République des Philippines

    Za Vladu Republike Filipina

    Per il Governo della Republica delle Filippine

    Filipīnu Republikas valdības vārdā –

    Filipinų Respublikos Vyriausybės vardu

    a Fülöp-szigeteki Köztársaság Kormánya részéről

    Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini

    Voor de regering van de Republiek der Filipijnen

    W imieniu rządu Republiki Filipin

    Pelo Governo da República das Filipinas

    Pentru Guvernul Republicii Filipine

    Za vládu Filipínskej republiky

    Za vlado Republike Filipini

    Filippiinien tasavallan hallituksen puolesta

    För Republiken Filippinernas regering

    Image


    ANNESS 1

    IL-LISTA TAL-FTEHIMIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1 TA' DAN IL-FTEHIM

    Il-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Filippini u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif emendati jew immodifikati, li, dakinhar tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati:

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat f'Manila fit-12 ta' Awwissu 1992, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Awstrija” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat f'Manila fit-30 ta' Jannar 1970, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Belġju” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat fi Praga fit-23 ta' April 1992, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u r-Repubblika Ċeka” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat f'Oslo fit-8 ta' Mejju 1969, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u d-Danimarka” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Filippini u r-Renju tal-Iżvezja, iffirmat f'Oslo fit-8 ta' Mejju 1969, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Iżvezja” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Filippini, iffirmat f'Manila fis-6 ta' Awwissu 1971, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ġermanja” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Reali Elleniku u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat f'Ateni fit-8 ta' Ottubru 1949, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Greċja” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat f'Budapest fil-21 ta' Mejju 1992, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ungerija” fl-Anness 2;

    il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Novembru 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Lussemburgu” fl-Anness 2;

    il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar is-servizzi tal-ajru ċivili, iffirmat f'Manila fl-1 ta' Lulju 1993, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Filippini u l-Polonja” fl-Anness 2.


    ANNESS 2

    IL-LISTA TAL-ARTIKOLI FIL-FTEHIMIET ELENKATI FL-ANNESS 1 U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 4 TA' DAN IL-FTEHIM

    (a)

    In-nomina minn Stat Membru:

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Awstrija;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Belġju;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u r-Repubblika Ċeka;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u d-Danimarka;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Iżvezja;

    l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ġermanja;

    L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Greċja;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ungerija;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Lussemburgu;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Polonja;

    (b)

    Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Awstrija;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Belġju;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u r-Repubblika Ċeka;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u d-Danimarka;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Iżvezja;

    l-Artikolu 3(4) u (5) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ġermanja;

    l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Greċja;

    l-Artikolu IV tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ungerija;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Lussemburgu;

    l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Polonja;

    (c)

    Is-sikurezza:

    l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Awstrija;

    l-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Belġju;

    l-Artikolu X tal-Ftehim bejn il-Filippini u r-Repubblika Ċeka;

    l-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn il-Filippini u d-Danimarka;

    l-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Iżvezja;

    l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ġermanja;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Greċja;

    l-Artikolu XIII tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ungerija;

    l-Artikolu XI tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Lussemburgu;

    l-Artikolu XII tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Polonja;

    (d)

    It-tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni:

    l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Awstrija;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Belġju;

    l-Artikolu IV tal-Ftehim bejn il-Filippini u r-Repubblika Ċeka;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Filippini u d-Danimarka;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Iżvezja;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ġermanja;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Greċja;

    l-Artikolu V tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Ungerija;

    l-Artikolu IV tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Lussemburgu;

    l-Artikolu IV tal-Ftehim bejn il-Filippini u l-Polonja.


    ANNESS 3

    LISTA TA' STATI OĦRAJN IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA' DAN IL-FTEHIM

    (a)

    Ir-Repubblika tal-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b)

    Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (c)

    Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d)

    Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).


    Top