EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011A1019(01)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili

ĠU L 273, 19.10.2011, p. 3–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2011/694/oj

Related Council decision

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/1


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili

L-UNJONI EWROPEA

min-naħa l-waħda,

u l-Gvern tar-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa kollettivament “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li kull Parti ddeterminat li l-istandards u s-sistemi tal-Parti l-oħra għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà (airworthiness) u għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali jew l-aċċettazzjoni ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili huma ekwivalenti biżżejjed għal dawk tagħha, tant li jista’ jsir ftehim,

FILWAQT LI JAGĦRFU x-xejra emerġenti lejn id-disinn, il-produzzjoni u l-interkambju multinazzjonali ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jippromwovu s-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-kwalità u l-kompatibbiltà ambjentali u li jiffaċilitaw l-iskambju tal-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jtejbu l-kooperazzjoni u li jżidu l-effiċjenza fi kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-kooperazzjoni tagħhom tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv sabiex tinkoraġġixxi armonizzazzjoni internazzjonali akbar tal-istandards u tal-proċessi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW it-tnaqqis possibbli fil-piż ekonomiku impost fuq l-industrija u l-operaturi tal-avjazzjoni bi spezzjonijiet tekniċi, evalwazzjonijiet, u ttestjar żejda,

FILWAQT LI JAGĦRFU l-benefiċċju reċiproku tal-proċeduri mtejba għall-aċċettazzjoni reċiproka tal-approvazzjonijiet u l-ittestjar fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà, il-ħarsien tal-ambjent u l-ajrunavigabbiltà kontinwa,

FILWAQT LI JAGĦRFU li kwalunkwe aċċettazzjoni reċiproka bħal din jeħtieġ li toffri assigurazzjoni ta’ konformità mar-regolamenti tekniċi applikabbli jew standards ekwivalenti għall-assigurazzjoni offruta mill-proċeduri ta’ waħda mill-Partijiet stess,

FILWAQT LI JAGĦRFU li kwalunkwe aċċettazzjoni reċiproka bħal din teħtieġ ukoll il-fiduċja ta’ kull Parti fl-affidabbiltà kontinwa tal-valutazzjonijiet tal-konformità tal-Parti l-oħra,

FILWAQT LI HUMA IMPENJATI li tiġi żviluppata sistema komprensiva ta’ kooperazzjoni regolatorja fis-settur tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ambjentali li tkun ibbażata fuq komunikazzjoni kontinwa u fiduċja reċiproka,

FILWAQT LI JAGĦRFU l-impenji rispettivi tal-Partijiet taħt ftehimiet bilaterali, reġjonali u multilaterali li jittrattaw is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-kompatibbiltà ambjentali,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettivi

L-objettivi ta’ dan il-Ftehim huma:

(a)

Li jistabbilixxi, b’mod konsistenti mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi ħdan kull Parti, prinċipji u arranġamenti sabiex jippermetti l-aċċettazzjoni reċiproka tal-approvazzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kwalunkwe Parti fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim, kif mogħtija iddettalljat fl-Artikolu 4.

(b)

Li jippermetti lill-Partijiet jadattaw għax-xejra emerġenti lejn disinn, manifattura, manutenzjoni u interkambju multinazzjonali tal-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili, billi jinvolvi l-interessi komuni tal-Partijiet fir-rigward tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-kwalità ambjentali.

(c)

Li jippromwovi l-kooperazzjoni biex jiġu sostnuti l-objettivi dwar is-sikurezza u l-kwalità ambjentali.

(d)

Li jippromwovi u jiffaċilita l-iskambju kontinwu ta’ Prodotti u servizzi Ajrunawtiċi Ċivili.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

It-termini u d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim:

(a)

“Approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà” tfisser sejba li d-disinn jew il-bidla fid-disinn ta’ Prodott Ajrunawtiku Ċivili tissodisfa l-istandards tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli li tkun fis-seħħ f’xi waħda mill-Partijiet jew li prodott huwa konformi ma’ disinn li nstab li jissodisfa dawk l-istandards u li huwa f’kondizzjoni ta’ operat mingħajr periklu.

(b)

“Prodott Ajrunawtiku Ċivili” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru ċivili, magna ta’ inġenju tal-ajru, jew skrun ta’ inġenju tal-ajru jew sottomuntaġġ, apparat, parti, jew komponent installat jew li għandu jiġi installat fuqu.

(c)

“Awtorità Kompetenti” tfisser aġenzija tal-gvern jew entità li tiġi maħtura bħala Awtorità Kompetenti minn waħda mill-Partijiet għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, li teżerċita dritt legali sabiex tivvaluta l-konformità, tissorvelja u tikkontrolla l-użu jew il-bejgħ ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili jew servizzi fi ħdan il-ġuriżdizzjoni ta’ waħda mill-Partijiet u li tista’ tieħu azzjoni ta’ infurzar sabiex tiżgura li dawk il-prodotti jew is-servizzi kkummerċjalizzati fi ħdan il-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-Parti jkunu konformi mar-rekwiżiti legali applikabbli.

(d)

“Rekwiżiti Operattivi relatati mad-Disinn” tfisser ir-rekwiżiti operattivi jew ambjentali li jaffettwaw il-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott jew l-informazzjoni dwar id-disinn relatata mal-operazzjonijiet jew mal-manutenzjoni tal-prodott li jagħmluha eliġibbli għal tip ta’ operazzjoni partikolari.

(e)

“Approvazzjoni Ambjentali” tfisser sejba li Prodott Ajrunawtiku Ċivili jkun konformi mal-istandards stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli fir-rigward tal-istorbju u/jew tal-emissjonijiet tal-egżost li tkun fis-seħħ f’xi waħda mill-Partijiet.

(f)

“Manutenzjoni” tfisser it-twettiq ta’ spezzjoni, qlugħ, tiswija, preżervazzjoni, u l-bdil ta’ partijiet, apparati, jew komponenti ħlief għall-ispezzjoni ta’ qabel it-titjira ta’ Prodott Ajrunawtiku Ċivili biex tiġi assigurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ dak il-prodott, u tinkludi l-inkorporament tal-Modifiki; iżda ma tinkludix id-disinn tat-tiswijiet u l-Modifiki.

(g)

“Monitoraġġ” tfisser is-sorveljanza perjodika minn Awtorità Kompetenti biex tiġi ddeterminata l-konformità kontinwa mal-istandards xierqa applikabbli.

(h)

“Aġent Tekniku” ifisser, għall-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili — ANAC, u għall-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni — EASA.

Artikolu 3

Obbligi ġenerali

1.   Kull Parti għandha, kif speċifikat fl-Annessi għal dan il-Ftehim li jiffurmaw parti integrali minnu, taċċetta jew tirrikonoxxi r-riżultati ta’ proċeduri speċifikati, li jintużaw biex tiġi evalwata l-konformità mal-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi speċifikati ta’ dik il-Parti, prodotti mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Parti l-oħra, bl-għarfien li l-proċeduri użati għall-valutazzjoni tal-konformità jassiguraw il-konformità għas-sodisfazzjon tal-Parti li tirċievi, bil-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi applikabbli ta’ dik il-Parti, ekwivalenti għall-assigurazzjoni mogħtija mill-proċeduri tal-Parti li tirċievi stess.

2.   Il-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-arranġamenti tranżitorji, li jistgħu jkunu stipulati fl-Annessi għal dan il-Ftehim, ikunu tlestew.

3.   Dan il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat li jfisser l-aċċettazzjoni reċiproka tal-istandards jew tar-regolamenti tekniċi tal-Partijiet u, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Ftehim, lanqas ma għandu jfisser ir-rikonoxximent reċiproku tal-ekwivalenza tal-istandards jew tar-regolamenti tekniċi.

4.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li jillimita l-awtorità ta’ Parti sabiex tiddetermina, permezz tal-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi tagħha, il-livell ta’ protezzjoni li hija tikkunsidra bħala xieraq għas-sikurezza, għall-ambjent, u mod ieħor fir-rigward tar-riskji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Annessi għal dan il-Ftehim.

5.   Is-sejbiet magħmula minn persuni ddelegati jew minn organizzazzjonijiet approvati, awtorizzati mil-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ xi waħda mill-Partijiet biex jagħmlu l-istess sejbiet bħal Awtorità Kompetenti, għandhom jingħataw l-istess validità bħal dawk magħmula minn Awtorità Kompetenti nnifisha għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim. Entità ta’ Parti waħda responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kif iddefinit fl-Artikolu 7, tista’ meta jkun waqtu, u wara notifika minn qabel lill-kontroparti tagħha fi ħdan il-Parti l-oħra, tinteraġixxi direttament ma’ persuna ddelegata jew ma’ organizzazzjoni approvata fi ħdan dik il-Parti l-oħra.

6.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Aġenti Tekniċi u/jew l-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan il-Ftehim, inkluż l-Annessi tiegħu.

7.   Dan il-Ftehim, inkluż l-Annessi tiegħu, jorbot liż-żewġ Partijiet.

Artikolu 4

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Dan il-Ftehim japplika għal:

(a)

L-Approvazzjoni tal-Ajrunavigabbiltà u l-Monitoraġġ ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili;

(b)

L-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru fis-servizz;

(c)

L-approvazzjoni u l-monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ manifattura u ta’ produzzjoni;

(d)

L-approvazzjoni u monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ manutenzjoni;

(e)

L-Approvazzjoni Ambjentali u l-ittestjar ambjentali ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili;

(f)

L-attivitajiet relatati ta’ kooperazzjoni; u

(g)

Inizjattivi ta’ sikurezza u skambju ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza.

2.   Meta l-Partijiet jaqblu li l-istandards, ir-regoli, il-prattiki u l-proċeduri tal-avjazzjoni ċivili ta’ kull Parti f’oqsma oħra ta’ kooperazzjoni u partikolarment fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ajru, il-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-approvazzjoni ta’ apparat sintetiku tat-taħriġ, ikunu kompatibbli biżżejjed tant li jippermettu l-aċċettazzjoni ta’ konklużjonijiet ta’ konformità ma’ standards li diġà hemm ftehim fuqhom magħmulin minn Parti waħda f’isem il-Parti l-oħra, il-Partijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiftiehmu dwar Annessi addizzjonali, fosthom arranġamenti tranżitorji biex l-ambitu ta’ kooperazzjoni jiġi estiż għal dawn l-oqsma l-oħra skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 16.

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti

1.   Meta entità tkun eliġibbli taħt il-leġiżlazzjoni ta’ xi Parti, hija għandha tiġi rikonoxxuta bħala Awtorità Kompetenti mill-Parti l-oħra, ladarba tkun ġiet ivverifikata mill-Parti li tkun ħatritha sabiex jiġi stabbilit li hija:

tikkonforma b’mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-Parti tagħha,

tkun familjari mar-rekwiżiti tal-Parti l-oħra, għat-tip u l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni li applikat għaliha, u

tkun kapaċi twettaq l-obbligi li jinsabu fl-Annessi.

2.   Parti waħda għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar l-identità tal-Awtorità Kompetenti ladarba tkun temmet b’suċċess il-verifika. Il-Parti l-oħra tista’ tikkontesta l-kompetenza teknika jew il-konformità ta’ dik l-Awtorità Kompetenti skont il-Paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-entitajiet identifikati fl-Appendiċi 1 u 2 għandhom jitqiesu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-implimentazzjoni tal-Annessi fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

4.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom ikunu kapaċi u jibqgħu kapaċi jivvalutaw sewwa l-konformità tal-prodotti jew tal-organizzazzjonijiet, kif applikabbli u kif ittrattat fl-Annessi għal dan il-Ftehim. F’dan ir-rigward, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom ikunu soġġetti għal verifiki jew għal valutazzjonijiet regolari.

5.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ biex jiżguraw li tinżamm il-fiduċja fil-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità. Din il-konsultazzjoni tista’ tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Parti waħda fil-verifiki regolari marbuta mal-attivitajiet għall-valutazzjoni tal-konformità jew fil-valutazzjonijiet oħra tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Parti l-oħra.

6.   Jekk xi Parti tikkontesta l-kompetenza teknika jew il-konformità ta’ Awtorità Kompetenti, il-Parti li tkun qed tikkontestaha għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra dwar il-kontestazzjoni tagħha tal-kompetenza teknika jew tal-konformità tal-Awtorità Kompetenti rilevanti u bl-intenzjoni tagħha li tissospendi l-aċċettazzjoni tas-sejbiet tal-Awtorità Kompetenti rilevanti. It-tali kontestazzjoni għandha tiġi eżerċitata b’mod oġġettiv u mmotivat.

7.   Kwalunkwe kontestazzjoni nnotifikata skont il-Paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi diskussa mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9, li jista’ jiddeċiedi li jissospendi l-aċċettazzjoni tas-sejbiet ta’ dik l-Awtorità Kompetenti jew li tkun meħtieġa l-verifika tal-kompetenza teknika tagħha. Normalment, verifika bħal din għandha titwettaq mingħajr dewmien mill-Parti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-Awtorità Kompetenti kkonċernata, iżda tista’ titwettaq b’mod konġunt mill-Partijiet jekk dawn jiddeċiedu hekk.

8.   Jekk il-Kumitat Konġunt ma jkunx seta’ jsolvi kontestazzjoni nnotifikata skont il-Paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, fi żmien 30 jum min-notifika tagħha, il-Parti li tkun qed tikkontestaha tista’ tissospendi l-aċċettazzjoni tas-sejbiet tal-Awtorità Kompetenti kkonċernata, iżda għandha taċċetta s-sejbiet magħmula minn dik l-Awtorità Kompetenti qabel id-data tal-avviż. It-tali sospensjoni tista’ tibqa’ fis-seħħ sakemm il-Kumitat Konġunt isolvi l-kwistjoni.

Artikolu 6

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li jillimita l-awtorità ta’ Parti sabiex tieħu l-miżuri kollha xierqa u immedjati kull meta jkun hemm riskju raġonevoli li prodott jew servizz jista’:

(a)

jikkomprometti s-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni;

(b)

ma jissodisfax il-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, jew amministrattivi applikabbli ta’ dik il-Parti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; jew

(c)

b’xi mod jonqos milli jissodisfa rekwiżiti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness applikabbli għal dan il-Ftehim.

2.   Meta xi waħda mill-Partijiet tieħu miżuri skont il-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun ħadet it-tali miżuri, u tagħti r-raġunijiet għalihom.

Artikolu 7

Komunikazzjoni

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-komunikazzjonijiet bejniethom għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu ttrattati minn:

(a)

l-Aġenti Tekniċi, fir-rigward tal-kwistjonijiet tekniċi;

(b)

fir-rigward tal-kwistjonijiet l-oħra kollha:

għall-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil: il-Ministeru għar-Relazzjonijiet Esterni u l-ANAC, fejn applikabbli;

għall-Unjoni Ewropea: il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, fejn applikabbli.

2.   Malli jiffirmaw dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-punti ta’ kuntatt rilevanti.

Artikolu 8

Kooperazzjoni Regolatorja, Għajnuna u Trasparenza

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tinżamm infurmata dwar il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, u r-rekwiżiti rilevanti tagħha kollha, u dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni tagħha.

2.   Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar ir-reviżjonijiet sinifikanti proposti għal-liġijiet, regolamenti, standards u rekwiżiti rilevanti tagħhom, kif ukoll għas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom, safejn dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jaffettwaw dan il-Ftehim. Safejn huwa l-iktar prattikabbli, huma għandhom jagħtu ċans lil xulxin biex jikkummentaw fuq tali reviżjonijiet u għandhom iqisu tali kummenti b’mod dovut.

3.   Il-Partijiet għandhom, kif adatt, jiżviluppaw proċeduri dwar il-kooperazzjoni regolatorja u t-trasparenza għall-attivitajiet kollha li jwettqu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.   Sabiex jippromwovu l-intendiment kontinwu u l-kompatibbiltà tas-sistemi regolatorji ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ta’ xulxin, kull Aġent Tekniku ta’ kull Parti jista’ jipparteċipa fl-assigurazzjoni interna tal-kwalità tal-Parti l-oħra.

5.   Sabiex jiġu investigati u solvuti kwistjonijiet ta’ sikurezza permezz ta’ kooperazzjoni, il-Partijiet għandhom jippermettu lil xulxin jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet u l-verifiki ta’ xulxin fuq bażi ta’ kampjun jew jagħmlu spezzjonijiet u verifiki konġunti kif meħtieġ. Għall-finijiet ta’ sorveljanza u spezzjonijiet, l-Aġent Tekniku u l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kull Parti għandhom jgħinu lill-Aġent Tekniku tal-Parti l-oħra bil-għan li jinkiseb l-aċċess mingħajr xkiel għal entitajiet regolati li jaqgħu taħt l-awtorità tiegħu.

6.   Soġġett għall-liġijiet u regolamenti applikabbli, il-Partijiet jaqblu li, permezz tal-Aġenti Tekniċi u l-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom, jipprovdu skont ma jkun xieraq kooperazzjoni u għajnuna reċiproki fi kwalunkwe proċeduri ta’ investigazzjoni jew infurzar ta’ kwalunkwe allegazzjoni jew suspett ta’ ksur ta’ kwalunkwe liġijiet jew regolamenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Barra minn hekk, kull Parti għandha tgħarraf minnufih lill-Parti l-oħra bi kwalunkwe investigazzjoni, meta jkunu involuti interessi reċiproċi.

Artikolu 8 bis

Skambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza

1.   Il-Partijiet jaqblu, soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, li jieħdu approċċ proattiv, li jikkoordinaw il-linji politiċi u l-inizjattivi dwar is-sikurezza, li jiskambjaw informazzjoni u data, u li jiżviluppaw programmi konġunti biex iżidu l-abbiltà tagħhom li jbassru u jipprevjenu jew itaffu r-riskji potenzjali għall-avjazzjoni ċivili bil-ħsieb li jimplimentaw sistema ta’ sorveljanza għall-inġenji tal-ajru kollha li joperaw fit-territorji tagħhom.

2.   Il-Partijiet jaqblu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 u soġġett għall-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom:

(a)

li jipprovdu lil xulxin, meta tintalab u mingħajr dewmien, informazzjoni relatata ma’ aċċidenti, inċidenti jew okkorrenzi relatati mal-kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim; u

(b)

li jiskambjaw informazzjoni oħra dwar is-sikurezza li tkun relatata mal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u l-konklużjonijiet ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza inkluż dawk ta’ spezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru li jużaw l-ajruporti ta’ kull Parti skont il-proċeduri żviluppati mill-Aġenti Tekniċi.

Artikolu 9

Kumitat Konġunt tal-Partijiet

1.   Qed jiġi stabbilit Kumitat Konġunt, iffurmat minn rappreżentanti ta’ kull Parti. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-funzjonament effettiv ta’ dan il-Ftehim u għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari biex jevalwa l-effikaċja tal-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-funzjonament u mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikulari, huwa għandu jkun responsabbli sabiex:

(a)

jirrevedi u jieħu azzjoni xierqa fir-rigward ta’ kontestazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 5;

(b)

isolvi kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-applikazzjoni u mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, fosthom ma’ dawk il-kwistjonijiet mhux solvuti b’mod ieħor skont il-proċedura stabbilta fl-Annessi;

(c)

jikkunsidra modi kif jista’ jitjieb l-operat ta’ dan il-Ftehim u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Partijiet għall-emendar ta’ dan il-Ftehim skont il-Paragrafu 4 tal-Artikolu 16;

(d)

jikkunsidra emendi speċifiċi fl-Annessi skont il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 16;

(e)

jikkoordina, kif xieraq, l-iżvilupp ta’ Annessi addizzjonali skont il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 16; u

(f)

jadotta, kif xieraq, il-proċeduri ta’ ħidma dwar il-kooperazzjoni regolatorja u t-trasparenza għall-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 4.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jfassal ir-regoli proċedurali tiegħu stess fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Sospensjoni tal-Obbligi Reċiproċi ta’ Aċċettazzjoni

1.   Parti waħda tista’ tissospendi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-obbligi tagħha speċifikati taħt Anness għal dan il-Ftehim, meta:

(a)

il-Parti l-oħra tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha speċifikati taħt dak l-Anness għal dan il-Ftehim;

(b)

waħda jew aktar mill-Awtoritajiet Kompetenti tagħha stess ma jkunux jistgħu jimplimentaw rekwiżiti ġodda jew addizzjonali adottati mill-Parti l-oħra fil-qasam kopert mill-Anness għal dan il-Ftehim; jew

(c)

il-Parti l-oħra tonqos milli żżomm il-mezzi legali u regolatorji li jkunu meħtieġa sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.   Qabel tissospendi l-obbligi tagħha, Parti għandha titlob konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 15. Jekk il-konsultazzjonijiet ma jsolvux nuqqas ta’ qbil relatat ma xi wieħed mill-Annessi, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ tinforma lill-Parti l-oħra li beħsiebha tissospendi l-aċċettazzjoni tas-sejbiet ta’ konformità u l-approvazzjonijiet skont l-Anness li fuqhom ikun hemm nuqqas ta’ qbil. Tali notifika għandha tkun bil-miktub u għandha tiddettalja r-raġunijiet għas-sospensjoni.

3.   Sospensjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara d-data tan-notifika, sakemm, qabel it-tmiem ta’ dan il-perijodu, il-Parti li tkun bdiet is-sospensjoni, ma tgħarrafx lill-Parti l-oħra bil-miktub li qiegħda tirtira n-notifika tagħha. Tali sospensjoni ma għandhiex taffettwa l-validità tas-sejbiet ta’ konformità, iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet magħmula mill-Aġenti Tekniċi jew mill-Awtorità Kompetenti tal-Parti kkonċernata qabel id-data li fiha tkun daħlet fis-seħħ is-sospensjoni. Kwalunkwe sospensjoni bħal din li tkun saret effettiva tista’ tiġi rtirata immedjatament wara skambju ta’ korrispondenza bil-miktub għal dak il-għan mill-Partijiet.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

1.   Kull Parti taqbel li żżomm, sal-livell meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tagħha, il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tirċievi mill-Parti l-oħra taħt dan il-Ftehim.

2.   B’mod partikulari, soġġett għal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom, il-Partijiet la għandhom jiżvelaw lill-pubbliku, u lanqas jippermettu lill-Awtorità Kompetenti tiżvela lill-pubbliku, informazzjoni li huma jkunu irċevew mingħand xulxin taħt dan il-Ftehim li tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali, proprjetà intellettwali, informazzjoni kummerċjali jew finanzjarja kunfidenzjali, data ta’ proprjetà, jew informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ investigazzjoni li tkun għaddejja. Għal dan il-għan, tali informazzjoni għandha titqies bħala ta’ proprjetà u għandha tiġi mmarkata b’mod adatt bħala tali.

3.   Parti jew Awtorità Kompetenti tista’, meta tipprovdi informazzjoni lill-Parti l-oħra jew lil Awtorità Kompetenti tal-Parti l-oħra, tindika dawk il-partijiet tal-informazzjoni li hija tqis bħala eżenti mill-iżvelar.

4.   Kull Parti għandha tieħu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha li jkunu meħtieġa biex tipproteġi l-informazzjoni li tirċievi taħt dan il-Ftehim minn żvelar mhux awtorizzat.

Artikolu 12

Irkupru tal-ispejjeż

1.   L-ebda Parti ma għandha timponi tariffi jew ħlasijiet fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom huma rregolati b’dan il-Ftehim għal servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità koperti b’dan il-Ftehim u pprovduti mill-Parti l-oħra.

2.   Kull Parti għandha tfittex li tiżgura li kwalunkwe tariffa jew ħlas impost mill-Aġent Tekniku tagħha fuq persuna ġuridika jew fiżika li l-attivitajiet tagħha jkunu rregolati b’dan il-Ftehim ikunu ġusti, raġonevoli u proporzjonati mas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza pprovduti, u ma għandhomx joħolqu ostaklu għall-kummerċ.

3.   L-Aġent Tekniku ta’ kull Parti għandu jkollu d-dritt li jirkupra permezz ta’ tariffi u ħlasijiet applikati fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom huma rregolati b’dan il-Ftehim, l-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni tal-Anness applikabbli u tal-verifiki u l-ispezzjonijiet magħmula fl-applikazzjoni tal-Paragrafu 5 tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 8bis.

Artikolu 13

Ftehimiet Oħrajn

1.   Ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor fl-Annessi, l-obbligi stipulati fi ftehimiet konklużi minn xi waħda mill-Partijiet ma’ pajjiż terz li ma jkunx parti għal dan il-Ftehim ma għandu jkollhom l-ebda forza u effett fir-rigward tal-Parti l-oħra f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċettazzjoni tar-riżultati ta’ proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità fil-pajjiż terz.

2.   Malli jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu post il-ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li taqa’ taħt dan il-Ftehim. Malli jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu post ukoll kwalunkwe arranġamenti preċedenti bejn l-Aġenti Tekniċi.

3.   Dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor.

Artikolu 14

Applikazzjoni Territorjali

Ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor fl-Annessi ta’ dan il-Ftehim, dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa, u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

Artikolu 15

Konsultazzjonijiet u Soluzzjoni ta’ Nuqqasijiet ta’ Qbil

1.   Kwalunkwe Parti tista’ titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ dan il-Ftehim. Il-Parti l-oħra għandha twieġeb mingħajr dewmien għat-tali talba u għandha tidħol f’diskussjonijiet fi żmien miftiehem bejn il-Partijiet fi żmien 45 jum.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex isolvu kwalunkwe nuqqas ta’ qbil bejniethom fir-rigward tal-kooperazzjoni tagħhom taħt dan il-Ftehim fl-inqas livell tekniku possibbli permezz ta’ konsultazzjoni skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Annessi għal dan il-Ftehim.

3.   F’każ li xi nuqqas ta’ qbil ma jiġix solvut kif ipprovdut fil-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, wieħed mill-Aġenti Tekniċi jista’ jirreferi n-nuqqas ta’ qbil lill-Kumitat Konġunt tal-Partijiet, li għandu jikkonsulta dwar il-kwistjoni.

Artikolu 16

Dħul fis-Seħħ, Tmiem u Emendar

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar nota ta’ skambju ta’ Noti Diplomatiċi li fiha l-Partijiet jinfurmaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li jkunu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm jintemm minn xi waħda mill-Partijiet.

2.   Parti waħda tista’ ttemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin b’notifika bil-miktub mibgħuta sitt xhur qabel lill-Parti l-oħra, sakemm l-avviż imsemmi tat-tmiem ma jkunx ġie rtirat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet qabel ma jiskadi dan il-perijodu.

3.   F’każijiet fejn Parti waħda tipprova temenda l-Ftehim billi tneħħi jew iżżid Anness wieħed jew aktar u żżomm l-Annessi l-oħra, il-Partijiet għandhom ifittxu li jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens, skont il-proċeduri f’dan l-Artikolu. Jekk ma jintlaħaqx kunsens dwar iż-żamma tal-Annessi l-oħra, il-Ftehim għandu jintemm fit-tmiem ta’ sitt xhur mid-data tal-avviż sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor.

4.   Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku bil-miktub. Emenda għal dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika bil-miktub minn Parti waħda lill-Parti l-oħra li l-proċeduri domestiċi tagħha għad-dħul fis-seħħ ikunu tlestew.

5.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jemendaw l-Annessi eżistenti jew li jżidu oħrajn ġodda permezz ta’ skambju ta’ Noti Diplomatiċi bejniethom. Dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ soġġetti għat-termini miftiehma fl-iskambju tan-Noti Diplomatiċi.

6.   Wara t-tmiem ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha żżomm il-validità ta’ kwalunkwe Approvazzjoni tal-Ajrunavigabbiltà, l-Approvazzjoni Ambjentali jew ċertifikati maħruġa taħt dan il-Ftehim, qabel it-tmiem tiegħu, sakemm dawn jibqgħu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli ta’ dik il-Parti.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji t’hawn taħt, li huma debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim

Magħmul f’żewġ kopji fi Brasília, fl-erbatax-il jum ta' Lulju tas-sena elfejn u għaxra, bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż u l-Isvediż, b’kull verżjoni ugwalment awtentika.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

За правителството на Федеративна pепублика Бразилия

Por el Gobierno de la República Federativa de Brasil

Za vládu Brazilské Federativní republiky

For den Føderative Republik Brasiliens regering

Für die Regierung der Föderativen Republik Brasilien

Brasiilia Liitvabariigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Ομόσπονδης Δημοκρατίας της Βραζιλίας

For the Government of the Federative Republic of Brazil

Pour le gouvernement de la République fédérative du Brésil

Per il governo della Repubblica federativa del Brasile

Brazīlijas Federatīvās Republikas valdības vārdā –

Brazilijos Federacinės Respublikos Vyriausybės vardu

A Brazil Szövetségi Köztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika Federativa tal-Brażil

Voor de regering van de Federale Republiek Brazilië

W imieniu rządu Federacyjnej Republiki Brazylii

Pelo Governo da República Federativa do Brasil

Pentru Guvernul Republicii Federative a Braziliei

Za vládu Brazílskej federatívnej republiky

Za Vlado Federativne Republike Brazilije

Brasilian liittotasavallan hallituksen puolesta

För Förbundsrepubliken Brasiliens regering

Image 2

Appendiċi 1

Lista ta’ awtoritajiet kompetenti li, fir-rigward tal-Anness A, jitqiesu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5

1.

L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-approvazzjonijiet tad-disinn:

 

għall-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil: l-Aġenzija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili — ANAC;

 

għall-Unjoni Ewropea: l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni — EASA

2.

L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-produzzjoni:

 

għall-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil: l-Aġenzija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili — ANAC;

 

għall-Unjoni Ewropea: l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni — EASA u

 

l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri.

Appendiċi 2

Awtoritajiet kompetenti li, fir-rigward tal-Aness B jitqiesu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5

1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil li fir-rigward tal-Anness B jitqiesu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 1 tal-Artikolu 5: l-Aġenzija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili – ANAC.

2.

L-Awtoritajiet Kompetenti tas-27 Stat Membru tal-UE li fir-rigward tal-Anness B jitqiesu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 1 tal-Artikolu 5: l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri.

ANNESS A

PROĊEDURA GĦAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI AJRUNAWTIĊI ĊIVILI

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

1.1.   Din il-Proċedura (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Proċedura”) tapplika għal:

1.1.1.   L-aċċettazzjoni reċiproka tas-sejbiet ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-disinn, ambjentali u mar-Rekwiżiti Operattivi relatati mad-Disinn għall-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili, magħmula mill-Aġent Tekniku tal-Parti li tkun qed taġixxi bħala r-rappreżentant awtorizzat tal-Istat tad-disinn.

1.1.2.   L-aċċettazzjoni reċiproka ta’ sejbiet li l-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili ġodda jew użati huma konformi mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u dawk ambjentali tal-importazzjoni ta’ xi waħda mill-Partijiet.

1.1.3.   L-aċċettazzjoni reċiproka tal-approvazzjonijiet ta’ bidliet fid-disinn u ta’ disinji tat-tiswijiet tal-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili mwettqa bl-awtorità ta’ xi waħda mill-Partijiet.

1.1.4.   Il-kooperazzjoni u l-għajnuna dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenji tal-ajru fis-servizz.

1.2.   Għall-finijiet ta’ din il-Proċedura, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet:

(a)

“Ċertifikat ta’ Rilaxx Awtorizzat” tfisser dikjarazzjoni minn persuna jew organizzazzjoni taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta li Prodott Ajrunawtiku Ċivili, li mhux inġenju tal-ajru sħiħ, ikun jew prodott li ġie mmanifatturat mill-ġdid jew rilaxxat wara li tkun saret manutenzjoni fuqu.

(b)

“Ċertifikat għall-Esportazzjoni tal-Ajrunavigabbiltà” tfisser dikjarazzjoni għall-esportazzjoni minn persuna jew organizzazzjoni taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta li inġenju tal-ajru sħiħ, ukoll taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta, ikun konformi mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali nnotifikati mill-Parti li tkun qed Timporta.

(c)

“Parti li tkun qed Tesporta” tfisser il-Parti li mingħandha jiġi esportat Prodott Ajrunawtiku Ċivili.

(d)

“Parti li tkun qed Timporta” tfisser il-Parti li għaliha jkun qed jiġi impurtat Prodott Ajrunawtiku Ċivili.

2.   Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni

2.1.   Kompożizzjoni

2.1.1.   Qed jitwaqqaf Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni. Dan il-Kumitat għandu jinkludi rappreżentanti minn kull Parti li jkunu responsabbli f’livell maniġerjali għal:

(a)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili;

(b)

il-produzzjoni, fejn dawn ikunu differenti mill-persuni koperti mis-subparagrafu 2.1.1(a) ta’ din il-Proċedura;

(c)

ir-regolamenti u l-istandards taċ-ċertifikazzjoni; u

(d)

l-ispezzjonijiet interni għall-istandardizzazzjoni jew is-sistemi għall-kontroll tal-kwalità.

2.1.2.   Kwalunkwe persuna oħra, kif deċiż b’mod konġunt mill-Partijiet, li tista’ tiffaċilita t-twettiq tal-mandat tal-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni, tista’ tiġi mistiedna għal dak il-Kumitat.

2.1.3.   Il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

2.2.   Mandat

2.2.1.   Il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena sabiex jiżgura l-funzjonament u l-implimentazzjoni effettivi ta’ din il-Proċedura u għandu, inter alia:

(a)

jiddeċiedi, kif meħtieġ, dwar proċeduri ta’ ħidma li għandhom jintużaw biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ ċertifikazzjoni;

(b)

jiddeċiedi, kif meħtieġ, dwar ordnijiet standard tekniċi għall-finijiet tas-subparagrafu 3.3.7 ta’ din il-Proċedura;

(c)

jevalwa l-bidliet regolatorji f’kull Parti biex jiżgura li r-rekwiżiti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni jibqgħu attwali;

(d)

jelabora, kif ikun meħtieġ, proposti għall-Kumitat Konġunt dwar emendi għal din il-Proċedura, differenti minn dawk imsemmija fis-subparagrafusubparagrafu 2.2.1(b) ta’ din il-Proċedura;

(e)

jiżgura li l-Partijiet jikkondividu intendiment komuni ta’ din il-Proċedura;

(f)

jiżgura li l-Partijiet japplikaw din il-Proċedura b’mod konsistenti;

(g)

isolvi kwalunkwe differenza dwar kwistjonijiet tekniċi li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-implimentazzjoni ta’ din il-Proċedura, fosthom differenzi li jistgħu jinqalgħu waqt li jkunu qed jiġu deċiżi l-bażijiet għaċ-ċertifikazzjoni jew waqt li jkunu qed jiġu applikati kondizzjonijiet speċjali, eżenzjonijiet u devjazzjonijiet;

(h)

jorganizza, kif ikun xieraq, il-parteċipazzjoni reċiproka ta’ Parti waħda fis-sistema interna ta’ standardizzazzjoni jew ta’ kontroll tal-kwalità tal-Parti l-oħra;

(i)

jidentifika, fejn ikun xieraq, punti fokali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kull Prodott Ajrunawtiku Ċivili impurtat jew esportat bejn il-Partijiet; u

(j)

jiżviluppa mezzi effettivi għal kooperazzjoni, għajnuna u skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-istandards tas-sikurezza u ambjentali u tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqsu d-differenzi bejn il-Partijiet.

2.2.2.   Jekk il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni ma jkunx jista’ jsolvi d-differenzi skont is-subparagrafu 2.2.1(g) ta’ din il-Proċedura, huwa għandu jirrapporta l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt u jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni meħuda minn dak il-Kumitat.

3.   Approvazzjonijiet tad-Disinn

3.1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

3.1.1.   Din il-Proċedura tkopri l-approvazzjonijiet tad-disinn u l-bidliet fihom għal: ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip supplimentari, tiswijiet, partijiet u apparat.

3.1.2.   Għall-implimentazzjoni ta’ din il-Proċedura, il-Partijiet jaqblu li l-wiri tal-kapaċità ta’ organizzazzjoni tad-disinn sabiex tassumi r-responsabilitajiet tagħha huma kkontrollati b’mod suffiċjenti minn xi waħda mill-Partijiet, biex tiġi sodisfatta kwalunkwe differenza fir-rekwiżiti speċifiċi tal-Parti l-oħra.

3.1.3.   Fejn ikun xieraq, applikazzjoni għal approvazzjoni tad-disinn għandha ssir lill-Parti li tkun qed Timporta permezz tal-Parti li tkun qed Tesporta.

3.1.4.   Il-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din it-taqsima 3 dwar l-approvazzjonijiet tad-disinn għandhom ikunu l-Aġenti Tekniċi.

3.2.   Bażi taċ-Ċertifikazzjoni

3.2.1.   Għall-fini tal-ħruġ ta’ Ċertifikat tat-Tip, il-Parti li tkun qed Timporta, għall-ajrunavigabbiltà, għandha tuża l-istandards applikabbli għal prodott simili tagħha stess li kienu fis-seħħ meta l-applikazzjoni għaċ-Ċertifikat tat-Tip oriġinali tressqet lill-Parti li tkun qed Tesporta filwaqt li għall-ħarsien tal-ambjent, għandha tuża l-istandards applikabbli għal prodott simili tagħha stess li kienu fis-seħħ meta l-applikazzjoni għaċ-Ċertifikat tat-Tip tressqet lill-Parti li tkun qed Timporta.

3.2.2.   Soġġett għas-subparagrafu 3.2.5 ta’ din il-Proċedura u għall-iskop li jiġu approvati bidla fid-disinn jew disinn ta’ tiswija, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tispeċifika bidla fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita taħt is-subparagrafu 3.2.1 ta’ din il-Proċedura meta tqis tali bidla bħala xierqa għall-bidla fid-disinn jew għad-disinn tat-tiswija.

3.2.3.   Soġġett għas-subparagrafu 3.2.5 ta’ din il-Proċedura, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tispeċifika kwalunkwe kondizzjoni speċjali applikata jew maħsuba li tiġi applikata għal karatteristiċi ġodda jew mhux tas-soltu ta’ disinn ta’ prodott li ma jkunux koperti mill-istandards applikabbli fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u dawk ambjentali.

3.2.4.   Soġġett għas-subparagrafu 3.2.5 ta’ din il-Proċedura, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tispeċifika kwalunkwe eżenzjoni jew devjazzjoni mill-istandards applikabbli.

3.2.5.   Meta tkun qed tispeċifika kondizzjonijiet speċjali, eżenzjonijiet, devjazzjonijiet jew bidliet fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tqis, kif dovut, lil dawk tal-Parti li tkun qed Tesporta u ma għandhiex tkun iżjed eżiġenti għall-prodotti tal-Parti li tkun qed Tesporta milli tkun għal prodotti simili tagħha stess. Il-Parti li tkun qed Timporta għandha tgħarraf lill-Parti li tkun qed Tesporta dwar kwalunkwe kondizzjoni speċjali, eżenzjoni, devjazzjoni jew bidla fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni.

3.3.   Proċess taċ-Ċertifikazzjoni

3.3.1.   Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Parti li tkun qed Timporta sabiex din tal-aħħar issir u tibqa’ familjari mal-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili individwali tal-Parti li tkun qed Tesporta u maċ-ċertifikazzjoni tagħhom.

3.3.2.   Għal kull approvazzjoni tad-disinn, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw programm ta’ ċertifikazzjoni, fuq il-bażi tal-proċeduri ta’ ħidma determinati mill-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni, kif meħtieġ.

3.3.3.   Il-Parti li Timporta għandha toħroġ iċ-Ċertifikat tat-Tip jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Supplimentali tagħha għal inġenju tal-ajru, magna jew skrun meta:

(a)

il-Parti li tkun qed Tesporta tkun ħarġet iċ-ċertifikat tagħha stess;

(b)

il-Parti li tkun qed Tesporta tiċċertifika lill-Parti li tkun qed Timporta li d-disinn tat-tip ta’ prodott huwa konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni kif stipulat fil-Paragrafu 3.2 ta’ din il-Proċedura; u

(c)

il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt il-proċess taċ-ċertifikazzjoni jkunu ġew solvuti.

Bidliet fiċ-Ċertifikat tat-Tip

3.3.4.   Il-bidliet fid-disinn tat-tip għal Prodott Ajrunawtiku Ċivili li għalih il-Parti li tkun qed Timporta tkun ħarġet ċertifikat tat-tip għandhom jiġu approvati kif ġej:

3.3.4.1.

Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tikklassifika l-bidliet fid-disinn f’żewġ kategoriji skont il-proċeduri ta’ ħidma stabbiliti mill-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni.

3.3.4.2.

Għall-kategorija ta’ bidliet fid-disinn li jeħtieġu l-involviment tal-Parti li tkun qed Timporta, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tapprova l-bidliet fid-disinn wara li tirċievi dikjarazzjoni bil-miktub mingħand il-Parti li tkun qed Tesporta li l-bidliet fid-disinn huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni kif stipulata fil-Paragrafu 3.2 ta’ din il-Proċedura. Sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan is-subparagrafu, il-Parti li tkun qed Tesporta tista’ tipprovdi dikjarazzjonijiet individwali għal kull bidla fid-disinn jew dikjarazzjonijiet kollettivi għal listi ta’ bidliet fid-disinn approvati.

3.3.4.3.

Għal kwalunkwe bidla oħra fid-disinn, l-approvazzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta tikkostitwixxi approvazzjoni valida tal-Parti li tkun qed Timporta mingħajr azzjoni addizzjonali.

Bidliet Supplimentari fiċ-Ċertifikat tat-Tip

3.3.5.   Il-bidliet fid-disinn ta’ Prodott Ajrunawtiku Ċivili li għalih il-Parti li tkun qed Timporta tkun ħarġet ċertifikat tat-tip supplimentari għandhom jiġu approvati kif ġej:

3.3.5.1.

Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tikklassifika l-bidliet fid-disinn f’żewġ kategoriji skont il-proċeduri ta’ ħidma stabbiliti mill-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni.

3.3.5.2.

Għall-kategorija ta’ bidliet fid-disinn li jeħtieġu l-involviment tal-Parti li tkun qed Timporta, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tapprova l-bidliet fid-disinn wara li tirċievi dikjarazzjoni bil-miktub mingħand il-Parti li tkun qed Tesporta li l-bidliet fid-disinn huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni kif stipulata fil-Paragrafu 3.2 ta’ din il-Proċedura. Biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan is-subparagrafu, il-Parti li tkun qed Tesporta tista’ tipprovdi dikjarazzjonijiet individwali għal kull bidla fid-disinn jew dikjarazzjonijiet kollettivi għal listi ta’ bidliet fid-disinn approvati.

3.3.5.3.

Għall-bidliet fid-disinn l-oħra kollha, l-approvazzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta tikkostitwixxi approvazzjoni valida tal-Parti li tkun qed Timporta mingħajr azzjoni addizzjonali.

Approvazzjoni tad-Disinn tat-Tiswija

3.3.6.   Id-disinji tat-tiswijiet ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili li għalihom il-Parti li tkun qed Timporta tkun ħarġet Ċertifikat tat-Tip għandhom jiġu approvati kif ġej:

3.3.6.1.

Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tikklassifika d-disinji tat-tiswijiet f’żewġ kategoriji skont il-proċeduri ta’ ħidma stabbiliti mill-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni.

3.3.6.2.

Għall-kategorija ta’ disinji tat-tiswijiet li jeħtieġu l-involviment tal-Parti li tkun qed Timporta, il-Parti li tkun qed Timporta għandha tapprova d-disinji wara li tirċievi dikjarazzjoni bil-miktub mingħand il-Parti li tkun qed Tesporta li d-disinji tat-tiswijiet huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni kif stipulata fil-Paragrafu 3.2 ta’ din il-Proċedura. Biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan is-subparagrafu, il-Parti li tkun qed Tesporta tista’ tipprovdi dikjarazzjonijiet individwali għal kull disinn ta’ tiswija prinċipali jew dikjarazzjonijiet kollettivi għal listi ta’ disinji tat-tiswijiet approvati.

3.3.6.3.

Għad-disinji tat-tiswijiet l-oħra kollha, l-approvazzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta tikkostitwixxi approvazzjoni valida tal-Parti li tkun qed Timporta mingħajr azzjoni addizzjonali.

3.3.7.   Fil-każ ta’ apparat u partijiet approvati fuq il-bażi ta’ ordnijiet standard tekniċi deċiżi mill-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni skont il-Paragrafu 2.2 ta’ din il-Proċedura, l-approvazzjoni tal-apparat u tal-partijiet maħruġa mill-Parti li tkun qed Tesporta għandha tiġi rikonoxxuta mill-Parti li tkun qed Timporta bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tagħha stess maħruġa skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tagħha.

3.4.   Rekwiżiti Operattivi relatati mad-Disinn

3.4.1.   Il-Parti li tkun qed Timporta, fuq talba mill-Parti li tkun qed Tesporta, għandha tinforma lill-Parti li tkun qed Tesporta dwar ir-Rekwiżiti Operattivi attwali tagħha relatati mad-Disinn.

3.4.2.   Il-Parti li tkun qed Timporta għandha tistabbilixxi flimkien mal-Parti li tkun qed Tesporta, abbażi ta’ każ b’każ jew billi tiżviluppa lista speċifika ta’ Rekwiżiti Operattivi attwali relatati mad-Disinn għal ċerti kategoriji ta’ prodotti u/jew ta’ operazzjonijiet, ir-Rekwiżiti Operattivi relatati mad-Disinn li għalihom se taċċetta ċ-ċertifikazzjoni bil-miktub u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-Parti li tkun qed Tesporta.

3.4.3.   Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tiżgura li waqt il-proċess taċ-ċertifikazzjoni, l-informazzjoni li jkollha x’taqsam mar-Rekwiżiti Operattivi li jħallu impatt fuq id-disinn tkun disponibbli għall-Parti li tkun qed Timporta.

3.5.   Ajrunavigabbiltà Kontinwa

3.5.1.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw fl-analiżi ta’ aspetti relatati mal-ajrunavigabbiltà ta’ aċċidenti u inċidenti li jseħħu fir-rigward ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili li għalihom japplika dan il-Ftehim u li huma tali li jqajmu mistoqsijiet dwar l-ajrunavigabbiltà ta’ dawn il-prodotti. Għal dan l-għan, l-Aġenti Tekniċi għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew fatti oħra rrapportati mill-entitajiet rispettivi tagħhom, li jaffettwaw il-Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili li għalihom japplika dan il-Ftehim. L-iskambju ta’ din l-informazzjoni għandu jitqies li jissodisfa l-obbligu ta’ kull entità ċċertifikata li tirrapporta ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew fatti oħra lill-Aġent Tekniku tal-Parti l-oħra skont il-liġi applikabbli tal-Parti l-oħra.

3.5.2.   Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha, fir-rigward ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili ddisinjati jew immanifatturati taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, tistabbilixxi kwalunkwe azzjoni xierqa li tkun meħtieġa biex tiġi korretta kwalunkwe kondizzjoni mhux sikura tad-disinn tat-tip li tista’ tiġi skoperta wara li jibda jintuża Prodott Ajrunawtiku Ċivili, fosthom kull azzjoni fir-rigward ta’ komponenti mfassla u/jew immanifatturati minn fornitur b’kuntratt għal kuntrattur ewlieni fit-territorju li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta.

3.5.3.   Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha, fir-rigward ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili ddisinjati jew immanifatturati taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, tgħin lill-Parti li tkun qed Timporta sabiex tiddeċiedi dwar kwalunkwe azzjoni li l-Parti li tkun qed Timporta tqisha bħala meħtieġa għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti.

3.5.4.   Kull Parti għandha żżomm lill-Parti l-oħra infurmata dwar id-direttivi obbligatorji kollha dwar l-ajrunavigabbiltà, jew dwar azzjonijiet oħra li hija tqis li huma meħtieġa għall-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili ddisinjati jew immanifatturati taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ xi waħda mill-Partijiet u li huma koperti b’dan il-Ftehim.

4.   Approvazzjoni tal-Produzzjoni

4.1.   Għall-implimentazzjoni ta’ din il-Proċedura, il-Partijiet jaqblu li l-wiri tal-kapaċità ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex tassumi l-assigurazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tal-produzzjoni ta’ Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili huwa kkontrollat b’mod suffiċjenti bis-sorveljanza ta’ organizzazzjoni bħal din minn Awtorità Kompetenti ta’ xi waħda mill-Partijiet, biex tiġi sodisfatta kwalunkwe differenza fir-rekwiżiti speċifiċi tal-Parti l-oħra.

4.2.   Meta approvazzjoni tal-produzzjoni taħt is-sorveljanza regolatorja ta’ xi Parti tkun tinkludi siti u faċilitajiet tal-manifattura fit-territorju tal-Parti l-oħra jew f’pajjiż terz, l-ewwel Parti għandha tibqa’ responsabbli għas-sorveljanza u l-kontroll ta’ dawn is-siti u l-faċilitajiet tal-manifattura.

4.3.   Il-Partijiet jistgħu jfittxu għajnuna mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ pajjiż terz fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom tas-sorveljanza u tal-kontroll regolatorju meta xi approvazzjoni minn waħda mill-Partijiet tkun ingħatat jew ġiet estiża bi ftehim jew arranġament formali ma’ dak il-pajjiż terz.

4.4.   Il-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din it-taqsima 4 dwar l-approvazzjonijiet tal-produzzjoni għandhom ikunu l-Awtoritajiet Kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim.

5.   Approvazzjonijiet tal-Ajrunavigabbiltà għall-Esportazzjoni

5.1.   Ġenerali

5.1.1.   Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha toħroġ approvazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni għal Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili esportati lill-Parti li tkun qed Timporta bil-kondizzjonijiet iddefiniti fil-Paragrafi 5.2 u 5.3 ta’ din il-Proċedura.

5.1.2.   Il-Parti li tkun qed Timporta għandha taċċetta l-approvazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà għall-esportazzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta maħruġin skont il-Paragrafi 5.2 u 5.3 ta’ din il-Proċedura.

5.1.3.   L-identifikazzjoni ta’ partijiet u apparat bil-marki speċifiċi mitluba mil-leġiżlazzjoni tal-Parti li tkun qed Tesporta għandha tiġi rikonoxxuta mill-Parti li tkun qed Timporta bħala konformi mar-rekwiżiti legali tagħha stess.

5.2.   Ċertifikati tal-Ajrunavigabbiltà għall-Esportazzjoni

5.2.1.   Inġenji tal-ajru ġodda

5.2.1.1.

Parti li tkun qed Tesporta, permezz tal-Awtorità Kompetenti tagħha responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura, għandha toħroġ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà għall-Esportazzjoni, għal inġenju tal-ajru ġdid, fejn tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru:

(a)

ikun konformi ma’ disinn tat-tip approvat mill-Parti li tkun qed Timporta skont din il-Proċedura;

(b)

ikun f’kondizzjoni li jitħaddmu mingħajr periklu, li jinkludi l-konformità mad-direttivi applikabbli fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà tal-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti;

(c)

ikun jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali kollha preskritti mill-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti.

5.2.2.   Inġenji tal-ajru użati

5.2.2.1.

Għal inġenju tal-ajru użat li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tad-disinn mill-Parti li tkun qed Timporta, il-Parti li tkun qed Tesporta, permezz tal-Awtorità Kompetenti tagħha responsabbli għas-sorveljanza taċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà ta’ dak l-inġenju tal-ajru, għandha toħroġ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà għall-Esportazzjoni fejn tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru:

(a)

ikun konformi ma’ disinn tat-tip approvat mill-Parti li tkun qed Timporta skont din il-Proċedura;

(b)

ikun f’kondizzjoni li jitħaddem mingħajr periklu, li jinkludi l-konformità mad-direttivi applikabbli fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà tal-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti;

(c)

tkun saritlu manutenzjoni kif suppost bl-użu ta’ proċeduri u metodi approvati matul il-ħajja tas-servizz tiegħu, kif muri mill-ġurnali u mir-rekords tal-manutenzjoni; u

(d)

ikun jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali kollha preskritti mill-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti.

5.2.2.2.

Għall-inġenji tal-ajru użati, immanifatturati taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, kull Parti taqbel li tgħin, meta tiġi mitluba, lill-Parti l-oħra biex tikseb informazzjoni dwar:

(a)

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-mument li telaq mingħand il-manifattur; u

(b)

tal-istallazzjonijiet suċċessivi fuq l-inġenju tal-ajru li hija approvat.

5.2.2.3.

Il-Partijiet għandhom jaċċettaw ukoll iċ-Ċertifikati tal-Ajrunavigabbiltà għall-Esportazzjoni ta’ xulxin ta’ inġenji tal-ajru użati mmanifatturati u/jew armati f’pajjiż terz meta l-kondizzjonijiet tas-subparagrafi 5.2.2.1(a) sa (d) ta’ din il-Proċedura jkunu ġew issodisfati.

5.2.2.4.

Il-Parti li tkun qed Timporta tista’ titlob ir-rekords tal-ispezzjonijiet u l-manutenzjoni li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

il-kopja oriġinali jew iċċertifikata vera ta’ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà għall-Esportazzjoni, jew l-ekwivalenti tiegħu, maħruġ mill-Parti li tkun qed Tesporta;

(b)

rekords li jivverifikaw li l-ispezzjonijiet, il-bidliet il-kbar, u t-tiswijiet ikunu saru skont ir-rekwiżiti approvati jew aċċettati mill-Parti li tkun qed Tesporta; u

(c)

ir-rekords tal-manutenzjoni u d-daħliet fil-ġurnal li jservu bħala prova li l-inġenju tal-ajru użat tkun saritlu manutenzjoni kif suppost matul il-ħajja tas-servizz tiegħu skont ir-rekwiżiti ta’ programm tal-manutenzjoni approvat.

5.3.   Ċertifikat ta’ Rilaxx Awtorizzat

5.3.1.   Magni u skrejjen ġodda

5.3.1.1.

Il-Parti li tkun qed Timporta għandha taċċetta biss iċ-Ċertifikat ta’ Rilaxx Awtorizzat tal-Parti li tkun qed Tesporta dwar magna jew skrun ġdid, meta ċ-Ċertifikat jipprovdi li tali magna jew skrun:

(a)

ikunu konformi ma’ disinn tat-tip approvat mill-Parti li tkun qed Timporta skont din il-Proċedura;

(b)

ikunu f’kondizzjoni li jitħaddmu mingħajr periklu, li jinkludi l-konformità mad-direttivi applikabbli fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà tal-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti; u

(c)

ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali kollha preskritti mill-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti.

5.3.1.2.

Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tesporta l-magni u l-iskrejjen ġodda kollha b’Ċertifikat ta’ Rilaxx Awtorizzat maħruġ skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tagħha.

5.3.2.   Sottomuntaġġi, partijiet u apparati ġodda

5.3.2.1.

Il-Parti li tkun qed Timporta għandha taċċetta biss iċ-Ċertifikat ta’ Rilaxx Awtorizzat tal-Parti li tkun qed Tesporta dwar sottomuntaġġ, parti, fosthom parti mmodifikata u/jew ta’ sostituzzjoni, jew apparat, meta ċ-Ċertifikat jipprovdi li tali sottomuntaġġ jew parti:

(a)

ikunu konformi ma’ data dwar id-disinn approvata mill-Parti li tkun qed Timporta;

(b)

ikunu f’kondizzjoni li jitħaddmu mingħajr periklu; u

(c)

ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali kollha preskritti mill-Parti li tkun qed Timporta, kif innotifikati minn dik il-Parti.

5.3.2.2.

Il-Parti li tkun qed Tesporta għandha tesporta l-partijiet il-ġodda kollha b’Ċertifikat ta’ Rilaxx Awtorizzat maħruġ skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tagħha.

6.   Appoġġ għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni

6.1.   Il-Partijiet, fejn xieraq permezz tal-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom, għandhom jipprovdu, fuq talba, l-appoġġ tekniku u informazzjoni meħtieġa għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni.

6.2.   It-tipi ta’ appoġġ jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

6.2.1.   Data dwar l-Adattatezza Operattiva

L-iżvilupp ta’ rekwiżiti minimi għall-adattatezza operattiva (li fost affarijiet oħra tkopri rekwiżiti dwar l-ekwipaġġ minimu tat-titjira u t-taħriġ tagħhom).

6.2.2.   L-istabbiliment tal-Konformità:

(a)

xhieda li t-testijiet jitwettqu;

(b)

it-twettiq ta’ spezzjonijiet dwar l-osservanza u l-konformità;

(c)

ir-reviżjoni tar-rapporti; u

(d)

il-ksib ta’ data.

6.2.3.   Il-monitoraġġ u s-sorveljanza:

(a)

xhieda tal-ispezzjoni tal-partijiet tal-ewwel oġġett;

(b)

il-monitoraġġ tal-kontrolli fuq proċessi speċjali;

(c)

it-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ kampjun fuq partijiet tal-produzzjoni;

(d)

il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-persuni ddelegati jew tal-organizzazzjonijiet approvati msemmija fil-Paragrafu 5 tal-Artikolu 3 tal-Ftehim;

(e)

it-twettiq ta’ investigazzjonijiet ta’ diffikultajiet fis-servizz; u

(f)

l-evalwazzjoni u sorveljanza tas-sistemi tal-kwalità tal-produzzjoni.

ANNESS B

PROĊEDURA GĦALL-MANUTENZJONI

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Proċedura (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Proċedura”) tapplika għall-aċċettazzjoni reċiproka ta’ sejbiet fil-qasam tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għal inġenji tal-ajru u komponenti maħsuba sabiex jiġu stallati fuqhom.

2.   Leġiżlazzjoni applikabbli

2.1.   Il-Partijiet jaqblu li, għall-finijiet ta’ din il-Proċedura, il-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fir-rigward tal-manutenzjoni ta’ Parti waħda u mar-rekwiżiti regolatorji speċifikati fit-Taqsima 8 ta’ din il-Proċedura tammonta għal konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Parti l-oħra.

2.2.   Il-Partijiet jaqblu li, għall-finijiet ta’ din il-Proċedura, il-prattiki u l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kull Parti jipprovdu għal prova ekwivalenti tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

2.3.   Il-Partijiet jaqblu li, għall-finijiet ta’ din il-Proċedura, l-istandards rispettivi tal-Partijiet fir-rigward tal-għoti tal-liċenzji lill-persunal ta’ manutenzjoni huma meqjusa bħala ekwivalenti.

3.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Proċedura, it-termini li ġejjin għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

(a)

“Inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe magna li tista’ tikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja li mhumiex ir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;

(b)

“Komponent” tfisser kwalunkwe magna, skrun, parti jew apparat;

(c)

“Inġenju tal-ajru kbir” tfisser inġenju tal-ajru, ikklassifikat bħala ajruplan b’piż massimu fit-tluq ta’ iżjed minn 5 700 kg., jew ħelikopter b’iżjed minn magna waħda; u

(d)

“Modifika” tfisser bidla fid-disinn ta’ Prodott Ajrunawtiku Ċivili li taffettwa l-kostruzzjoni, il-konfigurazzjoni, il-prestazzjoni, il-karatteristiċi ambjentali, jew il-limitazzjonijiet operattivi tiegħu.

(e)

“Tibdila” tfisser bidla fi Prodott Ajrunawtiku Ċivili li taffettwa l-kostruzzjoni, il-konfigurazzjoni, il-prestazzjoni, il-karatteristiċi ambjentali, jew il-limitazzjonijiet operattivi tiegħu.

4.   Il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni

4.1.   Kompożizzjoni

4.1.1.

Qed jitwaqqaf Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni. Dan għandu jinkludi rappreżentanti minn kull Parti li jkunu responsabbli f’livell maniġerjali għal:

(a)

l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u standards marbuta mal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni;

(c)

l-ispezzjonijiet interni għall-istandardizzazzjoni jew is-sistemi għall-kontroll tal-kwalità.

4.1.2.

Kwalunkwe persuna oħra, kif deċiż b’mod konġunt mill-Partijiet, li tista’ tiffaċilita t-twettiq tal-mandat tal-Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni, tista’ tiġi mistiedna għal dak il-Kumitat.

4.1.3.

Il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

4.2.   Mandat

4.2.1.

Il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena biex jiżgura l-funzjonament u l-implimentazzjoni effettivi ta’ din il-Proċedura u għandu, inter alia:

(a)

jevalwa l-bidliet regolatorji tal-Partijiet biex jassigura li r-rekwiżiti ddettaljati fit-Taqsima 8 ta’ din il-Proċedura jibqgħu kurrenti;

(b)

jiżgura li l-Partijiet jikkondividu intendiment komuni dwar din il-Proċedura;

(c)

jiżgura li l-Partijiet japplikaw din il-Proċedura b’mod konsistenti;

(d)

isolvi kwalunkwe differenza dwar kwistjonijiet tekniċi li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-implimentazzjoni ta’ din il-Proċedura, fosthom differenzi li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew mill-implimentazzjoni ta’ din il-Proċedura;

(e)

jorganizza, kif ikun xieraq, il-parteċipazzjoni reċiproka ta’ Parti waħda fis-sistema interna ta’ standardizzazzjoni jew ta’ kontroll tal-kwalità tal-Parti l-oħra; u

(f)

jelabora, kif meħtieġ, proposti għall-Kumitat Konġunt dwar emendi għal din il-Proċedura.

4.2.2.

Jekk il-Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni ma jkunx jista’ jsolvi d-differenzi skont is-subparagrafu 4.2.1(d) ta’ din il-Proċedura, huwa għandu jirrapporta l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt u jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni meħuda minn dak il-Kumitat.

5.   Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ta’ Manutenzjoni

5.1.   Kull organizzazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ Parti waħda li tkun ġiet iċċertifikata minn Awtorità Kompetenti ta’ dik il-Parti biex twettaq funzjonijiet ta’ manutenzjoni se tkun meħtieġa jkollha suppliment għall-manwal tagħha dwar il-manutenzjoni sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 8 ta’ din il-Proċedura. Meta tkun sodisfatta li s-suppliment jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 8 ta’ din il-Proċedura, l-Awtorità Kompetenti msemmija għandha toħroġ approvazzjoni li tiċċertifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti l-oħra u tispeċifika l-ambitu tax-xogħlijiet li l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni tista’ twettaq fuq inġenji tal-ajru rreġistrati f’dik il-Parti l-oħra. It-tali ambitu ta’ klassifikazzjonijiet u limitazzjonijiet ma għandux jaqbeż lil dak li jinsab fiċ-ċertifikat tiegħu stess.

5.2.   L-approvazzjoni maħruġa skont il-Paragrafu 5.1 ta’ din il-Proċedura mill-Awtorità Kompetenti ta’ Parti waħda għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra u għandha tikkostitwixxi approvazzjoni valida għall-Parti l-oħra mingħajr azzjoni addizzjonali.

5.3.   Ir-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni skont il-Paragrafu 5.2 ta’ din il-Proċedura għandu japplika għall-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni fil-post prinċipali tan-negozju tagħha, kif ukoll fil-postijiet l-oħra tagħha li jkunu identifikati fil-manwal rilevanti u li jkunu suġġetti għas-sorveljanza ta’ Awtorità Kompetenti.

5.4.   Il-Partijiet jistgħu jfittxu assistenza mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ pajjiż terz fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza u kontroll regolatorju meta approvazzjoni miż-żewġ Partijiet tkun ingħatat jew tkun ġiet estiża bi ftehim jew arranġament formali ma’ dak il-pajjiż terz.

5.5.   Permezz tal-Awtorità Kompetenti tagħha, Parti għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe bidla fl-ambitu tal-approvazzjonijiet li tkun ħarġet skont il-Paragrafu 5.1 ta’ din il-Proċedura, fosthom ir-revoka jew is-sospensjoni tal-approvazzjoni.

6.   Nuqqas ta’ konformità

6.1.   Kull Parti għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra dwar nuqqasijiet importanti ta’ konformità ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli jew kondizzjoni stipulata f’din il-Proċedura li jdgħajfu l-kapaċità ta’ organizzazzjoni approvata minn dik il-Parti l-oħra biex twettaq manutenzjoni skont it-termini ta’ din il-Proċedura. Wara tali notifika, il-Parti l-oħra għandha tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa u tirrapporta lill-Parti li tkun għamlet in-notifika dwar kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet fi żmien 15-il jum.

6.2.   F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet dwar l-effikaċja tal-azzjoni meħuda, il-Parti li tkun għamlet in-notifika tista’ titlob lill-Parti l-oħra sabiex tieħu azzjoni immedjata biex ma tħallix lill-organizzazzjoni twettaq funzjonijiet ta’ manutenzjoni fuq Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili li jaqgħu taħt is-superviżjoni regolatorja tagħha. Jekk il-Parti l-oħra tonqos milli tieħu azzjoni bħal din fi żmien 15-il jum minn meta tkun saret it-talba mill-Parti li tagħmel in-notifika, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità Kompetenti tal-Parti l-oħra taħt din il-Proċedura għandhom jiġu sospiżi sakemm il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod sodisfaċenti mill-Kumitat Konġunt, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Sakemm il-Kumitat Konġunt joħroġ deċiżjoni dwar il-kwistjoni, il-Parti li tagħmel in-notifika tista’ tieħu kwalunkwe miżura li tqis li hi meħtieġa biex ma tħallix lill-organizzazzjoni twettaq funzjonijiet ta’ manutenzjoni fuq Prodotti Ajrunawtiċi Ċivili li jaqgħu taħt is-superviżjoni regolatorja tagħha.

6.3.   Il-korpi responsabbli għall-komunikazzjoni taħt din it-Taqsima 6 ta’ din il-Proċedura għandhom ikunu l-Aġenti Tekniċi.

7.   Għajnuna teknika

7.1.   Il-Partijiet, fejn ikun xieraq permezz tal-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom, għandhom jipprovdu għajnuna fl-evalwazzjoni teknika lil xulxin, meta jintalbu.

7.2.   It-tipi ta’ għajnuna jistgħu jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom:

(a)

il-monitoraġġ u r-rappurtar fir-rigward tal-konformità kontinwa mar-rekwiżiti deskritti f’din il-Proċedura mill-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ xi waħda mill-Partijiet;

(b)

it-twettiq ta’ investigazzjonijiet u r-rappurtar dwarhom; u

(c)

l-evalwazzjoni teknika.

8.   Rekwiżiti Regolatorji Speċifiċi

8.1.   L-għarfien min-naħa ta’ waħda mill-Partijiet, ta’ organizzazzjoni ta’ manutenzjoni taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti l-oħra skont it-Taqsima 5 ta’ din il-Proċedura, għandu jiddependi fuq l-adozzjoni, mill-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni, ta’ suppliment għall-manwal tagħha tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li għandu, bħala minimu, jipprovdi dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni ta’ impenn iffirmata mill-maniġer responsabbli attwali li l-organizzazzjoni se tikkonforma mal-manwal u mas-suppliment tiegħu;

(b)

li l-organizzazzjoni se tosserva l-ordni tax-xogħol tal-klijent, billi tqis b’mod partikolari d-direttivi mitluba dwar l-ajrunavigabbiltà, il-modifiki u t-tiswijiet u r-rekwiżit li l-partijiet li jintużaw ikunu ġew immanifatturati jew tkun saritilhom manutenzjoni minn organizzazzjonijiet aċċettabbli għal dik il-Parti l-oħra;

(c)

li l-klijent li joħroġ l-ordni tax-xogħol ikun stabbilixxa l-approvazzjoni tal-Awtorità Kompetenti xierqa għal kwalunkwe informazzjoni dwar id-disinn għat-tibdil u t-tiswijiet;

(d)

li r-rilaxx ta’ Prodott Ajrunawtiku Ċivili jkun konformi mar-rekwiżiti leġiżlattivi u regolatorji applikabbli;

(e)

li kwalunkwe Prodott Ajrunawtiku Ċivili taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Parti l-oħra li jinsab f’kondizzjoni mhux ajrunavigabbli jew li għandu difetti serji għandu jiġi rrappurtat lill-Parti l-oħra u lill-klijent.

8.2.   Ir-rikonoxximent ipprovvdut skont il-Paragrafu 8.1 ta’ din il-Proċedura għandu japplika meta l-Aġenti Tekniċi jimplimentaw l-arranġamenti tranżitorji għall-wiri tal-kapaċità ta’ sorveljanza ta’ organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni.

Appendiċi B1

Kondizzjonijiet Speċjali

1.   KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TAL-EASA APPLIKABBLI GĦAL STAZZJONIJIET TAT-TISWIJA BBAŻATI FIL-BRAŻIL

1.1.

Sabiex jiġi approvat b’konformità mal-Parti 145 tal-EASA, skont it-termini ta’ dan l-Anness, l-istazzjon tat-tiswija għandu jissodisfa l-Kondizzjonijiet Speċjali kollha li ġejjin:

1.1.1.

L-istazzjon tat-tiswija għandu jissottometti applikazzjoni b’mod u manjiera li jkunu aċċettabbli għall-EASA.

(a)

L-applikazzjoni, kemm għall-approvazzjoni inizjali tal-EASA kif ukoll għall-kontinwazzjoni tagħha, għandha tinkludi dikjarazzjoni li turi li ċ-ċertifikat u/jew il-klassifikazzjoni tal-EASA hu/ma meħtieġ/a għall-manutenzjoni jew tibdil tal-prodotti tal-ajrunawtika reġistrati jew iddisinjati fi Stat Membru tal-UE jew komponenti mwaħħlin fuqhom.

(b)

L-istazzjon tat-tiswija għandu jipprovdi suppliment għall-Manwali tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni li huwa vverifikat u aċċettat mill-ANAC f’isem l-EASA. Ir-reviżjonijiet tas-suppliment kollha jeħtieġu l-aċċettazzjoni tal-ANAC. Is-suppliment għandu jinkludi dan li ġej:

(i)

Dikjarazzjoni mill-maniġer responsabbli tal-istazzjon tat-tiswija, kif definit fil-verżjoni attwali tal-Parti 145 tal-EASA li torbot lill-istazzjon tat-tiswija li jkun konformi ma’ dan l-Anness u mal-Kondizzjonijiet Speċjali tiegħu kif elenkati;

(ii)

Proċeduri dettaljati għall-operat ta’ sistema indipendenti ta’ monitoraġġ tal-kwalità, inkluż is-superviżjoni tal-faċilitajiet multipliċi kollha u tal-line stations li jinsabu fit-territorju tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil;

(iii)

Proċeduri għar-rilaxx jew għall-approvazzjoni għad-dħul mill-ġdid fis-servizz li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti 145 tal-EASA għall-inġenji tal-ajru u l-użu tal-Formola SEGVOO 003 tal-ANAC għall-komponenti tal-inġenji tal-ajru, u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa mis-sid jew operatur, skont ma jkun xieraq;

(iv)

Proċeduri sabiex ikun żgurat li ċ-ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà u ċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà – għal faċilitajiet ikklassifikati għall-qafas tal-ajruplan/inġenji tal-ajru - ikunu validi qabel ma jinħareġ dokument li huma tajbin għas-servizz;

(v)

Proċeduri sabiex ikun żgurat li t-tiswijiet u l-modifiki definiti mir-rekwiżiti tal-EASA jsiru skont id-data approvata mill-EASA;

(vi)

Proċedura sabiex l-istazzjon tat-tiswija jiżgura li l-programm ta’ taħriġ inizjali u rikorrenti u kwalunkwe reviżjoni tiegħu approvati mill-ANAC jinkludu t-taħriġ f’fatturi umani;

(vii)

Proċeduri għar-rappurtar ta’ kondizzjonijiet tan-nuqqas ta’ ajrunavigabbiltà kif meħtieġ mill-Parti 145 tal-EASA dwar prodotti ajrunawtiċi ċivili lill-EASA, organizzazzjonijiet ta’ disinn tal-inġenji tal-ajru u lill-klijenti jew operaturi;

(viii)

Proċeduri sabiex ikunu żgurati l-kompletezza u l-konformità mal-awtorizzazzjoni jew kuntratt tal-klijent jew operatur, inklużi d-direttivi ta’ ajrunavigabbiltà kkomunikati mill-EASA u struzzjonijiet obbligatorji oħra;

(ix)

Proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li l-kuntratturi jissodisfaw it-termini ta’ dawn il-proċeduri ta’ implimentazzjoni; jiġifieri, l-użu ta’ organizzazzjoni li jkollha l-approvazzjoni tal-Parti 145 tal-EASA jew, jekk tintuża organizzazzjoni li ma għandhiex din l-approvazzjoni tal-Parti 145 tal-EASA, l-istazzjon tat-tiswija li jkun qed irodd lura l-prodott għas-servizz ikun responsabbli li jiżgura l-ajrunavigabbiltà tiegħu;

(x)

Proċeduri li jippermettu li jsir xogħol ’il barra mis-sit fiss fuq bażi rikorrenti, meta applikabbli;

(xi)

Proċeduri biex ikun żgurat li jkun hemm ħangars imsaqqfa adatti għall-manutenzjoni bażika tal-inġenji tal-ajru.

1.2.

Sabiex jibqa’ jirċievi l-approvazzjoni f’konformità mal-Parti 145 tal-EASA, skont it-termini ta’ dan l-Anness, l-istazzjon tat-tiswija għandu jkun konformi ma’ dan li ġej. L-ANAC għandha tivverifika li l-istazzjon tat-tiswija:

(a)

Jippermetti lill-EASA, jew lill-ANAC f’isem l-EASA, tispezzjonah għall-konformità kontinwa mar-rekwiżiti tar-Regolament RBHA145 tal-Brażil u ma’ dawn il-Kondizzjonijiet Speċjali (jiġifieri, il-Parti 145 tal-EASA);

(b)

Jaċċetta li l-EASA tista’ tinvestiga u tieħu azzjoni ta’ infurzar skont ir-regolamenti rilevanti tal-UE u l-proċeduri tal-EASA;

(c)

Jikkoopera ma’ kwalunkwe investigazzjoni jew azzjoni ta’ infurzar li jsiru mill-EASA;

(d)

Iżomm il-konformità mar-Regolament RBHA145 tal-Brażil, u ma’ dawn il-Kondizzjonijiet Speċjali.

2.   KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TAL-ANAC APPLIKABBLI GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MANUTENZJONI APPROVATI (AMOs) IBBAŻATI FIL-KE

2.1.

Sabiex tirċievi l-approvazzjoni ta’ konformità mar-Regolament RBHA145 tal-Brażil, skont it-termini ta’ dan l-Anness, l-AMO għandha tissodisfa dawn il-Kondizzjonijiet Speċjali.

2.1.1.

L-AMO għandha tissottometti applikazzjoni b’mod u manjiera li jkunu aċċettabbli għall-ANAC.

(a)

L-applikazzjoni għal-Ċertifikazzjoni ġdida jew imġedda tal-ANAC għandha tinkludi dikjarazzjoni li turi li ċ-ċertifikat u/jew klassifikazzoni tal-ANAC lill-istazzjon tat-tiswija hu/ma meħtieġa għall-manutenzjoni jew modifiki ta’ prodotti ajrunawtiċi ċivili reġistrati fil-Brażil jew ta’ prodotti ajrunawtiċi reġistrati f’pajjiżi oħra, li jintużaw skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti RBHA tal-Brażil;

(b)

L-AMO għandha tipprovdi suppliment tal-MOE tagħha bl-Ingliż, li jkun approvat mill-Awtorità tal-Avjazzjoni u miżmum fl-AMO. Hekk kif jiġi approvat mill-Awtorità tal-Avjazzjoni, is-suppliment għandu jkun meqjus bħala aċċettat mill-ANAC ukoll. Ir-reviżjonijiet tas-suppliment kollha jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Avjazzjoni. Is-suppliment tal-ANAC għall-MOE għandu jinkludi dan li ġej:

(i)

Dikjarazzjoni ddatata u ffirmata mill-maniġer li tobbliga lill-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness;

(ii)

Sommarju tas-sistema tagħha tal-kwalità li jkopri wkoll il-kondizzjonijiet speċjali tal-ANAC;

(iii)

Il-proċeduri għall-approvazzjoni għar-rilaxx jew għad-dħul mill-ġdid fis-servizz li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament RBHA 43 tal-Brażil għall-inġenji tal-ajru u l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għall-komponenti. Dan jinkludi l-informazzjoni meħtieġa mir-Regolamenti RBHA 43.9 u 43.11 tal-Brażil u l-informazzjoni kollha li s-sid jew l-operatur, skont il-każ, għandu jiġbor u jżomm, bl-Ingliż;

(iv)

Il-proċeduri biex l-ANAC tiġi mgħarrfa bi ħsarat, funzjonament ħażin jew difetti u Komponenti Suspettati li mhux Approvati (SUP – Suspected Unapproved Parts) misjubin, jew maħsubin li ser jitwaħħlu, fuq prodotti tal-ajrunawtika mill-Brażil;

(v)

Il-proċeduri biex l-ANAC tiġi mgħarrfa bi kwalunkwe tibdiliet lil line stations li:

(1)

jinsabu fi Stat Membru tal-UE;

(2)

jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Brażil; u

(3)

jolqtu l-Ispeċifikazzjonijiet dwar l-Operat tal-ANAC.

(vi)

Il-proċeduri biex jiġu kkwalifikati u mmonitorjati siti fissi f’xi Stat Membru tal-UE elenkat fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness;

(vii)

Il-proċeduri stabbiliti biex jivverifikaw li l-attivitajiet kuntrattati/sottokuntrattati kollha jinkludu dispożizzjonijiet biex sors li mhux ċertifikat mill-ANAC jibgħat lura l-oġġett lill-AMO għal spezzjoni/test finali u jerġa’ jiddaħħal għas-servizz;

(viii)

Il-proċeduri biex kull 24 xahar jiġu sottomessi rapporti dwar l-użu lill-ANAC li jindikaw il-lista ta’ Persunal Tekniku maħtur biex idaħħal prodott ajrunawtiku Brażiljan lura fis-servizz;

(ix)

Il-proċeduri sabiex ikun żgurat li tiswijiet u tibdil/modifiki kbar (kif definiti fir-Regolamenti RBHA tal-Brażil) isiru skont id-data approvata mill-ANAC;

(x)

Il-proċeduri biex tkun żgurata l-konformità tal-kumpanija tal-ajru mal-Programm ta’ Manutenzjoni ta’ Ajrunavigabbiltà Kontinwa (CAMP – Continuous Airworthiness Maintenance Program), inkluż is-separazzjoni tal-manutenzjoni mill-ispezzjoni għal dawk l-oġġetti identifikati mill-kumpanija tal-ajru jew mill-klijent bħala Oġġetti li Għandhom jiġu Spezzjonati (RII – Required Inspection Items);

(xi)

Il-proċeduri biex tkun żgurata l-konformità mal-manwali ta’ manutenzjoni tal-manifattur jew l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa (ICA – Instructions for Continued Airworthiness) u l-ġestjoni ta’ devjazzjonijiet minnhom. (xi) Il-proċeduri biex ikun żgurat li d-direttivi attwali u applikabbli għall-ajrunavigabbiltà (AD – Airworthiness Directives) ippubblikati mill-ANAC, ikunu disponibbli għall-persunal tal-manutenzjoni fil-ħin li jkun qed isir ix-xogħol;

(xii)

Il-proċeduri biex jiġi kkonfermat li fost l-impjegati tal-AMO jkun hemm persunal tekniku li kapaċi jaqra u jifhem sew ir-Regolamenti Brażiljani. Dan ir-rekwiżit huwa importanti wkoll fir-rigward tar-Rekords tal-Manutenzjoni bil-Portugiż;

(xiii)

Il-proċeduri li jippermettu li jsir xogħol lil hinn minn sit fiss fuq bażi rikorrenti, meta applikabbli;

(xiv)

Il-proċeduri biex kull Kuntratt jinżamm, għal mill-inqas 5 (ħames) snin, flimkien mal-formoli supplimentari u ċ-ċertifikazzjoni tal-partijiet mehmuża miegħu;

(xv)

Il-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tal-Ispezzjoni tal-Manutenzjoni Annwali (IAM) jew tar-Rapport tal-Konformità tal-Ajrunavigabbiltà b’mod u manjiera stabbiliti mill-ANAC, meta AMO jkollha l-awtorizzazjoni li twettaq IAM jew RCA.

2.2.

Sabiex tibqa’ tirċievi l-approvazzjoni f’konformità mar-Regolamenti RBHA 43 u 145 tal-Brażil, skont it-termini ta’ dan l-Anness, l-AMO għandha tkun konformi ma’ dan li ġej. L-Awtorità tal-Avjazzjoni għandha tivverifika li l-AMO:

(a)

Tippermetti lill-ANAC, jew lill-Awtorità tal-Avjazzjoni f’isem l-ANAC, tispezzjonaha għall-konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-Parti 145 tal-EASA u ma’ dawn il-Kondizzjonijiet Speċjali (jiġifieri, RBHA 43 u 145);

(b)

Taċċetta li l-ANAC tista’ tagħmel investigazzjonijiet jew tieħu azzjonijiet ta’ infurzar skont ir-regoli u direttivi tal-ANAC stess;

(c)

Tikkoopera ma’ kwalunkwe investigazzjoni jew azzjoni ta’ infurzar;

(d)

Tkompli tikkonforma mall-Parti 145 tal-EASA u ma’ dawn il-Kondizzjonijiet Speċjali;

(e)

Meta tinżamm il-konformità regolatorja, l-ANAC tkun tista’ ġġedded iċ-ċertifikazzjoni inizjali lill-AMO kull 24 xahar.


Top