This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21999A0728(01)
99/510/EC: Agreement amending the Agreement relating to scientific and technical cooperation between the European Community and Australia
Ftehim li jemenda l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja
Ftehim li jemenda l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja
ĠU L 195, 28.7.1999, p. 32–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/510/oj
Official Journal L 195 , 28/07/1999 P. 0032 - 0033
Ftehim li jemenda l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA f'isem il-Komunità Ewropea, minn-naħa l-waħda, u IL-GVERN TAL-AWSTRALJA, minn-naħa l-oħra, Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifka u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li daħlet fis-seħħ fil-25 ta' Lulju 1994, billi ż-żewġ naħat esprimew ix-xewqa li iwessgħu l-iskop tal-Ftehim u għalhekk jemendaw il-Ftehim bi qbil ma' l-Artikolu 11(2) tiegħu; billi negozjati dwar dawn l-emendi kienu konklużi b'suċċess, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-test tal-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja huwa issa mibdul bi: "2. Għal-għanjiet ta' dan il-Ftehim, iż-żoni ta' koperazzjoni huma mfissra kif ġejjin. Għall-Komunità, jistgħu jiġu nklużi kull riċerka u żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' turija koperti mill-Artikoli 130ġ(a) [1] u 130ġ(d) [2] tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, din ta' l- aħħar biss sa fejn għandhom x'jaqsmu relazzjonijiet bejn operaturi ta' l-infrasttura u proġetti tar-riċerka kkonċernati. Għall-Awstralja, jistgħu jinkludu kwalsiasi attivitajiet tax-xjenza jew teknoloġija finanzjati jew magħmulin mill-Gvern tal-Awstralja, l-Gvernijiet tal-Istati u Territorji, awtoritajiet mhux governattivi nklużi setturi privati ta' riċerka u setturi kummerċjali, u kull entità ta' riċerka nteressata. L-Awstralja tgħarraf lill-Komunità permezz ta' kuntatti diplomatiċi bl-applikazjoni tal-Ftehim għal Stati u Terittorji." Artikolu 2 Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri legali tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ikunu mwettaqa. Artikolu 3 Dan il-Ftehim huwa magħmul duplikat bid-Daniż, l-Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż, kull test minn dawn huwa ugwalment awtentiku. B'xhieda ta' dan is-sottoskritti iffirmaw dan il-Ftehim. Hecho en Bruselas, el ocho de julio de mil novecientos noventa y nueve.Udfærdiget i Bruxelles den ottende juli nitten hundrede og nioghalvfems.Geschehen zu Brüssel am achten Juli neunzehnhundertneunundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Ιουλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα.Done at Brussels on the eighth day of July in the year one thousand nine hundred and ninety-nine.Fait à Bruxelles, le huit juillet mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf.Fatto a Bruxelles, addì otto luglio millenovecentonovantanove.Gedaan te Brussel, de achtste juli negentienhonderd negenennegentig.Feito em Bruxelas, em oito de Julho de mil novecentos e noventa e nove.Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä heinäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän.Som skedde i Bryssel den åttonde juli nittonhundranittionio. Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ Por el Gobierno de AustraliaPå den australske regerings vegneFür die Regierung AustraliensΓια την Κυβέρνηση της ΑυστραλίαςFor the Government of AustraliaPour le gouvernement d'AustraliePer il governo dell'AustraliaVoor de regering van AustraliëPelo Governo da AustráliaAustralian hallituksen puolestaPå Australiens regerings vägnar +++++ TIFF +++++ [1] Implimentazzjoni ta' riċerki, żvilupp teknoloġiku u programmi ta' turija, billi tiġi promossa koperazzjoni ma' u bejn impriżi, ċentri ta' riċerki u universitajiet. [2] Stimulazzjoni ta' taħriġ u mobbilità ta' riċerkaturi fil-Komunità --------------------------------------------------