Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016E290

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
    IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
    TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
    KAPITOLU 2 - ATTI LEGALI TA' L-UNJONI, PROĊEDURI TA' ADOZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
    TAQSIMA 1 - L-ATTI LEGALI TA' L-UNJONI
    Artikolu 290

    ĠU C 202, 7.6.2016, p. 172–172 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/art_290/oj

    7.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

    C 202/172


    Artikolu 290

    1.   Att leġislattiv jista' jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissumplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' l-att leġislattiv.

    L-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta' l-applikazzjoni u d-durata tad-delega ta' setgħa għandhom jiġu definiti espressament fl-atti leġislattivi. L-elementi essenzjali ta' qasam għandhom ikunu riservati għall-att leġislattiv u għaldaqstant ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' delega ta' setgħa.

    2.   L-atti leġislattivi għandhom jistabbilixxu espressament il-kondizzjonijiet li għalihom tkun suġġetta d-delega, dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu kif ġej:

    a)

    il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jirtira d-delega;

    b)

    l-att iddelegat jista' jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fiż-żmien stabbilit mill-att leġislattiv.

    Għall-finijiet ta' punti a) u b), il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, u l-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata.

    3.   L-aġġettiv "delegat" jew "delegata" għandu jiddaħħal fit-titoli ta' l-atti delegati.


    Top