This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E040
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE III - AGRICULTURE AND FISHERIES#Article 40 (ex Article 34 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU III - AGRIKOLTURA U SAJD
Artikolu 40 (ex Artikolu 34 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU III - AGRIKOLTURA U SAJD
Artikolu 40 (ex Artikolu 34 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/63 |
Artikolu 40
(ex Artikolu 34 TKE)
1. Sabiex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 39, għandha tiġi stabbilita organizazzjoni komuni għal swieq agrikoli.
Din l-organizazzjoni għandha tieħu waħda minn dawn il-forom skond il-prodotti konċernati:
a) |
regoli komuni dwar il-kompetizzjoni; |
b) |
il-koordinament obbligatorju tad-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq; |
c) |
Organizzazzjoni tas-suq Ewropea. |
2. L-Organizzazjoni komuni f’waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tikkomprendi l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 39, b’mod partikolari, kontrolli tal-prezzijiet, sussidji lill-produzzjoni u l-marketing ta’ diversi prodotti, arranġamenti dwar twarrib ta' prodotti u dwar riporti, u mekkaniżmu sabiex jistabbliżżaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni.
L-organizzazzjoni komuni għandha tillimita ruħha sabiex issegwi l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 u għandha teskludi kull diskrimnazzjoni bejn il-produtturi jew konsumaturi ta' l-Unjoni.
Kull politika komuni tal-prezzijiet għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni u metodi uniformi ta’ kalkolu.
3. Sabiex l-organizzazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 tkun tista’ tikseb l-għanijiet tagħha, jistgħu jiġu stabbiliti fond wieħed jew aktar agrikoli ta' gwida u ta' garanzija.