EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02023R1803-20240109

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1803/2024-01-09

02023R1803 — MT — 09.01.2024 — 002.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1803

tat- ►C1   13 ta’ Settembru 2023  ◄

li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 237 26.9.2023, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2468 tat-8 ta’ Novembru 2023

  L 2468

1

9.11.2023

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2579 tal-20 ta’ Novembru 2023

  L 2579

1

21.11.2023

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2822 tad-19 ta’ Diċembru 2023

  L 2822

1

20.12.2023

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1317 tal-15 ta’ Mejju 2024

  L 1317

1

16.5.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 239, 28.9.2023, p.  39 ((UE) 2023/1803)

►C2

Rettifika, ĠU L 90443, 22.7.2024, p.  1 ((UE) 2023/1803)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1803

tat- ►C1   13 ta’ Settembru 2023  ◄

li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà stabbiliti fl-Anness huma adottati.

Artikolu 2

Kumpanija tista’ tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 22 tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni (“IFRS 17”) fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għal:

(a) 

gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni u gruppi ta’ kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonali tal-parteċipazzjoni kif definit fl-Appendiċi A tal-IFRS 17 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u bi flussi ta’ flus li jaffettwaw jew huma affettwati minn flussi ta’ flus lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħra kif stabbilit fil-paragrafi B67 u B68 tal-Appendiċi B tal-IFRS 17 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li huma ġestiti minn ġenerazzjoni għal oħra ta’ kuntratti u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE u li ġew approvati mill-awtoritajiet superviżorji għall-applikazzjoni tal-aġġustament ta’ korrispondenza.

Meta kumpanija ma tapplikax ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 22 tal-IRS 17 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-punt (a) jew (b), din għandha tiddivulga dan f’konformità mal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji fin-noti bħala politika tal-kontabbiltà sinifikanti u tipprovdi informazzjoni spjegattiva oħra bħal għal liema portafolji l-kumpanija tkun applikat din l-eżenzjoni.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-opzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2027 u, fejn xieraq, tipproponi li temenda jew ittemm dik l-eżenzjoni.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ

IAS 1

Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji

IAS 2

Inventarji

IAS 7

Rapporti tal-Flussi ta' Flus

IAS 8

Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri

IAS 10

Eventi wara l-Perjodu ta' Rapportar

IAS 12

Taxxi fuq l-Introjtu

IAS 16

Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

IAS 19

Benefiċċji tal-Impjegati

IAS 20

Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta' Assistenza mill-Gvern

IAS 21

L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju

IAS 23

Kostijiet tat-Teħid b'Self

IAS 24

Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati

IAS 26

Kontabbiltà u Rapportar minn Pjanijiet ta' Benefiċċji tal-Irtirar

IAS 27

Rapporti Finanzjarji Separati

IAS 28

Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u f'Impriżi Konġunti

IAS 29

Rapportar Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

IAS 32

Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

IAS 33

Qligħ għal Kull Sehem

IAS 34

Rapportar Finanzjarju Interim

IAS 36

Indeboliment tal-Assi

IAS 37

Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinenti

IAS 38

Assi Intanġibbli

IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

IAS 40

Proprjetà għall-Investiment

IAS 41

Agrikoltura

IFRS 1

Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

IFRS 2

Pagament Ibbażat fuq l-Ishma

IFRS 3

Kombinamenti ta' Negozji

IFRS 5

Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

IFRS 6

Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom

IFRS 7

Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet

IFRS 8

Segmenti Operatorji

IFRS 9

Strumenti Finanzjarji

IFRS 10

Rapporti Finanzjarji Konsolidati

IFRS 11

Arranġamenti Konġunti

IFRS 12

Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra

IFRS 13

Kejl tal-Valur Ġust

IFRS 15

Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi

IFRS 16

Lokazzjonijiet

IFRS 17

Kuntratti tal-Assigurazzjoni

IFRIC 1

Bidliet fl-Obbligazzjonijiet Eżistenti tad-Dekummissjonar, Restawr u Obbligazzjonijiet Simili

IFRIC 2

Ishma ta' Membri f'Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili

IFRIC 5

Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonar, Restawr u Riabilitazzjoni Ambjentali

IFRIC 6

Obbligazzjonijiet li jinħolqu minn Parteċipazzjoni f'Suq Speċifiku — Skart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku

IFRIC 7

Applikazzjoni tal-Approċċ tar-Rapportar mill-Ġdid taħt l-IAS 29 Rapportar Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

IFRIC 10

Rapportar Finanzjarju Interim u Indeboliment

IFRIC 12

Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz

IFRIC 14

IAS 19 — Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, Rekwiżiti ta' Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni Tagħhom

IFRIC 16

Ħeġġijiet ta' Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija

IFRIC 17

Distribuzzjonijiet ta' Assi Mhux Flus lis-Siiden

IFRIC 19

Eżawriment tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strument ta' Ekwità

IFRIC 20

Kostijiet tat-Tneżżigħ fil-Fażi tal-Produzzjoni ta' Minjiera tas-Superfiċe

IFRIC 21

Imposti

IFRIC 22

Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem

IFRIC 23

Inċertezza dwar it-Trattamenti tat-Taxxa fuq l-Introjtu

SIC-7

Introduzzjoni tal-Euro

SIC-10

Assistenza mill-Gvern — L-Ebda Relazzjoni Speċifika mal-Attivitajiet tal-Operat

SIC-25

Taxxi fuq l-Introjtu— Bidliet fl-Istat tat-Taxxa ta' Entità jew l-Azzjonisti Tagħha

SIC-29

Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz: Divulgazzjonijiet

SIC-32

Assi Intanġibbli— Kostijiet tas-Siti Web

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 1

Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji

OBJETTIV

1 Dan l-Istandard jiddefinixxi l-bażi għall-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali, biex jassigura l-komparabbiltà kemm mar-rapporti finanzjarji ta’ perjodi preċedenti tal-entità kif ukoll ma’ rapporti finanzjarji ta’ entitajiet oħra. Jippreżenta r-rekwiżiti ġenerali għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji, linji gwida għall-istruttura tagħhom u r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tagħhom.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs).

3 IFRSs oħrajn jippreżentaw ir-rekwiżiti ta’ rikonoxximent, kejl u divulgazzjoni għal tranżazzjonijiet speċifiċi u eventi oħrajn.

4 Dan l-Istandard ma japplikax għall-istruttura u l-kontenut ta’ rapporti finanzjarji interim kondensati li jiġu ppreparati f’konformità mal-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim. Madankollu, il-paragrafi 15–35 japplikaw għal tali rapporti finanzjarji. Dan l-Istandard japplika b’mod ugwali għall-entitajiet kollha, inklużi dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji separati f’konformità mal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati.

5 Dan l-Istandard juża terminoloġija li hija xierqa għal entitajiet li għandhom l-għan li jagħmlu l-profitt, inklużi entitajiet kummerċjali fis-settur pubbliku. Jekk entitajiet b’attivitajiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-settur privat jew fis-settur pubbliku japplikaw dan l-Istandard, jista’ jkollhom bżonn jemendaw id-deskrizzjonijiet użati għal entrati f’linja partikulari fir-rapporti finanzjarji u għar-rapporti finanzjarji nfushom.

6 B’mod simili, entitajiet li ma għandhomx ekwità kif definit fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (eż. xi fondi mutwi) u entitajiet li l-kapital azzjonarju tagħhom mhuwiex ekwità (eż. xi entitajiet kooperattivi) jista’ jkollhom bżonn jadattaw il-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-interessi tal-membri jew ta’ detenturi ta’ unitajiet.

DEFINIZZJONIJIET

7   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Politiki tal-kontabbiltà huma definiti fil-paragrafu 5 tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri, u t-terminu jintuża f’dan l-Istandard bl-istess tifsira.
Rapporti finanzjarji għal skop ġenerali (imsejħa rapporti finanzjarji) huma dawk li huma intenzjonati li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ utenti li mhumiex f’pożizzjoni li jeżiġu li entità tipprepara rapporti mfassla għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni partikulari tagħhom.
Imprattikabbli L-applikazzjoni ta’ rekwiżit hija imprattikabbli meta l-entità ma tkunx tista’ tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk.
Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB). Dawn jinkludu:
(a) 

Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju;

(b) 

Standards Internazzjonali tal-Kontabbiltà;

(c) 

Interpretazzjonijiet tal-IFRIC; u

(d) 

Interpretazzjonijiet tal-SIC ( 1 ).

Materjali:
Informazzjoni tkun materjali jekk meta tiġi ommessa, tiġi ddikjarata ħażin jew tiġi oskurata tista’ b’mod raġonevoli tkun mistennija li tinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji għal skop ġenerali jagħmlu abbażi ta’ dawk ir-rapporti, li jipprovdu informazzjoni finanzjarja dwar entità ta’ rapportar speċifika.
Il-materjalità tiddependi fuq in-natura jew id-daqs tal-informazzjoni, jew it-tnejn li huma. Entità tivvaluta jekk l-informazzjoni, kemm individwali jew inkella flimkien ma’ informazzjoni oħra, tkunx materjali fil-kuntest tar-rapporti finanzjarji tagħha fit-totalità tagħhom.
Informazzjoni tiġi oskurata jekk tiġi kkomunikata b’mod li jkollu effett simili fuq l-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji daqslikieku dik l-informazzjoni ġiet ommessa jew ġiet iddikjarata ħażin. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ ċirkustanzi li jistgħu jirriżultaw fl-oskurament ta’ informazzjoni materjali:
(a) 

informazzjoni dwar entrata, tranżazzjoni jew event ieħor materjali tkun ġiet divulgata fir-rapporti finanzjarji iżda l-lingwaġġ użat ikun vag jew mhux ċar;

(b) 

informazzjoni dwar entrata, tranżazzjoni jew event ieħor materjali tkun mifruxa fir-rapporti finanzjarji kollha;

(c) 

entrati, tranżazzjonijiet jew eventi oħra li ma jkunux simili jiġu aggregati b’mod mhux xieraq;

(d) 

elementi, tranżazzjonijiet jew eventi oħra li jkunu simili jkunu diżaggregati b’mod mhux xieraq; u

(e) 

il-komprensibbiltà tar-rapporti finanzjarji tonqos b’riżultat li informazzjoni immaterjali taħbi informazzjoni materjali sal-punt li utent primarju ma jkunx jista’ jiddetermina liema informazzjoni hija materjali.

Il-valutazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tistax b’mod raġonevoli tkun mistennija tinfluwenza d-deċiżjonijiet magħmula mill-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji għal skop ġenerali ta’ entità relatriċi speċifika teħtieġ li entità tikkunsidra l-karatteristiki ta’ dawk l-utenti filwaqt li tikkunsidra wkoll iċ-ċirkustanzi proprji tal-entità.
Ħafna investituri, mutwanti u kredituri oħra eżistenti u potenzjali ma jistgħux jirrikjedu lill-entitajiet relaturi jipprovdu informazzjoni direttament lilhom u jeħtiġilhom joqogħdu fuq rapporti finanzjarji għal skop ġenerali għal ħafna mill-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġu. Konsegwentement, dawn huma l-utenti primarji li r-rapporti finanzjarji għal skop ġenerali huma diretti lilhom. Ir-rapporti finanzjarji jiġu ppreparati għal utenti li għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u li jagħmlu rieżami u janalizzaw l-informazzjoni b’mod diliġenti. Xi drabi, anki utenti infurmati sew u diliġenti jista’ jkollhom bżonn ifittxu l-għajnuna ta’ konsulent biex jifhmu l-informazzjoni dwar fenomeni ekonomiċi kumplessi.
Noti jkun fihom informazzjoni barra dik ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità u fir-rapport tal-flussi ta’ flus. In-noti jipprovdu deskrizzjonijiet narrattivi jew diżaggregazzjonijiet ta’ entrati ppreżentati f’dawk ir-rapporti u informazzjoni dwar entrati li ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent f’dawk ir-rapporti.
Introjtu ieħor komprensiv jinkludi entrati ta’ introjtu u spiża (inklużi aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni) li ma jkunux rikonoxxuti fi profitt jew telf kif meħtieġ jew permess minn IFRSs oħrajn.
Il-komponenti ta’ introjtu ieħor komprensiv jinkludu:
(a) 

bidliet fis-surplus ta’ rivalwazzjoni (ara l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli);

(b) 

kejl mill-ġdid tal-pjanijiet ta’ benefiċċju definit (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(c) 

qligħ u telf li jirriżulta mal-qlib tar-rapporti finanzjarji ta’ operazzjoni barranija (ara l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju);

(d) 

qligħ u telf minn investimenti fi strumenti ta’ ekwità deżinjati fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(da) 

qligħ u telf fuq assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS 9;

(e) 

il-porzjon effettiv ta’ qligħ u telf fuq strumenti tal-iħħeġġjar f’ħeġġ tal-fluss ta’ flus u l-qligħ u telf fuq strumenti tal-iħħeġġjar li jiħħeġġjaw investimenti fi strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9 (ara l-Kapitolu 6 tal-IFRS 9);

(f) 

għal obbligazzjonijiet partikulari deżinjati fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, l-ammont tal-bidla fil-valur ġust li huwa attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu 5.7.7 tal-IFRS 9);

(g) 

bidliet fil-valur tal-valur taż-żmien tal-opzjonijiet meta jiġi sseparat il-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u jiġu deżinjati bħala l-istrument tal-iħħeġġjar biss il-bidliet fil-valur intrinsiku (ara l-Kapitolu 6 tal-IFRS 9);

(h) 

bidliet fil-valur tal-elementi forward tal-kuntratti forward meta jiġu sseparati l-element forward u l-element spot ta’ kuntratt forward u jiġu deżinjati bħal strument għall-iħħeġġjar biss dawk il-bidliet fl-element spot, u l-bidliet fil-valur tal-firxa bażi tal-munita barranija ta’ strument finanzjarju meta jiġi eskluż mid-deżinjazzjoni ta’ dak l-istrument finanzjarju bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-Kapitolu 6 tal-IFRS 9);

(i) 

introjtu u spejjeż finanzjarji tal-assigurazzjoni minn kuntratti maħruġa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni esklużi mill-profitt jew telf meta l-introjtu jew l-ispejjeż finanzjarji tal-assigurazzjoni totali jiġu diżaggregati biex jinkludu ammont fil-profitt jew telf determinat minn allokazzjoni sistematika bl-applikazzjoni tal-paragrafu 88(b) tal-IFRS 17, jew minn ammont li jelimina l-ispariġġ kontabbilistiku mal-introjtu jew l-ispejjeż finanzjarji li jirriżultaw fuq l-entrati sottostanti, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 89(b) tal-IFRS 17; u

(j) 

introjtu jew spejjeż finanzjarji minn kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmuma esklużi mill-profitt jew telf meta l-introjtu jew l-ispejjeż finanzjarji tar-riassigurazzjoni totali jiġu diżaggregati biex jinkludu ammont fil-profitt jew telf determinat minn allokazzjoni sistematika bl-applikazzjoni tal-paragrafu 88(b) tal-IFRS 17.

Sidien huma detenturi ta’ strumenti kklassifikati bħala ekwità.
Profitt jew telf huwa t-total tal-introjtu mingħajr l-ispejjeż, esklużi l-komponenti ta’ introjtu ieħor komprensiv.
Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni huma ammonti riklassifikati bħala profitt jew telf fil-perjodu kurrenti li kienu rikonoxxuti bħala introjtu ieħor komprensiv fil-perjodu kurrenti jew preċedenti.
Introjtu komprensiv totali huwa l-bidla fl-ekwità matul perjodu li tirriżulta minn tranżazzjonijiet u eventi oħrajn, minbarra dawk il-bidliet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien.

L-introjtu komprensiv totali jiġbor fih il-komponenti kollha ta’ “profitt jew telf” u ta’ “introjtu ieħor komprensiv”.

8 Għalkemm dan l-Istandard juża t-termini “introjtu ieħor komprensiv”, “profitt jew telf” u “introjtu komprensiv totali”, entità tista’ tuża termini oħrajn biex tiddeskrivi t-totali sakemm it-tifsira tkun ċara. Pereżempju, entità tista’ tuża t-terminu “introjtu nett” biex tiddeskrivi profitt jew telf.

8A It-termini li ġejjin huma deskritti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u jintużaw f’dan l-Istandard fit-tifsira speċifikata fl-IAS 32:

(a) 

strument finanzjarju puttable klassifikat bħala strument ta’ ekwità (deskritt fil-paragrafi 16A u 16B tal-IAS 32)

(b) 

strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huwa klassifikat bħala strument ta’ ekwità (deskritt fil-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32).

RAPPORTI FINANZJARJI

Skop tar-rapporti finanzjarji

9 Ir-rapporti finanzjarji huma rappreżentazzjoni strutturata tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ entità. L-objettiv tar-rapporti finanzjarji huwa li tingħata informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus ta’ entità li tkun utli għal firxa wiesgħa ta’ utenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi tagħhom. Ir-rapporti finanzjarji juru wkoll ir-riżultati tad-dispensar tar-riżorsi li tħallew f’idejn il-maniġment. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, ir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni dwar dawn l-elementi tal-entità:

(a) 

assi;

(b) 

obbligazzjonijiet;

(c) 

ekwità;

(d) 

introjtu u spejjeż, inklużi qligħ u telf;

(e) 

kontribuzzjonijiet mis-sidien, u distribuzzjonijiet lilhom, fil-kapaċità tagħhom bħala sidien; u

(f) 

flussi ta’ flus.

Din l-informazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni oħra fin-noti, tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jagħmlu previżjoni tal-flussi futuri ta’ flus għall-entità, u b’mod partikulari, tat-twaqqit u ċ-ċertezza li dawn iseħħu.

Sett komplet ta’ rapporti finanzjarji

10  Sett komplet ta’ rapporti finanzjarji jkun fih:

(a) 

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fi tmiem il-perjodu;

(b) 

rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu;

(c) 

rapport tal-bidliet fl-ekwità għall-perjodu;

(d) 

rapport tal-flussi ta’ flus għall-perjodu;

(e) 

noti, li jinkludu informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà u informazzjoni ta’ spjegazzjoni oħra;

(ea) 

informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti kif speċifikat fil-paragrafi 38 u 38A; u

(f) 

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti li fih entità tapplika politika tal-kontabbiltà b’mod retrospettiv, jew tagħmel ridikjarazzjoni retrospettiva ta’ entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha f’konformità mal-paragrafi 40A-40D.

Entità tista’ tuża titoli għar-rapporti li jkunu differenti minn dawk li jintużaw f’dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista’ tuża t-titolu “rapport tal-introjtu komprensiv” minflok “rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv”.

10A   Entità tista’ tippreżenta rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv uniku, bil-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv ippreżentati f’żewġ taqsimiet. It-taqsimiet għandhom jiġu ppreżentati flimkien, bit-taqsima tal-profitt jew telf ippreżentata l-ewwel, segwita direttament mit-taqsima ta’ introjtu ieħor komprensiv. Entità tista’ tippreżenta t-taqsima tal-profitt jew telf f’rapport tal-profitt jew telf separat. F’dak il-każ, ir-rapport tal-profitt jew telf separat għandu jippreċedi immedjatament ir-rapport li jippreżenta l-introjtu komprensiv, li għandu jibda mill-profitt jew telf.

11   Entità għandha tippreżenta bi prominenza ugwali r-rapporti finanzjarji kollha f’sett komplet ta’ rapporti finanzjarji.

12 [Imħassar]

13 Diversi entitajiet jippreżentaw, barra r-rapporti finanzjarji, rieżami finanzjarju mill-maniġment li jiddeskrivi u jispjega l-karatteristiki ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, u tal-inċertezzi ewlenin li tkun qed tiffaċċja. Rapport bħal dan jista’ jinkludi rieżami ta’:

(a) 

il-fatturi u l-influwenzi prinċipali li jiddeterminaw il-prestazzjoni finanzjarja, inkluż il-bidliet fl-ambjent li fih topera l-entità, ir-rispons tal-entità għal dawk il-bidliet u għall-effetti tagħhom, u l-politika tal-entità dwar l-investiment biex iżżomm u ttejjeb il-prestazzjoni finanzjarja, inkluża l-politika tagħha dwar id-dividendi;

(b) 

is-sorsi tal-entità għall-finanzjament u l-proporzjon li qed timmira għalih tal-obbligazzjonijiet fil-konfront tal-ekwità; u

(c) 

ir-riżorsi tal-entità mhux rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja f’konformità mal-IFRSs.

14 Ħafna entitajiet jippreżentaw ukoll, barra r-rapporti finanzjarji, rapporti u rendikonti bħal rapporti ambjentali u rendikonti ta’ valur miżjud, partikularment f’industriji fejn il-fatturi ambjentali jkunu sinifikanti jew fejn l-impjegati jitqiesu bħala grupp ta’ utenti importanti. Rapporti u rendikonti ppreżentati barra r-rapporti finanzjarji huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRSs.

Karatteristiki ġenerali

Preżentazzjoni ġusta u konformità mal-IFRSs

15   Ir-rapporti finanzjarji għandhom jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta’ flus tal-entità. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ rappreżentazzjoni leali tal-effetti tat-tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħra f’konformità mad-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għall-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u l-ispejjeż imniżżla fil-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju (Qafas Kunċettwali). Huwa stmat li l-applikazzjoni tal-IFRSs, b’divulgazzjoni addizzjonali fejn meħtieġ, tirriżulta f’rapporti finanzjarji li jagħtu preżentazzjoni ġusta.

16   Entità li r-rapporti finanzjarji tagħha jkunu konformi mal-IFRSs għandha tagħmel dikjarazzjoni espliċita u bla riservi ta’ din il-konformità fin-noti. Entità ma għandhiex tiddeskrivi r-rapporti finanzjarji bħala li huma konformi mal-IFRSs sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti kollha tal-IFRSs.

17 Fi kważi ċ-ċirkustanzi kollha, entità tikseb preżentazzjoni ġusta meta tkun konformi mal-IFRSs applikabbli. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ ukoll li entità:

(a) 

tagħżel u tapplika politiki tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. L-IAS 8 jippreżenta ġerarkija ta’ gwida awtoritattiva għall-maniġment biex jikkunsidraha fl-assenza ta’ IFRS li speċifikament japplika għal xi entrata.

(b) 

tippreżenta informazzjoni, inkluż politika tal-kontabbiltà, b’mod li tingħata informazzjoni rilevanti, affidabbli, komparabbli u komprensibbli.

(c) 

tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali fejn il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi fl-IFRSs ma tkunx biżżejjed biex tippermetti li l-utenti jifhmu l-impatt ta’ tranżazzjonijiet partikulari, jew ta’ eventi u kundizzjonijiet oħrajn, fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

18   Entità ma tistax tirrettifika politika tal-kontabbilità mhux xierqa billi tiddivulga l-politiki tal-kontabbiltà użati jew permezz ta’ noti jew materjal ta’ spjegazzjoni.

19   Fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ IFRS tista’ tkun tant ta’ diżgwid li tkun tmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas Kunċettwali, l-entità għandha tidderoga minn tali rekwiżit bil-mod kif stipulat fil-paragrafu 20 jekk il-qafas regolatorju rilevanti jitlob, jew jekk b'xi mod ieħor ma jipprojbixxix, tali deroga.

20   Meta entità tidderoga minn rekwiżit ta’ IFRS f’konformità mal-paragrafu 19, din għandha tiddivulga:

(a) 

li l-maniġment ikun ikkonkluda li r-rapporti finanzjarji jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tal-entità;

(b) 

li kienet konformi mal-IFRSs applikabbli, ħlief li dderogat minn rekwiżit partikulari biex tagħti preżentazzjoni ġusta;

(c) 

it-titolu tal-IFRS li minnu l-entità tkun idderogat, in-natura tad-deroga, inkluż it-trattament li l-IFRS ikun jeħtieġ, ir-raġuni għaliex it-trattament jista’ jkun tant qarrieqi fiċ-ċirkustanzi li jkun konfliġġenti mal-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas Kunċettwali, u t-trattament adottat; u

(d) 

għal kull perjodu ppreżentat, l-effett finanzjarju tad-deroga fuq kull entrata fir-rapporti finanzjarji li kieku ġiet irrapportata f’konformità mar-rekwiżit.

21   Meta entità tkun idderogat minn rekwiżit ta’ IFRS f’perjodu preċedenti, u dik id-deroga taffettwa l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu kurrenti, din għandha tagħmel id-divulgazzjonijiet stipulati fil-paragrafi 20(c) u (d).

22 Il-paragrafu 21 japplika, pereżempju, meta entità tkun idderogat f’perjodu preċedenti minn rekwiżit ta’ IFRS għall-kejl tal-assi jew l-obbligazzjonijiet u dik id-deroga taffettwa l-kejl tal-bidliet fl-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti.

23   Fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ IFRS tista’ tkun tant qarieqa li tkun f’kunflitt mal-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas Kunċettwali, iżda l-qafas regolatorju rilevanti jipprojbixxi deroga mir-rekwiżit, l-entità għandha, sal-massimu possibbli, tnaqqas l-aspetti tal-konformità li huma meqjusa ta’ diżgwid billi tiddivulga:

(a) 

it-titolu tal-IFRS inkwistjoni, in-natura tar-rekwiżit, u r-raġuni għaliex il-maniġment ikun ikkonkluda li l-konformità ma’ dak ir-rekwiżit tista’ tkun tant qarrieqa fiċ-ċirkustanzi li tkun f’kunflitt mal-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stipulati fil-Qafas Kunċettwali; u

(b) 

għal kull perjodu ppreżentat, l-aġġustamenti f’kull entrata fir-rapporti finanzjarji li l-maniġment ikkonkluda li jkunu meħtieġa biex tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

24 Għall-fini tal-paragrafi 19-23, entrata ta’ informazzjoni tkun f’kunflitt mal-objettiv tar-rapporti finanzjarji meta din ma tirrappreżentax b’mod leali t-tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħra li tgħid li tirrappreżenta, jew li jkun raġonevolment mistenni li tirrappreżenta, u konsegwentement, x’aktarx li tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi meħuda mill-utenti tar-rapporti finanzjarji. Meta jivvaluta jekk il-konformità ma’ rekwiżit speċifiku ta’ IFRS tistax tkun tant qarrieqa li tkun f’kunflitt mal-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas Kunċettwali, il-maniġment jikkunsidra:

(a) 

għaliex l-objettiv tar-rapporti finanzjarji ma jinkisibx fiċ-ċirkustanzi partikulari; u

(b) 

kif iċ-ċirkustanzi tal-entità jkunu differenti minn dawk ta’ entitajiet oħrajn li jikkonformaw mar-rekwiżit. Jekk entitajiet oħrajn f’ċirkustanzi simili jikkonformaw mar-rekwiżit, ikun hemm suppożizzjoni konfutabbli li l-konformità tal-entità mar-rekwiżit ma tkunx tant qarrieqa li tkun f’kunflitt mal-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas Kunċettwali.

Negozju avvjat

25   Meta jipprepara r-rapporti finanzjarji, il-maniġment għandu jagħmel valutazzjoni tal-kapaċità ta’ entità li tkompli bħala negozju avvjat. Entità għandha tipprepara rapporti finanzjarji fuq bażi ta’ negozju avvjat ħlief jekk il-maniġment għandu l-intenzjoni li jillikwida l-entità jew iwaqqaf in-negozju, jew ma jkollu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel hekk. Meta l-maniġment ikun konxju, meta jkun qed jagħmel il-valutazzjoni tiegħu, ta’ inċertezzi materjali marbuta ma’ eventi jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubji sinifikanti fuq il-ħila tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat, l-entità għandha tiddivulga dawk l-inċertezzi. Meta entità ma tippreparax rapporti finanzjarji fuq bażi ta’ negozju avvjat, din għandha tiddivulga dak il-fatt, flimkien mal-bażi li fuqha ppreparat ir-rapporti finanzjarji u r-raġuni għaliex l-entità ma tkunx meqjusa bħala negozju avvjat.

26 Fil-valutazzjoni ta’ jekk il-preżunzjoni ta’ negozju avvjat hijiex xierqa, il-maniġment jikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-futur, li jkun tal-inqas, iżda mhux limitat għal, tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Il-livell ta’ konsiderazzjoni jiddependi fuq il-fatti f’kull każ. Meta entità jkollha storja ta’ operazzjonijiet li jkunu ħallew profitt u aċċess immedjat għal riżorsi finanzjarji, l-entità tista’ tasal għal konklużjoni li l-kontabbiltà fuq il-bażi ta’ negozju avvjat hija xierqa, mingħajr ma tidħol f’analiżi dettaljata. F’każijiet oħra, il-maniġment jista’ jkollu jikkunsidra firxa wiesgħa ta’ fatturi marbuta mal-profitabbiltà kurrenti u mistennija, l-iskedi ta’ ripagament ta’ djun u sorsi potenzjali ta’ finanzjament alternattiv qabel ma jkun jista’ jikkonvinċi ruħu li l-bażi tan-negozju avvjat hija xierqa.

Kontabbiltà fuq il-bażi tad-dovuti

27   Entità għandha tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha, ħlief għall-informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus, billi tuża l-kontabbiltà fuq il-bażi tad-dovuti.

28 Meta tintuża l-kontabbiltà fuq il-bażi tad-dovuti, entità tirrikonoxxi l-entrati bħala assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż (l-elementi tar-rapporti finanzjarji) meta dawn jissodisfaw id-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għal dawk l-elementi li hemm fil-Qafas Kunċettwali.

Materjalità u aggregazzjoni

29   Entità għandha tippreżenta separatament kull klassi materjali ta’ entrati simili. Entità għandha tippreżenta separatament entrati ta’ natura jew funzjoni mhux simili, ħlief jekk dawn ikunu immaterjali.

30 Ir-rapporti finanzjarji jirriżultaw mill-ipproċessar ta' għadd kbir ta' tranżazzjonijiet jew eventi oħrajn aggregati fi klassijiet skont in-natura jew il-funzjoni tagħhom. Il-fażi finali fil-proċess ta’ aggregazzjoni u klassifikazzjoni hija l-preżentazzjoni ta’ data kkondensata u kklassifikata, li tifforma l-entrati f’linja fir-rapporti finanzjarji. Jekk entrata f’linja ma tkunx individwalment materjali, din tkun aggregata ma’ entrati oħra f’dawk ir-rapporti jew fin-noti. Entrata li ma tkunx materjali biżżejjed biex tiġġustifika preżentazzjoni separata f’dawk ir-rapporti tista’ tiġġustifika preżentazzjoni separata fin-noti.

30A Meta tapplika dan u IFRSs oħra, entità għandha tiddeċiedi, wara li tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, kif taggrega l-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji, inkluż in-noti. Entità ma għandhiex tnaqqas il-komprensibbiltà tar-rapporti finanzjarji tagħha billi toskura informazzjoni materjali b’informazzjoni immaterjali jew billi taggrega entrati materjali li għandhom natura jew funzjonijiet differenti.

31 Ċerti IFRSs jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji, li jinkludu n-noti. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi divulgazzjoni speċifika meħtieġa minn IFRS jekk l-informazzjoni li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma tkunx materjali. Dan huwa l-każ anki jekk l-IFRS ikun fih lista ta’ rekwiżiti speċifiċi jew jiddeskrivihom bħala rekwiżiti minimi. Entità għandha tqis ukoll jekk tipprovdix divulgazzjonijiet addizzjonali fejn il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-IFRSs ma tkunx biżżejjed biex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu l-impatt ta’ tranżazzjonijiet partikulari, jew ta’ eventi u kundizzjonijiet oħrajn, fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

Tpaċija

32   Entità ma għandhiex tpaċi assi u obbligazzjonijiet jew introjtu u spejjeż, ħlief jekk meħtieġ jew permess minn IFRS.

33 Entità tirrapporta separatament kemm assi kif ukoll obbligazzjonijiet, u introjtu u spejjeż. Meta ssir tpaċija fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv jew f’dak tal-pożizzjoni finanzjarja, ħlief meta t-tpaċija tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew event ieħor, din ittellef mill-kapaċità tal-utenti kemm biex jifhmu t-tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħrajn li seħħew, kif ukoll biex jivvalutaw il-flussi futuri ta’ flus tal-entità. Meta l-kejl tal-assi jsir nett minn provvedimenti ta’ valwazzjoni — pereżempju, provvedimenti għall-obsolexxenza ta’ inventarji u provvedimenti għal djun dubjużi ta’ riċevibbli – dan mhux meqjus bħala tpaċija.

34 L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi jeħtieġ li entità tkejjel id-dħul minn kuntratti mal-konsumaturi fl-ammont ta' korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda. Pereżempju, l-ammont ta’ dħul rikonoxxut jirrifletti kwalunkwe skont kummerċjali u ribassi tal-volum li tippermetti l-entità. Matul il-kors tal-attivitajiet normali tagħha, entità tagħmel tranżazzjonijiet oħrajn li ma jiġġenerawx dħul iżda li huma inċidentali għall-attivitajiet prinċipali ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul. Entità tippreżenta r-riżultati ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, meta din il-preżentazzjoni tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew event ieħor, billi tnaqqas mill-introjtu dawk l-ispejjeż marbuta mal-istess tranżazzjoni. Pereżempju:

(a) 

entità tippreżenta l-qligħ u t-telf fuq id-disponiment ta' assi mhux kurrenti, inklużi investimenti u assi operatorji, billi tnaqqas mill-ammont ta' korrispettiv fuq id-disponiment l-ammont riportat tal-assi u l-ispejjeż tal-bejgħ relatati; u

(b) 

entità tista’ tnaqqas in-nefqa marbuta ma’ provvediment li jkun rikonoxxut f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti u mħallas lura skont arranġament kuntrattwali ma’ parti terza (pereżempju, ftehim ta’ garanzija ma’ fornitur), billi taqtgħu kontra r-rimborż relatat.

35 Barra minn dan, entità tippreżenta fuq bażi netta l-qligħ u t-telf li joriġina minn grupp ta’ tranżazzjonijiet simili, pereżempju, qligħ u telf mill-kambju jew qligħ u telf minn strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju. Madankollu, entità tippreżenta dan il-qligħ u telf separatament jekk ikun materjali.

Frekwenza tar-rapportar

36   Entità għandha tippreżenta sett komplet ta’ rapporti finanzjarji (inkluża informazzjoni komparattiva) mill-inqas darba f’sena. Meta entità tibdel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tagħha u tippreżenta rapporti finanzjarji għal perjodu itwal jew iqsar minn sena, l-entità għandha tiddivulga, apparti l-perjodu kopert mir-rapporti finanzjarji:

(a) 

ir-raġuni għaliex intuża perjodu itwal jew iqsar; u

(b) 

il-fatt li l-ammonti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji mhumiex komparabbli għalkollox.

37 Normalment, entità tipprepara rapporti finanzjarji konsistentement għal perjodu ta’ sena. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, xi entitajiet jippreferu jirrapportaw, pereżempju, għal perjodu ta’ 52 ġimgħa. Dan l-Istandard ma jipprekludix din il-prattika.

Informazzjoni komparattiva

Informazzjoni komparattiva minima

38   Ħlief meta l-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu mod ieħor, entità għandha tippreżenta informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu ta’ qabel għall-ammonti kollha rrapportati fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti. Entità għandha tinkludi informazzjoni komparattiva għall-informazzjoni narrattiva u deskrittiva jekk din tkun rilevanti għall-fehim tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti.

38A   Entità għandha tippreżenta, bħala minimu, żewġ rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, żewġ rapporti separati tal-profitt jew telf (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità, u noti relatati.

38B F’ċerti każijiet, l-informazzjoni narrattiva pprovduta fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu/i preċedenti tibqa’ rilevanti fil-perjodu kurrenti. Pereżempju, entità tiddivulga fil-perjodu kurrenti d-dettalji ta’ tilwima ġuridika, li l-eżitu tagħha kien inċert fi tmiem il-perjodu preċedenti u li għadha trid tiġi solvuta. L-utenti jistgħu jibbenefikaw mid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni li l-inċertezza kienet teżisti fi tmiem il-perjodu preċedenti u mid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu matul dak il-perjodu biex tiġi solvuta dik l-inċertezza.

Informazzjoni komparattiva addizzjonali

38C Entità tista’ tippreżenta informazzjoni komparattiva minbarra r-rapporti finanzjarji komparattivi minimi meħtieġa mill-IFRSs, sakemm dik l-informazzjoni tkun ippreparata f’konformità mal-IFRSs. Din l-informazzjoni komparattiva tista’ tikkonsisti f’rapport wieħed jew aktar imsemmija fil-paragrafu 10, iżda ma għandhiex għalfejn tinkludi sett komplet ta’ rapporti finanzjarji. Meta dan ikun il-każ, l-entità għandha tippreżenta informazzjoni relatata f’nota għal dawk ir-rapporti addizzjonali.

38D Pereżempju, entità tista’ tippreżenta t-tielet rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv (u għaldaqstant tippreżenta l-perjodu kurrenti, il-perjodu preċedenti u perjodu komparattiv addizzjonali wieħed). Madankollu, l-entità mhijiex meħtieġa tippreżenta t-tielet rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, it-tielet rapport tal-flussi ta’ flus jew it-tielet rapport tal-bidliet fl-ekwità (jiġifieri rapport finanzjarju komparattiv addizzjonali). L-entità hija meħtieġa tippreżenta, fin-noti għar-rapporti finanzjarji, l-informazzjoni komparattiva relatata ma’ dak ir-rapport addizzjonali tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv.

39-40 [Imħassra]

Bidla fil-politika tal-kontabbiltà, ridikjarazzjoni retrospettiva jew riklassifikazzjoni

40A   Entità għandha tippreżenta t-tielet rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti apparti r-rapporti finanzjarji komparattivi minimi meħtieġa fil-paragrafu 38A jekk:

(a) 

tapplika politika tal-kontabbiltà b'mod retrospettiv, tagħmel ridikjarazzjoni retrospettivi tal-entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha jew tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha; u

(b) 

l-applikazzjoni retrospettiva, ir-ridikjarazzjoni retrospettiva jew ir-riklassifikazzjoni jkollha effett materjali fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti.

40B Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 40A, entità għandha tippreżenta tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja:

(a) 

fit-tmiem tal-perjodu kurrenti;

(b) 

fit-tmiem tal-perjodu preċedenti; u

(c) 

fil-bidu tal-perjodu preċedenti.

40C Meta entità tkun meħtieġa tippreżenta rapport addizzjonali tal-pożizzjoni finanzjarja f’konformità mal-paragrafu 40A, din trid tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 41-44 u l-IAS 8. Madankollu, ma għandhiex għalfejn tippreżenta n-noti relatati mar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ fil-bidu tal-perjodu preċedenti.

40D Id-data ta’ dak ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għandha tkun fil-bidu tal-perjodu preċedenti irrispettivament minn jekk ir-rapporti finanzjarji ta’ entità jippreżentawx informazzjoni komparattiva għal perjodi aktar bikrin (kif permess fil-paragrafu 38C).

41   Jekk entità tibdel il-preżentazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, din għandha tirriklassifika ammonti komparattivi, sakemm ir-riklassifikazzjoni ma tkunx imprattikabbli. Meta entità tirriklassifika ammonti komparattivi, din għandha tiddivulga (inkluż fil-bidu tal-perjodu preċedenti):

(a) 

in-natura tar-riklassifikazzjoni;

(b) 

l-ammont ta’ kull entrata jew klassi ta’ entrati li huma riklassifikati; u

(c) 

ir-raġuni għar-riklassifikazzjoni.

42   Meta jkun imprattikabbli li ssir riklassifikazzjoni ta’ ammonti komparattivi, entità għandha tiddivulga:

(a) 

ir-raġuni għaliex ma għamlitx riklassifikazzjoni tal-ammonti; u

(b) 

in-natura tal-aġġustamenti li kienu jsiru li kieku l-ammonti ġew riklassifikati.

43 It-titjib fil-komparabbiltà tal-informazzjoni bejn perjodu u ieħor tgħin lill-utenti jieħdu deċiżjonijiet ekonomiċi, speċjalment billi tippermettilhom jivvalutaw ix-xejriet fl-informazzjoni finanzjarja għal skopijiet ta’ previżjoni. F’ċerti każijiet, huwa imprattikabbli li l-informazzjoni komparattiva tkun riklassifikata għal perjodu preċedenti partikulari biex tinkiseb komparabbiltà mal-perjodu kurrenti. Pereżempju, entità tista’ ma tkunx ġabret id-data fil-perjodu/i preċedenti b’mod li jippermetti r-riklassifikazzjoni, u jista’ jkun imprattikabbli li l-informazzjoni terġa’ tinħoloq.

44 L-IAS 8 jiddeskrivi l-aġġustamenti meħtieġa għall-informazzjoni komparattiva meta entità tibdel xi politika tal-kontabbiltà jew tikkoreġi xi errur.

Konsistenza tal-preżentazzjoni

45   Entità għandha żżomm il-preżentazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji minn perjodu għall-ieħor ħlief jekk:

(a) 

ikun evidenti, wara bidla sinifikanti fin-natura tal-operazzjonijiet tal-entità jew wara rieżami tar-rapporti finanzjarji tagħha, li preżentazzjoni jew klassifikazzjoni oħra tkun aktar xierqa, fir-rigward tal-kriterji għall-għażla u l-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà fl-IAS 8; jew

(b) 

ikun hemm IFRS li jeħtieġ bidla fil-preżentazzjoni.

46 Pereżempju, akkwiżizzjoni jew disponiment sinifikanti, jew rieżami tal-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji, jistgħu jissuġġerixxu li r-rapporti finanzjarji jeħtieġu li jkunu ppreżentati b’mod differenti. Entità tibdel il-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha biss jekk il-preżentazzjoni mibdula tipprovdi informazzjoni li tkun affidabbli u aktar rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji, u jekk l-istruttura riveduta aktarx li se titkompla, biex b’hekk il-komparabbiltà ma tkunx indebolita. Meta tagħmel bidliet bħal dawn fil-preżentazzjoni, entità tirriklassifika l-informazzjoni komparattiva tagħha f’konformità mal-paragrafi 41 u 42.

STRUTTURA U KONTENUT

Introduzzjoni

47 Dan l-Istandard jirrikjedi divulgazzjonijiet partikulari fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, jew fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità, u jirrikjedi divulgazzjoni ta’ entrati f’linja oħrajn f’dawk ir-rapporti jew fin-noti. L-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus jiddeskrivi r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus.

48 Dan l-Istandard xi kultant juża t-terminu “divulgazzjoni” f’sens wiesa’, li jiġbor fih entrati ppreżentati fir-rapporti finanzjarji. Id-divulgazzjonijiet huma meħtieġa wkoll minn IFRSs oħrajn. Ħlief jekk speċifikat bil-kontra xi mkien ieħor f’dan l-Istandard jew f’IFRS ieħor, dawn id-divulgazzjonijiet jistgħu jsiru fir-rapporti finanzjarji.

Identifikazzjoni tar-rapporti finanzjarji

49   Entità għandha tidentifika b’mod ċar ir-rapporti finanzjarji u tiddistingwihom minn informazzjoni oħra fl-istess dokument ippubblikat.

50 L-IFRSs japplikaw biss għar-rapporti finanzjarji, u mhux neċessarjament għal informazzjoni oħra ppreżentata f’rapport annwali, f’sottomissjoni regolatorja, jew f’dokument ieħor. Għaldaqstant, huwa importanti li l-utenti jkunu jistgħu jiddistingwu l-informazzjoni li tiġi ppreparata bl-użu tal-IFRSs minn informazzjoni oħra li tista’ tkun utli għall-utenti iżda li ma tkunx is-suġġett ta’ dawk ir-rekwiżiti.

51   Entità għandha tidentifika b’mod ċar kull rapport finanzjarju u n-noti. Barra minn hekk, entità għandha turi b’mod prominenti l-informazzjoni li ġejja, u tirrepetiha meta jkun meħtieġ biex l-informazzjoni ppreżentata tkun tiftiehem:

(a) 

l-isem tal-entità relatriċi jew mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, u kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni mit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar preċedenti;

(b) 

jekk ir-rapporti finanzjarji humiex ta’ entità individwali jew ta’ grupp ta’ entitajiet;

(c) 

id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar jew il-perjodu kopert mis-sett ta’ rapporti finanzjarji jew in-noti;

(d) 

il-munita tal-preżentazzjoni, kif definita fl-IAS 21; u

(e) 

il-livell ta’ arrotondament użat fil-preżentazzjoni tal-ammonti fir-rapporti finanzjarji.

52 Entità tissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 51 billi tippreżenta intestaturi adattati għall-paġni, rapporti, noti, kolonni u affarijiet simili. Hemm bżonn ta’ ġudizzju biex ikun determinat l-aħjar mod kif tiġi ppreżentata informazzjoni bħal din. Pereżempju, meta entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji b’mod elettroniku, mhux dejjem jintużaw paġni separati; entità għalhekk tippreżenta l-entrati hawn fuq imsemmija biex tiżgura li l-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tista’ tinftiehem sew.

53 Entità ta’ spiss tagħmel ir-rapporti finanzjarji jinftiehmu aħjar billi tippreżenta l-informazzjoni f’unitajiet ta’ eluf jew miljuni tal-munita tal-preżentazzjoni. Dan huwa aċċettabbli sakemm l-entità tiddivulga l-livell ta’ arrotondament u ma tħallix barra informazzjoni materjali.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

54   Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għandu jinkludi entrati f’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:

(a) 

proprjetà, impjanti u tagħmir;

(b) 

proprjetà għall-investiment;

(c) 

assi intanġibbli;

(d) 

assi finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (e), (h) u (i));

(da) 

portafolji ta’ kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 li huma assi, diżaggregati kif meħtieġ mill-paragrafu 78 tal-IFRS 17;

(e) 

investimenti kontabbilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità;

(f) 

assi bijoloġiċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura;

(g) 

inventarji;

(h) 

riċevibbli tan-negozju u riċevibbli oħrajn;

(i) 

flus u ekwivalenti ta’ flus;

(j) 

it-total ta’ assi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ u assi inklużi fi gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u għal Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx;

(k) 

pagabbli tan-negozju u pagabbli oħrajn;

(l) 

provvedimenti;

(m) 

obbligazzjonijiet finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (k) u (l));

(ma) 

portafolji ta’ kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 li huma obbligazzjonijiet, diżaggregati kif meħtieġ mill-paragrafu 78 tal-IFRS 17;

(n) 

obbligazzjonijiet u assi għat-taxxa kurrenti, kif definiti fl-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu;

(o) 

obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u assi ta’ taxxa differita, kif definiti fl-IAS 12;

(p) 

obbligazzjonijiet inklużi fi gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5;

(q) 

interessi nonkontrollanti, ippreżentati fi ħdan l-ekwità; u

(r) 

kapital maħruġ u riżervi attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija omm.

55   Entità għandha tippreżenta entrati f’linja addizzjonali (inkluż bid-diżaggregazzjoni tal-entrati f’linja elenkati fil-paragrafu 54), intestaturi u subtotali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

55A Meta entità tippreżenta subtotali f’konformità mal-paragrafu 55, dawk is-subtotali għandhom:

(a) 

ikunu jikkonsistu f’entrati f’linja magħmula minn ammonti rikonoxxuti u mkejla f’konformità mal-IFRS;

(b) 

ikunu ppreżentati u mmarkati b’mod li l-entrati f’linja li jikkostitwixxu s-subtotal ikunu ċari u jinftiehmu;

(c) 

ikunu konsistenti minn perjodu għal ieħor, f’konformità mal-paragrafu 45; u

(d) 

ma jintwerewx b’aktar prominenza mis-subtotali u t-totali meħtieġa fl-IFRS għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

56   Meta entità tippreżenta assi kurrenti u mhux kurrenti, u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, din ma għandhiex tikklassifika assi (obbligazzjonijiet) ta’ taxxa differita bħala assi (obbligazzjonijiet) kurrenti.

57 Dan l-Istandard ma jippreskrivix l-ordni jew il-format li bihom entità tippreżenta l-entrati. Il-paragrafu 54 sempliċement jelenka entrati li huma differenti biżżejjed fin-natura jew fil-funzjoni li jiġġustifikaw preżentazzjoni separata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Barra minn hekk:

(a) 

entrati f’linja huma inklużi meta d-daqs, in-natura jew il-funzjoni ta’ entrata jew tal-aggregazzjoni ta’ entrati simili tkun tali li preżentazzjoni separata tkun rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità; u

(b) 

id-deskrizzjonijiet użati u l-ordni tal-entrati jew aggregazzjoni ta’ entrati simili jistgħu jiġu emendati skont in-natura tal-entità u tat-tranżazzjonijiet tagħha, biex jipprovdu informazzjoni li tkun rilevanti biex tiftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista’ temenda d-deskrizzjonijiet ta’ hawn fuq biex tipprovdi informazzjoni li tkun rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ istituzzjoni finanzjarja.

58 Entità tiġġudika jekk tippreżentax entrati addizzjonali separatament fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’:

(a) 

in-natura u l-likwidità tal-assi;

(b) 

il-funzjoni tal-assi fl-entità; u

(c) 

l-ammonti, in-natura u t-twaqqit tal-obbligazzjonijiet.

59 L-użu ta’ bażijiet tal-kejl differenti għal klassijiet differenti ta’ assi jissuġġerixxi li n-natura jew il-funzjoni tagħhom hija differenti, u għaldaqstant, li entità tippreżentahom bħala entrati f’linja separati. Pereżempju, klassijiet ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir differenti jistgħu jiġu riportati skont il-kost jew f’ammonti rivalwati f’konformità mal-IAS 16.

Distinzjoni bejn kurrenti u mhux kurrenti

▼M3

60   Entità għandha tippreżenta assi kurrenti u mhux kurrenti, u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha skont il-paragrafi 66-76B ħlief meta preżentazzjoni bbażata fuq il-likwidità tipprovdi informazzjoni li hija affidabbli u aktar rilevanti. Meta tapplika dik l-eċċezzjoni, entità għandha tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha f’ordni ta’ likwidità.

▼B

61   Irrispettivament mill-metodu ta’ preżentazzjoni adottat, entità għandha tiddivulga l-ammont mistenni li jkun irkuprat jew saldat wara iktar minn tnax-il xahar għal kull entrata f’linja ta’ assi u obbligazzjoni li tikkombina l-ammonti mistennija li jkunu rkuprati jew saldati kif ġej:

(a) 

mhux iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar, u

(b) 

iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

62 Meta entità tipprovdi oġġetti jew servizzi f’ċiklu operatorju li jkun identifikabbli b’mod ċar, il-klassifikazzjoni separata ta’ assi u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tipprovdi informazzjoni utli billi tagħmel distinzjoni bejn l-assi netti li jiċċirkolaw kontinwament bħala kapital operatorju u dawk użati f’operazzjonijiet fit-tul tal-entità. Turi biċ-ċar ukoll liema huma dawk l-assi li huma mistennija li jkunu realizzati matul iċ-ċiklu operatorju kurrenti, u dawk l-obbligazzjonijiet li mistennija jkunu saldati matul l-istess perjodu.

63 Għal xi entitajiet, bħal istituzzjonijiet finanzjarji, preżentazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet f’ordni tiela’ jew nieżla tal-likwidità tipprovdi informazzjoni li hija affidabbli u iktar rilevanti minn preżentazzjoni kurrenti/mhux kurrenti minħabba li l-entità ma tkunx tipprovdi prodotti jew servizzi matul ċiklu operatorju li huwa identifikabbli b’mod ċar.

64 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 60, entità għandha permess li tippreżenta xi wħud mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha billi tuża klassifikazzjoni kurrenti/mhux kurrenti u oħrajn f’ordni ta’ likwidità, meta dan jipprovdi informazzjoni affidabbli u iktar rilevanti. Il-bżonn ta’ bażi mħallta ta’ preżentazzjoni jista’ jinqala’ meta entità jkollha operazzjonijiet differenti.

65 Informazzjoni dwar id-dati mistennija tar-realizzazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet hija utli fil-valutazzjoni tal-likwidità u tas-solvenza ta’ entità. L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet jirrikjedi d-divulgazzjoni tad-dati ta’ maturità tal-assi finanzjarji u tal-obbligazzjonijiet finanzjarji. L-assi finanzjarji jinkludu riċevibbli tan-negozju u riċevibbli oħrajn, u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jinkludu pagabbli tan-negozju u pagabbli oħrajn. Informazzjoni dwar id-data mistennija tal-irkuprar ta’ assi nonmonetarji bħalma huma inventarji, u d-data mistennija tas-saldu tal-obbligazzjonijiet bħalma huma provvedimenti, hija utli wkoll, kemm jekk l-assi u l-obbligazzjonijiet ikunu kklassifikati bħala kurrenti kif ukoll bħala mhux kurrenti. Pereżempju, entità tiddivulga l-ammont ta’ inventarji li huma mistennija li jkunu rkuprati iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

Assi kurrenti

66   Entità għandha tikklassifika assi bħala kurrenti meta:

(a) 

tistenna li tirrealizza l-assi, jew għandha l-intenzjoni li tbigħu jew tikkonsmah, fiċ-ċiklu operatorju normali tagħha;

(b) 

iżżomm l-assi primarjament bl-iskop li tinnegozjah;

(c) 

tistenna li tirrealizza l-assi fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rappuortar; jew

(d) 

l-assi jkun flus jew ekwivalenti ta’ flus (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk l-assi jkun ristrett milli jkun skambjat jew użat biex isir saldu ta’ obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

Entità għandha tikklassifika l-assi l-oħrajn kollha bħala mhux kurrenti.

67 Dan l-Istandard juża t-terminu “mhux kurrenti” biex jinkludi assi tanġibbli, intanġibbli u finanzjarji li n-natura tagħhom tkun fit-tul. Dan ma jipprojbix l-użu ta’ deskrizzjonijiet alternattivi sakemm is-sinifikat ikun ċar.

68 Iċ-ċiklu operatorju ta' entità huwa ż-żmien mill-akkwist ta' assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta' flus. Meta ċ-ċiklu operatorju normali tal-entità ma jkunx identifikabbli b’mod ċar, is-suppożizzjoni hi li t-tul tiegħu hu ta’ 12-il xahar. L-assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u riċevibbli tan-negozju) li jinbiegħu, jiġu kkunsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu operatorju normali, anki meta ma jkunux mistennija li se jiġu realizzati sa 12-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar. Assi kurrenti jinkludu wkoll assi miżmuma primarjament għall-iskop ta’ negozjar (eżempji jinkludu xi assi finanzjarji li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9) u s-sehem kurrenti ta’ assi finanzjarji mhux kurrenti.

Obbligazzjonijiet kurrenti

▼M3

69   Entità għandha tikklassifika obbligazzjoni bħala kurrenti meta:

(a) 

tkun mistennija li ssalda l-obbligazzjoni fiċ-ċiklu operattiv normali tagħha;

(b) 

tkun qed iżżomm l-obbligazzjoni primarjament għall-iskop ta’ negozju;

(c) 

l-obbligazzjoni tkun dovuta li tiġi saldata fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar; jew

(d) 

ma jkollhiex id-dritt fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar li tipposponi s-saldu tal-obligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

Entità għandha tikklassifika l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha bħala mhux kurrenti.

▼M3

Ċiklu operatorju normali (il-paragrafu 69(a))

▼B

70 Ċerti obbligazzjonijiet kurrenti, bħal pagabbli tan-negozju u xi dovuti għall-kostijiet tal-impjegati u kostijiet operatorji oħrajn, huma parti mill-kapital operatorju li jintuża fiċ-ċiklu operatorju normali tal-entità. Entità tikklassifika dawn l-entrati operatorji bħala obbligazzjonijiet kurrenti, anki jekk ikunu dovuti li jiġu saldati iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar. L-istess ċiklu operatorju normali japplika għall-klassifikazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta’ entità. Meta ċ-ċiklu operatorju normali tal-entità ma jkunx identifikabbli b’mod ċar, is-suppożizzjoni hi li t-tul tiegħu hu ta’ tnax-il xahar.

▼M3

Jinżamm primarjament għall-fini ta’ negozjar (il-paragrafu 69(b)) jew li għandu jiġi saldat fi żmien tnax-il xahar (il-paragrafu 69(c))

▼M3

71 Obbligazzjonijiet kurrenti oħra ma jiġux saldati bħala parti miċ-ċiklu operattiv normali, iżda huma dovuti li jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar jew li jinżammu primarjament għall fini ta’ negozjar. Eżempji huma xi obbligazzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9, self kurrenti bankarji, u s-sehem kurrenti ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividendi pagabbli, taxxi fuq l-introjtu u ammonti pagabbli oħra mhux tan-negozjar. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament fit-tul (i.e. mhumiex parti mill-kapital operatorju użat fiċ-ċiklu operatorju normali tal-entità) u li mhumiex dovuti li jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar, huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, soġġetti għall-paragrafi 72 A–75.

▼B

72 Entità tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha bħala kurrenti meta dawn iridu jiġu saldati sa tnax-il xahar mill-perjodu ta’ rapportar, anki jekk:

(a) 

it-terminu oriġinali kien ta’ perjodu itwal minn tnax-il xahar; u

(b) 

ikun intlaħaq ftehim għal rifinanzjament, jew biex il-pagamenti jiġu skedati mill-ġdid, fuq bażi fit-tul, wara l-perjodu ta’ rapportar u qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ.

▼M3

Dritt għal diferiment għal mill-inqas tnax-il xahar (il-paragrafu 69(d))

72A Id-dritt ta’ entità li tipposponi s-saldu ta’ obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar irid ikollu sustanza u, kif muri fil-paragrafi 72B–75, għandu jkun jeżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

72B Id-dritt ta’ entità li tiddifferixxi s-saldu ta’ obbligazzjoni li tirriżulta minn arranġament ta’ self għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar jista’ jkun soġġett għall-konformità tal-entità mal-kundizzjonijiet speċifikati f’dak l-arranġament ta’ self (minn hawn ’il quddiem imsejħa “patti”). Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 69(d), tali patti:

(a) 

jaffettwaw jekk dak id-dritt ikunx jeżisti fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar — kif muri fil-paragrafi 74–75 — jekk entità tkun meħtieġa tikkonforma mal-patt fi jew qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Patt bħal dan jaffettwa jekk id-dritt ikunx jeżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar anki jekk il-konformità mal-patt tiġi vvalutata biss wara l-perjodu ta’ rapportar (pereżempju, patt ibbażat fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar iżda vvalutat għall-konformità biss wara l-perjodu ta’ rapportar);

(b) 

ma jaffettwawx jekk dak id-dritt ikunx jeżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jekk entità tkun meħtieġa tikkonforma mal-patt biss wara l-perjodu ta’ rapportar (pereżempju, patt ibbażat fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar).

▼M3

73 Jekk entità jkollha d-dritt, fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, li tiffinanzja mill-ġdid jew li tipposponi obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar taħt faċilità ta’ self eżistenti, din tikklassifika l-obbligazzjoni bħala mhux kurrenti, anke li kieku s-saldu kien se jkun dovut f’perjodu iqsar. Jekk l-entità ma jkollha l-ebda tali dritt, l-entità ma tikkunsidrax il-potenzjal li tiffinanzja mill-ġdid l-obbligazzjoni u tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti.

74 Meta entità tikser patt ta’ arranġament ta’ self fiss fit-tul matul jew qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar bil-konsegwenza li l-obbligazzjoni tiġi pagabbli malli tintalab, l-entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti, anke jekk min sellef ikun aċċetta, wara l-perjodu ta’ rapportar u qabel l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, li ma jitlobx ħlas bħala konsegwenza tal-ksur. Entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti minħabba li, fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, ma jkollhiex dritt li tipposponi s-saldu għal mill-inqas tnax-il xahar wara dik id-data.

▼B

75 Madankollu, entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala mhux kurrenti jekk il-mutwanti jkun aċċetta, sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, li jipprovdi perjodu ta’ konċessjoni li jintemm mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar, li fih l-entità tkun tista’ tirrettifika l-ksur u li matulu l-mutwanti ma jistax jitlob ripagament immedjat.

▼M3

75A Klassifikazzjoni ta’ obbligazzjoni mhijiex affettwata mill-possibbiltà li l-entità teżerċita d-dritt li tiddifferixxi s-saldu tal-obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar. Jekk obbligazzjoni tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 69 għal klassifikazzjoni bħala mhux kurrenti, din tiġi kklassifikata bħala mhux kurrenti anke jekk il-maniġment ikun biħsiebu jew jistenna li l-entità ssalda l-obbligazzjoni fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar, jew anke jekk l-entità tħallas l-obbligazzjoni bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u d-data li fiha r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. Madankollu, f’xi waħda minn dawk iċ-ċirkostanzi, l-entità jista’ jkollha bżonn tiddivulga informazzjoni dwar iż-żmien tas-saldu biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha li jifhmu l-impatt tal-obbligazzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità (ara l-paragrafi 17(c) u 76(d)).

▼M3

76 F’dak li jirrigwarda self fiss ikklassifikat bħala obbligazzjonijiet kurrenti, jekk dawn l-avvenimenti li ġejjin iseħħu bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u d-data li fiha r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, dawk l-avvenimenti jkunu żvelati bħala avvenimenti li ma jirrikjedux aġġustament b’konformità mal-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu ta’ Rapportar:

(a) 

rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien twil ta’ obbligazzjoni kklassifikata bħala kurrenti (ara l-paragrafu 72);

(b) 

rettifika ta’ ksur ta’ arranġament ta’ self għal żmien twil ikklassifikat bħala kurrenti (ara l-paragrafu 74);

(c) 

l-għoti mis-sellief ta’ perjodu ta’ grazzja li jirrettifika ksur ta’ arranġament ta’ self għal perjodu fit-tul ikklassifikat bħala kurrenti (ara l-paragrafu 75); kif ukoll

(d) 

saldu ta’ obbligazzjoni kklassifikata bħala mhux kurrenti (ara l-paragrafu 75 A).

▼M3

76ZA   Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 69–75, entità tista’ tikklassifika obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ self bħala mhux kurrenti meta d-dritt tal-entità li tiddifferixxi s-saldu ta’ dawk l-obbligazzjonijiet ikun soġġett għal li l-entità tikkonforma ma’ patti fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar (ara l-paragrafu 72B(b)). F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-entità għandha tiddivulga informazzjoni fin-noti li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu r-riskju li l-obbligazzjonijiet jistgħu jsiru ripagabbli fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapportar, inklużi:

(a) 

informazzjoni dwar il-patti (inkluża n-natura tal-patti u meta l-entità tkun meħtieġa tikkonforma magħhom) u l-ammont riportat ta’ obbligazzjonijiet relatati.

(b) 

fatti u ċirkostanzi, jekk ikun hemm, li jindikaw li l-entità jista’ jkollha diffikultà biex tikkonforma mal-patti — pereżempju, l-entità tkun aġixxiet matul jew wara l-perjodu ta’ rapportar biex tevita jew timmitiga ksur potenzjali. Tali fatti u ċirkostanzi jistgħu jinkludu wkoll il-fatt li l-entità ma kinitx tikkonforma mal-patti li kieku kellha tiġi vvalutata għall-konformità abbażi taċ-ċirkostanzi tal-entità fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

Saldu (paragrafi 69(a), 69(c) u 69(d))

76A   Għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-obbligazzjoni bħala kurrenti jew mhux kurrenti, saldu jirreferi għal trasferiment għall-kontroparti li twassal għall-estinzjoni tal-obbligazzjoni. It-trasferiment jista’ jkun ta’:

(a) 

flus jew riżorsi ekonomiċi oħra — pereżempju, oġġetti jew servizzi; jew

(b) 

l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess, sakemm ma japplikax il-paragrafu 76B.

76B   Termini ta’ obbligazzjoni li jistgħu, skont l-għażla tal-kontroparti, jirriżultaw fir-riżoluzzjoni tagħha bit-trasferiment tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess ma jaffettwawx il-klassifikazzjoni tagħha bħala kurrenti jew mhux kurrenti jekk, bl-applikazzjoni tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Il-Preżentazzjoni, l-entità tikklassifika l-opzjoni bħala strument azzjonarju, filwaqt li tirrikonoxxiha separatament mill-obbligazzjoni bħala komponent ta’ ekwità ta’ strument finanzjarju kompost.

▼B

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti

77   Entità għandha tiddivulga, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti, subklassifikazzjonijiet addizzjonali tal-entrati f’linja ppreżentati, ikklassifikati b’mod adattat għall-operazzjonijiet tal-entità.

78 Id-dettall ipprovdut fis-subklassifikazzjonijiet jiddependi mir-rekwiżiti tal-IFRSs u mid-daqs, in-natura u l-funzjoni tal-ammonti involuti. Entità tuża wkoll il-fatturi deskritti fil-paragrafu 58 biex tiddeċiedi l-bażi ta’ subklassifikazzjoni. Id-divulgazzjonijiet ivarjaw għal kull entrata, pereżempju:

(a) 

l-entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir huma diżaggregati fi klassijiet f’konformità mal-IAS 16;

(b) 

ir-riċevibbli huma diżaggregati minn xulxin f’ammonti riċevibbli minn konsumaturi kummerċjali, riċevibbli minn partijiet relatati, prepagamenti u ammonti oħra;

(c) 

l-inventarji huma diżaggregati, f’konformità mal-IAS 2 Inventarji, fi klassifikazzjonijiet bħalma huma l-merkanzija, il-provvisti tal-produzzjoni, il-materjali, ix-xogħol fl-idejn li qiegħed jiġi prodott u l-oġġetti lesti;

(d) 

il-provvedimenti huma diżaggregati fi provedimenti għall-benefiċċji tal-impjegati u entrati oħra; u

(e) 

il-kapital u r-riżervi ta’ ekwità huma diżaggregati fi klassijiet differenti bħalma huma kapital imħallas, primjum tal-ishma u riżervi.

79   Entità għandha tiddivulga dan li ġej, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità, jew fin-noti:

(a) 

għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

(i) 

l-għadd ta’ ishma awtorizzati;

(ii) 

l-għadd ta’ ishma maħruġa u mħallsa b’mod komplet, u dawk maħruġa iżda mhux imħallsa b’mod komplet;

(iii) 

valur pari għal kull sehem, jew li l-ishma ma għandhom l-ebda valur pari;

(iv) 

rikonċiljazzjoni bejn l-għadd ta’ ishma pendenti fil-bidu u dawk fit-tmiem tal-perjodu;

(v) 

id-drittijiet, il-preferenzi u r-restrizzjonijiet marbuta ma’ dik il-klassi, inklużi r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni tad-dividendi u r-ripagament tal-kapital;

(vi) 

ishma fl-entità miżmuma mill-entità jew mis-sussidjarji jew il-kumpaniji assoċjati tagħha; u

(vii) 

ishma riżervati għall-ħruġ taħt opzjonijiet jew kuntratti għall-bejgħ ta’ ishma, inklużi t-termini u l-ammonti tagħhom; u

(b) 

deskrizzjoni tan-natura u l-iskop ta’ kull riżerva fi ħdan l-ekwità.

80   Entità mingħajr kapital azzjonarju, bħal soċjetà f’isem kollettiv jew trust, għandha tiddivulga informazzjoni ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-paragrafu 79(a), li turi l-bidliet matul il-perjodu f’kull kategorija ta’ interess ta’ ekwità, u d-drittijiet, il-preferenzi u r-restrizzjonijiet marbuta ma’ kull kategorija ta’ interess ta’ ekwità.

80A   Jekk entità tkun irriklassifikat

(a) 

strument finanzjarju puttable kklassifikat bħala strument ta’ ekwità, jew

(b) 

strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huwa kklassifikat bħala strument ta’ ekwità

bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u ekwità, din għandha tiddivulga l-ammont riklassifikat li daħal f’kull kategorija (obbligazzjonijiet finanzjarji jew ekwità) jew ħareġ minnha, u t-twaqqit u r-raġuni għal dik ir-riklassifikazzjoni.

Rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv

81A   Ir-rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv (ir-rapport tal-introjtu komprensiv) għandu jippreżenta, apparti t-taqsimiet tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv:

(a) 

il-profitt jew telf;

(b) 

it-total tal-introjtu ieħor komprensiv;

(c) 

l-introjtu komprensiv għall-perjodu, li jkun it-total tal-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv.

Jekk entità tippreżenta rapport tal-profitt jew telf separat, din ma tippreżentax it-taqsima tal-profitt jew telf fir-rapport li jippreżenta l-introjtu komprensiv.

81B   Entità għandha tippreżenta l-entrati li ġejjin, apparti t-taqsimiet tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, bħala allokazzjoni tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu:

(a) 

il-profitt jew telf għall-perjodu attribwibbli għal:

(i) 

l-interessi nonkontrollanti, u

(ii) 

is-sidien tal-kumpanija omm.

(b) 

l-introjtu komprensiv għall-perjodu attribwibbli għal:

(i) 

l-interessi nonkontrollanti, u

(ii) 

is-sidien tal-kumpanija omm.

Jekk entità tippreżenta profitt jew telf f’rapport separat, din għandha tippreżenta (a) f’dak ir-rapport.

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fit-taqsima tal-profitt jew telf jew fir-rapport tal-profitt jew telf

81  [Imħassar]

82   Apparti l-entrati meħtieġa minn IFRSs oħrajn, it-taqsima tal-profitt jew telf jew ir-rapport tal-profitt jew telf għandu jinkludi entrati f’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin għall-perjodu:

(a) 

id-dħul, u jiġi ppreżentat separatament:

(i) 

dħul mill-imgħax ikkalkulat bil-metodu tal-imgħax effettiv; u

(ii) 

id-dħul mill-assigurazzjoni (ara l-IFRS 17);

(aa) 

il-qligħ u t-telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat;

(ab) 

l-ispejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni minn kuntratti maħruġa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 (ara l-IFRS 17);

(ac) 

l-introjtu jew l-ispejjeż minn kuntratti tar-riassigurazzjoni miżmuma (ara l-IFRS 17);

(b) 

il-kostijiet tal-finanzjament;

(ba) 

it-telf minn indeboliment (inkluż riversjar ta' telf minn indeboliment jew qligħ minn indeboliment) determinat f’konformità mat-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9;

(bb) 

l-introjtu jew l-ispejjeż finanzjarji tal-assigurazzjoni minn kuntratti maħruġa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 (ara l-IFRS 17);

(bc) 

l-introjtu jew l-ispejjeż finanzjarji minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (ara l-IFRS 17);

(c) 

is-sehem tal-profitt jew telf tal-kumpaniji assoċjati u tal-impriżi konġunti kontabbilizzati skont il-metodu tal-ekwità;

(ca) 

jekk assi finanzjarju jkun riklassifikat barra mill-kategorija tal-kejl tal-kost amortizzat sabiex jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta minn differenza bejn il-kost amortizzat preċedenti tal-assi finanzjarju u l-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni (kif definit fl-IFRS 9);

(cb) 

jekk assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz ta’ kategorija tal-kejl tal-introjtu ieħor komprensiv b'tali mod li jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, kwalunkwe qligħ jew telf kumulattiv rikonoxxut qabel f'introjtu ieħor komprensiv li huwa riklassifikat għall-profitt jew telf;

(d) 

l-ispiża tat-taxxa;

(e) 

[imħassar]

(ea) 

ammont uniku għat-total tal-operazzjonijiet li ma tkomplewx (ara l-IFRS 5).

(f)–(i) 

[imħassra]

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fit-taqsima tal-introjtu ieħor komprensiv

82A   It-taqsima tal-introjtu ieħor komprensiv għandha tippreżenta l-entrati f’linja għall-ammonti għall-perjodu ta’:

(a) 

entrati ta’ introjtu ieħor komprensiv (esklużi l-ammonti fil-paragrafu (b)), ikklassifikati skont in-natura tagħhom u miġbura f’dawk li, f’konformità mal-IFRSs l-oħra:

(i) 

ma jkunux se jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf; u

(ii) 

ikunu se jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf meta l-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati.

(b) 

is-sehem tal-introjtu ieħor komprensiv tal-kumpaniji assoċjati u tal-impriżi konġunti kkontabbilizzat skont il-metodu tal-ekwità, separat fis-sehem ta’ entrati li, skont l-IFRSs l-oħra:

(i) 

ma jkunux se jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf; u

(ii) 

ikunu se jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf meta l-kondizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati.

83-84  [Imħassra]

85   Entità għandha tippreżenta entrati f’linja addizzjonali (inkluż permezz tad-diżaggregazzjoni tal-entrati f’linja elenkati fil-paragrafu 82), intestaturi u subtotali fir-rapport(i) li jippreżenta(w) (i)l-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv meta tali preżentazzjoni tkun rilevanti biex tinftiehem il-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

85A Meta entità tippreżenta subtotali f’konformità mal-paragrafu 85, dawk is-subtotali għandhom:

(a) 

ikunu jikkonsistu f’entrati f’linja magħmula minn ammonti rikonoxxuti u mkejla f’konformità mal-IFRS;

(b) 

ikunu ppreżentati u mmarkati b’mod li l-entrati f’linja li jikkostitwixxu s-subtotal ikunu ċari u jinftiehmu;

(c) 

ikunu konsistenti minn perjodu għal ieħor, f’konformità mal-paragrafu 45; u

(d) 

ma jintwerewx b’aktar prominenza mis-subtotali u t-totali meħtieġa fl-IFRS għar-rapport(i) li jippreżenta(w) il-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv.

85B Entità għandha tippreżenta l-entrati f’linja fir-rapport(i) li jippreżenta(w) il-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv li jirrikonċiljaw kwalunkwe subtotal ippreżentat f’konformità mal-paragrafu 85 mas-subtotali jew it-totali meħtieġa f’IFRS għal tali rapport(i).

86 Minħabba li l-effetti tal-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet u eventi oħra varji ta’ entità jvarjaw fil-frekwenza, fil-potenzjal għall-qligħ jew telf u fil-prevedibbiltà tagħhom, id-divulgazzjoni tal-komponenti tal-prestazzjoni finanzjarja tgħin biex l-utenti jifhmu l-prestazzjoni finanzjarja miksuba u biex isiru projezzjonijiet tal-prestazzjoni finanzjarja futura. Entità tinkludi entrati f’linja addizzjonali fir-rapport(i) li jippreżenta(w) il-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv u temenda d-deskrizzjonijiet użati u l-ordni ta’ entrati meta dan ikun meħtieġ biex jiġu spjegati l-elementi tal-prestazzjoni finanzjarja. Entità tikkunsidra fatturi li jinkludu l-materjalità u n-natura u l-funzjoni tal-entrati tal-introjtu u l-ispiża. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista’ temenda d-deskrizzjonijiet biex tipprovdi informazzjoni li tkun rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ istituzzjoni finanzjarja. Entità ma tpaċix entrati tal-introjtu u l-ispiża ħlief jekk il-kriterji fil-paragrafu 32 ikunu ssodisfati.

87   Entità ma għandha tippreżenta l-ebda entrata ta’ introjtu jew spiża bħala entrati straordinarji, fir-rapport(i) li jippreżenta(w) il-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv jew fin-noti.

Profitt jew telf għall-perjodu

88   Entità għandha tirrikonoxxi l-entrati kollha ta’ introjtu u spiża f’perjodu fi profitt jew telf ħlief jekk ikun hemm IFRS li jirrikjedi jew jippermetti mod ieħor.

89 Ċerti IFRSs jispeċifikaw ċirkustanzi meta entità tirrikonoxxi entrati partikulari ’l barra mill-profitt jew telf fil-perjodu kurrenti. L-IAS 8 jispeċifika żewġ ċirkustanzi ta’ dan it-tip: il-korrezzjoni ta’ erruri u l-effett ta’ bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà. IFRSs oħrajn jirrikjedu jew jippermettu komponenti ta’ introjtu ieħor komprensiv, li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ introjtu jew spiża li hemm fil-Qafas Kunċettwali, li jkunu esklużi mill-profitt jew telf (ara l-paragrafu 7).

Introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu

90   Entità għandha tiddivulga l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu relatat ma’ kull entrata ta’ introjtu ieħor komprensiv, inklużi aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni, fir-rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv jew fin-noti.

91 Entità tista' tippreżenta entrati ta’ introjtu ieħor komprensiv:

(a) 

netti mill-effetti relatati tat-taxxa, jew

(b) 

qabel l-effetti relatati tat-taxxa b’ammont wieħed muri għall-ammont aggregat tat-taxxa fuq l-introjtu b’rabta ma’ dawk l-entrati.

Jekk entità tagħżel l-alternattiva (b), din għandha talloka t-taxxa bejn l-entrati li jistgħu jiġu riklassifikati sussegwentement għat-taqsima tal-profitt jew telf u dawk li mhux se jiġu riklassifikati sussegwentement għat-taqsima tal-profitt jew telf.

92   Entità għandha tiddivulga l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni relatati ma’ komponenti ta’ introjtu ieħor komprensiv.

93 IFRSs oħrajn jispeċifikaw jekk ammonti li qabel kienu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv ikunux riklassifikati għal profitt jew telf, u meta. F’dan l-Istandard, dawn ir-riklassifikazzjonijiet jissejħu aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni. Aġġustament tar-riklassifikazzjoni jiġi inkluż mal-komponent relatat ta’ introjtu ieħor komprensiv fil-perjodu li fih l-aġġustament jiġi riklassifikat fi profitt jew telf. Dawn l-ammonti setgħu kienu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv bħala qligħ mhux realizzat fil-perjodu kurrenti jew fil-perjodi preċedenti. Dak il-qligħ mhux realizzat irid jitnaqqas mill-introjtu ieħor komprensiv fil-perjodu li fih il-qligħ realizzat ikun riklassifikat fi profitt jew telf biex ikun evitat li jkun inkluż darbtejn fl-introjtu komprensiv totali.

94 Entità tista’ tippreżenta aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv jew fin-noti. Entità li tkun qed tippreżenta l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni fin-noti tippreżenta l-entrati ta’ introjtu ieħor komprensiv wara kwalunkwe aġġustament tar-riklassifikazzjoni relatat.

95 Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni jinħolqu, pereżempju, mad-disponiment ta’ operazzjoni barranija (ara l-IAS 21) u meta xi fluss ta’ flus previst iħħeġġjat jaffettwa l-profitt jew telf (ara l-paragrafu 6.5.11(d) tal-IFRS 9 fir-rigward ta’ ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus).

96 Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni ma jinħolqux mill-bidliet fis-surplus tar-rivalwazzjoni rikonoxxuti f’konformità mal-IAS 16 jew l-IAS 38 jew bil-kejl mill-ġdid ta’ pjanijiet ta’ benefiċċju definit rikonoxxut f’konformità mal-IAS 19. Dawn il-komponenti huma rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv u mhumiex riklassifikati bħala profitt jew telf f’perjodu sussegwenti. Bidliet fis-surplus tar-rivalwazzjoni jistgħu jiġu trasferiti fil-qligħ imfaddal f’perjodi sussegwenti meta jintuża l-assi jew meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu (ara l-IAS 16 u l-IAS 38). F’konformità mal-IFRS 9, aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni ma jinħolqux jekk ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew il-kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta’ opzjoni (jew l-element forward ta’ kuntratt forward jew il-firxa bażi tal-munita barranija ta’ strument finanzjarju) jirriżultaw f’ammonti li jitneħħew mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew komponent separat ta’ ekwità, rispettivament, u inklużi direttament fil-kost inizjali jew ammont riportat ieħor ta’ assi jew obbligazzjoni. Dawn l-ammonti huma trasferiti direttament lil assi jew obbligazzjonijiet.

Informazzjoni li tiġi ppreżentata fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv jew fin-noti

97   Meta entrati ta’ introjtu jew spiża jkunu materjali, entità għandha tiddivulga n-natura u l-ammonti tagħhom separatament.

98 Ċirkustanzi li jistgħu jagħtu lok għad-divulgazzjoni separata ta’ entrati ta’ introjtu u spiża jinkludu:

(a) 

tniżżil fil-valur tal-inventarji għall-valur nett realizzabbli, jew ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għall-ammont rekuperabbli, kif ukoll ir-riversjar ta’ tniżżil fil-valur bħal dan;

(b) 

ristrutturar tal-attivitajiet ta’ entità u riversjar ta’ kwalunkwe provvediment għall-kostijiet tar-ristrutturar;

(c) 

disponimenti ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir;

(d) 

disponimenti ta’ investimenti;

(e) 

operazzjonijiet li ma tkomplewx;

(f) 

ftehimiet fuq tilwim; u

(g) 

riversjar ta’ provvedimenti oħrajn.

99   Entità għandha tippreżenta analiżi tal-ispejjeż rikonoxxuti fi profitt jew telf billi tuża klassifikazzjoni bbażata fuq in-natura jew fuq il-funzjoni tagħhom fl-entità, skont liema minnhom tipprovdi informazzjoni li tkun l-aktar affidabbli u l-aktar rilevanti.

100 L-entitajiet huma mħeġġa jippreżentaw l-analiżi fil-paragrafu 99 fir-rapport(i) li jippreżenta(w) il-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv.

101 L-ispejjeż huma subklassifikati biex jenfasizzaw il-komponenti tal-prestazzjoni finanzjarja li jistgħu jvarjaw f’termini ta’ frekwenza, potenzjal għall-qligħ jew telf u l-prevedibbiltà. Din l-analiżi tingħata f’waħda minn żewġ forom.

102 L-ewwel forma ta’ analiżi hija l-metodu “skont in-natura tal-ispiża”. Entità taggrega l-ispejjeż fi profitt jew telf skont in-natura tagħhom (pereżempju, deprezzament, xiri ta’ materjali, kostijiet tat-trasport, benefiċċji tal-impjegati u kostijiet tar-reklamar), u ma tirriallokahomx fost il-funzjonijiet fi ħdan l-entità. Dan il-metodu jista’ jiġi applikat b’mod sempliċi għax ma hi meħtieġa l-ebda allokazzjoni ta’ spejjeż għal klassifikazzjonijiet funzjonali. Eżempju ta’ klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tan-natura tal-ispiża huwa kif ġej:



Dħul

 

X

Introjtu ieħor

 

X

Bidliet fl-inventarji ta’ oġġetti lesti u xogħol fl-idejn

X

 

Materja prima u prodotti konsumabbli użati

X

 

Spiża tal-benefiċċji tal-impjegati

X

 

Spiża tad-deprezzament u tal-amortizzament

X

 

Spejjeż oħra

X

 

Spejjeż totali

 

(X)

Profitt qabel it-taxxa

 

X

103 It-tieni forma ta’ analiżi hija l-metodu tal-“funzjoni tal-ispiża” jew tal-“kost tal-bejgħ” li jikklassifika l-ispejjeż skont il-funzjoni tagħhom bħala parti mill-kost tal-bejgħ jew, pereżempju, il-kostijiet tad-distribuzzjoni jew tal-attivitajiet amministrattivi. Bħala minimu, entità tiddivulga l-kost tal-bejgħ tagħha skont dan il-metodu b’mod separat minn spejjeż oħrajn. Dan il-metodu jista’ jipprovdi informazzjoni iktar rilevanti lill-utenti mill-klassifikazzjoni tal-ispejjeż skont in-natura tagħhom, iżda l-allokazzjoni tal-kostijiet lill-funzjonijiet tista’ tkun teħtieġ allokazzjonijiet arbitrarji u tinvolvi eżerċizzju konsiderevoli ta’ ġudizzju. Eżempju ta’ klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tal-funzjoni tal-ispiża huwa kif ġej:



Dħul

X

Kost tal-bejgħ

(X)

Profitt gross

X

Introjtu ieħor

X

Kostijiet tad-distribuzzjoni

(X)

Spejjeż amministrattivi

(X)

Spejjeż oħra

(X)

Profitt qabel it-taxxa

X

104   Entità li tikklassifika l-ispejjeż skont il-funzjoni għandha tiddivulga informazzjoni addizzjonali dwar in-natura tal-ispejjeż, inklużi l-ispiża tad-deprezzament u tal-amortizzament u l-ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati.

105 L-għażla bejn il-metodu tal-funzjoni tal-ispiża u dak tan-natura tal-ispiża tiddependi fuq fatturi storiċi u industrijali u fuq in-natura tal-entità. Iż-żewġ metodi jipprovdu indikazzjoni ta’ dawk il-kostijiet li jistgħu jvarjaw, direttament jew indirettament, bil-livell tal-bejgħ jew tal-produzzjoni tal-entità. Minħabba li kull metodu ta’ preżentazzjoni għandu mertu għal tipi differenti ta’ entitajiet, dan l-Istandard jitlob li l-maniġment jagħżel il-preżentazzjoni li hija affidabbli u l-aktar rilevanti. Madankollu, minħabba li informazzjoni dwar in-natura tal-ispejjeż hija utli fil-previżjoni ta’ flussi futuri ta’ flus, huwa meħtieġ li ssir divulgazzjoni addizzjonali meta tintuża l-klassifikazzjoni skont il-funzjoni tal-ispiża. Fil-paragrafu 104, “benefiċċji tal-impjegati” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-IAS 19.

Rapport tal-bidliet fl-ekwità

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità

106   Entità għandha tippreżenta rapport tal-bidliet fl-ekwità kif meħtieġ mill-paragrafu 10. Ir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-introjtu komprensiv totali għall-perjodu, li juri separatament l-ammonti totali attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija omm u lill-interessi nonkontrollanti;

(b) 

għal kull komponent tal-ekwità, l-effetti ta’ applikazzjoni retrospettiva jew rirapportar retrospettiv rikonoxxuti f’konformità mal-IAS 8; u

(c) 

[imħassar]

(d) 

għal kull komponent tal-ekwità, rikonċiljazzjoni bejn l-ammont riportat fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, (bħala minimu) li tiddivulga b’mod separat bidliet li jirriżultaw minn:

(i) 

profitt jew telf;

(ii) 

introjtu ieħor komprensiv; u

(iii) 

tranżazzjonijiet ma’ sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, li juru b’mod separat il-kontribuzzjonijiet mis-sidien u d-distribuzzjonijiet lilhom u bidliet fl-interessi proprjetarji f’sussidjarji li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti

106A   Fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, entità għandha tippreżenta analiżi ta’ introjtu ieħor komprensiv skont l-entrata għal kull komponent tal-ekwità (ara l-paragrafu 106(d)(ii)).

107   Fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, entità għandha tippreżenta l-ammonti ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammont relatat ta’ dividendi għal kull sehem.

108 Fil-paragrafu 106, il-komponenti tal-ekwità jinkludu, pereżempju, kull klassi ta' ekwità kkontribwita, il-bilanċ akkumulat ta’ kull klassi ta’ introjtu ieħor komprensiv u l-qligħ imfaddal.

109 Il-bidliet fl-ekwità ta’ entità bejn il-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar jirriflettu ż-żieda jew it-tnaqqis fl-assi netti tagħha matul il-perjodu. Ħlief għal bidliet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (bħalma huma kontribuzzjonijiet ta’ ekwità, riakkwisti tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità, u dividendi) u kostijiet tat-tranżazzjoni li huma relatati direttament ma’ tranżazzjonijiet bħal dawn, il-bidla totali fl-ekwità matul perjodu tirrappreżenta l-ammont totali ta’ introjtu u spiża, inkluż qligħ u telf, iġġenerat mill-attivitajiet tal-entità matul dak il-perjodu.

110 L-IAS 8 jirrikjedi aġġustamenti retrospettivi biex isiru bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà, sakemm ikun prattikabbli, ħlief meta d-dispożizzjonijiet tranżitorji f’IFRS ieħor ikunu jitolbu mod ieħor. L-IAS 8 jirrikjedi wkoll li rirapporti li jikkoreġu erruri jsiru retrospettivament, sakemm ikun prattikabbli. Aġġustamenti retrospettivi u rirapporti retrospettivi mhumiex bidliet fl-ekwità iżda huma aġġustamenti fil-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal, ħlief meta IFRS jitlob aġġustament retrospettiv ta’ komponent ieħor tal-ekwità. Il-paragrafu 106(b) jirrikjedi divulgazzjoni fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità tal-aġġustament totali għal kull komponent tal-ekwità li jirriżulta minn bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà u, separatament, minn korrezzjonijiet ta’ erruri. Dawn l-aġġustamenti jkunu ddivulgati għal kull perjodu preċedenti u għall-bidu tal-perjodu.

Rapport tal-flussi ta’ flus

111 L-informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus tipprovdi lill-utenti tar-rapporti finanzjarji bażi biex jivvalutaw il-kapaċità li l-entità tigġenera l-flus u ekwivalenti ta’ flus, u l-bżonnijiet tal-entità biex tuża dawk il-flussi ta’ flus. L-IAS 7 jistipula r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus.

Noti

Struttura

112   In-noti għandhom:

(a) 

jippreżentaw informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u tal-politiki tal-kontabbiltà speċifiċi użata f’konformità mal-paragrafi 117-124;

(b) 

jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRSs li ma tkun ippreżentata mkien ieħor fir-rapporti finanzjarji; u

(c) 

jipprovdu informazzjoni li ma tkun ippreżentata mkien ieħor fir-rapporti finanzjarji, iżda li tkun rilevanti biex wieħed jifhem xi rapport minnhom.

113   Entità, sa fejn ikun prattikabbli, għandha tippreżenta n-noti b'mod sistematiku. Sabiex jiġi ddeterminat mod sistematiku, l-entità għandha tqis l-effett fuq il-fehim u l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji tagħha. Entità għandha tagħmel kontroreferenza ta’ kull entrata fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, u fir-rapporti tal-bidliet fl-ekwità u tal-flussi ta’ flus għal kwalunkwe informazzjoni relatata fin-noti.

114 Eżempji ta’ ordni sistematiku jew ġbir ta’ noti jinkludu:

(a) 

l-għoti ta’ prominenza lill-oqsma tal-attivitajiet tagħha li l-entità tqis li huma l-aktar rilevanti biex wieħed jifhem il-prestazzjoni finanzjarja u l-pożizzjoni finanzjarja tagħha, bħall-ġbir tal-informazzjoni dwar attivitajiet operatorji partikulari;

(b) 

il-ġbir tal-informazzjoni dwar entrati mkejla bl-istess mod bħal assi mkejla fil-valur ġust; jew

(c) 

is-segwitu tal-ordni tal-entrati f’linja fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv u r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, bħal:

(i) 

dikjarazzjoni ta’ konformità mal-IFRSs (ara l-paragrafu 16);

(ii) 

informazzjoni materjali dwar il-politiki tal-kontabbiltà (ara l-paragrafu 117);

(iii) 

informazzjoni ta’ sostenn għal entrati ppreżentati fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv u fir-rapporti tal-bidliet fl-ekwità u tal-flussi ta’ flus, fl-ordni li fih ikunu ppreżentati kull rapport u kull entrata f’linja; u

(iv) 

divulgazzjonijiet oħrajn, inkluż

(1) 

obbligazzjonijiet kontinġenti (ara l-IAS 37) u impenji kuntrattwali mhux rikonoxxuti; u

(2) 

divulgazzjonijiet mhux finanzjarji, eż. l-objettivi u l-politiki tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju tal-entità (ara l-IFRS 7).

115 [Imħassar]

116 Entità tista' tippreżenta noti li jipprovdu informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u dwar il-politiki tal-kontabbilà speċifiċi bħala sezzjoni separata tar-rapporti finanzjarji.

Divulgazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà

117   Entità għandha tiddivulga informazzjoni materjali dwar il-politiki tal-kontabbiltà (ara l-paragrafu 7). L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiltà tkun materjali jekk, meta titqies flimkien ma’ informazzjoni oħra inkluża fir-rapporti finanzjarji ta’ entità, ikun jista’ jiġi raġonevolment mistenni li tinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji għal skop ġenerali jieħdu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji.

117A L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiltà li tirrigwarda tranżazzjonijiet immaterjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra hija immaterjali u ma hemmx għalfejn tiġi divulgata. Madankollu, l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiltà tista’ tkun materjali minħabba n-natura tat-tranżazzjonijiet relatati, eventi jew kundizzjonijiet oħra, anki jekk l-ammonti jkunu immaterjali. Madankollu, mhux l-informazzjoni kollha dwar il-politika tal-kontabbiltà li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet materjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra hija minnha nnifisha materjali.

117B L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiltà hija mistennija li tkun materjali jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji ta’ entità jkunu jeħtiġuha biex jifhmu informazzjoni materjali oħra fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, aktarx li entità tqis l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiità materjali għar-rapporti finanzjarji tagħha jekk dik l-informazzjoni tkun tirrigwarda tranżazzjonijiet materjali, eventi u kundizzjonijiet oħra u:

(a) 

l-entità biddlet il-politika tal-kontabbiità tagħha matul il-perjodu ta’ rapportar u din il-bidla wasslet għal bidla materjali fl-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji;

(b) 

l-entità għażlet il-politika tal-kontabbiltà minn fost opzjoni waħda jew aktar permessi mill-IFRSs — tali sitwazzjoni tista’ tinħoloq jekk l-entità tkun għażlet li tkejjel il-proprjetà għall-investiment fil-kost storiku minflok fil-valur ġust;

(c) 

il-politika tal-kontabbiltà ġiet żviluppata f’konformità mal-IAS 8 fin-nuqqas ta’ IFRS li japplika speċifikament;

(d) 

il-politika tal-kontabbiltà tirrigwarda qasam li dwaru entità tkun obbligata li tagħti ġudizzji jew tagħmel suppożizzjonijiet sinifikanti fl-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà, u l-entità tiddivulga dawk il-ġudizzji jew suppożizzjonijiet f’konformità mal-paragrafi 122 u 125; jew

(e) 

il-kontabbiltà meħtieġa għalihom tkun kumplessa u l-utenti tar-rapporti finanzjarji tal-entità altrimenti ma jifhmux dawk it-tranżazzjonijiet materjali, eventi jew kundizzjonijiet oħra — tali sitwazzjoni tista’ tinħoloq jekk entità tapplika aktar minn IFRS wieħed għal klassi ta’ tranżazzjonijiet materjali.

117C L-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiltà li tiffoka fuq kif entità tkun applikat ir-rekwiżiti tal-IFRSs għaċ-ċirkostanzi tagħha stess tipprovdi informazzjoni speċifika għall-entità li tkun aktar utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji minn informazzjoni standardizzata, jew informazzjoni li tirriproduċi jew tiġbor fil-qosor biss ir-rekwiżiti tal-IFRSs.

117D Jekk entità tiddivulga informazzjoni immaterjali dwar il-politika tal-kontabbiltà, tali informazzjoni ma għandhiex toskura l-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà.

117E Il-konklużjoni ta’ entità li l-informazzjoni dwar il-politika tal-kontabbiltà hija immaterjali ma taffettwax ir-rekwiżiti ta’ diuvlgazzjoni relatati stipulati f’IFRSs oħrajn.

118 [Imħassar]

119 [Imħassar]

120 [Imħassar]

121 [Imħassar]

122   Entità għandha tiddivulga, flimkien mal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà jew noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabbiltà tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

123 Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà tal-entità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-ammonti li huwa jirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzji sabiex jiddetermina:

(a) 

[imħassar]

(b) 

meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarji u, għal-lokaturi, l-assi soġġetti għal lokazzjonijiet jiġu trasferiti lil entitajiet oħra;

(c) 

jekk, fis-sustanza, bejgħ partikulari ta' oġġetti huwiex jiffinanzja l-arranġamenti u għaldaqstant ma jagħtix lok għal dħul; u

(d) 

jekk it-termini kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jagħtux lok f’dati speċifikati għal flussi ta’ flus li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

124 Xi wħud mid-divulgazzjonijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 122 huma meħtieġa minn IFRSs oħra. Pereżempju l-IFRS 12 Divulgazzjoni tal-Interessi f’Entitajiet Oħrajn jeħtieġ li entità tiddivulga l-ġudizzji li għamlet fid-determinazzjoni ta’ jekk tikkontrollax entità oħra. L-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment jeħtieġ divulgazzjoni tal-kriterji żviluppati mill-entità biex tagħmel distinzjoni bejn proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid u proprjetà miżmuma għall-bejgħ matul il-kors normali tan-negozju, meta l-klassifikazzjoni tal-proprjetà tkun diffiċli.

Sorsi ta’ inċertezza fl-istimi

125   Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet li tagħmel dwar il-futur, u sorsi ewlenin oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, li għandhom riskju sinifikanti li jirriżulta f’aġġustament materjali fl-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet fis-sena finanzjarja ta’ wara. Fir-rigward ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet, in-noti għandhom jinkludu dettalji dwar:

(a) 

in-natura tagħhom; u

(b) 

l-ammont riportat tagħhom fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

126 Id-determinazzjoni tal-ammonti riportati ta’ xi assi u obbligazzjonijiet teħtieġ stima tal-effetti ta’ eventi futuri inċerti fuq dawk l-assi u obbligazzjonijiet fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Pereżempju, fl-assenza ta’ prezzijiet tas-suq osservati riċentement, ikun meħtieġ li jsiru stimi orjentati lejn il-futur biex jitkejjel l-ammont rekuperabbli ta’ klassijiet ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, l-effett tal-obsolexxenza teknoloġika fuq l-inventarji, provvedimenti soġġetti għall-eżitu futur ta’ kawżi li jinsabu pendenti, u obbligazzjonijiet marbuta mal-benefiċċji ta’ terminu twil għall-impjegati, bħalma huma obbligazzjonijiet tal-pensjoni. Dawn l-istimi jinvolvu suppożizzjonijiet dwar entrati bħalma huma l-aġġustament tar-riskju għall-flussi ta’ flus jew għar-rati ta’ skont, bidliet futuri fis-salarji u bidliet futuri fil-prezzijiet li jaffettwaw kostijiet oħrajn.

127 Is-suppożizzjonijiet u sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 125 huma marbuta mal-istimi li jeħtieġu l-aktar deċiżjonijiet diffiċli, soġġettivi jew kumplessi min-naħa tal-maniġment. Hekk kif l-għadd ta’ varjabbli u suppożizzjonijiet li jaffettwaw is-soluzzjoni possibbli tal-inċertezzi futuri jiżdied, dawk id-deċiżjonijiet isiru aktar soġġettivi u kumplessi u l-potenzjal għall-aġġustament materjali konsegwenzjali fuq l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet normalment jiżdied proporzjonalment.

128 Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 125 ma jkunux meħtieġa għal assi u obbligazzjonijiet b’riskju sinifikanti li l-ammonti riportati tagħhom jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss jekk, fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar, dawn jitkejlu fil-valur ġust ibbażat fuq prezz ikkwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika. Valuri ġusti bħal dawn jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss iżda dawn il-bidliet ma jirriżultawx minn suppożizzjonijiet jew sorsi oħrajn ta’ inċertezza ta’ stima fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar.

129 Entità tippreżenta d-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 125 b’tali mod li jgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu d-deċiżjonijiet li jagħmel il-maniġment dwar il-futur u dwar sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi. In-natura u l-firxa tal-informazzjoni pprovduta jvarjaw skont in-natura tas-suppożizzjoni u ċirkustanzi oħra. Eżempji tat-tipi ta’ divulgazzjonijiet ta’ entità huma:

(a) 

in-natura tas-suppożizzjoni jew ta’ inċertezza oħra fl-istimi;

(b) 

is-sensittività tal-ammonti riportati għall-metodi, suppożizzjonijiet u stimi li fuqhom sar il-kalkolu tagħhom, inklużi r-raġunijiet għas-sensittività;

(c) 

ir-riżoluzzjoni mistennija ta’ inċertezza u l-firxa ta’ eżiti raġonevolment possibbli fil-kors tas-sena finanzjarja li jkun imiss fir-rigward tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet affettwati; u

(d) 

spjegazzjoni tal-bidliet li jkunu saru fuq is-suppożizzjonijiet tal-passat li jirrigwardaw dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet, jekk l-inċertezza tibqa’ ma tkunx solvuta.

130 Dan l-Istandard ma jitlobx li entità tiddivulga informazzjoni jew previżjonijiet tal-baġit meta tagħmel id-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 125.

131 Xi drabi ma jkunx prattikabbli li ssir divulgazzjoni tal-firxa tal-effetti possibbli ta’ suppożizzjoni jew sors ieħor ta’ inċertezza tal-istimi fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. F’każijiet bħal dawn, l-entità tiddivulga li huwa possibbli b’mod raġonevoli, fuq il-bażi ta’ dak li hu magħruf, li l-eżiti fis-sena finanzjarja li jmiss li huma differenti mis-suppożizzjoni jistgħu jkunu jeħtieġu aġġustament materjali fl-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni affettwati. Fil-każijiet kollha, l-entità tiddivulga n-natura u l-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni speċifiċi (jew tal-klassi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet) affettwati mis-suppożizzjoni.

132 Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 122 ta’ ġudizzji partikulari li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà tal-entità ma għandhomx x’jaqsmu mad-divulgazzjonijiet tas-sorsi ta’ inċertezza tal-istimi fil-paragrafu 125.

133 IFRSs oħrajn jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ xi wħud mis-suppożizzjonijiet li kieku jkunu meħtieġa f’konformità mal-paragrafu 125. Pereżempju, l-IAS 37 jeħtieġ id-divulgazzjoni, f’ċirkustanzi speċifikati, ta’ suppożizzjonijiet maġġuri rigward eventi futuri li jaffettwaw il-klassijiet ta’ provvedimenti. L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust jeħtieġ id-divulgazzjoni ta’ suppożizzjonijiet sinifikanti (inkluż it-teknika/i ta’ valwazzjoni u l-inputs) li tuża l-entità meta tkejjel il-valuri ġusti tal-assi u l-obbligazzjonijiet riportati fil-valur ġust.

Kapital

134   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw l-objettivi, il-politiki u l-proċessi tal-entità fl-immaniġġar tal-kapital.

135 Biex tkun konformi mal-paragrafu 134, l-entità tiddivulga dan li ġej:

(a) 

informazzjoni kwalitattiva dwar l-objettivi, il-politiki u l-proċessi tal-entità fl-immaniġġar tal-kapital, li tinkludi:

(i) 

deskrizzjoni ta’ x’timmaniġġa bħala kapital;

(ii) 

meta entità tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament, in-natura ta’ dawk ir-rekwiżiti u kif dawk ir-rekwiżiti jiġu inkorporati fl-immaniġġar tal-kapital; u

(iii) 

kif qed tilħaq l-objettivi tagħha fl-immaniġġar tal-kapital.

(b) 

data kwantitattiva fil-qosor dwar x’timmaniġġa bħala kapital. Xi entitajiet iqisu ċerti obbligazzjonijiet finanzjarji (eż. ċerti forom ta’ dejn subordinat) bħala parti mill-kapital. Entitajiet oħrajn iqisu l-kapital bħala li jeskludi ċerti komponenti ta’ ekwità (eż. komponenti li jirriżultaw minn ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus).

(c) 

kwalunkwe bidla f’(a) u (b) mill-perjodu preċedenti.

(d) 

jekk matul il-perjodu hija kkonformatx ma’ kwalunkwe rekwiżit ta’ kapital impost esternament li għalih hija soġġetta.

(e) 

meta l-entità ma tkunx ikkonformat ma’ tali rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament, il-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

L-entità tibbaża dawn id-divulgazzjonijiet fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment.

136 Entità tista’ timmaniġġa l-kapital b’għadd ta’ modi u tkun soġġetta għal għadd ta’ rekwiżiti ta’ kapital differenti. Pereżempju, konglomerat jista’ jinkludi entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ assigurazzjoni u attivitajiet bankarji, u dawk l-entitajiet jistgħu joperaw f’diversi ġuriżdizzjonijiet. Meta d-divulgazzjoni aggregata tar-rekwiżiti tal-kapital u ta’ kif il-kapital ikun immaniġġat ma tkunx se tipprovdi informazzjoni utli, jew tkun se toħloq distorsjoni fl-għarfien li l-utent tar-rapport finanzjarju jkollu tar-riżorsi kapitali tal-entità, l-entità għandha tiddivulga informazzjoni separata għal kull rekwiżit tal-kapital li għalih l-entità tkun soġġetta.

Strumenti finanzjarji puttable klassifikati bħala ekwità

136A   Għall-istrumenti finanzjarji puttable klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità, entità għandha tiddivulga (sakemm ma jkunx iddivulgat xi mkien ieħor):

(a) 

sommarju ta’ data kwantitattiva dwar l-ammont ikklassifikat bħala ekwità;

(b) 

l-objettivi, il-politiki u l-proċessi tagħha għall-immaniġġar tal-obbligu tagħha li tirriakkwista jew tifdi l-istrumenti meta tintalab tagħmel dan mid-detenturi tal-istrumenti, inkluż kull bidla mill-perjodu preċedenti;

(c) 

il-fluss ta’ ħruġ tal-flus mistenni mat-tifdija jew mar-riakkwist ta’ dik il-klassi ta’ strumenti finanzjarji; u

(d) 

informazzjoni dwar kif il-fluss tal-ħruġ tal-flus mistenni mat-tifdija jew mar-riakkwist kien determinat.

Divulgazzjonijiet oħrajn

137   Entità għandha tiddivulga fin-noti:

(a) 

l-ammont ta’ dividendi proposti jew iddikjarati qabel ma r-rapporti finanzjarji kienu awtorizzati għall-ħruġ iżda mhux rikonoxxuti bħala distribuzzjoni lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammonti relatati għal kull sehem; u

(b) 

l-ammont ta’ kwalunkwe dividend privileġġat kumulattiv mhux rikonoxxut.

138   Entità għandha tiddivulga dan li ġej, jekk ma jkunx divulgat xi mkien ieħor fl-informazzjoni ppubblikata mar-rapporti finanzjarji:

(a) 

id-domiċilju u l-forma ġuridika tal-entità, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni u l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha (jew is-sede prinċipali, jekk tkun differenti mill-uffiċċju rreġistrat);

(b) 

deskrizzjoni tan-natura tal-operazzjonijiet tal-entità u l-attivitajiet prinċipali tagħha;

(c) 

l-isem tal-kumpanija omm u tal-kumpanija omm apikali tal-grupp; u

(d) 

jekk tkun entità b’ħajja limitata, informazzjoni dwar it-tul tal-ħajja tagħha.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tadotta dan l-Istandard għal perjodu iktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

139A L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafu 106. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emenda għandha tkun applikata b’mod retrospettiv.

139B  Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi fl-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġ fi Frar 2008, emenda l-paragrafu 138 u daħħal il-paragrafi 8A, 80A u 136A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRIC 2 Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili fl-istess ħin.

139C Il-paragrafi 68 u 71 kienu emendati bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M3

139D [Imħassra]

▼B

139E [Imħassar]

139F Il-paragrafi 106 u 107 ġew emendati u l-paragrafu 106A żdied bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

139G [Imħassar]

139H L-IFRS 10 u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4, 119, 123 u 124. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 12.

139I L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 128 u 133. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

139J  Preżentazzjoni ta’ Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafi 7, 10, 82, 85–87, 90, 91, 94, 100 u 115, żied il-paragrafi 10A, 81A, 81B u 82A, u ħassar il-paragrafi 12, 81, 83 u 84. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2012 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

139K L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati (kif emendat f’Ġunju 2011) emenda d-definizzjoni ta’ “introjtu ieħor komprensiv” fil-paragrafu 7 u l-paragrafu 96. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 19 (kif emendat f’Ġunju 2011).

139L  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafi 10, 38 u 41, ħassar il-paragrafi 39–40 u żied il-paragrafi 38A–38D u 40A–40D. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

139M [Imħassar]

139N L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

139O L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 7, 68, 71, 82, 93, 95, 96, 106 u 123 u ħassar il-paragrafi 139E, 139G u 139M. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

139P  Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Diċembru 2014, emenda l-paragrafi 10, 31, 54-55, 82, 85, 113-114, 117, 119 u 122, żied il-paragrafi 30A, 55A u 85A-85B u ħassar il-paragrafi 115 u 120. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. L-entitajiet mhumiex meħtieġa jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 28-30 tal-IAS 8 fir-rigward ta’ dawn l-emendi.

139Q L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 123. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

139R L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 7, 54 u 82. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, kompla jemenda l-paragrafu 54. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

139S  Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ fl-2018, emenda l-paragrafi 7, 15, 19–20, 23–24, 28 u 89. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. L-applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS. Entità għandha tapplika l-emendi fl-IAS 1 restrospettivament f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Madankollu, jekk entità tiddetermina li applikazzjoni retrospettiva tkun imprattikabbli jew tkun tinvolvi kost jew sforz eċċessiv, din għandha tapplika l-emendi fl-IAS 1 b’referenza għall-paragrafi 23–28, 50–53 u 54F tal-IAS 8.

139T  Definizzjoni tal-Materjali (Emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġ f’Ottubru 2018, emenda l-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafu 5 tal-IAS 8, u ħassar il-paragrafu 6 tal-IAS 8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M3

139U  Klassifikazzjoni tal-Obbligazzjonijiet bħala Kurrenti u Mhux Kurrenti, li ġie ppubblikat f’Jannar 2020 emenda l-paragrafi 69, 73, 74 u 76 u żied il-paragrafi 72 A, 75 A, 76 A u 76B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara din id-data b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri wara l-ħruġ ta’ Obbligazzjonijiet Mhux Kurrenti b’Patti (ara l-paragrafu 139 W), hija għandha tapplika wkoll Obbligazzjonijiet Mhux Kurrenti b’Patti għal dak il-perjodu. Jekk entità tapplika Klassifikazzjoni tal-Obbligazzjonijiet bħala Kurrenti jew Mhux Kurrenti għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼B

139V  Divulgazzjoni tal-Politiki tal-Kontabbiltà, maħruġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 7, 10, 114, 117 u 122, żied il-paragrafi 117A–117E u ħassar il-paragrafi 118, 119 u 121. Emenda wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Teħid ta’ Ġudizzji dwar il-Materjalità. Entità għandha tapplika l-emendi għall-IAS 1 għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M3

139W  Obbligazzjonijiet Mhux Kurrenti b’Patti, maħruġ f’Ottubru 2022, emenda l-paragrafi 60, 71, 72 A, 74 u 139U u żied il-paragrafi 72B u 76ZA. Entità għandha tapplika:

(a) 

l-emenda għall-paragrafu 139U immedjatament mal-ħruġ ta’ Obbligazzjonijiet Mhux Kurrenti b’Patti;

(b) 

kull emenda oħra għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara din id-data b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, għandha tapplika wkoll Klassifikazzjoni tal-Obbligazzjonijiet bħala Kurrenti jew Mhux Kurrenti għal dak il-perjodu. Jekk entità tapplika Obbligazzjonijiet Mhux Kurrenti b’Patti għal perjodu iktar bikri, għandha tiddivulga dan il-fatt.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 1 (RIVEDUT 2003)

140 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 1 Preżentazzjoni tar Rapporti Finanzjarji rivedut fl-2003, kif emendat fl-2005.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 2

Inventarji

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament kontabbilistiku għall-inventarji. Kwistjoni ewlenija fil-kontabbiltà għall-inventarji huwa l-ammont ta’ kost li għandu jiġi rikonoxxut bħala assi u riportat sakemm id-dħul relatat ikun rikonoxxut. Dan l-Istandard jipprovdi gwida dwar id-determinazzjoni tal-kost u r-rikonoxximent sussegwenti tiegħu bħala spiża, inkluż kwalunkwe tniżżil fil-valur nett realizzabbli. Dan jipprovdi wkoll gwida fuq il-formuli tal-kost li jintużaw sabiex jiġu assenjati l-kostijiet għall-inventarji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard japplika għall-inventarji kollha, ħlief:

(a) 

[imħassar]

(b) 

strumenti finanzjarji (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji); u

(c) 

assi bijoloġiċi relatati ma’ attivitajiet agrikoli u ma’ prodotti agrikoli fil-punt tal-ħsad (ara l-IAS 41 Agrikoltura).

3   Dan l-Istandard ma japplikax għall-kejl ta’ inventarji miżmuma minn:

(a) 

produtturi ta’ prodotti agrikoli u tal-foresta, prodotti agrikoli wara l-ħsad, u minerali u prodotti minerali, sa fejn dawn jitkejlu fil-valur nett realizzabbli f’konformità ma’ prattiki stabbiliti sew f’dawk l-industriji. Meta dawn l-inventarji jitkejlu fil-valur nett realizzabbli, bidliet f’dak il-valur jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fil-perjodu tal-bidla;

(b) 

kummerċjanti sensara tal-komoditajiet li jkejlu l-inventarji tagħhom fil-valur ġust, mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ. Meta dawn l-inventarji jitkejlu fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ, il-bidliet fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fil-perjodu tal-bidla.

4 L-inventarji msemmija fil-paragrafu 3(a) jitkejlu fil-valur nett realizzabbli f’ċertu stadji tal-produzzjoni. Dan iseħħ, pereżempju, meta l-għelejjel agrikoli jkunu ġew maħsuda jew minerali ġew estratti u l-bejgħ ikun żgurat taħt kuntratt forward jew garanzija tal-gvern, jew meta jeżisti suq attiv u jkun hemm riskju negliġibbli li ma jinbiegħx. Dawn l-inventarji huma esklużi mir-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-Istandard biss.

5 Kummerċjanti sensara huma dawk li jixtru jew ibigħu l-komoditajiet lil oħrajn jew f’isimhom. L-inventarji msemmija fil-paragrafu 3(b) huma prinċipalment akkwistati għal skop ta’ bejgħ fil-futur qarib u li jiġi ġġenerat profitt mill-varjazzjonijiet fil-prezz jew mill-marġni tal-kummerċjanti sensara. Meta dawn l-inventarji jitkejlu fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ, dawn jiġu esklużi biss mir-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-Istandard.

DEFINIZZJONIJIET

6   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Inventarji huma assi:
(a) 

miżmuma għall-bejgħ fil-kors normali tan-negozju;

(b) 

fil-proċess tal-produzzjoni ta’ dan il-bejgħ; jew

(c) 

fil-forma ta’ materjali jew ta’ provvisti li għandhom jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni jew fl-għoti tas-servizzi.

Valur nett realizzabbli huwa l-prezz tal-bejgħ stmat fil-kors normali tan-negozju mingħajr l-istima tal-kostijiet tat-tlestija u l-istima tal-kostijiet meħtieġa biex isir il-bejgħ.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)

7 Il-valur nett realizzabbli jirreferi għall-ammont nett li entità tistenna li tirrealizza mill-bejgħ tal-inventarju fil-kors normali tan-negozju. Il-valur ġust jirrifletti l-prezz li fih tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-istess inventarju fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għal dak l-inventarju sseħħ bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. Tal-ewwel huwa valur speċifiku għall-entità; l-ieħor mhuwiex. Il-valur nett realizzabbli għall-inventarju jista’ ma jkunx ugwali għall-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ.

8 L-inventarji jkopru l-oġġetti mixtrija u miżmuma għall-bejgħ mill-ġdid li jinkludu, pereżempju, merkanzija mixtrija minn bejjiegħ bl-imnut u miżmuma sabiex tinbiegħ mill-ġdid, jew art u proprjetà oħra miżmuma sabiex jinbiegħu mill-ġdid. Inventarji jkopru wkoll oġġetti lesti, jew xogħol fl-idejn li qiegħed jiġi prodott, mill-entità, u jinkludu materjali u provvisti li qegħdin jistennew li jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni. Il-kostijiet imġarrba biex jiġi eżegwit kuntratt ma’ konsumatur li ma joħolqux inventarji (jew assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standard ieħor) jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi.

KEJL TA’ INVENTARJI

9   L-inventarji għandhom jitkejlu fil-valur li huwa l-inqas bejn il-kost u l-valur nett realizzabbli.

Kost tal-inventarji

10   Il-kost tal-inventarji għandu jinkludi l-kostijiet kollha tax-xiri, il-kostijiet tal-konverżjoni u kostijiet oħrajn imġarrba sabiex l-inventarji jitwasslu fil-post u l-kundizzjoni attwali tagħhom.

Kostijiet tax-xiri

11 Il-kostijiet tax-xiri tal-inventarji jinkludu l-prezz tax-xiri, id-dazji fuq l-importazzjoni u taxxi oħrajn (barra dawk li huma rekuperabbli sussegwentement mill-entità mill-awtoritajiet tat-taxxa), u t-trasport, il-maniġġ u kostijiet oħrajn attribwibbli direttament għall-akkwist tal-oġġetti lesti, tal-materjali u tas-servizzi. Skontijiet tan-negozju, ribassi u entrati simili oħrajn jitnaqqsu fid-determinazzjoni tal-kostijiet tax-xiri.

Kostijiet tal-konverżjoni

12 Il-kostijiet tal-konverżjoni tal-inventarji jinkludu kostijiet direttament relatati mal-unitajiet tal-produzzjoni, bħax-xogħol dirett. Dawn jinkludu wkoll allokazzjoni sistematika ta’ spejjeż ġenerali fissi u varjabbli tal-produzzjoni imġarrba fil-konverżjoni ta’ materjali f’oġġetti lesti. Spejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni huma dawk il-kostijiet indiretti tal-produzzjoni li jibqgħu relattivament kostanti irrispettivament mill-volum tal-produzzjoni, bħal deprezzament u manutenzjoni tal-bini tal-fabbriki, tagħmir u assi bid-dritt tal-użu użati fil-proċess tal-produzzjoni, u l-kost tal-immaniġġar u l-amministrazzjoni tal-fabbriki. L-ispejjeż ġenerali varjabbli tal-produzzjoni huwa dawk il-kostijiet indiretti tal-produzzjoni li jvarjaw direttament, jew kważi direttament, bil-volum tal-produzzjoni, bħal materjali indiretti u xogħol indirett.

13 L-allokazzjoni tal-ispejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni għall-kostijiet tal-konverżjoni hija bbażata fuq il-kapaċità normali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Il-kapaċità normali hija l-produzzjoni mistennija li trid tintlaħaq bħala medja fuq għadd ta’ perjodi jew staġuni taħt ċirkustanzi normali, meta wieħed iqis it-telf fil-kapaċità li jirriżulta minn manutenzjoni ppjanata. Il-livell attwali tal-produzzjoni jista’ jintuża jekk dan ikun viċin il-kapaċità normali. L-ammont tal-ispejjeż ġenerali fissi allokati lil kull unità tal-produzzjoni ma tiżdiedx b’konsegwenza tal-produzzjoni baxxa jew impjant wieqaf. L-ispejjeż ġenerali mhux allokati huma rikonoxxuti bħala spiża fil-perjodu li fih jiġġarrbu. F’perjodi ta’ produzzjoni għolja b’mod anormali, l-ammont ta’ spejjeż ġenerali fissi allokati lil kull unità tal-produzzjoni jitnaqqas biex l-inventarji ma jitkejlux aktar mill-kost. Spejjeż ġenerali varjabbli tal-produzzjoni huma allokati lil kull unità tal-produzzjoni fuq bażi tal-użu attwali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.

14 Proċess tal-produzzjoni jista’ jirriżulta f’aktar minn prodott wieħed li jiġi prodott fl-istess ħin. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta jiġu prodotti xi prodotti konġunti jew meta jkun hemm prodott ewlieni u prodott sekondarju. Meta l-kostijiet tal-konverżjoni ta’ kull prodott ma jkunux identifikabbli separatament, dawn jiġu allokati bejn il-prodotti fuq bażi razzjonali u konsistenti. L-allokazzjoni tista’ tkun ibbażata, pereżempju, fuq il-valur ta’ bejgħ relattiv ta’ kull prodott fl-istadju tal-proċess tal-produzzjoni meta l-prodotti jsiru identifikabbli separatament, jew mat-tlestija tal-produzzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti sekondarji, min-natura tagħhom stess, huma immaterjali. Meta dan ikun il-każ, dawn ta’ spiss jitkejlu fil-valur nett realizzabbli u dan il-valur jitnaqqas mill-kost tal-prodott ewlieni. B’riżultat ta’ dan, l-ammont riportat tal-prodott ewlieni ma jkunx materjalment differenti mill-kost tiegħu.

Kostijiet oħrajn

15 Kostijiet oħrajn jiġu inklużi fil-kost tal-inventarji biss sakemm ikunu ġġarrbu waqt it-twassil tal-inventarji fil-post u l-kundizzjoni attwali tagħhom. Pereżempju, jista’ jkun xieraq li jiġu inklużi spejjeż ġenerali mhux tal-produzzjoni jew il-kostijiet tad-disinn tal-prodotti għal konsumaturi speċifiċi fil-kost tal-inventarji.

16 Eżempji ta’ kostijiet esklużi mill-kost tal-inventarji u rikonoxxuti bħala spejjeż fil-perjodu li fih jiġġarrbu huma:

(a) 

ammonti anormali ta’ materjali, xogħol u kostijiet oħra tal-produzzjoni moħlija;

(b) 

kostijiet tal-ħżin, sakemm dawk il-kostijiet ma jkunux meħtieġa fil-proċess tal-produzzjoni qabel stadju ulterjuri tal-produzzjoni;

(c) 

spejjeż ġenerali amministrattivi li ma jikkontribwux sabiex jitwasslu l-inventarji fil-post u fil-kundizzjoni attwali tagħhom; u

(d) 

kostijiet tal-bejgħ.

17 L-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self jidentifika ċirkustanzi limitati meta l-kostijiet tat-teħid b’self jiġu inklużi fil-kost tal-inventarji.

18 Entità tista’ tixtri inventarji fuq termini ta’ saldu differit. Meta l-arranġament effettivament jinkludi element finanzjarju, dak l-element, pereżempju differenza bejn il-prezz tax-xiri f’termini ta’ kreditu normali u l-ammont imħallas, ikun rikonoxxut bħala spiża tal-imgħax matul il-perjodu tal-finanzjament.

19 [Imħassar]

Kost tal-prodott agrikolu maħsud minn assi bijoloġiċi

20 F’konformità mal-IAS 41 Agrikoltura inventarji li jinkludu prodotti agrikoli li entità tkun ħasdet mill-assi bijoloġiċi tagħha jitkejlu mar-rikonoxximent inizjali fil-valur ġust tagħhom mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ fil-punt tal-ħsad. Dan huwa l-kost tal-inventarji f’dik id-data għall-applikazzjoni ta’ dak l-Istandard.

Tekniki għall-kejl tal-kost

21 Tekniki għall-kejl tal-kost tal-inventarji, bħall-metodu tal-kost standard jew il-metodu fil-livell tal-konsumatur, jista’ jintuża għall-konvenjenza jekk ir-riżultati joqorbu lejn il-kost. Kostijiet standard iqisu l-livelli normali tal-materjali u l-provvisti, ix-xogħol, l-effiċjenza u l-użu tal-kapaċità. Dawn jiġu rieżaminati regolarment u, jekk meħtieġ, jiġu riveduti fid-dawl ta’ kundizzjonijiet attwali.

22 Il-metodu fil-livell tal-konsumatur jintuża ta’ spiss fl-industrija tal-bejgħ bl-imnut biex jitkejlu inventarji b’għadd kbir ta’ entrati li jinbidlu ta’ spiss b’marġni simili li għalihom huwa imprattikabbli li jintużaw metodi tal-kost oħrajn. Il-kost tal-inventajru huwa determinat billi jitnaqqas il-valur tal-bejgħ tal-inventarju bil-persentaġġ xieraq tal-marġni gross. Il-persentaġġ użat iqis l-inventajru li jkun tnaqqas għal valur inqas mill-prezz oriġinali tal-bejgħ tiegħu. Ta’ spiss jintuża persentaġġ medju għal kull dipartiment fil-livell tal-konsumatur.

Formuli tal-kost

23   Il-kost tal-inventarji ta’ entrati li normalment ma jinbidlux bejniethom u oġġetti jew servizzi prodotti u segregati għal proġetti speċifiċi għandu jiġi assenjat permezz ta’ identifikazzjoni speċifika tal-kostijiet individwali tagħhom.

24 L-identifikazzjoni speċifika tal-kostijiet tfisser li kostijiet speċifiċi jkunu attribwiti għal entrati identifikati tal-inventarju. Dan huwa t-trattament xieraq għal entrati li jiġu segregati għal proġett speċifiku, irrispettivament minn jekk dawn ikunux inxtraw jew ġew prodotti. Madankollu, l-identifikazzjoni speċifika tal-kostijiet mhijiex xierqa meta jkun hemm għadd kbir ta’ entrati ta’ inventarju li normalment jistgħu jinbidlu bejniethom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-metodu li jintgħażlu dawk l-entrati li jibqgħu fl-inventarji jista’ jintuża biex jiġu akkwistati effetti predeterminati fuq profitt jew telf.

25   Il-kost tal-inventarji, għajr dawk trattati fil-paragrafu 23, għandu jiġi assenjat bl-użu tal-formula fejn joħroġ li daħal l-ewwel (FIFO, first-in, first-out) jew il-formula tal-kost medju ponderat. Entità għandha tuża l-istess formula tal-kost għall-inventarji kollha li għandhom l-istess natura u użu għall-entità. Għal inventarji li huma ta’ natura jew użu differenti, jistgħu jkunu ġustifikati formuli differenti tal-kost.

26 Pereżempju, inventarji użati f’segment operatorju wieħed jista’ jkollhom użu differenti għall-entità mill-istess tip ta’ inventarji użati f’segment operatorju ieħor. Madankollu, differenza fil-pożizzjoni ġeografika tal-inventarji (jew fir-regoli rispettivi tat-taxxa), waħidha, mhijiex biżżejjed biex tiġġustifika l-użu ta’ formuli tal-ikkostjar differenti.

27 Il-formula FIFO tassumi li l-entrati tal-inventajru li nxtraw jew ġew prodotti l-ewwel jinbiegħu l-ewwel, u sussegwentement l-entrati li jibqgħu fl-inventajru fl-aħħar tal-perjodu huma dawk li nxtraw jew ġew prodotti l-aħħar. Taħt il-formola tal-kost medju ponderat, il-kost ta’ kull entrata huwa determinat mill-medja ponderata tal-kost ta’ entrati simili fil-bidu ta’ perjodu u l-kost ta’ entrati simili mixtrija jew prodotti waqt dak il-perjodu. Il-medja tista’ tiġi kkalkulata fuq bażi perjodika, jew mal-wasla ta’ kull merkanzija addizzjonali, skont iċ-ċirkustanzi tal-entità.

Valur nett realizzabbli

28 Il-kost tal-inventarji ma jistax ikun rekuperabbli jekk dawk l-inventarji tiġrilhom il-ħsara, jekk isiru kompletament jew parzjalment obsoleti, jew jekk il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom jonqsu. Il-kost tal-inventarji ma jistax ikun rekuperabbli wkoll jekk l-istima tal-kostijiet tat-tlestija jew l-istima tal-kostijiet li għadha trid tiġġarrab biex isir il-bejgħ ikunu għolew. Il-prattika li l-inventarji jitniżżlu inqas mill-kost għall-valur nett realizzabbli hija konsistenti mal-fehma li jenħtieġ li l-assi ma jinżammux aktar mill-ammonti mistennija li jiġu realizzati mill-bejgħ jew mill-użu tagħhom.

29 Normalment l-inventarji jitniżżlu għall-valur nett realizzabbli entrata b'entrata. F’ċerti ċirkustanzi, madankollu, jista’ jkun xieraq li entrati simili jew relatati jitpoġġew fi grupp wieħed. Dan jista’ jkun il-każ għal entrati ta’ inventarju relatati mal-istess linja ta’ prodotti li jkollhom skopijiet jew użi finali simili, li jkunu prodotti u kummerċjalizzati fl-istess żona ġeografika, u li ma jistgħux jiġu evalwati b’mod prattiku separatament mill-entrati l-oħra f’dik il-linja ta’ prodotti. Mhuwiex xieraq li l-inventarji jitniżżlu fil-valur fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni ta’ inventarju, pereżempju, oġġetti lesti, jew l-inventarji kollha f’segment operatorju partikulari.

30 Stimi ta’ valur nett realizzabbli huma bbażati fuq l-aktar evidenza affidabbli disponibbli fil-ħin li fih isiru l-istimi, tal-ammont li l-inventarji huma mistennija li jirrealizzaw. Dawn l-istimi jqisu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet jew fil-kostijiet direttament relatati ma’ eventi li jseħħu wara tmiem il-perjodu sakemm dawn l-eventi jikkonfermaw kundizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perjodu.

31 Stimi ta’ valur nett realizzabbli jqisu wkoll l-iskop li għalih l-inventajru jinżamm. Pereżempju, il-valur nett realizzabbli tal-kwantità tal-inventajru miżmum sabiex jissodisfa kuntratti ta’ bejgħ jew ta’ servizz fis-sod huwa bbażat fuq il-prezz tal-kuntratt. Jekk il-kuntratti tal-bejgħ ikunu għal inqas mill-kwantitajiet ta’ inventarju miżmuma, il-valur nett realizzabbli tal-eċċess ikun ibbażat fuq il-prezzijiet ġenerali tal-bejgħ. Provvedimenti jistgħu jirriżultaw minn kuntratti ta’ bejgħ fis-sod f’eċċess mill-kwantitajiet tal-inventajru miżmuma jew minn kuntratti ta’ xiri fis-sod. Dawn il-provvedimenti huma kkunsidrati taħt l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

32 Materjali u provvisti oħrajn miżmuma biex jintużaw fil-produzzjoni tal-inventarji ma jitniżżlux taħt il-kost jekk il-prodotti lesti li fihom se jiġu inkorporati jkunu mistennija li jinbiegħu skont il-kost jew aktar mill-kost. Madankollu, meta tnaqqis fil-prezz tal-materjali jindika li l-kost tal-prodotti lesti jaqbeż il-valur nett realizzabbli, il-materjali jitniżżlu għall-valur nett realizzabbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kost tas-sostituzzjoni tal-materjali jista’ jkun l-aħjar kejl disponibbli tal-valur nett realizzabbli tagħhom.

33 Issir valutazzjoni ġdida tal-valur nett realizzabbli f’kull perjodu sussegwenti. Meta ċ-ċirkustanzi li qabel kienu ġiegħlu l-inventarji jitniżżlu taħt il-kost ma jibqgħux jeżistu, jew meta jkun hemm evidenza ċara ta’ żieda fil-valur nett realizzabbli minħabba bidla fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi, l-ammont tat-tniżżil fil-valur jiġi riversjat (jiġifieri r-riversjar ikun limitat għall-ammont tat-tniżżil oriġinali fil-valur) sabiex l-ammont ġdid riportat ikun l-anqas bejn il-kost u l-valur nett realizzabbli rivedut. Dan jiġri, pereżempju, meta entrata ta’ inventajru li tkun riportata fil-valur nett realizzabbli, minħabba li l-prezz tal-bejgħ tagħha jkun naqas, tkun għadha ma nbegħitx f’perjodu sussegwenti u l-prezz tal-bejgħ tagħha jkun żdied.

RIKONOXXIMENT BĦALA SPIŻA

34   Meta jinbiegħu l-inventarji, l-ammont riportat ta’ dawk l-inventarji għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża fil-perjodu li fih id-dħul relatat jiġi rikonoxxut. L-ammont ta’ kwalunkwe tniżżil fil-valur ta’ inventarji għal valur nett realizzabbli u t-telf kollu ta’ inventarji għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża fil-perjodu li fih it-tniżżil fil-valur jew it-telf iseħħu. L-ammont ta’ kwalunkwe riversjar ta’ kwalunkwe tniżżil fil-valur ta’ inventarji, li jirriżulta minn żieda fil-valur nett realizzabbli, għandu jiġi rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ammont ta’ inventarji rikonoxxuti bħala spiża fil-perjodu li fih iseħħ ir-riversjar.

35 Xi inventarji jistgħu jiġu allokati f’kontijiet ta’ assi oħrajn, pereżempju, inventarju użat bħala komponent ta’ proprjetà, impjanti jew tagħmir mibnija mill-persuna stess. Inventarji allokati f’assi ieħor b’dan il-mod huma rikonoxxuti bħala spiża waqt il-ħajja utli ta’ dak l-assi.

DIVULGAZZJONI

36   Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiddivulgaw:

(a) 

il-politika tal-kontabbiltà adottata fil-kejl tal-inventarji, inkluż il-formula tal-kost użata;

(b) 

l-ammont totali riportat ta’ inventarji u l-ammont riportat fi klassifikazzjonijiet xierqa għall-entità;

(c) 

l-ammont riportat ta’ inventarji riportat fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ;

(d) 

l-ammont ta’ inventarji rikonoxxut bħala spiża waqt il-perjodu;

(e) 

l-ammont ta’ kwalunkwe tniżżil fil-valur tal-inventarji rikonoxxut bħala spiża fil-perjodu f’konformità mal-paragrafu 34;

(f) 

l-ammont ta’ kwalunkwe riversjar ta’ kwalunkwe tniżżil fil-valur li jkun rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ammont ta’ inventarji rikonoxxut bħala spiża f’dak il-perjodu, f’konformità mal-paragrafu 34;

(g) 

iċ-ċirkustanzi jew l-eventi li jkunu wasslu għar-riversjar ta’ tniżżil tal-valur ta’ inventarji f’konformità mal-paragrafu 34; u

(h) 

l-ammonti riportat ta’ inventarji mwiegħda bħala garanzija għall-obbligazzjonijiet.

37 Informazzjoni dwar l-ammonti riportati miżmuma fi klassifikazzjonijiet differenti ta’ inventarji u l-firxa tal-bidliet f’dawn l-assi huma utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji. Klassifikazzjonijiet komuni ta’ inventarji huma merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u oġġetti lesti.

38 L-ammont ta’ inventarji rikonoxxut bħala spiża matul il-perjodu, li ta’ spiss jissemma bħala l-kost tal-bejgħ, jikkonsisti f’dawk il-kostijiet li qabel kienu inklużi fil-kejl tal-inventarju u li issa nbiegħu u fi spejjeż ġenerali mhux allokati tal-produzzjoni u ammonti anormali ta’ kostijiet tal-produzzjoni ta’ inventarji. Iċ-ċirkustanzi tal-entità jistgħu jiggarantixxu wkoll l-inklużjoni ta’ ammonti oħrajn, bħal kostijiet tad-distribuzzjoni.

39 Xi entitajiet jadottaw format għal profitt jew telf li jirriżulta f’ammonti divulgati, għajr il-kost tal-inventarji rikonoxxut bħala spiża matul il-perjodu. Taħt dan il-format, entità tippreżenta analiżi tal-ispejjeż billi tuża klassifikazzjoni bbażata fuq in-natura tal-ispejjeż. F’dan il-każ, l-entità tiddivulga l-kostijiet rikonoxxuti bħala spiża għall-materja prima u prodotti konsumabbli, kostijiet tax-xogħol u kostijiet oħrajn flimkien mal-ammont tal-bidla netta f’inventarji għall-perjodu.

DATA EFFETTIVA

40 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, din għandha tiddivulga dan il-fatt.

40A [Imħassar]

40B [Imħassar]

40C L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 6 u emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

40D [Imħassar]

40E L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 2, 8, 29 u 37 u ħassar il-paragrafu 19. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

40F L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 2 u ħassar il-paragrafi 40A, 40B u 40D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

40G L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 12. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

41 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 2 Inventarji (rivedut fl-1993).

42 Dan l-Istandard jieħu post l-SIC1 Konsistenza —Formuli Differenti ta’ Kost għall-Inventarji.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 7

Rapport tal-Flussi ta’ Flus  ( 2 )

OBJETTIV

Informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus ta’ entità hija utli biex tipprovdi bażi lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-entità li tiġġenera l-flus u ekwivalenti ta’ flus u l-ħtiġijiet tal-entità li tuża dawk il-flussi ta’ flus. Id-deċiżjonijiet ekonomiċi li jittieħdu mill-utenti jeħtieġu evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ entità li tiġġenera flus u ekwivalenti ta’ flus u t-twaqqit u ċ-ċertezza li dawn jiġu ġġenerati.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jeħtieġ li tingħata informazzjoni dwar il-bidliet storiċi fil-flus u ekwivalenti ta’ flus ta’ entità permezz ta’ rapport tal-flussi ta’ flus li jikklassifika l-flussi ta’ flus matul il-perjodu minn attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Entità għandha tipprepara rapport tal-flussi ta’ flus f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard u għandha tippreżentah bħala parti integrali tar-rapporti finanzjarji tagħha għal kull perjodu li għalih jiġu ppreżentati r-rapporti finanzjarji.

2 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 7 Dikjarazzjoni dwar Bidliet fil-Pożizzjoni Finanzjarja, approvat f’Lulju 1977.

3 L-utenti tar-rapporti finanzjarji ta’ entità huma interessati f’kif l-entità tiġġenera u tuża l-flus u ekwivalenti ta’ flus. Dan huwa l-każ irrispettivament min-natura tal-attivitajiet tal-entità u irrispettivament minn jekk il-flus jistgħux jitqiesu bħala l-prodott tal-entità, kif jista’ jkun il-każ fir-rigward ta’ istituzzjoni finanzjarja. Essenzjalment, l-entitajiet jeħtieġu l-flus għall-istess raġunijiet, ikunu kemm ikunu differenti l-attivitajiet li jipproduċu d-dħul prinċipali tagħhom. Dawn jeħtieġu l-flus biex imexxu l-operazzjonijiet tagħhom, biex iħallsu l-obbligi tagħhom, u biex jipprovdu redditu lill-investituri tagħhom. Għaldaqstant, dan l-Istandard jeħtieġ li l-entitajiet kollha jippreżentaw rapport tal-flussi ta’ flus.

BENEFIĊĊJI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-FLUSSI TA’ FLUS

4 Rapport tal-flussi ta’ flus, meta jintuża flimkien mal-bqija tar-rapporti finanzjarji, jipprovdi informazzjoni li tippermetti li l-utenti jevalwaw il-bidliet fl-assi netti ta’ entità, l-istruttura finanzjarja tagħha (inkluż il-likwidità u s-solvenza tagħha) u l-kapaċità tagħha li taffettwa l-ammonti u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus sabiex tadatta għal ċirkustanzi u opportunitajiet li jinbidlu. L-informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus hija utli għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-entità li tiġġenera flus u ekwivalenti ta’ flus u tippermetti li l-utenti jiżviluppaw mudelli biex jivvalutaw u jqabblu l-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus ta’ entitajiet differenti. Dan itejjeb ukoll il-komparabbiltà tar-rapportar tal-prestazzjoni operatorja minn entitajiet differenti peress li jelimina l-effetti tal-użu ta’ trattamenti kontabbilistiċi differenti għall-istess tranżazzjonijiet u eventi.

5 Ta’ spiss tintuża informazzjoni storika dwar il-flussi ta’ flus bħala indikatur tal-ammont, it-twaqqit u ċ-ċertezza ta’ flussi futuri ta’ flus. Hija utli wkoll biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni ta’ valutazzjonijiet passati ta’ flussi futuri ta’ flus u biex tiġi eżaminata r-relazzjoni bejn il-profittabbiltà u l-fluss nett ta’ flus u l-impatt ta’ bidliet fil-prezzijiet.

DEFINIZZJONIJIET

6   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Flus tinkludi flus fl-idejn u depożiti ta’ bla avviż.
Ekwivalenti ta’ flus huma investimenti likwidi ħafna u fuq terminu qasir li huma faċilment konvertibbli għal ammonti magħrufa ta’ flus u li huma soġġetti għal riskju insinifikanti ta’ bidliet fil-valur.
Flussi ta’ flus huma influssi u flussi ta’ ħruġ ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus.
Attivitajiet operatorji huma l-attivitajiet li jipproduċu d-dħul prinċipali tal-entità u attivitajiet oħrajn li mhumiex attivitajiet ta’ investiment jew ta’ finanzjament.
Attivitajiet ta’ investiment huma l-akkwiżizzjoni u d-disponiment ta’ assi fit-tul u investimenti oħrajn mhux inklużi f’ekwivalenti ta’ flus.
Attivitajiet ta’ finanzjament huma attivitajiet li jirriżultaw f’bidliet fid-daqs u fil-kompożizzjoni tal-ekwità kkontribwita u tat-teħid b’self tal-entità.

Flus u ekwivalenti ta’ flus

7 Ekwivalenti ta’ flus jinżammu bl-iskop li jiġu ssodisfati impenji ta’ terminu qasir fi flus minflok għal skopijiet ta’ investiment jew għal skopijiet oħra. Sabiex investiment jikkwalifika bħala ekwivalenti ta’ flus, dan irid ikun konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta’ flus u jkun soġġett għal riskju insinifikanti ta’ bidliet fil-valur. Għaldaqstant, investiment normalment jikkwalifika bħala ekwivalenti ta’ flus biss meta jkollu maturità qasira ta’, ngħidu aħna, tliet xhur jew inqas mid-data tal-akkwiżizzjoni. Investimenti ta’ ekwità huma esklużi minn ekwivalenti ta’ flus sakemm dawn ma jkunux, essenzjalment, ekwivalenti ta’ flus, pereżempju fil-każ ta’ ishma privileġġati akkwistati f’perjodu qasir mill-maturità tagħhom u b’data tal-fidwa speċifikata.

8 Teħid b’self bankarju huwa ġeneralment meqjus bħala attività finanzjarja. Madankollu, f’xi pajjiżi, self kurrenti bankarju ripagabbli fuq talba jifforma parti integrali mill-ġestjoni tal-likwidità ta’ entità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-self kurrenti bankarju jiġi inkluż bħala komponent tal-flus u ekwivalenti ta’ flus. Karatteristika ta’ arranġamenti bankarji bħal dawn hija li l-bilanċ bankarju ta’ spiss ivarja bejn li jkun fil-pożittiv għal fin-negattiv.

9 Il-flussi ta’ flus jeskludu movimenti bejn entrati li jikkostitwixxu flus jew ekwivalenti ta’ flus minħabba li dawn il-komponenti huma parti mill-ġestjoni tal-likwidità ta’ entità aktar milli parti mill-attivitajiet operatorji, ta’ investiment jew ta’ finanzjament tagħha. Il-ġestjoni tal-likwidità tinkludi l-investiment ta’ eċċess ta’ flus f’ekwivalenti ta’ flus.

PREŻENTAZZJONI TA’ RAPPORT TAL-FLUSSI TA’ FLUS

10   Ir-rapport tal-flussi ta’ flus għandu jirrapporta dwar il-flussi ta’ flus matul il-perjodu, ikklassifikati skont attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament.

11 Entità tippreżenta l-flussi ta’ flus tagħha minn attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament b’mod li jkun l-aktar xieraq għan-negozju tagħha. Il-klassifikazzjoni skont l-attività tipprovdi informazzjoni li tippermetti li l-utenti jivvalutaw l-impatt ta’ dawk l-attivitajiet fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u fuq l-ammont ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus tagħha. Din l-informazzjoni tista’ tintuża wkoll biex jiġu evalwati r-relazzjonijiet bejn dawk l-attivitajiet.

12 Tranżizzjoni waħda tista’ tinkludi flussi ta’ flus li huma kklassifikati b’mod differenti. Pereżempju, meta r-ripagament fi flus ta’ self jinkludi kemm l-imgħax kif ukoll il-kapital, l-element tal-imgħax jista’ jiġi kklassifikat bħala attività operatorja u l-element tal-kapital jiġi kklassifikat bħala attività ta’ finanzjament.

Attivitajiet operatorji

13 L-ammont ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet operatorji huwa indikatur ewlieni ta’ kemm l-operazzjonijiet tal-entità ġġeneraw biżżejjed flussi ta’ flus biex jiġi ripagat is-self, tinżamm il-kapaċità operatorja tal-entità, jitħallsu d-dividendi u jsiru investimenti ġodda mingħajr ma tirrikorri għal sorsi esterni ta’ finanzjament. Informazzjoni dwar il-komponenti speċifiċi ta’ flussi ta’ flus operatorji storiċi hija utli, flimkien ma’ informazzjoni oħra, fil-previżjoni ta’ flussi ta’ flus operatorji futuri.

14 Flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji huma derivati primarjament mill-attivitajiet li jipproduċu d-dħul prinċipali tal-entità. Għaldaqstant, dawn ġeneralment jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet u minn eventi oħrajn li jidħlu fid-determinazzjoni tal-profitt jew tat-telf. Eżempji tal-flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji huma:

(a) 

riċevuti ta’ flus mill-bejgħ ta’ oġġetti u mill-għoti ta’ servizzi;

(b) 

riċevuti ta’ flus minn royalties, tariffi, kummissjonijiet u dħul ieħor;

(c) 

pagamenti fi flus lil fornituri għal oġġetti u servizzi;

(d) 

pagamenti fi flus lill-impjegati u f’isimhom;

(e) 

[imħassar]

(f) 

pagamenti fi flus jew rifużjonijiet ta' taxxi fuq l-introjtu sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati speċifikament ma' attivitajiet ta' finanzjament jew ta' investiment; u

(g) 

riċevuti u pagamenti fi flus minn kuntratti miżmuma għal skopijiet ta’ negozjar finanzjarju.

Xi tranżazzjonijiet, bħall-bejgħ ta’ entrata ta’ impjant, tista’ twassal għal qligħ jew telf li jkun inkluż fil-profitt jew telf rikonoxxut. Il-flussi ta’ flus dwar dawn it-tranżazzjonijiet huma flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ investiment. Madankollu, pagamenti fi flus għall-manifattura jew l-akkwist ta’ assi miżmuma għall-kiri lil oħrajn u sussegwentement miżmuma għall-bejgħ kif deskritt fil-paragrafu 68A tal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir huma flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji. Ir-riċevuti ta’ flus minn kirjiet u bejgħ sussegwenti tat-tali assi huma wkoll flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji.

15 Entità tista’ żżomm titoli u self għal finijiet ta’ negozjar finanzjarju, f’liema każ dawn ikunu simili għal inventarju akkwistat speċifikament għal bejgħ mill-ġdid. Għaldaqstant, flussi ta’ flus li jirriżultaw mix-xiri u mill-bejgħ ta’ titoli għan-negozjar huma kklassifikati bħala attivitajiet operatorji. Bl-istess mod, avvanzi u self ta’ flus magħmula minn istituzzjonijiet finanzjarji normalment jiġu kklassifikati bħala attivitajiet operatorji billi dawn għandhom x’jaqsmu mal-attività prinċipali li tipproduċi d-dħul ewlieni ta’ dik l-entità.

Attivitajiet ta’ investiment

16 Id-divulgazzjoni separata ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ investiment hija importanti minħabba li l-flussi ta’ flus jirrappreżentaw sa liema punt in-nefqiet ikunu saru għar-riżorsi maħsubin sabiex jiġġeneraw l-introjtu u l-flussi ta’ flus fil-futur. Huma biss dawk in-nefqiet li jirriżultaw f’assi rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li huma eliġibbli għal klassifikazzjoni bħala attivitajiet ta’ investiment. Eżempji ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ investiment huma:

(a) 

pagamenti fi flus biex jiġu akkwistati proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra fit-tul. Dawn il-pagamenti jinkludu dawk li għandhom x’jaqsmu mal-kostijiet ta’ żvilupp kapitalizzat u ma’ proprjetà, impjanti u tagħmir mibnija mill-entità stess;

(b) 

riċevuti fi flus mill-bejgħ ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra fit-tul;

(c) 

pagamenti fi flus għall-akkwist ta’ strumenti ta’ ekwità jew ta’ dejn ta’ entitajiet oħrajn jew interessi f’impriżi konġunti (għajr pagamenti għal dawk l-istrumenti meqjusa bħala ekwivalenti ta' flus jew dawk miżmuma għal skopijiet ta’ negozjar finanzjarju);

(d) 

riċevuti ta’ flus minn bejgħ ta’ strumenti ta’ ekwità jew ta’ dejn ta’ entitajiet oħrajn u interessi f’impriżi konġunti (għajr riċevuti għal dawk l-istrumenti meqjusa bħala ekwivalenti ta’ flus u dawk miżmuma għal skopijiet ta’ negozjar finanzjarju);

(e) 

avvanzi u self ta’ flus magħmul lil partijiet oħra (għajr avvanzi u self magħmul minn istituzzjoni finanzjarja);

(f) 

riċevuti ta’ flus mir-ripagament tal-avvanzi u tas-self magħmul lil partijiet oħrajn (għajr avvanzi u self ta’ istituzzjoni finanzjarja);

(g) 

pagamenti fi flus għal kuntratti futures, kuntratti forward, kuntratti ta' opzjonijiet u kuntratti ta' swaps għajr meta l-kuntratti jsiru għal finijiet ta' negozjar finanzjarju, jew meta l-pagamenti jkunu kklassifikati bħala attivitajiet ta' finanzjament; u

(h) 

riċevuti ta’ flus minn kuntratti futures, kuntratti forward, kuntratti ta’ opzjonijiet u kuntratti ta’ swaps għajr meta l-kuntratti jsiru għal finijiet ta’ negozjar finanzjarju, jew meta r-riċevuti jkunu klassifikat bħala attivitajiet ta’ finanzjament.

Meta kuntratt jiġi kontabbilizzat bħala ħeġġ ta’ pożizzjoni identifikabbli, il-flussi ta’ flus tal-kuntratt jiġu klassifikati bl-istess mod bħall-flussi ta’ flus tal-pożizzjoni li tkun qiegħda tiġi ħħeġġjata.

Attivitajiet ta’ finanzjament

17 Id-divulgazzjoni separata tal-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament hija importanti minħabba li hija utli għall-previżjoni ta’ pretensjonijiet fuq flussi futuri ta’ flus minn fornituri ta’ kapital għall-entità. Eżempji ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament huma:

(a) 

rikavati fi flus mill-ħruġ ta’ ishma jew ta’ strumenti ta’ ekwità oħrajn;

(b) 

pagamenti fi flus lil sidien għall-akkwist jew fidwa tal-ishma tal-entità;

(c) 

rikavati fi flus minn ħruġ ta’ titoli obbligazzjonarji, self, noti, bonds, ipoteki u teħid b’self ieħor fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul;

(d) 

ripagamenti fi flus ta’ ammonti meħuda b’self; u

(e) 

pagamenti fi flus minn lokatarju għat-tnaqqis tal-obbligazzjoni pendenti relatata ma’ lokazzjoni.

RAPPORTAR TA’ FLUSSI TA’ FLUS MINN ATTIVITAJIET OPERATORJI

18   Entità għandha tirrapporta dwar flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji billi tuża:

(a) 

il-metodu dirett, li bih jiġu divulgati klassijiet maġġuri ta’ riċevuti ta’ flus gross u pagamenti fi flus gross; jew

(b) 

il-metodu indirett, li bih il-profitt jew telf jiġi aġġustat għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet ta’ natura mhux fi flus, kwalunkwe differiment jew dovut ta’ riċevuti jew pagamenti fi flus operatorji tal-passat jew tal-futur, u entrati ta’ introjtu jew spejjeż assoċjati ma’ flussi ta’ flus ta’ investiment jew ta’ finanzjament.

19 L-entitajiet huma mħeġġa jirrapportaw dwar flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji permezz tal-metodu dirett. Il-metodu dirett jipprovdi informazzjoni li tista’ tkun utli biex jiġu stmati l-flussi futuri ta’ flus u li mhijiex disponibbli taħt il-metodu indirett. Taħt il-metodu dirett, informazzjoni dwar klassijiet maġġuri ta’ riċevuti ta’ flus gross u pagamenti fi flus gross tista’ tinkiseb:

(a) 

mir-rekords kontabbilistiċi tal-entità; jew

(b) 

billi jiġu aġġustati l-bejgħ, il-kost tal-bejgħ (fil-każ ta’ istituzzjoni finanzjarja, mgħax u introjtu simili u spejjeż tal-imgħax u imposti simili) u entrati oħrajn fir-rapport tal-introjtu komprensiv għal:

(i) 

bidliet matul il-perjodu fl-inventarji u fir-riċevibbli u l-pagabbli operatorji;

(ii) 

entrati oħrajn mhux flus; u

(iii) 

entrati oħrajn li għalihom l-effetti fuq il-flus huma ta’ flussi ta’ flus ta’ investiment jew ta’ finanzjament.

20 Skont il-metodu indirett, il-fluss ta’ flus nett minn attivitajiet operatorji huwa determinat billi jiġi aġġustat il-profitt u t-telf għall-effetti ta':

(a) 

bidliet matul il-perjodu fl-inventarji u fir-riċevibbli u l-pagabbli operatorji;

(b) 

entrati mhux flus bħal deprezzament, provvedimenti, taxxi differiti, qligħ u telf f’munita barranija mhux realizzat, u profitti mfaddla ta’ kumpaniji assoċjati; u

(c) 

l-entrati l-oħrajn kollha li għalihom, l-effetti fuq il-flus huma ta’ flussi ta’ flus ta’ investiment jew ta’ finanzjament.

Alternattivament, il-fluss ta’ flus nett minn attivitajiet operatorji jista’ jkun ippreżentat skont il-metodu indirett billi juri d-dħul u l-ispejjeż divulgati fir-rapport tal-introjtu komprensiv u l-bidliet matul il-perjodu fl-inventarji u fir-riċevibbli u l-pagabbli operatorji.

RAPPORTAR TA’ FLUSSI TA’ FLUS MINN ATTIVITAJIET TA’ INVESTIMENT U TA’ FINANZJAMENT

21   Entità għandha tirrapporta separatament dwar il-kategoriji maġġuri ta’ riċevuti ta’ flus gross u ta’ pagamenti fi flus gross li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ investiment u ta’ finanzjament, għajr sal-punt li l-flussi ta’ flus deskritti fil-paragrafi 22 u 24 jiġu rrapportati fuq bażi netta.

RAPPORTAR TA’ FLUSSI TA’ FLUS FUQ BAŻI NETTA

22   Flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-attivitajiet operatorji, ta’ investiment jew ta’ finanzjament li ġejjin jistgħu jiġu rapportati fuq bażi netta:

(a) 

riċevuti u pagamenti fi flus f’isem il-konsumaturi meta l-flussi ta’ flus jirriflettu l-attivitajiet tal-konsumatur minflok dawk tal-entità; u

(b) 

riċevuti u pagamenti fi flus għal entrati fejn il-fatturat ikun rapidu, l-ammonti jkunu kbar, u l-maturitajiet ikunu qosra.

23 Eżempji ta’ riċevuti u pagamenti fi flus imsemmija fil-paragrafu 22(a) huma:

(a) 

l-aċċettazzjoni u r-ripagament ta’ depożiti ta’ bla avviż ta’ bank;

(b) 

fondi miżmuma għall-konsumaturi minn entità ta' investiment; u

(c) 

kirjiet miġbura f’isem is-sidien ta’ proprjetajiet, u mħallsa lilhom.

23A Eżempji ta’ riċevuti u pagamenti fi flus imsemmija fil-paragrafu 22(b) huma l-avvanzi għal, u r-ripagament ta’:

(a) 

l-ammonti ta’ kapital li għandhom x’jaqsmu ma’ konsumaturi tal-karti ta’ kreditu;

(b) 

ix-xiri u l-bejgħ ta' investimenti; u

(c) 

teħid ieħor b’self ta’ terminu qasir, pereżempju, dawk li għandhom perjodu ta’ maturità ta’ tliet xhur jew inqas.

24   Flussi ta’ flus li jirriżultaw minn kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin ta’ istituzzjoni finanzjarja jistgħu jiġu rapportati fuq bażi netta:

(a) 

riċevuti u pagamenti fi flus għall-aċċettazzjoni u r-ripagament ta’ depożiti b’data ta’ maturità fissa;

(b) 

it-tqegħid ta’ depożiti għand istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u l-irtirar ta’ depożiti mingħandhom; u

(c) 

avvanzi u self ta’ flus lill-konsumaturi u r-ripagament ta’ dawk l-avvanzi u s-self.

FLUSSI TA’ FLUS F’MUNITA BARRANIJA

25   Flussi ta’ flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f’munita barranija għandhom jiġu rreġistrati f’munita funzjonali ta’ entità billi tiġi applikata għall-ammont fil-munita barranija r-rata tal-kambju bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-data tal-fluss ta’ flus.

26   Il-flussi ta’ flus ta’ sussidjarja barranija għandhom jinqalbu bir-rati tal-kambju bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-dati tal-flussi ta’ flus.

27 Flussi ta’ flus denominati f’munita barranija huma rapportati b’mod konsistenti mal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju. Dan jippermetti l-użu ta’ rata tal-kambju li tkun qrib ir-rata attwali. Pereżempju, tista’ tintuża rata tal-kambju medja ponderata għal perjodu għar-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet f’munita barranija jew fil-qlib tal-flussi ta’ flus ta’ sussidjarja barranija. Madankollu, l-IAS 21 ma jippermettix l-użu tar-rata tal-kambju fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar meta jinqalbu l-flussi ta’ flus ta’ sussidjarja barranija.

28 Qligħ u telf mhux realizzat li jirriżulta minn bidliet fir-rati tal-kambju f’munita barranija mhumiex flussi ta’ flus. Madankollu, l-effett tal-bidliet fir-rati tal-kambju fuq flus u ekwivalenti ta’ flus miżmumin jew dovuti f’munita barranija huwa rapportat fir-rapport tal-flussi ta’ flus sabiex jiġu rikonċiljati l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu. Dan l-ammont huwa ppreżentat separatament mill-flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament u jinkludi d-differenzi, jekk ikun hemm, li kieku dawk il-flussi ta’ flus ġew irrapportati bir-rati tal-kambju ta’ tmiem il-perjodu.

29  [Imħassar]

30 [Imħassar]

MGĦAX U DIVIDENDI

31   Flussi ta’ flus minn mgħax u dividendi riċevuti u mħallsa għandhom jiġu divulgati separatament. Kull wieħed għandu jiġi klassifikata b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu bħala attività operatorja, ta’ investiment jew ta’ finanzjament.

32 L-ammont totali ta’ mgħax imħallas matul perjodu jiġi divulgat fir-rapport tal-flussi ta’ flus, sew jekk kien rikonoxxut bħala spiża fil-profitt jew telf kif ukoll jekk kapitalizzat f’konformità mal-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self.

33 Mgħax imħallas u mgħax u dividendi riċevuti huma normalment klassifikati bħala flussi ta’ flus operatorji għal istituzzjoni finanzjarja. Madankollu, ma hemm ebda kunsens fuq il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-flussi ta’ flus għal entitajiet oħrajn. Mgħax imħallas u mgħax u dividendi riċevuti jistgħu jiġu klassifikati bħala flussi ta’ flus operatorji minħabba li jidħlu fid-determinazzjoni tal-profitt jew telf. Alternattivament, l-imgħax imħallas u l-imgħax u d-dividendi riċevuti jistgħu jiġu klassifikati bħala flussi ta’ flus ta’ finanzjament u ta’ investiment rispettivament, minħabba li huma kostijiet għall-ksib ta’ riżorsi finanzjarji jew ta’ redditi fuq l-investimenti.

34 Dividendi mħallsa jistgħu jiġu klassifikati bħala fluss ta’ flus ta’ finanzjament minħabba li huma kost għall-ksib ta’ riżorsi finanzjarji. Alternattivament, id-dividendi mħallsa jistgħu jiġu klassifikati bħala komponent ta’ flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji sabiex l-utenti jiġu megħjuna jistabbilixxu l-kapaċità li entità tħallas dividendi minn flussi ta’ flus operatorji.

TAXXI FUQ L-INTROJTU

35   Flussi ta’ flus li jirriżultaw minn taxxi fuq l-introjtu għandhom jiġu divulgati separatament u għandhom jiġu klassifikati bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati speċifikament b’attivitajiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment.

36 Taxxi fuq l-introjtu huma imponibbli fuq tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal flussi ta’ flus li huma klassifikati bħala attivitajiet operatorji, ta’ investiment jew ta’ finanzjament f’rapport tal-flussi ta’ flus. Filwaqt li l-ispiża tat-taxxa tista’ tkun faċilment identifikabbli ma’ attivitajiet ta’ investiment jew ta’ finanzjament, ta’ spiss ikun imprattikabbli li l-flussi ta’ flus tat-taxxa relatati jiġu identifikati u jistgħu jirriżultaw f’perjodu differenti mill-flussi ta’ flus tat-tranżazzjoni sottostanti. Għaldaqstant, taxxi mħallsa huma normalment klassifikati bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet operatorji. Madankollu, meta jkun prattikabbli li l-fluss ta’ flus tat-taxxa jiġi identifikat bi tranżazzjoni individwali li tagħti lok għal flussi ta’ flus li huma klassifikati bħala attivitajiet ta’ investiment jew ta’ finanzjament, il-fluss ta’ flus tat-taxxa jiġi klassifikat bħala attività ta’ investiment jew ta’ finanzjament kif xieraq. Meta l-flussi ta’ flus tat-taxxa jiġu allokati fuq aktar minn klassi ta’ attività waħda, jiġi divulgat l-ammont totali tat-taxxi mħallsa.

INVESTIMENTI F’SUSSIDJARJI, KUMPANIJI ASSOĊJATI U IMPRIŻI KONĠUNTI

37 Meta jiġi kontabbilizzat investiment f’kumpanija assoċjata, f’impriża konġunta jew f’sussidjarja kontabbilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità jew tal-kost, investitur jirrestrinġi r-rapportar tiegħu fir-rapport tal-flussi ta’ flus għall-flussi ta’ flus bejnu u d-destinatarja ta’ investiment, pereżempju, għad-dividendi u l-avvanzi.

38 Entità li tirrapporta l-interess tagħha f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità tinkludi fir-rapport tal-flussi ta’ flus tagħha l-flussi ta’ flus fir-rigward tal-investimenti tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, u distribuzzjonijiet u pagamenti jew riċevuti oħrajn bejnha u l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.

BIDLIET F’INTERESSI PROPRJETARJI F’SUSSIDJARJI U F’NEGOZJI OĦRAJN

39   Il-flussi ta’ flus aggregati li jirriżultaw mill-ksib jew mit-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħrajn għandhom jiġu ppreżentati separatament u kklassifikati bħala attivitajiet ta’ investiment.

40   Entità għandha tiddivulga, b’mod aggregat, kemm fir-rigward tal-ksib kif ukoll fir-rigward tat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħrajn matul il-perjodu, kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-korrispettiv totali mħallas jew riċevut;

(b) 

il-porzjon tal-korrispettiv li jikkonsisti fi flus u f’ekwivalenti ta’ flus;

(c) 

l-ammont ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus fis-sussidjarji jew fin-negozji l-oħra li fuqhom jinkiseb jew jintilef il-kontroll; u

(d) 

l-ammont tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għajr flus jew ekwivalenti ta’ flus fis-sussidjarji jew f’negozji oħrajn, li fuqhom jinkiseb jew jintilef il-kontroll, miġbura fil-qosor għal kull kategorija prinċipali.

40A Entità tal-investiment, kif definit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati, ma għandhiex għalfejn tapplika l-paragrafi 40(c) jew 40(d) għal investiment f’sussidjarja li tkun teħtieġ li titkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

41 Il-preżentazzjoni separata tal-effetti li l-kisba jew it-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħrajn ikollhom fuq il-flussi ta’ flus bħala entrati f’linja waħda, flimkien mad-divulgazzjoni separata tal-ammonti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jiġu akkwistati jew li jsir disponiment minnhom, tgħin biex tiddistingwi dawk il-flussi ta’ flus mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament oħrajn. L-effetti fuq il-flussi ta’ flus ikkawżati mit-telf ta’ kontroll ma jitnaqqsux minn dawk ikkawżati mill-ksib tal-kontroll.

42 L-ammont aggregat tal-flus imħallsa jew riċevuti bħala korrispettiv għall-ksib jew it-telf tal-kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħrajn huwa rapportat fir-rapport tal-flussi ta’ flus netti mill-flus u minn ekwivalenti ta’ flus akkwistati jew li jsir disponiment minnhom bħala parti minn tali tranżazzjonijiet, eventi jew bidliet fiċ-ċirkustanzi.

42A Flussi ta’ flus li jirriżultaw minn bidliet f’interessi proprjetarji f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll għandhom jiġu klassifikati bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament, sakemm is-sussidjarja ma tkunx ta’ entità ta’ investiment, kif definit fl-IFRS 10, u tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

42B Bidliet fl-interessi proprjetarji f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll, bħax-xiri jew il-bejgħ suċċessiv minn kumpanija omm tal-istrumenti ta’ ekwità ta’ sussidjarja, jitqiesu bħala tranżazzjonijiet ta’ ekwità (ara l-IFRS 10, sakemm is-sussidjarja ma tkunx ta’ entità ta’ investiment u tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Għaldaqstant, il-flussi ta’ flus li jirriżultaw jiġu klassifikati bl-istess mod bħal tranżazzjonijiet oħrajn mas-sidien deskritti fil-paragrafu 17.

TRANŻAZZJONIJIET MHUX FI FLUS

43   Tranżazzjonijiet ta’ investiment u ta’ finanzjament li ma jeħtiġux l-użu ta’ flus jew ta’ ekwivalenti ta’ flus għandhom jiġu esklużi minn rapport tal-flussi ta’ flus. Tranżazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu divulgati xi mkien ieħor fir-rapporti finanzjarji b’mod li jipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar dawn l-attivitajiet ta’ investiment u ta’ finanzjament.

44 Ħafna attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament m'għandhomx impatt dirett fuq il-flussi ta' flus attwali għalkemm jaffettwaw l-istruttura kapitali u tal-assi ta' entità. L-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet mhux fi flus mir-rapport tal-flussi ta’ flus hija konsistenti mal-objettiv ta’ rapport tal-flussi ta’ flus billi dawn l-entrati ma jinvolvux flussi ta’ flus fil-perjodu kurrenti. Eżempji ta’ tranżazzjonijiet mhux fi flus huma:

(a) 

l-akkwiżizzjoni ta’ assi billi jiġu assunti direttament obbligazzjonijiet relatati jew permezz ta’ lokazzjoni;

(b) 

l-akkwiżizzjoni ta' entità permezz ta’ ħruġ ta’ ishma; u

(c) 

il-konverżjoni ta’ dejn f’ekwità.

BIDLIET F’OBBLIGAZZJONIJIET LI JIRRIŻULTAW MINN ATTIVITAJIET TA’ FINANZJAMENT

44A   Entità għandha tipprovdi divulgazzjonijiet li jippermettu li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jevalwaw bidliet fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament, inkluż kemm il-bidliet li jirriżultaw minn bidliet fil-flussi ta’ flus kif ukoll dawk li mhumiex fi flus.

44B Sa fejn ikun meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżit fil-paragrafu 44A, entità għandha tiddivulga l-bidliet li ġejjin fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament:

(a) 

bidliet minn flussi ta’ flus tal-finanzjament;

(b) 

bidliet li jirriżultaw mill-ksib jew mit-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħrajn;

(c) 

l-effetti tal-bidliet fir-rati tal-kambju;

(d) 

bidliet fil-valuri ġusti; u

(e) 

bidliet oħrajn.

44C Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament huma obbligazzjonijiet li għalihom il-flussi ta’ flus kienu, jew il-flussi futuri ta’ flus se jkunu, klassifikati fir-rapport tal-flussi ta’ flus bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 44A japplika wkoll għal bidliet f’assi finanzjarji (pereżempju, assi li jiħħeġġjaw obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament) jekk il-flussi ta’ flus minn dawk l-assi finanzjarji kienu, jew il-flussi futuri ta’ flus se jkunu, inklużi fi flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament.

44D Mod wieħed biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 44A huwa billi tiġi pprovduta rikonċiljazzjoni bejn il-bilanċ tal-ftuħ u dak tal-għeluq fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament, inklużi l-bidliet identifikati fil-paragrafu 44B. Meta entità tiddivulga tali rikonċiljazzjoni, din għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni biex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jorbtu l-entrati inklużi fir-rikonċiljazzjoni mar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u mar-rapport tal-flussi ta’ flus.

44E Jekk entità tipprovdi d-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 44A flimkien mad-divulgazzjonijiet tal-bidliet f’assi u f’obbligazzjonijiet oħrajn, din għandha tiddivulga l-bidliet f’obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ finanzjament b’mod separat mill-bidliet f’dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn.

▼M4

ARRANĠAMENTI FINANZJARJI TAL-FORNITURI

44F   Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar l-arranġamenti finanzjarji tal-fornituri tagħha (kif deskritt fil-paragrafu 44G) li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw l-effetti ta’ dawk l-arranġamenti fuq l-obbligazzjonijiet u l-flussi tal-flus tal-entità u fuq l-esponiment tal-entità għar-riskju tal-likwidità.

44G L-arranġamenti finanzjarji tal-fornituri huma kkaratterizzati minn fornitur finanzjarju wieħed jew aktar li joffri li jħallas l-ammonti li entità għandha tagħti lill-fornituri tagħha u l-entità li taqbel li tħallas skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti fl-istess data, jew f’data aktar tard minn meta jitħallsu l-fornituri. Dawn l-arranġamenti jipprovdu lill-entità b’termini ta’ pagament estiżi, jew lill-fornituri tal-entità b’termini ta’ pagament bikri, meta mqabbla mad-data ta’ maturità tal-pagament tal-fattura relatata. L-arranġamenti finanzjarji tal-fornituri spiss jissejħu finanzjament tal-katina tal-provvista, finanzjament ta’ ammonti pagabbli jew arranġamenti ta’ fatturament invers. Arranġamenti li huma biss it-titjib tal-kreditu għall-entità (pereżempju, garanziji finanzjarji inklużi ittri ta’ kreditu użati bħala garanziji) jew strumenti użati mill-entità biex tissalda direttament ma’ fornitur l-ammonti dovuti (pereżempju, karti ta’ kreditu) mhumiex arranġamenti finanzjarji tal-fornituri.

44H Sabiex jintlaħqu l-objettivi fil-paragrafu 44F, entità għandha tiżvela b’mod aggregat fir-rigward tal-arranġamenti finanzjarji tal-fornituri tagħha:

(a) 

it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti (pereżempju, it-termini ta’ ħlas estiżi u l-garanzija jew l-garanziji pprovduti). Madankollu, entità għandha tiżvela separatament it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti li għandhom termini u kundizzjonijiet mhux simili.

(b) 

kif jinsabu fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar:

(i) 

l-ammonti riportati, u partiti assoċjati ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, tal-obbligazzjonijiet finanzjarji li huma parti minn arranġament finanzjarju tal-fornitur.

(ii) 

l-ammonti riportati, u partiti assoċjati, tal-obbligazzjonijiet finanzjarji divulgati taħt (i) li għalihom il-fornituri diġà rċevew pagament mill-fornituri tal-finanzi.

(iii) 

il-firxa tad-dati ta’ maturità tal-pagamenti (pereżempju, 30–40 jum wara d-data tal-fattura) kemm għall-obbligazzjonijiet finanzjarji divulgati taħt (i) kif ukoll għall-pagabbli tan-negozju komparabbli li mhumiex parti minn arranġament finanzjarju tal-fornitur. Il-pagabbli tan-negozju komparabbli huma, pereżempju, pagabbli tan-negozju tal-entità fi ħdan l-istess linja operatorja jew ġuriżdizzjoni bħall-obbligazzjonijiet finanzjarji divulgati taħt (i). Jekk il-firxiet ta’ dati dovuti għall-ħlas ikunu wesgħin, entità għandha tiżvela informazzjoni ta’ spjegazzjoni dwar dawk il-firxiet jew tiżvela firxiet addizzjonali (pereżempju, firxiet stratifikati).

(c) 

it-tip u l-effett ta’ bidliet mhux fi flus fl-ammonti riportati tal-obbligazzjonijiet finanzjarji divulgati taħt (b)(i). Eżempji ta’ bidliet mhux fi flus jinkludu l-effett ta’ kombinamenti ta’ negozji, differenzi fil-kambju jew tranżazzjonijiet oħra li ma jeħtiġux l-użu ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus (ara l-paragrafu 43).

▼B

KOMPONENTI TA’ FLUS U EKWIVALENTI TA’ FLUS

45   Entità għandha tiddivulga l-komponenti ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus u għandha tippreżenta rikonċiljazzjoni tal-ammonti fir-rapport tal-flussi ta’ flus tagħha mal-entrati ekwivalenti rapportati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

46 Fid-dawl tal-varjetà ta’ prattiki ta’ ġestjoni tal-likwidità u ta’ arranġamenti bankarji madwar id-dinja u f’konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji, entità tiddivulga l-politika li hija tadotta biex tiddetermina l-kompożizzjoni ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus.

47 L-effett ta’ kwalunkwe bidla fil-politika għad-determinazzjoni ta’ komponenti ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus, pereżempju, bidla fil-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji li qabel kienu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-portafoll ta’ investiment tal-entità, jiġi rapportat f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

DIVULGAZZJONIJIET OĦRAJN

48   Entità għandha tiddivulga, flimkien ma’ kummentarju mill-maniġment, l-ammont tal-bilanċi ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus sinifikanti miżmuma mill-entità li mhumiex disponibbli biex jintużaw mill-grupp.

49 Jeżistu diversi ċirkustanzi li fihom il-bilanċi ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus miżmumin minn entità ma jkunux disponibbli sabiex jintużaw mill-grupp. Eżempji jinkludu bilanċi ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus miżmumin minn sussidjarja li topera f’pajjiż fejn japplikaw kontrolli tal-kambju jew restrizzjonijiet legali oħra meta l-bilanċi ma jkunux disponibbli għal użu ġenerali mill-kumpanija omm jew minn sussidjarji oħrajn.

50 Informazzjoni addizzjonali tista’ tkun rilevanti għall-utenti biex jifhmu l-pożizzjoni finanzjarja u l-likwidità ta’ entità. Titħeġġeġ divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni, flimkien ma’ kummentarju mill-maniġment, u tista’ tinkludi:

(a) 

l-ammont ta’ faċilitajiet ta’ teħid b’self mhux prelevati li jistgħu jkunu disponibbli għal attivitajiet operatorji fil-futur u biex jiġu saldati impenji kapitali, b’indikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet;

(b) 

l-ammont aggregat ta’ flussi ta’ flus li jirrappreżentaw żidiet fil-kapaċità operatorja b’mod separat minn dawk il-flussi ta’ flus li huma meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità operatorja; u

(c) 

l-ammont tal-flussi ta’ flus li jirriżulta mill-attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament ta’ kull segment rapportabbli (ara l-IFRS 8 Segmenti Operatorji).

51 Id-divulgazzjoni separata tal-flussi ta’ flus li jirrappreżentaw żidiet fil-kapaċità operatorja u fil-flussi ta’ flus li huma meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità operatorja hija utli sabiex l-utent ikun jista’ jiddetermina jekk l-entità hijiex tinvesti b’mod adegwat fiż-żamma tal-kapaċità operatorja tagħha. Entità li ma tinvestix b’mod adegwat fiż-żamma tal-kapaċità operatorja tagħha tista’ tkun qed tippreġudika l-profittabbiltà futura f’ġieħ il-likwidità kurrenti u d-distribuzzjonijiet lis-sidien.

52 Id-divulgazzjoni ta’ flussi ta’ flus segmentali tippermetti li l-utenti jifhmu aħjar ir-relazzjoni bejn il-flussi ta’ flus tan-negozju kollu kemm hu u dawk tal-partijiet komponenti tiegħu u d-disponibbiltà u l-varjabbiltà tal-flussi ta’ flus segmentali.

▼M4

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

▼B

53 Dan l-Istandard isir operatorju għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1994 jew wara.

54 L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 39-42 u żied il-paragrafi 42A u 42B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emendi għandhom jiġu applikati retrospettivament.

55 Il-paragrafu 14 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-paragrafu 68A tal-IAS 16.

56 Il-paragrafu 16 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

57 L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 37, 38 u 42B u ħassru l-paragrafu 50(b). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

58  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi 42A u 42B u żied il-paragrafu 40A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess żmien.

59 L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f'Jannar 2016, emenda l-paragrafi 17 u 44. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

60  Inizjattiva tad-Divulgazzjonijiet (Emendi fl-IAS 7), maħruġ f'Jannar 2016, żied il-paragrafi 44A-44E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Meta l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba, mhuwiex meħtieġ li tipprovdi informazzjoni komparattiva għal perjodi preċedenti.

61 L-IFRS 17, Kuntratti tal-Assigurazzjoni, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 14. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

▼M4

62  Arranġamenti Finanzjarji tal-Fornituri, maħruġa f’Mejju 2023, jiżdiedu l-paragrafi 44F–44H. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024, jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

63 Fl-applikazzjoni tal-Arranġamenti Finanzjarji tal-Fornituri, entità mhijiex meħtieġa tiżvela:

(a) 

informazzjoni komparattiva għal kwalunkwe perjodu ta’ rapportar ippreżentat qabel il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba.

(b) 

l-informazzjoni meħtieġa mod ieħor mill-paragrafu 44H(b)(ii)–(iii) fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba.

(c) 

l-informazzjoni meħtieġa mod ieħor mill-paragrafi 44F–44H għal kwalunkwe perjodu interim ippreżentata fil-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba.

▼B

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 8

Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kriterji biex jintgħażlu u jinbidlu l-politiki tal-kontabbiltà, flimkien mat-trattament kontabbilistiku u d-divulgazzjoni tal-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà, bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà u korrezzjonijiet ta’ erruri. L-Istandard huwa intiż biex ir-rapporti finanzjarji ta’ entità jsiru aktar rilevanti u affidabbli, u biex tissaħħaħ il-komparabbiltà ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji matul iż-żmien u mar-rapporti finanzjarji ta’ entitajiet oħrajn.

2 Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal politiki tal-kontabbiltà, għajr dawk għal bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà, huma stipulati fl-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fl-għażla u fl-applikazzjoni ta’ politiki tal-kontabbiltà, u fil-kontabbilizzazzjoni tal-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà, bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà u korrezzjonijiet ta’ erruri fil-perjodi preċedenti.

4 L-effetti tat-taxxa tal-korrezzjonijiet ta’ erruri fil-perjodi preċedenti u aġġustamenti retrospettivi magħmula biex ikunu applikati bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà huma kontabbilizzati u ddivulgati f’konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu.

DEFINIZZJONIJIET

5   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Politiki tal-kontabbiltà huma l-prinċipji, il-bażijiet, il-konvenzjonijiet, ir-regoli u l-prattiki speċifiċi applikati minn entità fit-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji.
Stimi tal-kontabbiltà huma ammonti monetarji fir-rapporti finanzjarji li huma soġġetti għal inċertezza tal-kejl.
Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB). Dawn jinkludu:
(a) 

Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju;

(b) 

Standards Internazzjonali tal-Kontabbiltà;

(c) 

Interpretazzjonijiet tal-IFRIC; u

(d) 

Interpretazzjonijiet tal-SIC. ( 3 )

Materjali hija definita fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u tintuża f’dan l-Istandard bl-istess tifsira.
Erruri fil-perjodi preċedenti huma omissjonijiet mir-rapporti finanzjarji tal-entità, u dikjarazzjonijiet skorretti fihom, għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar li rriżultaw minn nuqqas ta’ użu, jew użu ħażin, ta’ informazzjoni affidabbli li:
(a) 

kienet disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dawk il-perjodi kienu awtorizzati għall-ħruġ; u

(b) 

kien mistenni b’mod raġonevoli li tkun inkisbet u tqieset fil-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji.

Erruri bħal dawn jinkludu l-effetti ta’ erruri matematiċi, erruri fl-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà, żvisti jew interpretazzjonijiet ħżiena ta’ xi fatti, u frodi.
Applikazzjoni retrospettiva hija l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida għal tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħra daqslikieku dik il-politika dejjem kienet applikata.
Rirapportar retrospettiv huwa l-korrezzjoni tar-rikonoxximent, il-kejl u d-divulgazzjoni tal-ammonti ta’ elementi tar-rapporti finanzjarji daqslikieku errur fil-perjodi preċedenti qatt ma seħħ.
Imprattikabbli L-applikazzjoni ta’ rekwiżit hija imprattikabbli meta l-entità ma tkunx tista’ tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk. Għal perjodu preċedenti partikulari, huwa imprattikabbli li tapplika bidla f’politika tal-kontabbiltà b’mod retrospettiv jew tagħmel rirapportar retrospettiv biex tikkoreġi errur jekk:
(a) 

l-effetti tal-applikazzjoni retrospettiva jew ir-rirapportar retrospettiv ma jkunux determinabbli;

(b) 

l-applikazzjoni retrospettiva jew ir-rirapportar retrospettiv ikunu jeħtieġu suppożizzjonijiet dwar l-intenzjoni tal-maniġment f’dak il-perjodu; jew

(c) 

l-applikazzjoni retrospettiva jew ir-rirapportar retrospettiv ikunu jeħtieġu stimi sinifikanti tal-ammonti u jkun impossibbli li tiddistingwi b’mod oġġettiv informazzjoni dwar dawk l-istimi li:

(i) 

tipprovdi evidenza ta’ ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data/i li fiha/om l-ammonti jridu jiġu rikonoxxuti, imkejla jew divulgati; u

(ii) 

kienet tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perjodu preċedenti ġew awtorizzati għall-ħruġ;

minn informazzjoni oħra.

Applikazzjoni prospettiva ta’ bidla fil-politika tal-kontabbiltà u tar-rikonoxximent tal-effett tal-bidla fi stima tal-kontabbiltà, rispettivament, huma:
(a) 

l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida għal tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħrajn li jseħħu wara d-data li fiha jkun hemm bdil fil-politika; u

(b) 

ir-rikonoxximent tal-effett tal-bidla fuq l-istima tal-kontabbiltà fil-perjodi kurrenti u futuri affettwati mill-bidla.

6 [Imħassar]

POLITIKI TAL-KONTABBILTÀ

Għażla u applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà

7   Meta IFRS speċifikament japplika għal tranżazzjoni, event jew kundizzjoni oħra, il-politika jew politiki tal-kontabbiltà applikati għal dik l-entrata għandha tkun determinata bl-applikazzjoni tal-IFRS.

8 L-IFRSs jippreżentaw politiki tal-kontabbiltà li l-IASB ikkonkluda li jirriżultaw f’rapporti finanzjarji li fihom informazzjoni rilevanti u affidabbli dwar it-tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħrajn li japplikaw għalihom. Mhux meħtieġ li dawn il-politiki jiġu applikati meta l-effett tal-applikazzjoni tagħhom ikun immaterjali. Madankollu, mhux xieraq li jsir, jew li ma jkunx korrett, tbegħid immaterjali minn IFRSs biex tinkiseb preżentazzjoni partikulari tal-pożizzjoni finanzjarja, prestazzjoni finanzjarja jew flussi ta’ flus ta’ entità.

9 L-IFRSs huma akkumpanjati bi gwida li tassisti lill-entitajiet fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tagħhom. Din il-gwida kollha tiddikjara jekk hijiex parti integrali mill-IFRSs. Gwida li hija parti integrali mill-IFRSs hija obbligatorja. Gwida li mhijiex parti integrali mill-IFRSs ma tinkludix rekwiżiti għar-rapporti finanzjarji.

10  Fl-assenza ta’ IFRS li tapplika speċifikament għal tranżazzjoni, event jew kundizzjoni oħra, il-maniġment għandu juża l-ġudizzju tiegħu fl-iżvilupp u fl-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà li tirriżulta f’informazzjoni li hija:

(a) 

rilevanti għall-ħtiġijiet ta’ teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti; u

(b) 

affidabbli, fis-sens li r-rapporti finanzjarji:

(i) 

jirrappreżentaw b’mod leali l-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tal-entità;

(ii) 

jirriflettu s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħra u mhux biss il-forma ġuridika;

(iii) 

ikunu newtrali, jiġifieri ħielsa minn preġudizzji;

(iv) 

ikunu prudenti; u

(v) 

ikunu kompluti fl-aspetti materjali kollha.

11   Biex jagħmel il-ġudizzju deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment għandu jirreferi għas-sorsi li ġejjin, u jikkunsidra l-applikabbiltà tagħhom, f’ordni dekrexxenti:

(a) 

ir-rekwiżiti fl-IFRSs li jittrattaw kwistjonijiet simili u relatati; u

(b) 

id-definizzjonijiet, il-kriterji tar-rikonoxximent u l-kunċetti tal-kejl għall-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u l-ispejjeż fil-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju (Qafas Kunċettwali)  ( 4 ).

12   Meta jagħmel il-ġudizzju deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment jista’ jqis ukoll l-aktar stqarrijiet riċenti ta’ korpi oħrajn li jistabbilixxu l-istandards li jużaw qafas kunċettwali simili biex jiżviluppaw standards kontabbilistiċi, litteratura kontabbilistika oħra u prattiki industrijali aċċettati, sakemm dawn ma jkunux f’kunflitt mas-sorsi fil-paragrafu 11.

Konsistenza tal-politiki tal-kontabbiltà

13   Entità għandha tagħżel u tapplika l-politiki tal-kontabbiltà tagħha b’mod konsistenti għal tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet oħra simili, sakemm IFRS ma jitlobx speċifikament jew jippermetti kategorizzazzjoni ta’ entrati li għalihom jistgħu jkunu adattati politiki differenti. Jekk IFRS jirrikjedi jew jippermetti din il-kategorizzazzjoni, għandha tintgħażel politika tal-kontabbiltà xierqa u tiġi applikata b’mod konsistenti għal kull kategorija.

Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà

14   Entità għandha tibdel politika tal-kontabbiltà biss jekk il-bidla:

(a) 

tkun meħtieġa minn IFRS; jew

(b) 

tirriżulta fir-rapporti finanzjarji li jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, eventi jew kundizzjonijiet oħra dwar il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja jew il-flussi ta’ flus tal-entità.

15 L-utenti tar-rapporti finanzjarji jridu jkunu jistgħu jqabblu r-rapporti finanzjarji ta’ entità fuq tul ta’ żmien biex jidentifikaw it-tendenzi fil-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus. Għaldaqstant, l-istess politiki tal-kontabbiltà jiġu applikati f’kull perjodu u minn perjodu għall-ieħor sakemm bidla fil-politika tal-kontabbiltà ma tissodisfax waħda mill-kriterji fil-paragrafu 14.

16   Dawn li ġejjin mhumiex bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà:

(a) 

l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà għal tranżazzjonijiet, eventi jew kundizzjonijiet oħra li huma differenti fis-sustanza minn dawk li seħħew qabel; u

(b) 

l-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida għal tranżazzjonijiet, eventi jew kundizzjonijiet oħra li ma seħħewx qabel jew li kienu immaterjali.

17   L-applikazzjoni inizjali ta’ politika biex jiġu rivalwati assi f’konformità mal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew l-IAS 38 Assi Intanġibbli hija bidla f’politika tal-kontabbiltà li trid tiġi trattata bħala rivalwazzjoni f’konformità mal-IAS 16 jew l-IAS 38, minflok f’konformità ma’ dan l-Istandard.

18 Il-paragrafi 19-31 ma japplikawx għall-bidla fil-politika tal-kontabbiltà deskritta fil-paragrafu 17.

Applikazzjoni tal-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà

19   Soġġetta għall-paragrafu 23:

(a) 

entità għandha tikkontabbilizza bidla fil-politika tal-kontabbiltà li tirriżulta mill-applikazzjoni inizjali ta’ IFRS f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi, jekk jeżistu, f’dak l-IFRS; u

(b) 

meta entità tibdel politika tal-kontabbiltà fuq l-applikazzjoni inizjali ta’ IFRS li ma tinkludix dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi applikabbli għal dik il-bidla, jew tibdel politika tal-kontabbiltà b’mod volontarju, din għandha tapplika l-bidla b’mod retrospettiv.

20 Għall-fini ta’ dan l-Istandard, applikazzjoni bikrija ta’ IFRS mhijiex bidla volontarja fil-politika tal-kontabbiltà.

21 Fl-assenza ta’ IFRS li speċifikament japplika għal tranżazzjoni, event jew kundizzjoni oħra, il-maniġment jista’, f’konformità mal-paragrafu 12, japplika politika tal-kontabbiltà minn fost l-aktar stqarrijiet riċenti ta’ korpi oħrajn li jistabbilixxu l-istandards li jużaw qafas kunċettwali simili biex jiżviluppaw standards kontabbilistiċi. Jekk, wara emenda ta’ stqarrija bħal din, l-entità tagħżel li tibdel politika tal-kontabbiltà, dik il-bidla tiġi kontabbilizzata u ddivulgata bħala bidla volontarja fil-politika tal-kontabbiltà.

Applikazzjoni retrospettiva

22   Soġġetta għall-paragrafu 23, meta bidla fil-politika tal-kontabbiltà tiġi applikata b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu 19(a) jew (b), l-entità għandha taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ ta’ kull komponent ta’ ekwità affettwat għall-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat u l-ammonti komparattivi l-oħra ddivulgati għal kull perjodu preċedenti ppreżentat daqslikieku l-politika tal-kontabbiltà l-ġdida dejjem kienet ġiet applikata.

Limitazzjonijiet għall-applikazzjoni retrospettiva

23   Meta applikazzjoni retrospettiva tkun meħtieġa mill-paragrafu 19(a) jew (b), għandha tiġi applikata bidla fil-politika tal-kontabbiltà b’mod retrospettiv għajr fil-każ li jkun imprattikabbli li jiġu determinati l-effetti fuq perjodu speċifiku jew l-effett kumulattiv tal-bidla.

24   Meta jkun imprattikabbli li jkunu ddeterminati l-effetti fuq perjodu speċifiku ta’ bidla fil-politika tal-kontabbiltà dwar informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar ippreżentati, l-entità għandha tapplika l-politika tal-kontabbiltà l-ġdida fuq l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif kienu fil-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih hu prattikabbli li ssir applikazzjoni retrospettiva, li jista’ jkun il-perjodu kurrenti, u għandha tagħmel aġġustament li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ kull komponent ta’ ekwità affettwat għal dak il-perjodu.

25   Meta jkun imprattikabbli li jiġi determinat l-effett kumulattiv, fil-bidu tal-perjodu kurrenti, għall-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida fuq il-perjodi preċedenti kollha, l-entità għandha taġġusta l-informazzjoni komparattiva biex tapplika l-politika tal-kontabbiltà ġdida b’mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli.

26 Meta entità tapplika politika tal-kontabbiltà ġdida b’mod retrospettiv, din tapplika l-politika tal-kontabbiltà għall-informazzjoni komparattiva għall-perjodi preċedenti li jmorru lura kemm jista’ jkun sakemm ikun prattikabbli. Applikazzjoni retrospettiva għal perjodu preċedenti mhijiex prattikabbli sakemm ma jkunx prattikabbli li jkun determinat l-effett kumulattiv kemm fil-ftuħ kif ukoll fl-għeluq tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal dak il-perjodu. L-ammont tal-aġġustament li jirriżulta relatat ma’ perjodi qabel dawk ippreżentati fir-rapporti finanzjarji jsir lill-bilanċ tal-ftuħ ta’ kull komponent ta’ ekwità affettwat tal-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat. Ġeneralment, l-aġġustament isir fuq il-qligħ imfaddal. Madankollu, l-aġġustament jista’ jsir fuq komponent ta’ ekwità ieħor (pereżempju, biex ikun konformi ma’ IFRS). Kwalunkwe informazzjoni oħra dwar perjodi preċedenti, bħal sommarji storiċi ta’ data finanzjarja, tiġi aġġustata wkoll lura kemm jista’ jkun sakemm ikun prattikabbli.

27 Meta jkun imprattikabbli li entità tapplika politika tal-kontabbiltà ġdida b’mod retrospettiv, minħabba li ma tkunx tista’ tiddetermina l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni tal-politika għall-perjodi preċedenti kollha, l-entità, f’konformità mal-paragrafu 25, tapplika l-politika l-ġdida b’mod prospettiv mill-bidu tal-aktar perjodu bikri prattikabbli. Għaldaqstant, hija ma tagħtix kas tal-porzjon tal-aġġustament kumulattiv għal assi, obbligazzjonijiet u ekwità li jkunu saru qabel dik id-data. Il-bdil ta’ politika tal-kontabbiltà huwa permess anki jekk ikun imprattikabbli li tapplika l-politika b’mod prospettiv għal kwalunkwe perjodu preċedenti. Il-paragrafi 50-53 jipprovdu gwida dwar meta jkun imprattikabbli li tapplika politika tal-kontabbiltà ġdida għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar.

Divulgazzjoni

28   Meta applikazzjoni inizjali ta’ IFRS ikollha effett fuq il-perjodu kurrenti jew kwalunkwe perjodu preċedenti, kieku jkollha effett bħal dan ħlief li jkun imprattikabbli biex ikun determinat l-ammont tal-aġġustament, jew li jista’ jkollha effett fuq perjodi futuri, entità għandha tiddivulga:

(a) 

it-titolu tal-IFRS;

(b) 

meta jkun applikabbli, li l-bidla fil-politika tal-kontabbiltà tkun saret f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tagħha;

(c) 

in-natura tal-bidla fil-politika tal-kontabbiltà;

(d) 

meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali;

(e) 

meta jkun applikabbli, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jista’ jkollhom effett fuq perjodi futuri;

(f) 

għall-perjodu kurrenti u għal kull perjodu preċedenti ppreżentat, sakemm ikun prattikabbli, l-ammont tal-aġġustament:

(i) 

għal kull entrata f’linja affettwata fir-rapport finanzjarju; u

(ii) 

jekk l-IAS 33 Qligħ għal kull Sehem japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem;

(g) 

l-ammont tal-aġġustament relatat mal-perjodi qabel dawk ippreżentati, sakemm ikun prattikabbli; u

(h) 

jekk l-applikazzjoni retrospettiva meħtieġa mill-paragrafu 19(a) jew (b) tkun imprattikabbli għal perjodu preċedenti partikulari, jew għal perjodi qabel dawk ippreżentati, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta’ dik il-kundizzjoni u deskrizzjoni ta’ kif u minn meta kienet applikata l-bidla fil-politika tal-kontabbiltà.

Rapporti finanzjarji ta’ perjodi sussegwenti ma hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-divulgazzjonijiet.

29  Meta bidla volontarja fil-politika tal-kontabbiltà jkollha effett fuq il-perjodu kurrenti jew kwalunkwe perjodu preċedenti, kieku jkollha effett bħal dan ħlief li jkun imprattikabbli biex ikun iddeterminat l-ammont tal-aġġustament, jew li jista’ jkollha effett fuq perjodi futuri, entità għandha tiddivulga:

(a) 

in-natura tal-bidla fil-politika tal-kontabbiltà;

(b) 

ir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tal-politika tal-kontabbiltà l-ġdida tipprovdi informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti;

(c) 

għall-perjodu kurrenti u għal kull perjodu preċedenti ppreżentat, sakemm ikun prattikabbli, l-ammont tal-aġġustament:

(i) 

għal kull entrata f'linja affettwata fir-rapport finanzjarju; u

(ii) 

jekk l-IAS 33 japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem;

(d) 

l-ammont tal-aġġustament relatat mal-perjodi qabel dawk ippreżentati, sakemm ikun prattikabbli; u

(e) 

jekk l-applikazzjoni retrospettiva tkun imprattikabbli għal perjodu preċedenti partikulari, jew għal perjodi qabel dawk ippreżentati, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta’ dik il-kundizzjoni u deskrizzjoni ta’ kif u minn meta kienet applikata l-bidla fil-politika tal-kontabbiltà.

Rapporti finanzjarji ta’ perjodi sussegwenti ma hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-divulgazzjonijiet.

30   Meta entità ma tkunx applikat IFRS ġdid li kien inħareġ iżda li għadu ma daħalx fis-seħħ, l-entità għandha tiddivulga:

(a) 

dan il-fatt; u

(b) 

informazzjoni magħrufa jew li tista’ tkun raġonevolment stmata li tkun rilevanti biex tivvaluta l-impatt possibbli li l-applikazzjoni ta’ IFRS ġdid se jkollu fuq ir-rapporti finanzjarji tal-entità fil-perjodu tal-applikazzjoni inizjali.

31 F’konformità mal-paragrafu 30, entità tikkunsidra li tiddivulga:

(a) 

it-titolu tal-IFRS il-ġdid;

(b) 

in-natura tal-bidla jew bidliet imminenti fil-politika tal-kontabbiltà;

(c) 

id-data sa meta tkun meħtieġa l-applikazzjoni tal-IFRS;

(d) 

id-data minn meta qed tippjana li tapplika l-IFRS inizjalment; u

(e) 

waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

diskussjoni tal-impatt li huwa mistenni li l-applikazzjoni inizjali tal-IFRS se jkollha fuq ir-rapporti finanzjarji tal-entità; jew

(ii) 

jekk dak l-impatt mhuwiex magħruf jew mhuwiex raġonevolment stmat, dikjarazzjoni li tispjega dak il-fatt.

STIMI TAL-KONTABBILTÀ

32 Politika tal-kontabbiltà jaf tkun tirrikjedi li entrati elenkati fir-rapporti finanzjarji jitkejlu b’tali mod li jinvolvi inċertezza tal-kejl—jiġifieri, il-politika tal-kontabbiltà jaf tkun tirrikjedi li tali entrati jitkejlu f’ammonti monetarji li ma jistgħux jiġu osservati direttament u minflok trid issir stima tagħhom. F’każ bħal dan, entità tiżviluppa stima tal-kontabbiltà biex tilħaq l-objettiv stabbilit mill-politika tal-kontabbiltà. L-iżvilupp ta’ stimi tal-kontabbiltà jinvolvi l-użu ta’ ġudizzji jew suppożizzjonijiet ibbażati fuq l-aħħar informazzjoni disponibbli u affidabbli. Eżempji ta’ stimi tal-kontabbiltà jinkludu:

(a) 

kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni, bl-applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(b) 

il-valur nett realizzabbli ta’ entrata ta’ inventarju, bl-applikazzjoni tal-IAS 2 Inventarji;

(c) 

il-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni, bl-applikazzjoni tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust;

(d) 

l-ispiża ta’ deprezzament għal entrata ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, bl-applikazzjoni tal-IAS 16; u

(e) 

provvediment għal obbligi ta’ garanzija, bl-applikazzjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

32A Entità tuża tekniki u inputs ta’ kejl biex tiżviluppa stima tal-kontabbiltà. It-tekniki ta’ kejl jinkludu tekniki tal-istimi (pereżempju, tekniki użati biex titkejjel kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni bl-applikazzjoni tal-IFRS 9) u tekniki ta’ valwazzjoni (pereżempju, tekniki użati għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni bl-applikazzjoni tal-IFRS 13).

32B It-terminu “stima” fl-IFRSs xi drabi jirreferi għal stima li mhijiex stima tal-kontabbiltà kif definita f’dan l-Istandard. Pereżempju, xi drabi jirreferi għal input użat fl-iżvilupp ta’ stimi tal-kontabbiltà.

33 L-użu ta’ stimi raġonevoli huwa parti essenzjali tat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji u ma jnaqqasx l-affidabbiltà tagħhom.

Bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà

34 Entità jaf tkun teħtieġ tibdel stima tal-kontabbiltà jekk iseħħu bidliet fiċ-ċirkustanzi li fuqhom l-istima tal-kontabbiltà kienet ibbażata jew bħala riżultat ta’ informazzjoni ġdida, żviluppi ġodda jew aktar esperjenza. Min-natura tagħha, bidla fi stima tal-kontabbiltà ma tirrelatax ma’ perjodi preċedenti u mhijiex korrezzjoni ta’ erruri.

34A L-effetti fuq stima tal-kontabbiltà ta’ bidla fl-input jew bidla fit-teknika ta’ kejl huma bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà sakemm ma jirriżultawx mill-korrezzjoni ta’ erruri fil-perjodi preċedenti.

35 Bidla fuq bażi ta’ kejl hija applikata bħala bidla fil-politika tal-kontabbiltà, u mhijiex bidla fl-istima tal-kontabbiltà. Meta jkun diffiċli tiddistingwi bidla f’politika tal-kontabbiltà minn bidla fi stima tal-kontabbiltà, il-bidla titqies bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà.

Applikazzjoni tal-bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà

36   L-effett ta’ bidla fi stima tal-kontabbiltà, għajr bidla li għaliha japplika l-paragrafu 37, għandu jkun rikonoxxut b’mod prospettiv billi jiġi inkluż fil-profitt jew telf:

(a) 

fil-perjodu tal-bidla, jekk il-bidla taffettwa dak il-perjodu biss; jew

(b) 

fil-perjodu tal-bidla u perjodi futuri, jekk il-bidla taffettwahom it-tnejn.

37   Sakemm bidla fi stima tal-kontabbiltà tagħti lok għal bidliet fl-assi u fl-obbligazzjonijiet, jew tkun relatata ma’ entrata ta’ ekwità, din għandha tiġi rikonoxxuta billi jiġi aġġustat l-ammont riportat tal-entrata tal-assi, tal-obbligazzjoni jew tal-ekwità relatata fil-perjodu tal-bidla.

38 Rikonoxximent prospettiv tal-effett ta’ bidla fi stima tal-kontabbiltà jfisser li l-bidla tiġi applikata għat-tranżazzjonijiet, eventi u kondizzjonijiet oħra mid-data ta’ dik il-bidla. Bidla fl-istima tal-kontabbiltà tista’ taffettwa biss il-profitt jew telf tal-perjodu kurrenti, jew il-profitt jew telf kemm tal-perjodu kurrenti kif ukoll tal-perjodi futuri. Pereżempju, bidla fi provvediment għal telf ta’ kreditu mistenni taffettwa biss il-profitt jew telf tal-perjodu kurrenti u għaldaqstant tiġi rikonoxxuta fil-perjodu kurrenti. Madankollu, bidla fl-istima tal-ħajja utli tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f’assi deprezzabbli, jew il-mudell mistenni tal-konsum tagħhom, taffettwa l-ispiża ta’ deprezzament għall-perjodu kurrenti u għal kull perjodu futur matul il-bqija tal-ħajja utli tal-assi. Fiż-żewġ każijiet, l-effett tal-bidla relatata mal-perjodu kurrenti huwa rikonoxxut bħala introjtu jew spiża fil-perjodu kurrenti. L-effett, jekk hemm, fuq perjodi futuri huwa rikonoxxut bħala introjtu jew spiża f’dawk il-perjodi futuri.

Divulgazzjoni

39   Entità għandha tiddivulga n-natura u l-ammont ta’ bidla fi stima tal-kontabbiltà li jkollha effett fuq il-perjodu kurrenti jew li mistennija li jkollha effett f’perjodi futuri, għajr għad-divulgazzjoni tal-effett fuq perjodi futuri meta jkun imprattikabbli li jkun stmat dak l-effett.

40 Jekk l-ammont tal-effett f’perjodi futuri ma jkunx divulgat minħabba li jkun imprattikabbli li ssir stima, entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

ERRURI

41 Jistgħu jseħħu erruri dwar ir-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni jew id-divulgazzjoni ta’ elementi tar-rapporti finanzjarji. Ir-rapporti finanzjarji mhumiex konformi mal-IFRSs jekk fihom erruri materjali jew erruri immaterjali li jsiru intenzjonalment biex tinkiseb preżentazzjoni partikulari tal-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarji jew il-flussi ta’ flus ta’ entità. Erruri potenzjali fil-perjodu kurrenti li jinkixfu f’dak il-perjodu jiġu kkoreġuti qabel ma r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-ħruġ. Madankollu, xi kultant erruri materjali ma jinkixfux qabel ma jasal perjodu sussegwenti, u dawn l-erruri fil-perjodu preċedenti jiġu kkoreġuti fl-informazzjoni komparattiva ppreżentata fir-rapporti finanzjarji għal dak il-perjodu sussegwenti (ara l-paragrafi 42-47).

42   Soġġetta għall-paragrafu 43, entità għandha tikkoreġi erruri materjali ta’ perjodi preċedenti b’mod retrospettiv fl-ewwel sett ta’ rapporti finanzjarji awtorizzati għall-ħruġ wara li jkunu nkixfu billi:

(a) 

tirridikjara l-ammonti komparattivi għall-perjodu/i preċedenti ppreżentat(i) li fih/om ikun seħħ l-errur; jew

(b) 

jekk l-errur ikun seħħ qabel l-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat, tirridikjara l-bilanċi tal-ftuħ tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-ekwità għall-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat.

Limitazzjonijiet fuq ridikjarazzjoni retrospettiva

43   Errur f’perjodu preċedenti għandu jkun ikkoreġut b’ridikjarazzjoni retrospettiva ħlief meta jkun imprattikabbli li jkunu ddeterminati l-effetti fuq perjodu speċifiku jew l-effett kumulattiv tal-errur.

44   Meta jkun imprattikabbli li jiġu determinati l-effetti fuq perjodu speċifiku ta’ errur fuq l-informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar ippreżentati, l-entità għandha tirridikjara l-bilanċi tal-ftuħ tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-ekwità għall-aktar perjodu bikri li għalih huwa prattikabbli li ssir ridikjarazzjoni retrospettiva (li jista’ jkun il-perjodu kurrenti).

45   Meta jkun imprattikabbli li jiġi determinat l-effett kumulattiv, fil-bidu tal-perjodu kurrenti, ta’ errur fuq il-perjodi preċedenti kollha, l-entità għandha tirridikjara l-informazzjoni komparattiva biex tikkoreġi l-errur b’mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli.

46 Il-korrezzjoni ta’ errur fil-perjodi preċedenti hija eskluża mill-profitt jew telf għall-perjodu li fih ikun instab l-errur. Kwalunkwe informazzjoni ppreżentata dwar perjodi preċedenti, inkluż kwalunkwe sommarju storiku ta’ data finanzjarja, tiġi ridikjarata lura fiż-żmien kemm jista’ jkun sakemm ikun prattikabbli.

47 Meta jkun imprattikabbli li jiġi determinat l-ammont ta’ errur (eż. errur fl-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà) għall-perjodi preċedenti kollha, l-entità, f’konformità mal-paragrafu 45, tirridikjara l-informazzjoni komparattiva b’mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli. Għaldaqstant, din ma tagħtix kas tal-porzjon tar-ridikjarazzjoni kumulattiva tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-ekwità li jkunu saru qabel dik id-data. Il-paragrafi 50-53 jipprovdu gwida dwar meta jkun imprattikabbli li jiġi kkoreġut errur għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar.

48 Korrezzjonijiet ta’ erruri huma distinti minn bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà. Stimi tal-kontabbiltà min-natura tagħhom stess huma approssimazzjonijiet li jistgħu jkunu jeħtieġu tibdil kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, il-qligħ jew it-telf rikonoxxut mill-eżitu ta’ kontinġenza mhuwiex korrezzjoni ta’ errur.

Divulgazzjoni ta’ erruri fil-perjodi preċedenti

49   Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 42, entità għandha tiddivulga dan li ġej:

(a) 

in-natura tal-errur fil-perjodi preċedenti;

(b) 

għal kull perjodu preċedenti ppreżentat, sakemm dan ikun prattikabbli, l-ammont tal-korrezzjoni:

(i) 

għal kull entrata f’linja affettwata fir-rapport finanzjarju; u

(ii) 

jekk l-IAS 33 japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem;

(c) 

l-ammont tal-korrezzjoni fil-bidu tal-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat; u

(d) 

jekk ikun imprattikabbli li ssir ridikjarazzjoni retrospettiva għal perjodu preċedenti partikulari, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta’ dik il-kundizzjoni u deskrizzjoni ta’ kif u minn meta l-errur ġie kkoreġut.

Rapporti finanzjarji ta’ perjodi sussegwenti ma hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-divulgazzjonijiet.

IMPRATTIKABBILTÀ FIR-RIGWARD TA’ APPLIKAZZJONI RETROSPETTIVA U RIDIKJARAZZONI RETROSPETTIVA

50 F’xi ċirkustanzi, ikun imprattikabbli li tiġi aġġustata informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar biex tinkiseb komparabbiltà mal-perjodu kurrenti. Pereżempju, jista’ jkun li ma tkunx inġabret data fil-perjodu/i preċedenti b’mod li jippermetti applikazzjoni retrospettiva ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida (inkluż, għall-fini tal-paragrafi 51-53, l-applikazzjoni prospettiva tagħha għal perjodi preċedenti) jew ridikjarazzjoni retrospettiva biex tikkoreġi errur fil-perjodi preċedenti, u jista’ jkun imprattikabbli li terġa’ tinħoloq l-informazzjoni.

51 Ta’ spiss ikun hemm bżonn li jsiru stimi fl-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà għal elementi ta’ rapporti finanzjarji rikonoxxuti jew divulgati fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet, eventi jew kundizzjonijiet oħra. L-istima hija minnha nnifisha soġġettiva, u l-istimi jistgħu jiġu żviluppati wara l-perjodu ta’ rapportar. L-iżvilupp ta’ stimi huwa potenzjalment aktar diffiċli meta tiġi applikata politika tal-kontabbiltà b’mod retrospettiv jew meta ssir ridikjarazzjoni retrospettiva biex tikkoreġi errur fil-perjodu preċedenti, minħabba l-perjodu ta’ żmien itwal li jista’ jkun għadda minn meta għaddiet it-tranżazzjoni, l-event jew il-kundizzjoni l-oħra affettwata. Madankollu, l-objettiv tal-istimi relatati ma’ perjodi preċedenti jibqa’ l-istess bħal stimi magħmula fil-perjodu kurrenti, jiġifieri għall-istima biex tirrifletti ċ-ċirkustanzi li eżistew meta seħħet it-tranżazzjoni, l-event jew il-kundizzjoni l-oħra.

52 Għaldaqstant, l-applikazzjoni retrospettiva ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida jew il-korrezzjoni ta’ errur fil-perjodi preċedenti teħtieġ li ssir distinzjoni bejn informazzjoni li

(a) 

tipprovdi evidenza ta’ ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data/i li fiha/om seħħet it-tranżazzjoni, l-event jew il-kundizzjoni l-oħra, u

(b) 

kienet tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perjodu preċedenti ġew awtorizzati għall-ħruġ;

minn informazzjoni oħra. Għal ċerti tipi ta’ stimi (eż. kejl tal-valur ġust li juża inputs sinifikanti mhux osservabbli), ikun imprattikabbli li ssir distinzjoni bejn dawn it-tipi ta’ informazzjoni. Meta l-applikazzjoni retrospettiva jew ir-ridikjarazzjoni retrospettiva titlob li ssir stima sinifikanti li għaliha jkun impossibbli li ssir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni, ikun imprattikabbli li tiġi applikata l-politika tal-kontabbiltà l-ġdida jew li jiġi kkoreġut l-errur fil-perjodu preċedenti b’mod retrospettiv.

53 Jenħtieġ li ma tintużax retrospettività fl-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida għal perjodu preċedenti, jew korrezzjoni ta’ ammonti għalih, meta jsiru suppożizzjonijiet dwar x’kienu jkunu l-intenzjonijiet tal-maniġment f’perjodu preċedenti jew l-istima tal-ammonti rikonoxxuti, imkejla jew iddivulgati f’perjodu preċedenti. Pereżempju, meta entità tikkoreġi errur fil-perjodu preċedenti fil-kalkolu tal-obbligazzjoni tagħha għal-liv akkumulat għall-impjegati minħabba mard f’konformità mal-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, din ma tikkunsidrax l-informazzjoni dwar staġun ta’ influwenza sever b’mod mhux tas-soltu matul il-perjodu li jmiss li jkun sar disponibbli wara li r-rapporti finanzjarji għall-perjodu preċedenti jkunu ġew awtorizzati għall-ħruġ. Il-fatt li spiss ikunu meħtieġa stimi sinifikattivi meta ssir emenda ta’ informazzjoni komparattiva ppreżentata għal perjodi preċedenti ma jipprevjenix l-aġġustament jew il-korrezzjoni affidabbli tal-informazzjoni komparattiva.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

54 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

54A [Imħassar]

54B [Imħassar]

54C L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 52. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

54D [Imħassar]

54E L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 53 u ħassar il-paragrafi 54A, 54B u 54D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

54F  Emendi fir-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ fl-2018, emenda l-paragrafi 6 u 11(b). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 6 u 11(b) b’mod retrospettiv f’konformità ma’ dan l-Istandard. Madankollu, jekk entità tiddetermina li applikazzjoni retrospettiva tkun imprattikabbli jew tkun tinvolvi kost jew sforz eċċessiv, din għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 6 u 11(b) b’referenza għall-paragrafi 23–28 ta’ dan l-Istandard. Jekk l-applikazzjoni retrospettiva ta’ kwalunkwe emenda fl-Emendi fir-Riferenzi għall-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS tinvolvi kost jew sforz eċċessiv, entità, meta tapplika l-paragrafi 23–28 ta’ dan l-Istandard, għandha taqra kwalunkwe referenza ħlief fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 27 għal “imprattikabbli” bħala “tinvolvi kost jew sforz eċċessivi u kwalunkwe referenza għal “prattikabbli” bħala “possibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv”.

54G Jekk entità ma tapplikax l-IFRS 14 Kontijiet ta’ Differiment Regolatorju, l-entità, meta tapplika l-paragrafu 11(b) għall-bilanċi tal-kontijiet regolatorji, għandha tkompli tirreferi għad-definizzjonijiet, il-kriterji ta’ rikonoxximent, u l-kunċetti ta’ kejl fil-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji ( 5 ) minflok dawk fil-Qafas Kunċettwali, u tqis l-applikabbiltà tagħhom. Bilanċ ta’ kont regolatorju huwa l-bilanċ tal-kont ta’ kwalunkwe spiża (jew introjtu) li ma tkunx rikonoxxuta bħala assi jew obbligazzjoni f’konformità ma’ Standards applikabbli oħrajn tal-IFRS iżda li tkun inkluża, jew ikun mistenni li tkun inkluża, mir-regolatur tar-rata fl-istabbiliment tar-rata li tista’ tiġi imposta/rati li jistgħu jiġu imposti lill-konsumaturi. Regolatur tar-rati huwa korp awtorizzat li għandu s-setgħa mogħtija minn statut jew regolament sabiex jistabbilixxi r-rata jew medda ta’ rati li jorbtu entità. Ir-regolatur tar-rati jista’ jkun korp ta’ parti terza jew parti relatata tal-entità, inkluż il-bord ta’ tmexxija tal-entità stess, jekk dak il-korp jintalab bi statut jew regolament sabiex jiffissa rati kemm fl-interess tal-konsumaturi, kif ukoll sabiex jiżgura l-vijabbiltà finanzjarja kumplessiva tal-entità.

54H  Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġ f’Ottubru 2018, emenda l-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafu 5 tal-IAS 8, u ħassar il-paragrafu 6 tal-IAS 8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

54I  Definizzjoni ta’ Stimi tal-Kontabbiltà, maħruġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 5, 32, 34, 38 u 48 u żied il-paragrafi 32A, 32B u 34A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità għandha tapplika l-emendi għall-bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà u l-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà li jseħħu fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li fih tapplika l-emendi, jew warajh.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

55 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 8 Profitt jew Telf Nett għall-Perjodu, Erruri Fundamentali u Bidliet fil-Politiki tal-Kontabbiltà, rivedut fl-1993.

56 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-Interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-SIC2 Konsistenza — Kapitalizzazzjoni tal-Kostijiet tas-Self Meħud; u

(b) 

l-SIC-18 Konsistenza — Metodi Alternattivi.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 10

Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi:

(a) 

meta jenħtieġ li entità taġġusta r-rapporti finanzjarji tagħha għal eventi wara l-perjodu ta’ rapportar; u

(b) 

id-divulgazzjonijiet li entità jenħtieġ li tagħmel dwar id-data meta r-rapporti finanzjarji jkunu ġew awtorizzati għall-ħruġ u dwar eventi wara l-perjodu ta’ rapportar.

L-Istandard jirrikjedi wkoll li jenħtieġ li entità ma tippreparax ir-rapporti finanzjarji tagħha fuq bażi ta’ negozju avvjat jekk l-eventi wara l-perjodu ta’ rapportar jindikaw li l-preżunzjoni ta’ negozju avvjat mhijiex xierqa.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabbiltà għal eventi wara l-perjodu ta’ rapportar, u fid-divulgazzjoni tagħhom.

DEFINIZZJONIJIET

3   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Eventi wara l-perjodu ta’ rapportar huma dawk l-eventi, favorevoli u sfavorevoli, li jseħħu bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u d-data ta’ meta r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-pubblikazzjoni. Jistgħu jiġu identifikati żewġ tipi ta’ eventi:
(a) 

dawk li jipprovdu evidenza tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar (eventi li jaġġustaw wara l-perjodu ta’ rapportar); u

(b) 

dawk li huma indikattivi tal-kundizzjonijiet li seħħew wara l-perjodu ta’ rapportar (eventi li ma jaġġustawx wara l-perjodu ta’ rapportar).

4 Il-proċess involut fl-awtorizzazzjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji se jvarja skont l-istruttura maniġerjali, ir-rekwiżiti statutorji u l-proċeduri segwiti fil-preparazzjoni u l-finalizzazzjoni tar-rapporti finanzjarji.

5 F’xi każijiet, entità hija meħtieġa tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha lill-azzjonisti tagħha għall-approvazzjoni tagħhom wara li jkunu ġew ippubblikati r-rapporti finanzjarji. F’dawn il-każijiet, ir-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati biex jiġu pubblikati fid-data tal-ħruġ, mhux fid-data meta l-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji.

Eżempju

Il-maniġment ta’ entità jlesti l-abbozz tar-rapporti finanzjarji għas-sena sal-31 ta’ Diċembru 20X1 fit-28 ta’ Frar 20X2. Fit-18 ta’ Marzu 20X2, il-bord tad-diretturi jirrieżamina r-rapporti finanzjarji u jawtorizzahom biex jiġu ppubblikati. L-entità tiddikjara l-profitt tagħha u informazzjoni finanzjarja oħra magħżula fid-19 ta’ Marzu 20X2. Ir-rapporti finanzjarji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti u oħrajn fl-1 ta’ April 20X2. L-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji fil-laqgħa annwali tagħhom fil-15 ta’ Mejju 20X2 u r-rapporti finanzjarji approvati mbagħad jiġu ppreżentati lil korp regolatorju fis-17 ta’ Mejju 20X2.

Ir-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati biex jiġu ppubblikati fit-18 ta’ Marzu 20X2 (id-data tal-awtorizzazzjoni mill-bord biex jiġu ppubblikati).

6 F’xi każijiet, il-maniġment ta’ entità jkun meħtieġ jippubblika r-rapporti finanzjarji tiegħu lil bord superviżorju (magħmul biss minn persuni li mhumiex eżekuttivi) għall-approvazzjoni tiegħu. F’dawn il-każijiet, ir-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati biex jiġu ppubblikati meta l-maniġment jawtorizza l-pubblikazzjoni tagħhom lill-bord superviżorju.

Eżempju

Fit-18 ta’ Marzu 20X2, il-maniġment ta’ entità jawtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji għall-bord superviżorju tiegħu. Il-bord superviżorju huwa magħmul biss minn persuni li mhumiex eżekuttivi u jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ impjegati u interessi barranin oħrajn. Il-bord superviżorju japprova r-rapporti finanzjarji fis-26 ta’ Marzu 20X2. Ir-rapporti finanzjarji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti u oħrajn fl-1 ta’ April 20X2. L-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji fil-laqgħa annwali tagħhom fil-15 ta’ Mejju 20X2 u r-rapporti finanzjarji approvati mbagħad jiġu ppreżentati lil korp regolatorju fis-17 ta’Mejju 20X2.

Ir-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati biex jiġu ppubblikati fit-18 ta’ Marzu 20X2 (data tal-awtorizzazzjoni mill-maniġment biex jiġu ppubblikati lill-bord superviżorju).

7 Eventi wara l-perjodu ta’ rapportar jinkludu l-eventi kollha sad-data meta r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati biex jiġu ppubblikati, anki jekk dawk l-eventi jseħħu wara t-tħabbira pubblika tal-profitt jew ta’ informazzjoni finanzjarja magħżula oħra.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Eventi li jaġġustaw wara l-perjodu ta’ rapportar

8   Entità għandha taġġusta l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-eventi li jaġġustaw wara l-perjodu ta’ rapportar.

9 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ eventi li jaġġustaw wara l-perjodu ta’ rapportar li jeħtieġu li entità taġġusta l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew li tirrikonoxxi entrati li ma kinux rikonoxxuti preċedentement:

(a) 

is-saldu wara l-perjodu ta’ rapportar ta’ kawża fil-qorti li tikkonferma li l-entità kellha obbligu preżenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. L-entità taġġusta kwalunkwe provvediment rikonoxxut preċedentement relatat ma’ din il-kawża fil-qorti f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jew tirrikonoxxi provvediment ġdid. L-entità ma tiddivulgax biss obbligazzjoni kontinġenti minħabba li s-saldu jipprovdi evidenza addizzjonali li tkun trid tiġi kkunsidrata f’konformità mal-paragrafu 16 tal-IAS 37;

(b) 

ir-riċevuta ta’ informazzjoni wara l-perjodu ta’ rapportar li tindika li assi ġie indebolit fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, jew li l-ammont ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut preċedentement għal dak l-assi, għandha tiġi aġġustata. Pereżempju:

(i) 

il-falliment ta’ konsumatur li jseħħ wara l-perjodu ta’ rapportar normalment jikkonferma li l-konsumatur kellu indeboliment fil-kreditu fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar; u

(ii) 

il-bejgħ ta’ inventarji wara l-perjodu ta’ rapportar jista’ jagħti evidenza dwar il-valur nett realizzabbli tagħhom fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar;

(c) 

id-determinazzjoni wara l-perjodu ta’ rapportar tal-kost tal-assi mixtrija, jew ir-rikavati mill-assi mibjugħa, qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar;

(d) 

id-determinazzjoni wara l-perjodu ta’ rapportar tal-ammont ta’ kondiviżjoni tal-profitti jew pagamenti bonus, jekk l-entità kellha obbligu legali attwali jew kostruttiv fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar sabiex tagħmel dawn il-pagamenti bħala riżultat tal-eventi qabel dik id-data (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(e) 

l-iskoperta ta’ frodi jew ta’ erruri li juru li r-rapporti finanzjarji mhumiex korretti.

Eventi li ma jaġġustawx wara l-perjodu ta’ rapportar

10   Entità ma għandhiex taġġusta l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-eventi li ma jaġġustawx wara l-perjodu ta’ rapportar.

11 Eżempju ta’ event li ma jaġġustax wara l-perjodu ta’ rapportar huwa tnaqqis fil-valur ġust tal-investimenti bejn tmiem il-perjodu ta’ rapportar u d-data meta r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-pubblikazzjoni. Normalment it-tnaqqis fil-valur ġust ma jkunx relatat mal-kundizzjoni tal-investimenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, iżda jirrifletti ċ-ċirkustanzi li jkunu rriżultaw sussegwentement. Għaldaqstant, entità ma taġġustax l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha għall-investimenti. Bl-istess mod, l-entità ma taġġornax l-ammonti divulgati għall-investimenti kif inhuma fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, għalkemm jista’ jkun meħtieġ li tagħmel divulgazzjonijiet addizzjonali skont il-paragrafu 21.

Dividendi

12   Jekk entità tiddikjara dividendi għad-detenturi ta’ strumenti ta’ ekwità (kif definit fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni) wara l-perjodu ta’ rapportar, l-entità ma għandhiex tirrikonoxxi dawk id-dividendi bħala obbligazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

13 Jekk jiġu ddikjarati dividendi wara l-perjodu ta’ rapportar iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-pubblikazzjoni, id-dividendi ma jiġux rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar għaliex ma tkun teżisti l-ebda obbligazzjoni f’dak iż-żmien. Dawn id-dividendi għandhom jiġu ddivulgati fin-noti f’konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.

NEGOZJU AVVJAT

14   Entità ma għandhiex tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha fuq bażi ta’ negozju avvjat jekk wara d-data tal-perjodu ta’ rapportar il-maniġment jiddetermina li għandu l-ħsieb li jillikwida l-entità jew li jieqaf jinnegozja, jew li ma għandux alternattiva realistika ħlief li jagħmel dan.

15 Id-deterjorament fir-redditi tal-operat u fil-pożizzjoni finanzjarja wara d-data tar-rapportar jista’ jindika l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat jekk il-preżunzjoni ta’ negozju avvjat għadhiex xierqa. Jekk il-preżunzjoni ta’ negozju avvjat ma tkunx għadha aktar xierqa, l-effett tant jinxtered li dan l-Istandard ikun jeħtieġ bidla fundamentali abbażi tal-kontabbiltà, minflok aġġustament fuq l-ammonti rikonoxxuti fil-bażi oriġinali tal-kontabbiltà.

16 L-IAS 1 jispeċifika d-divulgazzjonijiet meħtieġa jekk:

(a) 

ir-rapporti finanzjarji ma jiġux ippreparati fuq bażi ta’ negozju avvjat; jew

(b) 

il-maniġment ikun konxju ta’ inċertezzi materjali relatati ma’ eventi jew kundizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-entità bħala negozju avvjat. L-eventi jew il-kundizzjonijiet li jeħtieġu divulgazzjoni jistgħu jseħħu wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

DIVULGAZZJONI

Data tal-awtorizzazzjoni għall-pubblikazzjoni

17   Entità għandha tiddivulga d-data ta’ meta r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għall-pubblikazzjoni u min ta dik l-awtorizzazzjoni. Jekk is-sidien tal-entità jew oħrajn ikollhom is-setgħa li jemendaw ir-rapporti finanzjarji wara li jkunu ġew ippubblikati, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

18 Huwa importanti li l-utenti jkunu jafu meta r-rapporti finanzjarji jkunu ġew awtorizzati għall-pubblikazzjoni, minħabba li r-rapporti finanzjarji ma jirriflettux l-eventi wara dik id-data.

Aġġornament ta’ divulgazzjoni dwar kundizzjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar

19   Jekk entità tirċievi informazzjoni wara l-perjodu ta’ rapportar dwar kundizzjonijiet li eżistew fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, din għandha taġġorna d-divulgazzjonijiet relatati ma’ dawk il-kundizzjonijiet, fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida.

20 F’xi każijiet, entità jkollha bżonn taġġorna d-divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex tirrifletti l-informazzjoni li tkun ġiet riċevuta wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, anki meta l-informazzjoni ma tkunx taffettwa l-ammonti li hija tirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji tagħha. Eżempju wieħed tal-ħtieġa fl-aġġornament tad-divulgazzjonijiet huwa meta evidenza ssir disponibbli wara l-perjodu ta’ rapportar dwar obbligazzjoni kontinġenti li kienet teżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Barra milli tikkunsidra jekk jenħtieġx li tirrikonoxxi jew tibdel provvediment skont l-IAS 37, entità taġġorna d-divulgazzjonijiet tagħha dwar l-obbligazzjoni kontinġenti tagħha fid-dawl ta’ dik l-evidenza.

Eventi li ma jaġġustawx wara l-perjodu ta’ rapportar

21   Jekk eventi li ma jaġġustawx wara l-perjodu ta’ rapportar ikunu materjali, jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli li n-nuqqas ta’ divulgazzjoni jinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji għal skop ġenerali jagħmlu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji, li jipprovdu informazzjoni finanzjarja dwar entità relatriċi speċifika. Għalhekk, entità għandha tiddivulga dan li ġej għal kull kategorija materjali ta’ event li ma jaġġustax wara l-perjodu ta’ rapportar:

(a) 

in-natura tal-event; u

(b) 

stima tal-effett finanzjarju tagħha, jew dikjarazzjoni li stima bħal din ma tistax issir.

22 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ eventi li ma jaġġustawx wara l-perjodu ta’ rapportar li ġeneralment jirriżultaw f’divulgazzjoni:

(a) 

kombinament ta’ negozju maġġuri wara l-perjodu ta’ rapportar (l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji jkunu jeħtieġu divulgazzjonijiet speċifiċi f’dawn il-każijiet) jew id-disponiment ta’ sussidjarja maġġuri;

(b) 

tħabbir ta’ pjan biex ma titkompliex operazzjoni;

(c) 

xirjiet maġġuri ta’ assi, klassifikazzjoni ta’ assi bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, disponimenti oħrajn ta’ assi, jew esproprjazzjoni ta’ assi maġġuri mill-gvern;

(d) 

il-qerda ta’ impjant tal-produzzjoni maġġuri b’nirien wara l-perjodu ta’ rapportar;

(e) 

it-tħabbir, jew il-bidu tal-implimentazzjoni ta’ ristrutturar maġġuri (ara l-IAS 37);

(f) 

tranżazzjonijiet ta’ ishma ordinarji maġġuri u tranżazzjonijiet ta’ ishma ordinarji potenzjali wara l-perjodu ta’ rapportar (l-IAS 33 Qligħ għal Kull Sehem jeħtieġu li entità tiddivulga deskrizzjoni ta’ tranżazzjonijiet bħal dawn, barra meta dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu kapitalizzazzjoni jew ħruġ ta’ ishma bonus, frazzjonament tal-ishma jew retrofrazzjonament tal-ishma li huwa meħtieġ li lkoll jiġu aġġustati skont l-IAS 33);

(g) 

bidliet kbar anormali wara l-perjodu ta’ rapportar fil-prezzijiet tal-assi jew fir-rati tal-kambju;

(h) 

bidliet fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa ddekretati jew imħabbra wara l-perjodu ta’ rapportar li jkollhom effett sinifikanti fuq assi tat-taxxa kurrenti u differiti u obbligazzjonijiet (ara l-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu);

(i) 

dħul f’impenji sinifikanti jew obbligazzjonijiet kontinġenti, pereżempju, bi ħruġ ta’ garanziji sinifikanti; u

(j) 

il-bidu ta’ litigazzjoni maġġuri li sseħħ biss minħabba eventi li ġraw wara l-perjodu ta’ rapportar.

DATA EFFETTIVA

23 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

23A L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 11. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

23B L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 9. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

23C  Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġ f’Ottubru 2018, emenda l-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-emendi għad-definizzjoni ta’ materjali fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafi 5 u 6 tal-IAS 8.

IRTIRAR TAL-IAS 10 (RIVEDUT 1999)

24 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 10 Eventi Wara d-Data tal-Karta Bilanċjali (rivedut fl-1999).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 12

Taxxi fuq l-Introjtu

OBJETTIV

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament kontabbilistiku għal taxxi fuq l-introjtu. Il-kwistjoni prinċipali fil-kontabbiltà għal taxxi fuq l-introjtu hija kif għandhom jitqiesu l-konsegwenzi għat-taxxa kurrenti u futuri ta’:

(a) 

l-irkupru futur (saldu) tal-ammont riportat ta’ assi (obbligazzjonijiet) li huma rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità; u

(b) 

tranżazzjonijiet u eventi oħra tal-perjodu kurrenti li huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji ta’ entità.

Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ assi jew obbligazzjoni li l-entità relatriċi tkun tistenna li tirkupra jew li ssalda l-ammont riportat ta’ dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni. Jekk ikun probabbli li l-irkupru jew is-saldu ta’ dak l-ammont riportat jagħmel il-pagamenti futuri ta’ taxxa akbar (iżgħar) milli kien ikun li kieku dak l-irkupru jew saldu ma kellu ebda konsegwenza tat-taxxa, dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita (assi ta’ taxxa differita), b’ċerti eċċezzjonijiet limitati.

Dan l-Istandard jirrikjedi li entità tikkontabbilizza l-konsegwenzi tat-taxxa ta’ tranżazzjonijiet u eventi oħrajn bl-istess mod li tirrapporta t-tranżazzjonijiet u l-eventi l-oħrajn infushom. B’hekk, għal tranżazzjonijiet u eventi oħrajn rikonoxxuti fi profitt jew telf, kwalunkwe effett tat-taxxa relatat huwa rikonoxxut ukoll fi profitt jew telf. Għal tranżazzjonijiet u eventi oħrajn rikonoxxuti barra mill-profitt jew telf (f’introjtu ieħor komprensiv jew direttament fl-ekwità), kwalunkwe effett tat-taxxa relatat huwa rikonoxxut ukoll barra mill-profitt jew telf (f’introjtu ieħor komprensiv jew direttament fl-ekwità, rispettivament). Bl-istess mod, ir-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita f’kombinament ta’ negozji jaffettwa l-ammont ta’ avvjament li jirriżulta f’dak il-kombinament ta’ negozji jew l-ammont tal-qligħ rikonoxxut fuq ix-xiri bi prezz innegozjat.

Dan l-Istandard jittratta wkoll ir-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn telf mhux użat ta’ taxxa jew minn krediti mhux użati tat-taxxa, il-preżentazzjoni tat-taxxi fuq l-introjtu fir-rapporti finanzjarji u d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata mat-taxxi fuq l-introjtu.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabbiltà għal taxxi fuq l-introjtu.

2 Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard, it-taxxi fuq l-introjtu jinkludu t-taxxi domestiċi u barranin kollha li huma bbażati fuq profitti taxxabbli. It-taxxi fuq l-introjtu jinkludu wkoll taxxi, bħal taxxi minn ras il-għajn, li jitħallsu minn sussidjarja, minn kumpanija assoċjata jew b’arranġament konġunt fuq id-distribuzzjonijiet lill-entità relatriċi.

3 [Imħassar]

4 Dan l-Istandard ma jindirizzax il-metodi kontabbilistiċi għal għotjiet tal-gvern (ara l-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern) jew krediti ta’ taxxa għall-investiment. Madankollu, dan l-Istandard jindirizza l-kontabbiltà għal differenzi temporanji li jistgħu jinħolqu minn dawn l-għotjiet jew krediti tat-taxxa għall-investiment.

▼M1

4A Dan l-Istandard japplika għat-taxxi fuq l-introjtu li jirriżultaw mil-liġi tat-taxxa ppromulgata jew ippromulgata b’mod sostantiv biex jiġu implimentati r-Regoli Mudell tat-Tieni Pilastru ppubblikati mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (Organisation for Economic Co-operation and Development, OECD), inkluża l-liġi tat-taxxa li timplimenta taxxi kumplimentari minimi domestiċi kwalifikati deskritti f’dawn ir-regoli. Din il-liġi tat-taxxa, u t-taxxi fuq l-introjtu li jirriżultaw minnha minn hawn ’il quddiem jissejħu bħala l-“leġiżlazzjoni tat-Tieni Pilastru” u t-“Taxxi fuq l-Introjtu tat-Tieni Pilastru”. Bħala eċċezzjoni għar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard, entità la għandha tirrikonoxxi u lanqas tiddivulga informazzjoni dwar assi u obbligazzjonijiet tat-taxxa differiti relatati mat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru.

▼B

DEFINIZZJONIJIET

5   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Profitt kontabbilistiku huwa l-profitt jew telf għal perjodu qabel it-tnaqqis tal-ispiża tat-taxxa.
Profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) huwa l-profitt (telf) għal perjodu, determinat f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet tat-taxxa, li għalih isiru pagabbli (rekuperabbli) it-taxxi fuq l-introjtu.
Spiża tat-taxxa (introjtu mit-taxxa) hija l-ammont aggregat inkluż fid-determinazzjoni tal-profitt jew telf għall-perjodu fir-rigward ta’ taxxa kurrenti u taxxa differita.
Taxxa kurrenti hija l-ammont ta’ taxxi fuq l-introjtu pagabbli (rekuperabbli) fir-rigward tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) għal perjodu.
Obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita huma l-ammonti ta’ taxxi fuq l-introjtu pagabbli f’perjodi futuri fir-rigward ta’ differenzi temporanji taxxabbli.
Assi ta’ taxxa differita huma l-ammonti ta’ taxxi fuq l-introjtu rekuperabbli f’perjodi futuri fir-rigward ta’:
(a) 

differenzi temporanji deduċibbli;

(b) 

ir-riport ta’ telf mhux użat ta’ taxxa; u

(c) 

ir-riport ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati.

Differenzi temporanji huma differenzi bejn l-ammont riportat ta’ assi jew obbligazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u l-bażi għat-taxxa tiegħu. Differenzi temporanji jistgħu jkunu:
(a) 

differenzi temporanji taxxabbli, li huma differenzi temporanji li se jirriżultaw f’ammonti taxxabbli fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) ta’ perjodi futuri meta l-ammont riportat tal-assi jew l-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat; jew

(b) 

differenzi temporanji deduċibbli, li huma differenzi temporanji li se jirriżultaw f’ammonti li huma deduċibbli fid-determinazzjoni ta’ profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) ta’ perjodi futuri meta l-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat.

Il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni hija l-ammont attribwit għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni għal finijiet tat-taxxa.

6 L-ispiża tat-taxxa (introjtu mit-taxxa) tinkludi l-ispiża tat-taxxa kurrenti (introjtu minn taxxa kurrenti) u l-ispiża tat-taxxa differita (introjtu minn taxxa differita).

Bażi għat-taxxa

7 Il-bażi għat-taxxa ta’ assi hija l-ammont li jkun deduċibbli għal finijiet tat-taxxa fil-konfront ta’ kwalunkwe benefiċċju ekonomiku taxxabbli li jasal għand entità meta din tirkupra l-ammont riportat tal-assi. Jekk dawk il-benefiċċji ekonomiċi ma jkunux taxxabbli, il-bażi għat-taxxa tal-assi tkun ugwali għall-ammont riportat tiegħu.

Eżempji

1. 

Magna tiswa 100. Għall-finijiet tat-taxxa, diġà tnaqqas deprezzament ta’ 30 fil-perjodi kurrenti u preċedenti u l-bqija tal-kost ikun deduċibbli f’perjodi futuri, bħala deprezzament jew permezz ta’ tnaqqis mad-disponiment. Id-dħul iġġenerat permezz tal-użu tal-magna huwa taxxabbli, kwalunkwe qligħ mad-disponiment tal-magna jkun taxxabbli u kwalunkwe telf mad-disponiment ikun deduċibbli għal finijiet tat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-magna hija 70.

2. 

L-imgħax riċevibbli għandu ammont riportat ta’ 100. Id-dħul relatat mill-imgħax jiġi ntaxxat fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-imgħax riċevibbli hija żero.

3. 

Ir-riċevibbli tan-negozju għandhom ammont riportat ta’ 100. Id-dħul relatat diġà ġie inkluż fil-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa). Il-bażi għat-taxxa tar-riċevibbli tan-negozju hija 100.

4. 

Id-dividendi riċevibbli minn sussidjarja għandhom ammont riportat ta’ 100. Id-dividendi mhumiex taxxabbli. Essenzjalment, l-ammont riportat kollu tal-assi huwa deduċibbli fil-konfront tal-benefiċċji ekonomiċi. Konsegwentement, il-bażi għat-taxxa tad-dividendi riċevibbli hija 100 ( 6 ).

5. 

Self riċevibbli għandu ammont riportat ta’ 100. Ir-ripagament tas-self ma jkollu ebda konsegwenza għat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tas-self hija 100.

8 Il-bażi għat-taxxa ta’ obbligazzjoni hija l-ammont riportat tagħha, mingħajr ebda ammont li jkun deduċibbli għal finijiet tat-taxxa fir-rigward ta’ dik l-obbligazzjoni f’perjodi futuri. Fil-każ ta’ dħul li jiġi riċevut bil-quddiem, il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni li tirriżulta hija l-ammont riportat tagħha, mingħajr ebda ammont tad-dħul li ma jkunx taxxabbli f’perjodi futuri.

Eżempji

1. 

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu spejjeż dovuti b’ammont riportat ta’ 100. L-ispiża relatata titnaqqas għall-finijiet tat-taxxa fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-ispejjeż dovuti hija żero.

2. 

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu dħul mill-imgħax riċevut bil-quddiem, b’ammont riportat ta’ 100. Id-dħul mill-imgħax relatat kien intaxxat fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-imgħax riċevut bil-quddiem hija żero.

3. 

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu spejjeż dovuti b’ammont riportat ta’ 100. L-ispiża relatata diġà tnaqqset għal finijiet tat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-ispejjeż dovuti hija 100.

4. 

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu multi u penali dovuti b’ammont riportat ta’ 100. Il-multi u l-penali mhumiex deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-multi u l-penali dovuti hija 100 ( 7 ).

5. 

Self pagabbli għandu ammont riportat ta’ 100. Ir-ripagament tas-self ma jkollu ebda konsegwenza għat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tas-self hija 100.

9 Xi entrati għandhom bażi għat-taxxa iżda mhumiex rikonoxxuti bħala assi u obbligazzjonijiet fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Pereżempju, il-kostijiet tar-riċerka huma rikonoxxuti bħala spiża fid-determinazzjoni tal-profitt kontabbilistiku fil-perjodu li fih jiġġarrbu iżda ma jistgħux ikunu permessi bħala tnaqqis fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) ħlief f’perjodu aktar tard. Id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-kostijiet tar-riċerka, jiġifieri l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis f’perjodi futuri, u l-ammont riportat ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita.

10 Meta l-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni ma tkunx ċara minnufih, ikun utli li jiġi kkunsidrat il-prinċipju fundamentali li fuqu huwa bbażat dan l-Istandard: li entità, b’ċerti eċċezzjonijiet limitati, għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni (assi) ta’ taxxa differita kull meta l-irkupru jew is-saldu tal-ammont riportat ta’ assi jew obbligazzjoni jrendi l-pagamenti futuri tat-taxxa akbar (iżgħar) milli kienu jkunu kieku tali rkupru jew saldu ma kellu jkollu ebda konsegwenza ta’ taxxa. L-eżempju C li jsegwi l-paragrafu 51A juri ċirkustanzi fejn jista’ jkun utli li jiġi kkunsidrat dan il-prinċipju fundamentali, pereżempju, meta l-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni tkun tiddependi fuq il-mod mistenni ta’ rkupru jew ta’ saldu.

11 F’rapporti finanzjarji kkonsolidati, id-differenzi temporanji huma determinati billi jitqabblu l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati mal-bażi għat-taxxa xierqa. Il-bażi għat-taxxa hija determinata b’referenza għal dikjarazzjoni tat-taxxa kkonsolidata f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet li fihom tintbagħat din id-dikjarazzjoni. F’ġuriżdizzjonijiet oħrajn, il-bażi għat-taxxa hija determinata b’referenza għad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ kull entità fil-grupp.

RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TA’ TAXXA KURRENTI U TAL-ASSI TA’ TAXXA KURRENTI

12   It-taxxa kurrenti għal perjodi kurrenti u preċedenti, sal-ammont mhux imħallas, għandha tkun rikonoxxuta bħala obbligazzjoni. Jekk l-ammont diġà mħallas fir-rigward tal-perjodi kurrenti u preċedenti jaqbeż l-ammont dovut għal dawk il-perjodi, l-eċċess għandu jkun rikonoxxut bħala assi.

13   Il-benefiċċju relatat ma’ telf ta’ taxxa li jista’ jiġi trasferit lura biex tiġi rkuprata taxxa kurrenti ta’ perjodu preċedenti għandu jkun rikonoxxut bħala assi.

14 Meta telf ta’ taxxa jintuża biex tkun irkuprata taxxa kurrenti ta’ perjodu preċedenti, entità tirrikonoxxi l-benefiċċju bħala assi fil-perjodu li fih iseħħ it-telf ta’ taxxa minħabba li jkun probabbli li l-benefiċċju jgħaddi lill-entità u li l-benefiċċju jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TA’ TAXXA DIFFERITA U TAL-ASSI TA’ TAXXA DIFFERITA

DIFFERENZI TEMPORANJI TAXXABBLI

15   Għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni ta’ taxxa differita għad-differenzi temporanji taxxabbli kollha, ħlief sal-punt li l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita tirriżulta minn:

(a) 

ir-rikonoxximent inizjali ta’ avvjament; jew

(b) 

ir-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni fi tranżazzjoni li:

(i) 

mhijiex kombinament ta’ negozji;

(ii) 

fil-waqt tat-tranżazzjoni, la taffettwa l-profitt kontabbilistiku lanqas il-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa); u

(iii) 

fil-waqt tat-tranżazzjoni, ma twassalx għal differenzi temporanji taxxabbli u deduċibbli ugwali.

Madankollu, għal differenzi temporanji taxxabbli assoċjati ma’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u interessi f’arranġamenti konġunti, għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni ta’ taxxa differita f’konformità mal-paragrafu 39.

16 Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ assi li l-ammont riportat tiegħu jiġi rkuprat fil-forma ta’ benefiċċji ekonomiċi li jgħaddu lill-entità f’perjodi futuri. Meta l-ammont riportat tal-assi jeċċedi l-bażi għat-taxxa tiegħu, l-ammont ta’ benefiċċji ekonomiċi taxxabbli jeċċedi l-ammont li jkun permess bħala tnaqqis għal finijiet tat-taxxa. Din id-differenza hija differenza temporanja taxxabbli u l-obbligu li jitħallsu t-taxxi li jirriżultaw fuq l-introjtu f’perjodi futuri huwa obbligazzjoni ta’ taxxa differita. Hekk kif l-entità tirkupra l-ammont riportat tal-assi, id-differenza temporanja taxxabbli tinqaleb u l-entità jkollha profitt taxxabbli. Dan jagħmilha probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi jgħaddu mill-entità fil-forma ta’ pagamenti tat-taxxa. Għaldaqstant, dan l-Istandard jeħtieġ ir-rikonoxximent tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita kollha, għajr f’ċerti ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 15 u 39.

Eżempju

Assi li jiswa 150 għandu ammont riportat ta’ 100. Id-deprezzament kumulattiv għall-finijiet tat-taxxa huwa 90 u r-rata tat-taxxa hija 25 %.

Il-bażi għat-taxxa tal-assi hija ta’ 60 (valur ta’ 150 mingħajr id-deprezzament tat-taxxa kumulattiv ta’ 90). Biex tirkupra l-ammont riportat ta’ 100, l-entità trid taqla’ introjtu taxxabbli ta’ 100, iżda tkun kapaċi tnaqqas id-deprezzament tat-taxxa ta’ 60 biss. Konsegwentement, l-entità tħallas taxxi fuq l-introjtu ta’ 10 (40 bil-25 %) meta din tirkupra l-ammont riportat tal-assi. Id-differenza bejn l-ammont riportat ta’ 100 u l-bażi għat-taxxa ta’ 60 hija differenza temporanja taxxabbli ta’ 40. Għaldaqstant, l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 10 (40 bil-25 %) li tirrappreżenta t-taxxi fuq l-introjtu li tkun se tħallas meta tirkupra l-ammont riportat tal-assi.

17 Jirriżultaw xi differenzi temporanji meta l-introjtu jew l-ispiża jiġu inklużi fil-profitt kontabbilistiku f’perjodu wieħed iżda jiġu inklużi fi profitt taxxabbli f’perjodu differenti. Dawn id-differenzi temporanji ta’ spiss jiġu deskritti bħala differenzi fit-twaqqit. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ differenzi temporanji ta’ dan it-tip li huma differenzi temporanji taxxabbli u li għaldaqstant jirriżultaw f’obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita:

(a) 

dħul mill-imgħax jiġi inkluż fil-profitt kontabbilistiku fuq bażi ta’ proporzjon ta’ żmien iżda, f’xi ġuriżdizzjonijiet, jista’ jiġi inkluż fi profitt taxxabbli meta jinġabru l-flus. Il-bażi għat-taxxa ta’ kwalunkwe riċevibbli rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fir-rigward ta’ tali dħul huwa żero minħabba li d-dħul ma jaffettwax il-profitt taxxabbli qabel ma jinġabru l-flus;

(b) 

id-deprezzament użat fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) jista’ jkun differenti minn dak użat fid-determinazzjoni tal-profitt kontabbilistiku. Id-differenza temporanja hija d-differenza bejn l-ammont riportat tal-assi u l-bażi għat-taxxa tiegħu li hija l-kost oriġinali tal-assi mingħajr it-tnaqqis kollu fir-rigward ta’ dak l-assi li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli tal-perjodi kurrenti u preċedenti. Differenza temporanja taxxabbli toħroġ, u tirriżulta f’obbligazzjoni ta’ taxxa differita, meta d-deprezzament tat-taxxa jkun aċċellerat (jekk id-deprezzament tat-taxxa jkun inqas rapidu mid-deprezzament tal-kontabilità, ikun hemm differenza temporanja deduċibbli, u tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita); u

(c) 

kostijiet tal-iżvilupp jistgħu jiġu kapitalizzati u amortizzati fuq perjodi futuri fid-determinazzjoni tal-profitt kontabbilistiku iżda mnaqqsin fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli fil-perjodu li fih jiġġarrbu. Dawn il-kostijiet tal-iżvilupp għandhom bażi għat-taxxa ta’ żero billi diġà jkunu tnaqqsu mill-profitt taxxabbli. Id-differenza temporanja hija d-differenza bejn l-ammont riportat tal-kostijiet tal-iżvilupp u l-bażi għat-taxxa tagħhom ta’ żero.

18 Differenzi temporanji jinħolqu wkoll meta:

(a) 

l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti f’kombinament ta’ negozji jkunu rikonoxxuti fil-valuri ġusti tagħhom f’konformità mal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, iżda ma jsir l-ebda aġġustament ekwivalenti għal finijiet tat-taxxa (ara l-paragrafu 19);

(b) 

l-assi jiġu rivalutati u ma jsir l-ebda aġġustament ekwivalenti għall-finijiet tat-taxxa (ara l-paragrafu 20);

(c) 

jinħoloq avvjament f’kombinament ta’ negozji (ara l-paragrafu 21);

(d) 

il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni fuq rikonoxximent inizjali hija differenti mill-ammont riportat inizjali tagħha, pereżempju meta entità tibbenefika minn għotjiet tal-gvern mhux taxxabbli relatati mal-assi (ara l-paragrafi 22 u 33); jew

(e) 

l-ammont riportat ta’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati jew interessi f’arranġamenti konġunti jsir differenti mill-bażi għat-taxxa tal-investiment jew tal-interess (ara l-paragrafi 38-45).

Kombinamenti ta’ negozji

19 B’eċċezzjonijiet limitati, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti f’kombinament ta’ negozji jiġu rikonoxxuti fil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. Differenzi temporanji jinħolqu meta l-bażijiet għat-taxxa tal-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti ma jkunux affettwati mill-kombinament ta’ negozji jew ikunu affettwati b’mod differenti. Pereżempju, meta l-ammont riportat ta’ assi jiżdied għall-valur ġust iżda l-bażi għat-taxxa tal-assi tibqa’ fuq il-bażi tal-kost għas-sid preċedenti, dan jirriżulta f’differenza temporanja taxxabbli li twassal għal obbligazzjoni ta’ taxxa differita. L-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta taffettwa l-avvjament (ara l-paragrafu 66).

Assi riportati fil-valur ġust

20 L-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu li ċerti assi jiġu riportati fil-valur ġust jew jiġu rivalwati (ara, pereżempju, l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, l-IAS 38 Assi Intanġibbli, l-IAS 40 Proprjetà ta’ Investiment, l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IFRS 16 Lokazzjonijiet). F’xi ġuriżdizzjonijiet, ir-rivalwazzjoni jew ridikjarazzjoni oħra ta’ assi fil-valur ġust taffettwa l-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) għall-perjodu kurrenti. B’riżultat ta’ dan, il-bażi għat-taxxa tal-assi hija aġġustata u ma tinħoloq ebda differenza temporanja. F’ġuriżdizzjonijiet oħrajn, ir-rivalwazzjoni jew ridikjarazzjoni ta’ assi ma taffettwax il-profitt taxxabbli fil-perjodu tar-rivalwazzjoni jew ridikjarazzjoni u, konsegwentement, il-bażi għat-taxxa tal-assi mhijiex aġġustata. Madankollu, l-irkupru futur tal-ammont riportat jirriżulta fi fluss taxxabbli ta’ benefiċċji ekonomiċi għall-entità u l-ammont li jkun deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa jkun differenti mill-ammont ta’ dawk il-benefiċċji ekonomiċi. Id-differenza bejn l-ammont riportat ta’ assi rivalwat u l-bażi għat-taxxa tiegħu hija differenza temporanja u tagħti lok għal obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita. Dan huwa minnu anki jekk:

(a) 

l-entità ma jkollhiex il-ħsieb li tiddisponi mill-assi. F’każijiet bħal dawn, l-ammont riportat rivalwat tal-assi jkun irkuprat permezz tal-użu u dan jiġġenera introjtu taxxabbli li jeċċedi d-deprezzament li jkun ammissibbli għall-finijiet tat-taxxa f’perjodi futuri; jew

(b) 

it-taxxa fuq gwadanji kapitali tiġi differita jekk ir-rikavati tad-disponiment tal-assi jiġu investit f’assi simili. F’każijiet bħal dawn, it-taxxa fl-aħħar mill-aħħar issir pagabbli mal-bejgħ jew l-użu tal-assi simili.

Avvjament

21 L-avvjament li joriġina minn kombinament ta’ negozji jitkejjel bħala l-eċċess ta’ (a) fuq (b) hawn isfel:

(a) 

l-aggregat ta’:

(i) 

il-korrispettiv ittrasferit imkejjel f’konformità mal-IFRS 3, li ġeneralment jeħtieġ il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ii) 

l-ammont ta’ kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit rikonoxxut f’konformità mal-IFRS 3; u

(iii) 

f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess ta’ ekwità fl-akkwiżit preċedentement miżmum mill-akkwirent.

(b) 

l-ammonti netti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti mkejla f’konformità mal-IFRS 3.

Ħafna awtoritajiet tat-taxxa ma jippermettux li t-tnaqqis fl-ammont riportat tal-avvjament jgħodd bħala spiża deduċibbli fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli. Barra minn hekk, f’dawn il-ġuriżdizzjonijiet, il-kost tal-avvjament ta’ spiss ma jkunx deduċibbli meta sussidjarja tiddisponi min-negozju sottostanti tagħha. F’dawn il-ġuriżdizzjonijiet, l-avvjament għandu bażi għat-taxxa ta’ żero. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-avvjament u l-bażi għat-taxxa tiegħu ta’ żero hija differenza temporanja taxxabbli. Madankollu, dan l-Istandard ma jippermettix ir-rikonoxximent tal-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta minħabba li l-avvjament jitkejjel bħala residwu u r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni ta’ taxxa differita jżid l-ammont riportat tal-avvjament.

21A Tnaqqis sussegwenti f’obbligazzjoni ta’ taxxa differita li mhijiex rikonoxxuta minħabba li toriġina mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament jitqies ukoll bħala li oriġina mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament u għaldaqstant mhuwiex rikonoxxut skont il-paragrafu 15(a). Pereżempju, jekk f’kombinament ta’ negozji entità tirrikonoxxi avvjament ta’ CU 100 li jkollu bażi għat-taxxa ta’ żero, il-paragrafu 15(a) jipprojbixxi lill-entità milli tirrikonoxxi l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta. Jekk, sussegwentement, l-entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment ta’ CU 20 għal dak l-avvjament, l-ammont tad-differenza temporanja taxxabbli relatat mal-avvjament jonqos minn CU 100 għal CU 80, u dan jirriżulta fi tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjoni ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuta. Dak it-tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjoni ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuta jitqies ukoll li huwa relatat mar-rikonoxximent inizjali tal-avvjament u għaldaqstant huwa pprojbit milli jkun rikonoxxut skont il-paragrafu 15(a).

21B Madankollu, obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita għal differenzi temporanji taxxabbli relatati mal-avvjament huma rikonoxxuti sal-punt li ma joriġinawx mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament. Pereżempju, jekk f’kombinament ta’ negozji entità tirrikonoxxi avvjament ta’ CU 100 li huwa deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa b’rata ta’ 20 fil-mija fis-sena, li jibda mis-sena tal-akkwiżizzjoni, il-bażi għat-taxxa tal-avvjament hija ta’ CU 100 fuq ir-rikonoxximent inizjali u ta’ CU 80 fit-tmiem tas-sena tal-akkwiżizzjoni. Jekk l-ammont tal-avvjament riportat fit-tmiem tas-sena tal-akkwiżizzjoni jibqa’ ma jinbidilx, jiġifieri CU 100, fit-tmiem tas-sena tal-akkwiżizzjoni, tirriżulta differenza temporanja taxxabbli ta’ CU 20. Minħabba li d-differenza temporanja taxxabbli mhijiex relatata mar-rikonoxximent inizjali tal-avvjament, l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta hija rikonoxxuta.

Rikonoxximent inizjali ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni

22 Tista’ tinħoloq differenza temporanja mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni, pereżempju jekk parti mill-kost jew il-kost kollu ta’ assi ma jkunx deduċibbli għal finijiet tat-taxxa. Il-metodu kontabbilistiku għal din id-differenza temporanja jiddependi fuq in-natura tat-tranżazzjoni li tkun wasslet għar-rikonoxximent inizjali tal-assi jew l-obbligazzjoni:

(a) 

f’kombinament ta’ negozji, entità tirrikonoxxi kwalunkwe obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita u dan jaffettwa l-ammont ta’ avvjament jew qligħ minn xiri bi prezz innegozjat li hija tirrikonoxxi (ara l-paragrafu 19);

(b) 

jekk it-tranżazzjoni taffettwa l-profitt kontabbilistiku jew il-profitt taxxabbli, jew twassal għal differenzi temporanji taxxabbli u deduċibbli ugwali, entità tirrikonoxxi kwalunkwe obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita u tirrikonoxxi l-ispiża jew l-introjtu ta’ taxxa differita li tirriżulta fl-introjtu (ara l-paragrafu 59);

(c) 

jekk it-tranżazzjoni ma tkunx kombinament ta’ negozji, la taffettwa l-profitt kontabbilistiku u lanqas il-profitt taxxabbli, u ma twassalx għal differenzi temporanji taxxabbli u deduċibbli ugwali, entità, fin-nuqqas tal-eżenzjoni pprovduta mill-paragrafi 15 u 24, tirrikonoxxi l-obbligazzjoni jew l-assi ta’ taxxa differita li tirriżulta u taġġusta l-ammont riportat tal-assi jew l-obbligazzjoni bl-istess ammont. Aġġustamenti bħal dawn jagħmlu r-rapporti finanzjarji inqas trasparenti. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma jippermettix li entità tirrikonoxxi l-obbligazzjoni jew l-assi ta’ taxxa differita li tirriżulta, la fuq ir-rikonoxximent inizjali u lanqas sussegwentement (ara l-eżempju hawn taħt). Barra minn hekk, entità ma tirrikonoxxix bidliet sussegwenti fl-obbligazzjoni jew fl-assi tat-taxxa differita mhux rikonoxxuta hekk kif l-assi jiġi deprezzat.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 22(c)

Entità għandha l-ħsieb li tuża assi li jiswa 1 000 tul il-ħajja utli tiegħu ta’ ħames snin u mbagħad tiddisponi minnu għal valur residwu ta’ żero. Ir-rata tat-taxxa hija 40 %. Id-deprezzament tal-assi mhuwiex deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa. Mad-disponiment, kwalunkwe gwadann kapitali ma jkunx taxxabbli u kwalunkwe telf kapitali ma jkunx deduċibbli.

Hekk kif tkun qed tirkupra l-ammont riportat tal-assi, l-entità tiggwadanja introjtu taxxabbli ta’ 1 000  u tħallas taxxa ta’ 400. L-entità ma tirrikonoxxix l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta ta’ 400 minħabba li din tirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-assi.

Fis-sena ta’ wara, l-ammont riportat tal-assi jkun ta’ 800. Jekk ikollha introjtu taxxabbli ta’ 800, l-entità tħallas taxxa ta’ 320. L-entità ma tirrikonoxxix l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 320 minħabba li din tirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-assi.

22A Tranżazzjoni li mhijiex kombinament ta’ negozji tista’ twassal għar-rikonoxximent inizjali ta’ assi u obbligazzjoni u, fil-waqt tat-tranżazzjoni, la taffettwa l-profitt kontabbilistiku u lanqas il-profitt taxxabbli. Pereżempju, fid-data tal-bidu ta’ lokazzjoni, il-lokatarju tipikament jirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ lokazzjoni u l-ammont korrispondenti bħala parti mill-kost ta’ assi bid-dritt tal-użu. Skont il-liġi tat-taxxa applikabbli, jistgħu jinħolqu differenzi temporanji taxxabbli u deduċibbli ugwali mar-rikonoxximent inizjali tal-assi u l-obbligazzjoni f’tali tranżazzjoni. L-eżenzjoni pprovduta fil-paragrafi 15 u 24 ma tapplikax għal tali differenzi temporanji u entità tirrikonoxxi kwalunkwe obbligazzjoni u assi ta’ taxxa differita li tirriżulta.

23 F’konformità mal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, l-emittent ta’ strument finanzjarju kompost (pereżempju bond konvertibbli) jikklassifika l-komponenti tal-obbligazzjoni tal-istrument bħala obbligazzjoni u l-komponent tal-ekwità bħala ekwità. F’xi ġuriżdizzjonijiet, il-bażi għat-taxxa tal-komponent tal-obbligazzjoni mar-rikonoxximent inizjali hija ugwali għall-ammont riportat inizjali tas-somma tal-komponenti tal-obbligazzjoni u tal-ekwità. Id-differenza temporanja taxxabbli tirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-komponent tal-ekwità separatament mill-komponent tal-obbligazzjoni. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni stabbilita fil-paragrafu 15(b) ma tapplikax. Konsegwentement, entità tirrikonoxxi l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta. F’konformità mal-paragrafu 61A, it-taxxa differita hija ddebitata direttament għall-ammont riportat tal-komponent tal-ekwità. F’konformità mal-paragrafu 58, bidliet sussegwenti fl-obbligazzjoni ta’ taxxa differita huma rikonoxxuti fi profitt jew telf bħala spiża (introjtu) ta’ taxxa differita.

Differenzi temporanji deduċibbli

24   Assi ta’ taxxa differita għandu jkun rikonoxxut għad-differenzi temporanji deduċibbli kollha sal-punt fejn hu probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli li kontrih tista’ tintuża d-differenza temporanja deduċibbli, ħlief jekk l-assi tat-taxxa differita joriġina mir-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni fi tranżazzjoni li:

(a) 

mhijiex kombinament ta’ negozji;

(b) 

fil-waqt tat-tranżazzjoni, la taffettwa l-profitt kontabbilistiku u lanqas il-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa); u

(c) 

fil-waqt tat-tranżazzjoni, ma twassalx għal differenzi temporanji taxxabbli u deduċibbli ugwali.

Madankollu, għal differenzi temporanji deduċibbli assoċjati ma’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u interessi f'arranġamenti konġunti, għandu jiġi rikonoxxut assi ta’ taxxa differita f’konformità mal-paragrafu 44.

25 Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni li l-ammont riportat jiġi saldat f’perjodi futuri permezz ta’ fluss ta’ ħruġ mill-entità ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi. Meta riżorsi jgħaddu ’l barra mill-entità, parti mill-ammonti tagħhom jew l-ammonti kollha jistgħu jkunu deduċibbli fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta’ perjodu aktar tard mill-perjodu li fih tkun rikonoxxuta l-obbligazzjoni. F’każijiet bħal dawn, teżisti differenza temporanja bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni u l-bażi għat-taxxa tagħha. Skont dan, jirriżulta assi ta’ taxxa differita fir-rigward tat-taxxi fuq l-introjtu li jkunu rekuperabbli fil-perjodi futuri meta dik il-parti tal-obbligazzjoni tkun permessa bħala tnaqqis fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli. Bl-istess mod, jekk l-ammont riportat ta’ assi jkun inqas mill-bażi għat-taxxa tiegħu, id-differenza tagħti lok għal assi ta’ taxxa differita fir-rigward tat-taxxi fuq l-introjtu li jkunu rekuperabbli f’perjodi futuri.

Eżempju

Entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ 100 għal kostijiet dovuti tal-garanzija tal-prodotti. Għall-finijiet tat-taxxa, il-kostijiet ta’ garanzija tal-prodotti ma jkunux deduċibbli sakemm l-entità tħallas il-talbiet. Ir-rata tat-taxxa hija ta’ 25 %.

Il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni hija żero (ammont riportat ta’ 100, mingħajr l-ammont li jkun deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa fir-rigward ta’ dik l-obbligazzjoni f’perjodi futuri). Meta jsir saldu tal-obbligazzjoni għall-ammont riportat tagħha, l-entità tnaqqas il-profitt taxxabbli futur tagħha b’ammont ta’ 100 u, konsegwentement, tnaqqas il-pagamenti tat-taxxa futuri tagħha b’25 (100 b’25 %). Id-differenza bejn l-ammont riportat ta’ 100 u l-bażi għat-taxxa ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli ta’ 100. Għaldaqstant, l-entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita ta’ 25 (100 b’25 %), kemm-il darba jkun probabbli li l-entità tagħmel profitt taxxabbli biżżejjed f’perjodi futuri biex tibbenefika minn tnaqqis fil-pagamenti tat-taxxa.

26 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ differenzi temporanji deduċibbli li jirriżultaw f’assi ta’ taxxa differita:

(a) 

il-kostijiet tal-benefiċċji tal-irtirar jistgħu jitnaqqsu fid-determinazzjoni ta’ profitt kontabbilistiku meta s-servizz ikun ipprovdut mill-impjegat, iżda jitnaqqsu fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli meta l-kontribuzzjonijiet jitħallsu għal fond mill-entità jew meta l-benefiċċji tal-irtirar jitħallsu mill-entità. Teżisti differenza temporanja bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni u l-bażi għat-taxxa tagħha; il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni normalment hija żero. Din id-differenza temporanja deduċibbli tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita hekk kif il-benefiċċji ekonomiċi jgħaddu lill-entità fil-forma ta’ tnaqqis minn profitti taxxabbli meta jitħallsu l-kontribuzzjonijiet jew il-benefiċċji tal-irtirar;

(b) 

il-kostijiet tar-riċerka jiġu rikonoxxuti bħala spiża fid-determinazzjoni tal-profitt kontabbilistiku fil-perjodu li fih jiġġarrbu iżda jistgħu ma jkunux permessi bħala tnaqqis fid-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli (telf ta’ taxxa) sa perjodu aktar tard. Id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-kostijiet tar-riċerka, jiġifieri l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis f’perjodi futuri, u l-ammont riportat ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita;

(c) 

b’eċċezzjonijiet limitati, entità tirrikonoxxi l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti f’kombinament ta’ negozji fil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. Meta obbligazzjoni assunta tiġi rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni iżda l-kostijiet relatati ma jitnaqqsux fid-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli sa perjodu aktar tard, tinħoloq differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita. Assi ta’ taxxa differita jinħoloq ukoll meta l-valur ġust ta’ assi identifikabbli akkwistat ikun inqas mill-bażi għat-taxxa tiegħu. Fiż-żewġ każijiet, l-assi ta’ taxxa differita li jirrriżulta jaffettwa l-avvjament (ara l-paragrafu 66); u

(d) 

ċerti assi jistgħu jiġu riportati fil-valur ġust, jew jistgħu jiġu rivalwati, mingħajr ma jsir aġġustament ekwivalenti għall-finijiet tat-taxxa (ara l-paragrafu 20). Differenza temporanja deduċibbli tinħoloq jekk il-bażi għat-taxxa tal-assi teċċedi l-ammont riportat tiegħu.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 26(d)

L-identifikazzjoni ta’ differenza temporanja deduċibbli fi tmiem is-Sena 2:

L-Entità A tixtri b’CU 1 000, fil-bidu tas-Sena 1, strument ta’ dejn b’valur nominali ta’ CU 1 000 pagabbli mal-maturità f’ħames snin b’rata ta’ mgħax ta’ 2 % pagabbli fi tmiem kull sena. Ir-rata effettiva tal-imgħax hija ta’ 2 %. L-istrument tad-dejn jitkejjel fil-valur ġust.
Fi tmiem is-Sena 2, il-valur ġust tal-istrument ta’ dejn naqas għal CU 918 b’riżultat ta’ żieda fir-rati tal-imgħax tas-suq għal 5 %. Ikun probabbli li l-Entità A tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali kollha jekk tkompli żżomm l-istrument ta’ dejn.
Kwalunkwe qligħ (telf) fuq l-istrument ta’ dejn huwa taxxabbli (deduċibbli) biss meta jiġi realizzat. Il-qligħ (telf) li jirriżulta mal-bejgħ jew mal-maturità tal-istrument ta’ dejn huwa kkalkulat għall-finijiet tat-taxxa bħala d-differenza bejn l-ammont miġbur u l-kost oriġinali tal-istrument ta’ dejn.
Skont dan, il-bażi għat-taxxa tal-istrument ta’ dejn hija l-kost oriġinali tiegħu.
Id-differenza bejn l-ammont riportat ta’ CU 918 għall-istrument ta’ dejn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Entità A u l-bażi għat-taxxa tiegħu ta’ CU 1 000 tagħti lok għal differenza temporanja deduċibbli ta’ CU 82 fi tmiem is-Sena 2 (ara l-paragrafi 20 u 26(d)), irrispettivament minn jekk l-Entità A tistenniex li tirkupra l-ammont riportat tal-istrument ta’ dejn permezz ta’ bejgħ jew użu, jiġifieri billi żżommu u tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali, jew taħlita tat-tnejn.
Dan huwa minħabba li d-differenzi temporanji deduċibbli huma differenzi bejn l-ammont riportat ta’ assi jew obbligazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u l-bażi għat-taxxa tagħhom li jirriżultaw f’ammonti deduċibbli fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) ta’ perjodi futuri meta l-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat (ara l-paragrafu 5). L-Entità A tikseb tnaqqis ekwivalenti għall-bażi għat-taxxa tal-assi ta’ CU 1 000 fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa) mal-bejgħ jew mal-maturità.

27 Ir-riversjar ta’ differenzi temporanji deduċibbli jirriżulta fi tnaqqis fid-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta’ perjodi futuri. Madankollu, benefiċċji ekonomiċi fil-forma ta’ tnaqqis fil-pagamenti tat-taxxa jgħaddu lill-entità biss jekk tiggwadanja biżżejjed profitti taxxabbli biex tkun tista’ ssir tpaċija tat-tnaqqis kontrihom. Għaldaqstant, entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita biss meta jkun probabbli li jkun hemm profitti taxxabbli biex id-differenzi temporanji deduċibbli jkunu jistgħu jintużaw kontrihom.

27A Meta entità tivvaluta jekk hux se jkun hemm profitti taxxabbli disponibbli li għalihom tista’ tuża differenza temporanja deduċibbli, din tqis jekk il-liġi tat-taxxa tillimitax is-sorsi tal-profitti taxxabbli li għalihom tista’ tagħmel tnaqqis mar-riversjar ta’ din id-differenza temporanja deduċibbli. Jekk il-liġi tat-taxxa ma timponi l-ebda restrizzjoni bħal din, entità tivvaluta differenza temporanja deduċibbli flimkien mad-differenzi temporanji deduċibbli l-oħra kollha tagħha. Madankollu, jekk il-liġi tat-taxxa tirrestrinġi l-użu tat-telf għal tnaqqis għal introjtu ta’ tip speċifiku, differenza temporanja deduċibbli tiġi vvalutata flimkien biss ma’ differenzi temporanji deduċibbli oħra tat-tip xieraq.

28 Huwa probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli li d-differenzi temporanji deduċibbli jkunu jistgħu jintużaw kontrih meta jkun hemm biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli relatati mal-istess awtorità tat-taxxa u l-istess entità taxxabbli, li jkunu mistennija li jiġu riversjati:

(a) 

fl-istess perjodu tar-riversjar mistenni tad-differenza temporanja deduċibbli; jew

(b) 

f’perjodi li fihom telf ta’ taxxa li jinħoloq mill-assi ta’ taxxa differita jista’ jiġi riportat lura jew ’il quddiem.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-assi ta’ taxxa differita huwa rikonoxxut fil-perjodu li fih jinħolqu d-differenzi temporanji deduċibbli.

29 Meta ma jkunx hemm biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli li jirrigwardaw istess awtorità ta’ tassazzjoni u mal-istess entità taxxabbli, l-assi tat-taxxa differita huwa rikonoxxut sal-punt li:

(a) 

ikun probabbli li l-entità jkollha biżżejjed profitt taxxabbli relatat mal-istess awtorità tat-taxxa u l-istess entità taxxabbli fl-istess perjodu bħar-riversjar tad-differenza temporanja deduċibbli (jew fil-perjodi li fihom telf ta’ taxxa li jirriżulta mill-assi ta’ taxxa differita jista’ jiġi riportat lura jew ’il quddiem). Fl-evalwazzjoni ta’ jekk ikunx se jkollha biżżejjed profitt taxxabbli fil-perjodi futuri, entità:

(i) 

tqabbel id-differenzi temporanji deduċibbli mal-profitt taxxabbli futur li jeskludi t-tnaqqis tat-taxxa li jirriżulta mir-riversjar ta’ dawk id-differenzi temporanji deduċibbli. Dan it-tqabbil juri sa liema punt il-profitt taxxabbli futur ikun biżżejjed għall-entità sabiex tnaqqas l-ammonti li jirriżultaw mir-riversjar ta’ dawk id-differenzi temporanji deduċibbli; u

(ii) 

tinjora l-ammonti taxxabbli li jirriżultaw minn differenzi temporanji deduċibbli li huma mistennija li joriġinaw f’perjodi futuri, minħabba li l-assi ta’ taxxa differita li jirriżulta minn dawn id-differenzi temporanji deduċibbli jkun jeħtieġ huwa stess li jkun hemm profitt taxxabbli futur sabiex ikun jista’ jintuża; jew

(b) 

ikunu disponibbli opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa għall-entità li joħolqu profitt taxxabbli f’perjodi xierqa.

29A L-istima ta’ profitt taxxabbli futur probabbli tista’ tinkludi l-irkupru ta’ xi assi ta’ entità għal aktar mill-ammont riportat tagħhom jekk ikun hemm evidenza biżżejjed li jkun probabbli li dan se jinkiseb mill-entità. Pereżempju, meta assi jitkejjel fil-valur ġust, l-entità għandha tqis jekk ikunx hemm biżżejjed evidenza biex tikkonkludi li jkun probabbli li l-entità tirkupra l-assi għal aktar mill-ammont riportat tiegħu. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta entità tkun qed tistenna li żżomm strument ta’ dejn b’rata fissa u tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali.

30 Opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa huma azzjonijiet li l-entità tieħu sabiex toħloq jew iżżid l-introjtu taxxabbli f’perjodu partikulari qabel ma jiskadi riport ’il quddiem ta’ telf ta’ taxxa jew ta’ kreditu ta’ taxxa. Pereżempju, f’xi ġuriżdizzjonijiet, il-profitt taxxabbli jista’ jinħoloq jew jiżdied billi:

(a) 

jintgħażel li l-introjtu mill-imgħax jiġi ntaxxat fuq bażi ta’ meta jkun riċevut jew riċevibbli;

(b) 

ċertu tnaqqis jiġi differit minn profitt taxxabbli;

(c) 

jinbiegħu assi, u forsi ssir lokazzjoni lura tagħhom, li jkunu apprezzaw fil-prezz iżda li għalihom il-bażi għat-taxxa ma tkunx ġiet aġġustata sabiex tirrifletti tali apprezzament; u

(d) 

jinbiegħ assi li jiġġenera introjtu mhux taxxabbli (bħal, f’xi ġuriżdizzjonijiet, bonds tal-gvern) sabiex jinxtara investiment ieħor li jiġġenera introjtu taxxabbli.

Meta opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa javvanzaw il-profitt taxxabbli minn perjodu aktar tard għal perjodu aktar bikri, l-użu ta’ riport ’il quddiem ta’ telf ta’ taxxa jew ta’ kreditu ta’ taxxa xorta jiddependi fuq l-eżistenza ta’ profitt taxxabbli futur minn sorsi għajr differenzi temporanji li joriġinaw fil-futur.

31 Meta entità jkollha storja ta’ telf riċenti, l-entità tqis il-gwida fil-paragrafi 35 u 36.

32 [Imħassar]

Avvjament

32A Jekk l-ammont riportat ta’ avvjament li jirriżulta f’kombinament ta’ negozji jkun inqas mill-bażi għat-taxxa tiegħu, id-differenza tagħti lok għal assi ta’ taxxa differita. L-assi ta’ taxxa differita li jirriżulta mir-rikonoxximent inizjali ta’ avvjament għandu jiġi rikonoxxut bħala parti mill-kontabbiltà għal kombinament ta’ negozji sal-punt fejn ikun probabbli li profitt taxxabbli jkun disponibbli li kontrih tista’ tintuża d-differenza temporanja deduċibbli.

Rikonoxximent inizjali ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni

33 Każ wieħed meta jirriżulta assi ta’ taxxa differita mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi huwa meta għotja tal-gvern mhux taxxabbli relatata ma’ assi titnaqqas fil-kalkolu tal-ammont miżmum tal-assi iżda, għal għanijiet ta’ taxxa, ma titnaqqasx mill-ammont deprezzabbli tal-assi (fi kliem ieħor il-bażi għat-taxxa tagħha); l-ammont riportat tal-assi huwa inqas mill-bażi għat-taxxa tiegħu u dan jagħti lok għal differenza temporanja deduċibbli. Għotjiet tal-gvern jistgħu jiġu stabbiliti wkoll bħala introjtu differit, f’liema każ id-differenza bejn l-introjtu differit u l-bażi għat-taxxa tiegħu ta’ żero tkun differenza temporanja deduċibbli. Ikun liema jkun il-metodu ta’ preżentazzjoni li tadotta entità, l-entità ma tirrikonoxxix l-assi ta’ taxxa differita li jirriżulta, għar-raġuni mogħtija fil-paragrafu 22.

Telf ta’ taxxa mhux użat u krediti ta’ taxxa mhux użati

34   Assi ta’ taxxa differita għandu jkun rikonoxxut għar-riport ’il quddiem ta’ telf ta’ taxxa mhux użat u ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati sal-punt li jkun probabbli li l-profitt taxxabbli futur ikun disponibbli biex it-telf ta’ taxxa mhux użat u l-krediti ta’ taxxa mhux użati jkunu jistgħu jintużaw kontrihom.

35 Il-kriterji tar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw mir-riport ’il quddiem ta’ telf ta’ taxxa u ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati huma l-istess bħall-kriterji tar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji deduċibbli. Madankollu, l-eżistenza ta’ telf ta’ taxxa mhux użat hija evidenza qawwija li jista’ jkun li ma jkunx hemm profitt taxxabbli fil-futur. Għaldaqstant, meta entità jkollha storja ta’ telf riċenti, l-entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita li jirriżulta minn telf ta’ taxxa jew krediti ta’ taxxa mhux użati biss sal-punt li l-entità jkollha biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli jew tkun teżisti evidenza konvinċenti oħra li se jkun hemm profitt taxxabbli suffiċjenti biex it-telf ta’ taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati jistgħu jintużaw kontrih mill-entità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-paragrafu 82 jeħtieġ id-divulgazzjoni tal-ammont tal-assi ta’ taxxa differita u tan-natura tal-prova li tappoġġa r-rikonoxximent tiegħu.

36 Entità tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-probabbiltà li jkun hemm profitt taxxabbli li kontrih jista’ jintuża t-telf ta’ taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati:

(a) 

jekk l-entità għandhiex biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli relatati mal-istess awtorità tat-taxxa u l-istess entità taxxabbli, li jirriżultaw f’ammonti taxxabbli li kontrihom it-telf ta’ taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati jistgħu jintużaw qabel jiskadu;

(b) 

jekk huwiex probabbli li l-entità jkollha profitti taxxabbli qabel jiskadu t-telf ta’ taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati;

(c) 

jekk it-telf ta’ taxxa mhux użat jirriżultax minn kawżi identifikabbli li aktarx ma jerġgħux iseħħu; u

(d) 

jekk hemmx disponibbli opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa (ara l-paragrafu 30) għall-entità li joħolqu profitt taxxabbli fil-perjodu li fih jistgħu jintużaw it-telf ta’ taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati.

Sal-punt li ma jkunx probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli li kontrih it-telf għat-taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati jistgħu jintużaw, l-assi ta’ taxxa differita mhuwiex rikonoxxut.

Rivalutazzjoni ta’ assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti

37 Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar, entità tirrivaluta l-assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti. L-entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxut preċedentement sal-punt li jkun sar probabbli li profitt taxxabbli futur jippermetti li jkun irkuprat dak l-assi ta’ taxxa differita. Pereżempju, titjib fil-kundizzjonijiet tan-negozju jistgħu jagħmluha aktar probabbli li l-entità tkun kapaċi tiġġenera profitt taxxabbli suffiċjenti fil-futur biex l-assi ta’ taxxa differita jissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 24 jew 34. Eżempju ieħor huwa meta entità tirrivaluta l-assi ta’ taxxa differita fid-data ta’ kombinament ta’ negozji jew sussegwentement (ara l-paragrafi 67 u 68).

Investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati u interessi f’arranġamenti konġunti

38 Differenzi temporanji jirriżultaw meta l-ammont riportat ta’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati jew interessi f’arranġamenti konġunti (jiġifieri s-sehem tal-kumpanija omm jew tal-investitur tal-assi netti tas-sussidjarja, fergħa, kumpanija assoċjata jew destinatarja ta’ investiment, inkluż l-ammont riportat ta’ avvjament) isir differenti mill-bażi għat-taxxa (li ta’ spiss huwa l-kost) tal-investiment jew l-interess. Dawn id-differenzi jistgħu jirriżultaw f’għadd ta’ ċirkustanzi differenti, pereżempju:

(a) 

l-eżistenza ta’ profitti mfaddla ta’ sussidjarji, fergħat, kumpaniji assoċjati u arranġamenti konġunti;

(b) 

bidliet fir-rati tal-kambju meta kumpanija omm u s-sussidjarja tagħha jkunu bbażati f’pajjiżi differenti; u

(c) 

tnaqqis fl-ammont riportat ta’ investiment f’kumpanija assoċjata għall-ammont rekuperabbli tiegħu.

F’rapporti finanzjarji kkonsolidati, id-differenza temporanja tista’ tkun differenti mid-differenza temporanja assoċjata ma’ dak l-investiment fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija omm jekk il-kumpanija omm iżżomm dak l-investiment fir-rapporti finanzjarji separati tagħha skont il-kost jew skont l-ammont rivalutat tiegħu.

39   Entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita għad-differenzi temporanji taxxabbli kollha assoċjati ma’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u interessi f’arranġamenti konġunti, ħlief sal-punt li ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

il-kumpanija omm, l-investitur, l-imprenditur konġunt jew l-operatur konġunt ikunu jistgħu jikkontrollaw it-twaqqit tar-riversjar tad-differenza temporanja; u

(b) 

huwa probabbli li d-differenza temporanja ma tiġix riversjata fil-futur qarib.

40 Ladarba kumpanija omm tikkontrolla l-politika tad-dividendi tas-sussidjarja tagħha, din tkun kapaċi tikkontrolla t-twaqqit tar-riversjar ta’ differenzi temporanji assoċjati ma’ dak l-investiment (inkluż id-differenzi temporanji li jirriżultaw mhux biss minn profitti mfaddla iżda wkoll minn kwalunkwe differenza fil-qlib tal-kambju). Barra minn hekk, ta’ spiss ikun imprattikabbli li jiġi determinat l-ammont tat-taxxi fuq l-introjtu li jkun pagabbli meta d-differenza temporanja tiġi riversjata. Għaldaqstant, meta l-kumpanija omm tkun iddeterminat li dawk il-profitti mhux se jitqassmu fil-futur qarib, il-kumpanija omm ma tirrikonoxxix obbligazzjoni ta’ taxxa differita. L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw għal investimenti f’fergħat.

41 L-assi u l-obbligazzjonijiet nonmonetarji ta’ entità jitkejlu fil-munita funzjonali tagħha (ara l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju). Jekk il-profitt taxxabbli jew it-telf ta’ taxxa tal-entità (u, b’hekk, il-bażi għat-taxxa tal-assi u l-obbligazzjonijiet nonmonetarji tagħha) jiġu determinati f’munita differenti, bidliet fir-rata tal-kambju jagħtu lok għal differenzi temporanji li jirriżultaw f’obbligazzjoni jew (soġġett għall-paragrafu 24) f’assi ta’ taxxa differita rikonoxxuta. It-taxxa differita li tirriżulta hija ddebitata jew kreditata fil-profitt jew telf (ara l-paragrafu 58).

42 Investitur f’kumpanija assoċjata ma jikkontrollax dik l-entità u ġeneralment ma jkunx f’qagħda li jiddetermina l-politika tad-dividendi tagħha. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ ftehim li jitlob li l-profitti tal-kumpanija assoċjata ma jiġux distribwiti fil-futur previst, investitur jirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta minn differenzi temporanji taxxabbli assoċjati mal-investiment tiegħu fil-kumpanija assoċjata. F’xi każijiet, investitur ma jkunx jista’ jiddetermina l-ammont ta’ taxxa li jkun pagabbli jekk jirkupra l-kost tal-investiment tiegħu f’kumpanija assoċjata, iżda jista’ jiddetermina li dan l-ammont ikun ugwali għall-ammont minimu, jew jaqbżu. F’każijiet bħal dawn, l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita titkejjel skont dan l-ammont.

43 L-arranġament bejn il-partijiet ta’ arranġament konġunt ġeneralment jittratta d-distribuzzjoni tal-profitti u jidentifika jekk deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet jirrikjedux il-kunsens tal-partijiet kollha jew ta’ grupp tal-partijiet. Meta l-imprenditur konġunt jew l-operatur konġunt ikun jista’ jikkontrolla t-twaqqit tad-distribuzzjoni tas-sehem tiegħu tal-profitti tal-arranġament konġunt u jkun probabbli li s-sehem tiegħu tal-profitti ma jiġix distribwit fil-futur prevedibbli, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita ma tiġix rikonoxxuta.

44   Entità għandha tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita għad-differenzi temporanji deduċibbli kollha li jirriżultaw minn investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u interessi f’arranġamenti konġunti, sal-punt li, u sal-punt biss li, ikun probabbli li:

(a) 

id-differenza temporanja tiġi riversjata fil-futur prevedibbli; u

(b) 

ikun disponibbli profitt taxxabbli li kontrih tista’ tiġi użata d-differenza temporanja.

45 Meta entità tiddeċiedi jekk assi ta’ taxxa differita huwiex rikonoxxut għal differenzi temporanji deduċibbli assoċjati mal-investimenti tagħha fis-sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u mal-interessi tagħha f’arranġamenti konġunti, entità tikkunsidra l-gwida stabbilita fil-paragrafi minn 28 sa 31.

KEJL

46   Obbligazzjonijiet (assi) ta’ taxxa kurrenti għall-perjodi kurrenti u preċedenti għandhom jitkejlu skont l-ammont mistenni li jitħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa (irkuprat minnhom), bl-użu tar-rati tat-taxxa (u tal-liġijiet tat-taxxa) li jkunu ġew ippromulgati, jew ippromulgati sostantivament, sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

47   Assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita għandhom jitkejlu bir-rati tat-taxxa li huma mistennija japplikaw għall-perjodu meta l-assi jiġi realizzat jew meta l-obbligazzjoni tiġi saldata, fuq il-bażi ta’ rati tat-taxxa (u tal-liġijiet tat-taxxa) li jkunu ġew ippromulgati, jew ippromulgati sostantivament, sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

48 Assi u obbligazzjonijiet kurrenti u differiti ġeneralment jitkejlu bl-użu tar-rati tat-taxxa (u l-liġijiet tat-taxxa) li jkunu ġew ippromulgati. Madankollu, f’xi ġuriżdizzjonijiet, it-tħabbir tar-rati tax-taxxa (u tal-liġijiet tat-taxxa) mill-gvern għandu l-effett sostantiv ta’ promulgazzjoni attwali, li tista’ ssegwi t-tħabbir b’perjodu ta’ bosta xhur. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-taxxa jitkejlu bl-użu tar-rata tat-taxxa (u tal-liġijiet tat-taxxa) mħabbra.

49 Meta japplikaw rati differenti ta’ taxxa għal livelli differenti ta’ introjtu taxxabbli, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jitkejlu bl-użu tar-rati medji li huma mistennija li japplikaw għall-profitt taxxabbli (telf tat-taxxa) tal-perjodi li fihom id-differenzi temporanji huma mistennija li jiġu riversjati.

50 [Imħassar]

51   Il-kejl ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u ta’ assi ta’ taxxa differita għandhom jirriflettu l-konsegwenzi tat-taxxa li jsegwu mill-mod kif l-entità, fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, tistenna li tirkupra jew li ssalda l-ammont riportat tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħha.

51A F’xi ġuriżdizzjonijiet, il-mod li bih entità tirkupra (issalda) l-ammont riportat ta’ assi (obbligazzjoni) jista’ jaffettwa waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) 

ir-rata tat-taxxa applikabbli meta l-entità tirkupra (issalda) l-ammont riportat tal-assi (obbligazzjoni); u

(b) 

il-bażi għat-taxxa tal-assi (obbligazzjoni).

F’dawn il-każijiet, entità tkejjel l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u l-assi ta’ taxxa differita billi tuża r-rata tat-taxxa u l-bażi għat-taxxa li huma konsistenti mal-mod mistenni li jsir l-irkupru jew is-saldu.

Eżempju A

Entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għandha ammont riportat ta’ 100 u bażi għat-taxxa ta’ 60. Tapplika rata tat-taxxa ta’ 20 % jekk l-entrata tinbiegħ u tapplika rata tat-taxxa ta’ 30 % għal introjtu ieħor.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 8 (40 bl-20 %) jekk tistenna li tbigħ l-entrata mingħajr aktar użu u obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 12 (40 bit-30 %) jekk tistenna li żżomm l-entrata u tirkupra l-ammont riportat tagħha permezz tal-użu.

Eżempju B

Entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir b’kost ta’ 100 u b’ammont riportat ta’ 80 hija rivalutata għal 150. Ma jsir l-ebda aġġustament ekwivalenti għall-finijiet tat-taxxa. Id-deprezzament kumulattiv għall-finijiet tat-taxxa huwa 30 u r-rata tat-taxxa hija 30 %. Jekk l-entrata tinbiegħ għal aktar mill-kost, id-deprezzament kumulattiv relatat mat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal fl-introjtu taxxabbli iżda r-rikavati mill-bejgħ li jeċċedu l-kost ma jkunux taxxabbli.

Il-bażi għat-taxxa tal-entrata hija 70 u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 80. Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont riportat bl-użu tal-entrata, din trid tiġġenera introjtu taxxabbli ta’ 150, iżda tkun tista’ tnaqqas biss deprezzament ta’ 70. Abbażi ta’ dan, hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 24 (80 bit-30 %). Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont riportat billi tbigħ immedjatament l-entrata għal rikavati ta’ 150, l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita tinħadem kif ġej:



 

Differenza Temporanja Taxxabbli

Rata tat-Taxxa

Obbligazzjoni ta’ Taxxa Differita

Deprezzament kumulattiv għat-taxxa

30

30 %

9

Rikavati li jaqbżu l-kost

50

żero

Total

80

 

9

(nota: f’konformità mal-paragrafu 61A, it-taxxa differita addizzjonali li tirriżulta mir-rivalwazzjoni tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv)

Eżempju C

Il-fatti huma bħal fl-eżempju B, ħlief li jekk l-entrata tinbiegħ għal aktar mill-kost, id-deprezzament kumulattiv għat-taxxa jiġi inkluż fl-introjtu taxxabbli (intaxxat bit-30 %) u r-rikavati mill-bejgħ jiġu ntaxxati bl-40 %, wara li jitnaqqas il-kost aġġustat għall-inflazzjoni ta’ 110.

Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont riportat bl-użu tal-entrata, din trid tiġġenera introjtu taxxabbli ta’ 150, iżda tkun tista’ tnaqqas biss deprezzament ta’ 70. Fuq din il-bażi, il-bażi għat-taxxa hija ta’ 70, hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 80 u hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 24 (80 bit-30 %), bħal fl-eżempju B.

Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont riportat billi tbigħ immedjatament l-entrata għal rikavati ta’ 150, l-entità tkun tista’ tnaqqas il-kost indiċjat ta’ 110. Ir-rikavati netti ta’ 40 jiġu ntaxxati bl-40 %. Barra minn dan, id-deprezzament kumulattiv għat-taxxa ta’ 30 jiġi inkluż f’introjtu taxxabbli u jiġi ntaxxat bit-30 %. Fuq din il-bażi, il-bażi għat-taxxa hija ta’ 80 (110 nieqes 30), hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 70 u hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 25 (40 bl-40 % u 30 bit-30 %). Jekk il-bażi għat-taxxa ma toħroġx b’mod ċar mal-ewwel f’dan l-eżempju, ikun ta’ għajnuna jekk wieħed iqis il-prinċipju fundamentali stabbilit fil-paragrafu 10.

(nota: f’konformità mal-paragrafu 61A, it-taxxa differita addizzjonali li tirriżulta mir-rivalwazzjoni tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv)

51B Jekk obbligazzjoni ta’ taxxa differita jew assi ta’ taxxa differita tirriżulta minn assi li mhuwiex deprezzabbli mkejjel skont il-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16, il-kejl tal-obbligazzjoni tat-taxxa differita jew tal-assi tat-taxxi differita għandhom jirriflettu l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont riportat tal-assi li mhuwiex deprezzabbli permezz ta’ bejgħ, irrispettivament mill-bażi tal-kejl tal-ammont riportat ta’ dak l-assi. Għaldaqstant, jekk il-liġi tat-taxxa tispeċifika rata ta’ taxxa applikabbli għall-ammont taxxabbli derivat mill-bejgħ ta’ assi li tkun differenti mir-rata ta’ taxxa applikabbli għall-ammont taxxabbli derivat mill-użu tal-assi, ir-rata ta’ qabel tiġi applikata għall-kejl tal-obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita relatata ma’ assi mhux deprezzabbli.

51C Jekk obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita tirriżulta minn proprjetà għall-investiment li titkejjel permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40, ikun hemm suppożizzjoni konfutabbli li l-ammont riportat tal-proprjetà tal-investiment se jiġi rkuprat mill-bejgħ. Skont dan, sakemm is-suppożizzjoni ma tiġix ikkonfutata, il-kejl tal-obbligazzjoni tat-taxxa differita jew tal-assi tat-taxxa differita għandu jirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru kollu tal-ammont riportat tal-proprjetà tal-investiment mill-bejgħ. Din is-suppożizzjoni tiġi kkonfutata jekk il-proprjetà għall-investiment tkun deprezzabbli u tinżamm f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jkun li jiġu kkunsmati l-benefiċċji ekonomiċi kollha li jkunu jinsabu fil-proprjetà għall-investiment matul iż-żmien, minflok mill-bejgħ. Jekk is-suppożizzjoni tiġi kkonfutata, għandhom jiġu segwiti r-rekwiżiti tal-paragrafi 51 u 51A.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 51C

Proprjetà għall-investiment għandha kost ta’ 100 u valur ġust ta’ 150. Titkejjel permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40. Hija magħmula minn art b’kost ta’ 40 u valur ġust ta’ 60 u minn bini b’kost ta’ 60 u valur ġust ta’ 90. L-art għandha ħajja utli bla limitu.

Id-deprezzament kumulattiv tal-bini għall-iskopijiet ta’ taxxa huwa ta’ 30. Bidliet li ma jseħħux fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment ma jaffettwawx il-profitt taxxabbli. Jekk il-proprjetà għall-investiment tinbiegħ għal aktar mill-kost, ir-riversjar tad-deprezzament kumulattiv tat-taxxa ta’ 30 jiġi inkluż fil-profitt taxxabbli u jkun intaxxat b’rata ordinarja ta’ 30 %. Għar-rikavati mill-bejgħ ogħla mill-kost, il-liġi tat-taxxa tispeċifika rati tat-taxxa ta’ 25 % għall-assi miżmuma għal anqas minn sentejn u ta’ 20 % għal assi miżmuma għal sentejn jew aktar.

Peress li l-proprjetà għall-investiment titkejjel bil-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40, teżisti suppożizzjoni konfutabbli li l-entità se tirkupra l-ammont riportat kollu tal-proprjetà għall-investiment mill-bejgħ. Jekk din is-suppożizzjoni ma tiġix ikkonfutata, it-taxxa differita tirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont riportat kollu permezz tal-bejgħ, anki jekk l-entità tistenna li ddaħħal introjtu mill-kiri tal-proprjetà qabel il-bejgħ.

Il-bażi għat-taxxa tal-art jekk tinbiegħ hija ta’ 40 u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 20 (60 – 40). Il-bażi għat-taxxa tal-bini jekk jinbiegħ hija ta’ 30 (60 – 30) u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 60 (90 – 30). B’riżultat ta’ dan, id-differenza temporanja taxxabbli totali marbuta mal-proprjetà tal-investiment hija ta’ 80 (20 + 60).

F’konformità mal-paragrafu 47, ir-rata tat-taxxa hija r-rata li hija mistennija tapplika għall-perjodu meta tiġi realizzata l-proprjetà għall-investiment. B’hekk, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita li tirriżulta tinħadem kif ġej, jekk l-entità tistenna li tbigħ il-proprjetà wara li żżommha għal aktar minn sentejn:



 

Differenza Temporanja Taxxabbli

Rata tat-Taxxa

Obbligazzjoni ta’ Taxxa Differita

Deprezzament kumulattiv għat-taxxa

30

30 %

9

Rikavati li jaqbżu l-kost

50

20 %

10

Total

80

 

19

Jekk l-entità tistenna li tbigħ il-proprjetà wara li żżommha għal inqas minn sentejn, il-komputazzjoni ta’ hawn fuq tiġi emendata b'tali mod li tapplika rata ta’ taxxa ta’ 25 %, minflok 20 %, għar-rikavati li jaqbżu l-kost.

Jekk, minflok, l-entità żżomm il-bini skont mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jkun li jiġu kkunsmati sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha li jkunu jinsabu fil-bini matul iż-żmien, minflok mill-bejgħ, din is-suppożizzjoni tiġi kkonfutata għall-bini. Madankollu, l-art mhijiex deprezzabbli. Għaldaqstant, is-suppożizzjoni tal-irkupru mill-bejgħ ma tiġix ikkonfutata għall-art. Isegwi li l-obbligazzjoni tat-taxxa differita tkun tirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont riportat tal-bini mill-użu u l-ammont riportat tal-art mill-bejgħ.

Il-bażi għat-taxxa tal-bini jekk tintuża hija ta’ 30 (60 – 30) u hemm differenza taxxabbli temporanja ta’ 60 (90 – 30), li tirriżulta f’obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 18 (60 bit-30 %).

Il-bażi għat-taxxa tal-art jekk tinbiegħ hija ta’ 40 u hemm differenza taxxabbli temporanja ta’ 20 (60 – 40), li tirriżulta f’obbligazzjoni tat-taxxa differita ta’ 4 (20 bl-20 %).

B’riżultat ta’ dan, jekk is-suppożizzjoni tal-irkupru mill-bejgħ tiġi kkonfutata għall-bini, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita marbuta mal-proprjetà tal-investiment tkun ta’ 22 (18 + 4).

51D Is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 51C tapplika wkoll meta obbligazzjoni ta’ taxxa differita jew assi ta’ taxxa differita jirriżulta mill-kejl tal-proprjetà tal-investiment f’kombinament ta’ negozji jekk l-entità tuża l-mudell tal-valur ġust meta sussegwentement tkejjel dik il-proprjetà għall-investiment.

51E Il-paragrafi 51B–51D ma jibdlux ir-rekwiżiti li jiġu applikati l-prinċipji fil-paragrafi 24–33 (differenzi temporanji deduċibbli) u l-paragrafi 34–36 (telf tat-taxxa mhux użat u krediti ta’ taxxa mhux użati) ta’ dan l-Istandard meta jiġu rrikonoxxuti u jitkejlu l-assi tat-taxxa differiti.

52 [imċaqlaq u nnumerat mil-ġdid 51A]

52A F’xi ġuriżdizzjonijiet, it-taxxi fuq l-introjtu huma pagabbli b’rata ogħla jew anqas jekk parti mill-profitt nett jew il-profitt nett kollu jew il-qligħ imfaddal jitħallas bħala dividend lill-azzjonisti tal-entità. F’xi ġuriżdizzjonijiet oħra, it-taxxi fuq l-introjtu jistgħu jkunu rifondibbli jew pagabbli jekk parti mill-profitt nett jew il-profitt nett kollu jew il-qligħ imfaddal jitħallas bħala dividend lill-azzjonisti tal-entità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jitkejlu bir-rata ta’ taxxa applikabbli għal profitti mfaddla.

52B [Imħassar]

Eżempju li jispjega l-paragrafi 52A u 57A

L-eżempju li ġej jittratta l-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti u differita għal entità f’ġuriżdizzjoni fejn it-taxxi fuq l-introjtu jitħallsu b’rata ogħla fuq profitti mfaddla (50 %) b’ammont li jkun rifondibbli meta l-profitti jkunu ddistribwiti. Ir-rata tat-taxxa fuq profitti ddistribwiti hija ta’ 35 %. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, il-31 ta’ Diċembru 20X1, l-entità ma tirrikonoxxix obbligazzjoni għal dividendi proposti jew iddikjarati wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. B’hekk, ma jiġi rikonoxxut l-ebda dividend fis-sena 20X1. Id-dħul taxxabbli għall-20X1 huwa ta’ 100 000 . Id-differenza temporanja netta taxxabbli għas-sena 20X1 hija ta’ 40 000.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti u spiża ta’ taxxa fuq l-introjtu kurrenti ta’ 50 000. Ma jiġi rikonoxxut l-ebda assi għall-ammont li huwa potenzjalment rekuperabbli b’riżultat ta’ dividendi futuri. L-entità tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni ta’ taxxa differita u spiża ta’ taxxa differita ta’ 20 000 (40 000 bil-50 %) li jirrappreżentaw it-taxxi fuq l-introjtu li l-entità tħallas meta tirkupra jew issalda l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha bbażati fuq ir-rata tat-taxxa applikabbli għal profitti mhux distribwiti.

Sussegwentement, fil-15 ta’ Marzu 20X2, l-entità tirrikonoxxi dividendi ta’ 10 000 minn introjti operatorji preċedenti bħala obbligazzjoni.

Fil-15 ta’ Marzu 20X2, l-entità tirrikonoxxi l-irkupru tat-taxxi fuq l-introjtu ta’ 1 500 (15 % tad-dividendi rikonoxxuti bħala obbligazzjoni) bħala assi ta’ taxxa kurrenti u bħala tnaqqis fl-ispiża tat-taxxa fuq l-introjtu kurrenti għall-20X2.

53   Assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita ma għandhomx jiġu skontati.

54 Id-determinazzjoni affidabbli ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita fuq bażi skontata teħtieġ skedar dettaljat tat-twaqqit tar-riversjar ta’ kull differenza temporanja. F’ħafna każijiet, dan l-iskedar huwa imprattikabbli jew huwa kumpless ħafna. Għaldaqstant, ma jkunx xieraq li wieħed jeżiġi l-iskontar ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita. Li wieħed jippermetti, iżda ma jeżiġix, li jsir l-iskontar jirriżulta f’assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li ma jkunux komparabbli bejn l-entitajiet. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma jeżiġix, u lanqas jippermetti, li jsir skontar ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita.

55 Differenzi temporanji huma ddeterminati b’referenza għall-ammont riportat ta’ assi jew obbligazzjoni. Dan japplika anki meta dak l-ammont riportat stess ikun determinat fuq bażi skontata, pereżempju fil-każ tal-obbligi tal-benefiċċji tal-irtirar (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati).

56   L-ammont riportat ta’ assi ta’ taxxa differita għandu jiġi rivedut fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar. Entità għandha tnaqqas l-ammont riportat ta’ assi ta’ taxxa differita sal-punt li ma jkunx aktar probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli suffiċjenti li jippermetti li l-benefiċċju ta’ dak l-assi ta’ taxxa differita, kollu kemm hu jew parti minnu, jiġi użat. Kwalunkwe tnaqqis bħal dan għandu jiġi riversjat sal-punt li jsir probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli suffiċjenti disponibbli.

RIKONOXXIMENT TA’ TAXXA KURRENTI U DIFFERITA

57 Il-kontabbiltà għall-effetti tat-taxxa kurrenti u dik differita ta’ tranżazzjoni jew event ieħor hija konsistenti mal-kontabbiltà għat-tranżazzjoni jew l-event innifsu. Il-paragrafi minn 58 sa 68C jimplimentaw dan il-prinċipju.

57A Entità għandha tirrikonoxxi l-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa fuq l-introjtu kif definit fl-IFRS 9 meta tirrikonoxxi obbligazzjoni li tħallas dividend. Il-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa fuq l-introjtu huma marbuta aktar direttament mat-tranżazzjonijiet jew mal-eventi passati li ġġeneraw il-profitti distribwibbli milli mad-distribuzzjonijiet lis-sidien. Għaldaqstant, entità għandha tirrikonoxxi l-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa fuq l-introjtu fil-profitt jew telf, f’introjtu ieħor komprensiv jew f’ekwità skont fejn oriġinarjament l-entità rrikonoxxiet dawk it-tranżazzjonijiet jew l-eventi passati.

Entrati rikonoxxuti fi profitt jew telf

58   Taxxa kurrenti u differita għandha tiġi rikonoxxuta bħala introjtu jew spiża u tiġi inkluża fi profitt jew telf għall-perjodu, sakemm it-taxxa ma tirriżultax minn:

(a) 

tranżazzjoni jew event li jkun rikonoxxut, fl-istess perjodu jew f’perjodu differenti, ’il barra minn profitt jew telf, f’introjtu ieħor komprensiv jew direttament f’ekwità (ara l-paragrafi 61A-65); jew

(b) 

kombinament ta’ negozji (għajr l-akkwiżizzjoni minn entità ta’ investiment, kif definit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Kkonsolidati, ta’ sussidjarja li tkun meħtieġa titkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf) (ara l-paragrafi 66-68).

59 Il-biċċa l-kbira tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u assi ta’ taxxa differita jirriżultaw meta l-introjtu jew l-ispiża jiddaħħlu fil-profitt kontabbilistiku f’perjodu wieħed, iżda jiġu inklużi fil-profitt taxxabbli (telf tat-taxxa) f’perjodu differenti. It-taxxa differita li tirriżulta tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. Eżempji ta’ dan huma meta:

(a) 

jiġi riċevut dħul mill-imgħax, mir-royalties jew mid-dividendi u jiġi inkluż fil-profitt kontabbilistiku f’konformità mal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jew l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif rilevanti, iżda jiġi inkluż fi profitt taxxabbli (telf tat-taxxa) fuq bażi tal-ħlas; u

(b) 

il-kostijiet ta’ assi intanġibbli jkunu ġew kapitalizzati f’konformità mal-IAS 38 u jkunu qegħdin jiġu amortizzati fi profitt jew telf, iżda jkunu tnaqqsu għall-finijiet ta’ taxxa meta jkunu ġġarrbu.

60 L-ammont riportat ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jista’ jinbidel minkejja li ma jkun hemm l-ebda bidla fl-ammont tad-differenzi temporanji relatati. Dan jista’ jirriżulta, pereżempju, minn:

(a) 

bidla fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa;

(b) 

rivalutazzjoni tal-irkuprabbiltà tal-assi ta’ taxxa differita; jew

(c) 

bidla fil-mod mistenni li bih jiġi rkuprat assi.

It-taxxa differita li tirriżulta hija rikonoxxuta fi profitt jew telf, ħlief sal-punt li din tirrigwarda entrati preċedentement rikonoxxuti ’l barra minn profitt jew telf għal ekwità (ara l-paragrafu 63).

Entrati rikonoxxuti ’l barra minn profitt jew telf

61  [Imħassar]

61A   Taxxa kurrenti u taxxa differita għandhom ikunu rikonoxxuti ’l barra minn profitt jew telf jekk it-taxxa tirrigwarda entrati li jkunu rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f’perjodu differenti, ’il barra minn profitt jew telf. Għaldaqstant, taxxa kurrenti u taxxa differita li jirrigwardaw entrati li jkunu rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f’perjodu differenti:

(a) 

f’introjtu ieħor komprensiv, għandhom ikunu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 62).

(b) 

direttament fl-ekwità, għandhom ikunu rikonoxxuti direttament fl-ekwità (ara l-paragrafu 62A).

62 L-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju jeħtieġu jew jippermettu li ċerti entrati jkunu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv. Eżempji ta’ entrati bħal dawn huma:

(a) 

bidla fl-ammont riportat li jirriżulta mir-rivalwazzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir (ara l-IAS 16); u

(b) 

[imħassar]

(c) 

differenzi tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji ta’ operazzjoni barranija (ara l-IAS 21).

(d) 

[imħassar]

62A L-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju jeħtieġu jew jippermettu li entrati partikulari jkunu kkreditati jew iddebitati direttament fl-ekwità. Eżempji ta’ entrati bħal dawn huma:

(a) 

aġġustament fil-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal li jirriżulta minn bidla fil-politika tal-kontabbiltà li tkun applikata b’mod retrospettiv jew mill-korrezzjoni ta’ errur (ara l-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri); u

(b) 

ammonti li jirriżultaw mar-rikonoxximent inizjali tal-komponent tal-ekwità fi strument finanzjarju kompost (ara l-paragrafu 23).

63 F’ċirkustanzi eċċezzjonali jista’ jkun diffiċli biex wieħed jiddetermina l-ammont ta’ taxxa kurrenti u taxxa differita li tirrigwarda entrati rikonoxxuti ’l barra minn profitt jew telf (f’introjtu ieħor komprensiv jew direttament fl-ekwità). Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta:

(a) 

ikun hemm rati gradwati ta’ taxxa fuq l-introjtu u jkun impossibbli li tiġi determinata r-rata li biha jkun ġie ntaxxat komponent speċifiku ta’ profitt taxxabbli (telf tat-taxxa);

(b) 

bidla fir-rata tat-taxxa jew f’regoli oħra tat-taxxa taffettwa assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirrigwarda (totalment jew parzjalment) entrata li kienet rikonoxxuta preċedentement ’il barra minn profitt jew telf; jew

(c) 

entità tiddetermina li jenħtieġ li assi ta’ taxxa differita jiġi rikonoxxut, jew jenħtieġ li ma jiġix rikonoxxut aktar b’mod sħiħ, u l-assi ta’ taxxa differita jirrigwarda (totalment jew parzjalment) entrata li kienet rikonoxxuta preċedentement ’il barra minn profitt jew telf.

F'każijiet bħal dawn, it-taxxa kurrenti u t-taxxa differita relatati ma’ entrati li jkunu rikonoxxuti ’l barra minn profitt jew telf ikunu bbażati fuq allokazzjoni pro rata raġonevoli tat-taxxa kurrenti u t-taxxa differita tal-entità fil-ġuriżdizzjoni tat-taxxa kkonċernata, jew fuq metodu ieħor li jwassal għal allokazzjoni aktar xierqa fiċ-ċirkustanzi.

64 L-IAS 16 ma jispeċifikax jekk jenħtieġx li entità tittrasferixxi kull sena mis-surplus tar-rivalwazzjoni għall-qligħ imfaddal, ammont ekwivalenti għad-differenza bejn id-deprezzament jew l-ammortizzament ta’ assi rivalwat u d-deprezzament jew l-amortizzament ibbażati fuq il-kost ta’ dak l-assi. Jekk entità tagħmel dak it-trasferiment, l-ammont ittrasferit ikun nett minn kull taxxa differita relatata. Japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għal trasferimenti li jsiru fuq entrata ta’ proprjetà, impjanti jew tagħmir.

65 Meta assi jiġi rivalwat għall-finijiet tat-taxxa u dik ir-rivalwazzjoni tkun relatata ma’ rivalwazzjoni kontabbilistika ta’ perjodu aktar bikri, jew ma’ xi waħda li hija mistennija li ssir f’perjodu futur, l-effetti tat-taxxa kemm tar-rivalwazzjoni tal-assi kif ukoll tal-aġġustament tal-bażi għat-taxxa jiġu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fil-perjodi li fihom iseħħu. Madankollu, jekk ir-rivalwazzjoni għal finijiet tat-taxxa ma tkunx relatata ma’ rivalwazzjoni kontabbilistika ta’ perjodu aktar bikri, jew ma’ waħda li hija mistennija li ssir f’perjodu futur, l-effetti tat-taxxa tal-aġġustament tal-bażi għat-taxxa jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf.

65A Meta entità tħallas dividendi lill-azzjonisti tagħha, din tista’ tintalab tħallas porzjon tad-dividendi lill-awtoritajiet tat-taxxa f’isem l-azzjonisti. F’ħafna ġuriżdizzjonijiet, dan l-ammont jissejjaħ taxxa minn ras il-għajn. Dan l-ammont imħallas jew pagabbli lill-awtoritajiet tat-taxxa jiġi ddebitat lill-ekwità bħala parti mid-dividendi.

Taxxa differita li tinħoloq minn kombinament ta’ negozji

66 Kif spjegat fil-paragrafi 19 u 26(c), differenzi temporanji jistgħu joriġinaw f’kombinament ta’ negozji. F’konformità mal-IFRS 3, entità tirrikonoxxi kwalunkwe assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw (sal-punt fejn dawn jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent fil-paragrafu 24) jew obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita bħala assi u obbligazzjonijiet identifikabbli fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għaldaqstant, dawk l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jaffettwaw l-ammont ta’ avvjament jew il-qligħ mix-xiri bi prezz innegozjat li l-entità tirrikonoxxi. Madankollu, f’konformità mal-paragrafu 15(a), entità ma tirrikonoxxix obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li joriġinaw mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament.

67 B’riżultat ta’ kombinament ta’ negozji, il-probabbiltà li jiġi realizzat assi ta’ taxxa differita ta’ qabel l-akkwiżizzjoni tal-akkwirent tista’ tinbidel. Akkwirent jista’ jikkunsidra li jkun probabbli li jkun se jirkupra l-assi ta’ taxxa differita tiegħu stess li ma kienx rikonoxxut qabel il-kombinament ta’ negozji. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jkun jista’ jagħmel użu mill-benefiċċju tat-telf tat-taxxa tiegħu mhux użat billi japplikah kontra l-profitt taxxabbli futur tal-akkwiżit. Alternattivament, b’riżultat tal-kombinament ta’ negozji jista’ ma jkunx aktar probabbli li l-profitt futur taxxabbli jkun jippermetti li l-assi ta’ taxxa differita jiġi rkuprat. F’każijiet bħal dawn, l-akkwirent jirrikonoxxi bidla fl-assi ta’ taxxa differita fil-perjodu tal-kombinament ta’ negozji, iżda ma jinkludihiex bħala parti mill-kontabbiltà għall-kombinament ta’ negozji. Għaldaqstant, l-akkwirent ma jikkunsidrahiex meta jkejjel l-avvjament jew il-qligħ mix-xiri bi prezz innegozjat li jirrikonoxxi fil-kombinament ta’ negozji.

68 Il-benefiċċju potenzjali tar-riporti ta’ telf tat-taxxa fuq l-introjtu min-naħa tal-akkwiżit jew ta’ assi oħra ta’ taxxa differita jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji għal rikonoxximent separat meta tkun saret il-kontabbiltà oriġinali tal-kombinament ta’ negozji iżda jista’ jiġi realizzat sussegwentement.

Entità għandha tirrikonoxxi benefiċċji akkwistati ta’ taxxa differita li hija tirrealizza wara l-kombinament ta’ negozji, skont kif ġej:

(a) 

Benefiċċji akkwistati ta’ taxxa differita rikonoxxuti waqt il-perjodu tal-kejl li jirriżultaw minn informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni għandhom jiġu applikati biex jitnaqqas l-ammont riportat ta’ kwalunkwe avvjament relatat ma’ dik l-akkwiżizzjoni. Jekk l-ammont riportat ta’ dak l-avvjament ikun żero, kwalunkwe benefiċċju ta’ taxxa differita li jifdal għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

(b) 

Il-benefiċċji akkwistati ta’ taxxa differita realizzati l-oħrajn kollha għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf (jew jekk dan l-Istandard ikun jeħtieġ, ’il barra mill-profitt jew telf).

Taxxa kurrenti u differita li tirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma

68A F’ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, entità tirċievi tnaqqis fit-taxxa (jiġifieri ammont deduċibbli meta jiġi determinat il-profitt taxxabbli) li huwa relatat mar-remunerazzjoni mħallsa f’ishma, opzjonijiet fuq l-ishma jew strumenti ta’ ekwità oħra tal-entità. L-ammont ta’ dak it-tnaqqis fit-taxxa jista’ jkun differenti mill-ispiża tar-remunerazzjoni kumulattiva relatata, u jista’ jseħħ f’perjodu kontabbilistiku aktar tard. Pereżempju, f’ċerti ġuriżdizzjonijiet, entità tista’ tirrikonoxxi spiża għall-konsum ta’ servizzi tal-impjegati riċevuti bħala korrispettiv għall-opzjonijiet fuq l-ishma, f’konformità mal-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, u ma tirċevix tnaqqis fit-taxxa sakemm l-opzjonijiet fuq l-ishma ma jiġux eżerċitati, bil-kejl tat-tnaqqis fit-taxxa bbażat fuq il-prezz tal-ishma tal-entità fid-data tal-eżerċizzju.

68B Bħal fil-każ tal-kostijiet tar-riċerka diskussi fil-paragrafi 9 u 26(b) ta’ dan l-Istandard, id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tas-servizzi tal-impjegati riċevuti sa dik id-data (li huwa l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis fil-perjodi futuri), u l-ammont riportat ta’ żero, hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita. Jekk l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis fil-perjodi futuri ma jkunx magħruf fit-tmiem tal-perjodu, dan għandu jiġi stmat, fuq bażi ta’ informazzjoni disponibbli fit-tmiem tal-perjodu. Pereżempju, jekk l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis f’perjodi futuri jkun dipendenti fuq il-prezz tal-ishma tal-entità f’data futura, jenħtieġ li l-kejl tad-differenza temporanja deduċibbli jkun ibbażat fuq il-prezz tal-ishma tal-entità fit-tmiem tal-perjodu.

68C Kif ġie osservat fil-paragrafu 68A, l-ammont ta’ tnaqqis għat-taxxa (jew tnaqqis għat-taxxa stmat għall-futur, imkejjel f’konformità mal-paragrafu 68B) jista’ jkun differenti mill-ispiża kumulattiva relatata ta’ remunerazzjoni. Il-paragrafu 58 tal-Istandard jirrikjedi li t-taxxa kurrenti u differita jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala introjtu jew spiża u tiġi inkluża fi profitt jew telf għall-perjodu, sakemm it-taxxa ma tirriżultax minn (a) tranżazzjoni jew event li jkun rikonoxxut, fl-istess perjodu jew f’perjodu differenti, ’il barra mill-profitt jew telf, jew (b) kombinament ta’ negozji (għajr l-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment ta’ sussidjarja li tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf). Jekk l-ammont ta’ tnaqqis fit-taxxa (jew tnaqqis fit-taxxa stmat għall-futur) jaqbeż l-ammont tan-nefqa kumulattiva relatata mar-remunerazzjoni, dan jindika li t-tnaqqis fit-taxxa mhuwiex relatat biss mal-ispiża tar-remunerazzjoni iżda anki ma’ xi entrata ta’ ekwità. F’din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-eċċess tat-taxxa kurrenti jew differita assoċjata jkun rikonoxxut direttament f’ekwità.

PREŻENTAZZJONI

Assi ta’ taxxa u obbligazzjonijiet ta’ taxxa

69 [Imħassar]

70 [Imħassar]

Tpaċija

71   Entità għandha tpaċi l-assi tat-taxxa kurrenti u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti jekk, u biss jekk, l-entità:

(a) 

ikollha dritt legalment infurzabbli li tpaċi l-ammonti rikonoxxuti; u

(b) 

ikun beħsiebha ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin.

72 Għalkemm l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti jiġu rikonoxxuti u mkejla separatament, dawn jiġu paċuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja soġġetti għal kriterji simili għal dawk stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji fl-IAS 32. Entità normalment ikollha dritt legalment infurzabbli li tpaċi assi ta’ taxxa kurrenti ma’ obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti meta dawn jirreferu għal taxxi fuq l-introjtu miġbura mill-istess awtorità tat-taxxa u l-awtorità tat-taxxa tippermetti li l-entità tagħmel jew tirċievi pagament nett uniku.

73 Fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, assi ta’ taxxa kurrenti ta’ entità waħda fi grupp jiġi paċut ma’ obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti ta’ entità oħra fil-grupp jekk, u biss jekk, l-entitajiet ikkonċernati jkollhom dritt legalment infurzabbli li jagħmlu jew li jirċievu pagament nett uniku u l-entitajiet ikun beħsiebhom jagħmlu jew jirċievu dan il-pagament nett jew jirkupraw l-assi u jsaldaw l-obbligazzjoni fl-istess ħin.

74   Entità għandha tpaċi l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jekk, u biss jekk:

(a) 

l-entità jkollha dritt legalment infurzabbli li tpaċi l-assi ta’ taxxa kurrenti mal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti; u

(b) 

l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jkollhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq l-introjtu miġbura mill-istess awtorità tat-taxxa fuq:

(i) 

l-istess entità taxxabbli; jew

(ii) 

l-entitajiet taxxabbli differenti li beħsiebhom isaldaw l-obbligazzjonijiet u l-assi ta’ taxxa kurrenti fuq bażi netta, jew li jirrealizzaw l-assi u li jsaldaw l-obbligazzjonijiet fl-istess ħin, f’kull perjodu futur li fih ammonti sinifikanti ta’ obbligazzjonijiet jew assi ta’ taxxa differita huma mistennija li jiġu saldati jew irkuprati.

75 Sabiex tiġi evitata l-ħtieġa għall-ippjanar dettaljat tat-twaqqit tar-riversjar ta’ kull differenza temporanja, dan l-Istandard jirrikjedi li entità tpaċi assi ta’ taxxa differita ma’ obbligazzjoni ta’ taxxa differita tal-istess entità taxxabbli jekk, u biss jekk, dawn ikunu relatati ma’ taxxi fuq l-introjtu miġbura mill-istess awtorità tat-taxxa u l-entità jkollha dritt legalment infurzabbli li tpaċi l-assi ta’ taxxa kurrenti mal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti.

76 F’ċirkustanzi rari, entità jista’ jkollha dritt legalment infurzabbli ta’ tpaċija, u intenzjoni li ssalda nett, għal ċerti perjodi iżda mhux għal oħrajn. F’dawn iċ-ċirkustanzi rari, jista’ jkun meħtieġ ippjanar dettaljat sabiex jiġi stabbilit, b’mod affidabbli, jekk l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ entità taxxabbli waħda hijiex se tirriżulta f’żidiet fil-pagamenti tat-taxxa fl-istess perjodu li fih assi ta’ taxxa differita ta’ entità taxxabbli oħra jirriżulta fi tnaqqis fil-pagamenti minn dik it-tieni entità taxxabbli.

Spiża tat-taxxa

L-ispiża (introjtu) tat-taxxa marbuta mal-profitt jew telf minn attivitajiet ordinarji

77   L-ispiża (introjtu) tat-taxxa marbuta mal-profitt jew telf minn attivitajiet ordinarji għandha tkun ippreżentata bħala parti mill-profitt jew telf fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv.

77A  [Imħassar]

Differenzi tal-kambju fuq obbligazzjonijiet jew assi ta’ taxxa barranija differita

78 L-IAS 21 jirrikjedi li ċerti differenzi tal-kambju jiġu rikonoxxuti bħala introjtu jew spiża iżda ma jispeċifikax fejn jenħtieġ li dawn id-differenzi jiġu ppreżentati fir-rapport tal-introjtu komprensiv. Għalhekk, meta differenzi tal-kambju fuq obbligazzjonijiet jew assi ta’ taxxa barranija differita jiġu rikonoxxuti fir-rapport tal-introjtu komprensiv, dawn id-differenzi jistgħu jiġu klassifikati bħala spiża (introjtu) tat-taxxa differita jekk dik il-preżentazzjoni tiġi kkunsidrata li tkun l-aktar waħda utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji.

DIVULGAZZJONI

79   Il-komponenti ewlenin tal-ispiża (introjtu) tat-taxxa għandhom jiġu divulgati separatament.

80 Il-komponenti tal-ispiża (introjtu) tat-taxxa jistgħu jinkludu:

(a) 

l-ispiża (introjtu) tat-taxxa kurrenti;

(b) 

kwalunkwe aġġustament rikonoxxut fil-perjodu għat-taxxa kurrenti tal-perjodi preċedenti;

(c) 

l-ammont tal-ispiża (introjtu) ta’ taxxa differita marbut mal-oriġinar u r-riversjar ta’ differenzi temporanji;

(d) 

l-ammont tal-ispiża (introjtu) ta’ taxxa differita marbut ma’ bidliet fir-rati tat-taxxa jew l-impożizzjoni ta’ taxxi ġodda;

(e) 

l-ammont tal-benefiċċju li jirriżulta minn telf tat-taxxa li ma kienx rikonoxxut preċedentement, jew minn kreditu tat-taxxa jew differenza temporanja ta’ perjodu preċedenti, li jintuża sabiex inaqqas l-ispiża tat-taxxa kurrenti;

(f) 

l-ammont tal-benefiċċju minn telf tat-taxxa li ma kienx rikonoxxut preċedentement, jew minn kreditu tat-taxxa jew differenza temporanja ta’ perjodu preċedenti, li jintuża sabiex inaqqas l-ispiża tat-taxxa differita;

(g) 

l-ispiża tat-taxxa differita li tirriżulta mit-tniżżil fil-valur, jew ir-riversjar ta’ tniżżil preċedenti fil-valur, ta’ assi ta’ taxxa differita f’konformità mal-paragrafu 56; u

(h) 

l-ammont tal-ispiża (introjtu) ta’ taxxa marbut ma’ dawk il-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà u erruri li huma inklużi fil-profitt jew telf f’konformità mal-IAS 8, minħabba li dawn ma jistgħux jiġu kontabbilizzati b’mod retrospettiv.

81   Dawn li ġejjin għandhom jiġu ddivulgati wkoll separatament:

(a) 

it-taxxa kurrenti u differita aggregata marbuta ma’ entrati li huma ddebitati jew ikkreditati direttament f’ekwità (ara l-paragrafu 62A);

(ab) 

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu marbut ma’ kull komponent ta’ introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 62 u l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007));

(b) 

[imħassar];

(c) 

spjegazzjoni tar-relazzjoni bejn l-ispiża (introjtu) tat-taxxa u l-profitt kontabbilistiku f’waħda mill-forom, jew fiż-żewġ forom, li ġejjin:

(i) 

rikonċiljazzjoni numerika bejn l-ispiża (introjtu) tat-taxxa u l-prodott tal-profitt kontabbilistiku mmultiplikat bir-rata/i tat-taxxa applikabbli, b’divulgazzjoni wkoll tal-bażi li fuqha r-rata/i applikabbli tat-taxxa hija kkalkulata/huma kkalkulati; jew

(ii) 

rikonċiljazzjoni numerika bejn ir-rata medja effettiva tat-taxxa u r-rata applikabbli tat-taxxa, b’divulgazzjoni wkoll tal-bażi li fuqha r-rata applikabbli tat-taxxa tiġi kkalkulata;

(d) 

spjegazzjoni tal-bidliet fir-rata/i applikabbli tat-taxxa meta mqabbel mal-perjodu kontabbilistiku preċedenti;

(e) 

l-ammont (u d-data tal-iskadenza, jekk ikun hemm) tad-differenzi temporanji deduċibbli, telf tat-taxxa mhux użat, u krediti tat-taxxa mhux użati li għalihom ma huwa rikonoxxut l-ebda assi ta’ taxxa differita fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja;

(f) 

l-ammont aggregat tad-differenzi temporanji assoċjati ma’ investimenti f‘sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati u f’interessi f’arranġamenti konġunti, li għalihom ma ġewx rikonoxxuti obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita (ara l-paragrafu 39);

(g) 

għar-rigward ta’ kull tip ta’ differenza temporanja, u għar-rigward ta’ kull tip ta’ telf tat-taxxa mhux użat u krediti tat-taxxa mhux użati:

(i) 

l-ammont ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal kull perjodu ppreżentat;

(ii) 

l-ammont tal-introjtu minn taxxa differita jew spiża rikonoxxuti fi profitt jew telf, jekk dan ma jidhirx b’mod ċar mill-bidliet fl-ammonti rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja;

(h) 

għar-rigward ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx, l-ispiża tat-taxxa marbuta ma’:

(i) 

il-qligħ jew telf malli l-operazzjonijiet ma tkomplewx; u

(ii) 

il-profitt jew telf għall-perjodu mill-attivitajiet ordinarji tal-operazzjoni li ma tkomplietx, flimkien mal-ammonti korrispondenti għal kull perjodu preċedenti ppreżentat;

(i) 

l-ammont tal-konsegwenzi għat-taxxa fuq l-introjtu tad-dividendi lill-azzjonisti tal-entità li ġew proposti jew iddikjarati qabel ma r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għall-pubblikazzjoni, iżda li mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fir-rapporti finanzjarji;

(j) 

jekk kombinament ta’ negozji li fih l-entità tkun l-akkwirent jikkawża bidla fl-ammont rikonoxxut għall-assi ta’ taxxa differita tagħha ta’ qabel l-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 67), l-ammont ta’ dik il-bidla; u

(k) 

jekk il-benefiċċji ta’ taxxa differita akkwistati f’kombinament ta’ negozji ma jkunux rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni iżda jkunu rikonoxxuti wara d-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 68), deskrizzjoni tal-event jew tal-bidla fiċ-ċirkustanzi li kkawżat ir-rikonoxximent tal-benefiċċji tat-taxxa differita.

82   Entità għandha tiddivulga l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita u n-natura tal-prova li tappoġġa r-rikonoxximent tagħha, meta:

(a) 

l-użu tal-assi ta’ taxxa differita jiddependi fuq il-profitti futuri taxxabbli li jeċċedu l-profitti li jirriżultaw mir-riversjar ta’ differenzi temporanji taxxabbli eżistenti; u

(b) 

l-entità sofriet telf fil-perjodu kurrenti jew f’dak preċedenti fil-ġuriżdizzjoni tat-taxxa li magħha għandu x’jaqsam dak l-assi tat-taxxa differita.

82A   Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 52A, entità għandha tiddivulga n-natura tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu li jistgħu jirriżultaw mill-pagament tad-dividendi lill-azzjonisti tagħha. Minbarra dan, l-entità għandha tiddivulga l-ammonti tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu li jistgħu jiġu determinati b’mod prattiku u jekk kienx hemm xi konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu li ma jistgħux jiġu determinati b’mod prattiku.

83 [Imħassar]

84 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafu 81(c) jippermettu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji sabiex jifhmu jekk ir-relazzjoni bejn l-ispiża (introjtu) tat-taxxa u l-profitt kontabbilistiku hijiex barra minn-normal u sabiex jifhmu l-fatturi sinifikanti li jistgħu jaffettwaw dik ir-relazzjoni fil-futur. Ir-relazzjoni bejn l-ispiża (introjtu) tat-taxxa u l-profitt kontabbilistiku tista’ tiġi affettwata minn fatturi bħad-dħul li huwa eżenti mit-tassazzjoni, spejjeż li mhumiex deduċibbli fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf tat-taxxa), l-effett tat-telf tat-taxxa u l-effett tar-rati tat-taxxa barranija.

85 Meta tiġi spjegata r-relazzjoni bejn l-ispiża (introjtu) tat-taxxa u l-profitt kontabbilistiku, entità tuża rata applikabbli ta’ taxxa li tipprovdi l-informazzjoni l-aktar siewja għall-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha. Spiss, ir-rata l-aktar siewja hija r-rata domestika tat-taxxa fil-pajjiż li fih l-entità hija domiċiljata, u fejn ir-rata applikata għat-taxxi nazzjonali tiġi aggregata mar-rati applikati għal xi taxxa lokali li tkun ikkalkolata fuq livelli sostanzjalment simili ta’ profitt taxxabbli (telf tat-taxxa). Madankollu, għal entità li topera f’diversi ġuriżdizzjonijiet, jista’ jkun aktar siewi li jiġu aggregati r-rikonċiljazzjonijiet separati ppreparati bl-użu tar-rata domestika f’kull ġuriżdizzjoni individwali. L-eżempju li ġej juri kif l-għażla tar-rata applikabbli tat-taxxa taffettwa l-preżentazzjoni tar-rikonċiljazzjoni numerika.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 85

Fl-19X2, entità għandha profitt kontabbilistiku fil-ġuriżdizzjoni tagħha stess (pajjiż A) ta’ 1 500 (19X1: 2 000) u fil-pajjiż B ta’ 1 500 (19X1: 500). Ir-rata tat-taxxa hija ta’ 30 % fil-pajjiż A u 20 % fil-pajjiż B. Fil-pajjiż A, spejjeż ta’ 100 (19X1: 200) mhumiex deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa.

Dan li ġej huwa eżempju ta’ rikonċiljazzjoni tar-rata tat-taxxa domestika.



 

19X1

19X2

Profitt kontabbilistiku

2 500

3 000

Taxxa bir-rata domestika ta’ 30 %

750

900

L-effett tat-taxxa ta’ spejjeż li mhumiex deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa

60

30

Effett tar-rati tat-taxxa aktar baxxi fil-pajjiż B

(50)

(150)

Spiża tat-taxxa

760

780

Dan li ġej huwa eżempju ta’ rikonċiljazzjoni ppreparata billi jiġu aggregati rikonċiljazzjonijiet separati għal kull ġuriżdizzjoni nazzjonali. Skont dan il-metodu, l-effett tad-differenzi bejn ir-rata tat-taxxa domestika tal-entità relatriċi u r-rata tat-taxxa domestika f’ġuriżdizzjonijiet oħra ma tidhirx bħala entrata separata fir-rikonċiljazzjoni. Entità jista’ jkollha bżonn tiddiskuti l-effett ta’ bidliet sinifikanti fi kwalunkwe waħda mir-rati tat-taxxa, jew fit-taħlita ta’ profitti magħmula f’ġuriżdizzjonijiet differenti, sabiex jiġu spjegati bidliet fir-rata/i applikabbli tat-taxxa, kif meħtieġ mill-paragrafu 81(d).



Profitt kontabbilistiku

2 500

3 000

Taxxa bir-rati domestiċi applikabbli għall-profitti fil-pajjiż ikkonċernat

700

750

L-effett tat-taxxa ta’ spejjeż li mhumiex deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa

60

30

Spiża tat-taxxa

760

780

86 Ir-rata medja tat-taxxa effettiva hija l-ispiża (introjtu) tat-taxxa diviża bil-profitt kontabbilistiku.

87 Spiss ma jkunx prattiku li jiġi kkalkulat l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti li jirriżultaw minn investimenti f’sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati u interessi f’arranġamenti konġunti (ara l-paragrafu 39). Għaldaqstant, dan l-Istandard jirrikjedi li entità tiddivulga l-ammont aggregat tad-differenzi temporanji sottostanti iżda ma jirrikjedix id-divulgazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta‘ taxxa differita. Madankollu, meta jkun prattiku, l-entitajiet huma mħeġġa jiddivulgaw l-ammonti tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti peress li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jistgħu jsibu din l-informazzjoni utli.

87A Il-paragrafu 82A jirrikjedi li entità tiddivulga n-natura tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu li jirriżultaw mill-pagament tad-dividendi lill-azzjonisti tagħha. Entità tiddivulga l-fatturi importanti tas-sistemi tat-taxxa fuq l-introjtu u l-fatturi li jaffettwaw l-ammont tal-konsegwenzi potenzjali tad-dividendi għat-taxxa fuq l-introjtu.

87B Xi drabi ma jkunx prattikabbli li jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu li jirriżulta mill-pagament tad-dividendi lill-azzjonisti. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta entità jkollha għadd kbir ta’ sussidjarji barranin. Madankollu, anki f’dawn iċ-ċirkustanzi, xi porzjonijiet tal-ammont totali jistgħu jiġu ddeterminati faċilment. Pereżempju, fi grupp konsolidat, kumpanija omm u wħud mis-sussidjarji tagħha jistgħu jkunu ħallsu taxxi fuq l-introjtu b’rata ogħla fuq il-profitti mhux imqassma u jkunu konxji tal-ammont li jkollu jiġi rifuż fuq il-pagament tad-dividenti futuri lill-azzjonisti mill-qligħ imfaddal ikkonsolidat. F’dan il-każ, dak l-ammont rifondibbli jiġi ddivulgat. Jekk ikun applikabbli, l-entità tiddivulga wkoll li hemm konsegwenzi potenzjali addizzjonali għat-taxxa fuq l-introjtu li prattikament ma jistgħux jiġu ddeterminati. Fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija omm, jekk ikun hemm, id-divulgazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu tirreferi għall-qligħ imfaddal għall-kumpanija omm.

87C Entità li tkun meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 82A tista’ wkoll tkun meħtieġa tipprovdi divulgazzjonijiet marbuta mad-differenzi temporanji assoċjati mal-investimenti fis-sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati jew interessi f’arranġamenti konġunti. F’każijiet bħal dawn, entità tikkunsidra dan meta tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont il-paragrafu 82A. Pereżempju, entità tista’ tkun meħtieġa tiddivulga l-ammont aggregat tad-differenzi temporanji assoċjati mal-investimenti f’sussidjarji li għalihom ma tkun ġiet rikonoxxuta l-ebda obbligazzjoni ta’ taxxa differita (ara l-paragrafu 81(f)). Jekk ma jkunx prattiku li jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti (ara l-paragrafu 87) jista’ jkun hemm ammonti ta’ konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq l-introjtu ta’ dividendi, li ma jistgħux jiġu determinati b’mod prattiku, marbuta ma’ dawn is-sussidjarji.

88 Entità tiddivulga kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti u assi kontinġenti relatati mat-taxxa f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti jistgħu jirriżultaw, pereżempju, minn kunflitti mhux solvuti mal-awtoritajiet tat-taxxa. Bl-istess mod, meta jsiru jew jitħabbru bidliet fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa wara l-perjodu ta’ rapportar, entità tiddivulga kwalunkwe effett sinifikanti ta’ dawk il-bidliet fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-taxxa kurrenti u differiti (ara l-IAS 10 Eventi Wara l-Perjodu ta’ Rapportar).

▼M1

Ir-Riforma tat-Taxxa Internazzjonali – Ir-Regoli Mudell tat-Tieni Pilastru

88A Entità għandha tiddivulga li applikat l-eċċezzjoni għar-rikonoxximent u d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar assi u obbligazzjonijiet tat-taxxa differiti relatati mat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru (ara l-paragrafu 4A).

88B Entità għandha tiddivulga separatament l-ispiża (l-introjtu) tat-taxxa kurrenti tagħha relatata mat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru.

88C F’perjodi li fihom tiġi ppromulgata jew ippromulgata b’mod sostantiv il-leġiżlazzjoni tat-Tieni Pilastru, iżda li għadha mhix fis-seħħ, entità għandha tiddivulga informazzjoni magħrufa jew raġonevolment stimabbli li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu l-esponiment tal-entità għat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni.

88D Sabiex tilħaq l-objettiv tad-divulgazzjoni tal-paragrafu 88C, entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-esponiment tagħha għat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Din l-informazzjoni ma għandhiex għalfejn tirrifletti r-rekwiżiti speċifiċi kollha tal-leġiżlazzjoni tat-Tieni Pilastru u tista’ tiġi pprovduta fil-forma ta’ firxa indikattiva. Sa fejn l-informazzjoni ma tkunx magħrufa jew raġonevolment stimabbli, entità għandha minflok tiddivulga dikjarazzjoni għal dan l-għan u toħroġ informazzjoni dwar il-progress tal-entità fil-valutazzjoni tal-esponiment tagħha.



Eżempji li jispjegaw il-paragrafi 88C–88D

L-eżempji ta’ informazzjoni li entità tista’ tiddivulga biex tilħaq l-objettiv u r-rekwiżiti tal-paragrafi 88C–88D jinkludu:

(a)  informazzjoni kwalitattiva bħal informazzjoni dwar kif entità hija affettwata mil-leġiżlazzjoni tat-Tieni Pilastru u l-ġuriżdizzjonijiet ewlenin li fihom jistgħu jeżistu esponimenti għat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru; kif ukoll

(b)  informazzjoni kwantitattiva bħal:

(i)  indikazzjoni tal-proporzjon tal-profitti ta’ entità li jistgħu jkunu soġġetti għat-taxxi fuq l-introjtu tat-Tieni Pilastru u r-rata tat-taxxa effettiva medja applikabbli għal dawn il-profitti; jew

(ii)  indikazzjoni ta’ kif ir-rata tat-taxxa effettiva medja tal-entità kienet tinbidel li kieku kien hemm fis-seħħ il-leġiżlazzjoni tat-Tieni Pilastru.

▼B

DATA EFFETTIVA

89 Dan l-Istandard isir operazzjonali għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1998 jew wara, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 91. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perjodi li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 1998, l-entità għandha tiddivulga l-fatt li hija applikat dan l-Istandard minflok l-IAS 12 Kontabbiltà għat-Taxxi fuq l-Introjtu, approvat fl-1979.

90 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 12 Kontabbiltà għat-Taxxi fuq l-Introjtu, approvat fl-1979.

91 Il-paragrafi 52A, 52B, 65A, 81(i), 82A, 87A, 87B, 87C u t-tħassir tal-paragrafi 3 u 50 isiru operazzjonali għar-rapporti finanzjarji annwali ( 8 ) li jkopru l-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2001 jew wara. Hija mħeġġa adozzjoni aktar bikrija. Jekk adozzjoni aktar bikrija taffettwa r-rapporti finanzjarji, entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

92 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafi 23, 52, 58, 60, 62, 63, 65, 68C, 77 u 81, ħassar il-paragrafu 61 u żied il-paragrafi 61A, 62A u 77A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

93 Il-paragrafu 68 għandu jiġi applikat b’mod prospettiv mid-data effettiva tal-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) għar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji.

94 Għaldaqstant, l-entitajiet ma għandhomx jaġġustaw il-kontabbiltà għal kombinamenti ta’ negozji preċedenti jekk il-benefiċċji tat-taxxa ma kinux issodisfaw il-kriterji għal rikonoxximent separat fid-data tal-akkwiżizzjoni u jkunu rikonoxxuti wara d-data tal-akkwiżizzjoni, ħlief jekk il-benefiċċji jkunu rikonoxxuti fil-perjodu ta’ kejl u jirriżultaw minn informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Benefiċċji oħra ta’ taxxa rikonoxxuti għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf (jew, jekk dan l-Istandard ikun hekk jeħtieġ, barra l-profitt jew telf).

95 L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 21 u 67 u żied il-paragrafi 32A u 81(j) u (k). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom japplikaw ukoll għal dak il-perjodu aktar bikri.

96 [Imħassar]

97 [Imħassar]

98 Il-paragrafu 52 ġie rrinumerat bħala 51A, il-paragrafu 10 u l-eżempji li jsegwu l-paragrafu 51A ġew emendati, u l-paragrafi 51B u 51C u l-eżempju sussegwenti u l-paragrafi 51D, 51E u 99 żdiedu b’Taxxa Differita: Irkupru tal-Assi Sottostanti, maħruġ f’Diċembru 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

98A L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 2, 15, 18(e), 24, 38, 39, 43–45, 81(f), 87 u 87C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 11.

98B  Preżentazzjoni ta’ Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 77 u ħassar il-paragrafu 77A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

98C  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi 58 u 68C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess waqt.

98D [Imħassar]

98E L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu 59. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

98F L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 20 u ħassar il-paragrafi 96, 97 u 98D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

98G L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 20. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

98H  Rikonoxximent tal-Assi ta’ Taxxa Differita għal Telf mhux Realizzat (Emendi fl-IAS 12), maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 29 u żied il-paragrafi 27A, 29A u l-eżempju wara l-paragrafu 26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Madankollu, mal-applikazzjoni inizjali tal-emenda, il-bidla fl-ekwità tal-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri tista’ tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq), mingħajr ma tiġi allokata l-bidla bejn il-qligħ imfaddal tal-ftuħ u komponenti oħra ta’ ekwità. Jekk entità tapplika dan it-tnaqqis, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

98I  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2015-2017, maħruġ f’Diċembru 2017, żied il-paragrafu 57A u ħassar il-paragrafu 52B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Meta entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba, din għandha tapplikahom għall-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa fuq l-introjtu rikonoxxuti fil-bidu tal-perjodu komparattiv l-iktar bikri jew wara.

98J  Taxxa Differita relatata ma’ Assi u Obbligazzjonijiet li Jirriżultaw minn Tranżazzjoni Waħda, maħruġ f’Mejju 2021, emenda l-paragrafi 15, 22, u 24 u żied il-paragrafu 22A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi f’konformità mal-paragrafi 98K–98L għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

98K Entità għandha tapplika Taxxa Differita relatata ma’ Assi u Obbligazzjonijiet li Jirriżultaw minn Tranżazzjoni Waħda għal tranżazzjonijiet li jseħħu fil-bidu jew wara l-ewwel perjodu komparattiv ippreżentat.

98L Entità li tapplika Taxxa Differita relatata ma’ Assi u Obbligazzjonijiet li Jirriżultaw minn Tranżazzjoni Waħda għandha wkoll, fil-bidu tal-ewwel perjodu komparattiv ippreżentat:

(a) 

tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita—sal-punt li jkun probabbli li l-profitt taxxabbli se jkun disponibbli li fil-konfront tiegħu tista’ tintuża d-differenza temporanja deduċibbli—u obbligazzjoni ta’ taxxa differita għad-differenzi temporanji deduċibbli u taxxabbli kollha assoċjati ma’:

(i) 

assi bid-dritt tal-użu u obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni; u

(ii) 

id-dekummissjonar, ir-restawr u obbligazzjonijiet simili u l-ammonti korrispondenti rikonoxxuti bħala parti mill-kost tal-assi relatat; u

(b) 

tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor tal-ekwità, skont kif ikun xieraq) f’dik id-data.

▼M1

98M  Ir-Riforma tat-Taxxa Internazzjonali – Ir-Regoli Mudell tat-Tieni Pilastru, maħruġa f’Mejju 2023, żiedet il-paragrafi 4A u 88A–88D. Entità għandha:

(a) 

tapplika l-paragrafi 4 A u 88 A immedjatament mal-ħruġ ta’ dawn l-emendi u retrospettivament skont l-IAS 8; kif ukoll

(b) 

tapplika l-paragrafi 88B–88D għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Entità mhijiex obbligata tiżvela l-informazzjoni meħtieġa minn dawn il-paragrafi għal kwalunkwe perjodu interim li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2023 jew qabel.

▼B

IRTIRAR TAL-SIC-21

99 L-emendi li saru b’Taxxa Differita: Irkupru tal-Assi Sottostanti, maħruġ f’Diċembru 2010, jieħu post l-Interpretazzjoni 21 tal-SIC Taxxi fuq l-Introjtu—Irkupru ta’ Assi Rivalwati Mhux Deprezzabbli.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 16

Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament kontabbilistiku għall-proprjetà, impjanti u tagħmir biex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-investiment ta’ entità fil-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir tagħha u l-bidliet f’dan l-investiment. Il-kwistjonijiet ewlenin fil-kontabbiltà għall-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir huma r-rikonoxximent tal-assi, id-determinazzjoni tal-ammonti riportati u l-ispejjeż marbuta mad-deprezzament u t-telf minn indeboliment li għandhom jiġu rikonoxxuti b’rabta magħhom.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabbiltà ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir ħlief meta xi Standard ieħor ikun jeħtieġ jew jippermetti trattament kontabbilistiku differenti.

3 Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) 

proprjetà, impjanti u tagħmir klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li ma Tkomplewx.

(b) 

assi bijoloġiċi relatati ma’ attività agrikola għajr pjanti portaturi (ara l-IAS 41 Agrikoltura). Dan l-Istandard japplika għal pjanti portaturi iżda ma japplikax għall-prodotti tal-pjanti portaturi.

(c) 

ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni (ara l-IFRS 6 Esplorazzjoni għar-Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom).

(d) 

drittijiet minerali u riżervi minerali bħal żejt, gass naturali u riżorsi simili mhux riġenerattivi.

Madankollu, dan l-Istandard japplika għal proprjetà, impjanti u tagħmir użati biex jiġu żviluppati jew jinżammu l-assi deskritti f’(b)-(d).

4 [Imħassar]

5 Entità li tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà tal-investiment skont l-IAS 40 Proprjetà tal-Investiment għandha tuża l-mudell tal-kost f'dan l-Istandard għal proprjetà bi sjieda għall-investiment.

DEFINIZZJONIJIET

6   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Pjanta portatura hija pjanta ħajja li:

(a) 

tintuża fil-produzzjoni jew il-provvista ta’ prodotti agrikoli;

(b) 

hija mistennija tipproduċi għal aktar minn perjodu wieħed; u

(c) 

għandha probabbiltà remota li tinbiegħ bħala prodott agrikolu, ħlief għal bejgħ tal-fdal inċidentali.

(Il-paragrafi 5A-5B tal-IAS 41 jelaboraw fuq din id-definizzjoni ta’ pjanta portatura.)

Ammont riportat huwa l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut wara li jitnaqqas kwalunkwe deprezzament akkumulat u telf ta’ indeboliment akkumulat.

Kost huwa l-ammont ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus imħallas jew il-valur ġust tal-korrispettiv l-ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew tal-kostruzzjoni tiegħu jew, fejn applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta fil-bidu jkun ġie rikonoxxut f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ IFRSs oħra, eż. l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma.

Ammont deprezzabbli huwa l-kost ta’ assi, jew ammont ieħor sostitwit għall-kost, mingħajr il-valur residwu tiegħu.

Deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta’ assi fuq il-ħajja utli tiegħu.

Valur speċifiku għall-entità huwa l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus li entità tistenna li se jirriżulta mill-użu kontinwu ta’ assi u mid-disponiment tiegħu fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu jew li tistenna li se ġġarrab meta tħallas xi obbligazzjoni.

Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)

Telf minn indeboliment huwa l-ammont li bih l-ammont riportat ta’ assi jaqbeż l-ammont rekuperabbli tiegħu.

Proprjetà, impjanti u tagħmir huma entrati tanġibbli li:

(a) 

jinżammu għal użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta' oġġetti jew servizzi, jew għal kiri lil ħaddieħor, jew għal finijiet amministrattivi; u

(b) 

huma mistennija li jintużaw matul aktar minn perjodu wieħed.

Ammont rekuperabbli huwa l-ogħla bejn il-valur ġust ta’ assi mingħajr il-kostijiet tad-disponiment u l-valur fl-użu tiegħu.

Il-valur residwu ta’ assi huwa l-ammont stmat li entità tista’ tikseb fil-preżent mid-disponiment tal-assi, wara li tnaqqas il-kosti stmati tad-disponiment, li kieku l-assi kien diġà tal-età u fil-kundizzjoni mistennija fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu.

Ħajja utli hija:

(a) 

il-perjodu li matulu assi jkun mistenni li jkun disponibbli għall-użu minn entità; jew

(b) 

l-għadd ta’ unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li huwa mistenni li jinkisbu mill-assi minn entità.

RIKONOXXIMENT

7   Il-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għandha tkun rikonoxxuta bħala assi jekk, u biss jekk:

(a) 

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri assoċjati mal-entrata se jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) 

il-kost tal-entrata jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

8 Entrati bħal spare parts, tagħmir stand-by u tagħmir tas-servizzjar huma rikonoxxuti f’konformità ma’ dan l-IFRS meta dawn jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir. Inkella, dawn l-entrati jiġu klassifikati bħala inventarju.

9 Dan l-Istandard ma jippreskrivix l-unità ta’ kejl għar-rikonoxximent, jiġifieri dak li jikkostitwixxi entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir. B’hekk, ġudizzju huwa meħtieġ meta jiġu applikati l-kriterji tar-rikonoxximent għaċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ entità. Jista’ jkun xieraq li jiġu aggregati entrati li huma individwalment insinifikanti, bħal forom, għodod u kuluri, u li jiġu applikati l-kriterji għall-valur aggregat.

10 Taħt dan il-prinċipju ta’ rikonoxximent, entità tevalwa l-kostijiet tal-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir kollu tagħha, fil-waqt meta jiġġarrbu. Dawn il-kostijiet jinkludu kostijiet li jiġġarrbu inizjalment biex tiġi akkwistata jew tinbena entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir u l-kostijiet li jiġġarrbu sussegwentement biex tiżdied, tinbidel parti minnha, jew tiġi servizzjata. Il-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jista’ jinkludi l-kostijiet imġarrba marbuta ma’ lokazzjonijiet ta’ assi li jintużaw għall-bini, iż-żieda, jew il-bidla ta’ parti jew servizz ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, bħal deprezzament ta’ assi bid-dritt tal-użu.

Kostijiet inizjali

11 Entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jiġu akkwistati għal raġunijiet ta’ sigurtà jew raġunijiet ambjentali. L-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir ta’ din ix-xorta, għalkemm ma tnaqqasx direttament il-benefiċċji ekonomiċi futuri ta’ ebda entrata partikulari eżistenti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, tista’ tkun meħtieġa biex entità tikseb il-benefiċċji ekonomiċi futuri mill-assi l-oħrajn tagħha. Dawn l-entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala assi minħabba li jippermettu li entità tikseb benefiċċji ekonomiċi futuri minn assi relatati li jmorru lil hinn minn dak li seta’ jinkiseb li kieku ma ġewx akkwistati dawk l-entrati. Pereżempju, manifattur kimiku jista' jinstalla proċessi tal-immaniġġar ta’ sustanzi kimiċi ġodda biex jikkonforma mar-rekwiżiti ambjentali għall-produzzjoni u l-ħżin ta’ sustanzi kimiċi perikolużi; titjib relatat fl-impjant huwa rikonoxxut bħala assi għax mingħajru l-entità ma tkunx tista' timmanifattura u tbigħ il-prodotti kimiċi. Madankollu, l-ammont riportat li jirriżulta ta’ assi bħal dan u assi relatati jiġi rieżaminat għall-indeboliment f’konformità mal-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

Kostijiet sussegwenti

12 Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 7, entità ma tirrikonoxxix il-kostijiet tas-servizzjar minn jum għal jum ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir fl-ammont riportat ta’ din l-entrata. Minflok, dawn il-kostijiet huma rikonoxxuti fi profitt jew telf bħala mġarrba. Il-kostijiet tas-servizzjar minn jum għal jum huma primarjament il-kostijiet tax-xogħol u tal-konsumabbli, u jistgħu jinkludu l-kost ta’ parts żgħar. L-iskop ta’ dawn in-nefqiet huwa spiss deskritt bħala għal “tiswijiet u manutenzjoni” tal-entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir.

13 Partijiet minn xi entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jeħtieġu sostituzzjoni f’intervalli regolari. Pereżempju, forn jista’ jeħtieġ linjament mill-ġdid wara għadd speċifikat ta’ sigħat ta’ użu, jew l-intern tal-inġenji tal-ajru bħas-sedili u l-kċejjen jistgħu jeħtieġu bidla diversi drabi tul il-ħajja tal-qafas tal-inġenju tal-ajru. Entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jiġu akkwistati wkoll biex issir bidla li hija meħtieġa anqas spiss, bħall-bidla tal-ħitan interni ta’ bini, jew biex issir bidla mhux rikorrenti. Taħt il-prinċipju ta’ rikonoxximent fil-paragrafu 7, entità tirrikonoxxi l-kost tas-sostituzzjoni ta’ parti ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir fl-ammont riportat ta’ din l-entrata meta jiġġarrab dak il-kost jekk jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ rikonoxximent. L-ammont riportat ta’ dawn il-partijiet li jiġu sostitwiti huwa rtirat mir-rikonoxximent f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dan l-Istandard (ara l-paragrafi 67-72).

14 Kundizzjoni biex jitkompla t-tħaddim ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir (pereżempju, inġenju tal-ajru) tista’ tkun it-twettiq ta’ spezzjonijiet regolari maġġuri għal difetti irrispettivament minn jekk jiġux sostitwiti partijiet tal-entrata. Meta titwettaq kull spezzjoni maġġuri, il-kost tagħha jiġi rikonoxxut fl-ammont riportat tal-entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir bħala sostituzzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ rikonoxximent. Kwalunkwe ammont riportat li jibqa’ tal-kost tal-ispezzjoni preċedenti (li għandu jiġi distint mill-partijiet fiżiċi) huwa rtirat mir-rikonoxximent. Dan iseħħ irrispettivament minn jekk il-kost tal-ispezzjoni preċedenti kienx identifikat fit-tranżazzjoni li fiha l-entrata ġiet akkwistata jew mibnija. Jekk ikun meħtieġ, il-kost stmat ta’ spezzjoni simili futura jista’ jintuża bħala indikazzjoni ta’ x’kien il-kost ta’ komponent eżistenti ta’ spezzjoni meta l-entrata ġiet akkwistata jew mibnija.

KEJL MAR-RIKONOXXIMENT

15   Entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li tikkwalifika għal rikonoxximent bħala assi għandha titkejjel skont il-kost tagħha.

Elementi ta’ kost

16 Il-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jinkludi:

(a) 

il-prezz tax-xiri tiegħu, inklużi d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi mhux rifondibbli fuq xiri, wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-rifużjonijiet tal-kummerċ;

(b) 

kwalunkwe kost attribwibbli direttament biex l-assi jinġieb fil-post u għall-kundizzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jopera bil-mod intiż mill-maniġment;

(c) 

l-istima inizjali tal-kostijiet taż-żarmar u t-tneħħija tal-entrata u r-restawr tas-sit fejn tkun tinsab, li hu obbligu li ġġarrab entità meta takkwista l-entrata jew b’konsegwenza li tuża l-entrata matul perjodu partikulari għal skopijiet oħrajn għajr biex tipproduċi inventarji matul dak il-perjodu.

17 Eżempji ta’ kostijiet direttament attribwibbli huma:

(a) 

il-kostijiet tal-benefiċċji tal-impjegati (kif definiti fl-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati) li jirriżultaw direttament mill-kostruzzjoni jew mill-akkwiżizzjoni ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir;

(b) 

kostijiet tat-tħejjija tas-sit;

(c) 

kostijiet inizjali ta’ kunsinna u ġarr;

(d) 

kostijiet ta’ installazzjoni u muntaġġ;

(e) 

kostijiet tal-ittestjar ta’ jekk l-assi jiffunzjonax kif suppost (jiġifieri valutazzjoni ta’ jekk il-prestazzjoni teknika u fiżika tal-assi hijiex tali li jkun jista’ jintuża fil-produzzjoni jew fil-provvista ta’ oġġetti jew servizzi, għall-kiri lil oħrajn, jew għal skopijiet amministrattivi); u

(f) 

tariffi professjonali.

18 Entità tapplika l-IAS 2 Inventarji għall-kostijiet tal-obbligi ta’ żarmar, tneħħija u restawr tas-sit fejn tkun tinsab l-entrata li jiġġarrbu matul perjodu partikulari b’konsegwenza tal-użu tal-entrata għall-produzzjoni ta’ inventarji matul dak il-perjodu. L-obbligi għal kostijiet kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 2 jew l-IAS 16 huma rikonoxxuti u jitkejlu f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

19 Eżempji ta’ kostijiet li mhumiex kostijiet ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir huma:

(a) 

kostijiet tal-ftuħ ta’ faċilità ġdida;

(b) 

kostijiet tal-introduzzjoni ta’ prodott jew servizz ġdid (inklużi kostijiet tar-reklamar u ta’ attivitajiet promozzjonali);

(c) 

kostijiet tat-tmexxija ta’ negozju f’lok ġdid jew ma’ klassi ġdida ta’ konsumaturi (inklużi kostijiet tat-taħriġ tal-persunal); u

(d) 

kostijiet tal-amministrazzjoni u kostijiet indiretti ġenerali oħrajn.

20 Ir-rikonoxximent tal-kostijiet fl-ammont riportat ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jieqaf meta l-entrata tkun fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex tkun tista’ topera bil-mod intiż mill-maniġment. Għaldaqstant, il-kostijiet imġarrba fl-użu jew fir-riallokazzjoni ta’ entrati mhumiex inklużi fl-ammont riportat ta’ dik l-entrata. Pereżempju, il-kostijiet li ġejjin mhumiex inklużi fl-ammont riportat ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir:

(a) 

kostijiet imġarrba waqt li entrata li tkun tista’ topera bil-mod intiż mill-maniġment tkun għad trid tibda tintuża jew ma tkunx qed topera bil-kapaċità sħiħa tagħha;

(b) 

telf operatorju inizjali, bħal dak imġarrab sakemm id-domanda għall-output tal-entrata titla’ bil-mod il-mod; u

(c) 

kostijiet tar-rilokazzjoni jew tar-riorganizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ entità kollha jew parti minnha.

20A Jistgħu jiġu prodotti entrati filwaqt li entrata ta’ proprjetà impjanti u tagħmir tinġab fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex tkun tista’ topera bil-mod intiż mill-maniġment (bħal kampjuni prodotti waqt l-ittestjar ta’ jekk l-assi huwiex jiffunzjona kif suppost). Entità tirrikonoxxi r-rikavati mill-bejgħ ta’ tali entrati, u l-kost ta’ dawk l-entrati, fil-profitt jew telf f’konformità mal-Istandards applikabbli. L-entità tkejjel il-kost ta’ dawk l-entrati li japplikaw ir-rekwiżiti ta’ kejl tal-IAS 2.

21 Xi operazzjonijiet iseħħu f’konnessjoni mal-kostruzzjoni jew l-iżvilupp ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, iżda ma jkunux meħtieġa biex l-entrata tinġab fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex tkun tista’ topera bil-mod intiż mill-maniġment. Dawn l-operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu qabel jew matul l-attivitajiet ta’ kostruzzjoni jew żvilupp. Pereżempju, introjtu jista’ jinkiseb billi jintuża sit ta’ kostruzzjoni bħala parkeġġ għall-karrozzi sakemm tibda l-kostruzzjoni. Minħabba li l-operazzjonijiet inċidentali mhumiex meħtieġa biex entrata tinġieb fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex tkun tista’ topera bil-mod intiż mill-maniġment, l-introjtu u l-ispejjeż relatati ta’ operazzjonijiet inċidentali jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf u inklużi fil-klassifikazzjonijiet rispettivi tagħhom ta’ introjtu u spejjeż.

22 Il-kost ta’ assi mibni mill-entità nnifisha huwa determinat permezz tal-istess prinċipji bħal dawk għal assi akkwistat. Jekk entità tpoġġi assi simili għall-bejgħ fil-kors normali tan-negozju, il-kost tal-assi normalment ikun l-istess bħall-kost tal-kostruzzjoni ta’ assi għall-bejgħ (ara l-IAS 2). Għaldaqstant, kwalunkwe profitt intern jiġi eliminat biex waslu għal dawk il-kostijiet. Bl-istess mod, il-kost ta’ ammonti anormali ta’ materjal, xogħol, jew sorsi oħra moħlija mġarrba biex l-assi nbena mill-entità nnifisha ma jiġix inkluż fil-kost tal-assi. L-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self jistabbilixxi kriterji għar-rikonoxximent ta’ mgħax bħala komponent tal-ammont riportat ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir mibnija mill-entità nnifisha.

22A Pjanti portaturi jiġu kontabilizzati bl-istess mod bħal entrati mibnija mill-entità nnifisha ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir qabel ma jkunu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu joperaw bil-mod intiż mill-maniġment. Konsegwentement, jenħtieġ li referenzi għal “kostruzzjoni” f’dan l-Istandard jinqraw bħala li jkopru attivitajiet li huma meħtieġa biex irawmu l-pjanti portaturi qabel ma jkunu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu joperaw bil-mod intiż mill-maniġment.

Kejl tal-kost

23 Il-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir huwa l-ekwivalenti tal-prezz fi flus kontanti fid-data tar-rikonoxximent. Jekk il-pagament ikun differit lil hinn mit-termini normali tal-kreditu, id-differenza bejn l-ekwivalenti tal-prezz fi flus kontanti u l-pagament totali tkun rikonoxxuta bħala mgħax fuq il-perjodu tal-kreditu sakemm dan l-imgħax ma jkunx ikkapitalizzat f’konformità mal-IAS 23.

24 Entrata waħda jew aktar ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tista’ tiġi akkwistata permezz ta’ skambju ta’ assi nonmonetarju/i, jew taħlita ta’ assi monetarji u nonmonetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi sempliċement għal skambju ta’ assi nonmonetarju għal ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta’ entrata bħal din ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jitkejjel fil-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta’ skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi riċevut u lanqas ta’ dak mogħti ma jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. L-entrata akkwistata titkejjel b’dan il-mod anki jekk entità ma tistax immedjatament tirtira r-rikonoxximent tal-assi mogħti. Jekk l-entrata akkwistata ma titkejjilx fil-valur ġust, il-kost tagħha jitkejjel bl-ammont riportat tal-assi mogħti.

25 Entità tiddetermina jekk tranżazzjoni ta’ skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi futuri ta’ flus tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta’ skambju jkollha sustanza kummerċjali jekk:

(a) 

il-konfigurazzjoni (ir-riskju, it-twaqqit u l-ammont) tal-flussi ta’ flus tal-assi riċevut tkun differenti mill-konfigurazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-assi trasferit; jew

(b) 

il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju; u

(c) 

id-differenza f’(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-fini biex jiġi determinat jekk tranżazzjoni ta’ skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta’ flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta’ dawn l-analiżijiet jista’ jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

26 Il-valur ġust ta’ assi jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabbiltà fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabbiltajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut kif ukoll tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża biex jitkejjel il-kost tal-assi riċevut sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti b’mod ċar.

27 [Imħassar]

28 L-ammont riportat ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jista’ jitnaqqas minn għotjiet tal-gvern f’konformità mal-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza tal-Gvern.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

29   Entità għandha tagħżel il-mudell tal-kost fil-paragrafu 30 jew il-mudell ta’ rivalwazzjoni fil-paragrafu 31 bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha u għandha tapplika dik il-politika għal klassi sħiħa ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir.

29A Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji determinati b’unitajiet fil-fond. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni u jżommu entrati sottostanti. Xi fondi bħal dawn jew entrati sottostanti jinkludu proprjetà okkupata mis-sid. L-entità tapplika l-IAS 16 għal proprjetajiet okkupati mis-sid li huma inklużi f’fond bħal dan jew huma entrati sottostanti. Minkejja l-paragrafu 29, l-entità tista’ tagħżel li tkejjel proprjetajiet bħal dawn bl-użu tal-mudell tal-valur ġust f’konformità mal-IAS 40. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni. (Ara l-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni għal termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard).

29B Entità għandha tittratta l-proprjetà okkupata mis-sid imkejla bl-użu tal-mudell tal-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment bl-applikazzjoni tal-paragrafu 29A bħala klassi separata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir.

Mudell tal-kost

30   Wara r-rikonoxximent bħala assi, entità ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għandha tiġi riportata skont il-kost tagħha mingħajr ebda deprezzament akkumulat u telf minn indeboliment akkumulat.

Mudell ta’ rivalwazzjoni

31   Wara r-rikonoxximent bħala assi, entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li l-valur ġust tagħha jista’ jitkejjel b’mod affidabbli għandha tiġi rikonoxxuta b’ammont rivalwat, li jkun il-valur ġust tagħha fid-data tar-rivalwazzjoni mingħajr ebda deprezzament akkumulat sussegwentement u telf minn indeboliment akkumulati sussegwentement. Rivalwazzjonijiet għandhom isiru b’regolarità suffiċjenti li tiżgura li l-ammont riportat ma jkunx differenti materjalment minn dak li jiġi determinat bl-użu tal-valur ġust fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

32 [Imħassar]

33 [Imħassar]

34 Il-frekwenza tar-rivalwazzjonijiet tiddependi fuq il-bidliet fil-valuri ġusti tal-entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li jkunu qed jiġu rivalwati. Meta l-valur ġust ta’ assi rivalwat ikun differenti materjalment mill-ammont riportat tiegħu, tkun meħtieġa rivalwazzjoni ulterjuri. Xi entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jesperjenzaw bidliet sinifikanti u volatili fil-valur ġust, b’hekk tkun meħtieġa rivalwazzjoni annwali. Dawn ir-rivalwazzjonijiet frekwenti mhumiex meħtieġa għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir b’bidliet insinifikanti biss fil-valur ġust. Minflok, jista’ jkun meħtieġ li l-entrata tiġi rivalwata biss kull tliet snin jew ħames snin.

35 Meta entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tkun rivalwata, l-ammont riportat ta’ dak l-assi jiġi aġġustat għall-ammont rivalwat. Fid-data tar-rivalwazzjoni, l-assi jiġi trattat b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

l-ammont riportat gross jiġi aġġustat b’mod li jkun konsistenti mar-rivalwazzjoni tal-ammont riportat tal-assi. Pereżempju, l-ammont riportat gross jista’ jiġi ridikjarat b’referenza għad-data tas-swieq osservabbli jew jista’ jiġi ridikjarat proporzjonalment mal-bidla fl-ammont riportat. Id-deprezzament akkumulat fid-data tar-rivalutazzjoni huwa aġġustat biex ikun daqs id-differenza bejn l-ammont riportat gross u l-ammont riportat tal-assi wara li jitqies it-telf minn indeboliment akkumulat; jew

(b) 

id-deprezzament akkumulat huwa eliminat kontra l-ammont riportat gross tal-assi.

L-ammont tal-aġġustament tad-deprezzament akkumulat jagħmel parti miż-żieda jew tnaqqis fl-ammont riportat kontabbilizzat f’konformità mal-paragrafi 39 u 40.

36   Jekk entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tiġi rivalwata, il-klassi kollha ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li taħtha jaqa’ l-assi għandha tiġi rivalwata.

37 Klassi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir hija ragruppament ta’ assi ta’ natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta’ entità. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ klassijiet separati:

(a) 

art;

(b) 

art u bini;

(c) 

makkinarju;

(d) 

vapuri;

(e) 

inġenji tal-ajru;

(f) 

vetturi bil-mutur;

(g) 

għamara u installazzjonijiet;

(h) 

apparat tal-uffiċċju; u

(i) 

pjanti portaturi.

38 L-entrati fi klassi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jiġu rivalwati fl-istess ħin biex tiġi evitata rivalwazzjoni selettiva ta’ assi u r-rapportar ta’ ammonti fir-rapporti finanzjarji li jkunu taħlita ta’ kostijiet u valuri f’dati differenti. Madankollu, klassi ta’ assi tista’ tiġi rivalwata fuq bażi kontinwa kemm-il darba r-rivalwazzjoni tal-klassi ta’ assi titlesta fi żmien qasir u kemm-il darba r-rivalwazzjonijiet jinżammu aġġornati.

39   Jekk l-ammont riportat ta’ assi jiżdied b’riżultat ta’ rivalwazzjoni, iż-żieda għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv u akkumulata fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ surplus ta’ rivalwazzjoni. Madankollu, iż-żieda għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf sal-punt li din tirriversja tnaqqis fir-rivalwazzjoni tal-istess assi rikonoxxut preċedentement fi profitt jew telf.

40   Jekk ammont riportat ta’ assi jitnaqqas b’riżultat ta’ rivalwazzjoni, it-tnaqqis għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, it-tnaqqis għandu jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv sal-punt ta’ kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu eżistenti fis-surplus ta’ rivalwazzjoni fir-rigward ta’ dak l-assi. It-tnaqqis rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv inaqqas l-ammont akkumulat fl-ekwità taħt l-intestatura tas-surplus ta’ rivalwazzjoni.

41 Is-surplus ta’ rivalwazzjoni inkluż fl-ekwità fir-rigward ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tista’ tiġi trasferita direttament għal qligħ imfaddal meta l-assi jiġi rtirat mir-rikonoxximent. Dan jista’ jinvolvi t-trasferiment tas-surplus kollu meta l-assi jiġi rtirat jew meta jsir id-disponiment minnu. Madankollu, parti mis-surplus jista’ jiġi trasferit billi l-assi jintuża minn entità. F’każ bħal dan, l-ammont tas-surplus trasferit ikun id-differenza bejn id-deprezzament ibbażat fuq l-ammont riportat rivalwat tal-assi u d-deprezzament ibbażat fuq il-kost oriġinali tal-assi. It-trasferimenti mis-surplus ta’ rivalwazzjoni għall-qligħ imfaddal ma jsirux permezz tal-profitt jew telf.

42 L-effetti tat-taxxi fuq l-introjtu, jekk ikun hemm, li jirriżultaw mir-rivalwazzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir huma rikonoxxuti u ddivulgati f’konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu.

Deprezzament

43   Kull parti ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir b’kost li jkun sinifikanti fir-rigward tal-kost totali tal-entrata għandha tiġi deprezzata separatament.

44 Entità talloka l-ammont rikonoxxut fil-bidu fi-rigward ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għall-partijiet sinifikanti tagħha u tiddeprezza separatament kull waħda minn dawn il-partijiet. Pereżempju, jista’ jkun xieraq li jsir deprezzament separat tal-qafas tal-inġenju tal-ajru u l-magni tiegħu. Bl-istess mod, jekk entità takkwista proprjetà, impjanti u tagħmir soġġetti għal lokazzjoni operatorja li fiha tkun il-lokatur, jista’ jkun xieraq li jsir deprezzament separat tal-ammonti riflessi fil-kost ta’ dik l-entrata li jkunu attribwibbli għal termini ta’ lokazzjoni favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla ma’ termini tas-suq.

45 Parti sinifikanti ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jista’ jkollha ħajja utli u metodu ta’ deprezzament li jkunu l-istess bħall-ħajja utli u l-metodu ta’ deprezzament ta’ parti sinifikanti oħra ta’ dik l-istess entrata. Dawn il-partijiet jistgħu jiġu raggruppati biex tiġi determinata l-imposta fuq id-deprezzament.

46 Sa fejn entità tagħmel deprezzament separat ta’ xi partijiet ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, din tagħmel ukoll deprezzament separat għall-bqija tal-entrata. Il-bqija jikkonsisti fil-partijiet tal-entrata li individwalment ma jkunux sinifikanti. Jekk entità jkollha aspettattivi li jvarjaw għal dawn il-partijiet, jistgħu jkunu meħtieġa tekniki ta’ approssimazzjoni biex isir deprezzament tal-bqija b’mod li jirrappreżenta b’mod affidabbli l-format tal-konsum u/jew il-ħajja utli tal-partijiet tiegħu.

47 Entità tista’ tagħżel li tagħmel deprezzament separat tal-partijiet ta’ entrata li ma jkollhomx kost li jkun sinifikanti fir-rigward tal-kost totali tal-entrata.

48   L-imposta fuq id-deprezzament għal kull perjodu għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf ħlief jekk tiġi inkluża fl-ammont riportat ta’ assi ieħor.

49 L-imposta fuq id-deprezzament għal perjodu normalment tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. Madankollu, xi kultant, il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu jinsabu f’assi jiġu assorbiti fil-produzzjoni ta’ assi oħrajn. F’dan il-każ, l-imposta fuq id-deprezzament tikkostitwixxi parti mill-kost tal-assi l-ieħor u tiġi inkluża fl-ammont riportat tiegħu. Pereżempju, id-deprezzament ta’ impjant u tagħmir tal-manifattura huwa inkluż fil-kostijiet tal-konverżjoni ta’ inventarji (ara l-IAS 2). Bl-istess mod, id-deprezzament ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir użati għal attivitajiet ta’ żvilupp jista’ jiġi inkluż fil-kost ta’ assi intanġibbli rikonoxxut f’konformità mal-IAS 38 Assi Intanġibbli.

Ammont deprezzabbli u perjodu ta’ deprezzament

50   L-ammont deprezzabbli ta’ assi għandu jiġi allokat fuq bażi sistematika tul il-ħajja utli tiegħu.

51   Il-valur residwu u l-ħajja utli ta’ assi għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u, jekk l-aspettattivi jvarjaw mill-istimi preċedenti, il-bidla għandha tiġi kontabbilizzata/bidliet għandhom jiġu kontabbilizzati bħala bidla/bidliet fl-istima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

52 Id-deprezzament huwa rikonoxxut anki jekk il-valur ġust tal-assi jaqbeż l-ammont riportat tiegħu, sakemm il-valur residwu tal-assi ma jaqbiżx l-ammont riportat tiegħu. It-tiswija u l-manutenzjoni ta’ assi ma jinnegawx il-ħtieġa li jsirlu deprezzament.

53 L-ammont deprezzabbli ta’ assi jiġi determinat wara li jitnaqqas il-valur residwu tiegħu. Fil-prattika, il-valur residwu ta’ assi ta’ spiss huwa insinifikanti, u għaldaqstant immaterjali fil-kalkolu tal-ammont deprezzabbli.

54 Il-valur residwu ta’ assi jista’ jiżdied għal ammont ugwali jew akbar mill-ammont riportat tal-assi. Jekk jagħmel hekk, l-imposta fuq id-deprezzament tal-assi tkun żero ħlief jekk u sakemm il-valur residwu tiegħu sussegwentement jonqos għal ammont taħt l-ammont riportat tal-assi.

55 Id-deprezzament ta’ assi jibda meta jkun disponibbli għall-użu, jiġifieri meta jkun fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jopera bil-mod intiż mill-maniġment. Id-deprezzament ta’ assi jieqaf fid-data meta l-assi jiġi klassifikat bħala li hu miżmum għall-bejgħ (jew inkluż fi grupp tad-disponiment li huwa klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) f’konformità mal-IFRS 5, jew id-data meta l-assi jiġi rtirat mir-rikonoxximent, skont liema tkun l-ewwel. Għaldaqstant, id-deprezzament ma jiqafx meta l-assi ma jibqax jintuża jew meta jiġi rtirat mill-użu attiv ħlief jekk l-assi jkun ġie deprezzat għalkollox. Madankollu, skont metodi ta’ użu ta’ deprezzament, l-imposta fuq id-deprezzament tista’ tkun żero meta ma jkun hemm ebda produzzjoni.

56 Il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu jinsabu f’assi huma kkunsmati minn entità prinċipalment bl-użu tiegħu. Madankollu, fatturi oħrajn, bħal obsolexxenza teknika jew kummerċjali u tkagħbir bl-użu waqt li assi ma jkunx qed jintuża, ta’ spiss iwasslu għal tnaqqis fil-benefiċċji ekonomiċi li setgħu jinkisbu mill-assi. Konsegwentement, jitqiesu l-fatturi kollha li ġejjin biex tiġi determinata l-ħajja utli ta’ assi:

(a) 

l-użu mistenni tal-assi. L-użu jiġi vvalutat b’referenza għall-kapaċità mistennija tal-assi jew l-output fiżiku tiegħu;

(b) 

it-tkagħbir fiżiku mistenni bl-użu, li jiddependi fuq fatturi operazzjonali bħall-għadd ta’ xiftijiet li fihom l-assi jkun se jintuża u l-programm ta’ tiswija u manutenzjoni, u l-kura u l-manutenzjoni tal-assi waqt li ma jkunx qed jintuża;

(c) 

l-obsolexxenza teknika jew kummerċjali li tirriżulta minn bidliet jew titjib fil-produzzjoni, jew minn bidla fid-domanda tas-suq għall-output tal-prodotti jew tas-servizzi tal-assi. It-tnaqqis futur mistenni fil-prezz tal-bejgħ ta’ entrata li kienet prodotta bl-użu ta’ assi jista’ jindika l-istennija tal-obsolexxenza teknika jew kummerċjali tal-assi, li, min-naħa tagħha, tista’ tirrifletti tnaqqis tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi.

(d) 

limiti legali jew oħrajn simili fl-użu tal-assi, bħad-dati ta’ skadenza tal-lokazzjonijiet relatati.

57 Il-ħajja utli ta’ assi hija definita f’termini tal-utilità mistennija tal-assi għall-entità. Il-politika ta’ maniġġar tal-assi tal-entità tista’ tinvolvi d-disponiment ta’ assi wara żmien speċifikat jew wara l-konsum ta’ proporzjon speċifikat tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi. Għaldaqstant, il-ħajja utli ta’ assi tista’ tkun iqsar mill-ħajja ekonomika tiegħu. L-istima tal-ħajja utli tal-assi hija kwistjoni ta’ ġudizzju bbażat fuq l-esperjenza tal-entità b’assi simili.

58 Art u bini huma assi separabbli u jiġu kontabbilizzati separatament, anki meta jiġu akkwistati flimkien. B’xi eċċezzjonijiet, bħal barrieri u siti użati għal landfill, l-art għandha ħajja utli mhux limitata u għaldaqstant ma tiġix deprezzata. Il-bini għandu ħajja utli limitata u għaldaqstant huwa assi deprezzabbli. Żieda fil-valur tal-art li fuqha jkun jinsab bini ma taffettwax id-determinazzjoni tal-ammont deprezzabbli tal-bini.

59 Jekk il-kost ta’ art jinkludi l-kostijiet taż-żarmar, it-tneħħija u r-restawr tas-sit, dak il-porzjon tal-assi tal-art jiġi deprezzat matul il-perjodu ta’ benefiċċji miksuba bit-tiġrib ta’ dawk il-kostijiet. F’xi każijiet, l-art innifisha jista’ jkollha ħajja utli limitata, f’liema każ tiġi deprezzata b’mod li jirrifletti l-benefiċċji li jinkisbu minnha.

Metodu ta’ deprezzament

60   Il-metodu ta’ deprezzament użat għandu jirrefletti l-mod ta’ kif il-benefiċċji ekonomiċi futuri tal-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità.

61   Il-metodu ta’ deprezzament applikat għal assi għandu jiġi rieżaminat mill-inqas fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u, jekk kien hemm bidla sinifikanti fit-tendenza mistennija ta’ konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi, il-metodu għandu jinbidel biex jirrifletti l-bidla fit-tendenza. Din il-bidla għandha tiġi kontabbilizzata bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8.

62 Jistgħu jintużaw varjetà ta’ metodi ta’ deprezzament biex jiġi allokat l-ammont deprezzabbli ta’ assi fuq bażi sistematika tul il-ħajja utli tiegħu. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu lineari, il-metodu tal-bilanċ jonqos u l-metodu tal-unitajiet ta’ produzzjoni. Id-deprezzament lineari jirriżulta f’debitu kostanti tul il-ħajja utli jekk il-valur residwu tal-assi ma jinbidilx. Il-metodu tal-bilanċ jonqos jirriżulta f’debitu li jonqos tul il-ħajja utli. Il-metodu ta’ unitajiet ta’ produzzjoni jirriżulta f’debitu bbażat fuq l-użu jew l-output mistennija. L-entità tagħżel il-metodu li jirrifletti l-aktar mill-qrib il-format mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi. Dak il-metodu jiġi applikat b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu ħlief jekk ikun hemm bidla fil-format mistenni tal-konsum ta’ dawn il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

62A Metodu ta’ deprezzament li huwa bbażat fuq id-dħul li huwa ġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta’ assi mhuwiex xieraq. Id-dħul iġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta’ assi ġeneralment jirrifletti fatturi oħra minbarra l-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi tal-assi. Pereżempju, id-dħul huwa affettwat minn inputs u proċessi oħrajn, attivitajiet ta’ bejgħ u bidliet fil-volumi ta’ bejgħ u prezzijiet. Il-komponent tal-prezz ta’ dħul jista’ jiġi affettwat mill-inflazzjoni, li ma għandu l-ebda influwenza fuq il-mod li bih assi jiġi kkunsmat.

Indeboliment

63 Biex jiġi determinat jekk entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tkunx indebolita, entità tapplika l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Dak l-Istandard jispjega kif entità tirrieżamina l-ammont riportat tal-assi tagħha, kif tiddetermina l-ammont rekuperabbli ta’ assi, u meta tirrikonoxxi telf minn indeboliment, jew tirriversja r-rikonoxximent tiegħu.

64 [Imħassar]

Kumpens għal indeboliment

65   Kumpens minn partijiet terzi għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li jkunu ġew indeboliti, mitlufa jew mogħtija għandhom jiġu inklużi fil-profitt jew telf meta l-kumpens isir riċevibbli.

66 Indebolimenti jew telf ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, talbiet relatati għal jew pagamenti ta’ kumpens minn partijiet terzi u kull xiri sussegwenti jew kostruzzjoni ta’ assi ta’ sostituzzjoni huma eventi ekonomiċi separati u kontabbilizzati separatament kif ġej:

(a) 

indebolimenti ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-IAS 36;

(b) 

irtirar tar-rikonoxximent ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir irtirati jew trasferiti jiġi determinat f’konformità ma’ dan l-Istandard;

(c) 

kumpens minn partijiet terzi għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li jkunu ġew indeboliti, mitlufa jew mogħtija jiġi inkluż fid-determinazzjoni tal-profitt jew telf meta jsir riċevibbli; u

(d) 

il-kost ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir irrestawrati, mixtrija jew mibnija bħala sostituzzjonijiet jiġi determinat f’konformità ma’ dan l-Istandard.

IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT

67   Għandu jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-ammont riportat ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir:

(a) 

mad-disponiment; jew

(b) 

meta ma jkunu mistennija l-ebda benefiċċji ekonomiċi futuri mill-użu jew mid-disponiment tiegħu.

68   Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għandhom jiġu inklużi fil-profitt jew telf meta jsir irtirar tar-rikonoxximent tal-entrata (ħlief jekk l-IFRS 16 Lokazzjonijiet jirrikjedi mod ieħor mal-bejgħ u mal-lokazzjoni lura). Il-qligħ ma għandux jiġi klassifikat bħala dħul.

68A Madankollu, entità li, tul il-kors tal-attivitajiet ordinarji tagħha, b’mod ta’ rutina jbigħu entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li tkun żammet għall-kiri lil oħrajn għandha tittrasferixxi dawn l-assi għal inventarji fl-ammont riportat tagħhom meta jieqfu jinkrew u jinżammu għall-bejgħ. Ir-rikavati mill-bejgħ ta’ dawn l-assi għandu jkun rikonoxxut bħala dħul f’konformità mal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi. L-IFRS 5 ma japplikax meta l-assi li jinżammu għall-bejgħ tul il-kors normali tan-negozju jkunu trasferiti għal inventarji.

69 Id-disponiment ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jista’ jseħħ f’varjetà ta’ modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f’lokazzjoni finanzjarja jew b’donazzjoni). Id-data tad-disponiment ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir hija d-data li fiha r-riċevitur jingħata kontroll ta’ dik l-entrata f’konformità mar-rekwiżiti biex jiġi determinat meta jintlaħaq obbligu ta’ prestazzjoni fl-IFRS 15. L-IFRS 16 japplika għad-disponiment bil-bejgħ u lokazzjoni lura.

70 Jekk, skont il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 7, entità tirrikonoxxi l-kost ta’ sostituzzjoni għal parti ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir fl-ammont riportat ta’ dik l-entrata, din tirtira r-rikonoxximent tal-ammont riportat tal-parti sostitwita irrispettivament minn jekk il-parti sostitwita kenitx ġiet deprezzata separatament. Jekk ma jkunx prattikabbli li entità tiddetermina l-ammont riportat tal-parti sostitwita, din tista’ tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta’ x’kien il-kost tal-parti sostitwita fil-ħin meta din ġiet akkwistata jew mibnija.

71   Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir għandu jiġi determinat bħala d-differenza bejn ir-rikavat netti minn disponiment, jekk ikun hemm, u l-ammont riportat tal-entrata.

72 L-ammont ta’ korrispettiv li għandu jkun inkluż fil-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jiġi determinat f’konformità mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti għall-ammont stmat tal-korrispettiv inkluż fil-qligħ jew telf għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mar-rekwiżiti għal bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.

DIVULGAZZJONI

73   Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiddivulgaw, għal kull klassi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir:

(a) 

il-bażijiet tal-kejl użati għad-determinazzjoni tal-ammont riportat gross;

(b) 

il-metodi ta’ deprezzament użati;

(c) 

il-ħajjiet utli jew ir-rati ta’ deprezzament użati;

(d) 

l-ammont riportat gross u d-deprezzament akkumulat (aggregat mat-telf minn indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu; u

(e) 

rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu li juri:

(i) 

żidiet;

(ii) 

assi klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 u disponimenti oħrajn;

(iii) 

akkwiżizzjonijiet permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji;

(iv) 

żidiet jew tnaqqis li jirriżultaw minn rivalwazzjonijiet skont il-paragrafi 31, 39 u 40 u minn telf minn indeboliment rikonoxxuti jew riversjati f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-IAS 36;

(v) 

telf minn indeboliment rikonoxxut fi profitt jew telf f’konformità mal-IAS 36;

(vi) 

telf minn indeboliment riversjat fi profitt jew telf f’konformità mal-IAS 36;

(vii) 

deprezzament;

(viii) 

id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji mill-munita funzjonali għal munita tal-preżentazzjoni differenti, inkluż il-qlib ta’ operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità relatriċi; u

(ix) 

bidliet oħra.

74   Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiddivulgaw ukoll:

(a) 

l-eżistenza u l-ammonti ta’ restrizzjonijiet fuq titolu, u proprjetà, impjanti u tagħmir mirhuna bħala garanzija għall-obbligazzjonijiet;

(b) 

l-ammont tan-nefqiet rikonoxxut fl-ammont riportat ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tul iż-żmien tal-kostruzzjoni tagħha; u

(c) 

l-ammont ta’ impenji kuntrattwali għall-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir.

74A   Jekk ma jiġux ippreżentati separatament fir-rapport tal-introjtu komprensiv, ir-rapporti finanzjarji għandhom jiddivulgaw ukoll:

(a) 

l-ammont ta’ kumpens minn partijiet terzi għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li jkunu ġew indeboliti, mitlufa jew mogħtija li huwa inkluż fil-profitt jew telf; u

(b) 

l-ammonti ta’ rikavati u kost inklużi fil-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 20A li huma marbuta mal-entrati prodotti li mhumiex output tal-attivitajiet ordinarji tal-entità, u li l-entrata/i f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv tinkludi/jinkludu tali rikavati u kost.

75 L-għażla tal-metodu ta’ deprezzament u l-istima tal-ħajja utli tal-assi huma kwistjonijiet ta’ ġudizzju. Għaldaqstant, id-divulgazzjoni tal-metodi adottati u l-ħajjiet utli stmati jew ir-rati ta’ deprezzament jipprovdu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji b’informazzjoni li tippermettilhom jirrieżaminaw il-politiki magħżula mill-maniġment u tippermetti li jsiru paraguni ma’ entitajiet oħrajn. Għal raġunijiet simili, huwa meħtieġ li jiġi ddivulgat:

(a) 

id-deprezzament, kemm jekk jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf jew bħala parti mill-kost ta’ assi oħrajn, matul perjodu; u

(b) 

deprezzament akkumulat fit-tmiem tal-perjodu.

76 F’konformità mal-IAS 8 entità tiddivulga n-natura u l-effett ta’ bidla fl-istima tal-kontabbiltà li għandha effett fil-perjodu kurrenti jew li hija mistennija li jkollha effett fil-perjodi sussegwenti. Għall-proprjetà, impjanti u tagħmir, din id-divulgazzjoni tista’ tirriżulta minn bidliet fl-istimi fir-rigward ta’:

(a) 

valuri residwi;

(b) 

il-kostijiet stmati taż-żarmar, it-tneħħija jew ir-restawr ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir;

(c) 

ħajjiet utli; u

(d) 

metodi ta’ deprezzament.

77   Jekk entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jiġu ddikjarati fl-ammonti rivalwati, dan li ġej għandu jiġi divulgat flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IFRS 13:

(a) 

id-data effettiva tar-rivalwazzjoni;

(b) 

jekk kienx involut stimatur indipendenti;

(c) 

[imħassar]

(d) 

[imħassar]

(e) 

għal kull klassi rivalwata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, l-ammont riportat li kien jiġi rikonoxxut li kieku l-assi kienu riportati taħt il-mudell tal-kost; u

(f) 

is-surplus ta’ rivalwazzjoni, li jindika l-bidla għall-perjodu u kwalunkwe restrizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-bilanċ lill-azzjonisti.

78 F’konformità mal-IAS 36 entità tiddivulga informazzjoni dwar proprjetà, impjanti u tagħmir indeboliti flimkien mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 73(e)(iv)-(vi).

79 L-utenti tar-rapporti finanzjarji jistgħu jsibu wkoll l-informazzjoni li ġejja rilevanti għall-ħtiġijiet tagħhom:

(a) 

l-ammont riportat ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li temporanjament ma jkunux qed jintużaw;

(b) 

l-ammont riportat gross ta’ kull proprjetà, impjant u tagħmir deprezzat għalkollox li jkunu għadhom jintużaw;

(c) 

l-ammont riportat ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir irtirati mill-użu attiv u mhux ikklassifikati bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5; u

(d) 

meta jintuża l-mudell tal-kost, il-valur ġust tal-proprjetà, impjanti u tagħmir meta dan ikun materjalment differenti mill-ammont riportat.

Għaldaqstant, l-entitajiet huma mħeġġa jiddivulgaw dawn l-ammonti.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

80   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 24-26 dwar il-kejl inizjali ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir akkwistata fi tranżazzjoni ta’ skambju ta’ assi għandhom jiġu applikati prospettivament biss għal tranżazzjonijiet futuri.

80A Il-paragrafu 35 huwa emendat bit-Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012. Entità għandha tapplika dik l-emenda għar-rivalwazzjonijiet kollha rikonoxxuti f’perjodi annwali li jibdew fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dik l-emenda jew wara u fil-perjodu annwali li jippreċediha immedjatament. Entità tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni komparattiva għal kwalunkwe perjodu aktar bikri ppreżentat, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu aktar bikri, din għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li kienet ippreżentata fuq bażi differenti u tispjega dik il-bażi.

80B Fil-perjodu ta’ rapportar, meta jiġi applikat Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41) għall-ewwel darba, entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu kurrenti. Madankollu, entità għandha tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal kull perjodu preċedenti ppreżentat.

80C Entità tista’ tagħżel li tkejjel entrata tal-pjanti portaturi fil-valur ġust tagħha fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu ta’ rapportar li fih l-entità tapplika Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41) għall-ewwel darba u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħhom f’dik id-data. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat.

80D  Proprjetà, Impjanti u Tagħmir—Rikavati qabel l-Użu Maħsub, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafi 17 u 74 u żied il-paragrafi 20A u 74A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv, iżda biss għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li jitwasslu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu joperaw fil-mod maħsub mill-maniġment fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat fir-rapporti finanzjarji li fihom l-entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba, jew wara. L-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif jixraq) fil-bidu ta’ dak il-perjodu l-aktar bikri ppreżentat.

DATA EFFETTIVA

81 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

81A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafu 3 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 6 għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

81B L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafi 39, 40 u 73(e)(iv). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

81C L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafu 44. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri.

81D Il-paragrafi 6 u 69 ġew emendati u l-paragrafu 68A żdied bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi relatati fl-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus.

81E Il-paragrafu 5 kien emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa jekk entità tapplika wkoll l-emendi fil-paragrafi 8, 9, 22, 48, 53, 53A, 53B, 54, 57 u 85B tal-IAS 40 fl-istess waqt. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

81F L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust u d-definizzjoni ta’ ammont rekuperabbli fil-paragrafu 6, emenda l-paragrafi 26, 35 u 77 u ħassar il-paragrafi 32 u 33. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

81G  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 8. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

81H  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010–2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 35 u żied il-paragrafu 80A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

81I  Kjarifika ta’ Metodi Aċċettabbli ta’ Deprezzament u Amortizzament (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 38), maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu 56 u żied il-paragrafu 62A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

81J L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 68A, 69 u 72. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

81K  Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41), maħruġ f’Ġunju 2014, emenda l-paragrafi 3, 6 u 37 u żied il-paragrafi 22A u 80B-80C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv, f’konformità mal-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 80C.

81L L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, ħassar il-paragrafi 4 u 27 u emenda l-paragrafi 5, 10, 44 u 68–69. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

81M L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, żied il-paragrafi 29A u 29B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

81N  Proprjetà, Impjanti u Tagħmir—Rikavati qabel l-Użu Maħsub, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafi 17 u 74, u żied il-paragrafi 20A, 74A u 80D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

82 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (rivedut fl-1998).

83 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-SIC-6 Kostijiet tal-Modifikazzjoni tas-Software Eżistenti;

(b) 

l-SIC14 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir — Kumpens għall-Indeboliment jew Telf ta’ Entrati; u

(c) 

l-SIC-23 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir — Kostijiet ta’ Spezzjoni jew Tiġdid Maġġuri.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 19

Benefiċċji tal-Impjegati

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kontabbiltà u d-divulgazzjoni għall-benefiċċji tal-impjegati. Dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi:

(a) 

obbligazzjoni meta impjegat ikun ipprovda servizz bi skambju ghal benefiċċji tal-impjegati li għandhom jitħallsu fil-futur; u

(b) 

spiża meta l-entità tikkonsma l-benefiċċju ekonomiku li jirriżulta minn servizz mogħti minn impjegat bi skambju għal benefiċċji tal-impjegati.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat minn impjegatur li jikkontabbilizza l-benefiċċji kollha tal-impjegati, ħlief dawk li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma.

3 Dan l-Istandard ma jittrattax ir-rapportar minn pjanijiet ta’ benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 26 Kontabbiltà u Rapportar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċju tal-Irtirar).

4 Il-benefiċċji tal-impjegati li għalihom japplika dan l-Istandard jinkludu dawk li jingħataw:

(a) 

skont pjanijiet formali jew ftehimiet formali oħra bejn entità u impjegati individwali, gruppi ta’ impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) 

skont rekwiżiti leġiżlattivi, jew permezz ta’ arranġamenti industrijali, fejn entitajiet jintalbu jikkontribwixxu fi pjanijiet nazzjonali, tal-Istat, industrijali jew oħrajn bejn għadd ta’ impjegaturi; jew

(c) 

minn dawk il-prattiki informali li jwasslu għal obbligu kostruttiv. Prattiki informali jwasslu għal obbligu kostruttiv fejn l-entità ma jkollha l-ebda alternattiva realistika għajr li tħallas il-benefiċċji tal-impjegati. Eżempju ta’ obbligu kostruttiv huwa meta bidla fil-prattiki informali tal-entità tikkawża dannu inaċċettabbli fir-relazzjoni tagħha mal-impjegati.

5 Il-benefiċċji tal-impjegati jinkludu:

(a) 

benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati, bħal dawn li ġejjin, jekk ikunu mistennija li jiġu saldati bis-sħiħ qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-impjegati jagħtu s-servizzi relatati:

(i) 

pagi, salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

(ii) 

liv annwali mħallas u liv tal-mard imħallas;

(iii) 

kondiviżjoni tal-profitti u bonusijiet; u

(iv) 

benefiċċji nonmonetarji (bħal kura medika, akkomodazzjoni, karozzi u oġġetti jew servizzi b’xejn jew issussidjati) għall-impjegati kurrenti;

(b) 

benefiċċji ta’ wara l-impjieg, bħal dawn li ġejjin:

(i) 

benefiċċji tal-irtirar (eż. pensjonijiet u pagamenti ta’ somma f’daqqa mal-irtirar); u

(ii) 

benefiċċji oħra wara l-impjieg, bħal assigurazzjoni fuq il-ħajja wara l-impjieg u kura medika wara l-impjieg;

(c) 

benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati, bħal dawn li ġejjin:

(i) 

assenzi fit-tul imħallsin, bħal liv għal servizz twil jew liv sabbatiku;

(ii) 

benefiċċji ta’ ġublew jew oħrajn għal servizz twil; u

(iii) 

benefiċċji tad-diżabbiltà fit-tul; u

(d) 

benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg.

6 Benefiċċji tal-impjegati jinkludu benefiċċji mogħtija lill-impjegati jew lid-dipendenti jew lill-benefiċjarji tagħhom u jistgħu jiġu saldati b’pagamenti (jew l-għoti ta’ oġġetti jew servizzi) magħmula direttament lill-impjegati, lill-konjuġi tagħhom, lit-tfal u lil dipendenti oħra, bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni.

7 Impjegat jista’ jipprovdi servizzi lil entità fuq bażi full-time, part-time, permanenti, każwali jew temporanja. Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard, impjegati jinkludu diretturi u persunal maniġerjali ieħor.

DEFINIZZJONIJIET

8   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Definizzjonijiet tal-benefiċċji tal-impjegati
Benefiċċji tal-impjegati huma l-forom kollha ta’ korrispettiv mogħtija minn entità bi skambju għal servizzi mogħtija minn impjegati jew għat-terminazzjoni tal-impjieg.
Benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati huma benefiċċji tal-impjegati (għajr benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg) li huma mistennija li jiġu saldati bis-sħiħ qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat.
Benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma benefiċċji tal-impjegati (għajr benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg u benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati) li huma pagabbli wara li jintemm l-impjieg.
Benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati huma l-benefiċċji kollha tal-impjegati għajr il-benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati, il-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u l-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg.
Benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg huma l-benefiċċji tal-impjegati pprovduti bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg ta’ impjegat b’riżultat ta’:
(a) 

deċiżjoni ta’ entità li ttemm l-impjieg ta’ impjegat qabel id-data normal tal-irtirar; jew

(b) 

deċiżjoni ta’ impjegat li jaċċetta offerta ta’ benefiċċji bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg.

Definizzjonijiet relatati mal-klassifikazzjoni tal-pjanijiet
Pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma arranġamenti formali jew informali li fuq il-bażi tagħhom entità tipprovdi benefiċċji ta’ wara l-impjieg għal impjegat wieħed jew aktar.
Pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita huma pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg li fuq il-bażi tagħhom entità tħallas kontribuzzjonijiet fissi f’entità separata (fond) u ma jkollha l-ebda obbligu legali jew kostruttiv li tħallas aktar kontribuzzjonijiet jekk il-fond ma jkollux assi biżżejjed sabiex jitħallsu l-benefiċċji kollha tal-impjegati relatati mas-servizzi tal-impjegati fil-perjodi kurrenti u preċedenti.
Pjanijiet ta’ benefiċċju definit huma pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg għajr il-pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita.
Pjanijiet bejn għadd ta’ impjegaturi huma pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita (għajr il-pjanijiet tal-Istat) jew pjanijiet ta’ benefiċċju definit (għajr il-pjanijiet tal-Istat) li:
(a) 

jiġbru flimkien l-assi kontribwiti minn diversi entitajiet li mhumiex taħt kontroll komuni; u

(b) 

jużaw dawk l-assi biex jipprovdu benefiċċji lill-impjegati ta’ aktar minn entità waħda, fuq il-bażi li l-livelli tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji huma determinati mingħajr ma titqies l-identità tal-entità li timpjega lill-impjegati.

Definizzjonijiet relatati mal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (assi)
L-obbligazzjoni (assi) ta’ benefiċċju definit nett hija d-defiċit jew is-surplus, aġġustat għal kwalunkwe effett tal-limitar ta’ assi ta’ benefiċċju definit nett għal-limitu massimu tal-assi.
Id-defiċit jew surplus huwa:
(a) 

il-valur preżenti ta’ obbligu ta’ benefiċċju definit mingħajr

(b) 

il-valur ġust tal-assi tal-pjan (jekk ikun hemm).

Il-limitu massimu tal-assi huwa l-valur preżenti ta’ kwalunkwe benefiċċju ekonomiku disponibbli fil-forma ta’ rifużjonijiet mill-pjan jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri għall-pjan.
Il-valur preżenti ta’ obbligu ta’ benefiċċju definit huwa l-valur preżenti, mingħajr ma jitnaqqas l-ebda assi tal-pjan, ta’ pagamenti mistennija fil-futur u li huma meħtieġa sabiex jiġi saldat l-obbligu li jirriżulta mis-servizz tal-impjegati fil-perjodi kurrenti u preċedenti.
Assi tal-pjan jinkludu:
(a) 

assi miżmuma f’fond ta’ benefiċċji ta’ terminu twil għall-impjegati; u

(b) 

poloz kwalifikanti tal-assigurazzjoni.

Assi miżmuma f’fond ta’ benefiċċji ta’ terminu twil għall-impjegati huma assi (għajr strumenti finanzjarji mhux trasferibbli maħruġa mill-entità relatriċi) li:
(a) 

jinżammu minn entità (fond) li tkun legalment separata mill-entità relatriċi u li teżisti biss biex tħallas jew tiffinanzja l-benefiċċji tal-impjegati; u

(b) 

jistgħu jintużaw biss biex iħallsu jew jiffinanzjaw fondi tal-benefiċċji għall-impjegati, li mhumiex disponibbli għall-kredituri tal-entità relatriċi stess (anki f’każ ta’ falliment), u ma jistgħux jiġu rritornati lill-entità relatriċi, sakemm:

(i) 

l-assi li jifdal mill-fond ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi kollha relatati tal-pjan tal-benefiċċji tal-impjegati jew tal-entità relatriċi; jew

(ii) 

l-assi ma jiġux irritornati lill-entità relatriċi biex din tkun rimborżata għall-benefiċċji tal-impjegati diġà mħallsa.

Polza kwalifikanti tal-assigurazzjoni hija polza tal-assigurazzjoni  ( 9 ) maħruġa minn assiguratur li ma jkunx parti relatata (kif definit fl-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati) tal-entità relatriċi, jekk ir-rikavati mill-polza:
(a) 

jistgħu jintużaw biss biex jitħallsu jew jiġu ffinanzjati benefiċċji tal-impjegati skont pjan ta’ benefiċċji definiti; u

(b) 

mhumiex disponibbli għall-kredituri tal-entità relatriċi stess (anki f’każ ta’ falliment) u ma jkunux jistgħu jitħallsu lill-entità relatriċi, sakemm:

(i) 

ir-rikavati ma jkunux jirrappreżentaw assi żejda li mhumiex meħtieġa biex il-polza tissodisfa l-obbligi kollha relatati tal-benefiċċji tal-impjegati; jew

(ii) 

ir-rikavati ma jiġux irritornati lill-entità relatriċi biex din tiġi rimborżata għall-benefiċċji tal-impjegati diġà mħallsa.

Il-valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)
Definizzjonijiet relatati mal-kost tal-benefiċċju definit
Kost tas-servizz jinkludi:
(a) 

il-kost tas-servizz attwali, li huwa ż-żieda fil-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit li jirriżulta mis-servizz tal-impjegati fil-perjodu kurrenti;

(b) 

il-kost tas-servizz passat, li huwa l-bidla fil-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit għas-servizzi tal-impjegati f’perjodi preċedenti, li tirriżulta minn emenda (l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ pjan ta’ benefiċċju definit, jew bidliet fih) jew taqsir (tnaqqis sinifikanti mill-entità fl-għadd ta’ impjegati koperti minn pjan) tal-pjan; u

(c) 

kwalunkwe qligħ jew telf mas-saldu.

Mgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) ta’ benefiċċju definit nett huwa l-bidla matul il-perjodu fl-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (assi) li tirriżulta mill-mogħdija taż-żmien.
Kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett jinkludi:
(a) 

qligħ u telf attwarjali;

(b) 

ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett; u

(c) 

kwalunkwe bidla fl-effett tal-limitu massimu tal-assi, bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett.

Qligħ u telf attwarjali huma bidliet fil-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit li jirriżultaw minn:
(a) 

aġġustamenti tal-esperjenza (l-effetti tad-differenzi bejn is-suppożizzjonijiet attwarjali preċedenti u dak li fil-fatt seħħ); u

(b) 

l-effetti ta’ bidliet f’suppożizzjonijiet attwarjali.

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan huwa l-imgħax, id-dividendi u introjtu ieħor li jirriżulta mill-assi tal-pjan, flimkien ma’ qligħ jew telf realizzat u mhux realizzat mill-assi tal-pjan, mingħajr:
(a) 

ebda kost tal-immaniġġar tal-assi tal-pjan; u

(b) 

ebda taxxa pagabbli mill-pjan innifsu, għajr it-taxxa inkluża fis-suppożizzjonijiet attwarjali użati biex jitkejjel il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit.

Saldu huwa tranżazzjoni li telimina l-obbligi legali jew kostruttivi kollha oħra għal parti mill-benefiċċji jew għall-benefiċċji kollha pprovduti taħt pjan ta’ benefiċċju definit, għajr għal pagament tal-benefiċċji lill-impjegati, jew f’isimhom, li huwa stabbilit fit-termini tal-pjan u inkluż fis-suppożizzjonijiet attwarjali.

BENEFIĊĊJI TA’ TERMINU QASIR GĦALL-IMPJEGATI

9 Benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati jinkludu entrati bħal dawn li ġejjin, jekk ikun mistenni li jiġu saldati bis-sħiħ qabel tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar li fih l-impjegati jagħtu s-servizzi relatati:

(a) 

pagi, salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

(b) 

liv annwali mħallas u liv tal-mard imħallas;

(c) 

kondiviżjoni tal-profitti u bonusijiet; u

(d) 

benefiċċji nonmonetarji (bħal kura medika, akkomodazzjoni, karozzi u oġġetti jew servizzi b’xejn jew sussidjati) għall-impjegati kurrenti.

10 Entità ma għandhiex għalfejn tirriklassifika benefiċċju ta’ terminu qasir għall-impjegati jekk l-istennijiet tal-entità ta’ meta jsir is-saldu jinbidlu temporanjament. Madankollu, jekk jinbidlu l-karatteristiki tal-benefiċċju (bħal bidla minn benefiċċju mhux akkumulattiv għal benefiċċju akkumulattiv) jew jekk bidla fl-istennijiet tat-twaqqit tas-saldu ma tkunx temporanja, allura l-entità tqis jekk il-benefiċċju għandux jissodisfa d-definizzjoni tal-benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati.

Rikonoxximent u kejl

Il-benefiċċji ta’ terminu qasir kollha għall-impjegati

11   Meta impjegat ikun ta servizz lil entità matul perjodu kontabbilistiku, l-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont mhux skontat ta’ benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati li jkun mistenni li jitħallas bi skambju għal dak is-servizz:

(a) 

bħala obbligazzjoni (spiża dovuta), wara li jitnaqqas kull ammont imħallas diġà. Jekk l-ammont imħallas diġà jeċċedi l-ammont mhux skontat tal-benefiċċji, entità għandha tirrikonoxxi dak l-eċċess bħala assi (spiża mħallsa minn qabel) sakemm il-ħlas minn qabel iwassal għal, pereżempju, tnaqqis f’pagamenti futuri jew rifużjoni fi flus.

(b) 

bħala spiża, sakemm IFRS ieħor ma jkunx jeħtieġ jew jippermetti l-inklużjoni tal-benefiċċji fil-kost ta’ assi (ara, pereżempju, l-IAS 2 Inventarji u l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir).

12   Il-paragrafi 13, 16 u 19 jispjegaw kif entità għandha tapplika l-paragrafu 11 għal benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati fil-forma ta’ assenzi mħallsa u pjanijiet ta’ kondiviżjoni tal-profitti u bonusijiet.

Assenzi mħallsa għal terminu qasir

13   Entità għandha tirrikonoxxi l-kost mistenni ta’ benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati fil-forma ta’ assenzi mħallsa skont il-paragrafu 11 kif ġej:

(a) 

fil-każ ta’ assenzi mħallsa akkumulattivi, meta l-impjegati jagħtu servizz li jżid l-intitolament tagħhom għal assenzi mħallsa futuri.

(b) 

fil-każ ta’ assenzi mħallsa mhux akkumulattivi, meta jseħħu l-assenzi.

14 Entità tista’ tħallas lill-impjegati għall-assenza għal diversi raġunijiet inklużi btajjel, mard u diżabbiltà għal terminu qasir, maternità jew paternità, servizz ta’ ġurati u dak militari. Intitolament għal assenzi mħallsa jaqa’ taħt żewġ kategoriji:

(a) 

akkumulattiv; u

(b) 

mhux akkumulattiv.

15 Assenzi mħallsa akkumulattivi huma dawk li jiġu riportati u li jkunu jistgħu jintużaw f’perjodi futuri jekk l-intitolament tal-perjodu kurrenti ma jintużax kollu. Assenzi mħallsa akkumulattivi jistgħu jkunu ta’ vestiment (fi kliem ieħor, l-impjegati jkunu intitolati għal pagamenti fi flus għal intitolament mhux użat meta jitilqu l-entità) jew mhux ta’ vestiment (meta l-impjegati ma jkunux intitolati għal pagament fi flus għal intitolament mhux użat meta jitilqu). Jinħoloq obbligu hekk kif l-impjegati jagħtu servizz li jżid l-intitolament tagħhom għal assenzi mħallsa futuri. L-obbligu jeżisti, u huwa rikonoxxut, anki jekk l-assenzi mħallsa ma jkunux ta’ vestiment, għalkemm il-possibbiltà li l-impjegati jistgħu jitilqu qabel jużaw intitolament mhux ta’ vestiment akkumulat taffettwa l-kejl ta’ dak l-obbligu.

16   Entità għandha tkejjel il-kost mistenni ta’ assenzi mħallsa akkumulattivi bħala l-ammont addizzjonali li l-entità tistenna li tħallas b’riżultat tal-intitolament mhux użat li jkun akkumula fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar.

17 Il-metodu speċifikat fil-paragrafu preċedenti jkejjel l-obbligu skont l-ammont tal-pagamenti addizzjonali li huma mistennija li jirriżultaw biss mill-fatt li l-benefiċċju jakkumula. F’ħafna każijiet, entità jista’ ma jkollhiex bżonn tagħmel komputazzjonijiet dettaljati biex tistma li ma hemm l-ebda obbligu materjali għal assenzi mħallsa mhux użati. Pereżempju, obbligu ta’ liv tal-mard x’aktarx li jkun materjali biss jekk ikun hemm ftehim formali jew informali li liv tal-mard imħallas mhux użat jista’ jittieħed bħala liv annwali mħallas.

Eżempju li jispjega l-paragrafi 16 u 17

Entità għandha 100 impjegat, li kull wieħed u waħda minnhom huma intitolati għal ħamest ijiem ta’ xogħol bħala liv tal-mard imħallas kull sena. Liv tal-mard mhux użat jista’ jiġi riportat għal sena kalendarja waħda. Il-liv tal-mard jitnaqqas l-ewwel mill-intitolament tas-sena kurrenti u mbagħad minn kwalunkwe bilanċ riportat mis-sena preċedenti (fuq bażi LIFO). Fil-31 ta’ Diċembru 20X1 il-medja tal-intitolament mhux użat hija jumejn għal kull impjegat. L-entità tistenna, fuq il-bażi tal-esperjenza li hija mistennija li titkompla, li 92 impjegat mhux se jieħdu aktar minn ħamest ijiem liv tal-mard imħallas fl-20X2 u li t-tmien impjegati li jifdal se jieħdu medja ta’ sitt ijiem u nofs kull wieħed.

L-entità tistenna li tħallas 12-il jum addizzjonali ta’ ħlas għall-mard b’riżultat tal-intitolament mhux użat li jkun akkumula fil-31 ta’ Diċembru 20X1 (jum u nofs kull wieħed, għal tmien impjegati). Għaldaqstant, l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ugwali għal 12-il jum ta’ ħlas għall-mard.

18 Assenzi mħallsa mhux akkumulattivi ma jiġux riportati: dawn jiskadu jekk l-intitolament tal-perjodu kurrenti ma jintużax kollu u ma jintitolawx lill-impjegati għal pagament fi flus għal dak l-intitolament mhux użat mat-tluq mill-entità. Dan huwa ġeneralment il-każ tal-ħlas għall-mard (sakemm intitolament passat mhux użat ma jżidx intitolament futur), il-liv tal-maternità jew tal-paternità u assenzi mħallsa għal servizz ta’ ġurati jew militari. Entità ma tirrikonoxxi l-ebda obbligazzjoni jew spiża sakemm ma sseħħ l-assenza, għax is-servizz tal-impjegati ma jżidx l-ammont tal-benefiċċju.

Pjanijiet ta’ kondiviżjoni tal-profitti u bonusijiet

19   Entità għandha tirrikonoxxi l-kost mistenni tal-pagamenti tal-kondiviżjoni tal-profitti u tal-bonusijiet skont il-paragrafu 11 meta, u biss meta:

(a) 

l-entità jkollha obbligu legali jew kostruttiv preżenti li tagħmel dawn il-pagamenti b’riżultat ta’ eventi passati; u

(b) 

tkun tista’ ssir stima affidabbli tal-obbligu.

Jeżisti obbligu preżenti meta, u biss meta, l-entità ma jkollha l-ebda alternattiva realistika ħlief li tagħmel il-pagamenti.

20 Skont xi pjanijiet ta’ kondiviżjoni tal-profitti, l-impjegati jirċievu sehem mill-profitt biss jekk jibqgħu mal-entità għal perjodu speċifiku. Dawn il-pjanijiet joħolqu obbligu kostruttiv billi l-impjegati jagħtu servizz li jżid l-ammont li għandu jitħallas jekk jibqgħu fis-servizz sa tmiem il-perjodu speċifikat. Il-kejl ta’ dawn l-obbligi kostruttivi jirriflettu l-possibbiltà li xi impjegati jistgħu jitilqu mingħajr ma jirċievu pagamenti ta’ kondiviżjoni tal-profitti.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 20

Pjan ta’ kondiviżjoni tal-profitti jeżiġi li entità tħallas proporzjon speċifikat mill-profitt tagħha għas-sena lill-impjegati li jservu matul is-sena. Jekk ma jkunx hemm impjegati li jitilqu matul is-sena, il-pagamenti totali tal-kondiviżjoni tal-profitti għas-sena jkunu 3 fil-mija tal-profitt. L-entità tistma li d-dawran tal-impjegati jnaqqas il-pagamenti għal 2,5 fil-mija tal-profitt.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni u spiża ta’ 2,5 fil-mija tal-profitt.

21 Entità ma jista’ jkollha l-ebda obbligu legali li tħallas bonus. Madankollu, f’xi każijiet, entità jkollha prassi li tħallas bonusijiet. F’dawn il-każijiet, l-entità għandha obbligu kostruttiv minħabba li l-entità ma għandha l-ebda alternattiva realistika ħlief li tħallas il-bonus. Il-kejl tal-obbligu kostruttiv jirrifletti l-possibbiltà li xi impjegati jistgħu jitilqu mingħajr ma jirċievu bonus.

22 Entità tista’ tagħmel stima affidabbli tal-obbligu legali jew kostruttiv tagħha skont pjan ta’ kondiviżjoni tal-profitti jew ta’ għoti ta’ bonus meta, u biss meta:

(a) 

it-termini formali tal-pjan jinkludu formola biex jiġi stabbilit l-ammont tal-benefiċċju;

(b) 

l-entità tiddetermina l-ammonti li għandhom jitħallsu qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-pubblikazzjoni; jew

(c) 

il-prassi passata tagħti evidenza ċara tal-ammont tal-obbligu kostruttiv tal-entità.

23 Obbligu skont il-pjanijiet tal-kondiviżjoni tal-profitti u l-bonusijiet jirriżulta mis-servizz tal-impjegati u mhux minn tranżazzjoni mas-sidien tal-entità. Għaldaqstant, l-entità tirrikonoxxi l-kost tal-pjanijiet tal-kondiviżjoni tal-profitti u l-bonusijiet mhux bħala distribuzzjoni tal-profitti iżda bħala spiża.

24 Jekk il-pagamenti tal-kondiviżjoni tal-profitti u tal-bonusijiet ma jkunux mistennija jiġu saldati għalkollox qabel tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-impjegati jagħtu s-servizzi relatati, dawk il-pagamenti huma benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati (ara l-paragrafi 153-158).

Divulgazzjoni

25 Għalkemm dan l-Istandard ma jeħtieġx divulgazzjonijiet speċifiċi dwar benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati, dawn id-divulgazzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa minn IFRSs oħra. Pereżempju, l-IAS 24 jeħtieġ divulgazzjonijiet dwar il-benefiċċji tal-impjegati għall-membri kruċjali tal-maniġment. L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jeżiġi d-divulgazzjoni tal-ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati.

BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: DISTINZJONI BEJN PJANIJIET TA’ KONTRIBUZZJONI DEFINITA U PJANIJIET TA’ BENEFIĊĊJU DEFINIT

26 Benefiċċji ta’ wara l-impjieg jinkludu affarijiet bħal dawn li ġejjin:

(a) 

benefiċċji tal-irtirar (eż. pensjonijiet u pagamenti ta’ somma f’daqqa mal-irtirar); u

(b) 

benefiċċji oħra ta’ wara l-impjieg, bħal assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ wara l-impjieg u kura medika ta’ wara l-impjieg.

Arranġamenti fejn entità tagħti benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Entità tapplika dan l-Istandard għall-arranġamenti kollha, kemm jekk jinvolvu l-istabbiliment ta’ entità separata biex tirċievi l-kontribuzzjonijiet u biex tħallas il-benefiċċji kif ukoll jekk le.

27 Pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma klassifikati bħala pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita jew bħala pjanijiet ta’ benefiċċju definit, skont is-sustanza ekonomika tal-pjan kif derivata mit-termini u l-kundizzjonijiet prinċipali tiegħu.

28 Fil-każ ta’ pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita l-obbligu legali jew kostruttiv tal-entità huwa limitat għall-ammont li tkun ftiehmet li tikkontribwixxi fil-fond. B’hekk, l-ammont ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg li jirċievi l-impjegat huwa determinat mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa minn entità (u forsi wkoll mill-impjegat) għal pjan ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew lil kumpanija tal-assigurazzjoni, flimkien mar-redditi mill-investiment li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet. B’konsegwenza ta’ dan, ir-riskju attwarjali (li l-benefiċċji jkunu anqas milli mistennija) u r-riskju tal-investiment (li l-assi investiti ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-benefiċċji mistennija), fis-sustanza, jaqgħu fuq l-impjegat.

29 Eżempji ta’ każijiet fejn obbligu ta’ entità ma jkunx limitat għall-ammont li hija taqbel li tikkontribwixxi fil-fond huma meta l-entità jkollha obbligu legali jew kostruttiv permezz ta’:

(a) 

formola tal-benefiċċji tal-pjan li ma tkunx marbuta biss mal-ammont ta’ kontribuzzjonijiet u li tkun teħtieġ li l-entità tipprovdi aktar kontribuzzjonijiet jekk l-assi ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-benefiċċji fil-formola tal-benefiċċji tal-pjan;

(b) 

garanzija, indirettament permezz ta' pjan jew direttament, ta' redditu specifikat fuq il-kontribuzzjonijiet; jew

(c) 

dawk il-prattiki informali li jagħtu lok għal obbligu kostruttiv. Pereżempju, jista’ jkun hemm obbligu kostruttiv meta entità jkollha storja ta’ benefiċċji li jiżdiedu għall-impjegati preċedenti biex ilaħħqu mal-inflazzjoni, anki meta ma jkunx hemm obbligu legali li tagħmel dan.

30 Skont pjanijiet ta’ benefiċċju definit:

(a) 

l-obbligu tal-entità huwa li tipprovdi l-benefiċċji miftiehma lill-impjegati kurrenti u preċedenti; u

(b) 

riskju attwarjali (li l-benefiċċji jiswew aktar milli mistenni) u r-riskju tal-investiment, fis-sustanza, jaqgħu fuq l-entità. Jekk l-esperjenza attwarjali jew ta’ investiment tkun agħar milli mistenni, jista’ jiżdied l-obbligu tal-entità.

31 Il-paragrafi 32–49 jispjegaw id-distinzjoni bejn pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita u pjanijiet ta’ benefiċċju definit fil-kuntest ta’ pjanijiet bejn għadd ta’ impjegaturi, pjanijiet ta’ benefiċċju definit li jaqsam ir-riskji bejn entitajiet taħt kontroll komuni, pjanijiet tal-Istat u benefiċċji assigurati.

Pjanijiet bejn għadd ta’ impjegaturi

32   Entità għandha tikklassifika pjan bejn għadd ta’ impjegaturi bħala pjan ta’ kontribuzzjoni definita jew pjan ta’ benefiċċju definit skont it-termini tal-pjan (inkluż kwalunkwe obbligu kostruttiv li jmur lil hinn mit-termini formali).

33   Jekk entità tipparteċipa fi pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 34, din għandha:

(a) 

tikkontabbilizza s-sehem proporzjonali tagħha mill-obbligu tal-benefiċċju definit, l-assi tal-pjan u l-kost assoċjat mal-pjan bl-istess mod bħal kwalunkwe pjan ieħor ta’ benefiċċju definit; u

(b) 

tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 135–148 (għajr il-paragrafu 148(d)).

34   Meta ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni biex wieħed juża kontabbiltà ta’ benefiċċju definit għal pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi, l-entità għandha:

(a) 

tikkontabbilizza l-pjan f’konformità mal-paragrafi 51 u 52 bħallikieku kien pjan ta’ kontribuzzjoni definita; u

(b) 

tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 148.

35 Eżempju wieħed ta’ pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi huwa wieħed fejn:

(a) 

il-pjan huwa ffinanzjat fuq bażi “ħallas waqt li tkun għaddej”: il-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti f’livell li huwa mistenni li jkun suffiċjenti biex jitħallsu l-benefiċċji li jsiru dovuti fl-istess perjodu; u l-benefiċċji futuri miksuba matul il-perjodu kurrenti jitħallsu minn kontribuzzjonijiet futuri; u

(b) 

il-benefiċċji tal-impjegati huma determinati bit-tul ta’ żmien tas-servizz tagħhom u l-entitajiet parteċipanti ma għandhom l-ebda mezz realistiku li jirtiraw mill-pjan mingħajr ma jħallsu kontribuzzjoni għall-benefiċċji miksuba mill-impjegati sad-data tal-irtirar. Dan il-pjan joħloq riskju attwarjali għall-entità: jekk il-kost aħħari tal-benefiċċji li jkunu diġà nkisbu fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar ikun aktar milli mistenni, l-entità jkollha żżid il-kontribuzzjonijiet tagħha jew tipperswadi lill-impjegati biex jaċċettaw tnaqqis fil-benefiċċji. Għaldaqstant, dan il-pjan huwa pjan ta’ benefiċċju definit.

36 Meta jkun hemm biżżejjed informazzjoni dwar pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi, l-entità tikkontabbilizza s-sehem proporzjonali tagħha mill-obbligu ta’ benefiċċju definit, l-assi tal-pjan u l-kost tal-benefiċċju ta’ wara l-impjieg assoċjati mal-pjan, bl-istess mod bħal fil-każ ta’ kwalunkwe pjan ieħor ta’ benefiċċju definit. Madankollu, entità tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tidentifika s-sehem tagħha mill-pożizzjoni finanzjarja sottostanti u l-prestazzjoni tal-pjan b’mod affidabbli biżżejjed għal skopijiet kontabbilistiċi. Dan jista’ jseħħ jekk:

(a) 

il-pjan jesponi lill-entitajiet parteċipanti għal riskji attwarjali assoċjati mal-impjegati kurrenti u preċedenti ta’ entitajiet oħra, bir-riżultat li ma jkun hemm l-ebda bażi konsistenti u affidabbli biex jiġu allokati l-obbligu, l-assi tal-pjan u l-kost għall-entitajiet individwali li jipparteċipaw fil-pjan; jew

(b) 

l-entità ma jkollhiex aċċess għal biżżejjed informazzjoni dwar il-pjan biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard.

F’dawk il-każijiet, l-entità tikkontabbilizza l-pjan daqslikieku kien pjan ta’ kontribuzzjoni definita u tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 148.

37 Jista’ jkun hemm ftehim kuntrattwali bejn il-pjan ta’ għadd ta’ impjegaturi u l-parteċipanti tiegħu li jiddetermina kif is-surplus fil-pjan se jitqassam lill-parteċipanti (jew id-defiċit iffinanzjat). Parteċipant fi pjan bejn għadd ta’ impjegaturi bi ftehim bħal dan li jikkontabbilizza l-pjan bħala pjan ta’ kontribuzzjoni definita f’konformità mal-paragrafu 34 għandu jirrikonoxxi l-assi jew l-obbligazzjoni li jirriżultaw mill-ftehim kuntrattwali u mill-introjtu jew l-ispiża li tirriżulta fi profitt jew telf.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 37

Entità tipparteċipa fi pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi li ma tippreparax valwazzjonijiet tal-pjan abbażi tal-IAS 19. Għaldaqstant, din tikkontabbilizza l-pjan bħallikieku kien pjan ta’ kontribuzzjoni definita. Valwazzjoni tal-finanzjament mhux skont l-IAS 19 turi defiċit ta’ CU 100 miljun ( 10 ) fil-pjan. Il-pjan ftiehem mal-impjegaturi parteċipanti fil-pjan, b’kuntratt, skeda ta’ kontribuzzjonijiet li se jeliminaw id-defiċit matul il-ħames snin li ġejjin. Il-kontribuzzjonijiet totali tal-entità skont il-kuntratt huma ta’ CU 8 miljun.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni għal kontribuzzjonijiet aġġustati għal valur taż-żmien tal-flus u spiża ugwali fil-profitt jew telf.

38 Pjanijiet bejn għadd ta’ impjegaturi huma distinti minn pjanijiet ta’ amministrazzjoni tal-gruppi. Pjan ta’ amministrazzjoni tal-gruppi huwa sempliċiment aggregazzjoni ta’ pjanijiet ta’ impjegatur wieħed ikkombinati sabiex jippermettu lill-impjegaturi parteċipanti jiġbru flimkien l-assi tagħhom għal finijiet ta’ investiment u jnaqqsu l-kostijiet tal-immaniġġar u tal-amministrazzjoni tal-investimenti, iżda t-talbiet tal-impjegaturi differenti jiġu segregati għall-benefiċċju uniku tal-impjegati tagħhom. Il-pjanijiet ta’ amministrazzjoni tal-gruppi ma joħolqu l-ebda problema kontabbilistika partikulari għax l-informazzjoni diġà hija disponibbli biex wieħed jittrattahom bl-istess mod bħal kwalunkwe pjan ieħor ta’ impjegatur wieħed, u għax dawn il-pjanijiet ma jesponux lill-entitajiet parteċipanti għal riskji attwarjali assoċjati mal-impjegati attwali u preċedenti ta’ entitajiet oħra. Id-definizzjonijiet f’dan l-Istandard jeżiġu li entità tikklassifika pjan ta’ amministrazzjoni tal-gruppi bħala pjan ta’ kontribuzzjoni definita jew pjan ta’ benefiċċju definit f’konformità mat-termini tal-pjan (inkluż kwalunkwe obbligu kostruttiv li jmur lil hinn mit-termini formali).

39   Waqt li tiddetermina meta tirrikonoxxi, u kif tkejjel, obbligazzjoni marbuta mal-istralċ ta’ pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi, jew l-irtirar ta’ entità minn pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi, entità għandha tapplika l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

Pjanijiet ta’ benefiċċju definit li jaqsmu r-riskji bejn l-entitajiet taħt kontroll komuni

40 Pjanijiet ta’ benefiċċju definit li jaqsmu r-riskji bejn entitajiet taħt kontroll komuni, pereżempju, kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha, mhumiex pjanijiet bejn għadd ta’ impjegaturi.

41 Entità parteċipanti fi pjan bħal dan għandha tikseb informazzjoni dwar il-pjan kollu, imkejla f’konformità ma’ dan l-Istandard, abbażi tas-suppożizzjonijiet li japplikaw għall-pjan kollu. Jekk hemm ftehim kuntrattwali jew politika ddikjarata biex jiġi impost fuq l-entitajiet individwali tal-grupp il-kost nett tal-benefiċċju definit għall-pjan kollu hekk kif imkejjel f’konformità ma’ dan l-Istandard, l-entità, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, għandha tirrikonoxxi l-kost nett tal-benefiċċju definit hekk kif iddebitat. Jekk ma hemmx ftehim jew politika bħal din, il-kost nett tal-benefiċċju definit għandu jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tal-entità tal-grupp li hija legalment l-impjegatur sponsor għall-pjan. L-entitajiet l-oħrajn tal-grupp, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħhom, għandhom jirrikonoxxu kost ugwali għall-kontribuzzjoni pagabbli tagħhom għall-perjodu.

42 Parteċipazzjoni fi pjan bħal dan hija tranżazzjoni ma’ parti relatata għal kull entità individwali tal-grupp. Għaldaqstant, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 149.

Pjanijiet tal-Istat

43   Entità għandha tikkontabbilizza pjan tal-Istat bl-istess mod li tagħmel għal pjan bejn għadd ta’ impjegaturi (ara l-paragrafi 32-39).

44 Pjanijiet tal-Istat huma stabbiliti b’leġiżlazzjoni sabiex ikopru l-entitajiet kollha (jew l-entitajiet kollha f’kategorija partikulari, pereżempju, industrija speċifika) u huma operati mill-gvern nazzjonali jew lokali jew minn korp ieħor (pereżempju, aġenzija awtonoma maħluqa speċifikament għal dan l-iskop) li mhijiex soġġetta għall-kontroll jew l-influwenza tal-entità relatriċi. Xi pjanijiet stabbiliti minn entità jipprovdu kemm benefiċċji obbligatorji, bħal sostituzzjoni tal-benefiċċji li kieku jkunu koperti taħt pjan tal-Istat u benefiċċji volontarji addizzjonali. Pjanijiet bħal dawn mhumiex pjanijiet tal-Istat.

45 Pjanijiet tal-Istat huma karatterizzati bħala benefiċċju definit jew bħala kontribuzzjoni definita, skont l-obbligu tal-entità skont il-pjan. Ħafna pjanijiet tal-Istat huma finanzjati fuq bażi “ħallas waqt li tkun għaddej”: il-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti f’livell li huwa mistenni li jkun suffiċjenti biex jitħallsu l-benefiċċji meħtieġa li jsiru dovuti fl-istess perjodu; il-benefiċċji futuri miksuba matul il-perjodu kurrenti jitħallsu minn kontribuzzjonijiet futuri. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-pjanijiet tal-Istat, l-entità ma għandha l-ebda obbligu legali jew kostruttiv li tħallas dawk il-benefiċċji futuri: l-uniku obbligu tagħha huwa li tħallas il-kontribuzzjonijiet li jsiru dovuti u jekk l-entità tieqaf timpjega membri tal-pjan tal-Istat, ma jkollha ebda obbligazzjoni li tħallas il-benefiċċji miksuba mill-impjegati tagħha stess fis-snin preċedenti. Għal din ir-raġuni, il-pjanijiet tal-Istat huma normalment pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita. Madankollu, meta pjan tal-Istat ikun pjan ta’ benefiċċju definit, entità tapplika l-paragrafi 32–39.

Benefiċċji assigurati

46   Entità tista’ tħallas primjums tal-assigurazzjoni biex tiffinanzja pjan ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg. L-entità għandha tittratta tali pjan bħala pjan ta’ kontribuzzjoni definita sakemm l-entità ma jkollhiex (direttament, jew indirettament permezz tal-pjan) obbligu legali jew kostruttiv li:

(a) 

tħallas il-benefiċċji tal-impjegati direttament meta jsiru dovuti; jew

(b) 

tħallas aktar ammonti jekk l-assiguratur ma jħallasx il-benefiċċji tal-impjegati futuri kollha marbuta mas-servizzi tal-impjegati fil-perjodi kurrenti u preċedenti.

Jekk l-entità żżomm tali obbligu legali jew kostruttiv, l-entità għandha tittratta l-pjan bħala pjan ta’ benefiċċju definit.

47 Il-benefiċċji assigurati b’polza tal-assigurazzjoni ma jeħtiġux relazzjoni diretta jew awtomatika mal-obbligu tal-entità għall-benefiċċji tal-impjegati. Pjanijiet ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg li jinvolvu poloz tal-assigurazzjoni huma soġġetti għall-istess distinzjoni bejn kontabbiltà u finanzjament bħal pjanijiet iffinanzjati oħrajn.

48 Meta entità tiffinanzja obbligu ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg billi tikkontribwixxi għal polza tal-assigurazzjoni li taħtha l-entità (direttament, indirettament permezz tal-pjan, permezz tal-mekkaniżmu għall-istipular ta’ poloz futuri jew permezz ta’ relazzjoni ma’ partijiet relatati mal-assiguratur) iżżomm obbligu legali jew kostruttiv, il-pagament tal-primjums ma jammontax għal arranġament ta’ kontribuzzjoni definita. Minn dan jirriżulta li l-entità:

(a) 

tikkontabbilizza polza kwalifikanti tal-assigurazzjoni bħala assi tal-pjan (ara l-paragrafu 8); u

(b) 

tirrikonoxxi poloz tal-assigurazzjoni oħra bħala drittijiet tar-rimborż (jekk il-poloz jissodisfaw il-kriterju fil-paragrafu 116).

49 Meta polza tal-assigurazzjoni tkun f’isem parteċipant speċifikat tal-pjan jew f’isem grupp ta’ parteċipanti tal-pjan u l-entità ma jkollhiex obbligu legali jew kostruttiv li tkopri ebda telf fil-polza, l-entità ma jkollha ebda obbligu li tħallas benefiċċji lill-impjegati u l-assiguratur ikollu r-responsabbiltà unika li jħallas il-benefiċċji. Il-pagament ta’ primjums fissi taħt tali kuntratti huwa, fis-sustanza, is-saldu tal-obbligu ta’ benefiċċji tal-impjegati, minflok investiment biex jiġi ssodisfat l-obbligu. Konsegwentement, l-entità ma jibqax ikollha assi jew obbligazzjoni. Għaldaqstant, entità tittratta dawn il-pagamenti bħala kontribuzzjonijiet fi pjan ta’ kontribuzzjoni definita.

BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: PJANIJIET TA’ KONTRIBUZZJONI DEFINITA

50 Il-kontabbiltà għal pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita hija sempliċi għax l-obbligu tal-entità relatriċi għal kull perjodu huwa determinat bl-ammonti li għandhom jiġu kontribwiti għal dak il-perjodu. Konsegwentement, ma tenħtieġ l-ebda suppożizzjoni attwarjali biex jitkejlu l-obbligu jew l-ispiża u ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ qligħ jew telf attwarjali. Barra minn hekk, l-obbligi jitkejlu fuq bażi mhux skontata, ħlief meta ma jkunux mistennija li jiġu saldati għalkollox qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-impjegati jkunu taw is-servizz relatat.

Rikonoxximent u kejl

51   Meta impjegat ikun ta servizz lil entità matul perjodu, l-entità għandha tirrikonoxxi l-kontribuzzjoni pagabbli fi pjan ta’ kontribuzzjoni definita bi skambju għal dak is-servizz:

(a) 

bħala obbligazzjoni (spiża dovuta), wara li titnaqqas kwalunkwe kontribuzzjoni diġà mħallsa. Jekk il-kontribuzzjoni mħallsa diġà teċċedi l-kontribuzzjoni dovuta għas-servizz qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar, l-entità għandha tirrikonoxxi dak l-eċċess bħala assi (spiża mħallsa minn qabel) sakemm dak il-prepagament iwassal, pereżempju, għal tnaqqis f’pagamenti futuri jew rifużjoni fi flus.

(b) 

bħala spiża, ħlief jekk IFRS ieħor jeżiġi jew jippermetti l-inklużjoni tal-kontribuzzjoni fil-kost ta’ assi (ara, pereżempju, l-IAS 2 u l-IAS 16).

52   Meta l-kontribuzzjonijiet fi pjan ta’ kontribuzzjoni definita ma jkunux mistennija jiġu saldati għalkollox qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat, il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu skontati bl-użu tar-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu 83.

Divulgazzjoni

53   Entità għandha tiddivulga l-ammont rikonoxxut bħala spiża għall-pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita.

54 Meta jkun meħtieġ mill-IAS 24, entità tiddivulga informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet fi pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita għal membri kruċjali tal-maniġment.

BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: PJANIJIET TA’ BENEFIĊĊJU DEFINIT

55 Il-kontabbiltà ta’ pjanijiet ta’ benefiċċju definit hija kumplessa minħabba li jkun hemm bżonn ta’ suppożizzjonijiet attwarjali biex ikejlu l-obbligu u l-ispiża u hemm possibbiltà ta’ qligħ u telf attwarjali. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet jitkejlu fuq bażi skontata minħabba li dawn jistgħu jiġu saldati ħafna snin wara li l-impjegati jkunu taw is-servizz relatat.

Rikonoxximent u kejl

56 Pjanijiet ta’ benefiċċju definit jistgħu ma jkunux iffinanzjati, jew jistgħu jkunu ffinanzjati kompletament jew parzjalment minn kontribuzzjonijiet minn entità, u xi kultant mill-impjegati tagħha, għal ġo entità jew fond, li jkun legalment separat mill-entità relatriċi u li minnu jitħallsu l-benefiċċji tal-impjegati. Il-pagament ta’ benefiċċji ffinanzjati, meta jsiru dovuti, jiddependi mhux biss fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-investiment tal-fond iżda wkoll fuq l-abbiltà u r-rieda tal-entità li tagħmel tajjeb għal kwalunkwe nuqqas fl-assi tal-fond. Għaldaqstant, l-entità, fis-sustanza, tissottoskrivi r-riskji attwarjali u tal-investimenti assoċjati mal-pjan. Konsegwentement, l-ispiża rikonoxxuta għal pjan ta’ benefiċċju definit mhijiex neċessarjament l-ammont tal-kontribuzzjoni dovuta għall-perjodu.

57 Il-kontabbiltà minn entità għal pjanijiet ta' benefiċċju definit tinvolvi l-passi li ġejjin:

(a) 

tiddetermina d-defiċit jew is-surplus. Dan jinvolvi:

(i) 

l-użu ta’ teknika attwarjali, il-metodu ta’ kreditu għal kull unità proġettata, biex issir stima affidabbli tal-kost aħħari għall-entità għall-benefiċċju li l-impjegati jkunu kisbu għas-servizz tagħhom fil-perjodi kurrenti u preċedenti (ara l-paragrafi 67–69). Dan jitlob li entità tiddetermina kemm hu l-benefiċċju attribwibbli għall-perjodi kurrenti u preċedenti (ara l-paragrafi 70-74) u li tagħmel stimi (suppożizzjonijiet attwarjali) dwar varjabbli demografiċi (bħad-dawran u l-mortalità tal-impjegati) u varjabbli finanzjarji (bħal żidiet futuri fis-salarji u fil-kostijiet mediċi) li jinfluwenzaw il-kost tal-benefiċċju (ara l-paragrafi 75–98).

(ii) 

l-iskontar ta’ dak il-benefiċċju sabiex jiġi determinat il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit u l-kost tas-servizz attwali (ara l-paragrafi 67–69 u 83–86).

(iii) 

it-tnaqqis tal-valur ġust ta’ kwalunkwe assi tal-pjan (ara l-paragrafi 113–115) mill-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit.

(b) 

id-determinazzjoni tal-ammont tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett bħala l-ammont tad-defiċit jew is-surplus determinat f’(a), aġġustat għal kwalunkwe effett tal-limitar ta’ assi tal-benefiċċju definit nett għal-limitu massimu tal-assi (ara l-paragrafu 64).

(c) 

id-determinazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf:

(i) 

il-kost tas-servizz attwali (ara l-paragrafi 70–74 u l-paragrafu 122A).

(ii) 

kwalunkwe kost tas-servizz passat u l-qligħ jew it-telf mas-saldu (ara l-paragrafi 99–112).

(iii) 

l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafi 123–126).

(d) 

id-determinazzjoni tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett, li għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv, li fiha:

(i) 

qligħ u telf attwarjali (ara l-paragrafi 128 u 129);

(ii) 

ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafu 130); u

(iii) 

kwalunkwe bidla fl-effett tal-limitu massimu tal-assi (ara l-paragrafu 64), bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett.

Meta entità jkollha aktar minn pjan wieħed ta’ benefiċċju definit, l-entità tapplika dawn il-proċeduri għal kull pjan materjali separatament.

58   Entità għandha tiddetermina l-obbligazzjoni (assi) tal-benfiċċju definiti nett b’regolarità suffiċjenti b’mod li l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji ma jvarjawx materjalment mill-ammonti li jkunu determinati fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

59 Dan l-Istandard jinkoraġġixxi, iżda ma jeżiġix, li entità tinvolvi attwarju kkwalifikat fil-kejl tal-obbligi materjali kollha tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Għal raġunijiet prattiċi, entità tista’ titlob attwarju kkwalifikat biex iwettaq valwazzjoni dettaljata tal-obbligu qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Madankollu, ir-riżultati ta’ dik il-valwazzjoni jiġu aġġornati għal kwalunkwe tranżazzjoni materjali u bidla materjali oħra fiċ-ċirkustanzi (inklużi bidliet fil-prezzijiet tas-suq u fir-rati tal-imgħax) sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

60 F’xi każijiet, l-istimi, il-medji u l-komputazzjonijiet fil-qosor jistgħu jipprovdu approssimazzjoni affidabbli tal-komputazzjonijiet dettaljati illustrati f’dan l-Istandard.

Kontabbilizzazzjoni tal-obbligu kostruttiv

61   Entità għandha tikkontabbilizza mhux biss l-obbligu legali tagħha taħt it-termini formali ta’ pjan ta’ benefiċċju definit, iżda wkoll kwalunkwe obbligu kostruttiv li jirriżulta mill-prattiki informali tal-entità. Prattiki informali jwasslu għal obbligu kostruttiv fejn l-entità ma jkollha l-ebda alternattiva realistika għajr li tħallas il-benefiċċji tal-impjegati. Eżempju ta’ obbligu kostruttiv huwa meta bidla fil-prattiki informali tal-entità tikkawża dannu inaċċettabbli fir-relazzjoni tagħha mal-impjegati.

62 It-termini formali ta’ pjan ta’ benefiċċju definit jistgħu jippermettu li entità ttemm l-obbligu tagħha skont il-pjan. Madankollu, ġeneralment huwa diffiċli li entità ttemm l-obbligu tagħha skont pjan (mingħajr pagament) jekk tkun trid iżżomm lill-impjegati. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ evidenza għall-kuntrarju, il-kontabilizzazzjoni tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg tassumi li entità li attwalment qiegħda twiegħed dawn il-benefiċċji se tkompli tagħmel dan matul il-bqija tal-ħajja tax-xogħol tal-impjegati.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

63   Entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

64   Meta entità jkollha surplus fi pjan ta’ benefiċċju definit, din għandha tkejjel l-assi tal-benefiċċju definit nett fl-anqas bejn:

(a) 

is-surplus fil-pjan ta’ benefiċċju definit; u

(b) 

il-limitu massimu tal-assi, iddeterminat permezz tar-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu 83.

65 Assi ta’ benefiċċju definit nett jista’ jirriżulta fejn pjan ta’ benefiċċju definit kien iffinanzjat iżżejjed jew fejn ikun sar qligħ attwarjali. Entità tirrikonoxxi assi ta’ benefiċċju definit nett f’dawn il-każijiet minħabba li:

(a) 

l-entità tikkontrolla riżorsa, li hija l-abbiltà li tuża s-surplus biex tiġġenera benefiċċji futuri;

(b) 

dak il-kontroll huwa riżultat ta’ eventi passati (kontribuzzjonijiet imħallsa mill-entità u servizz mogħti mill-impjegat); u

(c) 

benefiċċji ekonomiċi futuri jkunu għad-dispożizzjoni tal-entità fil-forma ta’ tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri jew rifużjoni fi flus, direttament lill-entità jew indirettament għal pjan ieħor f’defiċit. Il-limitu massimu tal-assi huwa l-valur preżenti ta’ dawk il-benefiċċji futuri.

Rikonoxximent u kejl: il-valur preżenti tal-obbligi ta’ benefiċċju definit u l-kost tas-servizz attwali

66 Il-kost aħħari ta’ pjan ta’ benefiċċju definit jista’ jiġi influwenzat minn bosta varjabbli, bħas-salarji finali, id-dawran u l-mortalità tal-impjegati, il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u x-xejriet fil-kostijiet mediċi. Il-kost aħħari tal-pjan mhuwiex ċert u huwa probabbli li din l-inċertezza se tkompli għal perjodu ta’ żmien twil. Sabiex jitkejlu l-valur preżenti tal-obbligi ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg u l-kost relatat tas-servizz attwali, huwa neċessarju li:

(a) 

jiġi applikat metodu ta’ valwazzjoni attwarjali (ara l-paragrafi 67–69);

(b) 

jiġi attribwit benefiċċju għall-perjodi ta’ servizz (ara l-paragrafi 70–74); u

(c) 

isiru suppożizzjonijiet attwarjali (ara l-paragrafi 75–98).

Metodu ta’ valwazzjoni attwarjali

67   Entità għandha tuża l-metodu ta’ kreditu għal kull unità proġettata biex tiddetermina l-valur preżenti tal-obbligi tal-benefiċċju definit tagħha u l-kost tas-servizz attwali relatat u, fejn ikun applikabbli, il-kost tas-servizz passat.

68 Il-metodu ta’ kreditu għal kull unità proġettata (xi drabi magħruf bħala l-metodu ta’ benefiċċju dovut pro rata skont is-servizz jew bħala l-metodu ta’ benefiċċju/snin ta’ servizz) iqis kull perjodu ta’ servizz bħala li jwassal għall-unità addizzjonali ta’ intitolament għall-benefiċċju (ara l-paragrafi 70–74) u jkejjel kull unità b’mod separat sabiex jasal għall-obbligu finali (ara l-paragrafi 75–98).

Eżempju li jispjega l-paragrafu 68

Benefiċċju mogħti bħala somma waħda f’daqqa huwa pagabbli mat-terminazzjoni tas-servizz u jkun ugwali għal 1 fil-mija tas-salarju finali ta’ kull sena ta’ servizz. Is-salarju fis-Sena 1 huwa CU 10 000 u huwa preżunt li se jiżdied b’7 fil-mija (kompost) kull sena. Ir-rata ta’ skont użata hija ta’ 10 fil-mija kull sena. It-tabella li ġejja turi kif l-obbligu jakkumula għal impjegat li jkun mistenni jitlaq fl-aħħar tas-Sena 5, jekk wieħed jassumi li ma jkun hemm l-ebda bidla fis-suppożizzjonijiet attwarjali. Għal raġunijiet ta’ sempliċità, dan l-eżempju jinjora l-aġġustament addizzjonali meħtieġ sabiex tiġi riflessa l-probabbiltà li l-impjegat jista’ jitlaq l-entità f’data qabel jew wara.



Sena

1

2

3

4

5

 

CU

CU

CU

CU

CU

Benefiċċju attribwit lil:

 

 

 

 

 

—  snin preċedenti

0

131

262

393

524

—  sena kurrenti (1 % tas-salarju finali)

131

131

131

131

131

—  snin kurrenti u preċedenti

131

262

393

524

655

Obbligu fil-bidu

89

196

324

476

Mgħax b’10 %

9

20

33

48

Kost tas-servizz attwali

89

98

108

119

131

Obbligu fit-tmiem

89

196

324

476

655

Nota:

1   L-obbligu fil-bidu huwa l-valur preżenti tal-benefiċċju attribwit għas-snin preċedenti.

2   Il-kost tas-servizz attwali huwa l-valur preżenti tal-benefiċċju attribwit għas-sena kurrenti.

3   L-obbligu fit-tmiem huwa l-valur preżenti tal-benefiċċju attribwit għas-snin kurrenti u preċedenti.

69 Entità tapplika rata ta’ skont għall-obbligu totali ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg, anki jekk parti mill-obbligu tkun mistennija li tiġi saldata qabel 12-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

Attribuzzjoni ta’ benefiċċju għall-perjodi ta’ servizz

70   Meta tiddetermina l-valur preżenti tal-obbligi ta’ benefiċċju definit tagħha u l-kost tas-servizz attwali relatat u, meta jkun japplika, il-kost tas-servizz passat, entità għandha tattribwixxi benefiċċju għall-perjodi ta’ servizz skont il-formola tal-benefiċċji tal-pjan. Madankollu, jekk servizz ta’ impjegat fis-snin tal-aħħar iwassal għal livell materjalment ogħla ta’ benefiċċju milli fis-snin tal-bidu, entità għandha tattribwixxi benefiċċju fuq bażi lineari minn:

(a) 

id-data meta servizz mill-impjegat l-ewwel wassal għall-benefiċċji skont il-pjan (kemm jekk il-benefiċċji jkunu kundizzjonali fuq servizz ulterjuri, kif ukoll jekk le) sa

(b) 

id-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċji ulterjuri skont il-pjan, għajr minn aktar żidiet fis-salarju.

71 Il-metodu ta’ kreditu għal kull unità proġettata jeħtieġ li entità tattribwixxi benefiċċju għall-perjodu kurrenti (sabiex tiddetermina l-kost tas-servizz attwali) u l-perjodi kurrenti u preċedenti (sabiex tiddetermina l-valur preżenti tal-obbligi ta’ benefiċċju definit). Entità tattribwixxi benefiċċju għall-perjodi li fihom jinħoloq l-obbligu li tipprovdi l-benefiċċji wara l-impjieg. Dak l-obbligu jinħoloq hekk kif l-impjegati jagħtu servizzi bi skambju għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li entità tistenna li tħallas fil-perjodi ta’ rapportar futuri. Tekniki attwarjali jippermettu li entità tkejjel dak l-obbligu b’biżżejjed affidabbiltà sabiex tiġġustifika r-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni.

Eżempji li jispjegaw il-paragrafu 71

Pjan ta’ benefiċċju definit jipprovdi benefiċċju mogħti bħala somma waħda f’daqqa ta’ CU 100 għal kull sena ta’ servizz, pagabbli mal-irtirar.

Jiġi attribwit benefiċċju ta’ CU 100 għal kull sena. Il-kost tas-servizz attwali huwa l-valur preżenti ta’ CU 100. Il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit huwa l-valur preżenti ta’ CU 100, immultiplikat bl-għadd ta’ snin ta’ servizz sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

Jekk il-benefiċċju jkun pagabbli immedjatament meta l-impjegat jitlaq l-entità, il-kost tas-servizz attwali u l-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit jirriflettu d-data li fiha l-impjegat ikun mistenni jitlaq. B’hekk, minħabba l-effett tal-iskont, dawn huma anqas mill-ammonti li jkunu determinati kieku l-impjegat telaq fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

Pjan jipprovdi pensjoni fix-xahar ta’ 0,2 fil-mija tal-aħħar salarju għal kull sena ta’ servizz. Il-pensjoni hija pagabbli mill-età ta’ 65 sena.

Benefiċċju ugwali għall-valur preżenti, fid-data mistennija għall-irtirar, pensjoni ta’ kull xahar ta’ 0,2 fil-mija tal-aħħar salarju stmat pagabbli mid-data tal-irtirar mistennija sad-data mistennija tal-mewt hija attribwita għal kull sena ta’ servizz. Il-kost tas-servizz attwali huwa l-valur preżenti ta' dak il-benefiċċju. Il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit huwa l-valur preżenti tal-pagamenti tal-pensjoni ta’ kull xahar ta’ 0,2 fil-mija tal-aħħar salarju, immultiplikat bl-għadd ta’ snin ta’ servizz sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Il-kost tas-servizz attwali u l-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit huma skontati għax il-pagamenti tal-pensjoni jibdew fl-età ta’ 65 sena.

72 Is-servizz tal-impjegati jagħti lok għall-obbligu skont il-pjan ta’ benefiċċju definit anki jekk il-benefiċċji jkunu kundizzjonali fuq l-impjieg futur (fi kliem ieħor mhux ta’ vestiment). Is-servizz tal-impjegati qabel id-data ta’ vestiment jagħti lok għall-obbligu kostruttiv għax, fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar suċċessiv, l-ammont ta’ servizz futur li impjegat ikollu jagħti qabel ma jkun intitolat għall-benefiċċju jonqos. Meta tkejjel l-obbligu ta’ benefiċċju definit tagħha, entità tqis il-probabbiltà li xi impjegati jistgħu ma jissodisfaw l-ebda rekwiżit ta’ vestiment. B’mod simili, għalkemm ċerti benefiċċji ta’ wara l-impjieg, pereżempju l-benefiċċji mediċi ta’ wara l-impjieg, isiru pagabbli biss jekk iseħħ event speċifikat meta impjegat ma jkunx għadu impjegat, jinħoloq obbligu meta l-impjegat jagħti servizz li jipprovdi intitolament għall-benefiċċju jekk iseħħ l-event speċifikat. Il-probabbiltà li l-event speċifikat iseħħ taffettwa l-kejl tal-obbligu, iżda ma tiddeterminax jekk l-obbligu jeżistix.

Eżempji li jispjegaw il-paragrafu 72

Pjan iħallas benefiċċju ta’ CU 100 għal kull sena ta’ servizz. Il-benefiċċji jvestu wara għaxar snin ta’ servizz.

Jiġi attribwit benefiċċju ta’ CU 100 għal kull sena. F’kull waħda mill-ewwel għaxar snin, il-kost tas-servizz attwali u l-valur preżenti tal-obbligu jirriflettu l-probabbiltà li l-impjegat jista’ ma jagħmilx għaxar snin ta’ servizz.

Pjan iħallas benefiċċju ta’ CU 100 għal kull sena ta’ servizz, eskluż servizz qabel l-età ta’ 25 sena. Il-benefiċċji jvestu immedjatament.

Ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għal servizz qabel l-età ta’ 25 sena għax servizz qabel dik id-data ma jwassalx għal benefiċċji (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali). Jiġi attribwit benefiċċju ta’ CU 100 għal kull sena sussegwenti.

73 L-obbligu jiżdied sad-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċju ulterjuri. Għaldaqstant, il-benefiċċju kollu huwa attribwit għal perjodi li jintemmu f’dik id-data jew qabel. Il-benefiċċju huwa attribwit għal perjodi kontabbilistiċi individwali skont il-formola tal-benefiċċju tal-pjan. Madankollu, jekk servizz ta’ impjegat fl-aħħar snin iwassal għal livell materjalment ogħla ta’ benefiċċju milli fis-snin tal-bidu, entità tattribwixxi benefiċċju fuq bażi lineari sad-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċji ulterjuri. Dan għaliex is-servizz tal-impjegat matul il-perjodu kollu fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal benefiċċju f’dak il-livell ogħla.

Eżempji li jispjegaw il-paragrafu 73

Pjan iħallas benefiċċju mogħti bħala somma waħda f’daqqa ta’ CU 1 000 li tvesti wara 10 snin ta’ servizz. Il-pjan ma jipprovdi ebda benefiċċju ulterjuri għal servizz sussegwenti.

Jiġi attribwit benefiċċju ta’ CU 100 (CU 1 000 diviżi b’għaxra) għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin.

Il-kost tas-servizz attwali f’kull waħda mill-ewwel għaxar snin jirrifletti l-probabbiltà li impjegat jista’ ma jlestix għaxar snin ta’ servizz. Ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għas-snin sussegwenti.

Pjan iħallas benefiċċju tal-irtirar f’somma f’daqqa ta’ CU 2 000 lill-impjegati kollha li fl-età ta’ 55 sena wara ħamsa u għoxrin sena servizz, jew li jkunu għadhom impjegati fl-età ta’ 65 sena irrispettivament mit-tul tas-servizz tagħhom.

Għall-impjegati li jingħaqdu qabel l-età ta’ 35 sena, is-servizz l-ewwel iwassal għall-benefiċċji taħt il-pjan fl-età ta’ 35 sena (impjegat jista' jitlaq fl-età ta’ 30 sena u jirritorna fl-età ta’ 33 sena bla ebda effett fuq l-ammont jew iż-żmien tal-benefiċċji). Dawk il-benefiċċji huma kundizzjonali fuq servizz ulterjuri. Barra minn hekk, is-servizz mogħti wara l-età ta’ 55 sena ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċji ulterjuri. Għal dawn l-impjegati, l-entità tattribwixxi benefiċċju ta’ CU 100 (CU 2 000 diviżi b’20) għal kull sena mill-età ta’ 35 sena sal-età ta’ 55 sena.

Għall-impjegati li jingħaqdu bejn l-etajiet ta’ 35 sena u 45 sena, servizz ta’ aktar minn għoxrin sena ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċji ulterjuri. Għal dawn l-impjegati, l-entità tattribwixxi benefiċċju ta’ 100 (2 000 diviżi b’20) għal kull waħda mill-ewwel għoxrin sena.

Għal impjegat li jingħaqad fl-età ta’ 55 sena, servizz ta’ aktar minn għaxar snin ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċji ulterjuri. Għal dan l-impjegat, entità tattribwixxi benefiċċju ta’ CU 200 (CU 2 000 diviżi b’10) għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin.

Għall-impjegati kollha, il-kost tas-servizz attwali u l-valur preżenti tal-obbligu jirriflettu l-probabbiltà li l-impjegat jista’ ma jagħmilx il-perjodu neċessarju ta’ servizz.

Pjan mediku ta’ wara l-impjieg jirrimborża 40 fil-mija tal-kostijiet mediċi ta’ wara l-impjieg ta’ impjegat jekk l-impjegat jitlaq wara aktar minn għaxar snin u inqas minn għoxrin sena ta’ servizz u 50 fil-mija ta’ dawk il-kostijiet jekk l-impjegat jitlaq wara għoxrin sena jew aktar ta’ servizz.

Taħt il-formola tal-benefiċċju tal-pjan, l-entità tattribwixxi 4 fil-mija tal-valur preżenti tal-kostijiet mediċi mistennija (40 fil-mija diviżi b’għaxra) għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin u 1 fil-mija (10 fil-mija diviżi b’għaxra) għal kull waħda mit-tieni għaxar snin. Il-kost tas-servizz attwali f’kull sena jirrifletti l-probabbiltà li l-impjegat jista’ ma jlestix il-perjodu neċessarju ta’ servizz biex jikseb parti mill-benefiċċji jew il-benefiċċji kollha. Ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għall-impjegati li huma mistennija jitilqu fi żmien għaxar snin.

Pjan mediku ta’ wara l-impjieg jirrimborża 10 fil-mija tal-kostijiet mediċi ta’ wara l-impjieg ta’ impjegat jekk l-impjegat jitlaq wara aktar minn għaxar snin u inqas minn għoxrin sena ta’ servizz u 50 fil-mija ta’ dawk il-kostijiet jekk l-impjegat jitlaq wara għoxrin sena jew aktar ta’ servizz.

Is-servizz fl-aħħar snin iwassal għal livell ta’ benefiċċju materjalment ogħla milli fis-snin tal-bidu. Għaldaqstant, għall-impjegati li mistennija jitilqu wara għoxrin sena jew aktar, l-entità tattribwixxi benefiċċju fuq il-bażi lineari skont il-paragrafu 71. Servizz ta’ aktar minn għoxrin sena ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċji ulterjuri. Għaldaqstant, il-benefiċċju attribwit għal kull waħda mill-ewwel għoxrin sena huwa ta’ 2,5 fil-mija tal-valur preżenti tal-kostijiet mediċi mistennija (50 fil-mija diviżi b’għoxrin).

Għall-impjegati li mistennija jitilqu wara bejn għaxar snin u għoxrin sena, il-benefiċċju attribwit għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin huwa ta’ 1 fil-mija tal-valur preżenti tal-kostijiet mediċi mistennija.

Għal dawn l-impjegati, ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għas-servizz bejn l-aħħar tal-għaxar sena u d-data stmata tat-tluq.

Ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għall-impjegati li huma mistennija jitilqu fi żmien għaxar snin.

74 Meta l-ammont ta’ benefiċċju jkun proporzjon kostanti ta’ salarju finali ta’ kull sena ta’ servizz, iż-żidiet futuri fis-salarju jaffettwaw l-ammont neċessarju sabiex jiġi saldat l-obbligu li jeżisti għas-servizz qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar, iżda ma joħolqux obbligu addizzjonali. Għaldaqstant:

(a) 

għall-fini tal-paragrafu 70(b), iż-żidiet fis-salarju ma jwasslux għal aktar benefiċċji, għalkemm l-ammont tal-benefiċċji jiddependi fuq is-salarju finali; u

(b) 

l-ammont tal-benefiċċju attribwit għal kull perjodu huwa proporzjon kostanti tas-salarju li miegħu huwa marbut il-benefiċċju.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 74

L-impjegati huma intitolati għal benefiċċju ta’ 3 fil-mija tas-salarju finali għal kull sena ta’ servizz qabel l-età ta’ 55 sena.

Benefiċċju ta’ 3 fil-mija ta’ salarju finali stmat huwa attribwit għal kull sena sal-età ta’ 55 sena. Din hija d-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għal ebda ammont materjali ta’ benefiċċju ulterjuri skont il-pjan. Ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għal servizz wara dik id-data.

Suppożizzjonijiet attwarjali

75   Is-suppożizzjonijiet attwarjali għandhom ikunu oġġettivi u kompatibbli b’mod reċiproku.

76 Is-suppożizzjonijiet attwarjali huma l-aħjar stimi ta’ entità tal-varjabbli li se jiddeterminaw il-kost aħħari tal-għoti ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Is-suppożizzjonijiet attwarjali jinkludu:

(a) 

suppożizzjonijiet demografiċi dwar il-karatteristiki futuri ta’ impjegati kurrenti u preċedenti (u d-dipendenti tagħhom) li huma eliġibbli għall-benefiċċji. Is-suppożizzjonijiet demografiċi jittrattaw kwistjonijiet bħal:

(i) 

il-mortalità (ara l-paragrafi 81 u 82);

(ii) 

ir-rati ta’ dawran, diżabbiltà u rtirar bikri tal-impjegati;

(iii) 

il-proporzjon tal-membri tal-pjan b’dipendenti li se jkunu eliġibbli għall-benefiċċji;

(iv) 

il-proporzjon tal-membri tal-pjan li se jagħżlu kull forma ta' opzjoni ta’ pagament disponibbli skont it-termini tal-pjan; u

(v) 

ir-rati tat-talbiet taħt il-pjanijiet mediċi.

(b) 

is-suppożizzjonijiet finanzjarji, li jittrattaw kwistjonijiet bħal:

(i) 

ir-rata ta’ skont (ara l-paragrafi 83-86);

(ii) 

il-livelli tal-benefiċċji, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe kost tal-benefiċċji li jrid jinġarr mill-impjegati u s-salarju futur (ara l-paragrafi 87-95);

(iii) 

fil-każ tal-benefiċċji mediċi, il-kostijiet mediċi futuri, inklużi l-kostijiet għall-maniġġ tat-talbiet (jiġifieri l-kostijiet li se jiġġarrbu fl-ipproċessar u r-riżoluzzjoni tat-talbiet, inklużi t-tariffi legali u tal-aġġustatur) (ara l-paragrafi 96-98); u

(iv) 

taxxi pagabbli mill-pjan fuq kontribuzzjonijiet marbuta mas-servizz qabel id-data tar-rapportar jew fuq il-benefiċċji li jirriżultaw minn dak is-servizz.

77 Is-suppożizzjonijiet attwarjali jkunu oġġettivi jekk ma jkunux imprudenti jew konservattivi b’mod eċċessiv.

78 Is-suppożizzjonijiet attwarjali huma kompatibbli b’mod reċiproku jekk jirriflettu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn fatturi bħall-inflazzjoni, ir-rati ta’ żieda fis-salarji u r-rati ta’ skont. Pereżempju, is-suppożizzjonijiet kollha li jiddependu fuq livell ta’ inflazzjoni partikulari (bħal suppożizzjoni dwar ir-rati tal-imgħax u ż-żidiet fis-salarji u l-benefiċċji) fi kwalunkwe perjodu futur jassumi l-istess livell ta’ inflazzjoni f’dak il-perjodu.

79 Entità tiddetermina r-rata ta’ skont u suppożizzjonijiet finanzjarji oħra f’termini nominali (rapportati), sakemm l-istimi f’termini reali (aġġustati għall-inflazzjoni) ikunu aktar affidabbli, pereżempju f’ekonomija iperinflazzjonarja (ara l-IAS 29 Rapportar Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji), jew meta l-benefiċċju jkun relatat ma’ indiċi u jkun hemm suq kbir fil-bonds relatati ma’ indiċi tal-istess munita u termini.

80   Is-suppożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu bbażati fuq l-aspettattivi tas-suq, fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, għall-perjodu li matulu għandhom jiġu saldati l-obbligi.

Suppożizzjonijiet attwarjali: il-mortalità

81   Entità għandha tiddetermina s-suppożizzjonijiet tal-mortalità tagħha b’referenza għall-aħjar stimi tagħha tal-mortalità tal-membri tal-pjan kemm matul kif ukoll wara l-impjieg.

82 Sabiex tistma l-kost finali tal-benefiċċju, entità tqis il-bidliet mistennija fil-mortalità, pereżempju billi timmodifika tabelli standard tal-mortalità bl-istimi tat-titjib fil-mortalità.

Suppożizzjonijiet attwarjali: ir-rata ta’ skont

83   Ir-rata użata għall-iskont tal-obbligi tal-għoti ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg (kemm iffinanzjati kif ukoll mhux iffinanzjati) għandha tkun determinata b’referenza għar-rendimenti tas-suq fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar fuq il-bonds korporattivi ta’ kwalità għolja. Għal muniti li għalihom ma hemm l-ebda suq kbir f’dawn il-bonds korporattivi ta’ kwalità għolja, għandhom jintużaw ir-rendimenti tas-suq (fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar) fuq bonds tal-gvern denominati f’dik il-munita. Il-munita u t-termini tal-bonds korporattivi jew tal-bonds tal-gvern għandhom ikunu konsistenti mal-munita u t-terminu stmat tal-obbligi tal-għoti tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.

84 Suppożizzjoni attwarjali waħda li għandha effett materjali hija r-rata ta’ skont. Ir-rata ta’ skont tirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus iżda mhux ir-riskju attwarjali jew tal-investiment. Barra minn hekk, ir-rata ta’ skont ma tirriflettix ir-riskju ta’ kreditu speċifiku għall-entità mġarrab mill-kredituri tal-entità, u lanqas ma tirrifletti r-riskju li l-esperjenza futura tista’ tvarja mis-suppożizzjonijiet attwarjali.

85 Ir-rata ta’ skont tirrifletti ż-żmien stmat tal-pagamenti tal-benefiċċju. Fil-prattika, entità spiss tikseb dan billi tapplika rata ta’ skont waħda b’medja ponderata li tirrifletti t-twaqqit stmat u l-ammont tal-pagamenti tal-benefiċċju u l-munita li biha għandhom jitħallsu l-benefiċċji.

86 F’xi każijiet jista’ ma jkunx hemm suq kbir fil-bonds b’maturità twila biżżejjed li taqbel mal-maturità stmata tal-pagamenti kollha tal-benefiċċji. F’każijiet bħal dawn, entità tuża r-rati kurrenti tas-suq tat-terminu adattat sabiex tagħti skont lil pagamenti ta’ terminu iqsar, u tistma r-rata ta’ skont għall-maturitajiet aktar fit-tul billi testrapola r-rati tas-suq kurrenti tul il-kurva tar-rendiment. X’aktarx il-valur preżenti totali ta’ obbligu ta’ benefiċċju definit ma jkunx partikolarment sensittiv għar-rata ta’ skont applikata għall-porzjon tal-benefiċċji li huwa pagabbli lil hinn mill-maturità finali tal-bonds korporattivi jew tal-gvern disponibbli.

Suppożizzjonijiet attwarjali: is-salarji, il-benefiċċji u l-kostijiet mediċi

87   Entità għandha tkejjel l-obbligi ta’ benefiċċju definit tagħha fuq bażi li tirrifletti:

(a) 

il-benefiċċji stabbiliti fit-termini tal-pjan (jew li jirriżultaw minn kwalunkwe obbligu kostruttiv li jmur lil hinn minn dawk it-termini) fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar;

(b) 

kwalunkwe żieda futura fis-salarji stmata li taffettwa l-benefiċċji pagabbli;

(c) 

l-effett ta’ kwalunkwe limitu fuq sehem l-impjegatur mill-kost tal-benefiċċji futuri;

(d) 

kontribuzzjonijiet mill-impjegati jew partijiet terzi li jnaqqsu l-kost aħħari ta’ dawn il-benefiċċji minn fuq l-entità; u

(e) 

bidliet futuri stmati fil-livell ta’ kwalunkwe benefiċċju tal-Istat li jaffettwaw il-benefiċċji pagabbli skont pjan ta’ benefiċċju definit, jekk, u biss jekk:

(i) 

dawk il-bidliet ikunu saru qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar; jew

(ii) 

data storika, jew evidenza affidabbli oħra, tindika li dawk il-benefiċċji tal-Istat se jinbidlu b’xi mod prevedibbli, pereżempju f’konformità ma’ bidliet futuri fil-livelli ġenerali tal-prezzijiet jew fil-livelli ġenerali tas-salarji.

88 Suppożizzjonijiet attwarjali jirriflettu bidliet futuri li huma stabbiliti fit-termini formali ta’ pjan (jew obbligu kostruttiv li jmur lil hinn dawk it-termini) fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Dan ikun il-każ jekk, pereżempju:

(a) 

l-entità jkollha storja ta’ żieda fil-benefiċċji, pereżempju sabiex jiġu mitigati l-effetti tal-inflazzjoni u ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li din il-prassi se tinbidel fil-futur;

(b) 

l-entità tkun obbligata, skont it-termini formali ta’ pjan (jew obbligu kostruttiv li jmur lil hinn minn dawk it-termini) jew b’leġiżlazzjoni, sabiex tuża kwalunkwe surplus fil-pjan għall-benefiċċju tal-parteċipanti tal-pjan (ara l-paragrafu 108(c)); jew

(c) 

il-benefiċċji jvarjaw b’rispons għal mira ta’ prestazzjoni jew kriterji oħra. Pereżempju, it-termini tal-pjan jistgħu jiddikjaraw li jitħallsu benefiċċji mnaqqsa jew ikunu meħtieġa kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-impjegati jekk l-assi tal-pjan ma jkunux biżżejjed. Il-kejl tal-obbligu jirrifletti l-aħjar stima tal-effett tal-mira tal-prestazzjoni jew il-kriterji l-oħra.

89 Is-suppożizzjonijiet attwarjali ma jirriflettux bidliet futuri fil-benefiċċju li mhumiex stipulati fit-termini formali tal-pjan (jew obbligu kostruttiv) fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Dawn il-bidliet jirriżultaw:

(a) 

fil-kost tas-servizz passat, sakemm dawn ibiddlu l-benefiċċji għas-servizz qabel il-bidla; u

(b) 

fil-kost tas-servizz attwali għal perjodi wara l-bidla, sakemm dawn ibiddlu l-benefiċċji għas-servizz wara l-bidla.

90 L-istimi taż-żidiet futuri fis-salarji jqisu l-inflazzjoni, is-sinjorità, il-promozzjoni u fatturi rilevanti oħra, bħall-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol.

91 Xi pjanijiet ta’ benefiċċju definit jillimitaw il-kontribuzzjonijiet li entità tkun meħtieġa tħallas. Il-kost aħħari tal-benefiċċji jqis l-effett ta’ limitu fuq il-kontribuzzjonijiet. L-effett ta’ limitu fuq il-kontribuzzjonijiet jiġi determinat abbażi tal-iqsar bejn:

(a) 

il-ħajja stmata tal-entità; u

(b) 

il-ħajja stmata tal-pjan.

92 Xi pjanijiet ta’ benefiċċju definit jeħtieġu li l-impjegati jew partijiet terzi jikkontribwixxu fil-kost tal-pjan. Kontribuzzjonijiet mill-impjegati jnaqqsu l-kost tal-benefiċċji minn fuq l-entità. Entità tikkunsidra jekk kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi jnaqqsux il-kost tal-benefiċċji minn fuq l-entità, jew jekk hemmx dritt ta’ rimborż kif deskritt fil-paragrafu 116. Kontribuzzjonijiet mill-impjegati jew partijiet terzi jiġu stipulati fit-termini formali tal-pjan (jew jirriżultaw minn obbligu kostruttiv li jmur lil hinn minn dawk it-termini), jew huma diskrezzjonali. Kontribuzzjonijiet diskrezzjonali mill-impjegati jew partijiet terzi jnaqqsu l-kost tas-servizz mal-pagament ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet lill-pjan.

93 Kontribuzzjonijiet minn impjegati jew partijiet terzi stipulati fit-termini formali tal-pjan inaqqsu l-kost tas-servizz (jekk ikunu marbuta mas-servizz), jew jaffettwaw il-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux marbuta ma’ servizz). Eżempju ta’ kontribuzzjonijiet li mhumiex marbuta ma’ servizz huwa meta (il-kontribuzzjonijiet jeħtieġu li jnaqqsu defiċit li jirriżulta minn telf fuq assi tal-pjan jew minn telf attwarjali). Jekk il-kontribuzzjonijiet minn impjegati jew partijiet terzi jkunu marbuta ma’ servizz, dawn il-kontribuzzjonijiet inaqqsu l-kost tas-servizz kif ġej:

(a) 

jekk l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ikun dipendenti fuq l-għadd ta’ snin ta’ servizz, entità għandha tattribwixxi l-kontribuzzjonijiet għal perjodi tas-servizz billi tuża l-istess metodu ta’ attribuzzjoni meħtieġ bil-paragrafu 70 għall-benefiċċju gross (jiġifieri billi tuża l-formula ta’ kontribuzzjoni tal-pjan jew fuq bażi lineari); jew

(b) 

jekk l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ikun indipendenti mill-għadd ta’ snin ta’ servizz, l-entità tiġi permessa tirrikonoxxi dawn il-kontribuzzjonijiet bħala tnaqqis tal-kost tas-servizz fil-perjodu li fih jingħata s-servizz relatat. Eżempji ta’ kontribuzzjonijiet li huma indipendenti mill-għadd ta’ snin ta’ servizz jinkludu dawk li huma persentaġġ fiss tas-salarju tal-impjegat, ammont fiss matul il-perjodu tas-servizz jew dipendenti fuq l-età tal-impjegat.

Il-paragrafu A1 jipprovdi gwida relatata mal-applikazzjoni.

94 Għal kontribuzzjonijiet minn impjegati jew partijiet terzi li jkunu attribwiti ma’ perjodi tas-servizz f’konformità mal-paragrafu 93(a), bidliet fil-kontribuzzjonijiet jirriżultaw:

(a) 

fil-kost tas-servizz kurrenti u passat (jekk dawn il-bidliet ma jkunux stipulati fit-termini formali ta’ pjan u ma jirriżultawx minn obbligu kostruttiv); jew

(b) 

fi qligħ u telf attwarjali (jekk dawn il-bidliet ikunu stipulati fit-termini formali ta’ pjan, jew jirriżultaw minn obbligu kostruttiv).

95 Xi benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma marbuta ma’ varjabbli bħal-livell ta’ benefiċċji tal-irtirar mill-Istat jew il-kura medika mill-Istat. Il-kejl ta’ dawn il-benefiċċji jirrifletti l-aħjar stima ta’ dawn il-varjabbli, abbażi ta’ data storika u evidenza affidabbli oħra.

96   Suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet mediċi għandhom iqisu l-bidliet futuri stmati fil-kost tas-servizzi mediċi, li jirriżultaw kemm mill-inflazzjoni kif ukoll mill-bidliet speċifiċi fil-kostijiet mediċi.

97 Il-kejl tal-benefiċċji mediċi ta’ wara l-impjieg jeħtieġ suppożizzjonijiet dwar il-livell u l-frekwenza tat-talbiet futuri u l-kost sabiex dawk it-talbiet jiġu ssodisfati. Entità tistma l-kostijiet mediċi futuri abbażi ta’ data storika dwar l-esperjenza tal-entità stess, supplimentata, fejn meħtieġ, minn data storika minn entitajiet oħra, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fornituri mediċi jew sorsi oħra. Stimi tal-kostijiet mediċi futuri jqisu l-effett ta’ avvanzi teknoloġiċi, il-bidliet fl-użu tal-kura tas-saħħa jew xejriet fil-prestazzjoni u bidliet fl-istat tas-saħħa tal-parteċipanti fil-pjan.

98 Il-livell u l-frekwenza tat-talbiet huma partikolarment sensittivi għall-età, għall-istat tas-saħħa u għas-sess tal-impjegati (u d-dipendenti tagħhom) u jistgħu jkunu sensittivi għal fatturi oħra bħall-post ġeografiku. Għaldaqstant, id-data storika tiġi aġġustata skont kemm it-taħlita demografika tal-popolazzjoni tkun differenti minn dik tal-popolazzjoni użata bħala bażi għad-data. Tiġi aġġustata wkoll meta jkun hemm evidenza affidabbli li x-xejriet storiċi mhumiex se jkomplu.

Kost tas-servizz passat u qligħ u telf mas-saldu

99   Meta jiġi determinat il-kost tas-servizz passat, jew qligħ jew telf mas-saldu, entità għandha tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit billi tuża l-valur ġust kurrenti tal-assi tal-pjan u suppożizzjonijiet attwarjali kurrenti (fosthom ir-rati tal-imgħax kurrenti tas-suq u prezzijiet kurrenti oħra tas-suq) li jirrifletti:

(a) 

il-benefiċċji offruti skont il-pjan u l-assi tal-pjan qabel l-emenda fil-pjan, it-tnaqqis jew is-saldu; u

(b) 

il-benefiċċji offruti skont il-pjan u l-assi tal-pjan wara l-emenda fil-pjan, it-tnaqqis jew is-saldu.

100 Entità ma għandhiex għalfejn tiddistingwi bejn kost tas-servizz passat li jirriżulta minn emenda fil-pjan, kost tas-servizz passat li jirriżulta minn taqsir jew qligħ jew telf mas-saldu jekk dawn it-tranżazzjonijiet iseħħu flimkien. F’xi każijiet, emenda fil-pjan isseħħ qabel is-saldu, bħal meta entità tbiddel il-benefiċċji skont il-pjan u ssalda l-benefiċċji emendati aktar tard. F’dawn il-każijiet entità tirrikonoxxi l-kost tas-servizz passat qabel kwalunkwe qligħ jew telf mas-saldu.

101 Saldu jseħħ flimkien ma’ emenda u taqsir fil-pjan jekk pjan jiġi terminat bir-riżultat li l-obbligu jiġi saldat u l-pjan ma jibqax jeżisti. Madankollu, it-terminazzjoni ta’ pjan ma tkunx saldu jekk il-pjan jiġi sostitwit bi pjan ġdid li joffri benefiċċji li huma, fis-sustanza tagħhom, l-istess.

101A Meta sseħħ emenda, taqsir jew saldu tal-pjan, entità għandha tirrikonoxxi u tkejjel kwalunkwe kost tas-servizz passat, jew qligħ jew telf mas-saldu, f’konformità mal-paragrafi 99–101 u l-paragrafi 102–112. Meta tagħmel dan, entità għandha tikkunsidra l-effett tal-livell massimu tal-assi. Entità għandha mbagħad tiddetermina l-effett tal-livell massimu tal-assi wara l-emenda, it-taqsir jew is-saldu tal-pjan u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla f’dak is-sens f’konformità mal-paragrafu 57(d).

Kost tas-servizz passat

102 Kost tas-servizz passat huwa l-bidla fil-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit li tirriżulta minn emenda jew taqsir fil-pjan.

103   Entità għandha tirrikonoxxi l-kost tas-servizz passat bħala spiża fl-ewwel minn dawn id-dati:

(a) 

meta sseħħ l-emenda jew it-taqsir fil-pjan; u

(b) 

meta l-entità tirrikonoxxi kostijiet relatati ta’ ristrutturazzjoni (ara l-IAS 37) jew benefiċċji tat-terminazzjoni (ara l-paragrafu 165).

104 Emenda fil-pjan isseħħ meta entità tintroduċi, jew tirtira, pjan ta’ benefiċċju definit jew tibdel il-benefiċċji pagabbli skont pjan ta’ benefiċċju definit eżistenti.

105 Taqsir iseħħ meta entità tnaqqas b’mod sinifikanti l-għadd ta’ impjegati koperti minn pjan. Taqsir jista’ jirriżulta minn event iżolat, bħall-għeluq ta’ impjant, operazzjoni li ma titkompliex jew it-terminazzjoni jew is-sospensjoni ta’ pjan.

106 Il-kost tas-servizz passat jista’ jkun pożittiv (meta l-benefiċċji jiġu introdotti jew jinbidlu biex il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit jiżdied) jew negattiv (meta l-benefiċċji jiġu rtirati jew jinbidlu biex il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit jonqos).

107 Meta entità tnaqqas il-benefiċċji pagabbli skont pjan ta’ benefiċċju definit eżistenti u, fl-istess ħin, iżżid benefiċċji oħra pagabbli skont il-pjan għall-istess impjegati, l-entità tittratta l-bidla bħala bidla netta waħda.

108 Il-kost tas-servizz passat jeskludi:

(a) 

l-effett tad-differenzi bejn iż-żidiet reali u ż-żidiet preċedentement assunti fis-salarji, fuq l-obbligu li jitħallsu benefiċċji għal servizz fis-snin preċedenti (ma hemm ebda kost tas-servizz passat għax is-suppożizzjonijiet attwarjali jaħsbu għall-projezzjonijiet tas-salarji);

(b) 

sotto- u sovraestimi ta’ żidiet fil-pensjoni diskrezzjonali meta entità jkollha obbligu kostruttiv biex tagħti dawn iż-żidiet (ma hemm ebda kost tas-servizz passat għax is-suppożizzjonijiet attwarjali jaħsbu għal dawn iż-żidiet);

(c) 

stimi ta’ titjib fil-benefiċċji li jirriżulta minn qligħ attwarjali jew mir-redditu fuq l-assi tal-pjan li kienu ġew rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji jekk l-entità tkun obbligata, b’termini formali ta’ pjan (jew obbligu kostruttiv li jmur lil hinn minn dawk it-termini) jew b’leġiżlazzjoni, li tuża kwalunkwe surplus fil-pjan għall-benefiċċju tal-parteċipanti tal-pjan, anki jekk iż-żieda fil-benefiċċju tkun għadha ma ngħatatx formalment (ma jkun hemm ebda kost tas-servizz passat għax iż-żieda li tirriżulta mill-obbligu tkun telf attwarjali, ara l-paragrafu 88); u

(d) 

iż-żieda fil-benefiċċji vestiti (jiġifieri benefiċċji li ma jiddependux fuq impjieg futur, ara l-paragrafu 72) meta, fin-nuqqas ta’ benefiċċji ġodda jew imtejba, l-impjegati jissodisfaw rekwiżiti ta’ vestiment (ma hemm ebda kost tas-servizz passat għax l-entità rrikonoxxiet il-kost stmat tal-benefiċċji bħala l-kost tas-servizz attwali billi s-servizz ingħata).

Qligħ u telf mas-saldu

109 Il-qligħ jew it-telf ma’ saldu huwa d-differenza bejn:

(a) 

il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit li jkun qed jiġi saldat, kif determinat fid-data tas-saldu; u

(b) 

il-prezz tas-saldu, inkluż kwalunkwe assi trasferiti tal-pjan u kwalunkwe pagament li jkun sar direttament mill-entità b’rabta mas-saldu.

110   Entità għandha tirrikonoxxi qligħ jew telf mas-saldu ta’ pjan ta’ benefiċċju definit meta jseħħ is-saldu.

111 Saldu jseħħ meta entità tidħol għal tranżazzjoni li telimina l-obbligi legali jew kostruttivi ulterjuri kollha għal parti mill-benefiċċji jew għall-benefiċċji kollha pprovduti skont pjan ta’ benefiċċju definit (għajr għal pagament tal-benefiċċji lill-impjegati, jew f’isimhom, f’konformità mat-termini tal-pjan u inkluż fis-suppożizzjonijiet attwarjali). Pereżempju, trasferiment ta’ darba ta’ obbligi sinifikanti tal-impjegatur skont il-pjan lejn kumpanija tal-assigurazzjoni permezz tax-xiri ta’ polza tal-assigurazzjoni huwa saldu; pagament fi flus ta’ somma f’daqqa, skont it-termini tal-pjan, lil parteċipanti tal-pjan bi skambju mad-drittijiet tagħhom li jirċievu benefiċċji speċifiċi wara l-impjieg, mhumiex.

112 F’xi każijiet, entità tikseb polza tal-assigurazzjoni sabiex tiffinanzja wħud mill-benefiċċji tal-impjegati, jew kollha, relatati mas-servizzi tal-impjegati fil-perjodi kurrenti jew preċedenti. L-akkwiżizzjoni ta’ din il-polza mhijiex saldu jekk l-entità żżomm obbligu legali jew kostruttiv (ara l-paragrafu 46) li tħallas ammonti ulterjuri jekk l-assiguratur ma jħallasx il-benefiċċji tal-impjegati speċifikati fil-polza tal-assigurazzjoni. Il-paragrafi 116–119 jindirizzaw ir-rikonoxximent u l-kejl tad-drittijiet tar-rimborż skont poloz tal-assigurazzjoni li mhumiex assi tal-pjan.

Rikonoxximent u kejl: l-assi tal-pjan

Valur ġust tal-assi tal-pjan

113 Il-valur ġust ta’ kwalunkwe assi tal-pjan jitnaqqas mill-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit fid-determinazzjoni tad-defiċit jew is-surplus.

114 L-assi tal-pjan jeskludu kontribuzzjonijiet mhux imħallsa dovuti mill-entità relatriċi lill-fond, kif ukoll kwalunkwe strument finanzjarju mhux trasferibbli maħruġ mill-entità u miżmum mill-fond. L-assi tal-pjan jitnaqqsu bi kwalunkwe obbligazzjoni tal-fond li ma għandiex x’taqsam mal-benefiċċji tal-impjegati, pereżempju l-kummerċ u pagabbli u obbligazzjonijiet oħra li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji derivattivi.

115 Meta l-assi tal-pjan jinkludu poloz kwalifikanti tal-assigurazzjoni li jaqblu eżatt mal-ammont u t-twaqqit ta’ wħud mill-benefiċċji, jew il-benefiċċji kollha, pagabbli skont il-pjan, il-valur ġust ta’ dawk il-poloz tal-assigurazzjoni jitqies li jkun il-valur preżenti tal-obbligi relatati (soġġett għal kwalunkwe tnaqqis meħtieġ jekk l-ammonti riċevibbli skont il-polza tal-assigurazzjoni ma jkunux rekuperabbli bis-sħiħ).

Rimborżi

116   Meta, u biss meta, ikun virtwalment ċert li parti oħra se tirrimborża parzjalment jew kompletament in-nefqa meħtieġa sabiex jissalda obbligu ta’ benefiċċju definit, entità għandha:

(a) 

tirrikonoxxi d-dritt tagħha għar-rimborż bħala assi separat. L-entità għandha tkejjel l-assi fil-valur ġust.

(b) 

tiddiżaggrega u tirrikonoxxi l-bidliet fil-valur ġust tad-dritt tagħha għal rimborż bl-istess mod bħal ma tagħmel għal bidliet fil-valur ġust ta’ assi tal-pjan (ara l-paragrafi 124 u 125). Il-komponenti tal-kost tal-benefiċċju definit rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 120 jistgħu jkunu n-nett rikonoxxut tal-ammonti marbuta mal-bidliet fl-ammont riportat tad-dritt għal rimborż.

117 Xi drabi, entità tista’ tħares lejn parti oħra, bħal assiguratur, sabiex tħallas parti min-nefqa jew in-nefqa kollha meħtieġa għas-saldu ta’ obbligu ta’ benefiċċju definit. Il-poloz kwalifikanti tal-assigurazzjoni, kif definit fil-paragrafu 8, huma l-assi tal-pjan. Entità tikkontabbilizza l-poloz kwalifikanti tal-assigurazzjoni bl-istess mod bħal ma tagħmel għall-assi tal-pjan l-oħra u l-paragrafu 116 mhuwiex rilevanti (ara l-paragrafi 46–49 u 115).

118 Meta polza tal-assigurazzjoni miżmuma minn entità ma tkunx polza kwalifikanti tal-assigurazzjoni, dik il-polza tal-assigurazzjoni ma tkunx assi tal-pjan. Il-paragrafu 116 huwa rilevanti f’dawn il-każijiet: l-entità tirrikonoxxi d-dritt tagħha għar-rimborż skont il-polza tal-assigurazzjoni bħala assi separat, u mhux bħala tnaqqis fid-determinazzjoni tad-defiċit jew surplus tal-benefiċċju definit. Il-paragrafu 140(b) jirrikjedi li l-entità tiddivulga deskrizzjoni qasira tar-rabta bejn id-dritt tar-rimborż u l-obbligu relatat.

119 Jekk ikun hemm id-dritt għal rimborż skont polza tal-assigurazzjoni li jaqbel eżatt mal-ammont u t-twaqqit ta’ wħud mill-benefiċċji jew mal-benefiċċji kollha pagabbli skont pjan ta’ benefiċċju definit, il-valur ġust tad-dritt tar-rimborż jitqies li huwa l-valur preżenti tal-obbligu relatat (soġġett għal kwalunkwe tnaqqis meħtieġ jekk ir-rimborż ma jkunx rekuperabbli bis-sħiħ).

Komponenti tal-kost ta’ benefiċċju definit

120   Entità għandha tirrikonoxxi l-komponenti ta’ kost ta’ benefiċċju definit, ħlief sal-punt li IFRS ieħor jitlob jew jippermetti l-inklużjoni tagħhom fil-kost ta’ assi, kif ġej:

(a) 

kost tas-servizz (ara l-paragrafi 66–112 u l-paragrafu 122A) fi profitt jew telf;

(b) 

l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) ta’ benefiċċju definit nett (ara l-paragrafi 123–126) fi profitt jew telf; u

(c) 

kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafi 127–130) f’introjtu ieħor komprensiv.

121 IFRSs oħrajn jeħtieġu l-inklużjoni ta’ xi kostijiet ta’ benefiċċji tal-impjegati fil-kostijiet tal-assi, bħal inventarji u proprjetà, impjanti u tagħmir (ara l-IAS 2 u l-IAS 16). Kull kost ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg inklużi fil-kost ta’ dawk l-assi jinkludu l-proporzjon xieraq tal-komponenti elenkati fil-paragrafu 120.

122   Kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv ma għandux jiġi riklassifikat bħala profitt jew telf f’perjodu sussegwenti. Madankollu, l-entità tista’ tittrasferixxi dawk l-ammonti rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fl-ekwità.

Kost tas-servizz attwali

122A   Entità għandha tiddetermina l-kost tas-servizz attwali bl-użu ta’ suppożizzjonijiet attwarjali determinati fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99, din għandha tiddetermina l-kost tas-servizz attwali għall-bqija tal-perjodu ta’ rapportar annwali wara emenda, taqsir jew saldu tal-pjan bl-użu ta’ suppożizzjonijiet attwarjali użati biex ikejlu mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99(b).

Mgħax nett fuq obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett

123   Entità għandha tiddetermina l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett bil-multiplikazzjoni tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett permezz tar-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu 83.

123A   Biex tiddetermina l-imgħax nett f’konformità mal-paragrafu 123, entità għandha tuża l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett u r-rata ta’ skont determinata fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99, l-entità għandha tiddetermina l-imgħax nett għall-bqija tal-perjodu annwali ta’ rapportar wara emenda, taqsir jew saldu tal-pjan bl-użu ta’:

(a) 

l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi) determinati skont il-paragrafu 99(b); u

(b) 

ir-rata ta’ skont użata biex tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99(b).

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 123A, l-entità għandha tqis ukoll kwalunkwe bidla fl-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett matul il-perjodu li jirriżulta minn kontribuzzjonijiet jew pagamenti tal-benefiċċji.

124 Mgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett jista’ jitqies li jinkludi introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan, il-kost tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit u mgħax fuq l-effett tal-limitu massimu tal-assi msemmi fil-paragrafu 64.

125 Introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan huwa komponent tar-redditi fuq l-assi tal-pjan, u jiġi determinat bil-multiplikazzjoni tal-valur ġust tal-assi tal-pjan permezz tar-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu 123A. Entità għandha tiddetermina l-valur ġust tal-assi tal-pjan fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99, l-entità għandha tiddetermina l-introjtu mill-imgħax għall-bqija tal-perjodu ta’ rapportar annwali wara emenda, taqsir jew saldu tal-pjan bl-użu tal-assi tal-pjan użati biex titkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99(b). Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 125, l-entità għandha tqis ukoll kwalunkwe bidla fl-assi tal-pjan miżmuma matul il-perjodu li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet jew pagamenti tal-benefiċċji. Id-differenza bejn l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan u r-redditu fuq l-assi tal-pjan tiġi inkluża fil-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett.

126 Mgħax fuq l-effett tal-livell massimu tal-assi huwa parti mill-bidla totali fl-effett tal-livell massimu tal-assi, u jiġi determinat billi l-effett tal-limitu massimu tal-assi jiġi mmultiplikat bir-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu 123A. Entità għandha tiddetermina l-effett tal-limitu massimu tal-assi fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett f’konformità mal-paragrafu 99, l-entità għandha tiddetermina l-imgħax fuq l-effett tal-limitu massimu tal-assi għall-bqija tal-perjodu ta’ rapportar annwali wara l-emenda, it-taqsir jew is-saldu tal-pjan billi tiġi kkunsidrata kwalunkwe bidla fl-effett tal-limitu massimu tal-assi determinata f’konformità mal-paragrafu 101A. Id-differenza bejn l-imgħax fuq l-effett tal-limitu massimu tal-assi u l-bidla totali fl-effett tal-limitu massimu tal-assi hija inkluża fil-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett.

Kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett

127 Kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett jinkludi:

(a) 

qligħ u telf attwarjali (ara l-paragrafi 128 u 129);

(b) 

ir-redditu fuq l-assi tal-pjan (ara l-paragrafu 130), bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafu 125); u

(c) 

kwalunkwe bidla fl-effett tal-limitu massimu tal-assi, bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafu 126).

128 Il-qligħ u t-telf attwarjali jirriżultaw minn żidiet jew tnaqqis fil-valur preżenti tal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit minħabba bidliet fis-suppożizzjonijiet attwarjali u l-aġġustamenti tal-esperjenza. Il-kawżi tal-qligħ u t-telf attwarjali jinkludu, pereżempju:

(a) 

rati għoljin jew baxxi mhux mistennija ta’ dawran, irtirar kmieni jew mortalità tal-impjegati jew żidiet fis-salarji, benefiċċji (jekk it-termini formali jew kostruttivi ta’ pjan jipprevedu żidiet għall-inflazzjoni fil-benefiċċji) jew kostijiet mediċi;

(b) 

l-effett tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet dwar l-opzjonijiet ta’ pagament tal-benefiċċju;

(c) 

l-effett tal-bidliet fl-istimi tad-dawran, l-irtirar bikri jew il-mortalità futuri tal-impjegati jew taż-żidiet fis-salarji, il-benefiċċji (jekk it-termini formali jew kostruttivi ta’ pjan jipprevedu żidiet għall-inflazzjoni fil-benefiċċji) jew kostijiet mediċi; u

(d) 

l-effett tal-bidliet fir-rata ta’ skont.

129 Qligħ jew telf attwarjali ma jinkludix bidliet fil-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit minħabba l-introduzzjoni, l-emendi, it-taqsir jew is-saldu tal-pjan ta’ benefiċċju definit, jew bidliet fil-benefiċċji pagabbli skont il-pjan ta’ benefiċċju definit. Dawn il-bidliet jirriżultaw f’kostijiet tas-servizz passati jew qligħ jew telf mas-saldu.

130 Meta jiġi determinat ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, entità tnaqqas il-kostijiet tal-immaniġġar tal-assi tal-pjan u kwalunkwe taxxa pagabbli mill-pjan innifsu, għajr it-taxxa inkluża fis-suppożizzjonijiet attwarjali użati għall-kejl tal-obbligu tal-benefiċċju definit (il-paragrafu 76). Kostijiet amministrattivi oħra ma jitnaqqsux mir-redditu fuq l-assi tal-pjan.

Preżentazzjoni

Tpaċija

131   Entità għandha tpaċi assi relatat ma’ pjan wieħed ma’ obbligazzjoni relatata ma’ pjan ieħor meta, u biss meta, l-entità:

(a) 

ikollha dritt legalment infurzabbli li tuża surplus fi pjan wieħed bħala saldu ta’ obbligi fil-pjan l-ieħor; u

(b) 

ikun beħsiebha ssalda l-obbligi fuq bażi netta, jew tirrealizza s-surplus fi pjan wieħed u ssalda l-obbligu tagħha fil-pjan l-ieħor simultanjament.

132 Il-kriterji ta’ tpaċija huma simili għal dawk stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni.

Distinzjoni bejn kurrenti u mhux kurrenti

133 Xi entitajiet jiddistingwu assi u obbligazzjonijiet kurrenti minn assi u obbligazzjonijiet mhux kurrenti. Dan l-Istandard ma jispeċifikax jekk jenħtieġx li l-entità tiddistingwi porzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti li jirriżultaw minn benefiċċji ta’ wara l-impjieg.

Komponenti tal-kost ta’ benefiċċju definit

134 Il-paragrafu 120 jeħtieġ li entità tirrikonoxxi kost ta’ servizz u l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) ta’ benefiċċju definit nett fi profitt jew telf. Dan l-Istandard ma jispeċifikax kif jenħtieġ li entità tippreżenta l-kost ta’ servizz preżenti u l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) ta’ benefiċċju definit nett. Entità tippreżenta dawk il-komponenti f’konformità mal-IAS 1.

Divulgazzjoni

135   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li:

(a) 

tispjega l-karatteristiki tal-pjanijiet ta’ benefiċċju definit tagħha u r-riskji assoċjati magħhom (ara l-paragrafu 139);

(b) 

tidentifika u tispjega l-ammonti fir-rapporti finanzjarji tagħha li jirriżultaw mill-pjanijiet ta’ benefiċċju definit tagħha (ara l-paragrafi 140-144); u

(c) 

tiddeskrivi kif il-pjanijiet ta’ benefiċċju definit tagħha jistgħu jaffettwaw l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus tal-entità (ara l-paragrafu 145-147).

136 Biex tilħaq l-objettivi fil-paragrafu 135, entità għandha tqis dan kollu li ġej:

(a) 

il-livell tad-dettall meħtieġ sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni;

(b) 

kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti diversi;

(c) 

kemm għandha tagħmel aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni; u

(d) 

jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji jeħtiġux informazzjoni addizzjonali biex jevalwaw l-informazzjoni kwantitattiva divulgata.

137 Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti f’konformità mar-rekwiżiti f’dan l-istandard u IFRSs oħra ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi fil-paragrafu 135, entità għandha tiddivulga informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tilħaq dawn l-objettivi. Pereżempju, entità tista’ tippreżenta analiżi tal-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit li jiddistingwi n-natura, il-karatteristiki u r-riskji tal-obbligu. Tali divulgazzjoni tista’ tiddistingwi:

(a) 

bejn ammonti dovuti għal membri attivi, membri differiti u pensjonanti.

(b) 

bejn benefiċċji vestiti u benefiċċji dovuti iżda mhux vestiti.

(c) 

bejn benefiċċji kondizzjonali, ammonti attribwibbli għal żidiet futuri fis-salarji u benefiċċji oħra.

138 Entità għandha tivvaluta jekk jenħtieġx li d-divulgazzjonijiet kollha jew uħud minnhom jiġu diżaggregati biex jiġu distinti pjanijiet jew gruppi ta’ pjanijiet b’riskji differenti materjalment. Pereżempju, entità tista’ tiddiżaggrega divulgazzjoni dwar pjanijiet li juru wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin jew aktar:

(a) 

postijiet ġeografiċi differenti.

(b) 

karatteristiki differenti bħal pjanijiet tal-pensjoni bbażati fuq salarju fiss, pjanijiet tal-pensjoni bbażati fuq is-salarju finali u pjanijiet mediċi ta’ wara l-impjieg.

(c) 

ambjenti regolatorji differenti.

(d) 

segmenti differenti ta’ rapportar.

(e) 

arranġamenti differenti ta’ finanzjament (eż. kompletament mhux iffinanzjat, iffinanzjat kollu jew parzjalment).

Karatteristiki tal-pjanijiet ta’ benefiċċju definit u r-riskji assoċjati magħhom

139 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

informazzjoni dwar il-karatteristiki tal-pjanijiet ta’ benefiċċju definit tagħha, fosthom:

(i) 

in-natura tal-benefiċċji pprovduti mill-pjan (eż. pjan ta’ benefiċċju bbażat fuq is-salarju finali jew pjan ibbażat fuq il-kontribuzzjonijiet b’garanzija).

(ii) 

deskrizzjoni tal-qafas regolatorju li fih jopera l-pjan, pereżempju l-livell ta’ kwalunkwe rekwiżit ta’ finanzjament minimu, u kwalunkwe effett tal-qafas regolatorju fuq il-pjan, bħal-limitu massimu tal-assi (ara l-paragrafu 64).

(iii) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe responsabbiltà ta’ entità oħra għall-governanza tal-pjan, pereżempju responsabbiltajiet tat-trustees jew tal-membri tal-bord tal-pjan.

(b) 

deskrizzjoni tar-riskji li l-pjan jesponi lill-entità għalihom, b’enfasi fuq kwalunkwe riskju mhux tas-soltu, speċifiku għall-entità jew għall-pjan, u fuq kwalunkwe konċentrazzjoni sinifikanti ta’ riskji. Pereżempju, jekk l-assi ta’ pjan jiġu investiti primarjament fi klassi waħda ta’ investimenti, eż. proprjetà, il-pjan jista’ jesponi lill-entità għal konċentrazzjoni ta’ riskji tas-suq tal-proprjetà.

(c) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe emenda, taqsir jew saldu tal-pjan.

Spjegazzjoni tal-ammonti fir-rapporti finanzjarji

140 Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq għal kull wieħed minn dawn, jekk applikabbli:

(a) 

l-obbligazzjoni (assi) ta’ benefiċċju definit nett, li turi rikonċiljazzjonijiet separati għal:

(i) 

l-assi tal-pjan.

(ii) 

il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit.

(iii) 

l-effett tal-limitu massimu tal-assi.

(b) 

kwalunkwe dritt ta’ rimborż. Entità għandha tiddeskrivi wkoll ir-relazzjoni bejn kwalunkwe dritt ta’ rimborż u l-obbligu relatat.

141 Kull rikonċiljazzjoni elenkata fil-paragrafu 140 għandha turi kull wieħed minn dawn, jekk applikabbli:

(a) 

il-kost tas-servizz attwali.

(b) 

l-introjtu jew l-ispiża fuq imgħaxijiet.

(c) 

il-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett, li juri separatament:

(i) 

ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax f’(b).

(ii) 

il-qligħ u t-telf attwarjali li jirriżultaw minn bidliet fis-suppożizzjonijiet demografiċi (ara l-paragrafu 76(a)).

(iii) 

il-qligħ u t-telf attwarjali li jirriżultaw minn bidliet fis-suppożizzjonijiet finanzjarji (ara l-paragrafu 76(b)).

(iv) 

il-bidliet fl-effett tal-limitar ta’ assi ta’ benefiċċju definit għal-limitu massimu tal-assi, bl-esklużjoni tal-ammonti inklużi fl-imgħax f’(b). Entità għandha tiddivulga wkoll kif iddeterminat il-benefiċċju ekonomiku massimu disponibbli, jiġifieri jekk dawk il-benefiċċji ikunux fil-forma ta’ rifużjonijiet, tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jew taħlita tat-tnejn.

(d) 

kost tas-servizz passat u qligħ u telf li jinħolqu mis-saldu. Kif permess mill-paragrafu 100, il-kost tas-servizz passat u qligħ u telf li jinħolqu mis-saldi ma għandhomx bżonn ikunu distinti jekk iseħħu flimkien.

(e) 

l-effetti tal-bidliet fir-rati tal-kambju barrani.

(f) 

kontribuzzjonijiet għall-pjan, li juru separatament dawk mill-impjegatur u dawk mill-parteċipanti tal-pjan.

(g) 

pagamenti mill-pjan, li juru separatament l-ammont imħallas fir-rigward ta’ kwalunkwe saldu.

(h) 

l-effetti tal-kombinamenti ta’ negozji u d-disponimenti.

142 Entità għandha tiddiżaggrega l-valur ġust tal-assi tal-pjan fi klassijiet li jiddistingwu n-natura u r-riskji ta’ dawk l-assi, u tissuddividi kull klassi tal-assi tal-pjan f’dak li għandhom prezz ikkwotat fis-suq attiv (kif definit fl-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust) u dawk li ma għandhomx. Pereżempju, u fid-dawl tal-livell ta’ divulgazzjoni diskuss fil-paragrafu 136, entità tista’ tiddistingwi bejn:

(a) 

flus u ekwivalenti ta’ flus;

(b) 

strumenti ta’ ekwità (segregati skont it-tip ta’ industrija, id-daqs ta’ kumpanija, il-ġeografija, eċċ.);

(c) 

strumenti ta’ dejn (segregati skont it-tip ta’ emittent, il-kwalità tal-kreditu, il-ġeografija, eċċ.);

(d) 

proprjetà immobbli (segregata skont il-ġeografija, eċċ.);

(e) 

derivattivi (segregati skont it-tip ta’ riskju sottostanti fil-kuntratt, pereżempju kuntratti tar-rata tal-imgħax, kuntratti ta’ kambju, kuntratti ta’ ekwità, kuntratti tal-kreditu, swaps ta’ lonġevità, eċċ.);

(f) 

fondi ta’ investiment (segregati skont it-tip ta’ fond);

(g) 

titoli garantiti b’assi; u

(h) 

dejn strutturat.

143 Entità għandha tiddivulga l-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji trasferibbli tal-entità stess miżmuma bħala assi tal-pjan, u l-valur ġust tal-assi tal-pjan li huma proprjetà okkupata mill-entità, jew assi oħra użati minnha.

144 Entità għandha tiddivulga s-suppożizzjonijiet attwarjali sinifikanti użati biex jiddeterminaw il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit (ara l-paragrafu 76). Dawn id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu f’termini assoluti (eż. bħala persentaġġ assolut, u mhux biss bħala marġni bejn persentaġġi differenti u varjabbli oħra). Meta entità tipprevedi divulgazzjonijiet fit-total għal raggruppament ta’ pjanijiet, din għandha tipprovdi wkoll dawk id-divulgazzjonijiet fil-forma ta’ medji ponderati jew ta’ meded relattivament dojoq.

Ammont, twaqqit u inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus

145 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

analiżi tas-sensittività għal kull suppożizzjoni attwarjali sinifikanti (kif iddivulgat skont il-paragrafu 144) fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, fejn turi kif l-obbligu ta’ benefiċċju definit kien ikun affettwat mill-bidliet fis-suppożizzjonijiet attwarjali rilevanti li kienu raġonevolment possibbli f’dik id-data.

(b) 

il-metodu u s-suppożizzjonijiet użati fit-tħejjija tal-analiżijiet tas-sensittività meħtieġa minn (a) u l-limitazzjonijiet ta’ dawk il-metodi.

(c) 

bidliet mill-perjodu preċedenti fil-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fit-tħejjija tal-analiżijiet tas-sensittività, u r-raġunijiet għal dawn il-bidliet.

146 Entità għandha tiddivulga deskrizzjoni ta’ kwalunkwe strateġija ta’ tqabbil ta’ assi ma’ obbligazzjonijiet użati mill-pjan jew l-entità, fosthom l-użu tal-annwalitajiet u tekniki simili oħra, bħal swaps ta’ lonġevità, biex tiġġestixxi r-riskji.

147 Biex tipprovdi indikazzjoni tal-effett tal-pjan ta’ benefiċċju definit fuq il-flussi futuri ta’ flus tal-entità, entità għandha tiddivulga:

(a) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe arranġament ta’ finanzjament u politika ta’ finanzjament li taffettwa l-kontribuzzjonijiet futuri.

(b) 

il-kontribuzzjonijiet mistennija għall-pjan għall-perjodu ta’ rapportar annwali li jmiss.

(c) 

informazzjoni dwar il-profil tal-maturità tal-obbligu ta’ benefiċċju definit. Din se tinkludi d-durata medja ponderata tal-obbligu ta’ benefiċċju definit u tista’ tinkludi informazzjoni oħra dwar id-distribuzzjoni tat-twaqqit tal-pagamenti tal-benefiċċji, bħal analiżi tal-maturità tal-pagamenti tal-benefiċċju.

Pjanijiet bejn għadd ta’ impjegaturi

148 Jekk entità tipparteċipa fi pjan ta’ benefiċċju definit bejn għadd ta’ impjegaturi, din għandha tiddivulga:

(a) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti tal-finanzjament, fosthom il-metodu użat biex tiġi determinata r-rata ta’ kontribuzzjonijiet tal-entità u kwalunkwe rekwiżit ta’ finanzjament minimu.

(b) 

deskrizzjoni tal-limitu sa fejn l-entità tista’ tkun responsabbli fil-pjan għal obbligazzjonijiet ta’ entitajiet oħra skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjan bejn għadd ta’ impjegaturi.

(c) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe allokazzjoni miftiehma ta’ defiċit jew surplus fuq:

(i) 

l-istralċ tal-pjan; jew

(ii) 

l-irtirar tal-entità mill-pjan.

(d) 

jekk l-entità tikkontabbilizza dak il-pjan daqslikieku kien pjan ta’ kontribuzzjoni definita f’konformità mal-paragrafu 34, din għandha tiddivulga dan li ġej, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(c) u minflok l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 139–147:

(i) 

il-fatt li l-pjan huwa pjan ta’ benefiċċju definit.

(ii) 

ir-raġuni għaliex ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli li tippermetti li l-entità tikkontabbilizza l-pjan bħala pjan ta’ benefiċċju definit.

(iii) 

il-kontribuzzjonijiet mistennija għall-pjan għall-perjodu ta’ rapportar annwali li jmiss.

(iv) 

informazzjoni dwar kwalunkwe defiċit jew surplus fil-pjan li jista’ jaffettwa l-ammont tal-kontribuzzjonijiet futuri, fosthom il-bażi użata biex tiddetermina dak id-defiċit jew is-surplus u l-implikazzjonijiet, jekk ikun hemm, għall-entità.

(v) 

indikazzjoni tal-livell ta’ parteċipazzjoni tal-entità fil-pjan imqabbel ma’ entitajiet parteċipanti oħra. Eżempji ta’ miżuri li jistgħu jipprovdu indikazzjoni bħal din jinkludu l-proporzjon tal-entità mill-kontribuzzjonijiet totali għall-pjan jew il-proporzjon tal-entità mill-għadd totali ta’ membri attivi, membri rtirati u membri preċedenti intitolati għal benefiċċji, jekk dik l-informazzjoni tkun disponibbli.

Pjanijiet ta’ benefiċċju definit li jaqsmu r-riskji bejn l-entitajiet taħt kontroll komuni

149 Jekk entità tipparteċipa fi pjan ta’ benefiċċju definit li jaqsam ir-riskji bejn entitajiet taħt kontroll komuni, din għandha tiddivulga:

(a) 

il-ftehim kuntrattwali jew il-polza ddikjarata għall-ħlas tal-kost ta’ benefiċċju definit nett jew il-fatt li ma teżisti l-ebda polza bħal din.

(b) 

il-polza li tiddetermina l-kontribuzzjoni li titħallas mill-entità.

(c) 

jekk l-entità tikkontabbilizza allokazzjoni tal-kost ta’ benefiċċju definit nett kif innotat fil-paragrafu 41, l-informazzjoni kollha dwar il-pjan sħiħ meħtieġa mill-paragrafi 135-147.

(d) 

jekk l-entità tikkontabbilizza l-kontribuzzjoni pagabbli għall-perjodu kif innotat fil-paragrafu 41, l-informazzjoni dwar il-pjan sħiħ meħtieġa mill-paragrafi 135–137, 139, 142–144 u 147(a) u (b).

150 L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 149(c) u (d) tista’ tiġi ddivulgata permezz ta’ kontroreferenza għal divulgazzjonijiet f’rapporti finanzjarji ta’ entità oħra fil-grupp jekk:

(a) 

ir-rapporti finanzjarji tal-entità fil-grupp jidentifikaw u jiddivulgaw separatament l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pjan; u

(b) 

ir-rapporti finanzjarji tal-entità fil-grupp ikunu disponibbli għall-utenti kollha tar-rapporti finanzjarji fuq l-istess termini bħar-rapporti finanzjarji tal-entità u fl-istess ħin bħar-rapporti finanzjarji tal-entità jew qabel.

Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni f’IFRSs oħra

151 Meta meħtieġ mill-IAS 24, entità tiddivulga informazzjoni dwar:

(a) 

tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati bi pjanijiet ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg; u

(b) 

benefiċċji ta’ wara l-impjieg għal membri kruċjali tal-maniġment.

152 Fejn meħtieġ mill-IAS 37, entità tiddivulga informazzjoni dwar obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn obbligi ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg.

BENEFIĊĊJI OĦRAJN TA’ TERMINU TWIL GĦALL-IMPJEGATI

153 Benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati jinkludu entrati bħal dawn li ġejjin, jekk ma jkunx mistenni li jiġu saldati bis-sħiħ qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat:

(a) 

assenzi fit-tul imħallsin bħal liv għal servizz twil jew liv sabbatiku;

(b) 

benefiċċji ta’ ġublew jew oħrajn għal servizz twil;

(c) 

benefiċċji tad-diżabbiltà fit-tul;

(d) 

kondiviżjoni tal-profitti u bonusijiet; u

(e) 

remunerazzjoni differita.

154 Il-kejl ta’ benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati ġeneralment ma jkunx soġġett għall-istess livell ta’ inċertezza bħall-kejl ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-Istandard jirrikjedi metodu kontabbilistiku simplifikat għal benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati. Għall-kuntrarju tal-kontabbiltà meħtieġa għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, dan il-metodu ma jirrikonoxxix kejl mill-ġdid f’introjtu ieħor komprensiv.

Rikonoxximent u kejl

155   Meta tirrikonoxxi u tkejjel is-surplus jew id-defiċit fi pjan ieħor ta’ benefiċċju ta’ terminu twil għall-impjegati, entità għandha tapplika l-paragrafi 56–98 u 113–115. Entità għandha tapplika l-paragrafi 116–119 meta tirrikonoxxi u tkejjel kwalunkwe dritt ta’ rimborż.

156   Fir-rigward ta’ benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati, entità għandha tirrikonoxxi t-total nett tal-ammonti li ġejjin fi profitt jew telf, ħlief sal-punt li IFRS ieħor jitlob jew jippermetti l-inklużjoni tagħhom fil-kost ta’ assi:

(a) 

il-kost tas-servizz (ara l-paragrafi 66-112 u l-paragrafu 122A);

(b) 

l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafi 123-126); u

(c) 

kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) tal-benefiċċju definit nett (ara l-paragrafi 127–130).

157 Forma waħda ta’ benefiċċju ieħor ta’ terminu twil għall-impjegati hija benefiċċju tad-diżabbiltà fit-tul. Jekk il-livell ta’ benefiċċju jiddependi fuq it-tul tas-servizz, obbligu jirriżulta meta jingħata s-servizz. Il-kejl ta’ dak l-obbligu jirrifletti l-probabbiltà li l-pagament ikun meħtieġ u t-tul ta’ żmien li matulu jkun mistenni li jsir il-pagament. Jekk il-livell ta’ benefiċċju jkun l-istess għal kwalunkwe impjegat b’diżabbiltà irrispettivament mis-snin ta’ servizz, il-kost mistenni ta’ dawk il-benefiċċji jkun rikonoxxut meta jseħħ event li jikkawża diżabbiltà fit-tul.

Divulgazzjoni

158 Għalkemm dan l-Istandard ma jirrikjedix divulgazzjonijiet speċifiċi dwar benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati, IFRSs oħra jistgħu jirrikjedu divulgazzjonijiet. Pereżempju, l-IAS 24 jeħtieġ divulgazzjonijiet dwar il-benefiċċji tal-impjegati għall-membri kruċjali tal-maniġment. L-IAS 1 jeħtieġ divulgazzjoni tal-ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati.

BENEFIĊĊJI GĦAT-TERMINAZZJONI TAL-IMPJIEG

159 Dan l-Istandard jittratta l-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg separatament minn benefiċċji oħrajn tal-impjegati għax l-event li jwassal għal obbligu huwa t-terminazzjoni tal-impjieg u mhux is-servizz tal-impjegat. Il-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg jirriżultaw minn deċiżjoni ta’ entità li ttemm l-impjieg jew minn deċiżjoni tal-impjegat li jaċċetta offerta ta’ benefiċċji mingħand l-entità bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg.

160 Benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg ma jinkludux benefiċċji tal-impjegati li jirriżultaw minn terminazzjoni ta’ impjieg fuq talba tal-impjegat mingħajr offerta mingħand l-entità, jew b’riżultat ta’ rekwiżiti obbligatorji ta’ rtirar, għax dawn il-benefiċċji huma benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Xi entitajiet jipprovdu livell aktar baxx ta’ benefiċċju għat-terminazzjoni tal-impjieg fuq talba tal-impjegat (fis-sustanza, benefiċċju ta’ wara l-impjieg) milli għat-terminazzjoni tal-impjieg fuq talba tal-entità. Id-differenza bejn il-benefiċċju pprovdut għat-terminazzjoni tal-impjieg fuq talba tal-impjegat u benefiċċju ogħla pprovdut fuq talba tal-entità hija benefiċċju għat-terminazzjoni tal-impjieg.

161 Il-forma tal-benefiċċju tal-impjegat ma tiddeterminax jekk jingħatax bi skambju għal servizz jew bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg tal-impjegat. Il-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg huma tipikament pagamenti ta’ somma f’daqqa, iżda xi kultant jinkludu wkoll:

(a) 

titjib tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, indirettament permezz ta’ pjan ta’ benefiċċju tal-impjegati jew direttament.

(b) 

salarju sa tmiem il-perjodu speċifikat ta’ avviż jekk l-impjegat ma jagħtix aktar servizz li jipprovdi benefiċċji ekonomiċi lill-entità.

162 Indikaturi li benefiċċju tal-impjegati jingħata bi skambju għal servizzi jinkludu dan li ġej:

(a) 

il-benefiċċju jkun bil-kundizzjoni li jingħata servizz futur (inklużi benefiċċji li jiżdiedu jekk jingħata aktar servizz).

(b) 

il-benefiċċju jingħata f’konformità mat-termini ta’ pjan ta’ benefiċċju tal-impjegati.

163 Xi benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg jingħataw f’konformità mat-termini ta’ pjan ta’ benefiċċju tal-impjegati eżistenti. Pereżempju, dawn jistgħu jkunu speċifikati fi statut, kuntratt tal-impjieg jew ftehim ma’ union, jew jistgħu jkunu impliċiti b’riżultat ta’ prassi passata tal-impjegatur li jipprovdi benefiċċji simili. Bħala eżempju ieħor, jekk entità tagħmel offerta ta’ benefiċċji disponibbli għal aktar minn perjodu qasir, jew ikun hemm aktar minn perjodu qasir bejn l-offerta u d-data mistennija tat-terminazzjoni reali, l-entità tqis jekk tkunx stabbiliet pjan ġdid ta’ benefiċċju tal-impjegati u b’hekk jekk il-benefiċċji offruti skont dak il-pjan humiex benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg jew benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Benefiċċji tal-impjegati pprovduti f’konformità mat-termini ta’ pjan ta’ benefiċċju tal-impjegati huma benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg jekk jirriżultaw kemm minn deċiżjoni tal-entità li ttemm l-impjieg ta’ impjegat kif ukoll ma jkunux bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut servizz fil-futur.

164 Xi benefiċċji tal-impjegati jingħataw irrispettivament mir-raġuni għat-tluq tal-impjegat. Il-pagament ta’ dawn il-benefiċċji huwa ċert (soġġett għal kwalunkwe rekwiżit ta’ vestiment jew ta’ servizz minimu) iżda t-twaqqit tal-pagament tagħhom huwa inċert. Għalkemm dawn il-benefiċċji huma deskritti f’xi ġuriżdizzjonijiet bħala indennizzi tat-terminazzjoni jew gratwitajiet tat-terminazzjoni, dawn huma benefiċċji ta’ wara l-impjieg u mhux benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg, u entità tikkontabbilizzahom bħala benefiċċji ta’ wara l-impjieg.

Rikonoxximent

165   Entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni u spiża għal benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg fl-ewwel minn dawn id-dati:

(a) 

meta entità ma tkunx tista’ tirtira aktar l-offerta ta’ dawk il-benefiċċji; u

(b) 

meta entità tirrikonoxxi l-kostijiet għal ristrutturar li jkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37 u tinvolvi l-pagament ta’ benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg.

166 Għall-benefiċċji għat-terminazzjoni pagabbli b’riżultat ta’ deċiżjoni ta’ impjegat li jaċċetta offerta ta’ benefiċċji bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg, id-data meta entità ma tkunx tista’ tirtira aktar l-offerta tal-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg tkun l-ewwel bejn:

(a) 

meta l-impjegat jaċċetta l-offerta; u

(b) 

meta tidħol fis-seħħ restrizzjoni (eż. rekwiżit legali, regolatorju jew kuntrattwali jew restrizzjoni oħra) fuq l-abbiltà tal-entità li tirtira l-offerta. Dan jiġri meta ssir offerta, jekk ir-restrizzjoni kienet teżisti fi żmien l-offerta.

167 Għall-benefiċċji għat-terminazzjoni pagabbli b’riżultat ta’ deċiżjoni ta’ entità li ttemm l-impjieg ta’ impjegat, l-entità ma tkunx tista’ tirtira aktar l-offerta meta l-entità tkun ikkomunikat pjan ta’ terminazzjoni lill-impjegati affettwati li jkun jilħaq dawn il-kriterji kollha:

(a) 

Azzjonijiet meħtieġa biex jitwettaq il-pjan jindikaw li probabbli mhux se jsiru bidliet sinifikanti fil-pjan.

(b) 

Il-pjan jidentifika l-għadd ta’ impjegati li l-impjieg tagħhom se jintemm, il-klassifikazzjonijiet tal-impjieg tagħhom jew il-funzjonijiet u l-lokalitajiet tagħhom (iżda ma hemmx bżonn li l-pjan jidentifika kull impjegat individwali) u d-data mistennija għat-tkomplija.

(c) 

Il-pjan jistabbilixxi l-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg li l-impjegati se jirċievu f’biżżejjed dettall li l-impjegati jkunu jistgħu jiddeterminaw it-tip u l-ammont ta’ benefiċċji li jkunu se jirċievu meta l-impjieg tagħhom jintemm.

168 Meta entità tirrikonoxxi benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg, l-entità jista’ jkollha tikkontabbilizza wkoll emenda jew taqsir fil-pjan ta’ benefiċċji oħra tal-impjegati (ara l-paragrafu 103).

Kejl

169   Entità għandha tkejjel il-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg mar-rikonoxximent inizjali, u għandha tkejjel u tirrikonoxxi bidliet sussegwenti, f’konformità man-natura tal-benefiċċju tal-impjegati, bil-kundizzjoni li jekk il-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg ikunu b’titjib għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg. Barra minn hekk:

(a) 

jekk il-benefiċċji tat-terminazzjoni jkunu mistennija jiġu saldati għalkollox qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali li fih jiġi rikonoxxut benefiċċju għat-terminazzjoni tal-impjieg, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti għall-benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati.

(b) 

jekk il-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg ma jkunux mistennija jiġu saldati għalkollox qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti għall-benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati.

170 Minħabba li l-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg ma jingħatawx bi skambju għal servizz, il-paragrafi 70–74 marbuta mal-attribuzzjoni tal-benefiċċju għal perjodi ta’ servizz mhumiex relevanti.

Eżempju li jispjega l-paragrafi 159–170

Sfond

B’riżultat ta’ akkwiżizzjoni riċenti, entità tippjana li tagħlaq fabbrika fi żmien għaxar xhur, u f’dak iż-żmien, ittemm l-impjieg tal-impjegati kollha li jkun fadal fil-fabbrika. Minħabba li l-entità teħtieġ l-għarfien espert tal-impjegati fil-fabbrika biex ilestu xi kuntratti, tħabbar pjan ta’ terminazzjoni kif ġej.

Kull impjegat li jibqa’ u jagħti servizz sa ma tingħalaq il-fabbrika jirċievi pagament fi flus ta’ CU 30 000 fid-data tat-terminazzjoni. Impjegati li jitilqu qabel ma tagħlaq il-fabbrika jirċievu CU 10 000.

Hemm 120 impjegat fil-fabbrika. Meta tħabbar il-pjan, l-entità tistenna li 20 minnhom jitilqu qabel tagħlaq. Għaldaqstant, il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus totali mistennija skont il-pjan huma CU 3 200 000 (jiġifieri 20 × CU 10 000 + 100 × CU 30 000). Kif meħtieġ mill-paragrafu 160, l-entità tikkontabbilizza l-benefiċċji mogħtija bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg bħala benefiċċji tat-terminazzjoni u tikkontabbilizza l-benefiċċji mogħtija bi skambju għas-servizzi bħala benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati.

Benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg

Il-benefiċċju mogħti bi skambju għat-terminazzjoni tal-impjieg huwa ta’ CU 10 000. Dan huwa l-ammont li entità tkun trid tħallas għat-terminazzjoni tal-impjieg irrispettivament minn jekk l-impjegati jibqgħux u jagħtu servizz sa ma tagħlaq il-fabbrika jew jitilqux qabel ma tagħlaq. Għalkemm l-impjegati jistgħu jitilqu qabel ma tagħlaq, it-terminazzjoni tal-impjiegi tal-impjegati kollha hija riżultat tad-deċiżjoni tal-entità li tagħlaq il-fabbrika u ttemm l-impjieg tagħhom (jiġifieri l-impjegati kollha se jitilqu l-impjieg meta tagħlaq il-fabbrika). Għaldaqstant, l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ CU 1 200 000 (jiġifieri 120 × CU 10 000) għall-benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg mogħtija f’konformità mal-pjan ta’ benefiċċju tal-impjegati fl-ewwel minn meta jitħabbar il-pjan tat-terminazzjoni u meta l-entità tirrikonoxxi l-kostijiet tar-ristrutturar assoċjati mal-għeluq tal-fabbrika.

Benefiċċji pprovduti bi skambju għal servizz

Il-benefiċċji inkrementali li l-impjegati jirċievu jekk jipprovdu servizzi tul il-perjodu kollu ta’ għaxar xhur huma bi skambju għal servizzi mogħtija matul dak il-perjodu. L-entità tikkontabbilizzahom bħala benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati għax l-entità tistenna li ssaldahom qabel tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali. F’dan l-eżempju, mhuwiex meħtieġ skontar, għalhekk spiża ta’ CU 200 000 (jiġifieri CU 2 000 000 ÷ 10) hija rikonoxxuta f’kull xahar matul il-perjodu ta’ servizz ta’ għaxar xhur, b’żieda korrispondenti fl-ammont riportat tal-obbligazzjoni.

Divulgazzjoni

171 Għalkemm dan l-Istandard ma jeħtieġx divulgazzjonijiet speċifiċi dwar il-benefiċċji tat-terminazzjoni, IFRSs oħra jistgħu jeħtieġu divulgazzjonijiet. Pereżempju, l-IAS 24 jeħtieġ divulgazzjonijiet dwar il-benefiċċji tal-impjegati għall-membri kruċjali tal-maniġment. L-IAS 1 jeħtieġ divulgazzjoni tal-ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

172 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

173 Entità għandha tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri, ħlief li:

(a) 

entità ma għandiex għalfejn taġġusta l-ammont riportat tal-assi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għal bidliet fil-kostijiet tal-benefiċċji tal-impjegati li kienu inklużi fl-ammont riportat qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali. Id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji li fihom l-entità tadotta dan l-Istandard.

(b) 

f’rapporti finanzjarji għal perjodi li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2014, entità ma għandiex għalfejn tippreżenta informazzjoni komparattiva għad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 145 dwar is-sensittività tal-obbligu ta’ benefiċċju definit.

174 L-IFRS 13, maħruġ f'Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 8 u emenda l-paragrafu 113. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

175  Pjanijiet ta’ Benefiċċju Definit: Kontribuzzjonijiet tal-Impjegati (Emendi fl-IAS 19), maħruġ f’Novembru 2013, emenda l-paragrafi 93–94. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara b’mod retrospettiv, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

176  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2012-2014, maħruġ f’Settembru 2014, emenda l-paragrafu 83 u żied il-paragrafu 177. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

177 Entità għandha tapplika l-emenda fil-paragrafu 176 mill-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri ppreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji fejn l-entità tapplika l-emenda. Kwalunkwe aġġustament inizjali li jinħoloq mill-applikazzjoni tal-emenda għandu jiġi rikonoxxut fil-qligħ imfaddal fil-bidu ta’ dak il-perjodu.

178 L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

179  Emenda, Taqsir jew Saldu tal-Pjan (Emendi fl-IAS 19), maħruġ fi Frar 2018, żied il-paragrafi 101A, 122A u 123A, u emenda l-paragrafi 57, 99, 120, 123, 125, 126 u 156. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal emendi, taqsiriet jew saldi tal-pjan li jseħħu fil-bidu jew wara l-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

Appendiċi A

Gwida tal-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 92–93 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

A1 Ir-rekwiżiti kontabbilistiċi għal kontribuzzjonijiet mill-impjegati jew partijiet terzi jidhru fid-dijagramma ta’ hawn taħt.

image

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 20

Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern  ( 11 )

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabbiltà għal għotjiet tal-gvern u fid-divulgazzjoni tagħhom, u fid-divulgazzjoni ta’ forom oħra ta’ assistenza mill-gvern.

2 Dan l-Istandard ma jittrattax:

(a) 

il-problemi speċjali li jirriżultaw mill-kontabbiltà għal għotjiet tal-gvern f’rapporti finanzjarji li jirriflettu l-effetti tal-bidliet fil-prezzijiet jew f’informazzjoni supplimentari ta’ natura simili;

(b) 

assistenza mill-gvern li hija pprovduta għal entità f’forma ta’ benefiċċji li huma disponibbli għad-determinazzjoni ta’ profitt taxxabbli jew telf ta’ taxxa, jew determinati jew limitati fuq il-bażi tal-obbligazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu. Eżempji ta’ dawn il-benefiċċji huma eżenzjonijiet mit-taxxi fuq l-introjtu, krediti tat-taxxa għall-investiment, allokazzjonijiet tad-deprezzament aċċellerati u rati mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu;

(c) 

il-parteċipazzjoni tal-gvern fis-sjieda tal-entità;

(d) 

għotjiet tal-gvern koperti bl-IAS 41 Agrikoltura.

DEFINIZZJONIJIET

3   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Gvern tirreferi għall-gvern, l-aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Assistenza mill-gvern hija azzjoni mill-gvern maħsuba biex tipprovdi benefiċċju ekonomiku speċifiku lil entità jew firxa ta’ entitajiet li jikkwalifikaw taħt ċerti kriterji. Assistenza mill-gvern għall-iskop ta’ dan l-Istandard ma tinkludix benefiċċji mogħtija sempliċement b’mod indirett permezz ta’ azzjoni li taffettwa l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kummerċ, bħall-forniment tal-infrastruttura f’żoni ta’ żvilupp jew l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet kummerċjali fuq il-kompetituri.
Għotjiet tal-gvern huma assistenza mill-gvern fil-forma ta’ trasferimenti ta’ riżorsi lil entità bi tpattija għal konformità passata jew futura ma’ ċerti kundizzjonijiet relatati mal-attivitajiet operatorji tal-entità. Dawn jeskludu dawk il-forom ta’ assistenza mill-gvern li ma jistgħux b’mod raġonevoli jingħataw valur u tranżazzjonijiet mal-gvern li ma jistgħux jiġu distinti mit-tranżazzjonijiet kummerċjali normali tal-entità  ( 12 ).
Għotjiet konnessi mal-assi huma għotjiet tal-gvern li l-kundizzjoni primarja tagħhom hija li entità li tikkwalifika għalihom jenħtieġ li tixtri, tibni jew b’mod ieħor takkwista assi fit-tul. Jista’ jkun hemm mehmuż magħhom ukoll kundizzjonijiet sussidjarji li jirrestrinġu t-tip jew il-lok tal-assi jew il-perjodi li matulhom dawn għandhom jiġu akkwistati jew jinżammu.
Għotjiet konnessi mal-introjtu huma għotjiet tal-gvern għajr dawk relatati mal-assi.
Djun li jistgħu jinħafru huma selfiet li l-mutwanti jikkommetti ruħu li jaħfer ir-ripagamenti tagħhom skont ċerti kundizzjonijiet preskritti.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)

4 L-assistenza mill-gvern tieħu ħafna forom li jvarjaw kemm fin-natura tal-assistenza mogħtija kif ukoll fil-kundizzjonijiet li s-soltu jkunu marbuta magħha. L-iskop tal-assistenza jista’ jkun biex tinkoraġġixxi entità tidħol għal linja ta’ azzjoni li normalment l-entità ma kenitx tieħu kieku ma ngħatatx l-assistenza.

5 Meta entità tirċievi assistenza mill-gvern, din tista’ tkun sinifikanti għall-peparazzjoni tar-rapporti finanzjarji għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, jekk ikunu ġew trasferiti riżorsi, ikollu jinstab metodu kontabbilistiku xieraq għat-trasferiment. It-tieni, ikun tajjeb li tingħata indikazzjoni ta’ kemm l-entità tkun ibbenefikat minn dik l-assistenza matul il-perjodu ta’ rapportar. Dan jiffaċilita l-paragun tar-rapporti finanzjarji tal-entità ma’ dawk ta’ perjodi preċedenti u ma’ dawk ta’ entitajiet oħra.

6 Xi kultant l-għotjiet tal-gvern jissejħu b’ismijiet oħra bħal sussidji, sovvenzjonijiet, jew primjums.

GĦOTJIET TAL-GVERN

7   Għotjiet tal-gvern, inklużi għotjiet nonmonetarji bil-valur ġust, ma għandhomx ikunu rikonoxxuti sakemm ikun hemm garanzija raġonevoli li:

(a) 

l-entità tkun se tikkonforma ruħha mal-kundizzjonijiet marbuta magħhom; u

(b) 

l-għotjiet se jiġu riċevuti.

8 Għotja tal-gvern mhijiex rikonoxxuta sakemm ma jkunx hemm garanzija raġonevoli li l-entità tkun se tikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta magħha, u li l-għotja se tiġi riċevuta. Ir-riċeviment ta’ għotja fih innifsu ma jipprovdix evidenza konklużiva li l-kundizzjonijiet marbuta mal-għotja jkunu ġew jew se jiġu ssodisfati.

9 Il-mod li bih tiġi riċevuta għotja ma jaffettwax il-metodu kontabbilistiku li għandu jiġi adottat fir-rigward tal-għotja. B’hekk, l-għotja tiġi kontabbilizzata bl-istess mod kemm jekk tingħata fi flus kif ukoll jekk tingħata bħala tnaqqis ta’ obbligazzjoni lill-gvern.

10 Dejn li jista’ jinħafer mill-gvern huwa trattat bħala għotja tal-gvern meta jkun hemm garanzija raġonevoli li l-entità tkun se tissodisfa t-termini għall-maħfra tad-dejn.

10A Il-benefiċċju ta’ self tal-gvern b’rata tal-imgħax aktar baxxa minn dik tas-suq huwa trattat bħala għotja tal-gvern. Is-self għandu jiġi rikonoxxut u jitkejjel f’konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Il-benefiċċju tar-rata tal-imgħax inqas iktar baxxa minn dik tas-suq għandu jitkejjel bħala d-differenza bejn il-valur riportat inizjali tas-self determinat f’konformità mal-IFRS 9 u r-rikavati riċevuti. Il-benefiċċju jiġi kontabbilizzat f’konformità ma’ dan l-Istandard. L-entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet u l-obbligi li ġew, jew li jrid jiġu, ssodisfati fl-identifikazzjoni tal-kostijiet li l-benefiċċju tas-self huwa maħsub li jikkumpensa għalihom.

11 Ladarba tiġi rikonoxxuta għotja tal-gvern, kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti relatat jiġi trattat f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

12   Għotjiet tal-gvern għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fuq bażi sistematika matul il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kostijiet relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw.

13 Hemm żewġ metodi wiesgħa għall-kontabilità għall-għotjiet tal-gvern: l-approċċ tal-kapital, fejn għotja tiġi rikonoxxuta barra l-profitt jew telf, u l-approċċ tal-introjtu, fejn għotja tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf matul perjodu wieħed jew aktar.

14 Dawk li jappoġġaw l-approċċ tal-kapital jargumentaw kif ġej:

(a) 

għotjiet tal-gvern huma strument ta’ finanzjament u jenħtieġ li jiġu trattati bħala tali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja minflok rikonoxxuti fi profitt jew telf bi tpaċija tal-entrati tal-ispejjeż li jiffinanzjaw. Billi ma huwa mistenni ebda ripagament, jenħtieġ li dawn l-għotjiet jiġu rikonoxxuti barra l-profitt jew telf;

(b) 

mhuwiex xieraq li għotjiet tal-gvern jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf, għax mhumiex introjtu iżda jirrappreżentaw inċentiv ipprovdut mill-gvern mingħajr kostijiet relatati.

15 Argumenti favur l-approċċ tal-introjtu huma kif ġej:

(a) 

peress li l-għotjiet tal-gvern huma riċevuti minn sors ieħor għajr l-azzjonisti, jenħtieġ li dawn ma jiġux rikonoxxuti direttament fl-ekwità iżda jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fil-perjodi xierqa;

(b) 

l-għotjiet tal-gvern rari jkunu b’xejn. L-entità tkun intitolata għalihom f’konformità mal-kundizzjonijiet tagħhom u billi tissodisfa l-obbligazzjonijiet mistennija. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf matul il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kostijiet relatati li l-għotja tkun maħsuba li tikkumpensa;

(c) 

peress li t-taxxa fuq l-introjtu u taxxi oħrajn huma spejjeż, huwa loġiku li l-għotjiet tal-gvern, li huma estensjoni tal-politiki fiskali, jiġu trattati wkoll fil-profitt jew telf.

16 Huwa fundamentali għall-approċċ tal-introjtu li l-għotjiet tal-gvern jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fuq bażi sistematika matul il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kostijiet relatati li l-għotja hija maħsuba li tikkumpensa. Ir-rikonoxximent tal-għotjiet tal-gvern fi profitt jew telf fuq bażi ta’ riċevuti mhuwiex f’konformità mas-suppożizzjoni tal-kontabbiltà fuq il-bażi tad-dovuti (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji) u jkun aċċettabbli biss jekk ma tkun teżisti l-ebda bażi għall-allokazzjoni ta’ għoti għal perjodi għajr dak li fih kien riċevut.

17 F’bosta każijiet, il-perjodi li fuqhom entità tirrikonoxxi l-kostijiet jew l-ispejjeż relatati ma’ għotja tal-gvern huma aċċertabbli malajr. B’hekk, għotjiet li jirrikonoxxu spejjeż speċifiċi jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fl-istess perjodu bħall-ispejjeż rilevanti. Bl-istess mod, għotjiet relatati ma’ assi deprezzabbli normalment jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf matul il-perjodi u fil-proporzjonijiet li fihom tiġi rikonoxxuta spiża ta’ deprezzament fuq dawk l-assi.

18 Għotjiet dwar assi mhux deprezzabbli jistgħu jeħtieġu wkoll it-tħaris ta’ ċerti obbligi u mbagħad ikunu rikonoxxuti fi profitt jew telf matul il-perjodu li jġarrab il-kost biex jitħarsu l-obbligi. Bħala eżempju, għotja ta’ art tista’ tkun bil-kundizzjoni li jittella’ bini fuq is-sit u jkun xieraq li l-għotja tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf tul il-ħajja tal-bini.

19 Xi kultant l-għotjiet jiġu riċevuti bħala parti minn pakkett ta’ għajnuniet finanzjarji jew fiskali li magħhom ikunu marbuta għadd ta’ kundizzjonijiet. F’dawn il-każijiet, hemm bżonn ta’ attenzjoni fl-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li jirriżultaw f’kostijiet u spejjeż li jiddeterminaw il-perjodi li matulhom tkun se tingħata l-għotja. Jista’ jkun xieraq li parti mill-għotja tiġi allokata fuq bażi waħda u parti fuq oħra.

20   Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli bħala kumpens għal spejjeż jew telf diġà mġarrab jew għall-iskop li jingħata appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità mingħajr kostijiet relatati futuri għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf tal-perjodu meta ssir riċevibbli.

21 F’xi ċirkustanzi, għotja tal-gvern tista’ tingħata għall-iskop li jingħata appoġġ finanzjarju immedjat lil entità minflok bħala inċentiv biex isiru nefqiet speċifiċi. Dawn l-għotjiet jistgħu jkunu limitati għal entità partikulari u jistgħu ma jkunux disponibbli għall-klassi kollha ta’ benefiċjarji. Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jeħtieġu r-rikonoxximent ta’ għotja fi profitt jew telf tal-perjodu li fih l-entità tikkwalifika li tirċeviha, b’divulgazzjoni li tassigura li l-effett tagħha jinftiehem b’mod ċar.

22 Għotja tal-gvern tista’ ssir riċevibbli minn entità bħala kumpens għal spejjeż jew telf imġarrba f’perjodu preċedenti. Din l-għotja hija rikonoxxuta fi profitt jew telf tal-perjodu li fih issir riċevibbli, b’divulgazzjoni li tassigura li l-effett tagħha jinftiehem b’mod ċar.

Għotjiet tal-gvern nonmonetarji

23 Għotja tal-gvern tista’ tieħu l-forma ta’ trasferiment ta’ assi nonmonetarju, bħal art jew riżorsi oħra, biex jintużaw mill-entità. F’dawn iċ-ċirkustanzi huwa normali li jiġi valutat il-valur ġust tal-assi nonmonetarju u li jiġu kontabbilizzati kemm l-għotja kif ukoll l-assi f’dak il-valur ġust. Mod alternattiv li xi kultant jiġi segwit huwa li kemm l-assi kif ukoll l-għotja jiġu rreġistrati b’ammont nominali.

Preżentazzjoni ta’ għotjiet konnessi mal-assi

24   L-għotjiet tal-gvern konnessi mal-assi, inklużi għotjiet nonmonetarji fil-valur ġust, għandhom jiġu ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja billi l-għotja titniżżel bħala introjtu differit jew billi l-għotja titnaqqas meta tasal għall-ammont riportat tal-assi.

25 Żewġ metodi ta’ preżentazzjoni tal-għotjiet (jew il-porzjonijiet xierqa tal-għotjiet) konnessi mal-assi fir-rapporti finanzjarji jitqiesu bħala alternattivi aċċettabbli.

26 Metodu wieħed jirrikonoxxi l-għotja bħala introjtu differit li jkun rikonoxxut fi profitt jew telf fuq bażi sistematika tul il-ħajja utli tal-assi.

27 Il-metodu l-ieħor inaqqas l-għotja fil-kalkolu tal-ammont riportat tal-assi. L-għotja hija rikonoxxuta fi profitt jew telf tul il-ħajja tal-assi deprezzabbli bħala spiża mnaqqsa tad-deprezzament.

28 Ix-xiri ta’ assi u r-riċeviment ta’ għotjiet relatati jistgħu joħolqu movimenti kbar fil-fluss ta’ flus ta’ entità. Għal din ir-raġuni u sabiex jintwera l-investiment gross fl-assi, ħafna drabi dawn il-movimenti jiġu divulgati bħala entrati separati fir-rapport tal-flussi ta’ flus irrispettivament minn jekk l-għotja titnaqqasx mill-assi relatat għall-finijiet ta’ preżentazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

Preżentazzjoni ta’ għotjiet konnessi mal-introjtu

29 Sovvenzjonijiet relatati mal-introjtu jiġu ppreżentati bħala parti mill-profitt jew it-telf, jew separatament jew taħt intestatura ġenerali bħal “Introjtu ieħor”; alternattivament, jitnaqqsu fir-rapportar tal-ispiża relatata.

29A [Imħassar]

30 Dawk li jappoġġaw l-ewwel metodu jsostnu li mhuwiex xieraq li l-entrati tal-introjtu u tal-ispiża jiġu dikjarati netti, u li s-separazzjoni tal-għotja mill-ispiża tiffaċilita l-paragun ma’ spejjeż oħra mhux affettwati minn għotja. Għat-tieni metodu ġie argumentat li l-ispejjeż setgħu lanqas biss iġġarrbu mill-entità kieku l-għotja ma kinitx disponibbli u għaldaqstant il-preżentazzjoni tal-ispiża mingħajr tpaċija tal-għotja tista’ tkun qarrieqa.

31 Iż-żewġ metodi jitqiesu bħala aċċettabbli għall-preżentazzjoni ta’ għotjiet konnessi mal-introjtu. Tista’ tkun meħtieġa divulgazzjoni tal-għotja għal fehim xieraq tar-rapporti finanzjarji. Normalment ikun xieraq li ssir divulgazzjoni tal-effett tal-għotjiet fuq kwalunkwe entrata ta’ introjtu jew ta’ spiża li tkun meħtieġa li tiġi divulgata separatament.

Ripagament ta’ għotjiet tal-gvern

32   Għotja tal-gvern li ssir ripagabbli għandha tiġi kontabbilizzata bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà (ara l-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri). Ripagament ta’ għotja konnessa mal-introjtu għandu jiġi applikat l-ewwel kontra kull kreditu differit mhux amortizzat rikonoxxut fir-rigward tal-għotja. Sakemm ir-ripagament ma jaqbiżx kull kreditu differit tali, jew meta ma jeżisti l-ebda kreditu differit, ir-ripagament għandu jkun rikonoxxut immedjatament fi profitt jew telf. Ripagament ta’ għotja konnessa ma’ assi għandu jkun rikonoxxut billi jiżdied l-ammont riportat tal-assi jew jitnaqqas il-bilanċ tal-introjtu differit bl-ammont ripagabbli. Id-deprezzament addizzjonali kumulattiv li kien ikun rikonoxxut fi profitt jew telf sa issa fin-nuqqas tal-għotja għandu jiġi rikonoxxut minnufih fi profitt jew telf.

33 Ċirkustanzi li jirriżultaw f’ripagament ta’ għotja konnessa ma’ assi jistgħu jirrikjedu li tingħata kunsiderazzjoni għall-possibbiltà tal-indeboliment tal-ammont ġdid riportat tal-assi.

ASSISTENZA MILL-GVERN

34 Ċerti forom ta’ assistenza mill-gvern li ma jistgħux jingħataw valur b’mod raġonevoli u tranżazzjonijiet mal-gvern li ma jistgħux jiġu distinti mit-tranżazzjonijiet normali tal-kummerċ tal-entità huma esklużi mid-definizzjoni ta’ għotjiet tal-gvern fil-paragrafu 3.

35 Eżempji ta’ assistenza li ma tistax tingħata valur b’mod raġonevoli huma pariri tekniċi jew ta’ kummerċjalizzazzjoni b’xejn u l-għoti ta’ garanziji. Eżempju ta’ assistenza li ma tistax tiġi distinta mit-tranżazzjonijiet normali tal-kummerċ tal-entità huwa politika ta’ akkwist tal-gvern li tkun responsabbli minn parti mill-bejgħ tal-entità. L-eżistenza tal-benefiċċju tista’ tkun ħaġa ċerta imma kwalunkwe sforz biex l-attivitajiet tal-kummerċ jiġu segregati mill-assistenza mill-gvern jista’ jkun arbitrarju.

36 Is-sinifikat tal-benefiċċju fl-eżempji ta’ hawn fuq jista’ tkun tali li d-divulgazzjoni tan-natura, id-daqs u d-durata tal-assistenza tkun meħtieġa sabiex ir-rapporti finanzjarji ma jkunux qarrieqa.

37 [Imħassar]

38 F’dan l-Istandard, l-assistenza mill-gvern ma tinkludix il-forniment tal-infrastruttura permezz ta’ titjib fin-network ġenerali tat-trasport u tal-komunikazzjoni u l-forniment ta’ faċilitajiet imtejba bħalma huma l-irrigazzjoni jew is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma, li hija disponibbli fuq bażi kontinwa indeterminata għall-benefiċċju ta’ komunità lokali sħiħa.

DIVULGAZZJONI

39   Għandha ssir divulgazzjoni tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-politika tal-kontabbiltà adottata għall-għotjiet mill-gvern, inklużi l-metodi ta’ preżentazzjoni adottati fir-rapporti finanzjarji;

(b) 

in-natura u d-daqs tal-għotjiet mill-gvern rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji u indikazzjoni ta’ forom oħra ta’ assistenza mill-gvern li minnhom tkun ibbenefikat b’mod dirett l-entità; u

(c) 

kundizzjonijiet mhux issodisfati u kontinġenzi oħra marbuta mal-assistenza mill-gvern li tkun ġiet rikonoxxuta.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

40   Entità li tadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandha:

(a) 

tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, fejn ikun xieraq; u

(b) 

waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

taġġusta r-rapporti finanzjarji tagħha għall-bidla fil-politika tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8; jew

(ii) 

tapplika d-dispożizzjonijiet kontabbilistiċi tal-Istandard biss għal għotjiet jew porzjonijiet mill-għotjiet li jsiru riċevibbli jew ripagabbli wara d-data effettiva tal-Istandard.

DATA EFFETTIVA

41 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji li jkopru perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1984 jew wara.

42 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, żied il-paragrafu 29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

43 Il-paragrafu 37 tħassar u l-paragrafu 10A żdied bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għas-selfiet tal-gvern riċevuti fil-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44 [Imħassar]

45 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

46  Preżentazzjoni ta’ Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 29 u ħassar il-paragrafu 29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

47 [Imħassar]

48 L-IFRS 9, kif maħruġ f'Lulju 2014, emenda l-paragrafu 10A u ħassar il-paragrafi 44 u 47. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 21

L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju

OBJETTIV

1 Entità tista’ twettaq attivitajiet barranin b’żewġ modi. Jista’ jkollha tranżazzjonijiet f’muniti barranin jew jista’ jkollha operazzjonijiet barranin. Barra minn hekk, entità tista’ tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha f’munita barranija. L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi kif jiġu inklużi tranżazzjonijiet f’munita barranija u operazzjonijiet barranin fir-rapporti finanzjarji ta’ entità u kif ir-rapporti finanzjarji jinqalbu f’munita tal-preżentazzjoni.

2 Il-kwistjonijiet prinċipali huma liema rata/i tal-kambju għandhom jintużaw u kif għandhom jiġu rapportati l-effetti tal-bidliet fir-rati tal-kambju fir-rapporti finanzjarji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat ( 13 ):

(a) 

fil-kontabbiltà għal tranżazzjonijiet u bilanċi f’muniti barranin, ħlief għal dawk il-bilanċi u t-tranżazzjonijiet derivattivi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(b) 

fil-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet barranin li huma inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-entità b’konsolidazzjoni jew bil-metodu tal-ekwità; u

(c) 

fil-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità f’munita tal-preżentazzjoni.

4 L-IFRS 9 japplika għal bosta derivattivi bbażati fuq munita barranija u, għaldaqstant, dawn huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Madankollu, dawk id-derivattivi bbażati fuq munita barranija li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 (eż. xi derivattivi bbażati fuq munita barranija li huma inkorporati f’kuntratti oħra) jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Barra minn hekk, dan l-Istandard japplika meta entità taqleb ammonti konnessi mad-derivattivi mill-munita funzjonali tagħha għall-munita tal-preżentazzjoni.

5 Dan l-Istandard ma japplikax għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal entrati f’munita barranija, inkluż l-iħħeġġjar ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija. L-IFRS 9 japplika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

6 Dan l-Istandard japplika għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji ta’ entità f’munita barranija u jistabbilixxi rekwiżiti biex ir-rapporti finanzjarji li jirriżultaw ikunu jistgħu jiġu deskritti bħala li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs). Għall-qlib ta’ informazzjoni finanzjarja f’munita barranija li ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti, dan l-Istandard jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata.

7 Dan l-Istandard ma japplikax, f’rapporti tal-flussi ta’ flus, għall-preżentazzjoni tal-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f’munita barranija, jew għall-qlib tal-flussi ta’ flus ta’ operazzjoni barranija (ara l-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus).

DEFINIZZJONIJIET

8   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rata fl-għeluq hija r-rata tal-kambju spot fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.
Differenza fil-kambju hija d-differenza li tirriżulta mill-qlib ta’ għadd partikulari ta’ unitajiet ta’ munita waħda f’munita oħra b’rati tal-kambju differenti.
Rata tal-kambju hija l-proporzjon tal-kambju għal żewġ muniti.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)
Munita barranija hija munita li mhijiex il-munita funzjonali tal-entità.
Operazzjoni barranija hija entità li hija sussidjarja, kumpanija assoċjata, arranġament konġunt jew fergħa ta’ entità relatriċi, li l-attivitajiet tagħha huma bbażati jew jitwettqu f’pajjiż jew f’munita li mhijiex dik tal-entità relatriċi.
Munita funzjonali hija l-munita tal-ambjent ekonomiku primarju fejn topera l-entità.
Grupp huwa l-kumpanija omm u s-sussidjarji kollha tagħha.
Entrati monetarji huma unitajiet ta’ munita miżmumin u assi u obbligazzjonijiet li għandhom jiġu riċevuti jew jitħallsu f’għadd fiss, jew determinabbli, ta’ unitajiet tal-munita.
Investiment nett f’operazzjoni barranija huwa l-ammont tal-imgħax tal-entità relatriċi fl-assi netti ta’ dik l-operazzjoni.
Munita tal-preżentazzjoni hija l-munita li fiha jiġu ppreżentati r-rapporti finanzjarji.
Rata tal-kambju spot hija r-rata tal-kambju għal kunsinna immedjata.

Elaborazzjoni fuq id-definizzjonijiet

Munita funzjonali

9 L-ambjent ekonomiku primarju li fih topera entità huwa normalment dak li fih primarjament tiġġenera u tonfoq il-flus. Entità tikkunsidra l-fatturi li ġejjin meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-munita funzjonali tagħha:

(a) 

il-munita:

(i) 

li prinċipalment tinfluwenza l-prezzijiet tal-bejgħ għall-prodotti u s-servizzi (din ta’ spiss tkun il-munita li fiha huma denominati u saldati l-prezzijiet tal-bejgħ għall-oġġetti u s-servizzi tagħha); u

(ii) 

tal-pajjiż li l-forzi kompetittivi u r-regolamenti tiegħu jiddeterminaw b’mod prinċipali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-oġġetti u s-servizzi tagħha;

(b) 

il-munita li prinċipalment tinfluwenza l-kostijiet tax-xogħol, tal-materjal u kostijiet oħra ta’ forniment ta’ oġġetti jew servizzi (din ta’ spiss tkun il-munita li fiha kostijiet bħal dawn ikunu denominati u saldati).

10 Il-fatturi li ġejjin jistgħu jipprovdu wkoll evidenza tal-munita funzjonali ta’ entità:

(a) 

il-munita li fiha huma ġġenerati l-fondi minn attivitajiet ta’ finanzjament (jiġifieri l-ħruġ ta’ strumenti ta’ dejn u ta’ ekwità);

(b) 

il-munita li fiha normalment jinżamm id-dħul minn attivitajiet operatorji.

11 Il-fatturi addizzjonali li ġejjin huma kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-munita funzjonali ta’ operazzjoni barranija, u jekk il-munita funzjonali hijiex l-istess bħal dik tal-entità relatriċi (l-entità relatriċi, f’dan il-kuntest, hija l-entità li għandha l-operazzjoni barranija bħala s-sussidjarja, il-fergħa, il-kumpanija assoċjata jew l-arranġament konġunt tagħha):

(a) 

jekk l-attivitajiet tal-operazzjoni barranija jitwettqux bħala estensjoni tal-entità relatriċi, jew jitwettqux b’livell sinifikanti ta’ awtonomija. Eżempju tal-ewwel każ huwa meta l-operazzjoni barranija tbigħ biss prodotti importati mill-entità relatriċi u tibgħat ir-rikavati lura lilha. Eżempju tal-aħħar każ huwa meta l-operazzjoni takkumula flus u entrati monetarji oħra, iġġarrab spejjeż, tiġġenera introjtu u tagħmel arranġamenti għal teħid b’self, dan kollu sostanzjalment fil-munita lokali tagħha;

(b) 

jekk it-tranżazzjonijiet mal-entità relatriċi humiex proporzjon għoli jew baxx tal-attivitajiet tal-operazzjoni barranija;

(c) 

jekk il-flussi ta’ flus mill-attivitajiet tal-operazzjoni barranija jaffettwawx direttament il-flussi ta’ flus tal-entità relatriċi u humiex disponibbli faċilment għal rimessa lilha;

(d) 

jekk il-flussi ta’ flus mill-attivitajiet tal-operazzjoni barranija humiex biżżejjed biex tmantni obbligi ta’ dejn eżistenti u normalment mistennija meta ma l-fondi jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-entità relatriċi.

12 Meta l-indikaturi ta’ hawn fuq jitħalltu u l-munita funzjonali ma tkunx ovvja, il-maniġment juża l-ġudizzju tiegħu biex jiddetermina l-munita funzjonali li tirrappreżenta bl-aktar mod leali l-effetti ekonomiċi tat-tranżazzjonijiet, l-eventi u l-kundizzjonijiet sottostanti. Bħala parti minn dan l-approċċ, il-maniġment jagħti prijorità lill-indikaturi primarji fil-paragrafu 9 qabel ma jqis l-indikaturi fil-paragrafi 10 u 11, li huma mfassla biex jipprovdu evidenza ta’ appoġġ addizzjonali biex tiġi determinata l-munita funzjonali ta’ entità.

13 Munita funzjonali ta’ entità tirrifletti t-tranżazzjonijiet, l-eventi u l-kundizzjonijiet sottostanti li huma rilevanti għaliha. Għalhekk, ġaladarba tiġi determinata, il-munita funzjonali ma tinbidilx sakemm ma jkunx hemm bidla f’dawk it-tranżazzjonijiet, l-eventi u l-kundizzjonijiet sottostanti.

14 Jekk il-munita funzjonali tkun il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja, ir-rapporti finanzjarji tal-entità jiġu ridikjarati f’konformità mal-IAS 29 Rapportar Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji. Entità ma tistax tevita ridikjarazzjoni f’konformità mal-IAS 29 billi, pereżempju, tadotta bħala l-munita funzjonali tagħha munita oħra li ma tkunx il-munita funzjonali determinata f’konformità ma’ dan l-Istandard (bħalma hi l-munita funzjonali tal-kumpanija omm tagħha).

Investiment nett f’operazzjoni barranija

15 Entità jista’ jkollha entrata monetarja li tkun riċevibbli minn jew pagabbli lil operazzjoni barranija. Entrata li s-saldu tagħha la jkun ippjanat u lanqas ma huwa mistenni li jseħħ fil-futur previst, fis-sustanza hija parti mill-investiment nett tal-entità f’dik l-operazzjoni barranija, u tiġi kontabbilizzata f’konformità mal-paragrafi 32 u 33. Entrati monetarji bħal dawn jistgħu jinkludu riċevibbli jew self fit-tul. Dawn ma jinkludux riċevibbli tan-negozju jew pagabbli tan-negozju.

15A L-entità li jkollha entrata monetarja riċevibbli minn jew pagabbli lil operazzjoni barranija deskritta fil-paragrafu 15 tista’ tkun kwalunkwe sussidjarja tal-grupp. Pereżempju, entità għandha żewġ sussidjarji, A u B. Is-Sussidjarja B hija operazzjoni barranija. Is-Sussidjarja A tagħti self lis-Sussidjarja B. Is-self tas-Sussidjarja A riċevibbli mingħand is-Sussidjarja B ikun parti mill-investiment nett tal-entità fis-Sussidjarja B jekk is-saldu tas-self la jkun ippjanat u lanqas ma jkun probabbli li se jseħħ fil-futur previst. Dan jgħodd ukoll jekk is-Sussidjarja A tkun hija stess operazzjoni barranija.

Entrati monetarji

16 Il-karatteristika essenzjali ta’ entrata monetarja hija dritt li wieħed jirċievi (jew obbligu li jforni) għadd fiss jew determinabbli ta’ unitajiet ta’ munita. Eżempji jinkludu: pensjonijiet u benefiċċji oħra tal-impjegati li għandhom jitħallsu fi flus; provvedimenti li għandhom jiġu saldati fi flus; obbligazzjonijiet ta’ lokazzjonijiet; u dividendi fi flus li huma rikonoxxuti bħala obbligazzjoni. Bl-istess mod, kuntratt biex wieħed jirċievi (jew iforni) għadd varjabbli ta’ strumenti ta’ ekwità tal-entità stess jew ammont varjabbli ta’ assi fejn il-valur ġust li wieħed se jirċievi (jew iforni) ikun ugwali għal għadd fiss jew determinabbli ta’ unitajiet ta’ munita, huwa entrata monetarja. Min-naħa l-oħra, il-karatteristika essenzjali ta’ entrata nonmonetarja hija n-nuqqas ta’ dritt li wieħed jirċievi (jew ta’ obbligu li jforni) għadd fiss determinabbli ta’ unitajiet ta’ munita. Eżempji jinkludu: ammonti mħallsa bil-quddiem għal prodotti u servizzi; avvjament; assi intanġibbli; inventarji; proprjetà, impjanti u tagħmir; assi bid-dritt tal-użu; u provvedimenti li għandhom jitħallsu bil-forniment ta’ assi nonmonetarju.

SOMMARJU TAL-APPROĊĊ MEĦTIEĠ MINN DAN L-ISTANDARD

17 Fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji, kull entità — kemm jekk hija entità awtonoma, entità b’operazzjonijiet barranin (bħal kumpanija omm) jew operazzjoni barranija (bħal sussidjarja jew fergħa) —tiddetermina l-munita funzjonali tagħha f’konformità mal-paragrafi 9-14. L-entità taqleb entrati mill-munita barranija għall-munita funzjonali tagħha u tirrapporta l-effetti ta’ qlib bħal dan f’konformità mal-paragrafi 20-37 u 50.

18 Bosta entitajiet relaturi jinkludu għadd ta’ entitajiet individwali (eż. grupp magħmul minn kumpanija omm u sussidjarja waħda jew aktar). Diversi tipi ta’ entitajiet, kemm jekk membri ta’ grupp jew mod ieħor, jista’ jkollhom investimenti f’kumpaniji assoċjati jew f’arranġamenti konġunti. Jista’ jkollhom ukoll fergħat. Huwa meħtieġ li r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ kull entità individwali inkluża fl-entità relatriċi jinqalbu fil-munita li fiha l-entità relatriċi tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha. Dan l-Istandard jippermetti li l-munita tal-preżentazzjoni ta’ entità relatriċi tkun kwalunkwe munita (jew muniti). Ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ kwalunkwe entità individwali fl-entità relatriċi li l-munita funzjonali tagħha tkun differenti mill-munita tal-preżentazzjoni jinqalbu f’konformità mal-paragrafi 38-50.

19 Dan l-Istandard jippermetti wkoll li entità awtonoma tipprepara rapporti finanzjarji jew entità tipprepara rapporti finanzjarji separati f’konformità mal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati biex tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha fi kwalunkwe munita (jew muniti). Jekk il-munita tal-preżentazzjoni tal-entità tkun differenti mill-munita funzjonali tagħha, ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja tagħha jinqalbu wkoll fil-munita tal-preżentazzjoni f’konformità mal-paragrafi 38-50.

RAPPORTAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET F’MUNITA BARRANIJA FIL-MUNITA FUNZJONALI

Rikonoxximent inizjali

20 Tranżazzjoni f’munita barranija hija tranżazzjoni li hija denominata jew li teħtieġ saldu f’munita barranija, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw meta entità:

(a) 

tixtri jew tbigħ oġġetti jew servizzi li l-prezz tagħhom ikun denominat f’munita barranija;

(b) 

tieħu jew tagħti b’self fondi meta l-ammonti pagabbli jew riċevibbli jkunu denominati f’munita barranija; jew

(c) 

b’xi mod ieħor takkwista jew tiddisponi minn assi, jew iġġarrab jew issalda obbligazzjonijiet, denominati f’munita barranija.

21   Tranżazzjoni f’munita barranija għandha tiġi rreġistrata, mar-rikonoxximent inizjali fil-munita funzjonali, billi tkun applikata għall-ammont f’munita barranija r-rata tal-kambju spot bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-data tat-tranżazzjoni.

22 Id-data ta’ tranżazzjoni hija d-data li fiha t-tranżazzjoni tikkwalifika l-ewwel għal rikonoxximent f’konformità mal-IFRSs. Għal raġunijiet prattiċi, ta’ spiss tiġi użata rata li tqarreb ir-rata attwali fid-data tat-tranżazzjoni, pereżempju, tista’ tintuża rata medja għal ġimgħa jew xahar għat-tranżazzjonijiet kollha f’kull munita barranija li jseħħu matul dak il-perjodu. Madankollu, jekk ir-rati tal-kambju jiċċaqilqu b’mod sinifikanti, l-użu tar-rata medja għal perjodu mhuwiex adattat.

Rapportar fit-tmiem ta’ perjodi sussegwenti ta’ rapportar

23   Fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar:

(a) 

entrati monetarji f’munita barranija għandhom jinqalbu billi tintuża r-rata tal-għeluq;

(b) 

entrati nonmonetarji li jitkejlu f’termini ta’ kost storiku f’munita barranija għandhom jinqalbu billi tiġi użata r-rata tal-kambju fid-data tat-tranżazzjoni; u

(c) 

entrati nonmonetarji li jitkejlu fil-valur ġust f’munita barranija għandhom jinqalbu permezz tar-rati tal-kambju fid-data ta’ meta tkejjel il-valur ġust.

24 L-ammont riportat ta’ entrata huwa determinat flimkien ma’ standards rilevanti oħra. Pereżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jitkejlu f’termini ta’ valur ġust jew kost storiku f’konformità mal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir. Sew jekk l-ammont riportat jiġi determinat abbażi tal-kost storiku kif ukoll jekk abbażi tal-valur ġust, jekk l-ammont jiġi determinat f’munita barranija, dan imbagħad jinqaleb f’munita funzjonali f’konformità ma’ dan l-Istandard.

25 L-ammont riportat ta’ xi entrati huwa determinat billi jitqabblu żewġ ammonti jew aktar. Pereżempju, l-ammont riportat ta’ inventarji huwa l-aktar baxx bejn il-kost u l-valur nett realizzabbli f’konformità mal-IAS 2 Inventarji. Bl-istess mod, f’konformità mal-IAS 36 Indeboliment tal-Assi, l-ammont riportat ta’ assi li għalih hemm indikazzjoni ta’ indeboliment huwa l-aktar baxx bejn l-ammont riportat tiegħu qabel ma jiġi kkunsidrat it-telf mill-indeboliment possibbli u l-ammont rekuperabbli. Meta assi bħal dan ma jkunx monetarju u jitkejjel f’munita barranija, l-ammont riportat jiġi determinat billi jitqabbel:

(a) 

il-kost jew l-ammont riportat, kif xieraq, maqlub bir-rata tal-kambju fid-data meta dak l-ammont kien ġie determinat (jiġifieri r-rata fid-data tat-tranżazzjoni għal entrata mkejla f’termini ta’ kost storiku); u

(b) 

il-valur nett realizzabbli jew l-ammont rekuperabbli, kif xieraq, maqlub bir-rata tal-kambju fid-data meta kien ġie determinat dak il-valur (eż. ir-rata fl-għeluq fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar).

L-effett ta’ dan il-paragun jista’ jkun li jiġi rikonoxxut telf minn indeboliment fil-munita funzjonali iżda dan ma jiġix rikonoxxut fil-munita barranija, jew viċi versa.

26 Meta jkun hemm diversi rati tal-kambju, ir-rata użata hija dik li fiha l-flussi futuri ta’ flus irrappreżentati bit-tranżazzjoni jew bil-bilanċ setgħet tħallset li kieku dawk il-flussi ta’ flus seħħew fid-data tal-kejl. Jekk temporanjament żewġ muniti ma jkunux jistgħu jiġu skambjati bejniethom, ir-rata użata tkun l-ewwel rata sussegwenti li biha jkunu jistgħu jsiru l-kambji.

Rikonoxximent ta’ differenzi tal-kambju

27 Kif osservat fil-paragrafi 3(a) u 5, l-IFRS 9 japplika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal entrati f’munita barranija. L-applikazzjoni ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar tirrikjedi li entità tikkontabbilizza xi differenzi tal-kambju bi trattament differenti minn dak ta’ differenzi fil-kambju meħtieġ b’dan l-Istandard. Pereżempju, l-IFRS 9 jeħtieġ li differenzi tal-kambju fuq entrati monetarji li jikkwalifikaw bħala strumenti għall-iħħeġġjar f’ħeġġ tal-fluss ta’ flus huma rikonoxxuti inizjalment f’introjtu ieħor komprensiv sa fejn il-ħeġġ ikun effettiv.

28   Differenzi tal-kambju li jirriżultaw mas-saldu ta’ entrati monetarji jew malli jinqalbu entrati monetarji b’rati differenti minn dawk li bihom inqalbu mar-rikonoxximent inizjali matul il-perjodu jew f’rapporti finanzjarji preċedenti għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fil-perjodu li fih jirriżultaw, ħlief kif deskritt fil-paragrafu 32.

29 Meta entrati monetarji jirriżultaw minn tranżazzjoni f’munita barranija u jkun hemm bidla fir-rata tal-kambju bejn id-data tat-tranżazzjoni u d-data tas-saldu, tirriżulta differenza tal-kambju. Meta t-tranżazzjoni tiġi saldata matul l-istess perjodu kontabbilistiku bħal dik li fih tkun seħħet, id-differenza kollha tal-kambju tiġi rikonoxxuta f’dak il-perjodu. Madankollu, meta t-tranżazzjoni tiġi saldata f’perjodu kontabbilistiku sussegwenti, id-differenza fil-kambju rikonoxxuta f’kull perjodu sad-data tas-saldu tiġi determinata bil-bidla fir-rati tal-kambju matul kull perjodu.

30   Meta qligħ jew telf fuq entrata nonmonetarja jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv, kwalunkwe komponent ta’ kambju ta’ dak il-qligħ jew telf għandu jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv. Min-naħa l-oħra, meta qligħ jew telf fuq entrata nonmonetarja jkun rikonoxxut fi profitt jew telf, kwalunkwe komponent ta’ kambju ta’ dak il-qligħ jew telf għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

31 IFRSs oħra jeħtieġu li xi qligħ jew telf jiġu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv. Pereżempju, l-IAS 16 jeħtieġ li xi qligħ jew telf li jirriżulta fuq rivalwazzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv. Meta assi bħal dan jitkejjel f’munita barranija, il-paragrafu 23(c) ta’ dan l-Istandard jirrikjedi li l-ammont rivalwat jinqaleb billi tintuża r-rata fid-data li fiha jiġi determinat il-valur, li tirriżulta f’differenza tal-kambju li tiġi rikonoxxuta wkoll f’introjtu ieħor komprensiv.

32   Differenzi tal-kambju li jirriżultaw minn entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett f’operazzjoni barranija ta’ entità relatriċi (ara l-paragrafu 15) għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità relatriċi jew fir-rapporti finanzjarji individwali tal-operazzjoni barranija, kif xieraq. Fir-rapporti finanzjarji li jinkludu l-operazzjoni barranija u l-entità relatriċi (eż. rapporti finanzjarji konsolidati meta l-operazzjoni barranija hija sussidjarja), differenzi tal-kambju bħal dawn għandhom jiġu rikonoxxuti inizjalment f’introjtu ieħor komprensiv u riklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf mad-disponiment tal-investiment nett f’konformità mal-paragrafu 48.

33 Meta entrata monetarja tifforma parti minn investiment nett f’operazzjoni barranija ta’ entità relatriċi u tkun denominata fil-munita funzjonali tal-entità relatriċi, tinħoloq differenza tal-kambju fir-rapporti finanzjarji individwali tal-operazzjoni barranija f’konformità mal-paragrafu 28. Jekk entrata bħal din tkun denominata fil-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija, tinħoloq differenza tal-kambju fir-rapportar tar-rapporti finanzjarji separati tal-entità f’konformità mal-paragrafu 28. Jekk dik l-entrata tkun denominata f’munita differenti mill-munita funzjonali tal-entità relatriċi jew tal-operazzjoni barranija, tinħoloq differenza tal-kambju fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità relatriċi u fir-rapporti finanzjarji individwali tal-operazzjoni barranija f’konformità mal-paragrafu 28. Differenzi tal-kambju bħal dawn huma rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fir-rapporti finanzjarji li jinkludu l-operazzjoni barranija u l-entità relatriċi (jiġifieri rapporti finanzjarji li fihom l-operazzjoni barranija hija kkonsolidata, kontabbilizzata bl-użu tal-metodu tal-ekwità).

34 Meta entità żżomm il-kotba u r-rekords tagħha f’munita li mhijiex il-munita funzjonali tagħha, fil-waqt li l-entità tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha l-ammonti kollha jinqalbu fil-munita funzjonali f’konformità mal-paragrafi 20-26. Dan jipproduċi l-istess ammonti fil-munita funzjonali li kienu jirriżultaw li kieku l-entrati kellhom jiġu rreġistrati fil-bidu fil-munita funzjonali. Pereżempju, entrati monetarji jinqalbu fil-munita funzjonali billi tintuża r-rata tal-għeluq, u entrati nonmonetarji li jitkejlu abbażi ta’ kost storiku jinqalbu billi tintuża r-rata tal-kambju fid-data tat-tranżazzjoni li rriżultat fir-rikonoxximent tagħhom.

Bidla fil-munita funzjonali

35   Meta jkun hemm bidla fil-munita funzjonali ta’ entità, l-entità għandha tapplika l-proċeduri ta’ qlib applikabbli għall-munita funzjonali l-ġdida b’mod prospettiv mid-data tal-bidla.

36 Kif innotat fil-paragrafu 13, il-munita funzjonali ta’ entità tirrifletti t-tranżazzjonijiet, l-eventi u kundizzjonijiet sottostanti li huma rilevanti għall-entità. B’hekk, ladarba tiġi determinata l-munita funzjonali, din tista’ tinbidel biss jekk ikun hemm bidla f’dawk it-tranżazzjonijiet, eventi u kundizzjonijiet sottostanti. Pereżempju, bidla fil-munita li tinfluwenza prinċipalment il-prezzijiet tal-bejgħ tal-oġġetti u s-servizzi tista’ twassal għal bidla fil-munita funzjonali tal-entità.

37 L-effett ta’ bidla fil-munita funzjonali jiġi kontabbilizzat b’mod prospettiv. Fi kliem ieħor, entità taqleb l-entrati kollha fil-munita funzjonali l-ġdida billi tuża r-rata tal-kambju fid-data tal-bidla. L-ammonti maqluba li jirriżultaw għal entrati nonmonetarji huma trattati bħala l-kost storiku tagħhom. Differenzi tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib ta’ operazzjoni barranija li preċedentement kienu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafi 32 u 39(c) ma jkunux riklassifikati minn ekwità fi profitt jew telf sakemm isir id-disponiment tal-operazzjoni.

UŻU TA’ MUNITA TAL-PREŻENTAZZJONI LI MA TKUNX IL-MUNITA FUNZJONALI

Qlib għall-munita tal-preżentazzjoni

38 Entità tista’ tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha fi kwalunkwe munita (jew muniti). Jekk il-munita tal-preżentazzjoni tkun differenti mill-munita funzjonali tal-entità, din taqleb ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-munita tal-preżentazzjoni. Pereżempju, meta grupp ikun fih entitajiet individwali b’muniti funzjonali differenti, ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ kull entità jiġu espressi f’munita komuni biex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati rapporti finanzjarji konsolidati.

39   Ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità li l-munita funzjonali tagħha ma tkunx il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja għandhom jinqalbu f’munita tal-preżentazzjoni differenti billi jintużaw il-proċeduri li ġejjin:

(a) 

assi u obbligazzjonijiet għal kull rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ppreżentat (jiġifieri inklużi l-komparattivi) għandhom jinqalbu bir-rata tal-għeluq fid-data ta’ dak ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja;

(b) 

l-introjtu u l-ispejjeż għal kull rapport li jippreżenta profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv (jiġifieri inklużi l-komparattivi) għandhom jinqalbu skont ir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet; u

(c) 

id-differenzi kollha li jirriżultaw fil-kambju għandhom jiġu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv.

40 Għal raġunijiet prattiċi, rata li toqrob lejn ir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet, pereżempju rata medja għall-perjodu, ta’ spiss tintuża biex jinqalbu entrati ta’ introjtu u spejjeż. Madankollu, jekk ir-rati tal-kambju jiċċaqilqu b’mod sinifikanti, l-użu tar-rata medja għal perjodu mhuwiex xieraq.

41 Id-differenzi tal-kambju msemmija fil-paragrafu 39(c) jirriżultaw minn:

(a) 

qlib tal-introjtu u ta’ spejjeż fir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet u ta’ assi u obbligazzjonijiet fir-rata tal-għeluq;

(b) 

qlib tal-assi netti tal-ftuħ f’rata tal-għeluq li tkun differenti mir-rata tal-għeluq preċedenti.

Dawn id-differenzi tal-kambju mhumiex rikonoxxuti fi profitt jew telf minħabba li l-bidliet fir-rati tal-kambju għandhom ftit jew l-ebda effett dirett fuq il-flussi preżenti u futuri ta’ flus minn operazzjonijiet. L-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju huma ppreżentati f’komponent separat tal-ekwità sad-disponiment tal-operazzjoni barranija. Meta d-differenzi tal-kambju jirrigwardaw operazzjoni barranija li hija konsolidata iżda mhijiex posseduta kompletament, differenzi akkumulati tal-kambju li jirriżultaw minn qlib u li huma attribwibbli għal interessi nonkontrollanti huma allokati għal interessi nonkontrollanti, u rikonoxxuti bħala parti minnhom, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidat.

42   Ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità li l-munita funzjonali tagħha hija l-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja għandhom jinqalbu f’munita tal-preżentazzjoni differenti billi jintużaw il-proċeduri li ġejjin:

(a) 

l-ammonti kollha (jiġifieri assi, obbligazzjonijiet, entrati ta’ ekwità, introjtu u spejjeż, inklużi l-komparattivi) għandhom jinqalbu bir-rata tal-għeluq fid-data tal-aktar rapport riċenti tal-pożizzjoni finanzjarja; ħlief li

(b) 

meta l-ammonti jinqalbu f’munita ta’ ekonomija mhux iperinflazzjonarja, ammonti komparattivi għandhom ikunu dawk li kienu ppreżentati bħala ammonti tas-sena kurrenti fir-rapporti finanzjarji rilevanti tas-sena preċedenti (jiġifieri mhux aġġustati għal bidliet sussegwenti fil-livell tal-prezzijiet jew għal bidliet sussegwenti fir-rati tal-kambju).

43   Meta munita funzjonali ta’ entità tkun il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja, l-entità għandha tirridikjara r-rapporti finanzjarji f’konformità mal-IAS 29 qabel ma tapplika l-metodu tal-qlib stabbilit fil-paragrafu 42, ħlief għall-ammonti komparattivi li jinqalbu f’munita ta’ ekonomija mhux iperinflazzjonarja (ara l-paragrafu 42(b)). Meta l-ekonomija tieqaf tkun waħda iperinflazzjonarja u l-entità ma tibqax tirridikjara r-rapporti finanzjarji tagħha f’konformità mal-IAS 29, din għandha tuża l-ammonti rridikjarati fil-livell tal-prezzijiet tad-data li fiha l-entità waqfet tirridikjara r-rapporti finanzjarji tagħha bħala l-kostijiet storiċi għall-qlib fil-munita tal-preżentazzjoni.

Qlib ta’ operazzjoni barranija

44 Il-paragrafi 45-47, flimkien mal-paragrafi 38-43, japplikaw meta r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni barranija jinqalbu f’munita tal-preżentazzjoni biex dik l-operazzjoni barranija tkun tista’ tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-entità relatriċi permezz ta’ konsolidazzjoni jew metodu tal-ekwità.

45 L-inkorporazzjoni tar-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni barranija ma’ dawk tal-entità relatriċi ssegwi proċeduri normali ta’ konsolidazzjoni, bħall-eliminazzjoni tal-bilanċi intragrupp u t-tranżazzjonijiet intragrupp ta’ sussidjarja (ara l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati). Madankollu, assi (jew obbligazzjoni) monetarju intragrupp, kemm għal terminu qasir kif ukoll fit-tul, ma jistax jiġi eliminat kontra l-obbligazzjoni (jew assi) intragrupp mingħajr ma jintwerew ir-riżultati taċ-ċaqliq fil-munita fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Dan minħabba li l-entrata monetarja tirrappreżenta impenn biex munita tinqaleb f’munita oħra u dan jesponi lill-entità relatriċi għal qligħ jew telf permezz taċ-ċaqliq fil-munita. Għaldaqstant, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità relatriċi, tali differenza tal-kambju tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf jew, jekk tirriżulta miċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 32, tkun rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv u akkumulata f’komponent separat tal-ekwità sakemm isir id-disponiment tal-operazzjoni barranija.

46 Meta r-rapporti finanzjarji ta’ operazzjoni barranija jkunu minn data differenti minn dik tal-entità relatriċi, l-operazzjoni barranija ħafna drabi tipprepara rapporti addizzjonali mill-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-entità relatriċi. Meta dan ma jsirx, l-IFRS 10 jippermetti l-użu ta’ data differenti bil-kundizzjoni li d-differenza ma tkunx ta’ aktar minn tliet xhur u jsiru aġġustamenti għall-effetti ta’ kwalunkwe tranżazzjoni jew event ieħor sinifikanti li jseħħ bejn id-dati differenti. F’każ bħal dan, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija jinqalbu bir-rata tal-kambju fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tal-operazzjoni barranija. Isiru aġġustamenti għal bidliet sinifikanti fir-rati tal-kambju sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tal-entità relatriċi f’konformità mal-IFRS 10. L-istess approċċ jintuża fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità għall-kumpaniji assoċjati u l-impriżi konġunti f’konformità mal-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

47   Kwalunkwe avvjament li jirriżulta mal-akkwiżizzjoni ta’ operazzjoni barranija u kwalunkwe aġġustament għall-valur ġust fl-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mal-akkwiżizzjoni ta’ dik l-operazzjoni barranija għandhom jiġu trattati bħala assi u obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija. B’hekk dawn għandhom jiġu espressi fil-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u għandhom jinqalbu bir-rata tal-għeluq f’konformità mal-paragrafi 39 u 42.

Disponiment jew disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija

48   Mad-disponiment ta’ operazzjoni barranija, l-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju relatati ma’ dik l-operazzjoni barranija, rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv u akkumulat f’komponent separat tal-ekwità, għandu jkun riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni) meta jkun rikonoxxut il-qligħ jew telf mid-disponiment (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)).

48A Minbarra d-disponiment tal-interess kollu ta’ entità f’operazzjoni barranija, id-disponimenti parzjali li ġejjin jiġu kontabbilizzati bħala disponimenti:

(a) 

meta d-disponiment parzjali jinvolvi t-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, irrispettivament minn jekk l-entità żżommx interess nonkontrollanti fis-sussidjarja preċedenti tagħha wara d-disponiment parzjali; u

(b) 

meta l-interess miżmum wara d-disponiment parzjali ta’ interess f’arranġament konġunt jew disponiment parzjali ta’ interess f’kumpanija assoċjata li tinkludi operazzjoni finanzjarja jkun assi finanzjarju li jinkludi operazzjoni barranija.

48B Mad-disponiment ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, għandu jsir irtirar tar-rikonoxximent tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju relatati ma’ dik l-operazzjoni barranija li jkunu ġew attribwiti għall-interessi nonkontrollanti, iżda ma għandux ikun irriklassifikat bħala profitt jew telf.

48C   Mad-disponiment parzjali ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, l-entità għandha tirriattribwixxi s-sehem proporzjonat tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv lill-interessi nonkontrollanti f’dik l-operazzjoni barranija. Fi kwalunkwe disponiment parzjali ieħor ta’ operazzjoni barranija l-entità għandha tirriklassifika biss bħala profitt jew telf is-sehem proporzjonat tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv.

48D Disponiment parzjali ta’ interess ta’ entità f’operazzjoni barranija huwa kwalunkwe tnaqqis fl-interess proprjetarju ta’ entità f’operazzjoni barranija, ħlief dak it-tnaqqis fil-paragrafu 48A li huwa kontabbilizzat bħala disponimenti.

49 Entità tista’ tiddisponi jew parzjalment tiddisponi mill-interess tagħha f’operazzjoni barranija permezz ta’ bejgħ, likwidazzjoni, ripagament ta’ kapital azzjonarju jew abbandun totali, jew parzjali, ta’ dik l-entità. Tniżżil fil-valur tal-ammont riportat ta’ operazzjoni barranija, minħabba t-telfiet tagħha stess jew minħabba indeboliment rikonoxxut mill-investitur, ma jikkostitwix disponiment parzjali. Għalhekk, l-ebda parti mill-qligħ jew telf tal-kambju rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv ma jkun riklassifikat għal profitt jew telf mad-deprezzament.

EFFETTI TAT-TAXXA TAD-DIFFERENZI KOLLHA TAL-KAMBJU

50 Qligħ u telf fuq tranżazzjonijiet f’munita barranija u differenzi tal-kambju li jirriżultaw meta jinqalbu r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità (inkluża operazzjoni barranija) f’munita differenti jista’ jkollhom effetti tat-taxxa. L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu japplika għal dawn l-effetti tat-taxxa.

DIVULGAZZJONI

51   Fil-paragrafi 53 u 55-57 ir-referenzi għal “munita funzjonali”, fil-każ ta’ grupp, japplikaw għall-munita funzjonali tal-kumpanija omm.

52   Entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont ta’ differenzi tal-kambju rikonoxxuti fi profitt jew telf għajr dawk li jirriżultaw fi strumenti finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9; u

(b) 

id-differenzi netti tal-kambju rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv u akkumulati f’komponent separat tal-ekwità, u r-rikonċiljazzjoni tal-ammont ta’ differenzi tal-kambju bħal dawn fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu.

53   Meta l-munita tal-preżentazzjoni tkun differenti mill-munita funzjonali, dak il-fatt għandu jiġi ddikjarat, flimkien ma’ divulgazzjoni tal-munita funzjonali u r-raġuni għaliex ġiet użata munita tal-preżentazzjoni differenti.

54   Meta jkun hemm bidla fil-munita funzjonali tal-entità relatriċi jew ta’ operazzjoni barranija sinifikanti, dak il-fatt u r-raġuni għall-bidla fil-munita funzjonali għandhom jiġu ddivulgati.

55   Meta entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha f’munita li tkun differenti mill-munita funzjonali tagħha, din għandha tiddeskrivi r-rapporti finanzjarji bħala li jikkonformaw mal-IFRSs biss jekk ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-IFRSs, inkluż il-metodu tal-qlib stabbilit fil-paragrafi 39 u 42.

56 Xi kultant, entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha jew informazzjoni finanzjarja oħra f’munita li ma tkunx il-munita funzjonali tagħha mingħajr ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 55. Pereżempju, entità tista’ taqleb f’munita oħra ċerti entrati biss magħżulin mir-rapporti finanzjarji tagħha. Jew, entità li l-munita funzjonali tagħha ma tkunx il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja tista’ taqleb ir-rapporti finanzjarji f’munita oħra billi taqleb l-entrati kollha bl-aktar rata fl-għeluq reċenti. Qlib bħal dan mhuwiex f’konformità mal-IFRSs u huwa meħtieġ li jsiru d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 57.

57   Meta entità turi r-rapporti finanzjarji jew informazzjoni finanzjarja oħra tagħha f’munita li tkun differenti mill-munita funzjonali jew mill-munita tal-preżentazzjoni tagħha u r-rekwiżiti tal-paragrafu 55 ma jiġux issodisfati, din għandha:

(a) 

tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni bħala informazzjoni supplimentari biex tiddistingwiha mill-informazzjoni li tikkonforma mal-IFRSs;

(b) 

tiddivulga l-munita li fiha tidher l-informazzjoni supplimentari; u

(c) 

tiddivulga l-munita funzjonali tal-entità u l-metodu tal-qlib użat biex tiġi determinata l-informazzjoni supplimentari.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

58 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

58A  Investiment Nett f’Operazzjoni Barranija (Emenda fl-IAS 21), maħruġ f’Diċembru 2005, żied il-paragrafu 15A u emenda l-paragrafu 33. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija.

59 Entità għandha tapplika l-paragrafu 47 b’mod prospettiv għall-akkwiżizzjonijiet kollha li jseħħu wara l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar finanzjarju li fih ikun ġie applikat dan l-Istandard għall-ewwel darba. Applikazzjoni retrospettiva tal-paragrafu 47 għal akkwiżizzjonijiet aktar bikrin hija permessa. Għal akkwiżizzjoni ta’ operazzjoni barranija trattata b’mod prospettiv iżda li tkun seħħet qabel id-data li fiha jkun ġie applikat dan l-Istandard għall-ewwel darba, l-entità ma għandhiex tirridikjara snin preċedenti u b’hekk tista’, meta jkun xieraq, tittratta l-aġġustamenti għall-avvjament u għall-valur ġust li jirriżultaw fuq dik l-akkwiżizzjoni bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità minflok bħala assi u obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija. Għaldaqstant, dawk l-aġġustamenti għall-avvjamenti u għall-valur ġust huma diġà espressi fil-munita funzjonali tal-entità jew huma entrati nonmonetarji ta’ munita barranija, li huma rapportati billi tintuża r-rata tal-kambju fid-data tal-akkwiżizzjoni.

60 Il-bidliet l-oħra kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mar-rekwiżiti tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

60A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafi 27, 30–33, 37, 39, 41, 45, 48 u 52. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

60B L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) żied il-paragrafi 48A–48D u emenda l-paragrafu 49. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

60C [Imħassar]

60D Il-paragrafu 60B ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

60E [Imħassar]

60F L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 3(b), 8, 11, 18, 19, 33, 44–46 u 48A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

60G L-IFRS 13, maħruġ f'Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 8 u emenda l-paragrafu 23. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

60H  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 39. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

60I [Imħassar]

60J L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 4, 5, 27 u 52 u ħassar il-paragrafi 60C, 60E u 60I. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

60K L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 16. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

61 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju (rivedut fl-1993).

62 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-SIC11 Kambju — Kapitalizzazzjoni ta’ Telf li Jirriżulta minn Żvalutar Qawwi tal-Munita;

(b) 

l-SIC19 Munita tar-Rapportar — Kejl u Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji taħt l-IAS 21 u l-IAS 29; u

(c) 

l-SIC-30 Munita tar-Rapportar — Qlib mill-Munita tal-Kejl għall-Munita tal-Preżentazzjoni.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 23

Kostijiet tat-Teħid b’Self

PRINĊIPJU FUNDAMENTALI

1   Il-kostijiet tat-teħid b’self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi kwalifikanti jiffurmaw parti mill-kost ta’ dak l-assi. Kostijiet oħrajn ta’ teħid b’self huma rikonoxxuti bħala spiża.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Entità għandha tapplika dan l-Istandard fil-kontabbiltà għall-kostijiet tat-teħid b’self.

3 L-Istandard ma jirrigwardax il-kost reali jew imputat tal-ekwità, inkluż il-kapital privileġġat mhux ikklassifikat bħala obbligazzjoni.

4 Entità mhijiex meħtieġa tapplika l-Istandard għall-kostijiet tas-self li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’:

(a) 

assi kwalifikanti mkejla fil-valur ġust, pereżempju assi bijoloġiku fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura; jew

(b) 

inventarji li jkunu manifatturati, jew prodotti b’xi mod ieħor, fi kwantitajiet kbar fuq bażi ripetittiva.

DEFINIZZJONIJIET

5   Dan l-Istandard juża t-termini li ġejjin bit-tifsiriet speċifikati:

Kostijiet tat-teħid b’self huma mgħax u kostijiet oħrajn li entità ġġarrab b’konnessjoni mat-teħid b’self ta’ fondi.
Assi kwalifikanti huwa assi li neċessarjament jieħu perjodu sostanzjali ta’ żmien biex jitlesta għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu.

6 Il-kostijiet tat-teħid b’self jistgħu jinkludu:

(a) 

spiża tal-imgħax ikkalkolata bil-metodu tal-imgħax effettiv kif deskritt fl-IFRS 9;

(b) 

[imħassar]

(c) 

[imħassar]

(d) 

mgħax fir-rigward tal-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjonijiet rikonoxxuti f’konformità mal-IFRS 16 Lokazzjonijiet; u

(e) 

differenzi tal-kambju li jirriżultaw minn teħid b’self ta’ muniti barranin sal-punt li jitqiesu bħala aġġustament għall-kostijiet tal-imgħax.

7 Skont iċ-ċirkustanzi, dawn li ġejjin kollha jistgħu jkunu assi kwalifikanti:

(a) 

inventarji

(b) 

impjanti tal-manifattura

(c) 

faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

(d) 

assi intanġibbli

(e) 

proprjetajiet għall-investiment

(f) 

pjanti portaturi.

Assi finanzjarji, u inventarji li jkunu manifatturati, jew prodotti b’xi mod ieħor, fuq perjodu ta’ żmien qasir, mhumiex assi kwalifikanti. Assi li jkunu lesti għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tagħhom meta jkunu akkwistati mhumiex assi kwalifikanti.

RIKONOXXIMENT

8   Entità għandha tikkapitalizza l-kostijiet tat-teħid b’self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi kwalifikanti, bħala parti mill-kost ta’ dak l-assi. Entità għandha tirrikonoxxi kostijiet oħrajn tat-teħid b’self bħala spiża fil-perjodu li fih iġġarrabhom.

9 Il-kostijiet tat-teħid b’self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi kwalifikanti huma inklużi fil-kost ta’ dak l-assi. Dawn il-kostijiet tat-teħid b’self huma kapitalizzati bħala parti mill-kost tal-assi meta jkun probabbli li dawn se jirriżultaw f’benefiċċji ekonomiċi futuri għall-entità u l-kostijiet jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli. Meta entità tapplika l-IAS 29 Rapportar Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji, din tirrikonoxxi bħala spiża dik il-parti tal-kostijiet tat-teħid b’self li tikkumpensa għall-inflazzjoni matul l-istess perjodu f’konformità mal-paragrafu 21 ta’ dak l-Istandard.

Kostijiet tat-teħid b’self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni

10 Il-kostijiet tat-teħid b’self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi kwalifikanti huma dawk il-kostijiet tat-teħid b’self li kienu jiġu evitati li kieku n-nefqa fuq l-assi kwalifikanti ma tkunx saret. Meta entità tieħu fondi b’self speċifikament għall-fini li tikseb assi kwalifikanti partikulari, il-kostijiet tat-teħid b’self li huma relatati direttament ma’ dak l-assi kwalifikanti jistgħu jkunu identifikati fil-pront.

11 Jista’ jkun diffiċli tidentifika relazzjoni diretta bejn teħid b’self partikulari u assi kwalifikanti, u tiddetermina t-teħid b’self li seta’ kieku jkun evitat. Diffikultà bħal din isseħħ, pereżempju, meta l-attivitajiet ta’ finanzjament ta’ entità jkunu kkoordinati b’mod ċentrali. Id-diffikultajiet jinħolqu wkoll meta grupp juża firxa ta’ strumenti tad-dejn biex jieħu b’self fondi li jkollhom rati varji ta’ mgħax, u jaħti b’self dawk il-fondi fuq bażijiet diversi lil entitajiet oħrajn fil-grupp. Kumplikazzjonijiet oħrajn jinħolqu mill-użu ta’ self denominat f’muniti barranin jew marbut magħhom, meta l-grupp jopera f’ekonomiji li għandhom inflazzjoni għolja, u minn ċaqliq fir-rati tal-kambju. B’riżultat ta’ dan, id-determinazzjoni tal-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni ta’ assi kwalifikanti hija diffiċli li issir, u huwa meħtieġ l-eżerċizzju tal-ġudizzju.

12   Sal-punt li entità tieħu fondi b’self speċifikament għall-iskop li tikseb assi kwalifikanti, l-entità għandha tiddetermina l-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni bħala l-kostijiet tat-teħid b’self reali mġarrba fuq dak is-self matul il-perjodu, mingħajr ebda introjtu mill-investiment temporanju ta’ dak it-teħid b’self.

13 L-arranġamenti ta’ finanzjament għal assi kwalifikanti jistgħu jirriżultaw f’entità li tikseb fondi meħuda b’self u ġġarrab kostijiet assoċjati tat-teħid b’self qabel ma xi parti mill-fondi jew il-fondi kollha jintużaw għan-nefqiet fuq l-assi kwalifikanti. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-fondi ta’ spiss jiġu investiti temporanjament sakemm jintefqu fuq l-assi kwalifikanti. Fid-determinazzjoni tal-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni matul perjodu, kwalunkwe introjtu mill-investiment ta’ dawn il-fondi jitnaqqas mill-kostijiet tat-teħid b’self imġarrab.

14   Sal-punt li entità tieħu fondi b’self b’mod ġenerali u tużahom għall-iskop li tikseb assi kwalifikanti, l-entità għandha tiddetermina l-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni billi tapplika rata ta’ kapitalizzazzjoni għan-nefqiet fuq dak l-assi. Ir-rata tal-kapitalizzazzjoni għandha tkun il-medja ponderata tal-kostijiet tat-teħid b’self applikabbli għat-teħid b’self kollu tal-entità li tkun pendenti matul il-perjodu. Madankollu, entità għandha teskludi minn dan il-kalkolu l-kostijiet tat-teħid b’self applikabbli għat-teħid b’self li jkun sar speċifikament għall-iskop li tikseb assi kwalifikanti, sakemm jitlestew b’mod sostanzjali l-attivitajiet kollha meħtieġa biex tipprepara dak l-assi għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu. L-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self li entità tikkapitalizza matul perjodu ma għandux jaqbeż l-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self li l-entità tkun ġarrbet matul dak il-perjodu.

15 F'xi ċirkustanzi, ikun xieraq li jii inkluż it-teħid b’self kollu tal-kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha fil-kalkolazzjoni ta’ medja ponderata tal-kostijiet tat-teħid b’self; f’ċirkustanzi oħrajn, ikun xieraq li kull sussidjarja tuża medja ponderata tal-kostijiet tat-teħid b’self applikabbli għat-teħid b’self tagħha biss.

Eċċess tal-ammont riportat tal-assi kwalifikanti fuq l-ammont rekuperabbli

16 Meta l-ammont riportat jew il-kost finali mistenni tal-assi kwalifikanti jaqbeż l-ammont rekuperabbli jew il-valur nett realizzabbli tiegħu, l-ammont riportat jitniżżel fil-valur jew jitħassar f’konformità mar-rekwiżiti ta’ Standards oħrajn. F’ċerti ċirkustanzi, l-ammont tat-tniżżil fil-valur jew it-tħassir jerġa’ jiġi rrestawrat f’konformità ma’ dawk l-Istandards l-oħrajn.

Bidu tal-kapitalizzazzjoni

17   Entità għandha tibda tikkapitalizza l-kostijiet tat-teħid b’self bħala parti mill-kost ta’ assi kwalifikanti fid-data tal-bidu. Id-data tal-bidu għall-kapitalizzazzjoni hija l-ewwel data li fiha l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

iġġarrab nefqiet għall-assi;

(b) 

iġġarrab kostijiet tat-teħid b’self; u

(c) 

twettaq attivitajiet li huma meħtieġa biex tipprepara l-assi għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu.

18 In-nefqiet fuq assi kwalifikanti jinkludu biss dawk in-nefqiet li jkunu rriżultaw f’pagamenti ta’ flus, trasferimenti ta’ assi oħrajn jew l-inkarigu ta’ obbligazzjonijiet bl-imgħax. In-nefqiet jitnaqqsu bi kwalunkwe pagament riċevut mal-progress tax-xogħlijiet u għotjiet riċevuti b’konnessjoni mal-assi (ara l-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern). Il-medja tal-ammont riportat tal-assi matul perjodu, inklużi l-kostijiet tat-teħid b’self li kienu kapitalizzati preċedentement, normalment hija approssimazzjoni raġonevoli tan-nefqiet li għalihom ir-rata tal-kapitalizzazzjoni tkun applikata f’dak il-perjodu.

19 L-attivitajiet meħtieġa biex l-assi jiġi ppreparat għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu jinkludu aktar mill-kostruzzjoni fiżika tal-assi. Jinkludu ħidma teknika u amministrattiva qabel il-bidu tal-kostruzzjoni fiżika, bħall-attivitajiet assoċjati mal-ksib ta’ permessi qabel ma tibda l-kostruzzjoni fiżika. Madankollu, dawn l-attivitajiet jeskludu ż-żamma ta’ assi fejn ma sseħħ l-ebda produzzjoni jew żvilupp li jibdel il-kundizzjoni tal-assi. Pereżempju, il-kostijiet tat-teħid b’self imġarrba waqt li art tkun qed tiġi żviluppata jkunu kapitalizzati matul il-perjodu li fih ikunu qed isiru attivitajiet relatati mal-iżvilupp. Madankollu, il-kostijiet tat-teħid b’self imġarrba waqt li l-art akkwistata għal skopijiet ta’ bini tkun qed tinżamm mingħajr l-ebda attività ta’ żvilupp assoċjat magħha ma jikkwalifikawx għall-kapitalizzazzjoni.

Sospensjoni tal-kapitalizzazzjoni

20   Entità għandha tissospendi l-kapitalizzazzjoni tal-kostijiet tat-teħid b’self matul perjodi estiżi li fihom tissospendi l-iżvilupp attiv ta’ assi kwalifikanti.

21 Entità tista’ ġġarrab kostijiet tat-teħid b’self matul perjodu estiż li fih tissospendi l-attivitajiet meħtieġa biex tipprepara assi għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu. Kostijiet bħal dawn huma kostijiet imġarrba biex iżżomm f’idejha assi parzjalment kompleti u ma jikkwalifikawx għall-kapitalizzazzjoni. Madankollu, entità normalment ma tissospendix il-kapitalizzazzjoni ta’ kostijiet tat-teħid b’self matul perjodu li fih twettaq ħidma sostanzjali teknika u amministrattiva. Entità lanqas ma tissospendi l-kapitalizzazzjoni ta’ kostijiet tat-teħid b’self meta dewmien temporanju jkun parti neċessarja mill-proċess li bih assi jitlesta għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu. Pereżempju, il-kapitalizzazzjoni tkompli matul il-perjodu estiż li fih il-livelli għolja tal-ilma jittardjaw il-kostruzzjoni ta’ pont, jekk dawn il-livelli għolja tal-ilma jkunu komuni matul il-perjodu ta’ kostruzzjoni fir-reġjun ġeografiku involut.

Ċessjoni ta’ kapitalizzazzjoni

22   Entità għandha twaqqaf il-kapitalizzazzjoni tal-kostijiet tat-teħid b’self meta, sostanzjalment, l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jippreparaw lill-assi kwalifikanti għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu, jitlestew.

23 Assi normalment ikun lest għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tiegħu meta l-kostruzzjoni fiżika tal-assi titlesta, anki jekk jagħti l-każ li xi xogħol amministrattiv ta’ rutina jkun għadu għaddej. Jekk modifiki żgħar, bħad-dekorazzjoni ta’ proprjetà skont l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej jew tal-utent, ikunu dak kollu li jkun għadu pendenti, dan jindika li, fis-sustanza, l-attivitajiet kollha tlestew.

24   Meta entità tlesti l-kostruzzjoni ta’ assi kwalifikanti f’partijiet, u kull parti tkun tista’ tintuża waqt li l-kostruzzjoni tkompli għaddejja fuq partijiet oħrajn, l-entità għandha tieqaf tikkapitalizza l-kostijiet tat-teħid b’self meta tlesti, fis-sustanza, l-attivitajiet kollha meħtieġa biex tipprepara dik il-parti għall-użu maħsub jew għall-bejgħ tagħha.

25 Park kummerċjali li jinkludi diversi binjiet, u li kull binja minnu tista’ tintuża b’mod individwali, huwa eżempju ta’ assi kwalifikanti li kull parti minnu tista’ tintuża waqt li l-kostruzzjoni tkompli għaddejja fuq partijiet oħrajn. Eżempju ta’ assi kwalifikanti li jeħtieġ li jitlesta kollu qabel ma xi parti minnu tkun tista’ tintuża huwa impjant industrijali li jinvolvi diversi proċessi li jitwettqu f’sekwenza f’partijiet differenti tal-impjant fl-istess sit, bħal pereżempju impjant industrijali għall-manifattura tal-azzar.

DIVULGAZZJONI

26   Entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self ikkapitalizzati matul il-perjodu; u

(b) 

ir-rata tal-kapitalizzazzjoni użata biex tiddetermina l-ammont tal-kostijiet tat-teħid b’self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

27   Meta l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard tikkostitwixxi bidla fil-politika tal-kontabbiltà, entità għandha tapplika l-Istandard għall-kostijiet tat-teħid b’self relatati ma’ assi kwalifikanti li għalihom id-data tal-bidu tal-kapitalizzazzjoni tkun id-data effettiva ta’ dan l-Istandard jew wara.

28   Madankollu, entità tista’ tiddeżinja kwalunkwe data qabel id-data effettiva u tapplika l-Istandard għall-kostijiet tat-teħid b’self relatati mal-assi kwalifikanti kollha li għalihom id-data tal-bidu għall-kapitalizzazzjoni tkun dik id-data jew wara.

28A  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2015-2017, maħruġ f’Diċembru 2017, emenda l-paragrafu 14. Entità għandha tapplika dawk l-emendi fuq il-kostijiet tat-teħid b’self imġarrba fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali, jew wara u li fih l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba.

DATA EFFETTIVA

29 Entità għandha tapplika l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-Istandard minn data qabel l-1 ta’ Jannar 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

29A Il-paragrafu 6 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

29B L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

29C L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

29D  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2015-2017, maħruġ f’Diċembru 2017, emenda l-paragrafu 14 u żied il-paragrafu 28A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 23 (RIVEDUT FL-1993)

30 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self rivedut fl-1993.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 24

Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiġi żgurat li r-rapporti finanzjarji ta’ entità jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa biex tinġibed l-attenzjoni għall-possibbiltà li l-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf tagħha setgħu kienu affettwati mill-eżistenza ta’ partijiet relatati u minn tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, ma’ dawn il-partijiet.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat:

(a) 

fl-identifikazzjoni ta’ relazzjonijiet u tranżazzjonijiet tal-partijiet relatati;

(b) 

fl-identifikazzjoni ta’ bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, bejn entità u l-partijiet relatati magħha;

(c) 

fl-identifikazzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom tkun meħtieġa d-divulgazzjoni tal-entrati f’(a) u (b); u

(d) 

fid-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom isiru dwar dawk l-entrati.

3   Dan l-Istandard jitlob id-divulgazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati, tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, inklużi impenji, fir-rapporti finanzjarji konsolidati u separati ta’ kumpanija omm jew ta’ investituri b’kontroll konġunt ta’ destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti fuqha, ippreżentata f’konformità mal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati jew l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati. Dan l-Istandard japplika wkoll għal rapporti finanzjarji individwali.

4 Tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti ta’ parti relatata ma’ entitajiet oħra fi grupp jiġu ddivulgati fir-rapporti finanzjarji ta’ entità. Tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti ta’ parti relatata intragrupp jiġu eliminati, għajr dawk bejn entità ta’ investiment u s-sussidjarji tagħha imkejla bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, fit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp.

SKOP TAD-DIVULGAZZJONIJIET DWAR PARTIJIET RELATATI

5 Relazzjonijiet ma’ partijiet relatati huma karatteristika normali tal-kummerċ u n-negozju. Pereżempju, entitajiet ta’ spiss iwettqu partijiet mill-attivitajiet tagħhom permezz ta’ sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-entità għandha l-kapaċità li taffettwa l-politiki finanzjarji u operatorji tad-destinatarja ta’ investiment permezz tal-preżenza ta’ kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti.

6 Relazzjoni ma’ parti relatata jista’ jkollha effett fuq il-profitt jew it-telf u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità. Partijiet relatati jistgħu jidħlu fi tranżazzjonijiet li partijiet li mhux relatati ma jidħlux għalihom. Pereżempju, entità li tbigħ oġġetti lill-kumpanija omm tagħha skont il-kost tista’ ma tbigħx b’dawk it-termini lil konsumatur ieħor. Barra min hekk, tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati jistgħu ma jsirux bl-istess ammonti bħal dawk li jsiru bejn partijiet mhux relatati.

7 Il-profitt jew telf u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità jistgħu jiġu affettwati b’relazzjoni ma’ parti relatata, anki jekk it-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati ma jseħħux. Is-sempliċi eżistenza tar-relazzjoni tista’ tkun biżżejjed biex taffettwa t-tranżazzjonijiet tal-entità ma’ partijiet oħrajn. Pereżempju, sussidjarja tista’ ttemm ir-relazzjonijiet ma’ sieħeb kummerċjali malli l-kumpanija omm takkwista sussidjarja sieħba li tagħmel l-istess attività bħalma jagħmel is-sieħeb kummerċjali msemmi qabel. Alternattivament, parti waħda tista’ ma taġixxix minħabba l-influwenza sinifikanti tal-oħra – pereżempju, sussidjarja tista’ tiġi ordnata mill-kumpanija omm tagħha biex ma tagħmilx riċerka u żvilupp.

8 Għal dawn ir-raġunijiet, għarfien tat-tranżazzjonijiet, il-bilanċi pendenti, fosthom l-impenji u r-relazzjonijiet ma’ partijiet relatati ta’ entità, jista’ jaffettwa l-valutazzjonijiet tal-operazzjonijiet tagħha mill-utenti tar-rapporti finanzjarji, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskji u tal-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom lill-entità.

DEFINIZZJONIJIET

9   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Parti relatata hija persuna jew entità li tkun relatata mal-entità li tippreparalha r-rapporti finanzjarji tagħha (f’dan l-Istandard tissejjaħ l-“entità relatriċi”).
(a) 

Persuna jew membru qarib tal-familja ta’ dik il-persuna tkun relatata ma’ entità relatriċi jekk dik il-persuna:

(i) 

ikollha kontroll jew kontroll konġunt tal-entità relatriċi;

(ii) 

ikollha influwenza sinifikanti fuq l-entità relatriċi; jew

(iii) 

tkun membru kruċjali tal-maniġment tal-entità relatriċi jew ta’ kumpanija omm tal-entità relatriċi.

(b) 

Entità tkun relatata ma’ entità relatriċi jekk tapplika kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:

(i) 

L-entità u l-entità relatriċi jkunu membri tal-istess grupp (li jfisser li kull kumpanija omm, sussidjarja u sussidjarja sieħba tkun relatata mal-oħrajn).

(ii) 

Entità waħda tkun kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tal-entità l-oħra (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta ta’ membru ta’ grupp li tiegħu l-entità l-oħra tkun membru).

(iii) 

Iż-żewġ entitajiet ikunu impriżi konġunti tal-istess parti terza.

(iv) 

Entità waħda tkun impriża konġunta ta’ entità terza u l-entità l-oħra tkun kumpanija assoċjata tal-entità terza.

(v) 

L-entità tkun pjan ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg għall-benefiċċju tal-impjegati tal-entità relatriċi jew ta’ xi entità relatata mal-entità relatriċi. Jekk l-entità relatriċi tkun hija stess pjan bħal dan, l-impjegaturi sponsor ikunu wkoll relatati mal-entità relatriċi.

(vi) 

L-entità tkun ikkontrollata unikament jew b’mod konġunt minn persuna identifikata f’(a).

(vii) 

Persuna identifikata f’(a)(i) ikollha influwenza sinifikanti fuq l-entità jew tkun membru kruċjali tal-maniġment tal-entità (jew ta’ kumpanija omm tal-entità).

(viii) 

L-entità, jew kwalunkwe membru ta’ grupp li tifforma parti minnu, tipprovdi servizzi tal-membri kruċjali tal-maniġment lill-entità relatriċi jew lill-kumpanija omm tal-entità relatriċi.

Tranżazzjoni ma’ parti relatata hija trasferiment ta’ riżorsi, servizzi jew obbligi bejn entità relatriċi u parti relatata, irrispettivament minn jekk jintalabx prezz.
Qraba tal-familja ta’ persuna huma dawk il-membri tal-familja li jkunu mistennija li jinfluwenzaw lil dik il-persuna, jew jiġu influwenzati minnha, fin-negozju tagħhom mal-entità u jinkludu:
(a) 

it-tfal u l-mara/raġel jew sieħba domestika/sieħeb domestiku tal-persuna;

(b) 

it-tfal tal-mara/raġel jew sieħba domestika/sieħeb domestiku tal-persuna; u

(c) 

id-dipendenti ta’ dik il-persuna jew tal-mara/raġel jew sieħba domestika/sieħeb domestiku ta’ dik il-persuna.

Kumpens jinkludi l-benefiċċji kollha tal-impjegati (kif definiti fl-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati) fosthom il-benefiċċji tal-impjegati li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma. Benefiċċji tal-impjegati huma l-forom kollha ta’ korrispettiv imħallas, pagabbli jew ipprovdut mill-entità, jew f’isem l-entità, għal servizzi mogħtija lill-entità. Dan jinkludi wkoll korrispettiv imħallas ta’ dan it-tip f’isem kumpanija omm tal-entità fir-rigward tal-entità. Kumpens jinkludi:
(a) 

benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati, bħal pagi, salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, liv annwali mħallas u liv tal-mard imħallas, kondiviżjoni tal-profitti u bonusijiet (jekk pagabbli fi żmien tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu) u benefiċċji nonmonetarji (bħal kura medika, akkomodazzjoni, karrozzi u oġġetti jew servizzi mingħajr ħlas jew issussidjati) għal impjegati kurrenti;

(b) 

benefiċċji ta’ wara l-impjieg bħal pensjonijiet, benefiċċji oħra tal-irtirar, assigurazzjoni tal-ħajja ta’ wara l-impjieg u kura medika ta’ wara l-impjieg;

(c) 

benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati, inkluż liv għal servizz twil jew liv sabbatiku, benefiċċji ta’ ġublew jew oħrajn għal servizz twil, benefiċċji tad-diżabbiltà fit-tul u, jekk ma jkunux pagabbli kollha fi żmien tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu, kondiviżjoni tal-profitti, bonusijiet u kumpens differit;

(d) 

benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg; u

(e) 

pagament ibbażat fuq l-ishma.

Membri kruċjali tal-maniġment huma dawk il-persuni li għandhom l-awtorità u r-responsabbiltà għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-entità, direttament jew indirettament, u li jinkludu kwalunkwe direttur (kemm jekk eżekuttiv kif ukoll jekk mhux) ta’ dik l-entità.
Gvern tirreferi għall-gvern, l-aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Entità relatata mal-gvern hija entità li hija kkontrollata minn gvern, b’kontroll konġunt jew li hija influwenzata b’mod sinifikanti minnu.
It-termini “kontroll” u “entità ta’ investiment”, “kontroll konġunt” u “influwenza sinifikanti” huma definiti fl-IFRS 10, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u f’Impriżi Konġunti u jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs.

10 Fir-rigward ta’ kull relazzjoni possibbli ma’ parti relatata, tingħata attenzjoni għas-sustanza tar-relazzjoni u mhux sempliċiment għall-forma ġuridika.

11 Fil-kuntest ta’ dan l-Istandard, dawn li ġejjin mhumiex partijiet relatati:

(a) 

żewġ entitajiet sempliċiment minħabba li jkollhom direttur jew membru kruċjali tal-maniġment ewlieni ieħor komuni jew għax membru kruċjali tal-maniġment ta’ entità minnhom ikollu influwenza sinifikanti fuq l-entità l-oħra.

(b) 

żewġ imprendituri konġunti sempliċiment minħabba li jikkondividu kontroll konġunt ta’ impriża konġunta.

(c) 
(i) 

fornituri tal-finanzjament,

(ii) 

trade unions,

(iii) 

utilitajiet pubbliċi, u

(iv) 

dipartimenti u aġenziji ta’ gvern li la jikkontrollaw, la jikkontrollaw b’mod konġunt u lanqas ma jinfluwenzaw b’mod sinifikanti lill-entità relatriċi,

sempliċiment minħabba n-negozju normali tagħhom ma’ entità (anki jekk jistgħu jaffettwaw il-libertà ta’ entità li taġixxi jew li tipparteċipa fil-proċess tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet).

(d) 

konsumatur, fornitur, franchisor, distributur jew aġent ġenerali li l-entità tagħmel volum sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali miegħu, sempliċiment minħabba d-dipendenza ekonomika li tirriżulta.

12 Fid-definizzjoni ta’ parti relatata, kumpanija assoċjata tinkludi s-sussidjarji tal-kumpanija assoċjata, filwaqt li impriża konġunta tinkludi s-sussidjarji tal-impriża konġunta. Għaldaqstant, pereżempju, sussidjarja ta’ kumpanija assoċjata u l-investitur li għandu influwenza sinifikanti fuq il-kumpanija assoċjata huma relatati flimkien.

DIVULGAZZJONIJIET

L-entitajiet kollha

13   Relazzjonijiet bejn kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha għandhom jiġu ddivulgati irrispettivament minn jekk kienx hemm tranżazzjonijiet bejniethom. Entità għandha tiddivulga l-isem tal-kumpanija omm tagħha u, jekk din tkun differenti, il-parti li jkollha l-kontroll aħħari. Jekk la l-kumpanija omm tal-entità u lanqas il-parti li jkollha l-kontroll aħħari ma jipproduċu rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku, għandu jiġi ddivulgat ukoll l-isem tat-tieni l-ogħla kumpanija omm superjuri li tagħmel dan.

14 Biex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jiffurmaw opinjoni dwar l-effetti tar-relazzjonijiet ma’ parti relatata fuq entità, huwa xieraq li tiġi ddivulgata r-relazzjoni ma’ parti relatata meta jeżisti kontroll, irrispettivament minn jekk seħħewx tranżazzjonijiet bejn il-partijiet relatati.

15 Ir-rekwiżit tad-divulgazzjoni ta’ relazzjonijiet tal-partijiet relatati bejn kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha huwa apparti r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 27 u l-IFRS 12 Divulgazzjoni tal-Interessi f’Entitajiet Oħrajn.

16 Il-paragrafu 13 jirreferi għat-tieni l-ogħla kumpanija omm. Din tkun l-ewwel kumpanija omm fil-grupp li tiġi fuq il-kumpanija omm immedjata li tipproduċi rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku.

17   Entità għandha tiddivulga l-kumpens lill-membri kruċjali tal-maniġment kemm bħala total kif ukoll għall kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

benefiċċji ta’ terminu qasir għall-impjegati;

(b) 

benefiċċji ta’ wara l-impjieg;

(c) 

benefiċċji oħra fit-tul;

(d) 

benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg; u

(e) 

pagament ibbażat fuq l-ishma.

17A   Jekk entità tikseb servizzi ta’ membru kruċjali tal-maniġment minn entità oħra (l-“entità ta’ maniġment”), l-entità ma tkunx meħtieġa tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu 17 għall-kumpens imħallas jew pagabbli mill-entità ta’ maniġment lill-impjegati jew diretturi tal-entità ta’ maniġment.

18   Jekk entità tkun għamlet tranżazzjonijiet ma’ parti relatata matul il-perjodi koperti mir-rapporti finanzjarji, din għandha tiddivulga n-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata kif ukoll l-informazzjoni dwar dawn it-tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, meħtieġa biex l-utenti jifhmu l-effett potenzjali tar-relazzjoni fuq ir-rapporti finanzjarji. Dawn ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni huma b’żieda ma’ dawk fil-paragrafu 17. Tal-anqas, id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a) 

l-ammont tat-tranżazzjonijiet;

(b) 

l-ammont tal-bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, u:

(i) 

it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, inkluż jekk ġewx assigurati, u n-natura tal-korrispettiv li għandu jingħata bħala saldu; u

(ii) 

dettalji ta’ kwalunkwe garanzija mogħtija jew riċevuta;

(c) 

dispożizzjonijiet għal djun dubjużi relatati mal-ammont ta’ bilanċi pendenti; u

(d) 

l-ispiża rikonoxxuta matul il-perjodu fir-rigward ta’ djun mitlufa jew dubjużi dovuti minn partijiet relatati.

18A   Ammonti mġarrba mill-entità għall-provvediment ta’ servizzi ta’ membri kruċjali tal-maniġment li jkunu pprovduti minn entità ta’ maniġment separata għandhom jiġu ddivulgati.

19   Id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 18 għandhom isiru b’mod separat għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

il-kumpanija omm;

(b) 

entitajiet b’kontroll konġunt tal-entità, jew b’influwenza sinifikanti fuqha;

(c) 

sussidjarji;

(d) 

kumpaniji assoċjati;

(e) 

impriżi konġunti li fihom l-entità tkun imprenditriċi konġunta;

(f) 

membri kruċjali tal-maniġment tal-entità jew il-kumpanija omm tagħha; u

(g) 

partijiet relatati oħrajn.

20 Il-klassifikazzjoni tal-ammonti pagabbli lill-partijiet relatati, u riċevibbli mingħandhom, fil-kategoriji differenti kif meħtieġ fil-paragrafu 19 hija estensjoni tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni meħtieġ fl-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji biex l-informazzjoni tiġi ppreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti. Il-kategoriji huma estiżi biex jipprovdu analiżi aktar komprensiva tal-bilanċi tal-partijiet relatati u japplikaw għat-tranżazzjonijiet tal-partijiet relatati.

21 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tranżazzjonijiet li għandhom jiġu ddivulgati jekk isiru ma’ parti relatata:

(a) 

xiri jew bejgħ ta’ oġġetti (lesti jew le);

(b) 

xiri jew bejgħ ta’ proprjetà u assi oħra;

(c) 

servizzi mogħtija jew riċevuti;

(d) 

lokazzjonijiet;

(e) 

trasferimenti ta’ riċerka u żvilupp;

(f) 

trasferimenti taħt ftehimiet ta’ liċenzja;

(g) 

trasferimenti taħt arranġamenti finanzjarji (inkluż self u kontribuzzjonijiet tal-ekwità fi flus jew in natura);

(h) 

provvediment ta’ garanziji jew kollateral;

(i) 

impenji li wieħed iwettaq xi ħaġa f’każ li jseħħ jew ma jseħħx xi event partikulari fil-futur, fosthom kuntratti eżekutorji ( 14 ) (rikonoxxuti u mhux); u

(j) 

saldu ta’obbligazzjonijiet f’isem l-entità jew mill-entità f’isem dik il-parti relatata.

22 Parteċipazzjoni minn kumpanija omm jew sussidjarja fi pjan ta’ benefiċċju definit li jaqsam ir-riskji bejn entitajiet tal-grupp hija tranżazzjoni bejn partijiet relatati (ara l-paragrafu 42 tal-IAS 19 (kif emendat fl-2011)).

23 Divulgazzjonijiet li tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati saru fuq termini li huma ekwivalenti għal dawk eżistenti fi tranżazzjonijiet distakkati jsiru biss jekk dawn it-termini jistgħu jiġu ssostanzjati.

24   Entrati ta’ natura simili jistgħu jiġu ddivulgati flimkien, ħlief meta divulgazzjoni separata tkun meħtieġa biex wieħed jifhem l-effetti ta’ tranżazzjonijiet ma’ parti relatata fir-rapporti finanzjarji tal-entità.

Entitajiet relatati mal-gvern

25   Entità relatriċi hija eżenti mir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-paragrafu 18 b’rabta ma’ tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti relatati tal-partijiet, inklużi impenji, ma’:

(a) 

gvern li jkollu kontroll tal-entità relatriċi, jew kontroll konġunt tagħha, jew influwenza sinifikanti fuqha; u

(b) 

entità oħra li tkun parti relatata għaliex l-istess gvern ikollu kontroll kemm fuq l-entità relatriċi kif ukoll fuq l-entità l-oħra, jew kontroll konġunt tagħhom, jew influwenza sinifikanti fuqhom.

26   Jekk entità relatriċi tapplika l-eżenzjoni fil-paragrafu 25, din għandha tiddivulga dan li ġej dwar it-tranżazzjonijiet u l-bilanċi pendenti relatati msemmija fil-paragrafu 25:

(a) 

l-isem tal-gvern u n-natura tar-relazzjoni tiegħu mal-entità relatriċi (jiġifieri kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti);

(b) 

l-informazzjoni li ġejja f’biżżejjed dettall sabiex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tal-entità jifhmu l-effett tat-tranżazzjonijiet tal-parti relatata fuq ir-rapporti finanzjarji tagħha:

(i) 

in-natura u l-ammont ta’ kull tranżazzjoni individwali sinifikanti; u

(ii) 

għal tranżazzjonijiet oħra li jkunu kollettivament, iżda mhux individwalment, sinifikanti, indikazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva tad-daqs tagħhom. Tipi ta’ tranżazzjonijiet jinkludu dawk elenkati fil-paragrafu 21.

27 Fil-ġudizzju tagħha meta tiddetermina l-livell ta’ dettall li għandu jkun iddivulgat f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 26(b), l-entità relatriċi għandha tqis kemm hija mill-qrib ir-relazzjoni tal-parti relatata u fatturi oħra relevanti biex jiġi stabbilit il-livell tas-sinifikat tat-tranżazzjoni bħal jekk tkunx:

(a) 

sinifikanti f’termini ta’ daqs;

(b) 

imwettqa f’termini mhux tas-suq;

(c) 

lil hinn mill-operazzjonijiet kummerċjali normali ta’ kuljum, bħax-xiri u l-bejgħ ta’ negozji;

(d) 

iddivulgata lill-awtoritajiet regolatorji jew superviżorji;

(e) 

irrapportata lill-maniġment superjuri;

(f) 

soġġetta għall-approvazzjoni tal-azzjonisti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

28 Entità għandha tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija, tal-Istandard kollu jew tal-eżenzjoni parzjali fil-paragrafi 25-27 għall-entitajiet relatati mal-gvern. Entità, kemm jekk tapplika dan l-Istandard sħiħ jew dik l-eżenzjoni parzjali għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2011, dejjem għandha tiddivulga dak il-fatt.

28A L-IFRS 10, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 3, 9, 11(b), 15, 19(b) u (e) u 25. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12.

28B  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi 4 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess żmien.

28C  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 9 u żied il-paragrafi 17A u 18A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 24 (2003)

29 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati (kif rivedut fl-2003).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 26

Kontabbiltà u Rapportar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċji tal-Irtirar

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fir-rapporti finanzjarji ta’ pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar meta jiġu ppreparati dawk ir-rapporti finanzjarji.

2 Xi kultant pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar jissejħu b’diversi ismijiet oħra, bħal “skemi tal-pensjoni”, “skemi ta’ investiment għall-pensjoni” jew “skemi ta’ benefiċċji tal-irtirar”. Dan l-Istandard jikkunsidra pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar bħala entità relatriċi separata mill-impjegaturi tal-parteċipanti fil-pjan. L-Istandards l-oħra kollha japplikaw għar-rapporti finanzjarji ta’ pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar sakemm ma jkunux sostitwiti minn dan l-Istandard.

3 Dan l-Istandard jittratta l-kontabbiltà u r-rapportar mill-pjan lill-parteċipanti kollha bħala grupp. Ma jittrattax rapporti lil parteċipanti individwali dwar id-drittijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar tagħhom.

4 L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati jikkonċerna d-determinazzjoni tal-kost ta’ benefiċċji tal-irtirar fir-rapporti finanzjarji ta’ impjegaturi li għandhom dawn il-pjanijiet. Għalhekk dan l-Istandard jikkomplementa l-IAS 19.

5 Pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar jistgħu jkunu pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita jew pjanijiet ta’ benefiċċju definit. Ħafna jeħtieġu l-ħolqien ta’ fondi separati, li jista’ jkollhom jew ma jkollhomx identità legali separata u jista’ jkollhom jew ma jkollhomx trustees, u li lilhom isiru l-kontribuzzjonijiet u minnhom jitħallsu l-benefiċċji tal-irtirar. Dan l-Istandard japplika irrispettivament minn jekk jinħoloqx dak il-fond u irrispettivament minn jekk ikunx hemm trustees.

6 Pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar b’assi investiti ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni huma soġġetti għall-istess rekwiżiti kontabbilistiċi u ta’ finanzjament bħalma huma l-arranġamenti investiti privatament. Għaldaqstant, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard sakemm il-kuntratt mal-kumpanija tal-assigurazzjoni ma jkunx f’isem parteċipant speċifikat jew grupp ta’ parteċipanti u l-obbligu tal-benefiċċju tal-irtirar ma jkunx responsabbiltà biss tal-kumpanija tal-assigurazzjoni.

7 Dan l-Istandard ma jittrattax forom oħra ta’ benefiċċji tal-impjieg bħal indennizzi għal terminazzjoni ta’ impjieg, arranġamenti ta’ kumpens differit, benefiċċji ta’ liv għal servizz twil, pjanijiet speċjali ta’ rtirar bikri jew ta’ sensja, pjanijiet ta’ saħħa u welfare jew pjanijiet ta’ bonus. Arranġamenti tat-tip tas-sigurtà soċjali tal-gvern huma esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

DEFINIZZJONIJIET

8   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar huma arranġamenti fejn entità tipprovdi benefiċċji għall-impjegati fit-terminazzjoni tas-servizz jew wara (fil-forma ta’ introjtu annwali jew bħala somma f’daqqa) fejn dawn il-benefiċċji, jew il-kontribuzzjonijiet għalihom, jistgħu jiġu determinati jew stmati qabel l-irtirar bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet f’dokument jew mill-prattiki tal-entità.
Pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita huma pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar li skont it-termini tagħhom l-ammonti li għandhom jitħallsu bħala benefiċċji tal-irtirar huma determinati b’kontribuzzjonijiet f’fond flimkien mal-qligħ tal-investiment fuqhom.
Pjanijiet ta’ benefiċċju definit huma pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar li skont it-termini tagħhom l-ammonti li għandhom jitħallsu bħala benefiċċji tal-irtirar huma determinati b’referenza għal formola li normalment tkun ibbażata fuq il-qligħ tal-impjegati u/jew is-snin ta’ servizz.
Finanzjament huwa t-trasferiment ta’ assi lil entità (il-fond) separata mill-entità tal-impjegatur biex jiġu ssodisfati obbligi futuri għall-pagament ta’ benefiċċji tal-irtirar.
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Istandard jintużaw ukoll it-termini li ġejjin:
Parteċipanti huma l-membri ta’ pjan ta’ benefiċċju tal-irtirar u oħrajn li huma intitolati għal benefiċċji skont il-pjan.
Assi netti disponibbli għall-benefiċċji huma l-assi ta’ pjan mingħajr l-obbligazzjonijiet ħlief il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda.
Valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda huwa l-valur preżenti tal-pagamenti mistennija minn pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar lil impjegati eżistenti u passati, attribwibbli għas-servizz li jkun ngħata diġà.
Benefiċċji vestiti huma l-benefiċċji li d-drittijiet għalihom, skont il-kundizzjonijiet ta’ pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar, ma jiddependux fuq il-kontinwazzjoni tal-impjieg.

9 Xi pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar għandhom sponsors li mhumiex impjegaturi; dan l-Istandard japplika wkoll għar-rapporti finanzjarji ta’ dawn il-pjanijiet.

10 Il-biċċa l-kbira tal-pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar huma bbażati fuq ftehimiet formali. Xi pjanijiet huma informali iżda akkwistaw ċertu livell ta’ obbligu bħala riżultat tal-prattiki stabbiliti tal-impjegaturi. Filwaqt li xi pjanijiet jippermettu li l-impjegaturi jillimitaw l-obbligi tagħhom taħt il-pjanijiet, normalment ikun diffiċli li impjegatur jikkanċella pjan jekk l-impjegati jkunu se jinżammu. L-istess bażi kontabbilistika u rapportar tapplika għal pjan informali bħal ma japplika għal pjan formali.

11 Ħafna pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar jipprevedu l-istabbiliment ta’ fondi separati li fihom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet u li minnhom jitħallsu l-benefiċċji. Dawn il-fondi jistgħu jiġu amministrati minn partijiet li joperaw b’mod indipendenti fil-ġestjoni ta’ assi ta’ fondi. F’xi pajjiżi dawn il-partijiet jissejħu trustees. F’dan l-Istandard it-terminu trustee jintuża biex jiddeskrivi dawk il-partijiet irrispettivament minn jekk ikunx ġie ffurmat trust jew le.

12 Il-pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar huma normalment deskritti bħala pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita jew bħala pjanijiet ta’ benefiċċju definit, kull wieħed minnhom bil-karatteristiki distintivi tiegħu. Kultant jeżistu pjanijiet li jinkludu l-karatteristiki tat-tnejn. Dawn il-pjanijiet ibridi jitqiesu li huma pjanijiet ta’ benefiċċju definit għall-iskopijiet ta’ dan l-Istandard.

PJANIJIET TA’ KONTRIBUZZJONI DEFINITA

13   Ir-rapporti finanzjarji ta’ pjan ta’ kontribuzzjoni definita għandhom jinkludu rapport ta’ assi netti disponibbli għall-benefiċċji u deskrizzjoni tal-politika tal-finanzjament.

14 Skont pjan ta’ kontribuzzjoni definita, l-ammont ta’ benefiċċji futuri ta’ parteċipant huwa determinat bil-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-impjegatur, mill-parteċipant, jew mit-tnejn li huma, u mill-effiċjenza operatorja u l-qligħ tal-investimenti tal-fond. Normalment, l-obbligu tal-impjegatur jitwettaq permezz ta’ kontribuzzjonijiet fil-fond. Normalment ma jkunx meħtieġ il-parir ta’ attwarju għalkemm xi kultant dan il-parir jintuża biex jiġu stmati benefiċċji futuri li jkunu jistgħu jintlaħqu abbażi tal-kontribuzzjonijiet preżenti u ta’ livelli li jvarjaw ta’ kontribuzzjonijiet futuri u qligħ mill-investiment.

15 Il-parteċipanti huma interessati fl-attivitajiet tal-pjan minħabba li dawn jaffettwaw direttament il-livell tal-benefiċċji futuri tagħhom. Il-parteċipanti huma interessati li jkunu jafu jekk il-kontribuzzjonijiet ikunux ġew riċevuti u jekk kienx hemm kontroll kif suppost biex jiġu protetti d-drittijiet tal-benefiċjarji. Impjegatur huwa interessat fl-operazzjoni effiċjenti u ġusta tal-pjan.

16 L-objettiv tar-rapportar minn pjan ta’ kontribuzzjoni definita huwa biex perjodikament jagħti informazzjoni dwar il-pjan u l-prestazzjoni tal-investimenti tiegħu. Dak l-objettiv normalment jintlaħaq billi jiġu pprovduti rapporti finanzjarji li jinkludu dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni ta’ attivitajiet sinifikanti għall-perjodu u l-effett ta’ kwalunkwe bidla fir-rigward tal-pjan, u s-sħubija u t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu;

(b) 

rapporti li jirrapportaw dwar it-tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-investimenti għall-perjodu u l-pożizzjoni finanzjarja tal-pjan fit-tmiem tal-perjodu; u

(c) 

deskrizzjoni tal-politiki tal-investiment.

PJANIJIET TA’ BENEFIĊĊJU DEFINIT

17   Ir-rapporti finanzjarji ta’ pjan ta’ benefiċċju definit għandhom jinkludu:

(a) 

rendikont li juri:

(i) 

l-assi netti disponibbli għall-benefiċċji;

(ii) 

il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, b’distinzjoni bejn benefiċċji vestiti u dawk mhux vestiti; u

(iii) 

l-eċċess jew id-defiċit li jirriżulta; jew

(b) 

rendikont ta’ assi netti disponibbli għall-benefiċċji, inkluż:

(i) 

nota li tiddivulga l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, b’distinzjoni bejn benefiċċji vestiti u dawk mhux vestiti; jew

(ii) 

referenza għal din l-informazzjoni f’rapport attwarjali mehmuż.

Jekk ma tkunx ġiet ippreparata valutazzjoni attwarjali fid-data tar-rapporti finanzjarji, għandha tintuża l-aktar valwazzjoni riċenti bħala bażi u għandha tiġi ddivulgata d-data tal-valwazzjoni.

18   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 17, il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda għandu jkun ibbażat fuq il-benefiċċji mwiegħda skont it-termini tal-pjan dwar is-servizzi mogħtija sa dik id-data bl-użu tal-livelli tas-salarji kurrenti jew tal-livelli tas-salarji mbassra, bid-divulgazzjoni tal-bażi li tkun intużat. L-effett ta’ kwalunkwe bidla fis-suppożizzjonijiet attwarjali li kellhom effett sinifikanti fuq il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda għandu jiġi ddivulgat ukoll.

19   Ir-rapporti finanzjarji għandhom jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda u l-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, u l-politika għall-finanzjament tal-benefiċċji mwiegħda.

20 Skont pjan ta’ benefiċċju definit, il-pagament ta’ benefiċċji tal-irtirar imwiegħda jiddependi fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-pjan u l-kapaċità tal-kontributuri li jħallsu kontribuzzjonijiet futuri fil-pjan, kif ukoll mill-prestazzjoni tal-investimenti u l-effiċjenza operatorja tal-pjan.

21 Pjan ta’ benefiċċju definit jeħtieġ il-parir perjodiku ta’ attwarju biex jivvaluta l-kundizzjoni finanzjarja tal-pjan, jirrieżamina s-suppożizzjonijiet u jirrakkomanda livelli ta’ kontribuzzjonijiet futuri.

22 L-objettiv tar-rapportar minn pjan ta’ benefiċċju definit huwa li perjodikament tingħata informazzjoni dwar ir-riżorsi finanzjarji u l-attivitajiet tal-pjan li hija utli biex jiġu vvalutati r-relazzjonijiet bejn l-akkumulazzjoni tar-riżorsi u l-benefiċċji tal-pjan matul iż-żmien. Normalment dan l-objettiv jintlaħaq billi jingħataw rapporti finanzjarji, inkluż dawn li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ta’ attivitajiet sinifikanti għall-perjodu u l-effett ta’ kwalunkwe bidla fir-rigward tal-pjan, u s-sħubija u t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu;

(b) 

rapporti li jirrapportaw dwar it-tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-investimenti għall-perjodu u l-pożizzjoni finanzjarja tal-pjan fit-tmiem tal-perjodu;

(c) 

informazzjoni attwarjali bħala parti mir-rapporti jew bħala rapport separat; u

(d) 

deskrizzjoni tal-politiki ta’ investiment.

Valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda

23 Il-valur preżenti tal-pagamenti mistennija minn pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar jista’ jiġi kkalkulat u rrapportat bl-użu tal-livelli tas-salarji kurrenti jew tal-livelli tas-salarji mbassra saż-żmien tal-irtirar tal-parteċipanti.

24 Ir-raġunijiet mogħtija għall-adozzjoni tal-metodu tas-salarju kurrenti jinkludu:

(a) 

il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, li jkun is-somma tal-ammonti attribwibbli fil-preżent lil kull parteċipant fil-pjan, jista’ jiġi kkalkulat b’mod aktar oġġettiv milli skont il-livelli tas-salarji mbassra minħabba li jinvolvi inqas suppożizzjonijiet;

(b) 

żidiet fil-benefiċċji attribwibbli għal żieda fis-salarju jsiru obbligu tal-pjan fiż-żmien taż-żieda fis-salarju; u

(c) 

l-ammont tal-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda maħdum bl-użu ta’ livelli tas-salarji kurrenti huwa ġeneralment aktar relatat mill-qrib mal-ammont pagabbli fil-każ ta’ terminazzjoni tal-pjan jew fil-każ li l-pjan ma jitkompliex.

25 Ir-raġunijiet mogħtija għall-adozzjoni tal-metodu tas-salarju mbassar jinkludu:

(a) 

jenħtieġ li l-informazzjoni finanzjarja tiġi ppreparata fuq bażi ta’ negozju avvjat, irrispettivament mis-suppożizzjonijiet u mill-istimi li jridu isiru;

(b) 

skont il-pjanijiet ibbażati fuq salarji finali, il-benefiċċji huma stabbiliti b’referenza għas-salarji fid-data jew viċin id-data tal-irtirar; allura s-salarji, il-livelli ta’ kontribuzzjoni u r-rati tar-redditu għandhom ikunu mbassra; u

(c) 

in-nuqqas li wieħed jinkorpora s-salarji kif imbassra, meta l-finanzjament spiss huwa bbażat fuq salarji mbassra, jista’ jwassal biex jiġi rrapportat li hemm fid-dieher finanzjament eċċessiv meta l-pjan fil-fatt ma jkunx iffinanzjat aktar milli jmissu, jew li jkun irrapportat li hemm finanzjament adegwat meta l-pjan ma jkunx qed jiġi ffinanzjat biżżejjed.

26 Il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, ibbażat fuq salarji kurrenti, huwa ddivulgat fir-rapporti finanzjarji ta’ pjan biex jiġi indikat l-obbligu għall-benefiċċji miksuba sad-data tar-rapporti finanzjarji. Il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, abbażi tas-salarji mbassra, huwa ddivulgat biex jiġi indikat id-daqs tal-obbligu potenzjali fuq bażi ta’ negozju avvjat, li ġeneralment huwa l-bażi għall-iffinanzjar. Apparti d-divulgazzjoni tal-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, jista’ jkun hemm il-bżonn li tingħata spjegazzjoni suffiċjenti sabiex jiġi indikat b’mod ċar il-kuntest li fih jenħtieġ li jinqara l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda. Din l-ispjegazzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ informazzjoni dwar l-adegwatezza tal-iffinanzjar futur ippjanat, u tal-politika ta’ finanzjament ibbażata fuq salarji mbassra. Din tista’ tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji jew fir-rapport tal-attwarju.

Frekwenza tal-valwazzjonijiet attwarjali

27 F’ħafna pajjiżi, il-valwazzjonijiet attwarjali ma jinkisbux aktar frekwenti minn kull tliet snin. Jekk ma tkunx ġiet ippreparata valwazzjoni attwarjali fid-data tar-rapporti finanzjarji, bħala l-bażi tintuża l-valwazzjoni l-aktar riċenti u tiġi ddivulgata d-data tal-valwazzjoni.

Kontenut tar-rapport finanzjarju

28 Għal pjanijiet ta’ benefiċċju definit, l-informazzjoni hija ppreżentata f’waħda mill-formati li ġejjin li jirriflettu l-prattiki differenti fid-divulgazzjoni u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni attwarjali:

(a) 

tiddaħħal dikjarazzjoni fir-rapporti finanzjarji li turi l-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, u l-eċċess jew id-defiċit li jirriżulta. Ir-rapporti finanzjarji tal-pjan jinkludu wkoll dikjarazzjonijiet tal-bidliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, u tal-bidliet fil-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda. Ir-rapporti finanzjarji jistgħu jkunu akkumpanjati b’rapport separat tal-attwarju li jikkonferma l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda;

(b) 

rapporti finanzjarji li jinkludu dikjarazzjoni ta’ assi netti disponibbli għall-benefiċċji u dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji. Il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda huwa ddivulgat f’nota mar-rapporti. Ir-rapporti finanzjarji jistgħu jkunu akkumpanjati wkoll b’rapport minn attwarju li jikkonferma l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda; u

(c) 

rapporti finanzjarji li jinkludu dikjarazzjoni tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji u dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, bil-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda mniżżel f’rapport attwarjali separat.

F’kull format, rapport tat-trustees fin-natura ta’ rapport tal-maniġment jew tad-diretturi u rapport tal-investiment jistgħu jiġu mehmuża wkoll mar-rapporti finanzjarji.

29 Dawk li huma favur il-formati deskritti fil-paragrafu 28(a) u (b) jemmnu li l-kwantifikazzjoni ta’ benefiċċji għall-irtirar imwiegħda u informazzjoni oħra mogħtija skont dawn il-metodi jgħinu lill-utenti jivvalutaw l-istat kurrenti tal-pjan u l-probabbiltà li l-obbligi tal-pjan jiġu ssodisfati. Jemmnu wkoll li jenħtieġ li r-rapporti finanzjarji jkunu kompleti fihom infushom u ma jkunux jiddependu fuq rapporti mehmuża magħhom. Madankollu, xi wħud jemmnu li l-format deskritt fil-paragrafu 28(a) jista’ jagħti l-impressjoni li teżisti xi obbligazzjoni, filwaqt li fl-opinjoni tagħhom, il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda ma għandux il-karatteristiki kollha ta’ obbligazzjoni.

30 Dawk li huma favur il-format deskritt fil-paragrafu 28(c) jemmnu li jenħtieġ li l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda ma jiġix inkluż f’rapport tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji bħal fil-format deskritt fil-paragrafu 28(a) jew saħansitra jiġi ddivulgat f’nota bħal fil-paragrafu 28(b), minħabba li jitqabbel direttament mal-assi tal-pjan u paragun bħal dan jista’ ma jkunx validu. Huma jsostnu li l-attwarji mhux neċessarjament iqabblu l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda mal-valuri tas-suq tal-investimenti imma minflok jistgħu jivvalutaw il-valur preżenti tal-flussi ta’ flus mistennija mill-investimenti. Għaldaqstant, dawk favur dan il-format jemmnu li dan il-paragun x’aktarx ma jirriflettix il-valutazzjoni globali tal-pjan magħmula mill-attwarju u li dan il-paragun jista’ jinftiehem ħażin. Barra minn hekk, xi wħud jemmnu li, irrispettivament minn jekk tkunx ikkwantifikata jew le, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar benefiċċji tal-irtirar imwiegħda titniżżel biss fir-rapport attwarjali separat fejn tista’ tingħata spjegazzjoni kif suppost.

31 Dan l-Istandard jaċċetta l-fehmiet favur li tiġi permessa d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar benefiċċji tal-irtirar imwiegħda f’rapport attwarjali separat. Ma jilqax l-argumenti kontra l-kwantifikazzjoni tal-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda. Għaldaqstant, il-formati deskritti fil-paragrafu 28(a) u (b) jitqiesu aċċettabbli skont dan l-Istandard, kif inhu l-format deskritt fil-paragrafu 28(c) sakemm ir-rapporti finanzjarji jinkludu referenza għal rapport attwarjali, u jkunu akkumpanjati minnu, li jinkludi l-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda.

IL-PJANIJIET KOLLHA

Valwazzjoni tal-assi tal-pjan

32   L-investimenti ta’ pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar għandhom jiġu riportati fil-valur ġust. Fil-każ ta’ titoli kummerċjabbli, il-valur ġust huwa l-valur tas-suq. Meta jinżammu investimenti ta’ pjan, li għalihom ma tkunx possibbli stima tal-valur ġust, għandha ssir divulgazzjoni tar-raġuni għalfejn ma jintużax il-valur ġust.

33 Fil-każ ta’ titoli kummerċjabbli, il-valur ġust normalment huwa l-valur tas-suq minħabba li dan huwa kkunsidrat l-aktar kejl utli tat-titoli fid-data tar-rapport u tal-prestazzjoni tal-investiment għall-perjodu. Dawk it-titoli li għandhom valur fiss tat-tifdija u li jkunu ġew akkwistati biex jissodisfaw l-obbligi tal-pjan, jew partijiet speċifiċi tiegħu, jistgħu jinżammu f’ammonti bbażati fuq il-valur aħħari tat-tifdija tagħhom bis-suppożizzjoni ta’ rata kostanti ta’ redditu sal-maturità. Meta jinżammu investimenti ta’ pjan li għalihom ma tkunx possibbli stima ta’ valur ġust, bħal sjieda totali ta’ entità, għandha tiġi ddivulgata r-raġuni għalfejn ma jintużax il-valur ġust. Sal-punt li l-investimenti jiġu riportati f’ammonti li mhumiex il-valur tas-suq jew il-valur ġust, il-valur ġust ġeneralment jiġi ddivulgat ukoll. L-assi użati fl-operazzjonijiet tal-fond jiġu kkontabbilizzat f’konformità mal-Istandards applikabbli.

Divulgazzjoni

34   Ir-rapporti finanzjarji ta’ pjan ta’ benefiċċju tal-irtirar, kemm jekk ta’ benefiċċju definit kif ukoll ta’ kontribuzzjoni definita, għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji;

(b) 

informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà; u

(c) 

deskrizzjoni tal-pjan u l-effett ta kwalunkwe bidla fil-pjan matul il-perjodu.

35 Rapporti finanzjarji pprovduti minn pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar jinkludu dawn li ġejjin, jekk applikabbli:

(a) 

dikjarazzjoni tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji li tiddivulga:

(i) 

l-assi fit-tmiem tal-perjodu kklassifikati kif jixraq;

(ii) 

il-bażi tal-valutazzjoni tal-assi;

(iii) 

dettalji ta’ kwalunkwe investiment waħdieni li jeċċedi l-5 % tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji jew il-5 % ta’ kwalunkwe kategorija jew tip ta’ sigurtà;

(iv) 

dettalji ta' kull investiment fl-impjegatur; u

(v) 

obbligazzjonijiet għajr il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda;

(b) 

dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji li juri dan li ġej:

(i) 

il-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur;

(ii) 

il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati;

(iii) 

introjtu mill-investimenti bħall-imgħax u d-dividendi;

(iv) 

introjtu ieħor;

(v) 

benefiċċji mħallsa jew pagabbli (analizzati, pereżempju, bħala benefiċċji ta’ rtirar, ta’ mewt u ta’ diżabbiltà, u pagamenti ta’ somma f’daqqa);

(vi) 

spejjeż amministrattivi;

(vii) 

spejjeż oħrajn;

(viii) 

taxxi fuq l-introjtu;

(ix) 

profitti u telf mid-disponiment ta' investimenti u bidliet fil-valur tal-investimenti; u

(x) 

trasferimenti minn pjanijiet oħra u lejhom;

(c) 

deskrizzjoni tal-politika tal-finanzjament;

(d) 

għal pjanijiet ta’ benefiċċju definit, il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda (li jista’ jiddistingwi bejn benefiċċji vestiti u benefiċċji mhux vestiti) ibbażat fuq il-benefiċċji mwiegħda skont it-termini tal-pjan, fuq servizz mogħti sa dik id-data u maħdum bl-użu tal-livelli tas-salarji kurrenti jew tal-livelli tas-salarji mbassra; din l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża f’rapport attwarjali mehmuż biex jinqara flimkien mar-rapporti finanzjarji relatati; u u

(e) 

għal pjanijiet ta’ benefiċċju definit, deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet attwarjali sinifikanti magħmula u l-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda.

36 Ir-rapport ta’ pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar jinkludi deskrizzjoni tal-pjan, bħala parti mir-rapporti finanzjarji jew f’rapport separat. Jista’ jinkludi dan li ġej:

(a) 

l-ismijiet tal-impjegaturi u l-gruppi ta’ impjegati koperti;

(b) 

l-għadd ta’ parteċipanti li jirċievu l-benefiċċji u l-għadd ta’ parteċipanti oħra, ikklassifikati b’mod xieraq;

(c) 

it-tip ta’ pjan — kontribuzzjoni definita jew benefiċċju definit;

(d) 

nota dwar jekk il-parteċipanti jikkontribwux għall-pjan;

(e) 

deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar imwiegħda lill-parteċipanti;

(f) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe terminu għat-terminazzjoni tal-pjan u

(g) 

bidliet fil-punti minn (a) sa (f) matul il-perjodu kopert bir-rapport.

Ma tkunx ħaġa rari li wieħed jirreferi għal dokumenti oħra li jkunu disponibbli faċilment għall-utenti u li fihom huwa deskritt il-pjan, u li tiġi inkluża biss informazzjoni dwar bidliet sussegwenti.

DATA EFFETTIVA

37 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji ta’ pjanijiet tal-benefiċċji għall-irtirar li jkopru perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1988 jew wara.

38  Divulgazzjoni tal-Politiki tal-Kontabbiltà, li jemenda l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Teħid ta’ Ġudizzji dwar il-Materjalità, u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 27

Rapporti Finanzjarji Separati

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi r-rekwiżiti kontabbilistiċi u ta’ divulgazzjoni għall-investimenti f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati meta entità tipprepara rapporti finanzjarji separati.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabbiltà għal investimenti f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati meta entità tagħżel, jew tkun meħtieġa minn regolamenti lokali, li tippreżenta rapporti finanzjarji separati.

3 Dan l-Istandard ma jeżiġix liema entitajiet jipproduċu rapporti finanzjarji separati. Japplika meta entità tipprepara rapporti finanzjarji separati li jkunu konformi mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

DEFINIZZJONIJIET

4   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta’ grupp fejn l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi ta’ flus tal-kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha jiġu ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.
Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn entità li fihom l-entità tista’ tagħżel, soġġetta għar-rekwiżiti f’dan l-Istandard, li tikkontabbilizza l-investimenti tagħha f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati skont il-kost, f’konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, jew bl-użu tal-metodu tal-ekwità kif deskritt fl-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti.

5 It-termini li ġejjin huma definiti fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, fl-Appendiċi A tal-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u fil-paragrafu 3 tal-IAS 28:

— 
kumpanija assoċjata
— 
kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment
— 
metodu tal-ekwità
— 
grupp
— 
entità ta’ investiment
— 
kontroll konġunt
— 
impriża konġunta
— 
imprenditur konġunt
— 
kumpanija omm
— 
influwenza sinifikanti
— 
sussidjarja.

6 Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati b’mod konġunt mar-rapporti finanzjarji konsolidati jew flimkien mar-rapporti finanzjarji ta’ investitur li ma jkollux investimenti f’sussidjarji imma jkollu investimenti f’kumpaniji assoċjati jew f’impriżi konġunti fejn huwa rikjest mill-IAS 28 li l-investimenti f’kumpaniji assoċjati jew f’impriżi konġunti jiġu kontabilizzati abbażi tal-metodu tal-ekwità, għajr fiċ-ċirkustanzi stipulati fil-paragrafi 8–8A.

7 Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li ma għandhiex sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess ta’ imprenditur konġunt f’impriża konġunta mhumiex rapporti finanzjarji separati.

8 Entità li hija eżentata mill-konsolidazzjoni f’konformità mal-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10 jew milli tapplika l-metodu tal-ekwità mill-paragrafu 17 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) tista’ tippreżenta rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

8A Entità ta’ investiment li tkun meħtieġa, matul il-perjodu kurrenti u matul il-perjodi komparattivi kollha ppreżentati, tapplika l-eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni għas-sussidjarji kollha tagħha f’konformità mal-paragrafu 31 tal-IFRS 10 tippreżenta rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

PREPARAZZJONI TA’ RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

9   Rapporti finanzjarji separati għandhom jiġu ppreparati f’konformità mal-IFRSs applikabbli kollha, għajr kif previst fil-paragrafu 10.

10   Meta entità tipprepara rapporti finanzjarji separati, din għandha tikkontabbilizza l-investimenti f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati:

(a) 

skont il-kost;

(b) 

f’konformità mal-IFRS 9; jew

(c) 

billi tuża l-metodu tal-ekwità kif deskritt fl-IAS 28.

L-entità għandha tapplika l-istess kontabbiltà għal kull kategorija ta’ investimenti. Investimenti kontabbilizzati skont il-kost jew bl-użu tal-metodu tal-ekwità għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u ta’ Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx meta dawn jiġu klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew għad-distribuzzjoni (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li huwa klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew għad-distribuzzjoni). Il-kejl tal-investimenti kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 9 f’ċirkustanzi bħal dawn ma jitbiddilx.

11 Jekk entità tagħżel, f’konformità mal-paragrafu 18 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), li tkejjel l-investimenti tagħha fil-kumpaniji assoċjati jew fl-impriżi konġunti fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9, din għandha tikkontabbilizza wkoll dawk l-investimenti bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

11A Jekk kumpanija omm tkun meħtieġa, f’konformità mal-paragrafu 31 tal-IFRS 10, tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf f’konformità mal-IFRS 9, din għandha tikkontabbilizza wkoll l-investiment tagħha f’sussidjarja bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

11B Meta kumpanija omm ma tibqax entità ta’ investiment, jew issir entità ta’ investiment, din għandha tikkontabbilizza l-bidla mid-data meta sseħħ il-bidla fl-istatus, b’dan il-mod:

(a) 

meta entità ma tibqax entità ta’ investiment, l-entità għandha tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja, f’konformità mal-paragrafu 10. Id-data tal-bidla fl-istatus għandha tkun id-data tal-akkwiżizzjoni preżunta. Il-valur ġust tas-sussidjarja fid-data tal-akkwiżizzjoni preżunta għandu jirrappreżenta l-korrispettiv preżunt trasferit meta jiġi kontabbilizzat l-investiment, f’konformità mal-paragrafu 10.

(i) 

[imħassar]

(ii) 

[imħassar]

(b) 

meta entità ssir entità ta’ investiment, din għandha tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9. Id-differenza bejn l-ammont riportat preċedenti tas-sussidjarja u l-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla fl-istatus tal-investitur għandha tiġi rikonoxxuta bħala qligħ jew telf fil-profitt jew fit-telf. L-ammont kumulattiv ta’ kwalunkwe qligħ jew telf rikonoxxut preċedentement bħala introjtu ieħor komprensiv fir-rigward ta’ dawk is-sussidjarji għandu jiġi trattat daqslikieku l-entità ta’ investiment iddisponiet minn dawk is-sussidjarji fid-data tal-bidla fl-istatus.

12   Dividendi minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji separati ta’ entità meta jiġi stabbilit id-dritt tal-entità li tirċievi d-dividend. Id-dividend huwa rikonoxxut fi profitt jew telf ħlief jekk l-entità tagħżel li tuża l-metodu tal-ekwità, f'liema każ id-dividend jiġi rikonoxxut bħala tnaqqis mill-ammont riportat tal-investiment.

13 Meta kumpanija omm tirriorganizza l-istruttura tal-grupp tagħha billi tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija omm tagħha b’mod li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-kumpanija omm ġdida tikseb kontroll tal-kumpanija omm oriġinali billi toħroġ strumenti ta’ ekwità bi skambju għall-istrumenti ta’ ekwità eżistenti tal-kumpanija omm oriġinali;

(b) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-grupp il-ġdid u l-grupp oriġinali jkunu l-istess immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni u

(c) 

is-sidien tal-kumpanija omm oriġinali qabel ir-riorganizzazzjoni jkollhom l-istess interessi assoluti u relattivi fl-assi netti tal-grupp oriġinali u l-grupp il-ġdid immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni,

u l-kumpanija omm il-ġdida tikkontabbilizza l-investiment tagħha fil-kumpanija omm oriġinali f’konformità mal-paragrafu 10(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija omm il-ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont riportat tas-sehem tagħha mill-entrati tal-ekwità murija fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija omm oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni.

14 Bl-istess mod, entità li ma tkunx kumpanija omm tista’ tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija omm tagħha b’mod li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 13. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 13 japplikaw bl-istess mod għal dawn ir-riorganizzazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, ir-riferenzi għal “kumpanija omm oriġinali” u “grupp oriġinali” huma għall-“entità oriġinali”.

DIVULGAZZJONI

15   Entità għandha tapplika l-IFRSs applikabbli kollha meta tipprovdi divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, fosthom ir-rekwiżiti fil-paragrafi 16 u 17.

16   Meta kumpanija omm, f’konformità mal-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10, tagħżel li ma tippreparax rapporti finanzjarji konsolidati u minflok tipprepara rapporti finanzjarji separati, din għandha tiddivulga f’dawk ir-rapporti finanzjarji separati:

(a) 

il-fatt li r-rapporti finanzjarji huma rapporti finanzjarji separati; li ntużat l-eżenzjoni minn konsolidazzjoni; l-isem u s-sede prinċipali (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk ikun differenti) tal-entità li r-rapporti finanzjarji konsolidati li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju ikunu ġew prodotti għall-użu pubbliku; u l-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu dawk ir-rapporti finanzjarji konsolidati.

(b) 

lista tal-investimenti sinifikanti fis-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati fosthom:

(i) 

l-isem ta’ dawk id-destinatarji ta’ investiment.

(ii) 

is-sede prinċipali (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk ikun differenti) ta’ dawk id-destinatarji ta’ investiment.

(iii) 

il-proporzjon tagħhom mill-interess proprjetarju (u l-proporzjon tiegħu mid-drittijiet tal-vot, jekk ikun differenti) miżmum f’dawk id-destinatarji ta’ investiment.

(c) 

deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kontabbilizzati l-investimenti elenkati taħt (b).

16A   Meta entità ta’ investiment li tkun kumpanija omm (għajr kumpanija omm koperta mill-paragrafu 16), f’konformità mal-paragrafu 8A, tipprepara rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha, din għandha tiddivulga dak il-fatt. L-entità ta’investiment għandha tippreżenta wkoll id-divulgazzjonijiet relatati mal-entitajiet ta’ investiment meħtieġa mill-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

17   Meta kumpanija omm (għajr kumpanija omm koperta mill-paragrafu 16-16A) jew investitur b’kontroll konġunt ta’ destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti fuqha, tipprepara rapporti finanzjarji separati, il-kumpanija omm jew l-investitur għandu jidentifika r-rapporti finanzjarji ppreprati f’konformità mal-IFRS 10, l-IFRS 11 jew l-IAS 28 (kif emendati fl-2011) li jkunu relatati magħhom. Il-kumpanija omm jew l-investitur għandu jiddivulga wkoll fir-rapporti finanzjarji separati tiegħu:

(a) 

il-fatt li r-rapporti huma rapporti finanzjarji separati u r-raġunijiet għaliex dawk ir-rapporti jiġu ppreparati jekk mhumiex rikjesti mil-liġi.

(b) 

lista tal-investimenti sinifikanti fis-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati fosthom:

(i) 

l-isem ta’ dawk id-destinatarji ta’ investiment.

(ii) 

is-sede prinċipali (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk ikun differenti) ta’ dawk id-destinatarji ta’ investiment.

(iii) 

il-proporzjon tagħhom mill-interess proprjetarju (u l-proporzjon tagħhom mid-drittijiet tal-vot, jekk ikun differenti) miżmum f’dawk id-destinatarji ta’ investiment.

(c) 

deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kontabbilizzati l-investimenti elenkati taħt (b).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

18 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12 u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

18A  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi 5, 6, 17 u 18, u żied il-paragrafi 8A, 11A–11B, 16A u 18B-18I. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara. Adozzjoni bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

18B Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi tal-Entitajiet ta’ Investiment (li, għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li għalih ġew applikati dawk l-emendi għall-ewwel darba), kumpanija omm tikkonkludi li hija entità ta’ investiment, din għandha tapplika l-paragrafi 18C–18I għall-investiment tagħha f’sussidjarja.

18C Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità ta’ investiment li preċedentement kienet tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-kost, minflok għandha tkejjel dak l-investiment fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf daqslikieku r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS minn dejjem kienu effettivi. L-entità ta’ investiment għandha taġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali li jiġi immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali u għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat preċedenti tal-investiment; u

(b) 

il-valur ġust tal-investiment tal-investitur fis-sussidjarja.

18D Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità ta’ investiment li qabel kienet tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv għandha tkompli tkejjel dak l-investiment fil-valur ġust. L-ammont kumulattiv ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust preċedentement rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi trasferit fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

18E Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità ta’ investiment ma għandhiex tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti għal interess f’sussidjarja li preċedentement kienet għażlet li tkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9, kif permess fil-paragrafu 10.

18F Qabel id-data li fiha jiġi adottat l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, entità ta’ investiment għandha tuża l-ammonti tal-valur ġust rapportati preċedentement lill-investituri jew lill-maniġment, jekk dawk l-ammonti jirrappreżentaw l-ammont li bih seta’ jiġi skambjat l-investiment bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata fid-data tal-valwazzjoni.

18G Jekk il-kejl ta’ investiment fis-sussidjarja f’konformità mal-paragrafi 18C–18F ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri), entità ta’ investiment għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih hija prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafi 18C–18F, li jista’ jkun il-perjodu kurrenti. L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli ma jkunx il-perjodu kurrenti. Meta d-data li fiha jkun prattikabbli li l-entità ta’ investiment tkejjel il-valur ġust tas-sussidjarja tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jaġġusta l-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat preċedenti tal-investiment; u

(b) 

il-valur ġust tal-investiment tal-investitur fis-sussidjarja.

Jekk l-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli jkun il-perjodu kurrenti, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu kurrenti.

18H Jekk entità ta’ investiment tagħmel disponiment, jew titlef il-kontroll ta’ investiment f’sussidjarja qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi tal-Entitajiet ta’ Investiment, l-entità ta’ investiment ma tkunx meħtieġa tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti ta’ dak l-investiment.

18I Minkejja r-referenzi għall-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali (il-“perjodu immedjatament preċedenti”) fil-paragrafi 18C-18G, entità tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda ma tkunx meħtieġa tagħmel dan. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għall-ebda perjodu aktar bikri, ir-referenzi kollha għall-“perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi 18C–18G għandhom jinftiehmu bħala “l-aktar perjodu komparattiv aġġustat bikri ppreżentat”. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, din għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma tkunx ġiet aġġustata, tiddikjara li ġiet ippreparata fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

18J  Metodi tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati (Emendi fl-IAS 27), ippubblikat f’Awwissu 2014, emenda l-paragrafi 4–7, 10, 11B u 12. Entità għandha tapplika b’mod retrospettiv dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

Referenzi għall-lFRS 9

19 Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TAL-IAS 27 (2008)

20 Dan l-Istandard qed jinħareġ flimkien mal-IFRS 10. Flimkien, dawn iż-żewġ IFRSs jieħdu post l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 28

Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u f’Impriżi Konġunti

OBJETTIV

1   L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kontabbiltà għal investimenti f’kumpaniji assoċjati u li jistipula r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità għall-kontabbiltà għal investimenti f’kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha li jkunu investituri b’kontroll konġunt ta’ destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti fuqha.

DEFINIZZJONIJIET

3   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Kumpanija assoċjata hija entità li fuqha l-investitur ikollu influwenza sinifikanti.
Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi ta’ flus tal-kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha jkunu ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.
Il-metodu tal-ekwità huwa metodu kontabbilistiku li bih l-investiment jiġi inizjalment rikonoxxut mal-kost u minn hemm ’il quddiem jiġi aġġustat għall-bidla ta’ wara l-akkwiżizzjoni fis-sehem tal-investitur fl-assi netti tad-destinatarja ta’ investiment. Il-profitt jew it-telf tal-investitur jinkludi s-sehem tiegħu mill-profitt jew mit-telf tad-destinatarja ta’ investiment u l-introjtu ieħor komprensiv tal-investitur jinkludi s-sehem tiegħu mill-introjtu ieħor komprensiv tad-destinatarja ta’ investiment.
Arranġament konġunt huwa arranġament li fih żewġ partijiet jew aktar ikollhom kontroll konġunt.
Kontroll konġunt huwa l-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament li teżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.
Impriża konġunta hija arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.
Imprenditur konġunt huwa parti f’impriża konġunta li jkollha kontroll konġunt fuq dik l-impriża konġunta.
Influwenza sinifikanti hija s-setgħa li wieħed jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-politika finanzjarja u operatorja tad-destinatarja ta’ investiment iżda mhijiex il-kontroll jew il-kontroll konġunt ta’ dawk il-politiki.

4 It-termini li ġejjin huma definiti fil-paragrafu 4 tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-IFRSs li fihom huma definiti:

— 
kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment
— 
grupp
— 
kumpanija omm
— 
rapporti finanzjarji separati
— 
sussidjarja.

INFLUWENZA SINIFIKANTI

5 Jekk entità tkun fil-pussess, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ sussidjarji), ta’ 20 fil-mija jew aktar tad-dritt tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment, jiġi preżunt li l-entità jkollha influwenza sinifikanti, sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod ċar li dan mhuwiex il-każ. Min-naħa l-oħra, jekk l-entità tkun fil-pussess, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ sussidjarji), ta’ inqas minn 20 fil-mija tad-dritt tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment, jiġi preżunt li l-entità ma jkollhiex influwenza sinifikanti, sakemm din l-influwenza ma tkunx tista’ tintwera b’mod ċar. Sjieda sostanzjali jew maġġoritarja minn investitur ieħor mhux bilfors tipprekludi lil entità milli jkollha influwenza sinifikanti.

6 L-eżistenza ta’ influwenza sinifikanti minn entità hija normalment evidenzjata f’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a) 

rappreżentanza fil-bord tad-diretturi jew fil-korp tat-tmexxija ekwivalenti tad-destinatarja ta’ investiment;

(b) 

parteċipazzjoni fil-proċessi tat-tfassil tal-politika, inkluża l-parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet dwar id-dividendi jew distribuzzjonijiet oħra;

(c) 

tranżazzjonijiet materjali bejn l-entità u d-destinatarja ta’ investiment;

(d) 

skambju ta’ persunal maniġerjali; jew

(e) 

għoti ta’ informazzjoni teknika essenzjali.

7 Entità jista’ jkollha ċertifikati tal-ishma, opzjonijiet call ta’ ishma, strumenti ta’ dejn jew ekwità li huma konvertibbli f’ishma ordinarji, jew strumenti simili oħra li jkollhom il-potenzjal, jekk eżerċitat jew konvertit, li jagħtu lill-entità dritt tal-vot addizzjonali jew li jnaqqsu d-dritt tal-vot ta’ parti oħra fuq il-politiki finanzjarji u operatorji ta’ entità oħra (jiġifieri drittijiet potenzjali tal-vot). L-eżistenza u l-effett ta’ drittijiet potenzjali tal-vot li attwalment huma eżerċitabbli jew konvertibbli, inklużi d-drittijiet potenzjali tal-vot li jkunu għand entitajiet oħra, jitqiesu meta jiġi valutat jekk entità għandhiex influwenza sinifikanti. Drittijiet potenzjali tal-vot mhumiex attwalment eżerċitabbli jew konvertibbli meta, pereżempju, ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti sa data futura jew sakemm iseħħ event futur.

8 Fil-valutazzjoni ta’ jekk id-drittijiet potenzjali tal-vot jikkontribwux għal influwenza sinifikanti, l-entità teżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (inklużi t-termini ta’ eżerċizzju tad-drittijiet potenzjali tal-vot u kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor kemm jekk ikkunsidrati individwalment jew flimkien) li jaffettwaw id-drittijiet potenzjali, għajr l-intenzjonijiet tal-maniġment u l-kapaċità finanzjarja li jiġu eżerċitati jew konvertiti dawk id-drittijiet potenzjali.

9 Entità titlef influwenza sinifikanti fuq id-destinatarja ta’ investiment meta titlef is-setgħa li tipparteċipa fid-deċiżjonijiet politiki finanzjarji u operatorji tad-destinatarja ta’ investiment. It-telf ta’ influwenza sinifikanti jista’ jseħħ b’bidla fil-livelli assoluti jew relattivi ta’ sjieda jew mingħajrhom. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta kumpanija assoċjata ssir soġġetta għall-kontroll ta’ gvern, qorti, amministratur jew regolatur. Dan jista’ jiġri wkoll bħala konsegwenza ta’ arranġament kuntrattwali.

METODU TAL-EKWITÀ

10 Skont il-metodu tal-ekwità, mar-rikonoxximent inizjali l-investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi rikonoxxut skont il-kost, u l-ammont riportat jiżdied jew jitnaqqas sabiex jiġi rikonoxxut is-sehem tal-investitur fil-profitt jew telf tad-destinatarja ta’ investiment wara d-data tal-akkwiżizzjoni. Is-sehem tal-investitur fil-profitt jew telf tad-destinatarja ta’ investiment huwa rikonoxxut fil-profitt jew it-telf tal-investitur. Id-distribuzzjonijiet riċevuti minn destinatarja ta’ investiment inaqqsu l-ammont riportat tal-investiment. Aġġustamenti fl-ammont riportat jistgħu jkunu meħtieġa wkoll minħabba bidliet fl-interess proporzjonat tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment li jirriżultaw minn bidliet fl-introjtu ieħor komprensiv tad-destinatarja ta’ investiment. Dawn il-bidliet jinkludu dawk li jirriżultaw minn rivalutazzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir u minn differenzi fil-qlib tal-kambju. Is-sehem tal-investitur minn dawk il-bidliet huwa rikonoxxut fl-introjtu ieħor komprensiv tal-investitur (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji).

11 Ir-rikonoxximent tal-introjtu abbażi tad-distribuzzjonijiet riċevuti jista’ ma jkunx kejl adegwat tal-introjtu miksub minn investitur fuq investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta minħabba li d-distribuzzjonijiet riċevuti jista’ jkun li ftit li xejn ikollhom relazzjoni mal-prestazzjoni tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Minħabba li l-investitur għandu kontroll konġunt tad-destinatarja ta’ investiment, jew influwenza sinifikanti fuqu, l-investitur għandu interess fil-prestazzjoni tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta u, b’riżultat ta’ dan, fuq ir-redditu fuq l-investiment tiegħu. L-investitur jikkontabbilizza dan l-interess billi jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapporti finanzjarji tiegħu sabiex jinkludu s-sehem tiegħu fil-profitt jew it-telf ta’ dan id-destinatarja ta’ investiment. B’riżultat ta’ dan, l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jipprovdi rapportar aktar informattiv tal-assi netti u l-profitt jew telf tal-investitur.

12 Meta jkunu jeżistu drittijiet potenzjali tal-vot jew derivattivi oħra li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot, l-interess ta’ entità f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi determinat biss fuq il-bażi tal-interessi proprjetarji eżistenti u ma jirriflettix l-eżerċizzju jew il-konverżjoni possibbli ta’ drittijiet potenzjali tal-vot u strumenti derivattivi oħra, sakemm ma japplikax il-paragrafu 13.

13 F’xi ċirkustanzi, entità jkollha, fis-sustanza, sjieda eżistenti b’riżultat ta’ tranżazzjoni li attwalment tagħtiha aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess proprjetarji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-proporzjon allokat lill-entità jiġi determinat billi jitqies l-eżerċizzju eventwali ta’ dawn id-drittijiet tal-vot potenzjali u strumenti derivattivi oħra li attwalment jagħtu lill-entità aċċess għar-redditi.

14 L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji ma japplikax għal interessi f’kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li jiġu kontabbilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità. Meta strumenti li jkun fihom drittijiet tal-vot potenzjali fis-sustanza jagħtu aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess proprjetarju f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, l-istrumenti ma jkunux soġġetti għall-IFRS 9. Fil-każijiet l-oħra kollha, strumenti li jkun fihom drittijiet tal-vot potenzjali f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 9.

14A Entità tapplika wkoll l-IFRS 9 għal strumenti finanzjarji oħra f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta fejn il-metodu tal-ekwità mhuwiex applikat. Dawn jinkludu interessi fit-tul li, fis-sustanza, jiffurmaw parti mill-investiment nett tal-entità f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta (ara l-paragrafu 38). Entità tapplika l-IFRS 9 għal tali interessi fit-tul qabel ma tapplika l-paragrafu 38 u l-paragrafi 40–43 ta’ dan l-Istandard. Fl-applikazzjoni tal-IFRS 9, l-entità ma tikkunsidra ebda aġġustament fl-ammont riportat tal-interessi fit-tul li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

15 Sakemm investiment, jew parti minn investiment, f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-investiment, jew kwalunkwe interess miżmum fl-investiment, mhux ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, għandu jiġi klassifikat bħala assi mhux kurrenti.

APPLIKAZZJONI TAL-METODU TAL-EKWITÀ

16 Entità b’kontroll konġunt ta’ destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti fuqha, għandha tikkontabbilizza l-investiment tagħha f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-metodu tal-ekwità meta dak l-investiment jikkwalifika għal eżenzjoni f’konformità mal-paragrafi 17-19.

Eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità

17 Entità ma għandhiex għalfejn tapplika l-metodu tal-ekwità għall-investimenti tagħha f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jekk l-entità tkun kumpanija omm li hija eżentata milli tipprepara rapporti finanzjarji konsolidati permezz tal-eżenzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni fil-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10 jew jekk japplika dan li ġej kollu:

(a) 

L-entità tkun sussidjarja posseduta kompletament, jew tkun sussidjarja posseduta parzjalment ta’ entità oħra u s-sidien l-oħra tagħha, inklużi dawk mhux intitolati li jivvutaw b’mod ieħor, ikunu ġew infurmati u ma joġġezzjonawx għall-fatt li l-entità ma tapplikax il-metodu tal-ekwità.

(b) 

L-istrumenti tad-dejn jew tal-ekwità tal-entità mhumiex innegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew suq finanzjarju barra l-borża, inklużi swieq lokali u reġjonali).

(c) 

L-entità ma ppreżentatx, u lanqas ma hi fil-proċess li tippreżenta, ir-rapporti finanzjarji tagħha lil kummissjoni tat-titoli jew lil organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li tinħareġ xi klassi ta’ strumenti f’suq pubbliku.

(d) 

Il-kumpanija omm apikali jew intermedja tal-entità tipproduċi rapporti finanzjarji disponibbli għall-użu pubbliku li jikkonformaw mal-IFRSs, li fihom is-sussidjarji jkunu konsolidati jew jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 10.

18 Meta investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jinżamm minn entità li tkun organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, fiduċjarja ta’ unità u entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, jew jinżamm indirettament permezz tagħhom, l-entità tista’ tagħżel li tkejjel dak l-investiment fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9. Eżempju ta’ fondi tal-assigurazzjoni marbut mal-investimenti huwa fond miżmum minn entità bħala l-entrati sottostanti għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni. Entità għandha tagħmel din l-għażla separatament għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, fir-rikonoxximent inizjali tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta. (Ara l-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni għal termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard.)

19 Meta entità jkollha investiment f’kumpanija assoċjata, li porzjon minnha jkun indirettament miżmum permezz ta’ organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, fiduċjarja ta’ unità u entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, l-entità tista’ tagħżel li tkejjel dak il-porzjon tal-investiment fil-kumpanija assoċjata fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9 irrispettivament minn jekk l-organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, jew il-fond mutwu, il-fiduċjarja ta’ unità u l-entitajiet simili fosthom il-fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, ikollhomx influwenza sinifikanti fuq dik il-parti tal-investiment. Jekk entità tagħmel dik l-għażla, l-entità għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal kwalunkwe porzjon li jibqa’ tal-investiment tagħha f’kumpanija assoċjata li ma jkunx miżmum permezz ta’ organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, fiduċjarja ta’ unità jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment.

Klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ

20 Entità għandha tapplika l-IFRS 5 għal investiment, jew parti minn investiment, f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta li tissodisfa l-kriterji li għandhom jiġu klassifikati bħala miżmumin għall-bejgħ. Kwalunkwe porzjon miżmum ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta li ma jkunx ġie klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ għandu jiġi kontabbilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità sakemm iseħħ id-disponiment tal-porzjon li huwa klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ. Wara d-disponiment, entità għandha tikkontabbilizza kwalunkwe interess miżmum fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta f’konformità mal-IFRS 9 sakemm l-interess miżmum ma jkunx għadu kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, f’liema każ l-entità tuża l-metodu tal-ekwità.

21 Meta investiment, jew porzjon minn investiment, f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta preċedentement ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji biex jibqa’ kklassifikat hekk, dan għandu jiġi kontabbilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità b’mod retrospettiv sa mid-data tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala miżmum għall-bejgħ. Ir-rapporti finanzjarji għall-perjodi sa mill-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ għandhom jiġu emendati kif jixraq.

Waqfien tal-użu tal-metodu tal-ekwità

22   Entità għandha tieqaf tuża l-metodu tal-ekwità mid-data meta l-investiment tagħha ma jibqax kumpanija assoċjata jew impriża konġunta kif ġej:

(a) 

Jekk l-investiment isir kumpanija sussidjarja, l-entità għandha tikkontabbilizza l-investiment tagħha f’konformità mal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji u l-IFRS 10.

(b) 

Jekk l-interess miżmum fil-kumpanija assoċjata jew fl-impriża konġunta preċedenti jkun assi finanzjarju, l-entità għandha tkejjel l-interess miżmum fil-valur ġust. Il-valur ġust tal-interess miżmum għandu jitqies bħala l-valur ġust tiegħu fir-rikonoxximent inizjali bħala assi finanzjarju f’konformità mal-IFRS 9. L-entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf kwalunkwe differenza bejn:

(i) 

il-valur ġust ta’ kwalunkwe interess miżmum u kwalunkwe rikavat mid-disponiment ta’ interess parzjali fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta; u

(ii) 

l-ammont riportat tal-investiment fid-data li fiha twaqqaf il-metodu tal-ekwità.

(c) 

Meta entità twaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikkontabbilizza l-ammonti kollha preċedentement rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fir-rigward ta’ dak l-investiment fuq l-istess bażi li kien jenħtieġ li kieku d-destinatarja ta’ investiment iddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati.

23 Għaldaqstant, jekk qligħ jew telf li kien preċedentement rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mid-destinatarja ta’ investiment jiġi riklassifikat fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, l-entità tirriklassifika l-qligħ jew it-telf minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni), meta jitwaqqaf il-metodu tal-ekwità. Pereżempju, jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkollha differenzi tal-kambju kumulattivi marbuta ma’ operazzjoni barranija u l-entità twaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tirriklassifika fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li kien preċedentement rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv b’rabta mal-operazzjoni barranija.

24   Jekk investiment f’kumpanija assoċjata jsir investiment f’impriża konġunta jew investiment f’impriża konġunta jsir investiment f’kumpanija assoċjata, l-entità tkompli tapplika l-metodu tal-ekwità u ma tkejjilx mill-ġdid l-interess miżmum.

Bidliet fl-interessi proprjetarji

25 Jekk jonqos l-interess proprjetarju ta’ entità f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, iżda l-investiment jibqa’ klassifikat bħala kumpanija assoċjata jew bħala impriża konġunta rispettivament, l-entità għandha tirriklassifika fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew telf li kien ġie rikonoxxut preċedentement bħala introjtu ieħor komprensiv marbut ma’ dak it-tnaqqis fl-interess proprjetarju jekk ikun meħtieġ li dak il-qligħ jew it-telf jiġi riklassifikat fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati.

Proċeduri tal-metodu tal-ekwità

26 Ħafna mill-proċeduri li huma xierqa għall-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma simili għall-proċeduri tal-konsolidazzjoni deskritti fl-IFRS 10. Barra minn hekk, il-kunċetti li fuqhom huma bbażati l-proċeduri użati fil-kontabbiltà għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpanija sussidjarja huma adottati wkoll fil-kontabbiltà għall-akkwiżizzjoni ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta.

27 Sehem ta’ grupp f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa l-ammont aggregat tal-holdings f'dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta mill-kumpanija prinċipali u mis-sussidjarji tagħha. Il-parteċipazzjonijiet tal-kumpaniji assoċjati jew tal-impriżi konġunti l-oħra tal-grupp jiġu injorati għal dan l-iskop. Meta kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkollha sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti, il-profitt jew it-telf, l-introjtu ieħor komprensiv u l-assi netti meqjusa fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jkunu dawk rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta (inkluż is-sehem tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta mill-profitt jew mit-telf, mill-introjtu ieħor komprensiv u mill-assi netti tal-kumpaniji assoċjati u tal-impriżi konġunti tagħha), wara li jsir kwalunkwe aġġustament meħtieġ sabiex jiddaħħlu fis-seħħ politiki tal-kontabbiltà uniformi (ara l-paragrafi 35–36A).

28 Qligħ u telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet “upstream” u “downstream” bejn entità (inklużi s-sussidjarji konsolidati tagħha) u l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tagħha huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-entità biss sa fejn jidħlu interessi mhux relatati tal-investituri f’dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Tranżazzjonijiet “upstream” huma, pereżempju, bejgħ ta’ assi minn kumpanija assoċjata jew impriża konġunta lill-investitur. Tranżazzjonijiet “downstream” huma, pereżempju, bejgħ jew kontribuzzjonijiet ta’ assi mill-investitur lill-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tagħha. Is-sehem tal-investitur fil-qligħ jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet huwa eliminat.

29 Meta t-tranżazzjonijiet downstream jipprovdu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinbiegħu jew jiġi kkontribwiti, jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, dak it-telf għandu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ mill-investitur. Meta tranżazzjonijiet upstream jipprovdu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinxtraw jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, l-investitur għandu jirrikonoxxi sehmu minn dak it-telf.

30 Il-kontribuzzjoni ta’ assi nonmonetarju lil kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bi skambju ma’ interess ta’ ekwità fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta għandha tiġi kontabbilizzata f’konformità mal-paragrafu 28, għajr meta kontribuzzjoni tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali, kif inhu deskritt dak it-terminu fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir. Jekk din il-kontribuzzjoni tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali, il-qligħ jew it-telf jitqies bħala mhux realizzat u ma jiġix rikonoxxut sakemm ma japplikax ukoll il-paragrafu 31. Dan il-qligħ u t-telf mhux realizzati għandhom jiġu eliminati mal-investiment kontabbilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità u ma għandhomx jiġu ppreżentati bħala qligħ jew telf differit fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità fejn l-investimenti jiġu kontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità.

31 Jekk, flimkien ma’ interess fl-ekwità f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, entità tirċievi assi monetarji jew nonmonetarji, l-entità tirrikonoxxi bis-sħiħ fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew it-telf fuq il-kontribuzzjoni nonmonetarja marbuta mal-assi monetarju jew nonmonetarju li tkun irċeviet.

32 Investiment huwa kontabbilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità mid-data li fiha din issir kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Mal-akkwiżizzjoni tal-investiment, kwalunkwe differenza bejn il-kost tal-investiment u s-sehem tal-entità fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tad-destinatarja ta’ investiment, tiġi kontabbilizzata kif ġej:

(a) 

Avvjament marbut ma’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi inkluż fl-ammont riportat tal-investiment. Mhuwiex permess amortizzament ta’ dak l-avvjament.

(b) 

Kwalunkwe eċċess tas-sehem tal-entità fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tad-destinatarja ta’ investiment fuq il-kost tal-investiment jiġi inkluż bħala introjtu fid-determinazzjoni tas-sehem tal-entità fil-profitt jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta fil-perjodu li fih l-investiment kien akkwistat.

Għandhom isiru aġġustamenti xierqa fis-sehem tal-entità fil-profitti jew telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta wara l-akkwiżizzjoni sabiex jiġi kontabbilizzat, pereżempju, id-deprezzament tal-assi deprezzabbli abbażi tal-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. Bl-istess mod, għandhom isiru aġġustamenti xierqa fis-sehem tal-entità fil-profitt jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta wara l-akkwiżizzjoni għal telf minn indeboliment, bħal għal avvjament jew proprjetà, impjanti u tagħmir.

33   L-aktar rapporti finanzjarji reċenti disponibbli tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huma użati mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità. Meta t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tal-entità jkun differenti minn dak tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta, il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta jippreparaw, għall-użu tal-entità, rapporti finanzjarji mill-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-entità sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan.

34   Meta, f’konformità mal-paragrafu 33, ir-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jiġu ppreparati minn data differenti minn dik użata mill-entità, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew eventi sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-entità. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta u dak tal-entità ma għandhiex tkun ta’ iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perjodi ta’ rapportar u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perjodi ta’ rapportar għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor.

35   Ir-rapporti finanzjarji tal-entità għandhom jiġu ppreparati billi jintużaw politiki tal-kontabbiltà uniformi għal tranżazzjonijiet u eventi simili f’ċirkustanzi simili.

36 Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 36A, jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tuża politiki tal-kontabbiltà differenti minn dawk tal-entità għal tranżazzjonijiet u eventi simili f’ċirkustanzi simili, għandhom isiru aġġustamenti sabiex il-politiki tal-kontabbiltà tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta jikkonformaw ma’ dawk tal-entità meta jintużaw ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta mill-entità meta tapplika l-metodu tal-ekwità.

36A Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu36, jekk entità li ma tkunx hi stess entità ta’ investiment ikollha interess f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta li tkun entità ta’ investiment, l-entità, meta tapplika l-metodu tal-ekwità, tista’ tagħżel li żżomm il-kejl tal-valur ġust applikat minn dik l-entità ta’ investiment assoċjata jew l-impriża konġunta għall-interessi f’sussidjarji tal-entità ta’ investiment assoċjata jew tal-impriża konġunta. Din l-għażla ssir separatament għal kull entità ta’ investiment assoċjata jew impriża konġunta, fl-aħħar mid-dati li fihom (a) l-entità ta’ investiment assoċjata jew l-impriża konġunta tiġi rikonoxxuta inizjalment; (b) il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta ssir entità ta’ investiment; u (c) l-entità ta’ investiment assoċjata jew l-impriża konġunta ssir kumpanija omm għall-ewwel darba.

37 Jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkollha ishma privileġġati kumulattivi pendenti li huma miżmuma minn partijiet oħra għajr l-entità u huma klassifikati bħala ekwità, l-entità tikkalkula s-sehem tagħha mill-profitti jew mit-telf wara li jsir aġġustament għad-dividendi fuq dawn l-ishma, kemm jekk id-dividendi jkunu ġew iddikjarati kif ukoll jekk le.

38 Jekk is-sehem ta’ entità mit-telf ta’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun daqs jew aktar mill-interess tagħha fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, l-entità ma tibqax tirrikonoxxi s-sehem tagħha minn telf ulterjuri. L-interess f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa l-ammont riportat tal-investiment fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta determinat bl-użu tal-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe interess fit-tul li, fis-sustanza, jifforma parti mill-investiment nett tal-entità fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Pereżempju, entrata li s-saldu tagħha la jkun ippjanat u lanqas probabbli li jseħħ fil-futur qarib, fis-sustanza, hija estensjoni tal-investiment tal-entità f’dik il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Dawn l-entrati jistgħu jinkludu ishma privileġġati u riċevibbli jew selfiet fit-tul, iżda ma jinkludux riċevibbli kummerċjali, pagabbli kummerċjali jew kwalunkwe riċevibbli fit-tul li għalihom jeżisti kollateral adegwat, bħal self garantit. Telf rikonoxxut bl-użu tal-metodu tal-ekwità li jkun aktar mill-investiment tal-entità f’ishma ordinarji huwa applikat għall-komponenti l-oħra tal-interess tal-entità f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta f’ordni bil-kontra tas-sinjorità tagħhom (jiġifieri prijorità fil-likwidazzjoni).

39 Wara li l-interess tal-entità jitnaqqas għal żero, jiġi indirizzat telf addizzjonali, u tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni, sal-punt biss li l-entità tkun ġarrbet obbligazzjonijiet legali jew kostruttivi jew għamlet pagamenti f’isem il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Jekk sussegwentement, il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tirrapporta profitti, l-entità tassumi mill-ġdid is-sehem tagħha minn dawn il-profitti biss wara li s-sehem tagħha mill-profitti jkun ugwali għas-sehem ta’ telf mhux rikonoxxut.

Telf minn indeboliment

40 Wara l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità, inkluż ir-rikonoxximent tat-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta f’konformità mal-paragrafu 38, l-entità tapplika l-paragrafi 41A–41C biex tiddetermina jekk hemmx evidenza oġġettiva li l-investiment nett tagħha fil-kumpanija assoċjata jew fl-impriża konġunta huwa indebolit.

41 [Imħassar]

41A L-investiment nett f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta huwa indebolit u jiġġarrab telf minn indeboliment jekk, u biss jekk, ikun hemm evidenza oġġettiva ta’ indeboliment b’riżultat ta’ event wieħed jew iktar li ġraw wara r-rikonoxximent inizjali tal-investiment nett (“event ta’ telf”) u dak l-event (jew eventi) ta’ telf ikollu impatt fuq il-flussi futuri ta’ flus stmati mill-investiment nett li jista’ jiġi stmat b'mod affidabbli. Jista’ ma jkunx possibbli li jiġi identifikat event diskret wieħed li kkawża l-indeboliment. Pjuttost l-effett ikkombinat ta’ diversi eventi jistgħu jikkawżaw l-indeboliment. Telf mistenni bħala riżultat ta’ eventi futuri, minkejja l-possibbiltà li jseħħu, mhumiex rikonoxxuti. Evidenza oġġettiva li l-investiment nett huwa indebolit tinkludi data osservabbli li tiġi għall-attenzjoni tal-entità dwar l-eventi ta’ telf li ġejjin:

(a) 

diffikultà finanzjarja sinifikanti tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta;

(b) 

ksur ta’ kuntratt, bħal inadempjenza jew delinkwenza fil-pagamenti mill-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta;

(c) 

l-entità, għal raġunijiet ekonomiċi jew legali relatati mad-diffikultà finanzjarja tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, tagħti lill-kumpanija assoċjata jew lill-impriża konġunta konċessjoni li l-entità kieku ma kinitx tikkunsidraha;

(d) 

isir probabbli li l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tfalli jew tidħol f’riorganizzazzjoni finanzjarja oħra; jew

(e) 

l-għajbien ta’ suq attiv għall-investiment nett minħabba diffikultajiet finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta.

41B L-għajbien ta’ suq attiv minħabba li l-ekwità jew l-istrumenti finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta ma jkunux għadhom innegozjati pubblikament mhuwiex evidenza ta’ indeboliment. Degradazzjoni ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ kumpanija assoċjata jew ta’ impriża konġunta jew tnaqqis fil-valur ġust tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta, mhijiex fiha nnifisha evidenza ta’ indeboliment, għalkemm tista’ tkun evidenza ta’ indeboliment meta titqies ma’ informazzjoni disponibbli oħra.

41C Minbarra t-tipi ta’ eventi fil-paragrafu 41A, evidenza oġġettiva ta’ indeboliment għall-investiment nett fl-istrumenti ta’ ekwità tal-kumpanija assoċjata jew ta’ impriża konġunta tinkludi informazzjoni dwar bidliet sinifikanti b’effett avvers li seħħew fl-ambjent teknoloġiku, tas-suq, ekonomiku jew legali li fih topera l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, u tindika li l-kost tal-investiment fl-istrument ta’ ekwità ma jistax jiġi rkuprat. Tnaqqis sinifikanti jew imdewwem fil-valur ġust ta’ investiment fi strument ta’ ekwità taħt il-kost tiegħu huwa wkoll evidenza oġġettiva ta' indeboliment.

42 Minħabba li l-avvjament li jifforma parti mill-ammont riportat tal-investiment nett f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta mhuwiex rikonoxxut separatament, dan mhuwiex ittestjat għal indeboliment b’mod separat bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti għal avvjament għall-ittestjar tal-indeboliment fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Minflok, l-ammont riportat kollu tal-investiment huwa ttestjat għal indeboliment f’konformità mal-IAS 36 bħala assi wieħed, billi jitqabbel l-ammont rekuperabbli tiegħu (l-ogħla tal-valur fl-użu u l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment) bl-ammont riportat tiegħu kull meta l-applikazzjoni tal-paragrafi 41A–41C tindika li l-investiment nett jista’ jiġi indebolit. Telf minn indeboliment rikonoxxut f’dawk iċ-ċirkustanzi mhuwiex allokat għal ebda assi, inkluż avvjament, li jifforma parti mill-ammont riportat tal-investiment nett fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Għaldaqstant, kwalunkwe riversjar ta’ dak it-telf minn indeboliment huwa rikonoxxut f’konformità mal-IAS 36 sa fejn l-ammont rekuperabbli tal-investiment nett jiżdied b’mod sussegwenti. Fid-determinazzjoni tal-valur fl-użu tal-investiment nett, entità tistma:

(a) 

is-sehem tagħha tal-valur preżenti tal-istima ta’ flussi futuri ta’ flus mistenni li jiġi ġġenerat mill-kumpanija assoċjata jew mill-impriża konġunta, inklużi l-flussi ta’ flus mill-operazzjonijiet tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta u r-rikavati mid-disponiment finali tal-investiment; jew

(b) 

il-valur preżenti tal-istima ta’ flussi futuri ta’ flus mistennija li joriġinaw minn dividendi li għandhom jiġu riċevuti mill-investiment u mid-disponiment aħħari tiegħu.

Permezz ta’ suppożizzjonijiet xierqa, iż-żewġ metodi jagħtu l-istess riżultat.

43 L-ammont rekuperabbli ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandu jiġi vvalutat għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, sakemm il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta ma tiġġenerax influssi ta’ flus billi tkompli tużah, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma indipendenti minn dawk ta’ assi oħra tal-entità.

RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

44 Investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandu jiġi kontabbilizzat fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità f’konformità mal-paragrafu 10 tal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

45 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, l-IFRS 12 Divulgazzjoni tal-Interessi f’Entitajiet Oħrajn u l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

45A L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 40–42 u żied il-paragrafi 41A–41C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

45B  Metodu tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati (Emendi fl-IAS 27), maħruġ f’Awwissu 2014, emenda l-paragrafu 25. Entità għandha tapplika b’mod retrospettiv dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda qabel iż-żmien stipulat, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

45D  Entitajiet ta’ Investiment: Applikazzjoni tal-Eċċezzjoni tal-Konsolidazzjoni (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 28), maħruġ f’Diċembru 2014, emenda l-paragrafi 17, 27 u 36 u żied il-paragrafu 36A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

45E  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2014-2016, maħruġ f’Diċembru 2016, emenda l-paragrafi 18 u 36A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

45F L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 18. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

45G  Interessi fit-Tul f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, maħruġ f’Ottubru 2017, żied il-paragrafu 14A u ħassar il-paragrafu 41. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 45H-45K. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

45H Entità li tapplika l-emendi fil-paragrafu 45G għall-ewwel darba fl-istess ħin li tapplika l-IFRS 9 għall-ewwel darba għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fl-IFRS 9 għall-interessi fit-tul deskritti fil-paragrafu 14A.

45I Entità li tapplika l-emendi fil-paragrafu 45G għall-ewwel darba wara li tapplika l-IFRS 9 għall-ewwel darba għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fl-IFRS 9 meħtieġa għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 14A għall-interessi fit-tul. Għal dak il-għan, referenzi għad-data tal-applikazzjoni inizjali fl-IFRS 9 għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi). L-entità mhijiex meħtieġa tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni tal-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara.

45J Meta tapplika għall-ewwel darba l-emendi fil-paragrafu 45G, entità li tapplika l-eżenzjoni temporanja mill-IFRS 9 f’konformità mal-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni mhijiex meħtieġa li tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni tal-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara.

45K Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 45I jew il-paragrafu 45J, fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi din għandha tirrikonoxxi fil-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat preċedenti ta' interessi fit-tul deskritti fil-paragrafu 14A f’dik id-data; u

(b) 

l-ammont riportat ta’ dawk l-interessi fitt-tul f’dik id-data.

Referenzi għall-lFRS 9

46 Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39.

IRTIRAR TAL-IAS 28 (2003)

47 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati (kif rivedut fl-2003).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 29

Rapportar Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji  ( 15 )

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għar-rapporti finanzjarji, inklużi r-rapporti finanzjarji konsolidati, ta’ kwalunkwe entità li l-munita funzjonali tagħha hija l-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja.

2 F’ekonomija iperinflazzjonarja, ir-rapportar ta’ redditi operatorji u tal-pożizzjoni finanzjarja fil-munita lokali mingħajr ridikjarazzjoni mhuwiex utli. Il-flus jitilfu l-kapaċità tal-akkwist b’tali rata li l-paragun ta’ ammonti minn tranżazzjonijiet u eventi oħra li jkunu seħħew fi żminijiet differenti, anki jekk fl-istess perjodu kontabbilistiku, huwa qarrieqi.

3 Dan l-Istandard ma jistabbilix rata assoluta li biha titqies li tirriżulta l-iperinflazzjoni. Hija kwistjoni ta’ ġudizzju jekk tkunx meħtieġa ridikjarazzjoni ta’ rapporti finanzjarji f’konformità ma’ dan l-Istandard. Ikun hemm indikazzjoni ta’ iperinflazzjoni fuq il-bażi tal-karatteristiki tal-ambjent ekonomiku ta’ pajjiż li jinkludu dawn li ġejjin, iżda li mhumiex limitati għalihom:

(a) 

il-popolazzjoni ġenerali tippreferi żżomm il-ġid tagħha f’assi nonmonetarji jew f’munita barranija relattivament stabbli. L-ammonti miżmuma tal-munita lokali huma investiti immedjatament biex tinżamm il-kapaċità tal-akkwist;

(b) 

il-popolazzjoni ġenerali tqis l-ammonti monetarji mhux f’termini tal-munita lokali iżda f’termini ta’ munita barranija relattivament stabbli. Il-prezzijiet jistgħu jiġu kkwotati f’dik il-munita;

(c) 

il-bejgħ u x-xiri bi kreditu jseħħu bi prezzijiet li jikkumpensaw għat-tnaqqis mistenni fil-kapaċità tal-akkwist matul il-perjodu ta’ kreditu, anki jekk il-perjodu jkun qasir;

(d) 

ir-rati tal-imgħax, il-pagi u l-prezzijiet huma marbuta ma’ indiċi ta’ prezzijiet; u

(e) 

ir-rata ta’ inflazzjoni kumulattiva fuq tliet snin tqarreb lejn, jew taqbeż, il-100 %.

4 Huwa preferibbli li l-entitajiet kollha li jirrapportaw fil-munita tal-istess ekonomija iperinflazzjonarja japplikaw dan l-Istandard mill-istess data. Madankollu, dan l-Istandard japplika għar-rapporti finanzjarji ta’ kwalunkwe entità mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih hija tidentifika l-eżistenza ta’ iperinflazzjoni fil-pajjiż li fil-munita tiegħu hija tirrapporta.

IR-RIDIKJARAZZJONI TA’ RAPPORTI FINANZJARJI

5 Il-prezzijiet jinbidlu tul iż-żmien b’riżultat ta’ diversi forzi politiċi, ekonomiċi u soċjali speċifiċi jew ġenerali. Forzi speċifiċi bħal bidliet fil-provvista u d-domanda u bidliet teknoloġiċi jistgħu jwasslu biex prezzijiet individwali jiżdiedu jew jonqsu b’mod sinifikanti u b’mod indipendenti minn xulxin. Barra minn hekk, forzi ġenerali jistgħu jirriżultaw f’bidliet fil-livell ġenerali tal-prezzijiet u għaldaqstant fil-kapaċità tal-akkwist ġenerali tal-flus.

6 L-entitajiet li jippreparaw rapporti finanzjarji fuq il-bażi ta’ kost storiku tal-kontabbiltà jagħmlu hekk mingħajr kunsiderazzjoni la tal-bidliet fil-livell ġenerali tal-prezzijiet u lanqas għal żidiet fi prezzijiet speċifiċi tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet rikonoxxuti. L-eċċezzjonijiet għal dawn huma dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet li l-entità hija meħtieġa, jew tagħżel, li tkejjel fil-valur ġust. Pereżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jiġu rrivalutati għall-valur ġust u assi bijoloġiċi huma ġeneralment meħtieġa jitkejlu fil-valur ġust. Madankollu, xi entitajiet jippreżentaw rapporti finanzjarji li huma bbażati fuq approċċ tal-kost kurrenti li jirrifletti l-effetti tal-bidliet fil-prezzijiet speċifiċi tal-assi miżmuma.

7 F’ekonomija iperinflazzjonarja, ir-rapporti finanzjarji, sew jekk ibbażati fuq approċċ tal-kost storiku kif ukoll jekk fuq approċċ tal-kost kurrenti, ikunu utli biss jekk jitfissru f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. B’riżultat ta’ dan, dan l-Istandard japplika għar-rapporti finanzjarji ta’ entitajiet li jirrapportaw fil-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja. Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba minn dan l-Istandard bħala suppliment għal rapporti finanzjarji li mhumiex ridikjarati mhijiex permessa. Barra minn hekk, mhuwiex rakkomandat li jkun hemm preżentazzjoni separata tar-rapporti finanzjarji qabel ir-ridikjarazzjoni.

8   Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li l-munita funzjonali tagħha hija l-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja, kemm jekk ibbażati fuq approċċ tal-kost storiku kif ukoll jekk fuq approċċ tal-kost kurrenti, għandhom jiġu ddikjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar. Iċ-ċifri li jikkorrispondu għall-perjodu preċedenti meħtieġa mill-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut mill-2007) u kwalunkwe informazzjoni dwar perjodi aktar bikrin għandhom jiġu ddikjarati wkoll f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti komparattivi f’munita tal-preżentazzjoni differenti, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju.

9   Il-qligħ jew it-telf mill-pożizzjoni monetarja netta għandu jkun inkluż fil-profitt jew telf u għandu jiġi ddivulgat separatament.

10 Ir-ridikjarazzjoni tar-rapporti finanzjarji f’konformità ma’ dan l-Istandard teħtieġ l-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri kif ukoll ta’ ġudizzju. L-applikazzjoni konsistenti ta’ dawn il-proċeduri u ġudizzji minn perjodu għal ieħor hija aktar importanti mill-preċiżjoni tal-ammonti li jirriżultaw inklużi fir-rapporti finanzjarji rridikjarati.

Rapporti finanzjarji skont il-kost storiku

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

11 L-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li mhumiex espressi diġà f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar huma ridikjarati billi jiġi applikat indiċi tal-prezz ġenerali.

12 Entrati monetarji mhumiex ridikjarati minħabba li diġà huma espressi f’termini tal-unità monetarja kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Entrati monetarji huma flus miżmuma u entrati li għandhom jiġu riċevuti jew imħallsa fi flus.

13 Assi u obbligazzjonijiet marbuta bi ftehim ma’ bidliet fil-prezzijiet, bħal bonds u self marbuta mal-indiċi, huma aġġustati f’konformità mal-ftehim sabiex jiġi aċċertat l-ammont dovut fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ridikjarata dawn l-entrati jiġu riportati b’dan l-ammont aġġustat.

14 L-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha mhumiex monetarji. Xi entrati nonmonetarji jinżammu bl-ammonti kurrenti fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar, bħall-valur nett realizzabbli u l-valur ġust, biex ma jiġux ridikjarati. L-assi u l-obbligazzjonijiet nonmonetarji l-oħrajn kollha jiġu ridikjarati.

15 Bosta entrati nonmonetarji jiġu riportati skont il-kost jew il-kost mingħajr id-deprezzament; għalhekk huma espressi bl-ammonti kurrenti fid-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom. Il-kost ridikjarat, jew il-kost mingħajr id-deprezzament, ta’ kull entrata huwa determinat bl-applikazzjoni tal-bidla fl-indiċi tal-prezz ġenerali mid-data tal-akkwiżizzjoni sal-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar mal-kost storiku tiegħu u d-deprezzament akkumulat. Pereżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir, inventarji ta’ materja prima u merkanzija, avvjament, patenti, trademarks u assi simili huma ridikjarati mid-data tax-xiri tagħhom. Inventarji ta’ oġġetti lesti u parzjalment lesti huma ridikjarati mid-dati li fihom iġġarrbu l-kostijiet tax-xiri u tal-konverżjoni.

16 Rekords dettaljati tad-dati tal-akkwiżizzjoni ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jiġu stmati. F’dawn iċ-ċirkustanzi rari, jista’ jkun meħtieġ, fl-ewwel perjodu tal-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, li tintuża valutazzjoni professjonali indipendenti tal-valur ta’ dawk l-entrati bħala l-bażi għar-ridikjarazzjoni tagħhom.

17 Jista’ ma jkunx hemm indiċi tal-prezz ġenerali disponibbli għall-perjodi li għalihom tkun meħtieġa r-ridikjarazzjoni tal-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir minn dan l-Istandard. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jkun meħtieġ li tintuża stima bbażata, pereżempju, fuq iċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju bejn il-munita funzjonali u munita barranija relattivament stabbli.

18 Xi entrati nonmonetarji jiġu riportati f’ammonti kurrenti f’dati li mhumiex dawk tal-akkwiżizzjoni jew tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, pereżempju l-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir li jkunu ġew rivalwati f’xi data qabel. F’dawn il-każijiet, l-ammonti riportati jiġu ridikjarati mid-data tar-rivalwazzjoni.

19 L-ammont ridikjarat ta’ entrata nonmonetarja jitnaqqas, f’konformità mal-IFRSs xierqa, meta dan jaqbeż l-ammont rekuperabbli tiegħu. Pereżempju, l-ammonti ridikjarati tal-proprjetà, impjanti u tagħmir, avvjament, patenti u trademarks jitnaqqas għall-ammont rekuperabbli u l-ammonti ridikjarati jitnaqqsu għall-valur nett realizzabbli.

20 Destinatarja ta’ investiment kontabbilizzata skont il-metodu tal-ekwità tista’ tirrapporta fil-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja. Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tal-introjtu komprensiv ta’ din id-destinatarja ta’ investiment huma ridikjarati f’konformità ma’ dan l-Istandard sabiex tiġi kkalkulata l-parti tal-investitur tal-assi netti tiegħu u l-profitt jew telf. Meta r-rapporti finanzjarji ridikjarati tad-destinatarja ta’ investiment jiġu espressi f’munita barranija, dawn jinqalbu bir-rata fl-għeluq.

21 Normalment, l-impatt tal-inflazzjoni jiġi rikonoxxut fil-kostijiet tat-teħid b’self. Mhuwiex xieraq li wieħed jirridikjara kemm in-nefqa kapitali ffinanzjata bit-teħid b’self kif ukoll li jikkapitalizza dik il-parti tal-kostijiet tat-teħid b’self li tikkumpensa għall-inflazzjoni matul l-istess perjodu. Din il-parti tal-kostijiet tat-teħid b’self hija rikonoxxuta bħala spiża fil-perjodu li matulu jkunu ġġarrbu l-kostijiet.

22 Entità tista’ takkwista assi skont arranġament li jippermettilha tiddifferixxi l-pagament mingħajr ma ġġarrab mgħax espliċitu. Meta ma jkunx prattiku li jiġi imputat l-ammont tal-imgħax, dawn l-assi jiġu ridikjarati mid-data tal-pagament u mhux mid-data tax-xiri.

23 [Imħassar]

24 Fil-bidu tal-ewwel perjodu tal-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, il-komponenti tal-ekwità tas-sidien, ħlief għall-qligħ imfaddal u kwalunkwe surplus ta’ rivalwazzjoni, jiġu ridikjarati billi jiġi applikat indiċi tal-prezz ġenerali mid-dati li fihom tkun saret il-kontribuzzjoni tal-komponenti jew ta’ meta dawn ikunu rriżultaw. Jiġi eliminat kwalunkwe surplus ta’ rivalwazzjoni li jkun irriżulta f’perjodi preċedenti. Qligħ imfaddal ridikjarat jiġi derivat mill-ammonti l-oħra kollha fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ridikjarat.

25 Fi tmiem l-ewwel perjodu u fil-perjodi sussegwenti, il-komponenti kollha tal-ekwità tas-sidien jiġu ridikjarati bl-applikazzjoni ta’ indiċi tal-prezz ġenerali mill-bidu tal-perjodu jew mid-data tal-kontribuzzjoni, jekk din tkun aktar tard. Il-movimenti għall-perjodu fl-ekwità tas-sidien jiġu ddivulgati f’konformità mal-IAS 1.

Rapport tal-introjtu komprensiv

26 Dan l-Istandard jitlob li l-entrati kollha fir-rapport tal-introjtu komprensiv jiġu espressi f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Għaldaqstant, l-ammonti kollha jeħtieġu li jiġu ridikjarati billi tiġi applikata l-bidla fl-indiċi tal-prezz ġenerali mid-dati meta l-entrati tal-introjtu u l-ispejjeż ikunu ġew irreġistrati inizjalment fir-rapporti finanzjarji.

Qligħ jew telf minn pożizzjoni monetarja netta

27 F’perjodu ta’ inflazzjoni, entità li jkollha eċċess ta’ assi monetarji fuq obbligazzjonijiet monetarji titlef il-kapaċità tal-akkwist, u entità b’eċċess ta’ obbligazzjonijiet monetarji fuq assi monetarji takkwista kapaċità tal-akkwist sal-punt li l-assi u l-obbligazzjonijiet ma jkunux marbuta ma’ livell ta’ prezz. Dan il-qligħ jew telf fil-pożizzjoni monetarja netta jista’ jkun derivat bħala d-differenza li tirriżulta mir-ridikjarazzjoni ta’ assi nonmonetarji, ekwità tas-sidien u entrati fir-rapport tal-introjtu komprensiv, u mill-aġġustament ta’ assi u obbligazzjonijiet marbuta ma’ indiċi. Il-qligħ jew telf jista’ jiġi stmat billi tiġi applikata l-bidla f’indiċi tal-prezz ġenerali għall-medja ponderata għall-perjodu tad-differenza bejn l-assi monetarji u l-obbligazzjonijiet monetarji.

28 Il-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta jiġi inkluż fil-profitt jew telf. L-aġġustament għal dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet konnessi bi ftehim ma’ bidliet fil-prezzijiet li saru f’konformità mal-paragrafu 13 ikun paċut mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta. Entrati oħrajn ta’ introjtu u spejjeż, bħal introjtu u spiża tal-imgħax, u differenzi fil-kambju relatati mal-fondi investiti jew meħuda b’self, huma assoċjati wkoll mal-pożizzjoni monetarja netta. Għalkemm dawn l-entrati jiġu ddivulgati separatament, jista’ jkun ta’ għajnuna jekk ikunu ppreżentati flimkien mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta fir-rapport tal-introjtu komprensiv.

Rapporti finanzjarji skont il-kost kurrenti

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

29 L-entrati ddikjarati skont il-kost kurrenti ma jiġux ridikjarati minħabba li dawn huma diġà espressi f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Entrati oħra fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jiġu ridikjarati f’konformità mal-paragrafi minn 11 sa 25.

Rapport tal-introjtu komprensiv

30 Ir-rapport tal-introjtu skont il-kost kurrenti, qabel ir-ridikjarazzjoni, ġeneralment jirrapporta l-kostijiet li jkunu kurrenti fil-ħin li fih iseħħu t-tranżazzjonijiet jew l-eventi sottostanti. Il-kost tal-bejgħ u d-deprezzament huma rreġistrati skont il-kostijiet kurrenti fil-ħin tal-konsum; il-bejgħ u spejjeż oħra huma rreġistrati skont l-ammonti tal-flus tagħhom meta dawn ikunu seħħew. Għaldaqstant, l-ammonti kollha jkollhom bżonn li jiġu ridikjarati fl-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar billi jiġi applikat indiċi tal-prezz ġenerali.

Qligħ jew telf minn pożizzjoni monetarja netta

31 Il-qligħ jew it-telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta jiġi kontabbilizzat f’konformità mal-paragrafi 27 u 28.

Taxxi

32 Ir-ridikjarazzjoni ta’ rapporti finanzjarji f’konformità ma’ dan l-Istandard tista’ tagħti lok għal differenzi bejn l-ammont riportat ta’ assi u obbligazzjonijiet individwali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u dak fil-bażi għat-taxxa tagħhom. Dawn id-differenzi huma kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu.

Rapport tal-flussi ta’ flus

33 Dan l-Istandard jeħtieġ li l-entrati kollha fir-rapport tal-flussi ta’ flus jiġu espressi f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

Ċifri korrispondenti

34 Ċifri korrispondenti għall-perjodu ta’ rapportar preċedenti, kemm jekk ikunu bbażati fuq approċċ tal-kost storiku kif ukoll jekk fuq approċċ tal-kost kurrenti, ikunu ridikjarati bl-applikazzjoni ta’ indiċi tal-prezz ġenerali biex ir-rapporti finanzjarji komparattivi jkunu ppreżentati f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Informazzjoni li tiġi ddivulgata fir-rigward ta’ perjodi aktar bikrin tiġi espressa wkoll f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti komparattivi f’munita tal-preżentazzjoni differenti, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21.

Rapporti finanzjarji konsolidati

35 Kumpanija omm li tirrapporta fil-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja jista’ jkollha sussidjarji li jirrapportaw ukoll fil-muniti ta’ ekonomiji iperinflazzjonarji. Ir-rapporti finanzjarji ta’ kwalunkwe sussidjarja bħal din għandhom jiġu ridikjarati billi jiġi applikat indiċi tal-prezz ġenerali tal-pajjiż li s-sussidjarja tirrapporta fil-munita tiegħu, qabel ma jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati maħruġa mill-kumpanija omm tagħha. Meta sussidjarja bħal din tkun sussidjarja barranija, ir-rapporti finanzjarji ridikjarati tagħha jinqalbu skont ir-rati tal-għeluq. Ir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarji li ma jirrapportawx fil-muniti ta’ ekonomiji iperinflazzjonarji jiġu trattati f’konformità mal-IAS 21.

36 Jekk jiġu konsolidati rapporti finanzjarji fit-tmiem tal-perjodi ta’ rapportar, l-entrati kollha, kemm jekk monetarji kif ukoll jekk nonmonetarji, għandhom jiġu ridikjarati fl-unità ta’ kejl kurrenti fid-data tar-rapporti finanzjarji konsolidati.

Għażla u użu tal-indiċi tal-prezz ġenerali

37 Ir-ridikjarazzjoni tar-rapporti finanzjarji f’konformità ma’ dan l-Istandard teħtieġ l-użu ta’ indiċi tal-prezz ġenerali li jirrifletti bidliet fil-kapaċità tal-akkwist ġenerali. Huwa preferibbli li l-entitajiet kollha li jirrapportaw fil-munita tal-istess ekonomija jużaw l-istess indiċi.

EKONOMIJI LI JIEQFU JKUNU IPERINFLAZZJONARJI

38   Meta ekonomija tieqaf tkun iperinflazzjonarja u entità ma tibqax tipprepara u tippreżenta r-rapporti finanzjarji ppreparati f’konformità ma’ dan l-Istandard, din għandha tittratta l-ammonti espressi fl-unità ta’ kejl kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar preċedenti bħala l-bażi għall-ammonti riportati fir-rapporti finanzjarji sussegwenti tagħha.

DIVULGAZZJONIJIET

39   Għandhom isiru divulgazzjonijiet tal-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-fatt li r-rapporti finanzjarji u ċ-ċifri korrispondenti għal perjodi preċedenti jkunu ġew ridikjarati għall-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist ġenerali tal-munita funzjonali u, b’riżultat ta’ dan, ikunu ddikjarati f’termini tal-unità ta’ kejl kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;

(b) 

jekk ir-rapporti finanzjarji humiex ibbażati fuq il-metodu tal-kost storiku jew fuq il-metodu tal-kost kurrenti; u

(c) 

l-identità u l-livell tal-indiċi tal-prezz fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u ċ-ċaqliq fl-indiċi matul il-perjodu ta’ rapportar kurrenti u preċedenti.

40 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dan l-Istandard huma meħtieġa biex jiġi ċċarat il-bażi tat-trattament tal-effetti tal-inflazzjoni fir-rapporti finanzjarji. Dawn huma maħsuba wkoll biex jagħtu informazzjoni oħra meħtieġa biex tinftiehem kemm dik il-bażi kif ukoll l-ammonti riżultanti.

DATA EFFETTIVA

41 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1990 jew wara.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 32

Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

OBJETTIV

1 [Imħassar]

2 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi prinċipji ta’ preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji bħala obbligazzjonijiet jew ekwità u għat-tpaċija ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji. Dan japplika għall-klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji, mill-perspettiva tal-emittent, f'assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji u strumenti ta’ ekwità; il-klassifikazzjoni ta' interess relatat, dividendi, qligħ u telf; u ċ-ċirkustanzi li fihom l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jiġu paċuti.

3 Il-prinċipji f’dan l-Istandard jikkumplimentaw il-prinċipji għar-rikonoxximent u l-kejl tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, u għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwarhom fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a) 

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li huma kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jirrikjedu jew jippermettu li entità tirrapporta interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard. L-entitajiet għandhom japplikaw ukoll dan l-Istandard għad-derivattivi kollha marbutin mal-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti.

(b) 

drittijiet u obbligi tal-impjegaturi taħt pjanijiet ta’ benefiċċji tal-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati;

(c) 

[imħassar]

(d) 

kuntratti tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni jew kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Madankollu, dan l-Istandard japplika:

(i) 

għal derivattivi li huma inkorporati f’kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, jekk l-IFRS 9 jeħtieġ li l-entità tikkontabbilizzahom b’mod separat;

(ii) 

għal komponenti ta’ investiment li huma separati mill-kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, jekk l-IFRS 17 jeħtieġ tali separazzjoni, sakemm il-komponent ta’ investiment ma jkunx kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17;

(iii) 

għad-drittijiet u l-obbligi ta’ emittent li jirriżultaw taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, jekk l-emittent japplika l-IFRS 9 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti. Madankollu, l-emittent għandu japplika l-IFRS 17 jekk l-emittent, f’konformità mal-paragrafu 7(e) tal-IFRS 17, jagħżel li japplika l-IFRS 17 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti;

(iv) 

id-drittijiet u l-obbligi ta’ entità li huma strumenti finanzjarji li jirriżultaw taħt kuntratti tal-karta tal-kreditu, jew kuntratti simili li jipprovdu arranġamenti ta’ kreditu u ta’ pagament, li entità toħroġ li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jekk l-entità tapplika l-IFRS 9 għal dawk id-drittijiet u l-obbligi f’konformità mal-paragrafu 7(h) tal-IFRS 17 u l-paragrafu 2.1(e)(iv) tal-IFRS 9;

(v) 

għad-drittijiet u l-obbligi ta’ entità li huma strumenti finanzjarji li jirriżultaw taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li entità toħroġ li jillimitaw il-kumpens għal eventi assigurati għall-ammont altrimenti meħtieġ biex jissalda l-obbligu tad-detentur tal-polza maħluq mill-kuntratt jekk, f’konformità mal-paragrafu 8A tal-IFRS 17, l-entità tagħżel li tapplika l-IFRS 9 minflok l-IFRS 17 għal tali kuntratti.

(e) 

[imħassar]

(f) 

għal strumenti finanzjarji, kuntratti u obbligi taħt tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, ħlief:

(i) 

għal kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 8-10 ta’ dan l-Istandard, li għalihom japplika dan l-Istandard;

(ii) 

għall-paragrafi 33 u 34 ta’ dan l-Istandard, li għandhom japplikaw għal ishma tat-teżor mixtrija, mibjugħa, maħruġa jew ikkanċellati b’rabta ma’ pjanijiet għall-opzjonijiet fuq l-ishma għall-impjegati, pjanijiet ta’ xiri ta’ ishma għall-impjegati, u l-arranġamenti l-oħra kollha ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma.

5-7 [Imħassar]

8   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja li tista’ tiġi saldata netta fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta’ strumenti finanzjarji, daqslikieku l-kuntratti kienu strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti li kienu saru u li għadhom qed jinżammu għall-fini tar-riċeviment jew il-kunsinna ta’ entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità. Madankollu, dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li entità tispeċifika bħala mkejlin fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 2.5 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

9 Hemm diversi modi kif kuntratt biex tinxtara jew tinbiegħ entrata mhux finanzjarja jista' jissalda b’mod nett fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jew bi iskambju ta' strumenti finanzjarji. Dawn jinkludu:

(a) 

meta t-termini tal-kuntratt jippermettu lil parti waħda jew l-oħra ssaldah nett bi flus jew strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta’ strumenti finanzjarji;

(b) 

meta l-kapaċità li s-saldu nett fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji, ma tkunx espliċita fit-termini tal-kuntratt, iżda l-entità jkollha l-prattika li tagħmel saldu ta’ kuntratti simili b’mod nett fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji (kemm jekk mal-kontroparti, bi dħul f’kuntratti ta’ tpaċija jew billi jinbiegħ il-kuntratt qabel ma jiġi eżerċitat jew jiskadi);

(c) 

meta, għal kuntratti simili, l-entità jkollha prattika li tieħu l-kunsinna tas-sottostanti u tbigħu fi żmien qasir wara l-kunsinna bl-iskop li tiġġenera profitt minn varjazzjonijiet fi żmien qasir fil-prezz jew fil-marġni tan-negozjant; u

(d) 

meta l-entrata mhux finanzjarja li tkun is-suġġett tal-kuntratt tkun konvertibbli faċilment fi flus.

Wieħed ma jidħolx għal kuntratt li għalih japplikaw (b) jew (c) bl-iskop li jirċievi jew tiġi kkunsinnata lilu l-entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità, u b’hekk, il-kuntratt ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Kuntratti oħrajn li għalihom japplika l-paragrafu 8 jiġu evalwati biex jiġi determinat jekk min daħal għalihom u min għadu jżommhom għamilx hekk biex jirċievi jew biex tiġi kkunsinnata lilu l-entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità, u b’hekk, il-kuntratti jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

10 Opzjoni mibjugħa għax-xiri jew bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja li tista’ tiġi saldata b’mod nett fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji, f’konformità mal-paragrafu 9(a) jew (d) taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Wieħed ma jistax jidħol għal dan il-kuntratt bl-iskop li jirċievi jew biex tiġi pprovduta lilu l-entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità.

DEFINIZZJONIJIET (ARA WKOLL IL-PARAGRAFI AG3–AG23)

11   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Strument finanzjarju huwa kwalunkwe kuntratt li jagħti lok għal assi finanzjarju ta’ entità waħda u obbligazzjoni finanzjarja jew strument tal-ekwità ta’ entità oħra.
Assi finanzjarju huwa kwalunkwe assi li huwa:
(a) 

flus;

(b) 

strument ta’ ekwità ta’ entità oħra;

(c) 

dritt kuntrattwali:

(i) 

ta’ riċeviment ta’ flus jew ta’ assi finanzjarju ieħor minn entità oħra; jew

(ii) 

ta’ skambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment favorevoli għall-entità; jew

(d) 

kuntratt li se jkun jew jista’ jiġi saldat fl-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità u huwa:

(i) 

nonderivattiv li għalih l-entità tkun jew jista’ jkollha l-obbligu li tirċievi għadd varjabbli tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità; jew

(ii) 

derivattiv li se jkun jew li jista’ jiġi saldat ħlief bl-iskambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarji ieħor għal għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità. Għal dan l-iskop l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità ma jinkludux strumenti finanzjarji puttable klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B, strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huma klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità.

Obbligazzjoni finanzjarja hija kwalunkwe obbligazzjoni li:
(a) 

hija obbligu kuntrattwali:

(i) 

biex jiġu kkunsinnati flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra; jew

(ii) 

għall-iskambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-entità; jew

(b) 

hija kuntratt li se jkun jew jista’ jiġi saldat fl-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità u huwa:

(i) 

nonderivattiv li dwaru l-entità tkun jew tista’ tkun obbligata li tagħti għadd varjabbli tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità; jew

(ii) 

derivattiv li se jkun jew li jista’ jiġi saldat ħlief bl-iskambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarji ieħor għal għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità. Għal dan l-għan, id-drittijiet, l-opzjonijiet jew il-warrants għall-akkwiżizzjoni ta’ għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità għal ammont fiss ta’ kwalunkwe munita jkunu strumenti ta’ ekwità jekk l-entità toffri d-drittijiet, l-opzjonijiet jew il-warrants pro rata lis-sidien eżistenti kollha tagħha tal-istess klassi ta’ strumenti ta’ ekwità nonderivattivi proprji tagħha. Barra minn hekk, għal dawn il-finijiet, l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità ma jinkludux strumenti finanzjarji puttable li huma klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B, strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huma klassifikati bħala strumenti ta’ekwità f’konformità mal-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti ta’ekwità proprji tal-entità.

Bħala eċċezzjoni, strument li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja huwa klassifikat bħala strument ta’ ekwità jekk ikollu l-karatteristiki kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.
Strument ta’ ekwità huwa kwalunkwe kuntratt li juri evidenza ta’ interess residwu fl-assi ta’ entità wara t-tnaqqis tal-obbligazzjonijiet kollha tagħha.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)
Strument puttable huwa strument finanzjarju li jagħti d-dritt lid-detentur li jerġa’ jagħti l-istrument lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor jew jitqiegħed lura awtomatikament għand l-emittent fil-każ ta’ event futur inċert jew il-mewt jew l-irtirar tad-detentur tal-istrument.

12 It-termini li ġejjin huma definiti fl-Appendiċi A tal-IFRS 9 jew il-paragrafu 9 tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u jintużaw f’dan l-Istandard fis-sens speċifikat fl-IAS 39 u l-IFRS 9.

— 
kost amortizzat ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja
— 
irtirar tar-rikonoxximent
— 
derivattiv
— 
metodu tal-imgħax effettiv
— 
kuntratt ta’ garanzija finanzjarja
— 
obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf
— 
impenn sod
— 
tranżazzjoni prevista
— 
effettività tal-ħeġġ
— 
entrata ħħeġġjata
— 
strument għall-iħħeġġjar
— 
miżmum għan-negozju
— 
xiri jew bejgħ imħallas fi żmien regolari
— 
kostijiet tat-tranżazzjoni.

13 F’dan l-Istandard, “kuntratt” u “kuntrattwali” jirreferu għal ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li għandhom konsegwenzi ekonomiċi ċari li l-partijiet ftit għandhom, jekk għandhom, diskrezzjoni li jevitaw, ġeneralment minħabba li l-ftehim huwa infurzabbli bil-liġi. Kuntratti, u allura l-istrumenti finanzjarji, jistgħu jieħdu diversi forom u ma hemmx bżonn li jkunu bil-miktub.

14 F’dan l-Istandard, “entità” tinkludi individwi, sħubijiet, korpi inkorporati, trusts u aġenziji tal-gvern.

PREŻENTAZZJONI

Obbligazzjonijiet u ekwità (ara wkoll il-paragrafi AG13-AG14J u AG25–AG29A)

15   L-emittent ta’ strument finanzjarju għandu jikklassifika l-istrument, jew il-komponenti tiegħu, mar-rinonoxximent inizjali bħala obbligazzjoni finanzjarja, assi finanzjarju jew strument ta’ ekwità f’konformità mas-sustanza tal-arranġament kuntrattwali u d-definizzjonijiet ta’ obbligazzjoni finanzjarja, assi finanzjarju u strument ta’ ekwità.

16 Meta l-emittent japplika d-definizzjonijiet fil-paragrafu 11 biex jiddetermina jekk strument finanzjarju huwiex strument ta’ ekwità minflok obbligazzjoni finanzjarja, l-istrument ikun strument ta’ ekwità jekk, u biss jekk, iż-żewġ kundizzjonijiet (a) u (b) ta’ hawn isfel ikunu ssodisfati.

(a) 

L-istrument ma jkun fih l-ebda obbligu kuntrattwali:

(i) 

biex jiġu kkunsinnati flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra; jew

(ii) 

biex jiġu skambjati assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-emittent.

(b) 

Jekk l-istrument se jiġi saldat, jew jista’ jiġi saldat, fl-istrumenti ta’ ekwità tal-emittent stess, huwa:

(i) 

nonderivattiv li ma jinkludi l-ebda obbligazzjoni kuntrattwali għall-emittent biex jikkunsinna għadd varjabbli ta' strumenti ta’ ekwità proprji tiegħu; jew

(ii) 

derivattiv li se jiġi saldat, jew jista’ jiġi saldat biss billi l-emittent jagħmel skambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew ta’ assi finanzjarju ieħor għal għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tiegħu. Għal dan l-għan, id-drittijiet, l-opzjonijiet jew il-warrants għall-akkwiżizzjoni ta’ għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità għal ammont fiss ta’ kwalunkwe munita jkunu strumenti ta’ ekwità jekk l-entità toffri d-drittijiet, l-opzjonijiet jew il-warrants pro rata lis-sidien eżistenti kollha tagħha tal-istess klassi ta’ strumenti ta’ ekwità nonderivattivi proprji tagħha. Barra minn hekk, għal dawn il-finijiet, l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-emittent ma jinkludux strumenti li għandhom il-karatteristiki kollha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, jew l-istrumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew il-kunsinna futura tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-emittent.

Obbligu kuntrattwali, inkluż wieħed li jirriżulta minn strument finanzjarju derivattiv, li se jkun jew jista’ jirriżulta f’riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-emittent, iżda ma jissodisfax il-kundizzjonijiet (a) u (b) ta’ hawn fuq, mhuwiex strument ta’ ekwità. Bħala eċċezzjoni, strument li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja huwa klassifikat bħala strument ta’ ekwità jekk ikollu l-karatteristiki kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

Strumenti puttable

16A Strument finanzjarju puttable jinkludi obbligu kuntrattwali li l-emittent jirriakkwista jew jifdi dak l-istrument għal flus jew assi finanzjarju ieħor mal-eżerċizzju tal-put. Bħala eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, strument li jinkludi t-tali obbligu jkun ikklassifikat bħala strument ta’ ekwità jekk ikollu l-karatteristiki kollha li ġejjin:

(a) 

Jintitola d-detentur għal sehem pro rata tal-assi netti tal-entità fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ entità. L-assi netti tal-entità huma dawk l-assi li jibqa’ wara li jitnaqqsu t-talbiet l-oħra kollha fuq l-assi tagħha. Sehem pro rata huwa determinat:

(i) 

b’diviżjoni tal-assi netti tal-entità mal-likwidazzjoni f’unitajiet ta’ ammont indaqs; u

(ii) 

b’multiplikazzjoni ta’ dak l-ammont bl-għadd ta’ unitajiet miżmuma mid-detentur tal-istrument finanzjarju.

(b) 

L-istrument ikun fil-klassi ta’ strumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti. Biex ikun f’din il-klassi, l-istrument:

(i) 

ma jkollu l-ebda prijorità fuq talbiet oħrajn fuq l-assi tal-entità mal-likwidazzjoni, u

(ii) 

ma jkollux bżonn jiġi kkonvertit fi strument ieħor qabel ma jkun fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti.

(c) 

L-istrumenti finanzjarji kollha fil-klassi ta’ strumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti ikollhom karatteristiki identiċi. Pereżempju, iridu jkunu kollha puttable, u l-formula jew metodu ieħor użat biex jikkalkula r-riakkwist jew il-prezz tat-tifdija jkun l-istess għall-istrumenti kollha f’dik il-klassi.

(d) 

Minbarra l-obbligu kuntrattwali li l-emittent jirriakkwista jew jifdi l-istrument għal flus jew assi finanzjarju ieħor, l-istrument ma jinkludi ebda obbligu kuntrattwali biex jingħata flus jew assi finanzjarju ieħor għal entità oħra, jew biex jiskambja assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra b’kundizzjonijiet li jkunu potenzjalment sfavorevoli għall-entità, u mhuwiex kuntratt li se jkun jew li jista’ jiġi saldat fl-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità kif ippreżentat fis-subparagrafu (b) tad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja.

(e) 

Il-flussi totali mistennija ta’ flus attribwibbli għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument huma bbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew telf, il-bidla fl-assi netti rikonoxxuti jew il-bidla fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità tul il-ħajja tal-istrument (esklużi xi effetti tal-istrument).

16B Biex strument ikun ikklassifikat bħala strument ta’ ekwità, minbarra li l-istrument ikollu l-karatteristiki kollha msemmijin hawn fuq, l-emittent ma jrid ikollu l-ebda strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li għandu:

(a) 

il-flussi totali ta’ flus ibbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew telf, il-bidla fl-assi netti rikonoxxuti jew il-bidla fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità (esklużi xi effetti tat-tali strument jew kuntratt) u

(b) 

l-effett tar-restrizzjoni sostanzjali jew l-istabbiliment tar-redditu residwu tad-detenturi ta’ strumenti puttable.

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, l-entità ma għandhiex tikkunsidra kuntratti mhux finanzjarji ma’ detentur ta’ strument deskritt fil-paragrafu 16A li għandhom termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li huma simili għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kuntratt ekwivalenti li jistgħu jsiru bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità emittenti. Jekk l-entità ma tistax tiddetermina li din il-kundizzjoni ġiet issodisfata, din ma għandhiex tikklassifika l-istrument puttable bħala strument ta’ ekwità.

Strumenti, jew komponenti ta’ strumenti, li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni

16C Xi strumenti finanzjarji jinkludu obbligu kuntrattwali fuq l-entità emittenti li tagħti lil entità oħra sehem pro rata tal-assi netti tagħha biss mal-likwidazzjoni. L-obbligu jinħoloq għax huwa ċert li l-likwidazzjoni se ssir u dan huwa barra mill-kontroll tal-entità (pereżempju, entità b’ħajja limitata), jew mhuwiex ċert li din se ssir iżda hija għażla tad-detentur tal-istrument. Bħala eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, strument li jinkludi t-tali obbligu jkun ikklassifikat bħala strument ta’ ekwità jekk ikollu l-karatteristiki kollha li ġejjin:

(a) 

Jintitola d-detentur għal sehem pro rata tal-assi netti tal-entità fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ entità. L-assi netti tal-entità huma dawk l-assi li jibqa’ wara li jitnaqqsu t-talbiet l-oħra kollha fuq l-assi tagħha. Sehem pro rata huwa determinat:

(i) 

b’diviżjoni tal-assi netti tal-entità mal-likwidazzjoni f’unitajiet ta’ ammont indaqs; u

(ii) 

b’multiplikazzjoni ta’ dak l-ammont bl-għadd ta’ unitajiet miżmuma mid-detentur tal-istrument finanzjarju.

(b) 

L-istrument ikun fil-klassi ta’ strumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti. Biex ikun f’din il-klassi, l-istrument:

(i) 

ma jkollu l-ebda prijorità fuq talbiet oħrajn fuq l-assi tal-entità mal-likwidazzjoni, u

(ii) 

ma jkollux bżonn jiġi kkonvertit fi strument ieħor qabel ma jkun fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti.

(c) 

L-istrumenti finanzjarji kollha fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti jrid ikollhom obbligu kuntrattwali identiku għall-entità emittenti li tagħti sehem pro rata tal-assi netti tagħha mal-likwidazzjoni.

16D Biex strument ikun ikklassifikat bħala strument ta’ ekwità, minbarra li l-istrument ikollu l-karatteristiki kollha msemmijin hawn fuq, l-emittent ma jrid ikollu l-ebda strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li għandu:

(a) 

il-flussi totali ta’ flus ibbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew telf, il-bidla fl-assi netti rikonoxxuti jew il-bidla fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità (esklużi xi effetti tat-tali strument jew kuntratt) u

(b) 

l-effett ta’ restrizzjoni sostanzjali jew stabbiliment tar-redditu residwu tad-detenturi tal-istrument.

Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, l-entità ma għandhiex tikkunsidra kuntratti mhux finanzjarji ma’ detentur ta’ strument deskritt fil-paragrafu 16C li jkollhom termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li jkunu simili għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kuntratt ekwivalenti li jistgħu jsiru bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità emittenti. Jekk l-entità ma tistax tiddetermina li din il-kundizzjoni ġiet issodisfata, din ma għandhiex tikklassifika l-istrument bħala strument ta’ ekwità.

Riklassifikazzjoni ta’ strumenti puttable u strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni

16E Entità għandha tikklassifika strument finanzjarju bħala strument ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D mid-data meta l-istrument ikollu l-karatteristiki kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet ippreżentati f’dawk il-paragrafi. Entità għandha tirriklassifika strument finanzjarju mid-data meta l-istrument jieqaf ikollu l-karatteristiki kollha jew jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ppreżentati f’dawk il-paragrafi. Pereżempju, jekk entità tifdi l-istrumenti maħruġa mhux puttable kollha tagħha u kwalunkwe strument puttable li jibqa’ pendenti jkollu l-karatteristiki kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafi 16A u 16B, l-entità għandha tirriklassifika l-istrumenti puttable bħala strumenti ta’ ekwità mid-data meta tifdi l-istrumenti mhux puttable.

16F Entità għandha tikkontabbilizza r-riklassifikazzjoni ta’ strument f’konformità mal-paragrafu 16E kif ġej:

(a) 

Għandha tirriklassifika strument ta’ ekwità bħala obbligazzjoni finanzjarja mid-data meta l-istrument jieqaf ikollu l-karatteristiki kollha jew jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-obbligazzjoni finanzjarja għandha titkejjel fil-valur ġust tal-istrument fid-data tar-riklassifikazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi fl-ekwità kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-istrument ta’ ekwità u l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tar-riklassifikazzjoni.

(b) 

Għandha tirriklassifika obbligazzjoni finanzjarja bħala ekwità mid-data meta l-istrument ikollu l-karatteristiki kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet ippreżentati fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Strument ta’ ekwità għandu jitkejjel fil-valur riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tar-riklassifikazzjoni.

Ebda obbligu kuntrattwali għall-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor (il-paragrafu 16(a))

17 Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, karatteristika kritika fid-distinzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja minn strument ta’ ekwità hija l-eżistenza ta’ obbligu kuntrattwali ta’ parti waħda ta’ strument finanzjarju (l-emittent) li jagħti flus jew assi finanzjarju ieħor lill-parti l-oħra (id-detentur) jew li jiskambja assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji mad-detentur b’kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-emittent. Għalkemm id-detentur ta’ strument ta’ ekwità jista’ jkun intitolat li jirċievi sehem pro rata ta’ kwalunkwe dividend jew distribuzzjoni oħra ta’ ekwità, l-emittent ma għandux obbligu kuntrattwali li jagħmel distribuzzjonijiet bħal dawn minħabba li mhuwiex meħtieġ li jikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor lil parti oħra.

18 Is-sustanza ta’ strument finanzjarju, minflok il-forma ġuridika tiegħu, tirregola l-klassifikazzjoni tiegħu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Is-sustanza u l-forma ġuridika huma normalment konsistenti, iżda mhux dejjem. Xi strumenti finanzjarji jieħdu l-forma ġuridika ta’ ekwità iżda huma obbligazzjonijiet fis-sustanza tagħhom u oħrajn jistgħu jikkombinaw karatteristiki assoċjati ma’ strumenti ta’ ekwità u karatteristiki assoċjati ma’ obbligazzjonijiet finanzjarji. Pereżempju:

(a) 

sehem privileġġat li jipprevedi tifdija obbligatorja mill-emittent għal ammont fiss jew determinabbli f’data ffissata jew determinabbli fil-futur, jew jagħti d-dritt lid-detentur li jitlob lill-emittent biex jifdi l-istrument f’data partikulari jew wara għal ammont fiss jew determinabbli, huwa obbligazzjoni finanzjarja;

(b) 

strument finanzjarju li jagħti lid-detentur id-dritt li jroddu lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor (strument puttable) huwa obbligazzjoni finanzjarja, għajr dawk l-istrumenti klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja anki meta l-ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħrajn ikun determinat abbażi ta’ indiċi jew entrata oħra li għandha l-potenzjal li tiżdied jew tonqos. L-eżistenza ta’ opzjoni għad-detentur li jrodd l-istrument lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor ifisser li l-istrument puttable jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, ħlief għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Pereżempju, fondi mutwi mingħajr limiti, unit trusts, sħubijiet u xi entitajiet kooperattivi jistgħu jipprovdu lid-detenturi tal-unitajiet jew il-membri tagħhom id-dritt li jifdu l-interessi tagħhom fl-emittent fi kwalunkwe ħin għal flus, li jirriżulta biex l-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-membri jiġu klassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, ħlief għal dawk l-istrumenti klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Madankollu, il-klassifikazzjoni bħala obbligazzjoni finanzjarja ma tipprekludix l-użu ta’ deskritturi bħal “valur nett tal-assi attribwibbli lid-detenturi tal-unitajiet” u “bidla fil-valur nett tal-assi attribwibbli lid-detenturi tal-unitajiet” fir-rapporti finanzjarji ta’ entità li ma jkollha ebda ekwità kkontribwita (bħal xi fondi mutwi u unit trusts, ara l-Eżempju Illustrattiv 7) jew l-użu ta’ divulgazzjoni addizzjonali li turi li l-interessi totali tal-membri jinkludu entrati bħal riżervi li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ ekwità u strumenti puttable li ma jissodisfawhiex (ara l-Eżempju Illustrattiv 8).

19 Jekk l-entità ma għandhiex dritt mingħajr kundizzjonijiet li tevita l-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarji oħra biex issalda obbligazzjoni kuntrattwali, l-obbligu jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, għajr għal dawk l-istrumenti klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Pereżempju:

(a) 

restrizzjoni fuq il-kapaċità ta’ entità li tissodisfa obbligu kuntrattwali, bħan-nuqqas ta’ aċċess għal munita barranija jew il-ħtieġa li tikseb approvazzjoni għal pagament minn awtorità regolatorja, ma tinnegax l-obbligu kuntrattwali tal-entità jew id-dritt kuntrattwali tad-detentur taħt l-istrument;

(b) 

obbligu kuntrattwali li huwa kondizzjonali fuq li kontroparti teżerċita d-dritt ta’ tifdija tagħha huwa obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-entità ma għandhiex id-dritt mingħajr kundizzjonijiet li tevita l-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor.

20 Strument finanzjarju li ma jistabbilix espliċitament obbligu kuntrattwali ta’ kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor jista’ jistabbilixxi obbligu indirettament permezz tat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu. Pereżempju:

(a) 

strument finanzjarju jista’ jkun fih obbligu mhux finanzjarju li jrid jiġi saldat jekk, u biss jekk, l-entità tonqos milli tagħmel id-distribuzzjonijiet jew li tifdi l-istrument. Jekk l-entità tista’ tevita t-trasferiment ta’ flus jew ta’ assi finanzjarju ieħor biss billi ssalda l-obbligu mhux finanzjarju, l-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja;

(b) 

strument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja jekk jipprovdi li mas-saldu l-entità tikkunsinna:

(i) 

flus jew assi finanzjarju ieħor, jew jew

(ii) 

l-ishma proprji tagħha li l-valur tagħhom huwa determinat li jaqbeż b’mod sostanzjali il-valur tal-flus jew ta’ assi finanzjarju ieħor.

Għalkemm l-entità ma għandhiex obbligu kuntrattwali espliċitu li tikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor, il-valur tal-alternattiva tas-saldu permezz ta’ ishma huwa tali li l-entità ssalda fi flus. Fi kwalunkwe każ, id-detentur fis-sustanza ġie garantit li jirċievi ammont li huwa tal-anqas ugwali għal opzjoni ta’ saldu bi flus (ara l-paragrafu 21).

Saldu bl-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità (il-paragrafu 16(b))

21 Kuntratt mhuwiex strument ta’ ekwità biss minħabba li jista’ jirriżulta fir-riċeviment jew fil-kunsinna tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità. Entità jista’ jkollha dritt jew obbligu kuntrattwali li tirċievi jew tikkunsinna għadd ta’ ishma proprji tagħha jew strumenti ta’ ekwità oħra li jvarja biex il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità li jridu jiġu riċevuti jew ikkunsinnati jkun ugwali għall-ammont tad-dritt jew l-obbligu kuntrattwali. Dan id-dritt jew obbligu kuntrattwali jista’ jkun għal ammont fiss jew ammont li jvarja parzjalment jew kompletament b’rispons għal bidliet f’fattur varjabbli għajr il-prezz tas-suq tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità (eż. rata ta’ mgħax, prezz tal-komoditajiet jew prezz ta’ strument finanzjarju). Żewġ eżempji huma (a) kuntratt ta’ kunsinna ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità li jiswew daqs CU 100 ( 16 ), u (b) kuntratt ta’ kunsinna ta’ biżżejjed strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità biex ikunu jiswew daqs 100 uqija deheb. Dan il-kuntratt huwa obbligazzjoni finanzjarja tal-entità għalkemm l-entità trid, jew tista’, issaldah billi tikkunsinna l-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha. Dan mhuwiex strument ta’ ekwità minħabba li l-entità tuża għadd varjabbli ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tagħha bħala mezz biex issalda l-kuntratt. Għalhekk, il-kuntratt mhuwiex evidenza ta’ interess residwu fl-assi ta’ entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha.

22 Minbarra kif iddikjarat fil-paragrafu 22A, kuntratt li se jiġi saldat mill-entità (li tirċievi jew) li tikkunsinna għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tagħha bi skambju għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa strument ta’ ekwità. Pereżempju, opzjoni fuq l-ishma maħruġa li tagħti dritt lill-kontroparti li tixtri għadd fiss ta’ ishma tal-entità għal prezz fiss jew għal ammont prinċipali fiss iddikjarat ta’ bond hija strument ta’ ekwità. Bidliet fil-valur ġust ta’ kuntratt li joriġinaw minn varjazzjonijiet fir-rati ta’ mgħax tas-suq li ma jaffettwawx l-ammont ta’ flus jew ta’ assi finanzjarji oħrajn li għandhom jitħallsu jew jiġu riċevuti, jew l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li jridu jiġu riċevuti jew ikkunsinnati, mas-saldu tal-kuntratt ma jipprekludix il-kuntratt milli jkun strument ta’ ekwità. Kwalunkwe korrispettiv riċevut (bħall-primjum riċevut għal opzjoni mibjugħa jew warrant fuq l-ishma proprji tal-entità) jiżdied direttament mal-ekwità. Kwalunkwe korrispettiv imħallas (bħall-primjum imħallas għal opzjoni mixtrija) jitnaqqas direttament mill-ekwità. Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

22A Jekk l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità li għandhom jiġu riċevuti, jew ikkunsinnati, mill-entità mas-saldu ta’ kuntratt huma strumenti finanzjarji puttable bil-karatteristiki kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16A u 16B, jew strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni bil-karatteristiki kollha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16C u 16D, il-kuntratt ikun assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Dan jinkludi kuntratt li se jiġi saldat mill-entità li tirċievi jew li tikkunsinna għadd fiss ta’ tali strumenti bi skambju għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor.

23 Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, kuntratt li fih obbligu biex entità tixtri l-istrumenti ta’ ekwità tagħha stess għal flus jew assi finanzjarju ieħor joħloq obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont ta' amortizzazzjoni (pereżempju, għall-valur preżenti tal-prezz forward ta' riakkwist, prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni jew ammont ieħor tat-tifdija). Dan huwa l-każ anki jekk il-kuntratt innifsu jkun strument ta’ ekwità. Eżempju wieħed huwa l-obbligu ta’ entità taħt kuntratt forward li tixtri l-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha għal flus. L-obbligazzjoni finanzjarja tkun rikonoxxuta inizjalment fil-valur preżenti tal-ammont ta’ tifdija, u tkun riklassifikata mill-ekwità. Sussegwentement, l-obbligazzjoni finanzjarja titkejjel f’konformità mal-IFRS 9. Jekk il-kuntratt jiskadi mingħajr kunsinna, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja jiġi riklassifikat f’ekwità. Obbligu kuntrattwali ta’ entità li tixtri l-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha jagħti lok għal obbligazzjoni finanzjarja għal valur preżenti tal-ammont ta’ tifdija, anki jekk l-obbligu ta’ xiri jkun marbut mal-kundizzjoni li l-kontroparti teżerċita d-dritt ta’ tifdija (eż. opzjoni put mibjugħa li tagħti l-kontroparti d-dritt li jbigħ l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità għal prezz fiss).

24 Kuntratt li l-entità se ssalda billi tikkunsinna jew tirċievi għadd fiss tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha bi skambju għal ammont varjabbli ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Eżempju huwa kuntratt li permezz tiegħu l-entità tikkunsinna 100 mill-istrumenti ta’ ekwità tagħha bi skambju għal ammont ta’ flus ikkalkulat biex ikollu valur daqs 100 uqija deheb.

Provvedimenti kontinġenti għas-saldu

25 Strument finanzjarju jista’ jeħtieġ li l-entità tikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor, jew inkella ssaldah b’tali mod li jkun obbligazzjoni finanzjarju, fil-każ li jseħħu jew ma jseħħux eventi inċerti futuri (jew fuq l-eżitu ta’ ċirkustanzi inċerti) li jkunu barra mill-kontroll kemm tal-emittent kif ukoll tad-detentur tal-istrument, bħal bidla fl-indiċi tal-borża, fl-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rata tal-imgħax jew fir-rekwiżiti tat-tassazzjoni, jew fid-dħul futur, fl-introjtu nett jew fil-proporzjon ta’ dejn-ekwità tal-emittent. L-emittent ta’ tali strument ma għandux id-dritt mingħajr kundizzjonijiet li jevita l-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor (jew inkella jsaldah b’tali mod li jkun obbligazzjoni finanzjarja). Għaldaqstant, huwa obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent sakemm:

(a) 

il-parti tal-provvediment kontinġenti tas-saldu li jista’ jirrikjedi saldu bi flus jew b’assi finanzjarju ieħor (jew inkella b’tali mod li tkun obbligazzjoni finanzjarja) ma tkunx ġenwina;

(b) 

l-emittent jista’ jkun meħtieġ isalda l-obbligu bi flus jew assi finanzjarju ieħor (jew inkella jsaldi b’tali mod li tkun obbligazzjoni finanzjarja) biss fil-każ tal-likwidazzjoni tal-emittent; jew

(c) 

l-istrument ikollu l-karatteristiki kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B.

Opzjonijiet ta’ saldu

26   Meta strument finanzjarju derivattiv jagħti għażla lil parti waħda dwar kif jiġi saldat (eż. l-emittent jew id-detentur jista’ jagħżel saldu nett fi flus jew bi skambju ta’ ishma għal flus), dan ikun assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja sakemm l-alternattivi kollha ta’ saldu ma jirriżultawx fi strument ta’ ekwità.

27 Eżempju ta’ strument finanzjarju derivattiv b’opzjoni ta’ saldu li huwa obbligazzjoni finanzjarja huwa opzjoni fuq l-ishma li l-emittent jista’ jiddeċiedi li jsalda b’mod nett fi flus jew bi skambju tal-ishma proprji tiegħu għal flus. Bl-istess mod, xi kuntratti għal xiri jew bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja bi skambju għall-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard minħabba li dawn jistgħu jiġu saldati b’kunsinna tal-entrata mhux finanzjarju jew b’mod nett fi flus jew strument finanzjarju ieħor (ara l-paragrafi 8-10). Dawn il-kuntratti huma assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji u mhux strumenti ta’ ekwità.

Strumenti finanzjarji komposti (ara wkoll il-paragrafi AG30-AG35 u l-Eżempji Illustrattivi 9-12)

28   L-emittent ta’ strument nonderivattiv finanzjarju għandu jevalwa t-termini tal-istrument finanzjarju biex jiddetermina jekk fihx kemm komponent ta’ obbligazzjoni kif ukoll ta’ ekwità. Dawn il-komponenti għandhom jiġu klassifikati separatament bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, assi finanzjarji jew strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafu 15.

29 Entità tirrikonoxxi separatament il-komponenti ta’ strument finanzjarju li (a) joħloq obbligazzjoni finanzjarja tal-entità u (b) jagħti opzjoni lid-detentur tal-istrument biex jikkonvertih fi strument ta’ ekwità tal-entità. Pereżempju, bond jew strument finanzjarju simili konvertibbli mid-detentur f’għadd fiss ta’ ishma ordinarji tal-entità huwa strument finanzjarju kompost. Mill-perspettiva tal-entità, strument finanzjarju ta' dak it-tip jikkonsisti f'żewġ komponenti: obbligazzjoni finanzjarja (arranġament kuntrattwali għall-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor) u strument ta’ ekwità (opzjoni call li tagħti lid-detentur id-dritt, għal perjodu speċifiku ta’ żmien, biex jikkonvertiha f’għadd fiss ta’ ishma ordinarji tal-entità). L-effett ekonomiku tal-ħruġ ta’ strument bħal dan huwa sostanzjalment l-istess bħal dak tal-ħruġ simultanju ta’ strument ta’ dejn bi provvediment ta’ saldu bikri u warrants għax-xiri ta’ ishma ordinarji, jew il-ħruġ ta’ strument ta’ dejn b’warrants ta’ xiri ta’ ishma li jinħallu. Għalhekk, fil-każijiet kollha, l-entità tippreżenta l-komponenti ta’ obbligazzjoni u ta’ ekwità separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha.

30 Il-klassifikazzjoni tal-komponenti ta’ obbligazzjoni u ta’ ekwità ta’ strument konvertibbli ma tiġix riveduta b’riżultat ta’ bidla fil-probabbiltà li opzjoni ta’ konverżjoni tiġi eżerċitata, anki meta l-eżerċizzju tal-opzjoni jista’ jidher li jkun sar ekonomikament vantaġġuż għal xi detenturi. Id-detenturi mhux dejjem jistgħu jaġixxu bil-mod li jkun mistenni minħabba, pereżempju, li l-konsegwenzi tat-taxxa li jirriżultaw mill-konverżjoni jistgħu jvarjaw fost id-detenturi. Barra minn hekk, il-probabbiltà ta’ konverżjoni se tinbidel minn żmien għal żmien. L-obbligu kuntrattwali tal-entità biex isiru pagamenti futuri jibqa’ pendenti sakemm jiġi eżawrit permezz tal-konverżjoni, il-maturità tal-istrument jew xi tranżazzjoni oħra.

31 L-IFRS 9 jittratta l-kejl ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji. Strumenti ta’ ekwità huma strumenti li juru evidenza ta’ interess residwu fl-assi ta’ entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha. Għaldaqstant, meta l-ammont riportat inizjali ta’ strument finanzjarju kompost ikun allokat għall-komponenti tal-ekwità u tal-obbligazzjoni tiegħu, il-komponent tal-ekwità jiġi assenjat l-ammont residwu wara li jitnaqqas l-ammont determinat b’mod separat għall-komponent tal-obbligazzjoni mill-valur ġust tal-istrument kollu kemm hu. Il-valur ta’ kwalunkwe karatteristika tad-derivattivi (bħal opzjoni call) inkorporata fl-istrument finanzjarju kompost minbarra l-komponent tal-ekwità (bħal opzjoni ta’ konverżjoni ta’ ekwità) huwa inkluż fil-komponent tal-obbligazzjoni. Is-somma tal-ammonti riportati assenjati għall-komponenti tal-obbligazzjoni u tal-ekwità fir-rikonoxximent inizjali hija dejjem daqs il-valur ġust li jiġi attribwit lill-istrument kollu kemm hu. L-ebda qligħ jew telf ma jirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-komponenti tal-istrument b’mod separat.

32 Bl-approċċ deskritt fil-paragrafu 31, l-emittent ta’ bond konvertibbli f’ishma ordinarji l-ewwel jiddetermina l-ammont riportat tal-komponent tal-obbligazzjoni billi jkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni simili (inkluż kwalunkwe karatteristika tad-derivattivi inkorporati mhux tal-ekwità) li ma għandhiex komponent tal-ekwità assoċjat. L-ammont riportat tal-istrument tal-ekwità rrappreżentat mill-opzjoni li l-istrument jiġi konvertit f’ishma ordinarji huwa mbagħad iddeterminat billi jitnaqqas il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja mill-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost kollu kemm hu.

Ishma tat-teżor (ara wkoll il-paragrafu AG36)

33   Jekk entità tirriakkwista l-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha, dawk l-istrumenti (ishma tat-teżor) għandhom jitnaqqsu mill-ekwità. L-ebda qligħ jew telf ma għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf max-xiri, il-bejgħ, il-ħruġ jew il-kanċellazzjoni tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità. Ishma tat-teżor bħal dawn jistgħu jinkisbu u jinżammu mill-entità jew minn membri oħra tal-grupp konsolidat. Korrispettiv imħallas jew riċevut għandu jiġi rrikonoxxut direttament f’ekwità.

33A Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji ddeterminati minn unitajiet fil-fond u jirrikonoxxu obbligazzjonijiet finanzjarji għall-ammonti li għandhom jitħallsu lil dawk l-investituri. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni u dawk l-entitajiet iżommu l-entrati sottostanti. Xi fondi bħal dawn jew entrati sottostanti jinkludu l-ishma tat-teżor tal-entità. Minkejja l-paragrafu 33, entità tista’ tagħżel li ma tnaqqasx sehem tat-teżor mill-ekwità li jkun inkluż f’fond bħal dan jew ikun entrata sottostanti meta, u biss meta, entità tirriakkwista l-istrument ta’ ekwità proprju tagħha għal tali finijiet. Minflok, l-entità tista’ tagħżel li tkompli tikkontabbilizza dak is-sehem tat-teżor bħala ekwità u tikkontabbilizzah għall-istrument riakkwistat daqslikieku l-istrument kien assi finanzjarju u tkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9. Dik l-għażla hija irrevokabbli u ssir fuq bażi ta’ strument bi strument. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni. (Ara l-IFRS 17 għal termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard.)

34 L-ammont ta’ ishma tat-teżor miżmuma huwa ddivulgat b’mod separat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti, f’konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji. Entità għandha tipprovdi divulgazzjoni f’konformità mal-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati jekk l-entità tirriakkwista l-istrumenti ta’ ekwità tagħha stess mingħand il-partijiet relatati.

Mgħax, dividendi, telf u qligħ (ara wkoll il-paragrafu AG37)

35   Mgħaxijiet, dividendi, telf u qligħ li huma relatati ma' strument finanzjarju jew komponent li huwa obbligazzjoni finanzjarja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala introjtu jew kost fir-rapport tal-profitt jew it-telf. Distribuzzjonijiet lid-detenturi ta’ strument ta’ ekwità għandhom jiġu rikonoxxuti mill-entità direttament f’ekwità. Kostijiet tat-tranżazzjoni ta’ ekwità għandhom jiġu kontabbilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità.

35A Taxxa fuq l-introjtu relatata mad-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta’ strument ta’ekwità u għal kostijiet tat-tranżazzjoni ta’ ekwità għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu.

36 Il-klassifikazzjoni ta’ strument finanzjarju bħala obbligazzjoni finanzjarja jew bħala strument ta’ ekwità jiddetermina jekk l-imgħax, id-dividendi, it-telf u l-qligħ relatati ma’ dak l-istrument humiex rikonoxxuti bħala introjtu jew spiża fil-profitt jew telf. Għaldaqstant, pagamenti tad-dividendi fuq ishma li huma rikonoxxuti b’mod sħiħ bħala obbligazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala spejjeż bl-istess mod bħal mgħax fuq bond. Bl-istess mod, qligħ u telf assoċjati mat-tifdija jew ir-rifinanzjamenti ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji huma rikonoxxuti fi profitt jew telf, filwaqt li t-tifdija jew ir-rifinanzjamenti ta’ strumenti ta’ ekwità huma rikonoxxuti bħala bidliet fl-ekwità. Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

37 Entità tipikament iġġarrab kostijiet varji fil-ħruġ jew fl-akkwist tal-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha. Dawk il-kostijiet jistgħu jinkludu tariffi ta’ reġistrazzjoni u tariffi regolatorji oħrajn, ammonti mħallsa lil konsulenti legali, kontabbilisti u professjonisti oħrajn, kostijiet tal-istampar u taxxi tal-boll. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ta’ ekwità huma kontabbilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità sal-punt li huma kostijiet inkrementali direttament attribwibbli għat-tranżazzjoni ta’ ekwità li, kieku ma kinux, kienu jiġu evitati. Il-kostijiet ta’ tranżazzjoni ta’ ekwità li hija abbandunata huma rikonoxxuti bħala spiża.

38 Kostijiet tat-tranżazzjoni li huma relatati mal-ħruġ ta’ strument finanzjarju kompost huma allokati lill-komponenti tal-obbligazzjoni u tal-ekwità tal-istrument fi proporzjon mal-allokazzjoni tar-rikavati. Kostijiet tat-tranżazzjoni li huma relatati b’mod konġunt ma’ aktar minn tranżazzjoni waħda (pereżempju, kostijiet ta’ offerta konkorrenti ta’ xi ishma u kwotazzjoni fil-Borża ta’ ishma oħrajn) huma allokati għal dawk it-tranżazzjonijiet li jużaw bażi ta’ allokazzjoni li hija razzjonali u konsistenti ma’ tranżazzjonijiet simili.

39 L-ammont tal-kostijiet tat-tranżazzjoni kontabbilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità fil-perjodu jiġi ddivulgat separatament f’konformità mal-IAS 1.

40 Id-dividendi klassifikati bħala spiża jistgħu jiġu ppreżentati fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv mal-imgħax fuq obbligazzjonijiet oħra jew bħala entrata separata. Minbarra r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard, id-divulgazzjoni ta’ mgħax u dividendi hija soġġetta għar-rekwiżiti tal-IAS 1 u l-IFRS 7. F’xi ċirkustanzi, minħabba d-differenzi bejn l-imgħax u d-dividendi fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħad-deduċibbiltà mit-taxxa, ikun preferibbli li dawn jiġu ddivulgati separatament fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv. Divulgazzjonijiet dwar l-effetti tat-taxxa jsiru f’konformità mal-IAS 12.

41 Qligħ u telf relatati ma’ bidliet fl-ammont riportat ta’ obbligazzjoni finanzjarja huma rikonoxxuti bħala introjtu jew spiża fil-profitt jew telf anki meta dawn ikunu marbuta ma’ strument li jinkludi dritt ta’ interess residwu fl-assi tal-entità bi skambju ma’ flus jew assi finanzjarju ieħor (ara l-paragrafu 18(b)). Skont l-IAS 1 l-entità tippreżenta kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta mill-kejl mill-ġdid ta’ strument bħal dan separatament fir-rapport tal-introjtu komprensiv meta jkun rilevanti biex jispjega l-prestazzjoni tal-entità.

Tpaċija ta’ assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja (ara wkoll il-paragrafi AG38A–AG38F u AG39)

42   Assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja għandhom jiġu kkumpensati u l-ammont nett jiġi ppreżentat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja biss meta entità:

(a) 

attwalment ikollha dritt legalment infurzabbli li tpaċi l-ammonti rikonoxxuti; u

(b) 

ikun beħsiebha ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin.

Fil-kontabilizzazzjoni għal trasferiment ta’ assi finanzjarju li ma jikkwalifikax għall-irtirar tar-rikonoxximent, l-entità ma għandhiex tpaċi l-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata (ara l-IFRS 9, il-paragrafu 3.2.22).

43 Dan l-Istandard jeħtieġ il-preżentazzjoni ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq bażi netta meta dan jirrifletti l-flussi futuri ta’ flus mistennija ta’ entità mis-saldu ta’ żewġ strumenti finanzjarji separati jew aktar. Meta entità jkollha d-dritt li tirċievi jew tħallas ammont wieħed nett u jkun beħsiebha tagħmel dan, din għandha, fil-fatt, assi finanzjarju wieħed jew obbligazzjoni finanzjarja waħda biss. F’ċirkustanzi oħra, assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jiġu ppreżentati separatament minn xulxin, b’mod konsistenti mal-karatteristiki tagħhom bħala riżorsi jew obbligi tal-entità. Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 13B–13E tal-IFRS 7 għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A tal-IFRS 7.

44 It-tpaċija ta’ assi finanzjarju rikonoxxut u ta’ obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuta u l-preżentazzjoni tal-ammont nett ivarjaw mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Għalkemm it-tpaċija ma tagħtix lok għal rikonoxximent ta’ qligħ jew telf, l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ strument finanzjarju mhux biss jirriżulta fit-tneħħija tal-entrata rikonoxxuta preċedentement mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, iżda jista’ jirriżulta wkoll fir-rikonoxximent ta’ qligħ jew telf.

45 Dritt ta’ tpaċija huwa dritt legali tad-debitur, b’kuntratt jew b’mod ieħor, li jsalda jew jelimina b’mod ieħor, porzjon jew l-ammont kollu minn ammont dovut lil kreditur billi japplika kontra dak l-ammont, ammont dovut mill-kreditur. F’ċirkustanzi mhux tas-soltu, debitur jista’ jkollu dritt legali li japplika ammont dovut minn parti terza kontra l-ammont dovut lil kreditur kemm-il darba jkun hemm ftehim bejn it-tliet partijiet li jistabbilixxi b’mod ċar id-dritt ta’ tpaċija tad-debitur. Minħabba li d-dritt ta’ tpaċija huwa dritt legali, il-kundizzjonijiet li jappoġġaw id-dritt jistgħu jvarjaw minn ġuriżdizzjoni legali għal oħra u l-liġijiet applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-partijiet jeħtieġ li jiġu kkunsidrati.

46 L-eżistenza ta’ dritt infurzabbli ta’ tpaċija ta’ assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi assoċjati ma’ assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja u jista’ jaffettwa l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu u ta’ likwidità ta’ entità. Madankollu, l-eżistenza tad-dritt, minnu nnifsu, mhuwiex bażi biżżejjed għat-tpaċija. Fin-nuqqas ta’ intenzjoni li jiġi eżerċitat id-dritt jew li jissalda fl-istess ħin, l-ammont u t-twaqqit tal-flussi futuri ta’ flus tal-entità ma jiġux affettwati. Meta entità jkun beħsiebha teżerċita d-dritt jew li ssalda fl-istess ħin, il-preżentazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjoni fuq bażi netta tirrifletti b’mod aktar xieraq l-ammonti u t-twaqqit tal-flussi futuri ta’ flus mistennija, kif ukoll ir-riskji li għalihom ikunu esposti dawk il-flussi ta’ flus. Intenzjoni minn parti waħda jew miż-żewġ partijiet għal saldu fuq bażi netta mingħajr id-dritt legali biex isir hekk mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika t-tpaċija minħabba li d-drittijiet u l-obbligi assoċjati mal-assi finanzjarju u l-obbligazzjoni finanzjarja individwali jibqgħu intatti.

47 L-intenzjonijiet ta’ entità fir-rigward ta’ saldu ta’ assi u obbligazzjonijiet partikulari jistgħu jiġu influwenzati mill-prattiki normali tan-negozju tagħha, mir-rekwiżiti tas-swieq finanzjarji u minn ċirkustanzi oħrajn li jistgħu jillimitaw il-kapaċità ta’ saldu nett jew ta’ saldu fl-istess ħin. Meta entità jkollha dritt ta’ tpaċija, iżda ma jkunx beħsiebha ssalda b’mod nett jew tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin, l-effett tad-dritt fuq l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-entità jiġi divulgat f’konformità mal-paragrafu 36 tal-IFRS 7.

48 Is-saldu simultanju ta’ żewġ strumenti finanzjarji jista’ jseħħ permezz ta’, pereżempju, il-ħidma ta’ kamra tal-ikklirjar f’suq finanzjarju organizzat jew skambju li jsir wiċċ imb wiċċ. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-flussi ta’ flus huma, fil-fatt, ekwivalenti għal ammont nett wieħed u ma hemm l-ebda skopertura għar-riskju ta’ kreditu jew ta’ likwidità. F’ċirkustanzi oħra, entità tista’ ssalda żewġ strumenti billi tirċievi u tħallas ammonti separati, u ssir esposta għal riskju ta’ kreditu għall-ammont sħiħ tal-assi jew għar-riskju ta’ likwidità għall-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni. Dawn l-iskoperturi għar-riskju jistgħu jkunu sinifikanti anki jekk ikunu relattivament qosra. Għalhekk, ir-realizzazzjoni ta’ assi finanzjarju u s-saldu ta’ obbligazzjoni finanzjarja jiġu trattati bħala simultanji biss meta t-tranżazzjonijiet isiru fl-istess ħin.

49 Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 42 ġeneralment mhumiex issodisfati u t-tpaċija ġeneralment ma tkunx xierqa meta:

(a) 

diversi strumenti finanzjarji differenti jintużaw biex jimitaw il-karatteristiki ta’ strument finanzjarju wieħed (“strument sintetiku”);

(b) 

assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji joriġinaw minn strumenti finanzjarji li jkollhom l-istess skopertura għar-riskju primarju (pereżempju, assi u obbligazzjonijiet f’portafoll ta’ kuntratti forward jew strumenti derivattivi oħrajn) iżda li jinvolvu kontropartijiet differenti;

(c) 

assi finanzjarji jew assi oħrajn jiġu mirhuna bħala kollateral għal obbligazzjonijiet finanzjarji b’garanzija limitata;

(d) 

assi finanzjarji jitwarrbu fi trust minn debitur għall-iskop biex jitħallas obbligu mingħajr ma' dawk l-assi kienu aċċettati mill-kreditur bħala saldu għall-obbligu (pereżempju, arranġament ta 'fond b'ammortizzament progressiv); jew

(e) 

obbligi mġarrba b’riżultat ta’ eventi li jwasslu għal telf huma mistennija li jiġu rkuprati minn parti terza bis-saħħa ta’ talba magħmula taħt kuntratt tal-assigurazzjoni.

50 Entità li tidħol għal għadd ta’ tranżazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji ma’ kontroparti waħda tista’ tidħol għal “arranġament qafas ta’ netting” ma’ dik il-kontroparti. Ftehim bħal dan jipprevedi saldu nett wieħed tal-istrumenti finanzjarji kollha koperti bil-ftehim fil-każ ta’ inadempjenza fuq xi wieħed mill-kuntratti, jew it-terminazzjoni tiegħu. Dawn l-arranġamenti jintużaw komunement minn istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu protezzjoni kontra telf fil-każ ta’ falliment jew ċirkustanzi oħrajn li jirriżultaw f’kontroparti li ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi tiegħu. Arranġament qafas ta’ netting komunement joħloq dritt ta’ tpaċija li jsir infurzabbli u jaffettwa r-realizzazzjoni jew is-saldu ta’ assi finanzjarji individwali u obbligazzjonijiet finanzjarji biss wara xi event speċifiku ta’ inadempjenza jew f’ċirkustanzi oħrajn mhux mistennija li jinħolqu tul il-kors normali tan-negozju. Arranġament qafas ta’ netting ma jipprovdix bażi għat-tpaċija għajr meta ż-żewġ kriterji fil-paragrafu 42 jiġu ssodisfati. Meta l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji soġġetti għal arranġament qafas ta’ netting ma jkunux paċuti, l-effett tal-arranġament fuq l-iskopertura għal riskju ta’ kreditu ta’ entità għandu jiġi ddivulgat f’konformità mal-paragrafu 36 tal-IFRS 7.

51-95 [Imħassra]

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

96 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità ma għandhiex tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2005 sakemm ma tapplikax ukoll l-IAS 39 (maħruġ f’Diċembru 2003), inklużi l-emendi maħruġa f’Marzu 2004. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

96A  Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi fl-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġ fi Frar 2008, kien jeħtieġ li strumenti finanzjarji li fihom il-karatteristiki kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D ikunu kklassifikati bħala strument ta’ ekwità, emenda l-paragrafi 11, 16, 17–19, 22, 23, 25, AG13, AG14 u AG27, u daħħal il-paragrafi 16A–16F, 22A, 96B, 96C, 97C, AG14A–AG14J u AG29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 1, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRIC 2 fl-istess żmien.

96B  Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni introduċiet eċċezzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni limitat; għalhekk, entità ma għandhiex tapplika l-eċċezzjoni b’analoġija.

96C Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti taħt din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għall-kontabbiltà għal tali strument skont l-IAS 1, l-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRS 9. L-istrument ma għandux jitqies bħala strument ta’ ekwità taħt gwida oħra, pereżempju l-IFRS 2.

97 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat b’mod retrospettiv.

97A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 40. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

97B L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008) ħassar il-paragrafu 4(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jirriżulta minn kombinament ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni għalih tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tikkontabbilizza tali korrispettiv f’konformità mal-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

97C Meta tapplika l-emendi deskritti fil-paragrafu 96A, entità tkun meħtieġa taqsam strument finanzjarju kompost b’obbligu li tikkunsinna lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni f’komponenti separati ta’ obbligazzjonijiet u ta’ ekwità. Jekk il-komponent tal-obbligazzjoni ma jkunx għadu pendenti, applikazzjoni retrospettiva ta’ dawk l-emendi għall-IAS 32 tkun tinvolvi s-separazzjoni ta’ żewġ komponenti tal-ekwità. L-ewwel komponent ikun fil-qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-imgħax kumulattiv akkreditat fuq il-komponent tal-obbligazzjoni. Il-komponent l-ieħor ikun jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Għaldaqstant, entità ma għandhiex bżonn tissepara ż-żewġ komponenti jekk il-komponent tal-obbligazzjoni ma jkunx għadu pendenti fid-data tal-applikazzjoni tal-emendi.

97D Il-paragrafu 4 kien emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7, il-paragrafu 1 tal-IAS 28 u l-paragrafu 1 tal-IAS 31 maħruġa f’Mejju 2008 għal dak il-perjodu aktar bikri. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

97E Il-paragrafi 11 u 16 ġew emendati permezz tal-Klassifikazzjoni tal-Ħruġ ta’ Drittijiet maħruġ f’Ottubru 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Frar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

97F [Imħassar]

97G Il-paragrafu 97B ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

97H [Imħassar]

97I L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4(a) u AG29. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

97J L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 11 u emenda l-paragrafi 23 u AG31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

97K  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 40. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

97L  Tpaċija tal-Assi Finanzjarji u tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi għall-IAS 32), maħruġ f’Diċembru 2011, ħassar il-paragrafu AG38 u żied il-paragrafi AG38A–AG38F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal data aktar bikrija, din għandha tiddivulga dak il-fatt u għandha tagħmel ukoll id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont Divulgazzjonijiet—Tpaċija tal-Assi Finanzjarji u tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi fl-IFRS 7), maħruġ f’Diċembru 2011.

97M  Divulgazzjonijiet—Tpaċija tal-Assi Finanzjarji u tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi fl-IFRS 7), maħruġ f’Diċembru 2011, emenda l-paragrafu 43 billi kien jeħtieġ li entità tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 13B-13E tal-IFRS 7 għall-assi finanzjarji rikonoxxuti li jinsabu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A tal-IFRS 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara u perjodi interim f’dawk il-perjodi annwali. Entità għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dawk l-emendi b’mod retrospettiv.

97N  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafi 35, 37 u 39 u żied il-paragrafu 35A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

97O  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

97P [Imħassar]

97Q L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu AG21. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

97R L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 4, 8, 12, 23, 31, 42, 96C, AG2 u AG30 u ħassar il-paragrafi 97F, 97H u 97P. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

97S L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi AG9 u AG10. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

97T L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 4, AG8 u AG36 u żied il-paragrafu 33A. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, kompla jemenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

98 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni u Preżentazzjoni rivedut fis-sena 2000 ( 17 ).

99 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-SIC5 Klassifikazzjoni ta’ Strumenti Finanzjarji – Provvedimenti Kontinġenti għas-Saldu;

(b) 

l-SIC16 Kapital Azzjonarju — Strumenti ta’ Ekwità Proprji tal-Entità Riakkwistati (Ishma tat-Teżor); u

(c) 

l-SIC17 Ekwità — Kostijiet ta’ Tranżazzjoni ta’ Ekwità.

100 Dan l-Istandard jirtira l-abbozz tal-Interpretazzjoni D34 tal-SIC Strumenti Finanzjarji — Strumenti jew Drittijiet li Jistgħu Jinfdew mid-Detentur.

Appendiċi

GWIDA TA’ APPLIKAZZJONI

IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.

AG1 Din il-Gwida ta’ Applikazzjoni tispjega l-applikazzjoni ta’ aspetti partikulari tal-Istandard.

AG2 L-Istandard ma jikkonċernax ir-rikonoxximent jew il-kejl ta’ strumenti finanzjarji. Ir-rekwiżiti dwar ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji huma deskritti fl-IFRS 9.

DEFINIZZJONIJIET (IL-PARAGRAFI 11–14)

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

AG3 Il-munita (flus) hija assi finanzjarju minħabba li tirrappreżenta mezz ta’ kambju u għaldaqstant hija l-bażi li fuqha t-tranżazzjonijiet kollha jitkejlu u jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. Depożitu ta’ flus f’bank jew f’istituzzjoni finanzjarja simili huwa assi finanzjarju għaliex jirrappreżenta d-dritt kuntrattwali tad-depożitur li jakkwista flus mill-istituzzjoni jew li jikteb ċekk jew strument simili kontra l-bilanċ, lil kreditur bħala ħlas ta’ obbligazzjoni finanzjarja.

AG4 Eżempji komuni ta’ assi finanzjarji li jirrappreżentaw dritt kuntrattwali ta’ riċeviment ta’ flus fil-futur u obbligazzjonijiet finanzjarji korrispondenti li jirrappreżentaw obbligu kuntrattwali biex jiġu kkunsinnati flus fil-futur huma:

(a) 

riċevibbli u pagabbli operatorji;

(b) 

noti ta’ ammonti riċevibbli u pagabbli;

(c) 

self riċevibbli u pagabbli; u

(d) 

bonds riċevibbli u pagabbli.

F’kull każ, dritt kuntrattwali ta’ parti waħda li tirċievi (jew obbligu li tħallas) flus titqabbel ma’ obbligu korrispondenti tal-parti l-oħra li tħallas (jew dritt li tirċievi).

AG5 Tip ieħor ta’ strument finanzjarju huwa wieħed fejn il-benefiċċju ekonomiku li għandu jiġi riċevut jew mogħti huwa assi finanzjarju li mhuwiex flus. Pereżempju, nota pagabbli f’bonds tal-gvern tagħti lid-detentur id-dritt kuntrattwali li jirċievi u lill-emittent l-obbligu kuntrattwali li jikkunsinna bonds tal-gvern, mhux flus. Il-bonds huma assi finanzjarji minħabba li jirrappreżentaw obbligi tal-gvern emittenti biex iħallas fi flus. Għaldaqstant, in-nota hija assi finanzjarju tad-detentur tan-nota u obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent tan-nota.

AG6 Strumenti tad-dejn “perpetwi” (bħal bonds “perpetwi”, titoli obbligazzjonarji u noti kapitali) ġeneralment jipprovdu lid-detentur bid-dritt kuntrattwali li jirċievi pagamenti fuq il-kont b’imgħax f’dati fissi li jestendu fil-futur indefinit, b’ebda dritt li jirċievi ritorn tal-ammont kapital jew bi dritt għal ritorn tal-ammont kapital b’termini li jagħmluha improbabbli ħafna jew lil hinn ħafna fil-futur. Pereżempju, entità tista’ toħroġ strument finanzjarju li jeħtieġ li din tagħmel pagamenti annwali b’mod perpetwu li jkunu ugwali għal rata ddikjarata ta’ mgħax ta’ 8 fil-mija applikata għal livell ugwali ddikjarat jew ammont kapitali ta’ CU 1000 ( 18 ). Jekk wieħed jassumi li 8 fil-mija hija r-rata tas-suq tal-imgħax għall-istrument meta nħareġ, l-emittent jassumi obbligu kuntrattwali biex jagħmel sensiela ta’ pagamenti ta’ mgħax fil-futur li għandhom valur ġust (valur preżenti) ta’ CU 1000 fuq ir-rikonoxximent inizjali. Id-detentur u l-emittent tal-istrument għandhom assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja rispettivament.

AG7 Dritt kuntrattwali jew obbligu kuntrattwali li tirċievi, tikkunsinna jew tiskambja strumenti finanzjarji huwa minnu nnifsu strument finanzjarju. Katina ta’ drittijiet kuntrattwali jew obbligi kuntrattwali tissodisfa d-definizzjoni ta’ strument finanzjarju jekk fl-aħħar mill-aħħar twassal għal riċevuta jew pagament fi flus jew għall-akkwiżizzjoni jew il-ħruġ ta’ strument ta’ekwità.

AG8 Il-kapaċità li jiġi eżerċitat dritt kuntrattwali jew il-ħtieġa li jiġi ssodisfat obbligu kuntrattwali jista’ jkun assolut, jew jista’ jkun kontinġenti fuq is-seħħ ta’ event fil-futur. Pereżempju, garanzija finanzjarja hija dritt kuntrattwali tal-mutwanti li jirċievi flus mingħand il-garanti, u obbligu kuntrattwali korrispondenti tal-garanti li jħallas lill-mutwanti, jekk il-mutwatarju jsir inadempjenti. Id-dritt u l-obbligu kuntrattwali jeżistu minħabba tranżazzjoni jew event passat (preżunzjoni tal-garanzija), anki jekk il-kapaċità tal-mutwanti li jeżerċita d-dritt tiegħu u l-ħtieġa tal-garanti li jħallas taħt l-obbligu tagħha huma t-tnejn kontinġenti fuq att futur ta’ inadempjenza mill-mutwatarju. Dritt u obbligu kontinġenti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja, anki jekk dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet mhux dejjem jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. Xi wħud minn dawn id-drittijiet u l-obbligi kontinġenti jistgħu jkunu kuntratti tal-assigurazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17.

AG9 Lokazzjoni tipikament toħloq intitolament tal-lokatur li jirċievi, u obbligu għal-lokatarju li jħallas, sensiela ta’ pagamenti li huma sostanzjalment l-istess bħal pagamenti mħallta ta’ kapital u mgħax taħt ftehim ta’ self. Il-lokatur jikkontabbilizza l-investiment tiegħu fl-ammont riċevibbli taħt lokazzjoni finanzjarja minflok fuq l-assi sottostanti nnifsu li huwa soġġett għal-lokazzjoni finanzjarja. Għalhekk, lokatur iqis lokazzjoni finanzjarja bħala strument finanzjarju. Skont l-IFRS 16, lokatur ma jirrikonoxxix l-intitolament tiegħu li jirċievi pagamenti ta’ lokazzjoni taħt lokazzjoni operatorja. Il-lokatur jibqa’ jikkontabbilizza l-assi sottostanti nnifsu minflok kwalunkwe ammont riċevibbli fil-futur taħt il-kuntratt. Għaldaqstant, lokatur ma jqisx lokazzjoni operatorja bħala strument finanzjarju, ħlief fir-rigward ta’ pagamenti individwali attwalment dovuti u pagabbli mil-lokatarju.

AG10 Assi fiżiċi (bħal inventarji, proprjetà, impjanti u tagħmir), assi bid-dritt tal-użu u assi intanġibbli (bħal patenti u trademarks) mhumiex assi finanzjarji. Il-kontroll ta’ assi fiżiċi, assi bid-dritt tal-użu u assi intanġibbli bħal dawn joħolqu opportunità biex jiġi ġġenerat influss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor, iżda ma jagħtix lok għal dritt preżenti li jiġu riċevuti flus jew assi finanzjarju ieħor.

AG11 Assi (bħal spejjeż imħallsin minn qabel) li għalihom il-benefiċċju ekonomiku fil-futur ikun ir-riċeviment ta’ oġġetti jew servizzi, minflok id-dritt tar-riċeviment ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor, mhumiex assi finanzjarji. Bl-istess mod, entrati bħal dħul differit u l-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-warranties mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji minħabba li l-fluss ta’ ħruġ ta’ benefiċċji ekonomiċi assoċjat magħhom huwa l-kunsinna ta’ oġġetti u servizzi minflok l-obbligu kuntrattwali li tħallas flus jew assi finanzjarju ieħor.

AG12 Obbligazzjonijiet jew assi li mhumiex kuntrattwali (bħal taxxi fuq l-introjtu li huma maħluqa b’riżultat ta’ rekwiżiti statutorji imposti mill-gvernijiet) mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji jew assi finanzjarji. Il-kontabbiltà għal taxxi fuq l-introjtu hija indirizzata fl-IAS 12. Bl-istess mod, obbligi kostruttivi, kif definiti fl-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, ma joriġinawx minn kuntratti u mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji.

Strumenti ta’ ekwità

AG13 Eżempji ta’ strumenti ta’ ekwità jinkludu ishma ordinarji mhux puttable, xi strumenti puttable (ara l-paragrafi 16A u 16B), xi strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni (ara l-paragrafi 16C u 16D), xi tipi ta’ ishma privileġġati (ara l-paragrafi AG25 u AG26), u warrants jew opzjonijiet call mibjugħa li jippermetti li d-detentur jabbona għal għadd fiss ta’ ishma ordinarji mhux puttable fl-entità emittenti, jew jixtrihom, bi skambju għal għadd fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor. Obbligu fuq l-entità li toħroġ jew tixtri għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tagħha bi skambju għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa strument ta’ ekwità tal-entità (minbarra kif dikjarat fil-paragrafu 22A). Madankollu, jekk it-tali kuntratt ikun fih obbligu fuq l-entità li tħallas fi flus jew assi finanzjarju ieħor (minbarra għal kuntratt ikklassifikat bħala ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D), dan joħloq ukoll obbligazzjoni għall-valur preżenti tal-ammont ta’ tifdija (ara l-paragrafu AG27(a)). Emittent ta’ ishma ordinarji mhux puttable jassumi obbligazzjoni meta formalment jaġixxi biex jagħmel distribuzzjoni u jsir legalment obbligat lejn l-azzjonisti biex jagħmel dan. Dan jista’ jkun il-każ wara d-dikjarazzjoni ta’ dividend jew meta l-entità qed tiġi stralċjata u kwalunkwe assi li jibqa’ wara li jiġu ssodisfati l-obbligazzjonijiet isiru distribwibbli lill-azzjonisti.

AG14 Opzjoni call mixtrija jew kuntratt ieħor simili akkwistat minn entità li jagħtiha d-dritt li tirriakkwista għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità proprji tagħha bi skambju għal kunsinna ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor mhuwiex assi finanzjarju tal-entità (minbarra kif dikjarat fil-paragrafu 22A). Minflok, kwalunkwe kunsiderazzjoni mħallsa għal tali kuntratt titnaqqas mill-ekwità.

Il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha (il-paragrafi 16A(b) u 16C(b))

AG14A Waħda mill-karatteristiki tal-paragrafi 16A u 16C hija li l-istrument finanzjarju qiegħed fil-klassi ta’ strumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

AG14B Meta tiddetermina jekk strument huwiex fil-klassi subordinata, entità tevalwa t-talba tal-istrument mal-likwidazzjoni daqslikieku kienet se tillikwida fid-data meta tikklassifika l-istrument. Entità għandha tirrivaluta l-klassifikazzjoni jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi rilevanti. Pereżempju, jekk l-entità toħroġ jew tifdi strument finanzjarju ieħor, dan jista’ jaffettwa jekk l-istrument inkwistjoni huwiex fil-klassi ta’ strumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

AG14C Strument li għandu dritt preferenzjali mal-likwidazzjoni tal-entità mhuwiex strument b’intitolament għal sehem pro rata tal-assi netti tal-entità. Pereżempju, strument għandu dritt preferenzjali mal-likwidazzjoni jekk jintitola lid-detentur għal dividend fiss mal-likwidazzjoni, flimkien ma’ sehem mill-assi netti tal-entità, meta strumenti oħrajn fil-klassi subordinata bi dritt għal sehem pro rata tal-assi netti tal-entità ma jkollhomx l-istess dritt mal-likwidazzjoni.

AG14D Jekk entità jkollha klassi waħda biss ta’ strumenti finanzjarji, dik il-klassi għandha tiġi trattata daqslikieku kienet subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

Fluss totali ta’ flus mistenni attribwibbli għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument (il-paragrafu 16A(e))

AG14E Il-flussi totali ta’ flus mistennija tal-istrument tul il-ħajja tal-istrument iridu jkunu bbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew telf, il-bidla fl-assi netti rikonoxxuti jew il-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità tul il-ħajja tal-istrument. Il-profitt jew telf u l-bidla fl-assi netti rikonoxxuti għandhom jitkejlu f’konformità mal-IFRSs relevanti.

Tranżazzjonijiet li jidħol fihom detentur ta’ strument minbarra bħala sid tal-entità (il-paragrafi 16A u 16C)

AG14F Id-detentur ta’ strument finanzjarju puttable jew strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra sehem pro rata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet mal-entità fi rwol minbarra dak ta’ sid. Pereżempju, detentur ta’ strument jista’ jkun ukoll impjegat tal-entità. Għandhom jitqiesu l-flussi ta’ flus u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-istrument biss li jirrelataw mad-detentur tal-istrument bħala sid tal-entità fil-valutazzjoni ta’ jekk jenħtieġx li l-istrument jiġi klassifikat bħala ekwità taħt il-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C.

AG14G Eżempju huwa soċjetà limitata li għandha soċji limitati u ġenerali. Xi soċji ġenerali jistgħu jipprovdu garanzija lill-entità u jistgħu jiġu remunerati talli jipprovdu dik il-garanzija. F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-garanzija u l-flussi ta’ flus assoċjati huma relatati mad-detenturi tal-istrument fl-irwol tagħhom bħala garanturi u mhux fl-irwoli tagħhom bħala sidien tal-entità. Għaldaqstant, din il-garanzija u l-flussi ta’ flus assoċjati ma jirriżultawx f’li s-soċji ġenerali jitqiesu subordinati għas-soċji limitati, u ma jkunux ikkunsidrati fil-valutazzjoni jekk it-termini kuntrattwali tal-istrumenti tas-soċjetà limitata u l-istrumenti tas-soċjetà ġenerali humiex identiċi.

AG14H Eżempju ieħor huwa l-arranġament tal-kondiviżjoni tal-profitt jew telf li jalloka profitt jew telf lid-detenturi tal-istrument fuq il-bażi tas-servizzi mogħtija jew in-negozju ġġenerat matul is-snin kurrenti u preċedenti. Dawn l-arranġamenti huma tranżazzjonijiet ma’ detenturi tal-istrumenti fl-irwol tagħhom mhux ta’ sidien u jenħtieġ li ma jitqisux meta l-karatteristiki elenkati fil-paragrafu 16A jew fil-paragrafu 16C jkunu vvalutati. Madankollu, l-arranġamenti tal-profitt jew telf li jallokaw profitt jew telf lid-detenturi tal-istrument abbażi tal-ammont nominali tal-istrumenti tagħhom b’relazzjoni ma’ oħrajn fil-klassi jirrappreżentaw tranżazzjonijiet mad-detenturi tal-istrument fl-irwol tagħhom bħala sidien u jenħtieġ li jkunu kkunsidrati meta l-karatteristiki elenkati fil-paragrafu 16A jew fil-paragrafu 16C ikunu vvalutati.

AG14I Il-flussi ta’ flus u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ tranżazzjoni bejn detentur ta’ strument (fl-irwol mhux ta’ sid) u l-entità emittenti jridu jkunu simili għal tranżazzjoni ekwivalenti li tista’ ssir bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità emittenti.

Ebda strument finanzjarju ieħor jew kuntratt bi flussi ta’ flus totali li sostanzjalment jirranġa jew jirrestrinġi r-redditu residwu tad-detentur tal-istrument (il-paragrafi 16B u 16D)

AG14J Kundizzjoni biex ekwità tkun ikklassifikata bħala strument finanzjarju li b’mod ieħor tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C hija li l-entità ma għandha l-ebda strument finanzjarju ieħor jew kuntratt li għandu (a) flussi ta’ flus totali bbażati sostanzjalment fuq il-profitt jew telf, il-bidla fl-assi netti rikonoxxuti jew il-bidla fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità u (b) l-effett tar-restrizzjoni jew l-arranġament sostanzjali tar-redditu residwu. L-istrumenti li ġejjin, meta jkunu nnegozjati b’termini kummerċjali normali ma’ partijiet mhux relatati, mhux probabbli li jipprevjenu l-istrumenti li kieku kienu jissodisfaw il-kriterji taħt il-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C milli jkunu kklassifikati bħala ekwità:

(a) 

strumenti bi flussi ta’ flus totali bbażati b’mod sostanzjali fuq assi speċifiċi tal-entità.

(b) 

strumenti bi flussi ta’ flus totali bbażati fuq il-persentaġġ tad-dħul.

(c) 

kuntratti mfassla biex jippremjaw impjegati individwali għas-servizzi mogħtija lill-entità.

(d) 

kuntratti li jeħtieġu l-pagament ta’ persentaġġ insinifikanti ta’ profitt għal servizzi mogħtija jew oġġetti pprovduti.

Strumenti finanzjarji derivattivi

AG15 Strumenti finanzjarji jinkludu strumenti primarji (bħal riċevibbli, pagabbli u strumenti ta’ ekwità) u strumenti finanzjarji derivattivi (bħal opzjonijiet finanzjarji, kuntratti futures u forwards, swaps tar-rati tal-imgħax u swaps tal-muniti). Strumenti finanzjarji derivattivi jissodisfaw id-definizzjoni ta’ strument finanzjarju u, għalhekk, huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

AG16 Strumenti finanzjarji derivattivi joħolqu drittijiet u obbligi li għandhom l-effett li jittrasferixxu bejn il-partijiet tal-istrument riskju finanzjarju wieħed jew aktar inerenti fi strument finanzjarju primarju prinċipali. Malli jinħolqu, strumenti finanzjarji derivattivi jagħtu lil parti waħda d-dritt kuntrattwali li jiskambjaw assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ parti oħra b’kundizzjonijiet li huma potenzjalment favorevoli, jew obbligu kuntrattwali li jiskambjaw assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ parti oħra b’kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli. Madankollu, dawn ġeneralment ( 19 ) ma jirriżultawx fi trasferiment tal-istrument finanzjarju primarju sottostanti mal-ħolqien tal-kuntratt, u mhux bilfors li trasferiment bħal dan iseħħ fid-data tal-maturità tal-kuntratt. Xi strumenti jinkorporaw kemm dritt kif ukoll obbligu biex isir skambju. Minħabba li t-termini tal-iskambju huma determinati mal-ħolqien tal-istrument derivattiv, dawk it-termini jistgħu jsiru favorevoli jew sfavorevoli skont il-bidliet fil-prezzijiet fis-swieq finanzjarji.

AG17 Opzjoni put jew call biex jiġu skambjati assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji (jiġifieri strumenti finanzjarji minbarra l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità) tagħti dritt lid-detentur li jakkwista benefiċċji ekonomiċi potenzjali futuri assoċjati ma’ bidliet fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju sottostanti għall-kuntratt. Kuntrarju għal dan, bejjiegħ ta’ opzjoni jassumi obbligu li jiċċaħħad minn benefiċċji ekonomiċi potenzjali fil-futur jew li jġarrab telf potenzjali ta’ benefiċċji ekonomiċi assoċjati ma’ bidliet fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju sottostanti. Id-dritt kuntrattwali tad-detentur u l-obbligu tal-bejjiegħ jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi finanzjarju u ta’ obbligazzjoni finanzjarja rispettivament. L-istrument finanzjarju sottostanti għal kuntratt ta’ opzjoni jista’ jkun kwalunkwe assi finanzjarju, inkluż ishma f’entitajiet oħrajn u strumenti bl-imgħax. Opzjoni tista’ teħtieġ li l-bejjiegħ joħroġ strument ta’ dejn, minflok jittrasferixxi assi finanzjarju, iżda l-istrument sottostanti tal-opzjoni jkun jikkostitwixxi assi finanzjarju tad-detentur li kieku l-opzjoni tiġi eżerċitata. Id-dritt tad-detentur tal-opzjoni li jiskambja l-assi finanzjarju b’kundizzjonijiet potenzjalment favorevoli u l-obbligu tal-bejjiegħ li jiskambja l-assi finanzjarju b’kundizzjonijiet potenzjalment sfavorevoli huma distinti mill-assi finanzjarju sottostanti li jrid jiġi skambjat mal-eżerċizzju tal-opzjoni. In-natura tad-dritt tad-detentur u l-obbligu tal-bejjiegħ mhumiex affettwati mill-possibbiltà li l-opzjoni tiġi eżerċitata.

AG18 Eżempju ieħor ta’ strument finanzjarju derivattiv huwa kuntratt forward li jrid jiġi saldat fi żmien sitt xhur li fih parti waħda (ix-xerrej) twiegħed li tikkunsinna CU 1 000 000 fi flus bi skambju għal CU 1 000 000 ta’ ammont tal-wiċċ ta’ bonds tal-gvern b’rata fissa, u l-parti l-oħra (il-bejjiegħ) twiegħed li tikkunsinna CU 1 000 000 ta’ ammont tal-wiċċ ta’ bonds tal-gvern b’rata fissa bi skambju għal CU 1 000 000 fi flus. Matul is-sitt xhur, iż-żewġ partijiet għandhom dritt kuntrattwali u obbligu kuntrattwali li jiskambjaw strumenti finanzjarji. Jekk il-prezz tas-suq tal-bonds tal-gvern jogħla aktar minn CU 1 000 000, il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli għax-xerrej u sfavorevoli għal bejjiegħ; jekk il-prezz tas-suq jaqa’ taħt CU 1 000 000, l-effett ikun bil-maqlub. Ix-xerrej għandu dritt kuntrattwali (assi finanzjarju) simili għad-dritt taħt opzjoni call miżmuma, u obbligu kuntrattwali (obbligazzjoni finanzjarja) simili għall-obbligu taħt opzjoni put mibjugħa; il-bejjiegħ għandu dritt kuntrattwali (assi finanzjarju) simili għad-dritt taħt opzjoni put miżmuma u obbligu kuntrattwali (obbligazzjoni finanzjarja) simili għall-obbligu taħt opzjoni call mibjugħa. Bħal f’opzjonijiet, dawn id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali jikkostitwixxu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji separati u distinti mill-istrumenti finanzjarji sottostanti (il-bonds u l-flus li jridu jiġu skambjati). Iż-żewġ partijiet ta’ kuntratt forward għandhom obbligu li jwettqu l-prestazzjoni tagħhom fiż-żmien miftiehem, filwaqt li prestazzjoni taħt kuntratt ta’ opzjoni sseħħ biss jekk u meta d-detentur tal-opzjoni jagħżel li jeżerċitaha.

AG19 Ħafna tipi oħra ta’ strumenti derivattivi jinkorporaw dritt jew obbligu li jwettqu skambju fil-futur, inkluż swaps tar-rata tal-imgħax u tal-muniti, limiti massimi, collars u limiti minimi tar-rata tal-imgħax, impenji ta’ self, faċilitajiet ta’ ħruġ ta’ noti u ittri ta’ kreditu. Kuntratt ta’ swaps tar-rata tal-imgħax jista’ jitqies bħala varjazzjoni ta’ kuntratt forward li fih il-partijiet jaqblu li jagħmlu serje ta’ skambji futuri ta’ ammonti ta’ flus, ammont wieħed ikkalkulat b’referenza għal rata l-imgħax flessibbli u l-ieħor b’referenza għal rata tal-imgħax fissa. Kuntratti futures huma varjazzjoni oħra ta’ kuntratti forward li jvarjaw prinċipalment minħabba li l-kuntratti huma standardizzati u nnegozjati f’Borża.

Kuntratti biex jinxtraw jew jinbiegħu entrati mhux finanzjarji (il-paragrafi 8-10)

AG20 Kuntratti biex jinxtraw jew jinbiegħu entrati mhux finanzjarji ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ strument finanzjarju minħabba li d-dritt kuntrattwali ta’ parti waħda li tirċievi assi mhux finanzjarju jew servizz, u l-obbligu korrispondenti tal-parti l-oħra ma jistabbilux dritt jew obbligu preżenti mill-ebda parti li tirċievi, tikkunsinna jew tiskambja assi finanzjarju. Pereżempju, kuntratti li jipprevedu saldu bir-riċeviment jew bil-kunsinna biss ta’ entrata mhux finanzjarja (eż. opzjoni, kuntratt futures jew forward fuq il-fidda) mhumiex strumenti finanzjarji. Ħafna mill-kuntratti ta’ komoditajiet huma ta’ dan it-tip. Xi wħud huma standardizzati fil-forma tagħhom u nnegozjati fi swieq organizzati kważi bl-istess mod bħal xi strumenti finanzjarji derivattivi. Pereżempju, kuntratt futures tal-komoditajiet jista’ jinxtara u jinbiegħ faċilment għal flus għaliex huwa rreġistrat għan-negozju f’Borża u jista’ jibdel l-idejn diversi drabi. Madankollu, il-partijiet li jixtru u jbigħu l-kuntratt qegħdin, fil-fatt, jinnegozjaw il-komodità sottostanti. Il-kapaċità għax-xiri jew il-bejgħ ta’ kuntratt ta’ komoditajiet għal flus, il-faċilità li biha jista’ jinxtara jew jinbiegħ u l-possibbiltà li jiġi nnegozjat saldu bi flus tal-obbligu biex tiġi riċevuta jew ikkunsinnata l-komodità ma jibdlux il-karattru fundamentali tal-kuntratt b’tali mod li joħloq strument finanzjarju. Madankollu, xi kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta’ entrati mhux finanzjarji li jistgħu jiġu saldati b’mod nett jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji, jew li fihom l-entrata mhux finanzjarja tista’ tiġi kkonvertita faċilment fi flus, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard daqslikieku kienu strumenti finanzjarji (ara l-paragrafu 8).

AG21 Ħlief skont kif meħtieġ mill-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, kuntratt li jinvolvi r-riċeviment jew il-kunsinna ta’ assi fiżiċi ma joħloqx assi finanzjarju ta’ parti waħda u obbligazzjoni finanzjarja tal-parti l-oħra sakemm kwalunkwe pagament korrispondenti ma jiġix differit għal wara d-data li fiha jiġu trasferiti l-assi fiżiċi. Każ bħal dan huwa x-xiri jew bejgħ ta’ prodotti fuq kreditu ta’ negozju.

AG22 Xi kuntratti huma marbuta mal-komoditajiet, iżda ma jinvolvux saldu permezz tar-riċeviment fiżiku jew tal-kunsinna ta’ komodità. Dawn jispeċifikaw saldu permezz ta’ pagamenti fi flus li jiġu ddeterminati skont il-formula fil-kuntratt, milli permezz ta’ pagament ta’ ammonti fissi. Pereżempju, l-ammont ta’ kapital ta’ bond jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi applikat il-prezz tas-suq taż-żejt prevalenti fil-ħin tal-maturità tal-bond, għal kwantità fissa ta’ żejt. Il-kapital ikollu indiċi skont ir-referenza ma’ prezz ta’ komoditajiet, iżda jiġi saldat bi flus biss. Dan il-kuntratt jikkostitwixxi strument finanzjarju.

AG23 Id-definizzjoni ta’ strument finanzjarju tinkorpora wkoll kuntratt li jagħti lok għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja flimkien ma’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Dawn l-istrumenti finanzjarji ta’ spiss jagħtu opzjoni lil parti waħda li jiskambjaw assi finanzjarju għal assi mhux finanzjarju. Pereżempju, bond marbut maż-żejt jista’ jagħti d-dritt lid-detentur li jirċievi sensiela ta’ pagamenti tal-imgħax perjodiċi fissi u ammont fiss ta’ flus fil-maturità, bl-opzjoni li l-ammont ta’ kapital jiġi skambjat għal kwantità fissa ta’ żejt. Il-preferenza li din l-opzjoni tiġi eżerċitata tvarja minn żmien għal żmien skont il-valur ġust taż-żejt b’relazzjoni mal-proporzjon ta’ skambju ta’ flus maż-żejt (il-prezz tal-iskambju) inerenti fil-bond. L-intenzjonijiet tad-detentur tal-bonds dwar l-eżerċizzju tal-opzjoni ma jaffettwawx is-sustanza tal-assi tal-komponent. L-assi finanzjarju tad-detentur u l-obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent jagħmlu l-bond strument finanzjarju, irrispettivament mit-tipi l-oħra ta’ assi u obbligazzjonijiet maħluqa wkoll.

AG24 [Imħassar]

PREŻENTAZZJONI

Obbligazzjonijiet u ekwità (il-paragrafi 15–27)

Ebda obbligu kuntrattwali ta’ kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor (il-paragrafi 17–20)

AG25 Ishma privileġġati jistgħu jinħarġu b’diversi drittijiet. Biex jiġi determinat jekk sehem privileġġat huwiex obbligazzjoni finanzjarja jew strument ta’ekwità, emittent jivvaluta d-drittijiet partikulari marbuta mas-sehem biex jiddetermina jekk dan jurix il-karatteristika fundamentali ta’ obbligazzjoni finanzjarja. Pereżempju, sehem privileġġat li jipprevedi tifdija f’data speċifika jew, jekk id-detentur jagħżel hekk, ikun fih obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent ikollu obbligazzjoni li jittrasferixxi assi finanzjarji lid-detentur tas-sehem. L-inabbiltà potenzjali ta’ emittent li jissodisfa obbligazzjoni biex jifdi sehem privileġġat meta marbut b’kuntratt li jagħmel hekk, kemm minħabba nuqqas ta’ fondi, restrizzjoni statutorja jew profitti jew riżervi insuffiċjenti, ma tikkanċellax l-obbligazzjoni. Opzjoni tal-emittent li jifdi l-ishma għall-flus ma tissodisfax id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent ma għandux obbligu preżenti li jittrasferixxi assi finanzjarji lill-azzjonisti. F’dan il-każ, it-tifdija tal-ishma hija biss fid-diskrezzjoni tal-emittent. Madankollu, obbligu jista’ jseħħ meta l-emittent tal-ishma jeżerċita l-opzjoni tiegħu, ġeneralment billi javża formalment lill-azzjonisti bl-intenzjoni li jifdi l-ishma.

AG26 Meta ishma privileġġati jkunu irrrimborsabbli, il-klassifikazzjoni xierqa tagħhom tiġi determinata bid-drittijiet l-oħra li huma marbuta magħhom. Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq valutazzjoni tas-sustanza tal-arranġamenti kuntrattwali u d-definizzjonijiet ta’ obbligazzjoni finanzjarja u strument ta’ ekwità. Meta d-distribuzzjonijiet tal-ishma privileġġati lid-detenturi, kemm jekk huma kumulattivi kif ukoll jekk mhumiex kumulattivi, ikunu fid-diskrezzjoni tal-emittent, l-ishma jkunu strumenti ta’ ekwità. Il-klassifikazzjoni ta’ sehem privileġġat bħala strument ta’ekwità jew obbligazzjoni finanzjarja mhijiex affettwata, pereżempju:

(a) 

bi storja ta’ għoti ta’ distribuzzjonijiet;

(b) 

b’intenzjoni li jsiru distribuzzjonijiet fil-futur;

(c) 

b’impatt negattiv possibbli fuq il-prezz tal-ishma ordinarji tal-emittent jekk ma jsirux distribuzzjonijiet (minħabba restrizzjonijiet fuq ħlas ta’ dividendi fuq l-ishma ordinarji jekk id-dividendi ma jitħallsux fuq l-ishma privileġġati);

(d) 

bl-ammont ta’ riżervi tal-emittent;

(e) 

bl-istennija ta’ emittent ta’ profitt jew telf għal perjodu; jew

(f) 

bl-abbiltà jew bl-inabbiltà tal-emittent li jinfluwenza l-ammont tal-profitt jew telf tiegħu għall-perjodu.

Saldu bl-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità (il-paragrafi 21-24)

AG27 L-eżempji li ġejjin juru kif għandha ssir klassifikazzjoni ta’ tipi differenti ta’ kuntratti fuq strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità:

(a) 

Kuntratt li se jiġi saldat mill-entità li tirċievi jew tikkunsinna għadd fiss mill-ishma proprji tagħha għall-ebda kunsiderazzjoni futura, jew li tiskambja għadd fiss mill-ishma proprji tagħha għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor, huwa strument ta’ ekwità (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafu 22A). Għalhekk, kwalunkwe korrispettiv riċevut jew imħallas għal kuntratt bħal dan jiżdied direttament jew jitnaqqas direttament mill-ekwità. Eżempju wieħed huwa opzjoni fuq l-ishma maħruġa li tagħti lill-kontroparti d-dritt li tixtri għadd fiss tal-ishma tal-entità għal ammont fiss ta’ flus. Madankollu, jekk il-kuntratt jitlob li l-entità tixtri (tifdi) l-ishma proprji tagħha għal flus jew assi finanzjarju ieħor f’data fissa jew determinabbli jew meta mitluba, l-entità tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont ta’ tifdija (bl-eċċezzjoni ta’ strumenti li għandhom il-karatteristiki kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed huwa l-obbligu fuq l-entità taħt kuntratt forward li tirriakkwista għadd fiss tal-ishma proprji tagħha għal ammont fiss ta’ flus.

(b) 

Obbligu fuq l-entità li tixtri l-ishma proprji tagħha għal flus toħloq obbligazzjoni finanzjarja fuq il-valur preżenti tal-ammont ta’ tifdija anki jekk l-għadd ta’ ishma li l-entità tkun obbligata li tirriakkwista ma jkunx fiss jew l-obbligu jkun bil-kundizzjoni li l-kontroparti teżerċita dritt ta’ tifdija (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed ta’ obbligu b’kundizzjoni huwa opzjoni maħruġa li titlob li l-entità tirriakkwista l-ishma proprji tagħha għal flus jekk il-kontroparti teżerċita l-opzjoni.

(c) 

Kuntratt li jiġi saldat fi flus jew b’assi finanzjarju ieħor huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja anki jekk l-ammont ta’ flus jew ta’ assi finanzjarju ieħor li se jkun riċevut jew ikkunsinnat ikun ibbażat fuq bidliet fil-prezz tas-suq tal-ekwità proprja tal-entità (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed huwa opzjoni fuq l-ishma ssaldati bi flus netti.

(d) 

Kuntratt li se jiġi saldat b’għadd varjabbli ta’ ishma proprji tal-entità stess li l-valur tagħhom huwa ugwali għal ammont fiss jew ammont ibbażat fuq bidliet f’varjabbli sottostanti (eż. prezz tal-komoditajiet) huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Eżempju wieħed huwa opzjoni mibjugħa biex jinxtara d-deheb li, jekk tiġi eżerċitata, tiġi saldata b’mod nett fl-istrumenti proprji tal-entità billi l-entità tikkunsinna kemm jista’ jkun minn dawk l-istrumenti li jkunu ugwali għall-valur tal-kuntratt ta’ opzjoni. Kuntratt bħal dan huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja anki jekk il-varjabbli sottostanti jkun il-prezz tal-ishma proprji tal-entità minflok id-deheb. Bl-istess mod, kuntratt li se jiġi saldat f’għadd fiss ta’ ishma proprji tal-entità, iżda d-drittijiet marbuta ma’ dawk l-ishma jkunu varji sabiex il-valur tas-saldu jkun ugwali għal ammont fiss jew ammont ibbażat fuq bidliet f’varjabbli sottostanti, huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja.

Provvedimenti kontinġenti għas-saldu (il-paragrafu 25)

AG28 Il-paragrafu 25 jeħtieġ li jekk parti ta’ provvediment kontinġenti għas-saldu li jista’ jeħtieġ saldu bi flus jew assi finanzjarju ieħor (jew li b’xi mod ieħor jista’ jirriżulta fl-istrument li jsir obbligazzjoni finanzjarja) ma tkunx ġenwina, il-provvediment tas-saldu ma jaffettwax il-klassifikazzjoni ta’ strument finanzjarju. B’hekk, kuntratt li jeħtieġ saldu bi flus jew f’għadd varjabbli ta’ ishma proprji tal-entità, fil-każ biss li jseħħ event li huwa estremament rari, anormali ħafna u li hemm possibbiltà remota ħafna li jseħħ, huwa strument ta’ ekwità. Bl-istess mod, saldu f’għadd fiss ta’ ishma proprji tal-entità jistgħu jkunu kuntrattwalment preklużi f’ċirkustanzi li huma barra mill-kontroll tal-entità, iżda jekk dawn iċ-ċirkustanzi ma jkollhom l-ebda possibbiltà ġenwina li jseħħu, il-klassifikazzjoni bħala strument ta’ ekwità hija xierqa.

Trattament fir-rapporti finanzjarji konsolidati

AG29 F’rapporti finanzjarji konsolidati, entità tippreżenta interessi nonkontrollanti — jiġifieri l-interessi ta’ partijiet oħra fl-ekwità u l-introjtu tas-sussidjarji tagħha — f’konformità mal-IAS 1 u l-IFRS 10. Meta tikklassifika strument finanzjarju (jew komponent minnu) f’rapporti finanzjarji konsolidati, entità tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet kollha miftiehma bejn il-membri tal-grupp u d-detenturi tal-istrument biex jiġi determinat jekk il-grupp inġenerali għandux obbligu li jikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor fir-rigward tal-istrument jew li jiġi saldat b’tali mod li jirriżulta fi klassifikazzjoni ta’ obbligazzjoni. Meta kumpanija assoċjata fi grupp toħroġ strument finanzjarju u kumpanija omm jew entità oħra fi grupp tiftiehem termini addizzjonali direttament mad-detenturi tal-istrument (eż. garanzija), il-grupp ma jistax ikollu diskrezzjoni fuq id-distribuzzjonijiet jew it-tifdija. Għalkemm is-sussidjarja tista’ tikklassifika b’mod xieraq l-istrument mingħajr ma tagħti kas ta’ dawn it-termini addizzjonali fir-rapporti finanzjarji individwali tagħha, l-effett ta’ ftehimiet oħrajn bejn membri tal-grupp u d-detenturi tal-istrument jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat li r-rapporti finanzjarji konsolidati jirriflettu l-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li għalihom daħlu bħala grupp inġenerali. Sakemm ikun hemm obbligu bħal dan jew provvediment ta’ saldu, l-istrument (jew il-komponent tiegħu li huwa soġġett għall-obbligu) jiġi klassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja f’rapporti finanzjarji konsolidati.

AG29A Xi tipi ta’ strumenti li jimponu obbligu kuntrattwali fuq l-entità jiġu klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Il-klassifikazzjoni f’konformità ma’ dawk il-paragrafi hija eċċezzjoni għall-prinċipji li kieku kienu jkunu applikati f’dan l-Istandard fil-klassifikazzjoni ta’ strument. Din l-eċċezzjoni mhijiex estiża għall-klassifikazzjoni ta’ interessi nonkontrollanti fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Għaldaqstant, strumenti klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali li huma interessi nonkontrollanti huma klassifikati bħala obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp.

Strumenti finanzjarji komposti (il-paragrafi 28-32)

AG30 Il-paragrafu 28 japplika biss għall-emittenti ta’ strumenti finanzjarji komposti nonderivattivi. Il-paragrafu 28 ma jittrattax strumenti finanzjarji komposti mill-perspettiva ta’ detenturi. L-IFRS 9 jittratta l-klassifikazzjoni u l-kejl ta’ assi finanzjarji li huma strumenti finanzjarji komposti mill-perspettiva tad-detentur.

AG31 Forma komuni ta’ strument finanzjarju kompost hija strument ta’ dejn b’opzjoni ta’ konverżjoni inkorporata, bħal bond konvertibbli f’ishma ordinarji tal-emittent, u mingħajr ebda karatteristika derivattiv inkorporat ieħor. Il-paragrafu 28 jeħtieġ li l-emittent ta’ strument finanzjarju bħal dan jippreżenta l-komponent tal-obbligazzjoni u l-komponent tal-ekwità b’mod separat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, kif ġej:

(a) 

L-obbligu tal-emittent li jagħmel pagamenti skedati ta’ mgħax u kapital huwa obbligazzjoni finanzjarja li teżisti sakemm l-istrument ma’ jiġix ikkonvertit. Mar-rikonoxximent inizjali, il-valur ġust tal-komponent tal-obbligazzjoni huwa l-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus determinati b’mod kuntrattwali skontati bir-rata tal-imgħax applikabbli f’dak iż-żmien mis-suq, għal strumenti li għandhom stat ta’ kreditu paragunabbli u li jipprovdu b’mod sostanzjali l-istess flussi ta’ flus, bl-istess termini, iżda mingħajr l-opzjoni tal-konverżjoni.

(b) 

L-istrument ta’ ekwità huwa opzjoni inkorporata sabiex l-obbligazzjoni tiġi konvertita f’ekwità tal-emittent. Din l-opzjoni għandha valur fuq ir-rikonoxximent inizjali anki meta tkun sfavorevoli.

AG32 Mal-konverżjoni ta’ strument konvertibbli fil-maturità, l-entità tirtira r-rikonoxximent tal-komponent tal-obbligazzjoni u tirrikonnoxxih bħala ekwità. Il-komponent tal-ekwità oriġinali jibqa’ bħala ekwità (għalkemm jista’ jiġi trasferit minn entrata f’linja fl-ekwità għal oħra). Ma hemm l-ebda qligħ jew telf meta ssir konverżjoni fil-maturità.

AG33 Meta entità teżawrixxi strument konvertibbli qabel il-maturità permezz ta’ tifdija bikrija jew riakkwist fejn il-privileġġi tal-konverżjoni oriġinali ma jkunux inbidlu, l-entità talloka l-korrispettiv imħallas u kwalunkwe kost tat-tranżazzjoni għar-riakkwist jew it-tifdija għall-komponenti tal-obbligazzjoni u tal-ekwità tal-istrument fid-data tat-tranżazzjoni. Il-metodu użat biex jiġu allokati l-korrispettiv imħallas u l-kostijiet tat-tranżazzjoni għal komponenti separati huwa konsistenti ma’ dak użat fl-allokazzjoni oriġinali għall-komponenti separati tar-rikavati riċevut mill-entità meta l-istrument konvertibbli kien inħareġ, f’konformità mal-paragrafi 28–32.

AG34 Ladarba ssir l-allokazzjoni tal-korrispettiv, kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta jiġi trattat f’konformità mal-prinċipji kontabbilistiċi applikabbli għall-komponent relatat, kif ġej:

(a) 

l-ammont ta’ qligħ jew telf relatat mal-komponent tal-obbligazzjoni jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf; u

(b) 

l-ammont ta’ korrispettiv relatat mal-komponent tal-ekwità jiġi rikonoxxut f’ekwità.

AG35 Entità tista’ temenda t-termini tal-istrument konvertibbli biex tikkaġuna konverżjoni bikrija, pereżempju billi toffri proporzjon ta’ konverżjoni aktar favorevoli jew tħallas korrispettiv addizzjonali ieħor fil-każ ta’ konverżjoni qabel data speċifika. Id-differenza, fid-data li fiha t-termini jiġu emendati, bejn il-valur ġust tal-korrispettiv li d-detentur jirċievi mal-konverżjoni tal-istrument bit-termini riveduti u l-valur ġust tal-korrispettiv li d-detentur kieku kien jirċievi bit-termini oriġinali hija rikonoxxuta bħala telf fil-profitt jew telf.

Ishma tat-teżor (il-paragrafi 33 u 34)

AG36 Strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità mhumiex rikonoxxuti bħala assi finanzjarju irrispettivament mir-raġuni li għaliha ġew riakkwistati. Il-paragrafu 33 jeħtieġ li entità li tirriakkwista l-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha tnaqqas dawk l-istrumenti ta’ ekwità mill-ekwità (iżda ara wkoll il-paragrafu 33A). Madankollu, meta entità żżomm l-ekwità tagħha stess f’isem ħaddieħor, eż. istituzzjoni finanzjarja li żżomm l-ekwità proprja tagħha f’isem klijent, hemm relazzjoni ta’ aġenzija u b’riżultat ta’ dan dawk il-parteċipazzjonijiet ma jiġux inklużi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

Mgħax, dividendi, telf u qligħ (il-paragrafi 35-41)

AG37 L-eżempju li ġej juri l-applikazzjoni tal-paragrafu 35 għal strument finanzjarju kompost. Nassumu li sehem privileġġat mhux kumulattiv huwa rimborżabbli b’mod obbligatorju għal flus fi żmien ħames snin, iżda dawk id-dividendi huma pagabbli fid-diskrezzjoni tal-entità qabel id-data ta’ tifdija. Strument bħal dan huwa strument finanzjarju kompost, bil-komponent ta’ obbligazzjoni li jkun il-valur preżenti tal-ammont ta’ tifdija. It-treġġigħ lura tal-iskont fuq dan il-komponent huwa rikonoxxut fi profitt jew telf u klassifikat bħala spiża tal-imgħax. Kwalunkwe dividend imħallas huwa marbut mal-komponent ta’ ekwità u, għalhekk, huwa rikonoxxut bħala distribuzzjoni tal-profitt jew telf. Trattament simili japplika jekk it-tifdija ma kenitx obbligatorja iżda b’għażla tad-detentur, jew jekk is-sehem kien konvertibbli b’mod obbligatorju f’għadd varjabbli ta’ ishma ordinarji kkalkulati biex ikunu ugwali għal ammont fiss jew ammont ibbażat fuq bidliet f’varjabbli sottostanti (eż. komodità). Madankollu, jekk jiġu magħduda xi dividendi mhux imħallsa mal-ammont ta’ tifdija, l-istrument kollu huwa obbligazzjoni. F’dan il-każ, kwalunkwe dividend jiġi klassifikat bħala spiża tal-imgħax.

Tpaċija ta’ assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja (il-paragrafi 42-50)

AG 38 [Imħassar]

Kriterju li entità “attwalment ikollha dritt legalment infurzabbli li tpaċi l-ammonti rikonoxxuti” (il-paragrafu 42(a))

AG38A Dritt ta’ tpaċija jista’ jkun attwalment disponibbli jew jista’ jkun kontinġenti fuq event futur (pereżempju, id-dritt jista’ jiġi skattat jew ikun eżerċitabbli biss f’każ ta’ xi event futur, bħall-inadempjenza, l-insolvenza jew il-falliment ta’ waħda mill-kontropartijiet). Anki jekk id-dritt ta’ tpaċija ma jkunx kontinġenti fuq event futur, jista’ jkun legalment infurzabbli biss tul il-perkors normali tan-negozju, jew fil-każ ta’ inadempjenza, jew fil-każ ta’ insolvenza jew falliment, ta’ waħda mill-kontropartijiet jew tagħhom kollha).

AG38B Biex tissodisfa l-kriterju fil-paragrafu 42(a), entità trid attwalment ikollha dritt legalment infurzabbli ta’ tpaċija. Dan ifisser li d-dritt ta’ tpaċija:

(a) 

ma jridx ikun kontinġenti fuq event futur; u

(b) 

irid ikun legalment infurzabbli fiċ-ċirkustanzi kollha li ġejjin:

(i) 

il-kors normali tan-negozju;

(ii) 

il-każ ta’ inadempjenza; u

(iii) 

il-każ ta’ insolvenza jew falliment

tal-entità u l-kontrapartijiet kollha.

AG38C In-natura u l-estent tad-dritt ta’ tpaċija, inkluż kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-eżerċizzju tiegħu u jekk jibqax fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza jew falliment, jistgħu jvarjaw minn ġuriżdizzjoni legali għal oħra. Konsegwentement, ma jistax jiġi preżunt li d-dritt ta’ tpaċija huwa disponibbli awtomatikament barra mill-kors normali tan-negozju. Pereżempju, il-liġijiet dwar il-falliment jew l-insolvenza ta’ ġuriżdizzjoni jistgħu jipprojbixxu, jew jirrestrinġu, id-dritt ta’ tpaċija fil-każ ta’ falliment jew insolvenza f’ċerti ċirkustanzi.

AG38D Il-liġijiet applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-partijiet (pereżempju, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-liġijiet li jirregolaw il-kuntratti, jew il-liġijiet dwar l-inadempjenzi, l-insolvenza jew il-falliment applikabbli għall-partijiet) jeħtieġ li jitqiesu biex jiġi aċċertat jekk id-dritt ta’ tpaċija huwiex infurzabbli fil-kors normali tan-negozju, fil-każ ta’ inadempjenza, u fil-każ ta’ insolvenza jew falliment, tal-entità u tal-kontrapartijiet kollha (kif speċifikat fil-paragrafu AG38B(b)).

Kriterju li entità jkun “beħsiebha ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin” (il-paragrafu 42(b))

AG38E Biex tissodisfal-kriterju fil-paragrafu 42(b) entità trid tkun beħsiebha li ssalda fuq bażi netta jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin. Għalkemm l-entità jista’ jkollha dritt li ssalda nett, din tista’ xorta waħda tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni separatement.

AG38F Jekk entità tkun tista’ ssalda l-ammonti b’mod li bih l-eżitu jkun, fil-fatt, ekwivalenti għal saldu nett, l-entità tissodisfa l-kriterju tas-saldu nett fil-paragrafu 42(b). Dan iseħħ jekk, u biss jekk, il-mekkaniżmu tas-saldu gross ikollu karatteristiki li jeliminaw jew jirriżultaw f’riskji insinifikanti ta’ kreditu u ta’ likwidità, u li jkun jipproċessa r-riċevibbli u l-pagabbli fi proċess jew ċiklu wieħed tas-saldu. Pereżempju, sistema ta’ saldu gross li jkollha l-karatteristiki kollha li ġejjin tkun tissodisfa l-kriterju tas-saldu nett fil-paragrafu 42(b):

(a) 

l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji eliġibbli għat-tpaċija jkunu sottomessi fl-istess waqt għall-ipproċessar;

(b) 

ladarba l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jkunu sottomessi għall-ipproċessar, il-partijiet ikunu impenjati li jissodisfaw l-obbligu għas-saldu;

(c) 

il-flussi ta’ flus li joriġinaw mill-assi u l-obbligazzjonijiet ma jkollhomx il-potenzjal li jinbidlu ladarba jkunu sottomessi għall-ipproċessar (sakemm il-proċess ma jfallix — ara (d) hawn taħt);

(d) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu kollateralizzati mat-titoli jiġu saldati fuq sistema ta’ trasferiment ta’ titoli jew sistema simili (pereżempju konsenja kontra ħlas), sabiex jekk it-trasferiment tat-titoli jfalli, l-ipproċessar tar-riċevibbli jew il-pagabbli relatati li għalihom it-titoli jkunu kollateralizzati jfalli wkoll (u viċi versa);

(e) 

kwalunkwe tranżazzjoni li tfalli, kif imfisser f’(d), tiddaħħal mill-ġdid għall-ipproċessar sakemm tiġi saldata;

(f) 

is-saldu jitwettaq permezz tal-istess istituzzjoni tas-saldu (pereżempju, bank tas-saldu, bank ċentrali jew depożitorju ċentrali tat-titoli); u

(g) 

tkun fis-seħħ faċilità ta’ kreditu intraġurnata li tipprovdi ammonti suffiċjenti ta’ self kurrenti li jippermetti l-ipproċessar tal-pagamenti fid-data tas-saldu għal kull parti, u jkun kważi ċert li l-faċilità ta’ kreditu intraġurnata tiġi onorata jekk tiġi eżerċitata.

AG39 L-Istandard ma jipprovdix trattament speċjali għall-hekk imsejħa “strumenti sintetiċi”, li huma gruppi ta’ strumenti finanzjarji separati akkwistati u miżmuma biex jimitaw il-karatteristiki ta’ strument ieħor. Pereżempju, dejn fit-tul b’rata flessibbli kkombinat ma’ swap tar-rata tal-imgħax li jinvolvi r-riċeviment ta’ pagamenti flessibbli u li jsiru pagamenti fissi jissintesizza dejn fit-tul b’rata fissa. Kull wieħed mill-istrumenti finanzjarji individwali li flimkien jikkostitwixxu “strument sintetiku” jirrappreżenta dritt jew obbligu kuntrattwali bit-termini u l-kundizzjonijiet proprji tiegħu u kull wieħed minnhom jista’ jkun trasferibbli jew saldat separatament. Kull strument finanzjarju huwa espost għal riskji li jistgħu jkunu differenti mir-riskji li għalihom ikunu esposti strumenti finanzjarji oħrajn. Għaldaqstant, meta strument finanzjarju wieħed fi “strument sintetiku” jkun assi u ieħor ikun obbligazzjoni, dawn ma jiġux paċuti u ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fuq bażi netta, sakemm ma jissodisfawx il-kriterji għat-tpaċija tal-paragrafu 42.

AG40 [Imħassar]

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 33

Qligħ għal Kull Sehem

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi prinċipji għad-determinazzjoni u l-preżentazzjoni tal-qligħ għal kull sehem, biex jitjiebu l-paraguni tal-prestazzjoni bejn entitajiet differenti fl-istess perjodu ta’ rapportar u bejn perjodi differenti ta’ rapportar għall-istess entità. Għalkemm id-data dwar il-qligħ għal kull sehem għandha limitazzjonijiet minħabba l-politiki tal-kontabbiltà differenti li jistgħu jintużaw għad-determinazzjoni tal-“qligħ”, denominatur determinat b’mod konsistenti jsaħħaħ ir-rapportar finanzjarju. L-enfasi ta’ dan l-Istandard huwa d-denominatur tal-kalkolazzjoni tal-qligħ għal kull sehem.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu japplika:

(a) 

għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta’ entità:

(i) 

li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew suq finanzjarju barra l-borża, inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) 

li ssottomettiet, jew li tinsab fil-proċess li tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ organizzazzjoni tal-kummissjonijiet tat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu ishma ordinarji f’suq pubbliku; u

(b) 

għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ grupp b’kumpanija omm:

(i) 

li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew suq finanzjarju barra l-borża, inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) 

li ssottometta, jew li jinsab fil-proċess li jissottometti, ir-rapporti finanzjarji tiegħu ma’ organizzazzjoni tal-kummissjonijiet tat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra bl-għan li jinħarġu ishma ordinarji f’suq pubbliku.

3   Entità li tiddivulga l-qligħ għal kull sehem għandha tikkalkula u tiddivulga l-qligħ għal kull sehem f’konformità ma’ dan l-Istandard.

4   Meta entità tippreżenta kemm ir-rapporti finanzjarji konsolidati kif ukoll ir-rapporti finanzjarji separati f’konformità mal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati, rispettivament, id-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dan l-Istandard iridu jiġu ppreżentati biss abbażi tal-informazzjoni konsolidata. Entità li tagħżel li tiddivulga l-qligħ għal kull sehem abbażi tar-rapporti finanzjarji separati tagħha għandha tippreżenta din l-informazzjoni dwar il-qligħ għal kull sehem biss fir-rapport ta’ introjtu komprensiv tagħha. Entità ma għandhiex tippreżenta din l-informazzjoni dwar qligħ għal kull sehem fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

4A   Jekk entità tippreżenta l-entrati ta’ profitt jew telf f’rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif emendat fl-2011), din tippreżenta l-qligħ għal kull sehem f’dak ir-rapport separat biss.

DEFINIZZJONIJIET

5   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Antidilwizzjoni hija żieda fil-qligħ għal kull sehem jew tnaqqis fit-telf għal kull sehem li jirriżulta mis-suppożizzjoni li l-istrumenti konvertibbli huma konvertiti, li l-opzjonijiet jew il-warrants huma eżerċitati, jew li l-ishma ordinarji jinħarġu wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati.
Ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta’ ishma huwa ftehim biex inħarġu ishma li huma dipendenti fuq l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati.
Ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti huma ishma ordinarji emittibbli għal ftit jew xejn flus jew korrispettiv ieħor wara li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifikati fil-ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta’ ishma.
Dilwizzjoni hija tnaqqis fil-qligħ għal kull sehem jew żieda fit-telf għal kull sehem li jirriżulta mis-suppożizzjoni li l-istrumenti konvertibbli huma konvertiti, li l-opzjonijiet jew il-warrants huma eżerċitati, jew li l-ishma ordinarji jinħarġu wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati.
Opzjonijiet, warrants u l-ekwivalenti tagħhom huma strumenti finanzjarji li jagħtu lid-detentur id-dritt li jixtri ishma ordinarji.
Sehem ordinarju huwa strument ta’ ekwità li huwa subordinat għall-klassijiet l-oħra kollha ta’ strumenti ta’ ekwità.
Sehem ordinarju potenzjali huwa strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li jista’ jintitola lid-detentur tiegħu għal ishma ordinarji.
Opzjonijiet put fuq ishma ordinarji huma kuntratti li jagħtu lid-detentur id-dritt li jbigħ ishma ordinarji bi prezz speċifikat għal perjodu partikulari.

6 Ishma ordinarji jipparteċipaw fil-profitt għall-perjodu biss wara li jkunu pparteċipaw tipi oħra ta’ ishma bħall-ishma privileġġati. Entità jista’ jkollha aktar minn klassi waħda ta’ ishma ordinarji. Ishma ordinarji tal-istess klassi għandhom l-istess drittijiet li jirċievu dividendi.

7 Eżempji ta’ ishma ordinarji potenzjali huma:

(a) 

obbligazzjonijiet finanzjarji jew strumenti ta’ ekwità, inklużi ishma privileġġati, li huma konvertibbli f’ishma ordinarji;

(b) 

opzjonijiet u warrants;

(c) 

ishma li jinħarġu wara li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet li jirriżultaw minn arranġament kuntrattwali, bħax-xiri ta’ negozju jew assi oħra.

8 It-termini definiti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, sakemm ma jkunx innotifikat mod ieħor. L-IAS 32 jiddefinixxi l-istrument finanzjarju, l-assi finanzjarju, l-obbligazzjoni finanzjarja u l-istrument ta’ ekwità, u jipprovdi gwida għall-applikazzjoni ta’ dawn id-definizzjonijiet. L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust jiddefinixxi l-valur ġust u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ dik id-definizzjoni.

KEJL

Qligħ bażiku għal kull sehem

9   Entità għandha tikkalkula l-ammonti ta’ qligħ bażiku għal kull sehem għall-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm u, jekk ippreżentat, profitt u telf minn operazzjonijiet kontinwi attribwibbli għal dawk it-titolari ta’ ekwità.

10   Qligħ bażiku għal kull sehem għandu jkun ikkalkulat billi jiġi diviż il-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm (in-numeratur) bil-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti (id-denominatur) matul il-perjodu.

11 L-objettiv tal-informazzjoni dwar il-qligħ bażiku għal kull sehem huwa li jingħata kejl tal-imgħaxijiet fuq kull sehem ordinarju ta’ entità omm fil-prestazzjoni tal-entità matul il-perjodu ta’ rapportar.

Qligħ

12   Għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta’ qligħ bażiku għal kull sehem, l-ammonti attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm fir-rigward ta’:

(a) 

profitt jew telf minn operazzjonijiet kontinwi attribwibbli lill-kumpanija omm; u

(b) 

profitt jew telf attribwibbli lill-kumpanija omm;

għandhom ikunu l-ammonti f’(a) u (b) aġġustati għall-ammonti wara t-taxxa ta’ dividendi privileġġati, differenzi li joriġinaw mis-saldu ta’ ishma privileġġati, u effetti oħra simili ta’ ishma privileġġati klassifikati bħala ekwità.

13 L-entrati kollha ta’ introjtu u spejjeż attribwibbli lid-detenturi ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm li huma rikonoxxuti f’perjodu, inklużi l-ispiża tat-taxxa u dividendi fuq ishma privileġġati klassifikati bħala obbligazzjonijiet huma inklużi fid-determinazzjoni tal-profitt jew telf għall-perjodu attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm (ara l-IAS 1).

14 L-ammont wara t-taxxa tad-dividendi privileġġati li jitnaqqas mill-profitt jew telf huwa:

(a) 

l-ammont wara t-taxxa ta’ kwalunkwe dividend privileġġat fuq ishma privileġġati mhux kumulattivi ddikjarati fir-rigward ta’ dak il-perjodu; u

(b) 

l-ammont wara t-taxxa fuq id-dividendi privileġġati għal ishma privileġġati kumulattivi meħtieġa għall-perjodu, kemm jekk id-dividendi kienu ddikjarati kif ukoll jekk le. L-ammont ta’ dividendi privileġġati għall-perjodu ma jinkludix l-ammont ta’ ebda dividend privileġġat għall-ishma privileġġati kumulattivi mħallsa jew iddikjarati matul il-perjodu kurrenti fir-rigward ta’ perjodi preċedenti.

15 Ishma privileġġati li jipprevedu dividend inizjali baxx biex entità tiġi kkumpensata għall-bejgħ ta’ ishma privileġġati b’rata mnaqqsa, jew dividend ogħla minn dak tas-suq f’perjodi sussegwenti biex l-investituri jiġu kkumpensati għax-xiri ta’ ishma privileġġjati bi primjum, xi kultant jissejħu ishma privileġġati b’rata li tiżdied. Kwalunkwe skont jew primjum fuq ishma privileġġati b’rata li tiżdied jiġi amortizzat fuq qligħ imfaddal bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv u trattat bħala dividend privileġġat għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ għal kull sehem.

16 Ishma privileġġati jistgħu jiġu riakkwistati taħt sejħa għall-offerti ta’ entità lid-detenturi. L-eċċess tal-valur ġust tal-korrispettiv imħallas lill-azzjonisti privileġġati fuq l-ammont riportat tal-ishma privileġġati jirrappreżenta redditu lid-detenturi tal-ishma privileġġati u imposta fuq il-qligħ imfaddal għall-entità. Dan l-ammont jitnaqqas fil-kalkolazzjoni tal-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm.

17 Konverżjoni bikrija ta’ ishma privileġġati konvertibbli tista’ tkun ikkaġunata minn entità permezz ta’ bidliet favorevoli fit-termini ta’ konverżjoni oriġinali jew il-pagament ta’ korrispettiv addizzjonali. L-eċċess tal-valur ġust ta’ ishma ordinarji jew korrispettiv ieħor imħallas fuq il-valur ġust tal-ishma ordinarji emittibbli bit-termini ta’ konverżjoni oriġinali huwa redditu għall-azzjonisti privileġġati, u jitnaqqas fil-kalkolazzjoni tal-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm.

18 Kwalunkwe eċċess tal-ammont riportat ta’ ishma privileġġati fuq il-valur ġust tal-korrispettiv imħallas għas-saldu tagħhom jiżdied fil-kalkolazzjoni tal-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm.

Ishma

19   Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku għal kull sehem, l-għadd ta’ ishma ordinarji għandu jkun il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti matul il-perjodu.

20 L-użu tal-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti matul il-perjodu jirrifletti l-possibbiltà li l-ammont ta’ kapital tal-azzjonisti varja matul il-perjodu b’riżultat ta’ għadd ikbar jew iżgħar ta’ ishma pendenti fi kwalunkwe ħin. Il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti matul il-perjodu huwa l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti fil-bidu tal-perjodu, aġġustat bl-għadd ta’ ishma ordinarji mixtrija lura jew maħruġa matul il-perjodu mmultiplikati bil-fattur ta’ ponderazzjoni tal-ħin. Il-fattur ta’ ponderazzjoni tal-ħin huwa l-għadd ta’ jiem li l-ishma kienu pendenti bħala proporzjon tal-għadd totali ta’ jiem fil-perjodu; approssimazzjoni raġonevoli tal-medja ponderata hija adegwata f’bosta ċirkustanzi.

21 Ġeneralment l-ishma jkunu inklużi fil-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma mid-data ta’ meta l-korrispettiv ikun riċevibbli (li ġeneralment tkun id-data tal-ħruġ tagħhom), pereżempju:

(a) 

ishma ordinarji maħruġa bi skambju għal flus jiġu inklużi meta l-flus jiġu riċevibbli;

(b) 

ishma ordinarji maħruġa fuq ir-riinvestiment volontarju tad-dividendi fuq ishma ordinarji jew privileġġati jiġu inklużi meta d-dividendi jiġu investiti mill-ġdid;

(c) 

ishma ordinarji maħruġa b’riżultat tal-konverżjoni ta’ strument tad-dejn għal ishma ordinarji jiġu inklużi mid-data meta l-imgħax ma jibqax jakkumula;

(d) 

ishma ordinarji maħruġa minflok mgħax jew kapital fuq strumenti finanzjarji oħra jiġu inklużi mid-data meta l-imgħax ma jibqax jakkumula;

(e) 

ishma ordinarji maħruġa bi skambju għas-saldu ta’ obbligazzjoni tal-entità jiġu inklużi mid-data tas-saldu;

(f) 

ishma ordinarji maħruġa bħala korrispettiv għall-akkwiżizzjoni ta’ assi li mhumiex flus jiġu inklużi fid-data li fiha l-akkwiżizzjoni tiġi rikonoxxuta; u

(g) 

ishma ordinarji maħruġa għall-għoti ta’ servizzi lill-entità jiġu inklużi hekk kif is-servizzi jitwettqu.

It-twaqqit tal-inklużjoni tal-ishma ordinarji huwa determinat mit-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħruġ tagħhom. Jingħata korrispettiv xieraq għas-sustanza ta’ kwalunkwe kuntratt assoċjat mal-ħruġ.

22 Ishma ordinarji maħruġa bħala parti mill-korrispettiv ittrasferit f’kombinament ta’ negozji jiġu inklużi fil-medja ponderata tal-għadd medju ta’ ishma mid-data tal-akkwiżizzjoni. Dan għaliex l-akkwirent jinkorpora fir-rapport ta’ introjtu komprensiv tiegħu l-profitti u t-telf tal-akkwiżit minn dik id-data.

23 Ishma ordinarji li se jinħarġu mal-konverżjoni ta’ strument konvertibbli b’mod obbligatorju jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni ta’ qligħ bażiku għal kull sehem mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt.

24 Ishma bi ħruġ kontinġenti huma trattati bħala pendenti u jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku għal kull sehem biss mid-data meta l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa jiġu ssodisfati (jiġifieri l-eventi jkunu seħħew). Ishma li huma emittibbli biss wara li jgħaddi ż-żmien ma jibqgħux ishma bi ħruġ kontinġenti, minħabba li l-mogħdija taż-żmien hija ċertezza. Ishma ordinarji pendenti li huma kontinġentement ritornabbli (jiġifieri soġġetti għal sejħa lura) ma jiġux trattati bħala pendenti u huma esklużi mill-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku għal kull sehem sad-data meta l-ishma ma jibqgħux soġġetti għas-sejħa lura.

25 [Imħassar]

26   Il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti matul il-perjodu u għall-perjodi kollha ppreżentati għandha tiġi aġġustata għall-eventi, ħlief għall-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali, li biddlu l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti mingħajr bidla korrispondenti fir-riżorsi.

27 Ishma ordinarji jistgħu jinħarġu, jew l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti jistgħu jitnaqqsu, mingħajr bidla korrispondenti fir-riżorsi. Eżempji jinkludu:

(a) 

kapitalizzazzjoni jew ħruġ ta’ ishma bonus (xi kultant magħruf bħala dividend fi stokks);

(b) 

element ta’ bonus f’xi ħarġa oħra, pereżempju element ta’ bonus f’emissjonijiet bi dritt preferenzjali għal azzjonisti eżistenti;

(c) 

frazzjonament tal-ishma; u

(d) 

retrofrazzjonament tal-ishma (konsolidament tal-ishma).

28 F’kapitalizzazzjoni jew ħruġ ta’ ishma bonus jew frazzjonament tal-ishma, ishma ordinarji jinħarġu lill-azzjonisti eżistenti mingħajr l-ebda korrispettiv addizzjonali. Għaldaqstant, l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti jiżdied mingħajr żieda fir-riżorsi. L-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti qabel l-event jiġi aġġustat għall-bidla proporzjonali fl-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti daqslikieku l-event seħħ fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat. Pereżempju, fi ħruġ ta’ ishma bonus ta’ tnejn għal wieħed, l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti qabel il-ħruġ jiġi mmultiplikat bi tlieta biex jinkiseb l-għadd totali ġdid ta’ ishma ordinarji, jew bi tnejn biex jinkiseb l-għadd ta’ ishma ordinarji addizzjonali.

29 Konsolidament tal-ishma ordinarji ġeneralment inaqqas l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti mingħajr tnaqqis korrispondenti fir-riżorsi. Madankollu, meta l-effett ġenerali jkun riakkwist ta’ ishma fil-valur ġust, it-tnaqqis fl-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti ikun ir-riżultat ta’ tnaqqis korrispondenti fir-riżorsi. Eżempju ta’ dan huwa konsolidament tal-ishma flimkien ma’ dividend speċjali. Il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti għall-perjodu li fih saret it-tranżazzjoni kkombinata tiġi aġġustata għat-tnaqqis fl-għadd ta’ ishma ordinarji mid-data li fiha jiġi rikonoxxut id-dividend speċjali.

Qligħ dilwit għal kull sehem

30   Entità għandha tikkalkula l-ammonti ta’ qligħ dilwit għal kull sehem għal profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm u, jekk ippreżentati, profitt u telf minn operazzjonijiet kontinwi attribwibbli għal dawk it-titolari ta’ ekwità.

31   Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, entità għandha taġġusta l-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm, u l-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma pendenti, għall-effetti tal-ishma ordinarji kollha b’potenzjal dilwittiv.

32 L-objettiv ta’ qligħ dilwit għal kull sehem huwa konsistenti ma’ dak tal-qligħ bażiku għal kull sehem – li jipprovdi kejl tal-imgħax fuq kull sehem ordinarju fil-prestazzjoni ta’ entità — filwaqt li jingħata effett għall-ishma ordinarji kollha b’potenzjal dilwittiv pendenti matul il-perjodu. B’riżultat ta’ dan:

(a) 

profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm jiżdied bl-ammont ta’ dividendi u mgħax wara t-taxxa rikonoxxut fil-perjodu fir-rigward tal-ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv u huwa aġġustat għal kwalunkwe bidla oħra fl-introjtu jew fl-ispiża li jirriżultaw mill-konverżjoni tal-ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv; u

(b) 

il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti jiżdied bil-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji addizzjonali li kienu jkunu pendenti bis-suppożizzjoni li se ssir konverżjoni tal-ishma ordinarji kollha b’potenzjal dilwittiv.

Qligħ

33   Għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem, entità għandha taġġusta l-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm, kif ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 12, bl-effett wara t-taxxa ta’:

(a) 

kwalunkwe dividend jew entrata oħra relatata ma’ ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv imnaqqsa biex tasal għall-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm kif ikkalkulati f’konformità mal-paragrafu 12;

(b) 

kull mgħax rikonoxxut fil-perjodu relatat mal-ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv; u

(c) 

kwalunkwe bidla oħra fl-introjtu jew fl-ispejjeż li tirriżulta mill-konverżjoni tal-ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv.

34 Wara li l-ishma ordinarji potenzjali jiġu kkonvertiti f’ishma ordinarji, l-entrati identifikati fil-paragrafu 33(a)–(c) ma jibqgħux jinħolqu. Minflok, l-ishma ordinarji ġodda jkunu intitolati biex jipparteċipaw fil-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm. Għaldaqstant, il-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm ikkalkulati f’konformità mal-paragrafu 12 huwa aġġustat għall-entrati identifikati fil-paragrafu 33(a)-(c) u kwalunkwe taxxa relatata. L-ispejjeż assoċjati ma’ ishma ordinarji potenzjali jinkludu kostijiet tat-tranżazzjoni u skontijiet kontabbilizzati f’konformità mal-metodu tal-imgħax effettiv (ara l-IFRS 9).

35 Il-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali tista’ twassal għal bidliet konsegwenzjali fl-introjtu jew fl-ispejjeż. Pereżempju, it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-imgħax relatati ma’ ishma ordinarji potenzjali u ż-żieda li tirriżulta fi profitt jew tnaqqis fit-telf jistgħu jwasslu għal żieda fl-ispejjeż relatati ma’ pjan mhux diskrezzjonarju ta’ qsim ta’ profitti mal-impjegati. Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm huwa aġġustat għal kwalunkwe bidla konsegwenzjali bħal din fl-introjtu jew fl-ispejjeż.

Ishma

36   Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, l-għadd ta’ ishma ordinarji għandu jkun il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji kkalkulat f’konformità mal-paragrafi 19 u 26, flimkien mal-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji li kieku jinħarġu fil-konverżjoni tal-ishma ordinarji kollha b’potenzjal dilwittiv f’ishma ordinarji. Ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv għandhom jitqiesu bħala konvertiti f’ishma ordinarji fil-bidu tal-perjodu jew, jekk aktar tard, fid-data tal-ħruġ tal-ishma ordinarji potenzjali.

37 Ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv għandhom jiġu determinati b’mod indipendenti għal kull perjodu ppreżentat. L-għadd ta’ ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv inklużi fil-perjodu tas-sena sa issa mhuwiex medja ponderata ta’ ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv inklużi f’kull komputazzjoni interim.

38 Ishma ordinarji potenzjali huma ponderati għall-perjodu li fih ikunu pendenti. Ishma ordinarji potenzjali li huma kkanċellati jew permessi li jiskadu matul il-perjodu huma inklużi fil-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem biss għall-porzjon tal-perjodu li fih ikunu pendenti. Ishma ordinarji potenzjali li huma konvertiti f’ishma ordinarji matul il-perjodu jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem mill-bidu tal-perjodu sad-data tal-konverżjoni; mid-data tal-konverżjoni, l-ishma ordinarji li jirriżultaw jiġu inklużi kemm fil-qligħ bażiku kif ukoll fil-qligħ dilwit għal kull sehem.

39 L-għadd ta’ ishma ordinarji li kieku jinħarġu mal-konverżjoni ta’ ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv huwa determinat mit-termini tal-ishma ordinarji potenzjali. Meta teżisti aktar minn bażi waħda ta’ konverżjoni, il-kalkolazzjoni tassumi l-aktar rata ta’ konverżjoni jew il-prezz tal-eżerċitar vantaġġużi mill-pożizzjoni tat-titolar tal-ishma ordinarji potenzjali.

40 Sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata tista’ toħroġ ishma ordinarji potenzjali konvertibbli f’ishma ordinarji tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata, jew f’ishma ordinarji tal-kumpanija omm jew tal-investituri bil-kontroll konġunt tad-destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti (l-entità relatriċi) fuqha lil partijiet oħra minbarra l-kumpanija omm jew lil investituri bil-kontroll konġunt tad-destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti fuqha. Jekk dawn l-ishma ordinarji potenzjali tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata jkollhom effett dilwittiv fuq il-qligħ bażiku għal kull sehem tal-entità relatriċi, dawn jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem.

Ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv

41   Ishma ordinarji potenzjali għandhom jiġu trattati bħala dilwittivi meta, u biss meta, il-konverżjoni tagħhom f'ishma ordinarji tnaqqas il-qligħ għal kull sehem jew iżżid it-telf għal kull sehem minn operazzjonijiet kontinwi.

42 Entità tuża l-profitt jew telf minn operazzjonijiet kontinwi attribwibbli lill-kumpanija omm bħala ċ-ċifra tal-kontroll biex tistabbilixxi jekk l-ishma ordinarji potenzjali humiex dilwittivi jew antidilwittivi. Profitt jew telf minn operazzjonijiet kontinwi attribwibbli lill-kumpanija omm huwa aġġustat f’konformità mal-paragrafu 12 u jeskludi entrati relatati ma’ operazzjonijiet li ma tkomplewx.

43 Ishma ordinarji potenzjali huma dilwittivi meta l-konverżjoni tagħhom f’ishma ordinarji żżid il-qligħ għal kull sehem jew tnaqqas it-telf għal kull sehem minn operazzjonijiet kontinwi. Il-kalkolazzjoni ta’ qligħ għal kull sehem ma tassumix il-konverżjoni, l-eżerċizzju, jew ħruġ ieħor ta’ ishma ordinarji potenzjali li kieku jkollhom effett antidilwittiv fuq il-qligħ għal kull sehem.

44 Fid-determinazzjoni ta’ jekk l-ishma ordinarji potenzjali humiex dilwittivi jew antidilwittivi, kull ħruġ jew serje ta’ ishma ordinarji potenzjali jiġi kkunsidrat separatament milli fit-total. Is-sekwenza li fiha l-ishma ordinarji potenzjali jiġu kkunsidrati tista’ taffettwa l-fatt jekk dawn humiex dilwittivi. Għaldaqstant, biex tkun massimizzata d-dilwizzjoni ta’ qligħ bażiku għal kull sehem, kull ħruġ jew serje ta’ ishma ordinarji potenzjali jiġu kkunsidrati f’sekwenza mill-aktar dilwittiv għall-inqas dilwittiv, jiġifieri ishma ordinarji b’potenzjal dilwittiv bl-aktar “qligħ għal kull sehem inkrimentali” baxx inkluż fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem qabel dawk bi qligħ ogħla għal kull sehem inkrimentali. Opzjonijiet u warrants ġeneralment jiġu inklużi l-ewwel minħabba li dawn ma jaffettwawx in-numeratur tal-kalkolazzjoni.

Opzjonijiet,warrants u l-ekwivalenti tagħhom

45   Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, entità għandha tassumi l-eżerċizzju ta’ opzjonijiet u warrants dilwittivi tal-entità. Ir-rikavati preżunti minn dawn l-istrumenti għandhom jitqiesu bħala riċevuti mill-ħruġ ta’ ishma ordinarji bil-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perjodu. Id-differenza bejn l-għadd ta’ ishma ordinarji maħruġa u l-għadd ta’ ishma ordinarji li kieku kienu jinħarġu bil-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perjodu għandha tiġi trattata bħala ħruġ ta’ ishma ordinarji għall-ebda korrispettiv.

46 Opzjonijiet u warrants huma dilwittivi meta dawn jirriżultaw fil-ħruġ ta’ ishma ordinarji li jiswew inqas mill-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perjodu. L-ammont tad-dilwizzjoni huwa l-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perjodu li minnu jrid jitnaqqas il-prezz tal-ħruġ. Għaldaqstant, biex ikun ikkalkolat il-qligħ dilwit għal kull sehem, ishma ordinarji potenzjali jiġu trattati bħala li jikkonsistu f’dawn iż-żewġ fatturi li ġejjin:

(a) 

kuntratt biex jinħareġ ċertu għadd ta’ ishma ordinarji bil-prezz medju tas-suq matul il-perjodu. Ikun hemm is-suppożizzjoni li ishma ordinarji bħal dawn ikollhom prezz ġust u li la se jkunu dilwittivi u lanqas antidilwittivi. Dawn jiġu injorati fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem;

(b) 

kuntratt biex jinħarġu l-bqija tal-ishma ordinarji għall-ebda korrispettiv. Dawn l-ishma ordinarji ma jiġġeneraw l-ebda rikavat u ma għandhom l-ebda effett fuq il-profitt jew telf attribwibbli għall-ishma ordinarji pendenti. Għaldaqstant, dawn l-ishma huma dilwittivi u jiżdiedu mal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem.

47 Opzjonijiet u warrants għandhom effett dilwittiv biss meta l-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perjodu jaqbeż il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjonijiet jew tal-warrants (jiġifieri huma “favorevoli”). Qligħ għal kull sehem irrapportat preċedentement ma jkunx aġġustat b’mod retroattiv biex jirrifletti l-bidliet fil-prezzijiet ta’ ishma ordinarji.

47A Fil-każ ta’ opzjonijiet fuq l-ishma u arranġamenti oħrajn ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, il-prezz tal-ħruġ imsemmi fil-paragrafu 46 u l-prezz tal-eżerċitar imsemmi fil-paragrafu 47 għandhom jinkludu l-valur ġust (imkejjel f’konformità mal-IFRS 2) ta’ kwalunkwe oġġett jew servizz li għandu jkun ipprovdut lill-entità fil-futur taħt l-opzjoni fuq l-ishma jew arranġament ieħor ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

48 Opzjonijiet fuq l-ishma għall-impjegati b’termini fissi jew determinabbli u ishma ordinarji mhux vestiti jitqiesu bħala opzjonijiet fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, anki jekk dawn jistgħu jkunu kontinġenti fuq il-vestiment. Dawn jitqiesu bħala pendenti fid-data tal-għotja. Opzjonijiet fuq l-ishma għall-impjegati bbażati fuq il-prestazzjoni jitqiesu bħala ishma bi ħruġ kontinġenti għaliex il-ħruġ tagħhom huwa kontinġenti fuq l-issodisfar ta’ kundizzjonijiet speċifikati apparti l-mogħdija taż-żmien.

Strumenti konvertibbli

49 L-effett dilwittiv tal-istrumenti konvertibbli għandu jiġi rifless fil-qligħ dilwit għal kull sehem f’konformità mal-paragrafi 33 u 36.

50 Ishma privileġġati konvertibbli huma antidilwittivi kull meta l-ammont tad-dividend fuq dawn l-ishma ddikjarati fil-perjodu kurrenti, jew akkumulati fih, għal kull sehem ordinarju li jinkiseb mal-konverżjoni jaqbeż il-qligħ bażiku għal kull sehem. Bl-istess mod, dejn konvertibbli huwa antidilwittiv kull meta l-imgħax fuqu (nett wara t-taxxa u bidliet oħra fl-introjtu u fl-ispejjeż) għal kull sehem ordinarju li jinkiseb mal-konverżjoni jaqbeż il-qligħ bażiku għal kull sehem.

51 It-tifdija jew il-konverżjoni indotta ta’ ishma privileġġati konvertibbli tista’ taffettwa biss porzjon tal-ishma privileġġati konvertibbli li kienu preċedentement pendenti. F’dawn il-każijiet, kwalunkwe korrispettiv żejjed imsemmi fil-paragrafu 17 huwa attribwibbli għal dawk l-ishma li jinfdew jew jiġu konvertiti għall-iskop li jiġi determinat jekk l-ishma privileġġati pendenti li jifdal humiex dilwittivi. L-ishma mifdija jew konvertiti jitqiesu separatament minn dawk l-ishma li mhumiex mifdija jew konvertiti.

Ishma kontinġentement emittibbli

52 Bħal fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku għal kull sehem, ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti jitqiesu bħala pendenti u jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem jekk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati (jiġifieri jkunu seħħew l-eventi). Ishma bi ħruġ kontinġenti jiġu inklużi mill-bidu tal-perjodu (jew mid-data tal-ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta’ ishma, jekk id-data tkun iktar tard). Jekk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, l-għadd ta’ ishma bi ħruġ kontinġenti inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem tiġi bbażata fuq l-għadd ta’ ishma li jkunu emittibbli jekk it-tmiem tal-perjodu jkun it-tmiem tal-perjodu ta’ kontinġenza. Ridikjarazzjoni mhijiex permessa jekk il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux meta jiskadi l-perjodu ta’ kontinġenza.

53 Jekk il-kisba jew iż-żamma ta’ ammont speċifikat ta’ qligħ għal perjodu tkun il-kundizzjoni għall-ħruġ kontinġenti u jekk dak l-ammont ikun inkiseb fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar iżda irid jinżamm wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar għal perjodu addizzjonali, f’dan il-każ l-ishma ordinarji addizzjonali jitqiesu bħala pendenti, jekk l-effett ikun dilwittiv, fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem. F’dak il-każ, il-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem tkun ibbażata fuq l-għadd ta’ ishma ordinarji li kieku jinħarġu kieku l-ammont tal-qligħ fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar kien l-ammont tal-qligħ fit-tmiem tal-perjodu ta’ kontinġenza. Minħabba li l-qligħ jista’ jinbidel f’perjodu futur, il-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku għal kull sehem ma tinkludix ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti bħal dawn sat-tmiem tal-perjodu ta’ kontinġenza minħabba li ma ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet kollha.

54 L-għadd ta’ ishma bi ħruġ kontinġenti jista’ jiddependi mill-prezz tas-suq futur tal-ishma ordinarji. F’dak il-każ, jekk l-effett ikun dilwittiv, il-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem tkun ibbażata fuq l-għadd ta’ ishma ordinarji li jinħarġu kieku l-prezz tas-suq fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar kien il-prezz tas-suq fit-tmiem tal-perjodu ta’ kontinġenza. Jekk il-kundizzjoni tkun ibbażata fuq medja tal-prezzijiet tas-suq matul perjodu ta’ żmien li jestendi lil hinn mit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, tintuża l-medja għall-perjodu ta’ żmien li skada. Minħabba li l-prezz tas-suq jista’ jinbidel f’perjodu futur, il-kalkolazzjoni ta’ qligħ bażiku għal kull sehem ma tinkludix ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti bħal dawn sat-tmiem tal-perjodu ta’ kontinġenza minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa.

55 L-għadd ta’ ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti jista’ jiddependi minn qligħ futur u minn prezzijiet futuri tal-ishma ordinarji. F’każijiet bħal dawn, l-għadd ta’ ishma ordinarji inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem huwa bbażat fuq iż-żewġ kundizzjonijiet (jiġifieri qligħ sal-lum u l-prezz tas-suq kurrenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar). Ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti mhumiex inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ għal kull sehem dilwit sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet.

56 F’każijiet oħra, l-għadd ta’ ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti jiddependi fuq kundizzjoni oħra għajr il-qligħ jew il-prezz tas-suq (pereżempju, il-ftuħ ta’ għadd speċifiku ta’ ħwienet tal-imnut). F’dawn il-każijiet, bis-suppożizzjoni li l-istat preżenti tal-kundizzjoni jibqa’ l-istess sat-tmiem tal-perjodu ta’ kontinġenza, l-ishma ordinarji bi ħruġ kontinġenti huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem skont l-istat fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

57 Ishma ordinarji potenzjali bi ħruġ kontinġenti (għajr dawk koperti minn ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta’ ishma, bħall-istrumenti konvertibbli bi ħruġ kontinġenti) huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem kif ġej:

(a) 

entità tiddetermina jekk l-ishma ordinarji potenzjali jistgħux jiġu preżunti li jkunu emittibbli abbażi tal-kundizzjonijiet speċifikati għall-ħruġ tagħhom f’konformità mal-provvedimenti tal-ishma ordinarji kontinġenti fil-paragrafi 52–56; u

(b) 

jekk dawk l-ishma ordinarji potenzjali jenħtieġx li jkunu riflessi fil-qligħ dilwit għal kull sehem, entità tiddetermina l-impatt tagħhom fuq il-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem billi ssegwi l-provvedimenti għall-opzjonijiet u l-warrants fil-paragrafi 45-48, il-provvedimenti għall-istrumenti konvertibbli fil-paragrafi 49–51, il-provvedimenti għall-kuntratti li jistgħu jiġu saldati b’ishma ordinarji jew bi flus fil-paragrafi 58–61 jew provvedimenti oħra, kif xieraq.

Madankollu, eżerċizzju jew konverżjoni ma tkunx preżunta għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem sakemm ma jkunx preżunt l-eżerċizzju jew il-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali pendenti simili li mhumiex bi ħruġ kontinġenti.

Kuntratti li jistgħu jissaldaw b’ishma jew bi flus

58   Meta entità toħroġ kuntratt li jista’ jissalda b’ishma ordinarji jew bi flus skont l-għażla tal-entità, l-entità għandha tippreżumi li l-kuntratt se jiġi saldat b’ishma ordinarji, u l-ishma ordinarji potenzjali li jirriżultaw għandhom jiġu inklużi fil-qligħ dilwit għal kull sehem jekk l-effett ikun dilwittiv.

59 Meta dan it-tip ta’ kuntratt jiġi ppreżentat għal skopijiet kontabbilistiċi bħala assi jew obbligazzjoni, jew komponent tal-ekwità u komponent tal-obbligazzjoni, l-entità għandha taġġusta n-numeratur għal kwalunkwe bidla fil-profitt jew telf li tkun irriżultat matul il-perjodu jekk il-kuntratt ikun ġie klassifikat b’mod sħiħ bħala strument ta’ ekwità. Dak l-aġġustament huwa simili għall-aġġustamenti meħtieġa fil-paragrafu 33.

60   Għall-kuntratti li jistgħu jissaldaw b’ishma ordinarji jew bi flus skont l-għażla tad-detentur, għandu jintuża l-aktar saldu dilwittiv bejn is-saldu bi flus u s-saldu b’ishma fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem.

61 Eżempju ta’ kuntratt li jista’ jissalda b’ishma ordinarji jew bi flus huwa strument ta’ dejn li, meta jimmatura, jagħti lill-entità d-dritt bla riservi li ssalda l-ammont ta’ kapital bi flus jew bl-ishma ordinarji proprji tagħha. Eżempju ieħor huwa opzjoni put mibjugħa li tagħti lid-detentur id-dritt li jsalda b’ishma ordinarji jew bi flus.

Opzjonijiet mixtrija

62 Kuntratti bħal opzjonijiet put mixtrija u opzjonijiet call mixtrija (jiġifieri opzjonijiet miżmuma mill-entità fuq l-ishma ordinarji proprji tagħha) mhumiex inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem minħabba li l-inklużjoni tagħhom tkun antidilwittiva. L-opzjoni put tkun eżerċitata biss jekk il-prezz tal-eżerċitar ikun ogħla mill-prezz tas-suq u l-opzjoni call tkun eżerċitata biss jekk il-prezz tal-eżerċitar ikun aktar baxx mill-prezz tas-suq.

Opzjonijiet put mibjugħa

63   Kuntratti li jeħtieġu li entità tirriakkwista l-ishma proprji tagħha, bħal opzjonijiet put mibjugħa u kuntratt ta’ xiri forward, huma riflessi fil-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem jekk l-effett ikun wieħed dilwittiv. Jekk dawn il-kuntratti jkunu “favorevoli” matul il-perjodu (jiġifieri l-prezz tal-eżerċitar jew tas-saldu jkun ogħla mill-medja tal-prezz tas-suq għal dak il-perjodu), l-effett dilwittiv potenzjali fuq il-qligħ għal kull sehem għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

(a) 

għandu jiġi preżunt li fil-bidu tal-perjodu jinħarġu biżżejjed ishma ordinarji (bil-prezz medju tas-suq matul il-perjodu) biex jiġġeneraw rikavati li jissodisfaw il-kuntratt;

(b) 

għandu jiġi preżunt li r-rikavati mill-ħruġ jintużaw biex jiġi ssodisfat il-kuntratt (jiġifieri biex jinxtraw lura l-ishma ordinarji); u

(c) 

l-ishma ordinarji inkrementali (id-differenza bejn l-għadd ta’ ishma ordinarji preżunti maħruġa u l-għadd ta’ ishma ordinarji riċevuti mill-issodisfar tal-kuntratt) għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem.

AĠĠUSTAMENTI RETROSPETTIVI

64   Jekk l-għadd ta’ ishma ordinarji jew ishma ordinarji potenzjali pendenti jiżdied b’riżultat ta’ kapitalizzazzjoni, ħruġ ta’ ishma bonus jew frazzjonament tal-ishma, jew tnaqqis b’riżultat ta’ retrofrazzjonament tal-ishma, il-kalkolazzjoni ta’ qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem għall-perjodi kollha ppreżentati għandha tkun aġġustata b’mod retrospettiv. Jekk dawn il-bidliet iseħħu wara l-perjodu ta’ rapportar iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-ħruġ, il-kalkolazzjonijiet għal kull sehem għal dawk ir-rapporti finanzjarji u għar-rapporti finanzjarji ta’ kull perjodu preċedenti ppreżentati għandhom ikunu bbażati fuq l-għadd ġdid ta’ ishma. Il-fatt li l-kalkolazzjonijiet għal kull sehem jirriflettu bidliet bħal dawn fl-għadd ta’ ishma għandu jiġi ddivulgat. Barra minn hekk, qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem tal-perjodi kollha ppreżentati għandu jkun aġġustat għall-effetti ta’ erruri u aġġustamenti li jirriżultaw minn bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà kontabbilizzati b’mod retrospettiv.

65 Entità ma tirridikjara l-qligħ dilwit għal kull sehem tal-ebda perjodu preċedenti ppreżentat għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet użati fil-kalkolazzjonijiet tal-qligħ għal kull sehem jew għall-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali f’ishma ordinarji.

PREŻENTAZZJONI

66   Fir-rapport tal-introjtu komprensiv, entità għandha tippreżenta l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem għall-profitt jew telf mill-operazzjonijiet kontinwi attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-entità omm u għall-profitt u telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarji tal-kumpanija omm għall-perjodu ta’ kull klassi ta’ ishma ordinarji li għandha dritt differenti li jkollha sehem mill-profitt għal dak il-perjodu. Entità għandha tippreżenta l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem bi prominenza ugwali għall-perjodi kollha ppreżentati.

67 Qligħ għal kull sehem huwa ppreżentat għal kull perjodu li għalih jiġi ppreżentat rapport ta’ introjtu komprensiv. Jekk jiġi rapportat qligħ dilwit għal kull sehem għal mill-anqas perjodu wieħed, dan għandu jiġi rapportat għall-perjodi kollha ppreżentati, anki jekk ikun ugwali għal qligħ bażiku għal kull sehem. Jekk il-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem ikun ugwali, tista’ titwettaq preżentazzjoni doppja f’linja waħda fir-rapport tal-introjtu komprensiv.

67A Jekk entità tippreżenta entrati ta’ profitt jew telf f’rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), din tippreżenta l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem, kif meħtieġ fil-paragrafi 66 u 67 f’dak ir-rapport separat.

68   Entità li tirrapporta operazzjoni li ma tkomplietx għandha tiddivulga l-ammonti għal kull sehem bażiċi u dilwiti għall-operazzjoni li ma tkomplietx fir-rapport tal-introjtu komprensiv jew fin-noti.

68A Jekk entità tippreżenta entrati ta’ profitt jew telf f’rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), din tippreżenta l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem għall-operazzjonijiet li ma tkomplewx, kif meħtieġ fil-paragrafu 68 f’dak ir-rapport separat jew fin-noti.

69   Entità għandha tippreżenta l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem, anki jekk l-ammonti jkunu negattivi (jiġifieri telf għal kull sehem).

DIVULGAZZJONI

70   Entità għandha tiddivulga dan li ġej:

(a) 

l-ammonti użati bħala n-numeraturi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem, u rikonċiljazzjoni ta’ dawk l-ammonti mal-profitt jew telf attribwibbli għall-kumpanija omm għal dak il-perjodu. Ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi l-effett individwali ta’ kull klassi ta’ strumenti li taffettwa l-qligħ għal kull sehem;

(b) 

il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji użati bħala d-denominatur fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem, u rikonċiljazzjoni ta’ dawn id-denominaturi ma’ xulxin. Ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi l-effett individwali ta’ kull klassi ta’ strumenti li taffettwa l-qligħ għal kull sehem;

(c) 

strumenti (inklużi ishma bi ħruġ kontinġenti) li jistgħu potenzjalment ikunu dilwittivi għall-qligħ bażiku għal kull sehem fil-futur, iżda li ma kinux inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem minħabba li huma antidilwittivi għall-perjodu/i ppreżentat(i);

(d) 

deskrizzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ishma ordinarji jew tranżazzjonijiet ta’ ishma ordinarji potenzjali, għajr dawk ikkontabbilizzati f’konformità mal-paragrafu 64, li jseħħu wara l-perjodu ta’ rapportar u li setgħu jbiddlu b’mod sinifikanti l-għadd ta’ ishma ordinarji jew ishma ordinarji potenzjali pendenti fit-tmiem tal-perjodu li kieku dawk it-tranżazzjonijiet seħħew qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

71 Eżempji ta’ tranżazzjonijiet fil-paragrafu 70(d) jinkludu:

(a) 

ħruġ ta’ ishma għall-flus;

(b) 

ħruġ ta’ ishma fejn ir-rikavati jintużaw biex jitħallas lura dejn jew ishma privileġġati pendenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;

(c) 

it-tifdija ta’ ishma ordinarji pendenti;

(d) 

il-konverżjoni jew l-eżerċitar ta’ ishma ordinarji potenzjali pendenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar f’ishma ordinarji;

(e) 

il-ħruġ ta' opzjonijiet, warrants, jew strumenti konvertibbli; u

(f) 

il-kisba ta’ kundizzjonijiet li kieku kienu jirriżultaw fil-ħruġ ta’ ishma bi ħruġ kontinġenti.

L-ammonti ta’ qligħ għal kull sehem mhumiex aġġustati għal tranżazzjonijiet bħal dawn li jseħħu wara l-perjodu ta’ rapportar minħabba li tranżazzjonijiet bħal dawn ma jaffettwawx l-ammont ta’ kapital użat fil-produzzjoni ta’ profitt jew telf għal dak il-perjodu.

72 Strumenti finanzjarji u kuntratti oħra li jiġġeneraw ishma ordinarji potenzjali jistgħu jinkorporaw termini u kundizzjonijiet li jaffettwaw il-kejl ta’ qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem. Dawn it-termini u kundizzjonijiet jistgħu jiddeterminaw jekk xi ishma ordinarji potenzjali humiex dilwittivi, u jekk dan ikun il-każ, l-effett tagħhom fuq il-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma pendenti u kwalunkwe aġġustament konsegwenti fuq il-profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja. Titħeġġeġ id-divulgazzjoni ta’ termini u kundizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji u kuntratti oħra, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor (ara l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet).

73   Jekk entità tiddivulga, apparti l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem, l-ammonti għal kull sehem bl-użu ta’ komponent irrappurtat tar-rapport tal-introjtu komprensiv ħlief dak meħtieġ minn dan l-Istandard, dawn l-ammonti għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji ddeterminati f’konformità ma’ dan l-Istandard. Ammonti għal kull sehem bażiċi u dilwiti relatati ma’ komponent bħal dan għandhom jiġu ddivulgati bi prominenza ugwali u ppreżentati fin-noti. Entità għandha tindika l-bażi li fuqha n-numeratur(i) jiġi/u determinat(i), inklużi jekk l-ammonti għal kull sehem humiex qabel jew wara t-taxxa. Jekk komponent tar-rapport tal-introjtu komprensiv jintuża u ma jkunx irrapportat bħala entrata f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv, għandha ssir rikonċiljazzjoni bejn il-komponent użat u entrata f’linja li tkun irrapportata fir-rapport tal-introjtu komprensiv.

73A   Il-paragrafu 73 japplika wkoll għal entità li tiddivulga, apparti l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem, l-ammonti għal kull sehem bl-użu ta’ entrata rapportata ta’ profitt jew telf, għajr dik meħtieġa minn dan l-Istandard.

DATA EFFETTIVA

74 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

74A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, żied il-paragrafi 4A, 67A, 68A u 73A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

74B L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4, 40 u A11. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

74C L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 47A u A2. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

74D  Preżentazzjoni ta’ Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafi 4A, 67A, 68A u 73A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

74E L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

75 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 33 Qligħ għal Kull Sehem (maħruġ fl-1997).

76 Dan l-Istandard jieħu post l-SIC24 Qligħ għal Kull Sehem — Strumenti Finanzjarji u Kuntratti Oħra li Jistgħu Jissaldaw Permezz ta’ Ishma.

Appendiċi A

GWIDA TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.

Profitt jew telf attribwibbli għall-kumpanija omm

A1 Għall-iskop ta’ kalkolazzjoni ta’ qligħ għal kull sehem abbażi ta’ rapporti finanzjarji konsolidati, profitt jew telf attribwibbli għall-kumpanija omm jirreferi għall-profitt jew telf tal-entità konsolidata wara l-aġġustament għall-interessi nonkontrollanti.

Emissjonijiet bi drittijiet preferenzjali

A2 Il-ħruġ ta’ ishma ordinarji fiż-żmien tal-eżerċitar jew tal-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali normalment ma jwassalx għal element ta’ bonus. Dan għaliex l-ishma ordinarji potenzjali normalment jinħarġu għall-valur ġust, li jirriżulta f’bidla proporzjonata fir-riżorsi disponibbli għall-entità. Madankollu, f’emissjoni bi drittijiet preferenzjali, il-prezz tal-eżerċitar spiss ikun inqas mill-valur ġust tal-ishma. Għaldaqstant, kif innotat fil-paragrafu 27(b), din l-emissjoni bi drittijiet preferenzjali tinkludi element ta’ bonus. Jekk emissjoni bi drittijiet preferenzjali tiġi offruta lill-azzjonisti eżistenti kollha, l-għadd ta’ ishma ordinarji li għandu jintuża fil-kalkolazzjoni ta’ qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem għall-perjodi kollha qabel l-emissjoni bi drittijiet preferenzjali jkun l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti qabel l-emissjoni, immultiplikat bil-fattur li ġej:

image

Il-valur ġust teoretiku ta’ sehem qabel il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ikun ikkalkulat billi wieħed iżid il-valur ġust aggregat tal-ishma immedjatament qabel l-eżerċitar tad-drittijiet mar-rikavati mill-eżerċitar tad-drittijiet, u jiddividi bl-għadd ta’ ishma pendenti wara l-eżerċitar tad-drittijiet. Meta d-drittijiet ikunu se jiġu nnegozjati pubblikament b’mod separat mill-ishma qabel id-data tal-eżerċizzju, il-valur ġust jitkejjel fl-għeluq tal-aħħar jum li fih l-ishma jiġu nnegozjati flimkien mad-drittijiet.

Ċifra tal-kontroll

A3 Biex jingħata eżempju tal-idea tal-applikazzjoni taċ-ċifra tal-kontroll deskritta fil-paragrafi 42 u 43, nassumu li l-entità għandha profitt mill-operazzjonijiet kontinwi attribwibbli lill-kumpanija omm ta’ CU 4800 ( 20 ), telf minn operazzjonijiet li ma tkomplewx attribwibbli lill-kumpanija omm ta’ (CU 7200), telf attribwibbli lill-kumpanija omm ta’ (CU 2400), u 2000 sehem ordinarju u 400 sehem ordinarju potenzjali pendenti. Il-qligħ bażiku għal kull sehem tal-entità huwa ta’ CU 2,40 għal operazzjonijiet kontinwi, (CU 3,60) għal operazzjonijiet li ma tkomplewx u (CU 1,20) għat-telf. L-400 sehem ordinarju potenzjali jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem minħabba li ż-CU 2,00 li jirriżultaw bħala qligħ għal kull sehem għal operazzjonijiet kontinwi hija dilwittiva, bis-suppożizzjoni li ma hemm l-ebda impatt ta’ profitt jew telf ta’ dawk l-400 sehem ordinarju potenzjali. Minħabba li l-profitt minn operazzjonijiet kontinwi attribwibbli lill-kumpanija omm huwa ċ-ċifra tal-kontroll, l-entità tinkludi wkoll dawk l-400 sehem ordinarju potenzjali fil-kalkolazzjoni tal-ammonti l-oħra ta’ qligħ għal kull sehem, għalkemm l-ammonti ta’ qligħ għal kull sehem li jirriżultaw huma antidilwittivi meta mqabbla mal-ammonti ta’ qligħ bażiku għal kull sehem, jiġifieri t-telf għal kull sehem huwa inqas [(CU 3,00) għal kull sehem mit-telf minn operazzjonijiet li ma tkomplewx u (CU 1,00) għal kull sehem għat-telf].

Prezz medju tas-suq ta’ ishma ordinarji

A4 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, il-prezz medju tas-suq ta’ ishma ordinarji preżunti bħala maħruġa huwa kkalkulat abbażi tal-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perjodu. Teoretikament, kull tranżazzjoni tas-suq għall-ishma ordinarji ta’ entità tista’ tiġi inkluża fid-determinazzjoni tal-prezz medju tas-suq. Fil-prattika, madankollu, medja sempliċi ta’ prezzijiet fuq medda ta’ ġimgħa jew ta’ xahar hija ġeneralment adegwata.

A5 Ġeneralment, prezzijiet fl-għeluq tas-suq huma adegwati għall-kalkolazzjoni tal-prezz medju tas-suq. Madankollu, meta l-prezzijiet ivarjaw ħafna, medja tal-prezzijiet l-aktar għolja u baxxi ġeneralment tipproduċi prezz iktar rappreżentattiv. Il-metodu użat fil-kalkolazzjoni tal-prezz medju tas-suq jintuża b’mod konsistenti sakemm ma jibqax rappreżentattiv minħabba bidla fil-kundizzjonijiet. Pereżempju, entità li tuża l-prezzijiet fl-għeluq tas-suq biex ikun ikkalkulat il-prezz medju tas-suq għal diversi snin bi prezzijiet relattivament stabbli tista’ taqleb għal sistema ta’ medja tal-aktar prezzijiet għolja u baxxi jekk il-prezzijiet jibdew ivarjaw ħafna u l-prezzijiet fl-għeluq tas-suq ma jibqgħux jipproduċu prezz medju rappreżentattiv.

Opzjonijiet, warrants u l-ekwivalenti tagħhom

A6 Opzjonijiet jew warrants biex jinxtraw strumenti konvertibbli huma preżunti li se jiġu eżerċitati biex jinxtara l-istrument konvertibbli kull meta l-prezzijiet medji kemm tal-istrument konvertibbli kif ukoll tal-ishma ordinarji li jistgħu jinkisbu mal-konverżjoni ikunu ogħla mill-prezz tal-eżerċitar tal-opzjonijiet jew tal-warrants. Madankollu, eżerċizzju ma jkunx preżunt sakemm ma tkunx preżunta wkoll il-konverżjoni ta’ strumenti konvertibbli pendenti simili, jekk ikun hemm.

A7 Opzjonijiet jew warrants jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-ħruġ b’offerta ta’ dejn jew strumenti oħrajn tal-entità (jew tal-kumpanija omm tagħha jew sussidjarja) fil-pagament tal-prezz tal-eżerċitar kollu jew porzjon minnu. Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, dawk l-opzjonijiet jew warrants għandhom effett dilwittiv jekk (a) il-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji relatati għall-perjodu jaqbeż il-prezz tal-eżerċitar jew (b) il-prezz tal-bejgħ tal-istrument li se jinħareġ b’offerta jkun inqas minn dak li fih l-istrument jista’ jinħareġ b’offerta skont il-ftehim tal-opzjoni jew tal-warrant u l-iskont li jirriżulta jistabbilixxi prezz tal-eżerċitar effettiv li jkun inqas mill-prezz tas-suq tal-ishma ordinarji li jistgħu jinkisbu mal-eżerċitar. Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal sehem, dawk l-opzjonijiet jew warrants huma preżunti li jkunu eżerċitati u d-dejn jew strumenti oħra jkunu preżunti li se jinħarġu għall-offerti. Jekk l-għoti ta’ flus ikun aktar vantaġġuż għat-titolar tal-opzjoni jew tal-warrant u l-kuntratt jippermetti l-għoti ta’ flus, l-għoti tal-flus jiġi preżunt. Mgħax (nett mit-taxxa) fuq kwalunkwe dejn preżunt li se jinħareġ b’offerta jiżdied lura bħala aġġustament għan-numeratur.

A8 Jingħata trattament simili lill-ishma privileġġati li għandhom dispożizzjonijiet simili jew lil strumenti oħra li għandhom opzjonijiet ta’ konverżjoni li jippermettu li l-investitur iħallas bi flus għal rata ta’ konverżjoni aktar favorevoli.

A9 It-termini sottostanti ta’ ċerti opzjonijiet jew warrants jistgħu jeħtieġu li jiġu applikati r-rikavati riċevuti mill-eżerċitar ta’ dawk l-istrumenti biex jinfeda d-dejn jew strumenti oħra tal-entità (jew il-kumpanija omm jew sussidjarja tagħha). Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem, jiġi preżunt li dawk l-opzjonijiet jew warrants se jkunu eżerċitati u r-rikavati applikati se jixtru d-dejn bil-prezz medju tas-suq minflok jixtru ishma ordinarji. Madankollu, jiġu kkunsidrati r-rikavati żejda riċevuti mill-eżerċizzju preżunt fuq l-ammont użat għax-xiri preżunt tad-dejn (jiġifieri preżunt li se jintużaw biex jinxtraw lura ishma ordinarji) fil-kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem. Mgħax (nett mit-taxxa) fuq kwalunkwe dejn preżunt li se jinxtara jiżdied lura bħala aġġustament għan-numeratur.

Opzjonijiet put mibjugħa

A10 Bħala eżempju tal-applikazzjoni tal-paragrafu 63, nassumu li entità għandha 120 opzjoni put mibjugħa pendenti fuq l-ishma ordinarji tagħha bi prezz tal-eżerċitar ta’ CU 35. Il-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji tagħha għall-perjodu huwa ta’ CU 28. Meta tikkalkula l-qligħ dilwit għal kull sehem, l-entità tassumi li ħarġet 150 sehem bi CU 28 għal kull sehem fil-bidu tal-perjodu biex tissodisfa l-obbligu put tagħha ta’ CU 4200. Id-differenza bejn il-150 sehem ordinarju maħruġ u l-120 sehem ordinarju riċevut mill-issodisfar tal-opzjoni put (30 sehem ordinarju inkrimentali) tiżdied mad-denominatur fil-kalkolu ta’ qligħ dilwit għal kull sehem.

Strumenti ta’ sussidjarji, impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati

A11 Ishma ordinarji potenzjali ta’ sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata konvertibbli f’ishma ordinarji tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata, jew ishma ordinarji tal-kumpanija omm, jew investituri bil-kontroll konġunt tad-destinatarja ta’ investiment, jew b’influwenza sinifikanti (l-entità relatriċi) fuqha, jiġu inklużi fil-kalkolu tal-qligħ dilwit għal kull sehem kif ġej:

(a) 

strumenti maħruġa minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata li tippermetti li t-titolari tagħhom jiksbu ishma ordinarji tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tad-data tal-qligħ dilwit għal kull sehem tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata. Dak il-qligħ għal kull sehem imbagħad jiġi inkluż fil-kalkolazzjonijiet tal-qligħ għal kull sehem tal-entità relatriċi, abbażi taż-żamma tal-strumenti tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata tal-entità relatriċi;

(b) 

strumenti ta’ sussidjarja, ta’ impriża konġunta jew ta’ kumpanija assoċjata li jkunu konvertibbli f’ishma ordinarji tal-entità relatriċi huma kkunsidrati fost l-ishma ordinarji potenzjali tal-entità relatriċi għall-iskop ta’ kalkolazzjoni tal-qligħ dilwit għal kull sehem. Bl-istess mod, opzjonijiet jew warrants maħruġa minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata biex jinxtraw ishma ordinarji tal-entità relatriċi huma kkunsidrati fost l-ishma ordinarji potenzjali tal-entità relatriċi fil-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit konsolidat għal kull sehem.

A12 Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-effett tal-qligħ għal kull sehem ta’ strumenti maħruġa minn entità relatriċi li huma konvertibbli f’ishma ordinarji ta’ sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, l-istrumenti huma preżunti li huma konvertiti u n-numeratur (profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm) aġġustati kif meħtieġ f’konformità mal-paragrafu 33. Apparti dawn l-aġġustamenti, in-numeratur jiġi aġġustat għal kwalunkwe bidla fil-profitt jew telf irreġistrat mill-entità relatriċi (bħall-introjtu minn dividendi jew introjtu mill-metodu tal-ekwità) li hija attribwibbli għaż-żieda fl-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata b’riżultat tal-konverżjoni preżunta. Id-denominatur tal-qligħ dilwit għal kull sehem ma jkunx affettwat minħabba li l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti tal-entità relatriċi ma jinbidilx mal-konverżjoni preżunta.

Strumenti ta’ekwità parteċipanti u ishma ordinarji f’żewġ klassijiet

A13 L-ekwità ta’ xi entitajiet tinkludi:

(a) 

strumenti li jipparteċipaw f’dividendi b’ishma ordinarji skont formula predeterminata (pereżempju tnejn għal kull wieħed) kultant b’limitu massimu fuq il-livell ta’ parteċipazzjoni (pereżempju, sa ammont speċifikat għal kull sehem, iżda mhux aktar minnu);

(b) 

klassi ta’ ishma ordinarji b’rata ta’ dividend differenti minn dik ta’ klassi oħra ta’ ishma ordinarji, iżda bla drittijiet preċedenti jew għolja.

A14 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem, il-konverżjoni hija preżunta għal dawk l-istrumenti deskritti fil-paragrafu A13 li huma konvertibbli f’ishma ordinarji jekk l-effett ikun wieħed dilwittiv. Għal dawk l-istrumenti li mhumiex konvertibbli fi klassi ta’ ishma ordinarji, profitt jew telf għall-perjodu li huwa allokat għall-klassijiet differenti ta’ ishma u strumenti ta’ ekwità parteċipanti f’konformità mad-drittijiet tad-dividendi tagħhom jew drittijiet oħra li jipparteċipaw fi qligħ imfaddal. Biex tikkalkula l-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem:

(a) 

profitt jew telf attribwibbli lit-titolari ta’ ekwità ordinarja tal-kumpanija omm jiġi aġġustat (tnaqqis fil-profitt jew żieda fit-telf) bl-ammont ta’ dividendi ddikjarati fil-perjodu għal kull klassi ta’ ishma u bl-ammont ta’ dividendi kuntrattwali (jew mgħax fuq bonds parteċipattivi) li jrid jitħallas għall-perjodu (pereżempju, dividendi kumulattivi mhux imħallsa);

(b) 

il-profitt jew telf li jibqa’ jiġi allokat għal ishma ordinarji u strumenti ta’ekwità parteċipanti sal-livell li kull strument ikollu sehem fil-qligħ daqslikieku l-profitt jew telf kollu għall-perjodu kien ġie distribwit. Il-profitt jew telf totali allokat għal kull klassi ta’ strument ta’ ekwità huwa ddeterminat billi jingħaddu flimkien l-ammont allokat għad-dividendi u l-ammont allokat għal karatteristika ta’ parteċipazzjoni;

(c) 

l-ammont totali tal-profitt jew telf allokat għal kull klassi ta’ strument ta’ ekwità jiġi diviż bl-għadd ta’ strumenti pendenti li għalihom il-qligħ huwa allokat biex ikun determinat il-qligħ għal kull sehem għall-istrument.

Għall-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem, l-ishma ordinarji potenzjali preżunti li nħarġu jiġu inklużi fl-ishma ordinarji pendenti.

Ishma mħallsa parzjalment

A15 Meta jinħarġu ishma ordinarji iżda ma jitħallsux kompletament, dawn jiġu trattati fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku għal kull sehem bħala porzjon ta’ sehem ordinarju sal-punt li huma kienu intitolati li jipparteċipaw fid-dividendi matul il-perjodu meta mqabbel ma’ sehem ordinarju mħallas kompletament.

A16 Sal-punt li ishma mħallsa parzjalment mhumiex intitolati li jipparteċipaw fid-dividendi matul il-perjodu, dawn huma trattati bħala l-ekwivalenti ta’ warrants jew opzjonijiet fil-kalkolazzjoni ta’ qligħ dilwit għal kull sehem. Il-bilanċ mhux imħallas huwa preżunt li jirrappreżenta r-rikavati użati fix-xiri ta’ ishma ordinarji. L-għadd ta’ ishma inklużi fil-qligħ dilwit għal kull sehem huwa d-differenza bejn l-għadd ta’ ishma sottoskritti u l-għadd ta’ ishma preżunti li huma mixtrija.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 34

Rapportar Finanzjarju Interim

OBJETTIV

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kontenut minimu għal rapport finanzjarju interim u li jippreskrivi l-prinċipji għal rikonoxximent u kejl f’rapporti finanzjarji sħaħ jew imqassra għal perjodu interim. Ir-rapportar finanzjarju interim f’waqtu u affidabbli jtejjeb l-abbiltà tal-investituri, il-kredituri, u oħrajn li jifhmu l-kapaċità ta’ entità li tiġġenera qligħ u flussi ta’ flus u l-kundizzjoni finanzjarja u l-likwidità tagħha.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1 Dan l-Istandard ma jordnax liema entitajiet jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippubblikaw rapporti finanzjarji interim, b’liema frekwenza, jew f’liema żmien wara t-tmiem tal-perjodu interim. Madankollu, il-gvernijiet, ir-regolaturi tat-titoli, il-boroż u l-korpi kontabbilistiċi ħafna drabi jeħtieġu li l-entitajiet li għandhom it-titoli ta’ dejn jew ta’ ekwità tagħhom negozjati pubblikament jippubblikaw rapporti finanzjarji interim. Dan l-Istandard japplika jekk entità tkun meħtieġa jew tagħżel li tippubblika rapport finanzjarju interim f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS). Il-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ( 21 ) jħeġġeġ lill-entitajiet innegozjati pubblikament biex jipprovdu rapporti finanzjarji interim li jikkonformaw mal-prinċipji tar-rikonoxximent, tal-kejl, u tad-divulgazzjoni mniżżlin f’dan l-Istandard. Speċifikament, entitajiet innegozjati pubblikament huma mħeġġa:

(a) 

jipprovdu rapporti finanzjarji interim tal-inqas fl-aħħar tal-ewwel nofs tas-sena finanzjarja tagħhom; u

(b) 

jagħmlu r-rapporti finanzjarji interim tagħhom disponibbli mhux aktar tard minn 60 jum wara t-tmiem tal-perjodu interim.

2 Kull rapport finanzjarju, annwali jew interim, huwa evalwat waħdu għall-konformità mal-IFRSs. Il-fatt li entità tista’ ma tkunx ipprovdiet rapporti finanzjarji interim waqt sena finanzjarja partikulari jew li setgħet ipprovdiet rapporti finanzjarji interim li ma jikkonformawx ma’ dan l-Istandard ma jipprevjenix lir-rapporti finanzjarji annwali tal-entità milli jikkonforma mal-IFRSs jekk jagħmlu hekk b’mod ieħor.

3 Jekk ir-rapport finanzjarju interim ta’ entità jkun deskritt li jikkonforma mal-IFRSs, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Istandard. Il-paragrafu 19 jeħtieġ ċertu divulgazzjonijiet f’dak ir-rigward.

DEFINIZZJONIJIET

4   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Perjodu interim huwa perjodu ta’ rapportar finanzjarju li huwa iqsar minn sena finanzjarja sħiħa.
Rapport finanzjarju interim ifisser rapport finanzjarju li fih sett komplet ta’ rapporti finanzjarji (kif deskritt fl-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)) jew sett ta’ rapporti finanzjarji mqassra (kif deskritt f’dan l-Istandard) għal perjodu interim.

KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM

5 L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplet ta’ rapporti finanzjarji bħala li jinkludi l-komponenti li ġejjin:

(a) 

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fit-tmiem tal-perjodu;

(b) 

rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu;

(c) 

rapport tal-bidliet fl-ekwità għall-perjodu;

(d) 

rapport tal-flussi ta’ flus għall-perjodu;

(e) 

noti, li jikkonsistu f’informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà u informazzjoni ta’ spjegazzjoni oħra;

(ea) 

informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti kif speċifikat fil-paragrafi 38 u 38A tal-IAS 1; u

(f) 

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti meta entità tapplika politika tal-kontabbiltà b’mod retrospettiv jew tirrapporta mill-ġdid b’mod retrospettiv xi entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha f’konformità mal-paragrafi 40A-40D tal-IAS 1.

Entità tista’ tuża titoli għar-rapporti li jkunu differenti minn dawk li jintużaw f’dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista’ tuża t-titolu “rapport tal-introjtu komprensiv” minflok “rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv”.

6 Għal raġunijiet ta’ tempestività u ta’ konsiderazzjonijiet ta’ kostijiet u biex tiġi evitata ripetizzjoni ta’ informazzjoni rrappurtata preċedentement, entità tista’ tkun meħtieġa jew tista’ tagħżel li tipprovdi inqas informazzjoni f’dati interim meta mqabbel mar-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Dan l-Istandard jiddefinixxi l-kontenut minimu ta’ rapport finanzjarju interim bħala li jinkludi rapporti finanzjarji mqassra u noti ta’ spjega magħżulin. Ir-rapport finanzjarju interim huwa maħsub biex jipprovdi aġġornament fuq l-aħħar sett komplet ta’ rapporti finanzjarji annwali. Għaldaqstant, dan jiffoka fuq attivitajiet, eventi u ċirkustanzi ġodda li ma jidduplikax informazzjoni rrapportata preċedentement.

7 Xejn f’dan l-Istandard ma huwa maħsub biex jipprojbixxi jew jiskoraġġixxi lil entità milli tippubblika sett komplet ta’ rapporti finanzjarji (kif deskritt fl-IAS 1) fir-rapport finanzjarju interim tagħha, minflok rapporti finanzjarji mqassra u noti ta’ spjega magħżulin. Dan l-Istandard l-anqas ma jipprojbixxi jew jiskoraġġixxi entità milli tinkludi f’rapporti finanzjarji interim mqassra aktar mill-minimu ta’ entrati f’linja jew noti ta’ spjega magħżulin kif stabbilit f’dan l-Istandard. Il-gwida għal rikonoxximent u kejl f’dan l-Istandard tapplika wkoll għal rapporti finanzjarji sħaħ għal perjodu interim, u dawn ir-rapporti jinkludu d-divulgazzjonijiet kollha meħtieġa minn dan l-Istandard (b’mod partikolari d-divulgazzjonijiet tan-noti magħżulin fil-paragrafu 16A) kif ukoll dawk meħtieġa minn IFRSs oħrajn.

Komponenti minimi ta’ rapport finanzjarju interim

8   Rapport finanzjarju interim għandu jinkludi, bħala minimu, il-komponenti li ġejjin:

(a) 

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja mqassar;

(b) 

rapport imqassar jew rapporti mqassra tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv;

(c) 

rapport tal-bidliet fl-ekwità mqassar;

(d) 

rapport tal-flussi ta’ flus imqassar; u

(e) 

noti ta’ spjega magħżulin.

8A   Jekk entità tippreżenta l-entrati tal-profitt jew telf f’rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), din tippreżenta informazzjoni imqassra interim minn dak ir-rapport.

Forma u kontenut tar-rapporti finanzjarji interim

9   Jekk entità tippubblika sett komplet ta’ rapporti finanzjarji fir-rapport finanzjarju interim tagħha, il-forma u l-kontenut ta’ dawk ir-rapporti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-IAS 1 għal sett komplet ta’ rapporti finanzjarji.

10   Jekk entità tippubblika sett ta’ rapporti finanzjarji mqassra fir-rapport finanzjarju interim tagħha, dawk ir-rapporti mqassra għandhom jinkludu, bħala minimu, kull intestatura u subtotal li kien inkluż fl-aktar rapporti finanzjarji annwali riċenti u fin-noti ta’ spjega kif meħtieġ minn dan l-Istandard. Entrati f’linja addizzjonali għandhom jiġu inklużi jekk l-ommissjoni tagħhom tagħmel ir-rapporti finanzjarji interim imqassra qarrieqa.

11   Fir-rapport li jippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf għal perjodu interim, entità għandha tippreżenta qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem għal dak il-perjodu meta l-entità tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 33 Qligħ għal kull Sehem  ( 22 ).

11A   Jekk entità tippreżenta l-entrati tal-profitt jew telf f’rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), din tippreżenta qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem f’dak ir-rapport.

12 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jipprovdi gwida fuq l-istruttura tar-rapporti finanzjarji. Il-Gwida għall-Implementazzjoni tal-IAS 1 turi l-metodi kif ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjara, ir-rapport tal-introjtu komprensiv u r-rapport tal-bidliet fl-ekwità jistgħu jiġu ppreżentati.

14 Rapport finanzjarju interim jiġi ppreparat fuq bażi kkonsolidata jekk ir-rapporti finanzjarji annwali l-aktar reċenti tal-entità kienu rapporti konsolidati. Ir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija omm mhumiex konsistenti jew komparabbli mar-rapporti konsolidati fl-aktar rapport finanzjarju annwali reċenti. Jekk ir-rapport finanzjarju annwali ta’ entità kien jinkludi r-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija omm flimkien mar-rapporti finanzjarji konsolidati, dan l-Istandard la jeħtieġ u lanqas jipprojbixxi l-inklużjoni tar-rapporti separati tal-kumpanija omm fir-rapport finanzjarju interim tal-entità.

Eventi u tranżazzjonijiet sinifikanti

15 Fir-rapport finanzjarju interim tagħha, entità għandha tinkludi spjegazzjoni tal-eventi u t-tranżazzjonijiet li jkunu sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet fil-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-entità mit-tmiem tal-aħħar perjodu ta’ rapportar annwali. L-informazzjoni ddivulgata fir-rigward ta’ dawk l-eventi u t-tranżazzjonijiet għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti ppreżentata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti.

15A Utent tar-rapport finanzjarju interim ta’ entità se jkollu aċċess għall-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti ta’ dik l-entità. Għaldaqstant, in-noti ta’ rapport finanzjarju interim ma għandhomx għalfejn jipprovdu aġġornamenti relattivament insinifikanti għall-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti.

15B Din li ġejja hija lista ta’ eventi u tranżazzjonijiet li jkunu jeħtieġu d-divulgazzjonijiet jekk ikunu sinifikanti: il-lista mhijiex eżawrjenti.

(a) 

it-tniżżil fil-valur tal-inventarji għal valur nett realizzabbli u r-riversjar ta’ dan it-tniżżil fil-valur;

(b) 

rikonoxximent ta’ telf mill-indeboliment ta’ assi finanzjarji, proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli, assi li jirriżultaw minn kuntratti mal-konsumaturi, jew assi oħrajn, u r-riversjar ta’ dan it-telf minn indeboliment;

(c) 

ir-riversjar ta’ kwalunkwe provvediment għall-kostijiet ta’ ristrutturar;

(d) 

akkwiżizzjonijiet u disponimenti ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir;

(e) 

impenji għax-xiri ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir;

(f) 

ftehimiet fuq tilwim;

(g) 

korrezzjonijiet ta’ erruri fil-perjodi preċedenti;

(h) 

bidliet fiċ-ċirkustanzi tan-negozju jew ekonomiċi li jaffettwaw il-valur ġust tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità, kemm jekk dawk l-assi jew obbligazzjonijiet ikunu rikonoxxuti f’valur ġust kif ukoll jekk f’kost amortizzat;

(i) 

kwalunkwe inadempjenza ta’ self jew ksur ta’ ftehim dwar self li ma jkunx ġie rimedjat fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar jew qabel;

(j) 

tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati;

(k) 

trasferimenti bejn il-livelli tal-ġerarkija tal-valur ġust użati fil-kejl tal-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji;

(l) 

bidliet fil-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarji b’riżultat ta’ bidla fl-iskop jew fl-użu ta’ dawk l-assi; u

(m) 

bidliet fl-obbligazzjonijiet kontinġenti jew fl-assi kontinġenti.

15C IFRSs individwali jipprovdu gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal bosta mill-entrati elenkati fil-paragrafu 15B. Meta event jew tranżazzjoni tkun sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet fil-pożizzjoni finanzjarja jew fil-prestazzjoni ta’ entità mill-aħħar perjodu ta’ rapportar annwali, jenħtieġ li r-rapport finanzjarju interim tagħha jipprovdi spjegazzjoni u aġġornament tal-informazzjoni rilevanti inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-aħħar perjodu ta’ rapportar annwali.

16 [Imħassar]

Divulgazzjonijiet oħrajn

16A   Minbarra li tiddivulga eventi u tranżazzjonijiet sinifikanti f’konformità mal-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja, fin-noti għar-rapporti finanzjarji interim, jekk ma tiddivulgahiex xi mkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. Id-divulgazzjonijiet li ġejjin għandhom jingħataw fir-rapporti finanzjarji interim jew ikunu inkorporati permezz ta’ kontroreferenza mir-rapporti finanzjarji interim għal xi rapport ieħor (bħal kummentarju tal-maniġment jew rapport dwar ir-riskju) li jkun aċċessibbli mill-utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess termini bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin. Jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji ma jkollhomx aċċess għall-informazzjoni inkorporata permezz ta’ kontroreferenza bl-istess termini u fl-istess ħin, ir-rapport finanzjarju interim ma jkunx komplet. Normalment l-informazzjoni għandha tkun irrapportata abbażi tas-sena finanzjarja sa dik id-data.

(a) 

dikjarazzjoni li fir-rapporti finanzjarji interim jiġu segwiti l-istess politiki tal-kontabbiltà u metodi ta’ komputazzjoni kif imqabbel mal-aktar rapporti finanzjarji annwali riċenti jew, jekk dawk il-politiki jew metodi jkunu nbidlu, deskrizzjoni tan-natura u l-effett tal-bidla.

(b) 

kummenti ta’ spjegazzjoni dwar in-natura staġjonali jew ċiklika tal-operazzjonijiet interim.

(c) 

in-natura u l-ammont tal-entrati li jaffettwaw l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu nett jew il-flussi ta’ flus li jkunu insoliti minħabba n-natura, id-daqs jew l-inċidenza tagħhom.

(d) 

in-natura u l-ammont ta’ bidliet fl-istimi tal-ammonti rrapportati f’perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti jew bidliet fl-istimi tal-ammonti rrapportati fi snin finanzjarji preċedenti.

(e) 

ħruġ, riakkwisti u ripagamenti ta’ titoli ta’ dejn u ta’ ekwità.

(f) 

id-dividendi mħallsa (aggregati jew għal kull sehem) separatament għall-ishma ordinarji u ishma oħra.

(g) 

l-informazzjoni dwar is-segmenti li ġejja (id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-segmenti hija meħtieġa fir-rapport finanzjarju interim ta’ entità fil-każ biss li l-IFRS 8 Segmenti Operatorji jitlob lil dik l-entità tiddivulga informazzjoni dwar is-segmenti fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha):

(i) 

dħul mingħand konsumaturi esterni, jekk ikun inkluż fil-kejl tal-profitt jew telf tas-segmenti rieżaminat mid-deċiżur kap tal-operat jew ipprovdut mod ieħor b’mod regolari lid-deċiżur kap tal-operat.

(ii) 

dħul intersegmentali, jekk ikun inkluż fil-kejl tal-profitt jew it-telf tas-segmenti rivedut mid-deċiżur kap tal-operat jew ipprovdut mod ieħor b’mod regolari lid-deċiżur kap tal-operat.

(iii) 

kejl tal-profitt jew it-telf tas-segmenti.

(iv) 

kalkolu tal-assi u l-obbligazzjonijiet totali għal segment rapportabbli partikolari jekk tali ammonti jkunu pprovduti regolarment lid-deċiżur kap tal-operat u jekk kien hemm bidla materjali mill-ammont divulgat fl-aħħar rapporti finanzjarji annwali għal dak is-segment rapportabbli.

(v) 

deskrizzjoni tad-differenzi mill-aħħar rapporti finanzjarji annwali abbażi tas-segmentazzjoni jew abbażi tal-kejl tal-profitt jew telf tas-segmenti.

(vi) 

rikonċiljazzjoni tat-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (introjtu mit-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka entrati lis-segmenti rapportabbli bħall-ispiża tat-taxxa (introjtu mit-taxxa), l-entità tista’ tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf wara dawk l-entrati. L-entrati ta’ rikonċiljazzjoni materjali għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament f’dik ir-rikonċiljazzjoni.

(h) 

eventi wara l-perjodu interim li ma kinux ġew riflessi fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu interim.

(i) 

l-effett tal-bidliet fil-kompożizzjoni tal-entità matul il-perjodu interim, inklużi l-kombinamenti ta’ negozji, il-kisba jew it-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji u l-investimenti fit-tul, ir-ristrutturar, u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx. Fil-każ ta’ kombinamenti ta’ negozji, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji.

(j) 

fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, id-divulgazzjonijiet dwar il-valur ġust meħtieġa mill-paragrafi 91–93(h), 94–96, 98 u 99 tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust u l-paragrafi 25, 26 u 28–30 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet.

(k) 

għal entitajiet li qed isiru, jew li mhux se jibqgħu, entitajiet ta’ investiment, kif definit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, id-divulgazzjonijiet fl-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra, il-paragrafu 9B.

(l) 

id-diżaggregazzjoni tad-dħul mill-kuntratti mal-konsumaturi meħtieġa mill-paragrafi 114–115 tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi.

17-18 [Imħassra]

Divulgazzjoni tal-konformità mal-IFRSs

19   Jekk rapport finanzjarju interim ta’ entità jkun konformi ma’ dan l-Istandard, dak il-fatt għandu jiġi ddivulgat. Rapport finanzjarju interim ma għandux ikun deskritt li jikkonforma mal-IFRSs jekk ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-IFRSs.

Perjodi li għalihom ikun meħtieġ li jiġu ppreżentati rapporti finanzjarji interim

20   Rapporti interim għandhom jinkludu rapporti finanzjarji interim (imqassra jew sħaħ) għall-perjodi li ġejjin:

(a) 

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar tal-perjodu interim kurrenti u rapport komparattiv tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti.

(b) 

rapporti tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu interim kurrenti u kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti sa issa, b’rapporti komparattivi tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv għall-perjodi interim komparabbli (kurrenti u tas-sena sa issa) tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti. Kif permess mill-IAS 1 (kif emendat fl-2011), rapport interim jista’ jippreżenta rapport jew rapporti tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv għal kull perjodu.

(c) 

rapport tal-bidliet fl-ekwità kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti sa issa, b’rapport komparattiv għall-perjodu mis-sena komparabbli sa issa tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti.

(d) 

rapport tal-flussi ta’ flus kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti sa issa, b’rapport komparattiv għall-perjodu mis-sena komparabbli sa issa tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti.

21 Għal entità li n-negozju tagħha jkun staġjonali ħafna, informazzjoni finanzjarja għat-12-il xahar sat-tmiem tal-perjodu interim u informazzjoni komparattiva għall-perjodu ta’ 12-il xahar preċedenti tista’ tkun utli. Għaldaqstant, l-entitajiet li n-negozju tagħhom ikun staġjonali ħafna huma mħeġġa jikkunsidraw li jirrapportaw din l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni mitluba fil-paragrafu preċedenti.

22 Il-Parti A tal-eżempji illustrattivi li jakkumpanjaw dan l-Istandard turi l-perjodi meħtieġa li jkunu ppreżentati minn entità li tirrapporta kull sitt xhur u entità li tirrapporta kull tliet xhur.

Materjalità

23   Fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar kif għandha tiġi rikonoxxuta, imkejla, ikklassifikata, jew iddivulgata entrata għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju interim, il-materjalità għandha tkun ivvalutata fir-rigward tad-data finanzjarja għall-perjodu interim. Meta jsiru valutazzjonijiet tal-materjalità, għandu jiġi rikonoxxut li l-kejl interim jista’ jkun ibbażat fuq stimi sa livell ogħla mill-kejl ta’ data finanzjarja annwali.

24 L-IAS 1 jiddefinixxi informazzjoni materjali u jeħtieġ divulgazzjoni separata ta’ entrati materjali, inkluż (pereżempju) operazzjonijiet li ma tkomplewx, u l-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri jeħtieġ divulgazzjoni ta’ bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà, erruri, u bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà. Iż-żewġ Standards ma fihomx gwida kkwantifikata dwar il-materjalità.

25 Filwaqt li dejjem hemm bżonn ta’ ġudizzju fil-valutazzjoni tal-materjalità, dan l-Istandard jibbaża d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u d-divulgazzjoni fuq data għall-perjodu interim waħdu għal raġunijiet ta’ komprensibbiltà taċ-ċifri interim. Għalhekk, pereżempju, entrati mhux tas-soltu, bidliet fil-politiki jew fl-istimi kontabbilistiċi, u erruri jiġu rikonoxxuti u ddivulgati abbażi tal-materjalità fir-rigward tad-data għal perjodu interim biex jiġu evitati inferenzi qarrieqa li jistgħu jirriżultaw minn nuqqas ta’ divulgazzjoni. L-għan suprem huwa li jkun żgurat li rapport finanzjarju interim jinkludi l-informazzjoni kollha li hija rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni ta’ entità matul il-perjodu interim.

DIVULGAZZJONI FIR-RAPPORTI FINANZJARJI ANNWALI

26   Jekk stima ta’ ammont irrapportat f’perjodu interim inbidlet b’mod sinifikanti matul il-perjodu interim finali tas-sena finanzjarja iżda ma jkunx ġie ppubblikat rapport finanzjarju separat għal dak il-perjodu interim finali, in-natura u l-ammont ta’ dik il-bidla fl-istima għandhom jiġu ddivulgati f’nota fir-rapporti finanzjarji annwali għal dik is-sena finanzjarja.

27 L-IAS 8 jeħtieġ divulgazzjoni tan-natura u (jekk ikun prattikabbli) tal-ammont ta’ bidla fl-istima li għandha effett materjali fil-perjodu kurrenti jew li hija mistennija li jkollha effett materjali f’perjodi sussegwenti. Il-paragrafu 16A(d) ta’ dan l-Istandard jeħtieġ divulgazzjoni simili f’rapport finanzjarju interim. Eżempji jinkludu bidliet fl-istima fil-perjodu interim finali relatat mat-tniżżil fil-valur tal-inventarji, ristrutturazzjonijiet, jew telf minn indeboliment li kien irrapportat f’perjodu interim aktar bikri tas-sena finanzjarja. Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu preċedenti hija konsistenti mar-rekwiżit fl-IAS 8 u hija intiża li jkollha kamp ta’ applikazzjoni limitat — relatata biss mal-bidla fl-istima. Entità mhijiex meħtieġa li tinkludi informazzjoni finanzjarja addizzjonali dwar perjodu interim fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha.

RIKONOXXIMENT U KEJL

L-istess politika tal-kontabbiltà bħal dik annwali

28   Entità għandha tapplika l-istess politiki tal-kontabbiltà fir-rapporti finanzjarji interim tagħha bħalma jkun applikat fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha, ħlief għall-bidliet fil-politika tal-kontabbiltà li jsiru wara d-data tal-aktar rapporti finanzjarji annwali riċenti li għandhom jiġu riflessi fir-rapporti finanzjarji annwali li jmiss. Madankollu, il-frekwenza tar-rapportar ta’ entità (annwali, kull sitt xhur, jew kull tliet xhur) ma għandhiex taffettwa l-kejl tar-riżultati annwali tagħha. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-kejl għal skopijiet ta’ rapportar interim għandu jsir abbażi tas-sena sa issa.

29 Ir-rekwiżit li entità tapplika l-istess politika tal-kontabbiltà fir-rapporti finanzjarji interim tagħha bħal fir-rapporti annwali tagħha tista’ tidher li tissuġġerixxi li l-kejl tal-perjodu interim isir bħallikieku kull perjodu interim huwa perjodu ta’ rapportar indipendenti waħdieni. Madankollu, billi jistabbilixxi li l-frekwenza tar-rapportar ta’ entità ma għandhiex taffettwa l-kejl tar-riżultati annwali tagħha, il-paragrafu 28 jirrikonoxxi li perjodu interim huwa parti minn sena finanzjarja akbar. Il-kejl tas-sena sa issa jista’ jinvolvi bidliet fl-istimi ta’ ammonti rapportati f’perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti. Iżda l-prinċipji għar-rikonoxximent ta’ assi, obbligazzjonijiet, introjtu, u spejjeż għall-perjodi interim huma l-istess bħal fir-rapporti finanzjarji annwali.

30 Biex nispjegaw:

(a) 

il-prinċipji għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ telf minn tniżżil fil-valur tal-inventarji, ristrutturar, jew indebolimenti f’perjodu interim huma l-istess bħal dawk li l-entità ssegwi li kieku hija ppreparat biss rapporti finanzjarji annwali. Madankollu, jekk dawn l-entrati jiġu rikonoxxuti u jitkejlu f’perjodu interim wieħed u l-istima tinbidel f’perjodu interim sussegwenti ta’ dik is-sena finanzjarja, l-istima oriġinali tinbidel fil-perjodu interim sussegwenti bl-akkumulazzjoni ta’ ammont addizzjonali ta’ telf jew bir-riversjar tal-ammont rikonoxxut preċedentement;

(b) 

kost li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi fit-tmiem tal-perjodu interim ma jiġix differit fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew biex tkun mistennija informazzjoni futura dwar jekk hija issodisfatx id-definizzjoni ta’ assi jew inkella biex il-qligħ jitqassam fuq perjodi interim f’sena finanzjarja; u

(c) 

spiża tat-taxxa fuq l-introjtu hija rikonoxxuta f’kull perjodu interim abbażi tal-aħjar stima tal-medja ponderata tar-rata tat-taxxa fuq l-introjtu annwali mistennija għas-sena finanzjarja sħiħa. L-ammonti akkumulati għall-ispiża tat-taxxa fuq l-introjtu f’perjodu interim wieħed jista’ jkollhom jiġu aġġustati f’perjodu interim sussegwenti ta’ dik is-sena finanzjarja jekk l-istima tar-rata tat-taxxa fuq l-introjtu annwali tinbidel.

31 Skont il-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju (Qafas Kunċettwali), ir-rikonoxximent huwa l-proċess ta’ qbid, għall-inklużjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja, entrata li tissodisfa d-definizzjoni ta’ wieħed mill-elementi tar-rapporti finanzjarji. Id-definizzjonijiet ta’ assi, obbligazzjonijiet, introjtu, u spejjeż huma fundamentali għar-rikonoxximent, kemm fi tmiem ir-rapportar finanzjarju annwali kif ukoll f’dak interim.

32 Għall-assi, japplikaw l-istess testijiet ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri fid-dati interim u fl-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ entità. Kostijiet li, min-natura tagħhom, ma jikkwalifikawx bħala assi fi tmiem is-sena finanzjarja lanqas ma jikkwalifikaw fid-dati interim. Bl-istess mod, obbligazzjoni fit-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar interim trid tirrappreżenta obbligu eżistenti f’dik id-data, bħalma għandha tagħmel fit-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar annwali.

33 Karatteristika essenzjali tal-introjtu (dħul) u tal-ispejjeż hija li l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ relatati ta’ assi u obbligazzjonijiet ikunu diġà seħħew. Jekk dawk l-influssi jew il-flussi ta’ ħruġ jkunu diġà seħħew, id-dħul u l-ispejjeż relatati jiġu rikonoxxuti; inkella ma jiġux rikonoxxuti. Il-Qafas Kunċettwali ma jippermettix ir-rikonoxximent ta’ entrati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ assi jew obbligazzjonijiet.

34 Fil-kejl tal-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu, l-ispejjeż, u l-flussi ta’ flus irrapportati fir-rapporti finanzjarji tagħha, entità li tirrapporta biss annwalment tista’ tqis informazzjoni li ssir disponibbli matul is-sena finanzjarja. Il-kejl tagħha huwa, fil-fatt, fuq bażi tas-sena sa issa.

35 Entità li tirrapporta kull sitt xhur tuża informazzjoni disponibbli sa nofs is-sena jew ftit wara biex twettaq il-kejl fir-rapporti finanzjarji tagħha għall-perjodu tal-ewwel sitt xhur kif ukoll informazzjoni disponibbli sal-aħħar tas-sena jew ftit wara għall-perjodu ta’ 12-il xahar. Il-kejl tat-12-il xahar se jirrifletti bidliet possibbli fl-istimi ta’ ammonti rrapportati għall-perjodu tal-ewwel sitt xhur. L-ammonti rrapportati fir-rapport finanzjarju interim għall-perjodu tal-ewwel sitt xhur ma jiġux aġġustati b’mod retrospettiv. Madankollu, il-paragrafi 16A(d) u 26 jeħtieġu li n-natura u l-ammont ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istimi jiġu ddivulgati.

36 Entità li tirrapporta aktar frekwentement milli kull sitt xhur tkejjel l-introjtu u l-ispejjeż fuq bażi tas-sena sa issa għal kull perjodu interim bl-użu ta’ informazzjoni disponibbli meta jkun qed jiġi ppreparat kull sett ta’ rapporti finanzjarji. L-ammonti ta’ introjtu u spejjeż irrapportati fil-perjodu interim kurrenti jirriflettu kwalunkwe bidla fl-istimi tal-ammonti rrapportati f’perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja. L-ammonti rapportati f’perjodi interim preċedenti mhumiex aġġustati b’mod retrospettiv. Madankollu, il-paragrafi 16A(d) u 26 jeħtieġu li n-natura u l-ammont ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istimi jiġu ddivulgati.

Dħul riċevut staġjonalment, ċiklikament, jew okkażjonalment

37   Dħul riċevut staġjonalment, ċiklikament, jew okkażjonalment f’sena finanzjarja ma għandux ikun antiċipat jew differit mid-data interim jekk l-antiċipazzjoni jew id-differiment ma jkunux xierqa fit-tmiem tas-sena finanzjarja tal-entità.

38 Eżempji jinkludu dħul minn dividendi, royalties, u għotjiet tal-gvern. Barra minn hekk, xi entitajiet konsistentement jaqilgħu aktar dħul f’ċerti perjodi interim ta’ sena finanzjarja milli f’perjodi interim oħrajn, pereżempju, dħul staġjonali ta’ bejjiegħa bl-imnut. Dan id-dħul huwa rikonoxxut meta jseħħ.

Kostijiet imġarrba b’mod inkonsistenti matul is-sena finanzjarja

39   Kostijiet imġarrba b’mod inkonsistenti matul is-sena finanzjarja ta’ entità għandhom ikunu antiċipati jew differiti għal finijiet tar-rapportar interim jekk, u biss jekk, ikun xieraq ukoll li dak it-tip ta’ kost ikun antiċipat jew differit fit-tmiem tas-sena finanzjarja.

Applikazzjoni tal-prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl

40 Il-Parti B tal-eżempji illustrattivi tipprovdi eżempji tal-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tar-rikonoxximent u tal-kejl stabbiliti fil-paragrafi 28-39.

Użu ta’ stimi

41   Il-proċeduri ta’ kejl li għandhom ikunu segwiti f’rapport finanzjarju interim għandhom jitfasslu biex jiżguraw li l-informazzjoni li tirriżulta tkun affidabbli u li l-informazzjoni finanzjarja materjali kollha li tkun rilevanti biex jinftiehmu l-pożizzjoni finanzjarja jew il-prestazzjoni tal-entità tiġi ddivulgata b’mod xieraq. Filwaqt li l-kejl fir-rapporti finanzjarji kemm annwali kif ukoll f’dawk interim huwa ħafna drabi bbażat fuq stimi raġonevoli, il-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji interim ġeneralment tkun teħtieġ użu akbar ta’ metodi ta’ stima mir-rapporti finanzjarji annwali.

42 Il-Parti C tal-eżempji illustrattivi li jakkumpanjaw dan l-Istandard tipprovdi eżempji tal-użu tal-istimi f’perjodi interim.

RIDIKJARAZZJONI TA’ PERJODI INTERIM IRRAPPORTATI PREĊEDENTEMENT

43   Bidla fil-politika tal-kontabbiltà, għajr bidla li għaliha t-tranżizzjoni tkun speċifikata minn IFRS ġdid, għandha tkun riflessa permezz ta’:

(a) 

ridikjarazzjoni tar-rapporti finanzjarji ta’ perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti u perjodi interim komparabbli ta’ kwalunkwe sena finanzjarja preċedenti li se jkunu ridikjarati fir-rapporti finanzjarji annwali f'konformità mal-IAS 8; jew

(b) 

meta jkun imprattikabbli li jiġi determinat l-effett kumulattiv fil-bidu tas-sena finanzjarja tal-applikazzjoni ta’ politika tal-kontabbiltà ġdida għall-perjodi preċedenti kollha, aġġustament tar-rapporti finanzjarji ta’ perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti, u perjodi interim komparabbli ta’ snin finanzjarji preċedenti biex tiġi applikata l-politika tal-kontabbiltà ġdida b’mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli.

44 Objettiv wieħed tal-prinċipju preċedenti huwa li jiġi assigurat li tiġi applikata politika tal-kontabbiltà waħda għal klassi partikulari ta’ tranżazzjonijiet matul sena finanzjarja sħiħa. Skont l-IAS 8, bidla fil-politika tal-kontabbiltà tiġi riflessa permezz ta’ applikazzjoni retrospettiva, b’ridikjarazzjoni ta’ data finanzjarja ta’ perjodu preċedenti li tmur lura fiż-żmien sakemm ikun prattikabbli. Madankollu, jekk l-ammont kumulattiv tal-aġġustament relatat ma’ snin finanzjarji preċedenti ma jkunx jista’ jiġi determinat b’mod prattikabbli, allura skont l-IAS 8 il-politika l-ġdida tiġi applikata b’mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli. L-effett tal-prinċipju fil-paragrafu 43 huwa li jeħtieġ li fis-sena finanzjarja kurrenti kwalunkwe bidla fil-politika tal-kontabbiltà tiġi applikata b’mod retrospettiv, jew jekk dan ma jkunx prattikabbli, b’mod prospettiv, minn mhux aktar tard mill-bidu tas-sena finanzjarja.

45 L-awtorizzazzjoni biex il-bidliet kontabbilistiċi jiġu riflessi minn data interim fis-sena finanzjarja tkun tippermetti li żewġ politiki tal-kontabbiltà li jvarjaw bejniethom jiġu applikati għal klassi partikolari ta’ tranżazzjonijiet f’sena finanzjarja waħda. Ir-riżultat ikun diffikultajiet ta’ allokazzjoni interim, redditi operatorji oskurati, u analiżi u komprensibbiltà kumplessi tal-informazzjoni tal-perjodu interim.

DATA EFFETTIVA

46 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1999 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija.

47 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafi 4, 5, 8, 11, 12 u 20, ħassar il-paragrafu 13 u żied il-paragrafi 8A u 11A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

48 L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 16(i). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri.

49 Il-paragrafi 15, 27, 35 u 36 ġew emendati, żdiedu l-paragrafi 15A–15C u 16A u tħassru l-paragrafi 16–18 bit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

50 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, żied il-paragrafu 16A(j). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

51  Preżentazzjoni ta’ Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafi 8, 8A, 11A u 20. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

52  Titjib Annwali Ċiklu 2009-2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

53  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

54  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, żied il-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

55 L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 15B u 16A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

56  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2012-2014, maħruġ f’Settembru 2014, emenda l-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

57  Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Diċembru 2014, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija ta’ dik l-emenda hija permessa.

58  Emendi għar-Referenzi għall-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ fl-2018, emenda l-paragrafi 31 u 33. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. L-applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS. Entità għandha tapplika l-emendi fl-IAS 34 restrospettivament f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Madankollu, jekk entità tiddetermina li applikazzjoni retrospettiva ma tkunx prattikabbli jew tkun tinvolvi kostijiet jew sforzi indebiti, din għandha tapplika l-emenda għall-IAS 34 b’referenza għall-paragrafi 43–45 ta’ dan l-Istandard u l-paragrafi 23–28, 50–53 u 54F tal-IAS 8.

59  Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġ f’Ottubru 2018, emenda l-paragrafu 24. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-emendi għad-definizzjoni ta’ materjali fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafi 5 u 6 tal-IAS 8.

60  Divulgazzjoni tal-Politiki tal-Kontabbiltà, li jemenda l-IAS 1 u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Teħid ta’ Ġudizzji dwar il-Materjalità, u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 36

Indeboliment tal-Assi

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-proċeduri li entità tapplika biex tiżgura li l-assi tagħha jiġu riportati f’mhux aktar mill-ammont rekuperabbli tagħhom. Assi jiġi rikonoxxut f’aktar mill-ammont rekuperabbli tiegħu jekk l-ammont riportat ikun aktar mill-ammont li jrid jiġi rkuprat permezz tal-użu jew il-bejgħ tal-assi. Jekk dan ikun il-każ, l-assi jiġi deskritt bħala indebolit u l-Istandard jeħtieġ li l-entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment. L-Istandard jispeċifika wkoll meta jenħtieġ li entità tirriversja telf minn indeboliment u jippreskrivi d-divulgazzjonijiet.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabbilizzazzjoni tal-indeboliment tal-assi kollha, minbarra:

(a) 

inventarji (ara l-IAS 2 Inventarji);

(b) 

assi kuntrattwali u assi li jirriżultaw mill-kostijiet biex jinkiseb jew jiġi ssodisfat kuntratt li huma rikonoxxuti f’konformità mal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi;

(c) 

assi ta’ taxxa differita (ara l-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu);

(d) 

assi li jirriżultaw mill-benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(e) 

assi finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(f) 

proprjetà għall- investiment li titkejjel fil-valur ġust (ara l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment);

(g) 

assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura li jitkejlu fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ;

(h) 

kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni li huma assi u kwalunkwe assi għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17; u

(i) 

assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

3 Dan l-Istandard ma japplikax għal inventarji, assi li joriġinaw minn kuntratti tal-kostruzzjoni, assi ta’ taxxa differita, assi li joriġinaw minn benefiċċji tal-impjegati, jew assi klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) minħabba li l-IFRSs eżistenti applikabbli għal dawn l-assi jinkludu rekwiżiti għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ dawn l-assi.

4 Dan l-Istandard japplika għal assi finanzjarji klassifikati bħala:

(a) 

sussidjarji, kif definiti fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

(b) 

kumpaniji assoċjati, kif definiti fl-IAS 28 Investmenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti; kif ukoll

(c) 

impriżi konġunti, kif definiti fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti.

Għal indeboliment ta’ assi finanzjarji oħrajn, irreferi għall-IFRS 9.

5 Dan l-Istandard ma japplikax għal assi finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9, proprjetà għall-investiment imkejla fil-valur ġust fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 40, jew assi bijoloġiċi relatati ma’ attività agrikola mkejla fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 41. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal assi li huma miżmuma bl-ammont rivalwat (jiġifieri valur ġust fid-data tar-rivalwazzjoni mingħajr ebda deprezzament akkumulat sussegwenti u telf minn indeboliment akkumulat sussegwenti) f’konformità ma’ IFRSs oħrajn, bħall-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli. L-unika differenza bejn il-valur ġust ta’ assi u l-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment hija l-kostijiet inkrementali diretti attribwibbli għad-disponiment tal-assi.

(a) 
(i) 

Jekk il-kostijiet tad-disponiment ikunu negliġibbli, l-ammont rekuperabbli tal-assi rivalwat ikun neċessarjament qrib tal-ammont rivalwat tiegħu, jew akbar minnu. F’dan il-każ, wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti tar-rivalwazzjoni, ikun improbabbli li l-assi rivalwat ikun indebolit u l-ammont rekuperabbli ma jkollux għalfejn ikun stmat.

(ii) 

[imħassar]

(b) 

[imħassar]

(c) 

Jekk il-kostijiet tad-disponiment ma jkunux negliġibbli, il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment tal-assi rivalwat ikun neċessarjament inqas mill-valur ġust tiegħu. Għaldaqstant, l-assi rivalwat jiġi indebolit jekk il-valur fl-użu tiegħu jkun inqas mill-ammont rivalwat tiegħu. F’dan il-każ, wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti tar-rivalwazzjoni, entità tapplika dan l-Istandard sabiex tiddetermina jekk l-assi jistax jiġi indebolit.

DEFINIZZJONIJIET

6   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Ammont riportat huwa l-ammont li bih assi jkun rikonoxxut wara li jitnaqqas kwalunkwe deprezzament akkumulat (amortizzament) u telf minn indeboliment akkumulat fuqu.
Unità li tiġġenera l-flus hija l-iżgħar grupp identifikabbli ta’ assi li jiġġenera influssi ta’ flus li huma dipendenti ferm fuq l-influssi ta’ flus minn assi jew minn gruppi ta’ assi oħrajn.
Assi korporattivi huma assi għajr avvjament li jikkontribwixxu għall-flussi futuri ta’ flus kemm tal-unità li tiġġenera l-flus taħt rieżami kif ukoll unitajiet oħrajn li jiġġeneraw il-flus.
Kostijiet tad-disponiment huma kostijiet inkrementali attribwibbli direttament għad-disponiment ta’ assi jew unità li tiġġenera l-flus, għajr kostijiet tal-finanzjament u spejjeż tat-taxxa fuq l-introjtu.
Ammont deprezzabbli huwa l-kost ta’ assi, jew ammont ieħor sostitwit għall-kost fir-rapporti finanzjarji, mingħajr il-valur residwu tiegħu.
Deprezzament (amortizzament) huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta’ assi tul il-ħajja utli tiegħu  ( 23 ).
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)
Telf minn indeboliment huwa l-ammont li bih ammont riportat ta’ assi jew ta’ unità li tiġġenera l-flus jaqbeż l-ammont rekuperabbli tiegħu.
L-ammont rekuperabbli ta’ assi jew ta’ unità li tiġġenera l-flus huwa l-ogħla wieħed bejn il-valur ġust tiegħu/tagħha mingħajr il-kostijiet tad-disponiment u l-valur fl-użu tiegħu/tagħha.
Ħajja utli hija:
(a) 

il-perjodu ta’ żmien li matulu assi jkun mistenni li jintuża mill-entità; jew

(b) 

l-għadd ta’ unitajiet ta’ produzzjoni jew unitajiet simili mistennija li l-entità tikseb mill-assi.

Valur fl-użu huwa l-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus mistennija li jkunu rkuprati minn assi jew minn unità li tiġġenera l-flus.

IDENTIFIKAZZJONI TA’ ASSI LI JISTA’ JKUN INDEBOLIT

7 Il-paragrafi 8-17 jispeċifikaw meta ammont rekuperabbli għandu jiġi ddeterminat. Dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus. Il-kumplament ta’ dan l-Istandard huwa strutturat kif ġej:

(a) 

il-paragrafi 18-57 jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-kejl tal-ammont rekuperabbli. Dawn ir-rekwiżiti wkoll jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali u unità li tiġġenera l-flus;

(b) 

il-paragrafi 58-108 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-rikonoxximent u għall-kejl ta’ telf minn indeboliment. Ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ telf minn indeboliment għal assi individwali għajr avvjament huma trattati fil-paragrafi 58-64. Il-paragrafi 65-108 jittrattaw ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ telf minn indeboliment għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus u avvjament;

(c) 

il-paragrafi 109-116 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-riversjar ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi jew unità li tiġġenera l-flus. Mill-ġdid, dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus. Rekwiżiti addizzjonali għal assi individwali jinsabu fil-paragrafi 117-121, għal unità li tiġġenera l-flus fil-paragrafi 122 u 123, u għall-avvjament fil-paragrafi 124 u 125;

(d) 

il-paragrafi 126-133 jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata dwar telf minn indeboliment u r-riversjar ta’ telf minn indeboliment għal assi u unitajiet li jiġġeneraw il-flus. Il-paragrafi 134-137 jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali ta’ divulgazzjoni għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikunu ġew allokati avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti għal għanijiet tal-ittestjar tal-indeboliment.

8 Assi jiġi indebolit meta l-ammont riportat tiegħu jkun aktar mill-ammont rekuperabbli tiegħu. Il-paragrafi 12-14 jiddeskrivu xi indikazzjonijiet li xi telf minn indeboliment seta’ seħħ. Jekk xi waħda minn dawk l-indikazzjonijiet tkun preżenti, entità tkun meħtieġa tagħmel stima formali tal-ammont rekuperabbli. Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 10, dan l-Istandard ma jeħtieġx li entità tagħmel stima formali tal-ammont rekuperabbli jekk l-ebda indikazzjoni ta’ telf minn indeboliment ma tkun preżenti.

9   Entità għandha tivvaluta fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar jekk hemmx xi indikazzjoni li assi jista’ jiġi indebolit. Jekk tkun teżisti indikazzjoni ta’ din ix-xorta, l-entità għandha tistma l-ammont rekuperabbli tal-assi.

10   Irrispettivament minn jekk hemmx xi indikazzjoni ta’ indeboliment, entità għandha wkoll:

(a) 

tittestja assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita jew assi intanġibbli li jkun għadu mhux disponibbli għall-użu għall-indeboliment kull sena billi tqabbel l-ammont riportat tiegħu mal-ammont rekuperabbli tiegħu. Dan it-test tal-indeboliment jista’ jitwettaq fi kwalunkwe ħin matul perjodu annwali, bil-kundizzjoni li jitwettaq fl-istess ħin kull sena. Assi intanġibbli differenti jistgħu jiġu ttestjati għall-indeboliment f’ħinijiet differenti. Madankollu, jekk assi intanġibbli bħal dan kien rikonoxxut inizjalment matul il-perjodu kurrenti annwali, dan l-assi intanġibbli għandu jiġi ttestjat għall-indeboliment qabel it-tmiem tal-perjodu annwali kurrenti;

(b) 

tittestja l-avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji għall-indeboliment annwali f’konformità mal-paragrafi 80-99.

11 Il-kapaċità ta’ assi intanġibbli li jiġġenera biżżejjed benefiċċji ekonomiċi futuri biex jirkupra l-ammont riportat tiegħu hija normalment soġġetta għal inċertezza akbar qabel mal-assi jkun disponibbli għall-użu milli wara li jkun disponibbli għall-użu. Għaldaqstant, dan l-Istandard jeħtieġ li entità tittestja l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli li jkun għadu mhux disponibbli għall-użu, għall-indeboliment, mill-inqas kull sena.

12   Meta tivvaluta jekk ikunx hemm indikazzjoni li assi jkun jista’ jiġi indebolit, entità għandha tqis, bħala minimu, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

Sorsi esterni ta’ informazzjoni
(a) 

ikun hemm indikazzjonijiet osservabbli li l-valur fis-suq tal-assi jkun niżel b’mod aktar sinifikanti matul il-perjodu minn kemm mistenni minħabba l-mogħdija ta’ żmien jew l-użu normali;

(b) 

bidliet sinifikanti b’effett avvers fuq l-entità li jkunu seħħew matul il-perjodu, jew li jkunu se jseħħu fil-futur qarib, fl-ambjent teknoloġiku, tas-suq, dak ekonomiku jew legali li fih topera l-entità jew fis-suq li għalih huwa ddedikat assi;

(c) 

ir-rati tal-imgħax tas-suq jew rati oħrajn tas-suq ta’ redditi fuq l-investimenti jkunu żdiedu matul il-perjodu, u dawk iż-żidiet aktarx li jkunu se jaffettwaw ir-rata ta’ skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu ta’ assi u jnaqqsu l-ammont rekuperabbli tal-assi b’mod materjali;

(d) 

l-ammont riportat tal-assi netti tal-entità jkun aktar mill-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħha.

Sorsi ta’ informazzjoni interni
(e) 

ikun hemm evidenza disponibbli li assi ma jkunx għadu jintuża jew li għandu ħsara fiżika;

(f) 

bidliet sinifikanti b’effett avvers fuq l-entità li jkunu seħħew matul il-perjodu, jew ikunu mistennija li jseħħu fil-futur qarib, sa fejn, u bil-mod kif, assi jintuża jew ikun mistenni li jintuża. Dawn il-bidliet jinkludu li l-assi ma jibqax jintuża, pjanijiet li ma titkompliex jew li tiġi ristrutturata l-operazzjoni tal-assi, pjanijiet li jsir disponiment ta’ assi qabel id-data mistennija preċedentement, u rivalutazzjoni tal-ħajja utli ta’ assi bħala waħda finita minflok waħda indefinita ( 24 );

(g) 

tkun teżisti evidenza mir-rapportar intern li tindika li l-prestazzjoni ekonomika ta’ assi tkun, jew se tkun, agħar milli huwa mistenni.

Dividend minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata
(h) 

għal investiment f’sussidjarja, f’impriża konġunta jew f’kumpanija assoċjata, l-investitur jirrikonoxxi dividend mill-investiment u evidenza hija disponibbli li:

(i) 

l-ammont miżmum tal-investiment fir-rapporti finanzjarji separati jaqbeż l-ammonti miżmuma fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-assi netti għand min qed isir l-investiment, inkluż il-valur tal-avvjament assoċjata; jew

(ii) 

id-dividend jaqbeż l-introjtu komprensiv totali tas-sussidjarja, tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata fil-perjodu meta d-dividend ikun iddikjarat.

13 Il-lista fil-paragrafu 12 mhijiex eżawrjenti. Entità tista’ tidentifika indikazzjonijiet oħrajn li assi jista’ jkun indebolit u dawn ikunu jeħtieġu wkoll li l-entità tiddetermina l-ammont rekuperabbli tal-assi jew, fil-każ ta’ avvjament, twettaq test ta’ indeboliment f’konformità mal-paragrafi 80-99.

14 Evidenza mir-rapportar intern li tindika li assi jista’ jkun indebolit tinkludi l-eżistenza ta’:

(a) 

flussi ta’ flus għall-akkwiżizzjoni tal-assi, jew rekwiżiti ta’ flus sussegwenti għat-tħaddim jew għall-manutenzjoni tiegħu, li jkunu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk ibbaġitjati oriġinarjament;

(b) 

flussi ta’ flus netti attwali jew profitt jew telf mill-operat tal-assi li jkunu agħar b’mod sinifikanti minn dawk ibbaġitjati;

(c) 

tnaqqis sinifikanti fil-flussi ta’ flus netti jew fil-profitt operatorju ibbaġitjati, jew żieda sinifikanti fit-telf ibbaġitjat, ħerġin mill-assi; jew

(d) 

telf operatorju jew flussi ta’ ħruġ ta’ flus netti għall-assi, meta l-ammonti tal-perjodu kurrenti jiġu aggregati mal-ammonti bbaġitjati għall-futur.

15 Kif indikat fil-paragrafu 10, dan l-Istandard jeħtieġ li assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita jew li jkun għadu mhux disponibbli għall-użu u l-avvjament, jiġi ttestjat għall-indeboliment, mill-inqas kull sena. Ħlief meta japplikaw ir-rekwiżiti fil-paragrafu 10, il-kunċett ta’ materjalità japplika fl-identifikazzjoni ta’ jekk l-ammont rekuperabbli ta’ assi jeħtieġx li jiġi stmat. Pereżempju, jekk kalkolazzjonijiet preċedenti juru li ammont rekuperabbli ta’ assi jkun ħafna akbar mill-ammont riportat tiegħu, l-entità ma teħtieġx li terġa’ tistma l-ammont rekuperabbli tal-assi jekk ma jkunu seħħew l-ebda eventi li kieku kienu jeliminaw dik id-differenza. Bl-istess mod, analiżi preċedenti tista’ turi li ammont rekuperabbli ta’ assi ma jkunx sensittiv għal indikazzjoni waħda (jew aktar) mill-indikazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 12.

16 Bħala eżempju tal-paragrafu 15, jekk ir-rati ta’ mgħax tas-suq jew rati ta’ mgħax oħra ta’ redditu fuq l-investiment ikunu żdiedu matul il-perjodu, entità ma tkunx meħtieġa tagħmel stima formali tal-ammont rekuperabbli ta’ assi fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

jekk ir-rata ta’ skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu tal-assi x’aktarx li ma tiġix affettwata biż-żieda f’dawn ir-rati tas-suq. Pereżempju, żidiet fir-rati ta’ mgħax matul perjodu ta’ żmien qasir jista’ ma jkollhomx effett materjali fuq ir-rata ta’ skont użata għal assi li jkun għad baqagħlu ħajja utli twila;

(b) 

jekk ir-rata ta’ skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu tal-assi x’aktarx li ma tiġix affettwata biż-żieda f’dawn ir-rati tas-suq, iżda l-analiżi tas-sensittività preċedenti tal-ammont rekuperabbli turi li:

(i) 

aktarx ma jkunx hemm tnaqqis materjali fl-ammont rekuperabbli minħabba li aktarx li l-flussi futuri ta’ flus jiżdiedu (eż. f’xi każijiet, entità tkun tista’ turi li hi taġġusta d-dħul tagħha biex tikkumpensa għal kwalunkwe żieda fir-rati tas-suq); jew

(ii) 

aktarx li t-tnaqqis fl-ammont rekuperabbli ma jirriżultax f’telf minn indeboliment materjali.

17 Jekk ikun hemm indikazzjoni li assi jista’ jiġi indebolit, dan jista’ jindika li l-bqija tal-ħajja utli, il-metodu tad-deprezzament (amortizzament) jew il-valur residwu għall-assi jrid jiġi rivedut u aġġustat f’konformità mal-istandard applikabbli għall-assi, anki jekk ma jkun rikonoxxut l-ebda telf minn indeboliment għall-assi.

KEJL TAL-AMMONT REKUPERABBLI

18 Dan l-Istandard jiddefinixxi l-ammont rekuperabbli bħala l-ogħla fost il-valur ġust tal-assi jew tal-unità li tiġġenera l-flus mingħajr il-kostijiet tad-disponiment u l-valur fl-użu tiegħu. Il-paragrafi 19-57 jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-kejl tal-ammont rekuperabbli. Dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus.

19 Mhux dejjem ikun hemm bżonn li jiġu determinati kemm il-valur ġust tal-assi mingħajr il-kostijiet tad-disponiment kif ukoll il-valur fl-użu tiegħu. Jekk xi wieħed minn dawn l-ammonti jaqbeż l-ammont riportat tal-assi, l-assi ma jkunx indebolit u ma jkunx hemm bżonn li l-ammont l-ieħor jiġi stmat.

20 Jista’ jkun possibbli li jitkejjel il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, anki jekk ma jkunx hemm prezz ikkwotat f’suq attiv għal assi identiku. Madankollu, xi drabi ma jkunx possibbli li jitkejjel il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment għaliex ma jkunx hemm bażi sabiex issir stima affidabbli tal-prezz li fih issir tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. F’dan il-każ, l-entità tista’ tuża l-valur fl-użu tal-assi bħala l-ammont rekuperabbli tiegħu.

21 Jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-valur fl-użu ta’ assi jaqbeż b’mod materjali l-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, il-valur ġust tal-assi mingħajr il-kosti tad-disponiment jista’ jintuża bħala l-ammont rekuperabbli tiegħu. Dan ikun spiss il-każ għal assi li jinżamm għad-disponiment. Dan għaliex il-valur fl-użu ta’ assi miżmum għad-disponiment jikkonsisti prinċipalment fir-rikavati netti mid-disponiment, minħabba li aktarx li l-flussi futuri ta’ flus mill-użu kontinwu tal-assi sad-disponiment tiegħu jkunu negliġibbli.

22 L-ammont rekuperabbli jiġi determinat għal assi individwali, ħlief jekk l-assi ma jiġġenerax influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn dawk ta’ assi jew gruppi ta’ assi oħrajn. Jekk dan ikun il-każ, jiġi determinat ammont rekuperabbli għall-unità li tiġġenera l-flus tal-assi (ara l-paragrafi 65-103), ħlief jekk:

(a) 

il-valur ġust tal-assi mingħajr il-kostijiet tad-disponiment ikun ogħla mill-ammont riportat tiegħu; jew

(b) 

il-valur fl-użu tal-assi jista’ jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment u l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment jista’ jitkejjel.

23 F’xi każijiet, stimi, medji u metodi mqassra ta’ komputazzjoni jistgħu jipprovdu approssimazzjonijiet raġonevoli tal-komputazzjonijiet dettaljati murija f’dan l-Istandard biex ikun iddeterminat il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment jew il-valur fl-użu.

Kejl tal-ammont rekuperabbli ta’ assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita

24 Il-paragrafu 10 jeħtieġ li assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita jiġi ttestjat għall-indeboliment kull sena billi jitqabbel l-ammont riportat tiegħu mal-ammont rekuperabbli tiegħu, irrispettivament minn jekk ikunx hemm indikazzjoni li jista’ jkun indebolit. Madankollu, il-kalkolazzjoni dettaljata l-aktar reċenti ta’ ammont rekuperabbli ta’ assi bħal dan, li tkun saret f’perjodu preċedenti, tista’ tintuża fit-test tal-indeboliment għal dak l-assi fil-perjodu kurrenti, kemm-il darba jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

jekk l-assi intanġibbli ma jiġġenerax influssi ta’ flus mill-użu kontinwu li jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn dawk għal assi oħrajn jew gruppi ta’ assi u għaldaqstant jiġi ttestjat għall-indeboliment bħala parti mill-unità li tiġġenera l-flus li jappartjeni għaliha, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jiffurmaw dik l-unità ma jkunux inbidlu b’mod sinifikanti mill-kalkolazzjoni l-aktar riċenti tal-kalkolazzjoni tal-ammont rekuperabbli;

(b) 

il-kalkolazzjoni l-aktar riċenti tal-ammont rekuperabbli tkun tirriżulta f’ammont li qabeż l-ammont riportat tal-assi b’marġni sostanzjali; u

(c) 

abbażi ta’ analiżi ta’ eventi li jkunu seħħew u ċirkustanzi li jkunu nbidlu miż-żmien tal-kalkolazzjoni l-aktar riċenti tal-ammont rekuperabbli, il-probabbiltà li d-determinazzjoni kurrenti tal-ammont rekuperabbli tkun inqas mill-ammont riportat tal-assi hija remota.

Valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment

25-27 [Imħassra]

28 Il-kostijiet tad-disponiment, minbarra dawk li jkunu ġew rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet, jitnaqqsu fil-kejl tal-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Eżempji ta’ kostijiet bħal dawn huma kostijiet legali, taxxa tal-boll u taxxi tat-tranżazzjoni simili, kostijiet tat-tneħħija tal-assi, u kostijiet inkrementali diretti biex assi jinġieb f’kundizzjoni li jkun jista’ jinbiegħ. Madankollu, il-benefiċċji tat-terminazzjoni (kif definit fl-IAS 19) u l-kostijiet assoċjati mat-tnaqqis jew mar-riorganizzazzjoni ta’ negozju wara d-disponiment ta’ assi mhumiex kostijiet inkrementali diretti għad-disponiment tal-assi.

29 Xi kultant, id-disponiment ta’ assi jkun jeħtieġ li x-xerrej jassumi obbligazzjoni u valur ġust wieħed biss ikun disponibbli kemm għall-assi kif ukoll għall-obbligazzjoni, mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Il-paragrafu 78 jispjega kif għandhom jiġu trattati dawn il-każijiet.

Valur fl-użu

30   L-elementi li ġejjin għandhom jiġu riflessi fil-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu ta’ assi:

(a) 

stima tal-flussi futuri ta’ flus li l-entità tistenna li tikseb mill-assi;

(b) 

aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fit-twaqqit ta’ dawk il-flussi futuri ta’ flus;

(c) 

il-valur taż-żmien tal-flus, irrappreżentat mir-rata tal-imgħax tas-suq kurrenti mingħajr riskju;

(d) 

il-prezz għat-tiġrib tal-inċertezza inerenti fl-assi; u

(e) 

fatturi oħrajn, bħal illikwidità, li l-parteċipanti fis-suq kieku kienu jirriflettu fil-prezzijiet tal-flussi futuri ta’ flus li l-entità tistenna li tikseb mill-assi.

31 Stima tal-valur fl-użu ta’ assi tinvolvi l-passi li ġejjin:

(a) 

stima ta’ influssi u flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri li għandhom jinkisbu mill-użu kontinwu tal-assi u mid-disponiment aħħari tiegħu u

(b) 

l-applikazzjoni tar-rata ta’ skont adattata għal dawk il-flussi futuri ta’ flus.

32 L-elementi identifikati fil-paragrafu 30(b), (d) u (e) jistgħu jiġu riflessi bħala aġġustamenti għall-flussi futuri ta’ flus jew bħala aġġustamenti għar-rata ta’ skont. Ikun liema jkun l-approċċ li entità tadotta biex tirrifletti l-aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fiż-żmien ta’ flussi futuri ta’ flus, ir-riżultat għandu jkun ir-riflessjoni tal-valur preżenti mistenni tal-flussi futuri ta’ flus, jiġifieri l-medja ponderata tal-eżiti possibbli kollha. L-Appendiċi A jipprovdi gwida addizzjonali dwar l-użu tat-tekniki ta’ valur preżenti fil-kejl tal-valur fl-użu ta’ assi.

Bażi għall-istimi tal-flussi futuri ta’ flus

33   Fil-kejl tal-valur fl-użu, entità għandha:

(a) 

tibbaża l-projezzjonijiet ta’ flussi ta’ flus fuq suppożizzjonijiet raġonevoli u li jistgħu jiġu appoġġati li jirrappreżentaw l-aħjar stima tal-maniġment tal-firxa ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi li se jeżistu matul il-bqija tal-ħajja utli tal-assi. Għandu jingħata aktar piż lil evidenza esterna;

(b) 

tibbaża l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus fuq l-aktar baġits/previżjonijiet finanzjarji riċenti approvati mill-maniġment, iżda għandhom jeskludu kwalunkwe influss jew fluss ta’ ħruġ ta’ flus futur stmat mistenni li jirriżulta mir-ristrutturar fil-futur jew mit-titjib jew tkabbir tal-prestazzjoni tal-assi. Projezzjonijiet ibbażati fuq dawn il-baġits/previżjonijiet għandhom ikopru perjodu massimu ta’ ħames snin, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat perjodu itwal;

(c) 

tistma l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus lil hinn mill-perjodu kopert mill-aktar baġits/previżjonijiet riċenti billi jiġu estrapolati l-projezzjonijiet ibbażati fuq il-baġits/previżjonijiet li jużaw rata ta’ tkabbir kostanti jew li tkun qiegħda tonqos għal snin sussegwenti, sakemm ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata rata ta’ żieda. Din ir-rata ta’ tkabbir ma għandhiex taqbeż ir-rata medja ta’ tkabbir fit-tul għall-prodotti, industriji, jew pajjiż jew pajjiżi li fihom topera l-entità, jew għas-suq li fih jintuża l-assi, sakemm ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata rata ogħla.

34 Il-maniġment jivvaluta r-raġonevolità tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet ta’ flussi ta’ flus kurrenti billi jiġu eżaminati l-kawżi tad-differenzi bejn il-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus passati u l-flussi ta’ flus attwali. Il-maniġment għandu jiżgura li s-suppożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus kurrenti tiegħu jkunu konsistenti mal-eżiti attwali passati, bil-kundizzjoni li l-effetti ta’ eventi sussegwenti jew ċirkustanzi li ma kinux jeżistu meta dawk il-flussi ta’ flus attwali ġew iġġenerati jagħmlu dan adattat.

35 Baġits/previżjonijiet finanzjarji dettaljati, espliċiti u affidabbli ta’ flussi futuri ta’ flus għal perjodi itwal minn ħames snin huma ġeneralment mhux disponibbli. Għal din ir-raġuni, l-istimi tal-maniġment tal-flussi futuri ta’ flus huma bbażati fuq l-aktar baġits/previżjonijiet riċenti għal massimu ta’ ħames snin. Il-maniġment jista’ juża l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-baġits/previżjonijiet finanzjarji matul perjodu itwal minn ħames snin jekk ikun fiduċjuż li dawn il-projezzjonijiet ikunu affidabbli u jkun jista’ juri l-abbiltà tiegħu, abbażi ta’ esperjenza tal-passat, li jbassar il-flussi ta’ flus b’mod preċiż matul dak il-perjodu itwal.

36 Il-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus sat-tmiem tal-ħajja tal-użu ta’ assi huma stmati billi jiġu estrapolati l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-baġits/previżjonijiet finanzjarji billi tintuża rata ta’ tkabbir għal snin sussegwenti. Din ir-rata hija waħda kostanti jew li qed tonqos, sakemm żieda fir-rata ma tkunx taqbel ma’ informazzjoni oġġettiva dwar il-formati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew ta’ industrija. Jekk ikun adattat, ir-rata ta’ tkabbir tkun żero jew negattiva.

37 Meta l-kundizzjonijiet ikunu favorevoli, x’aktarx li l-kompetituri jidħlu fis-suq u jirrestrinġu t-tkabbir. Għaldaqstant, entitajiet se jkollhom diffikultà biex jaqbżu r-rata medja ta’ tkabbir storiku fit-tul (ngħidu aħna, 20 sena) għall-prodotti, l-industriji, jew pajjiż jew pajjiżi li fihom topera l-entità, jew għas-suq li fih jintuża l-assi.

38 Filwaqt li tuża informazzjoni minn baġits/previżjonijiet finanzjarji, entità tikkunsidra jekk l-informazzjoni tirriflettix suppożizzjonijiet raġonevoli u li jistgħu jiġu appoġġati u tirrappreżentax l-aħjar stima tal-maniġment tas-sett ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi li se jeżistu matul il-bqija tal-ħajja utli tal-assi.

Kompożizzjoni ta’ stimi ta’ flussi futuri ta’ flus

39   Stimi ta’ flussi futuri ta’ flus għandhom jinkludu:

(a) 

projezzjonijiet ta’ influssi ta’ flus mill-użu kontinwu tal-assi;

(b) 

projezzjonijiet ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li bilfors jiġġarrbu għall-ġenerazzjoni ta’ influssi ta’ flus minn użu kontinwu tal-assi (inkluż flussi ta’ ħruġ ta’ flus biex l-assi jitħejja għall-użu) u li jistgħu jiġu attribwiti direttament, jew allokati fuq bażi raġonevoli u konsistenti, għall-assi; u

(c) 

flussi ta’ flus netti, jekk ikun hemm, li għandhom jiġu riċevuti (jew imħallsa) għad-disponiment tal-assi fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu.

40 Stimi ta’ flussi futuri ta’ flus u r-rata ta’ skont jirriflettu suppożizzjonijiet konsistenti dwar żidiet fil-prezzijiet attribwibbli għall-inflazzjoni ġenerali. Għaldaqstant, jekk ir-rata ta’ skont tinkludi l-effett taż-żidiet fil-prezzijiet attribwibbli għall-inflazzjoni ġenerali, flussi futuri ta’ flus jiġu stmati f’termini nominali. Jekk ir-rata ta’ skont teskludi l-effett taż-żidiet fil-prezzijiet attribwibbli għall-inflazzjoni ġenerali, il-flussi futuri ta’ flus huma stmati f’termini reali (iżda jinkludu żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet speċifiċi futuri).

41 Projezzjonijiet ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus jinkludu dawk għal manutenzjoni minn jum għal jum tal-assi kif ukoll spejjeż ġenerali futuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti direttament, jew allokati fuq bażi raġonevoli u konsistenti, għall-użu tal-assi.

42 Meta l-ammont riportat ta’ assi jkun għadu ma jinkludix il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha li għandhom jiġġarrbu qabel ma jkun lest għall-użu jew għall-bejgħ, l-istima tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri tinkludi stima ta’ kwalunkwe fluss ta’ ħruġ ta’ flus ieħor li huwa mistenni li jiġġarrab qabel mal-assi jkun lest għall-użu jew għall-bejgħ. Pereżempju, dan huwa l-każ ta’ bini li għadu qed jinbena jew għal proġett ta’ żvilupp li jkun għadu mhuwiex lest.

43 Biex jiġi evitat l-għadd doppju, stimi ta’ flussi futuri ta’ flus ma jinkludux:

(a) 

influssi ta’ flus minn assi li jiġġeneraw influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta’ flus mill-assi li qed jiġi rieżaminat (pereżempju, assi finanzjarji bħal riċevibbli); u

(b) 

flussi ta’ ħruġ ta’ flus li għandhom x’jaqsmu ma’ obbligi li jkunu ġew rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet (pereżempju, pagabbli, pensjonijiet jew provvedimenti).

44   Flussi futuri ta’ flus għandhom jiġu stmati għall-assi fil-kundizzjoni kurrenti tiegħu. Stimi ta’ flussi futuri ta’ flus ma għandhomx jinkludu stimi ta’ influssi jew ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri li huma mistennija li jinħolqu minn:

(a) 

ristrutturar futur li entità tkun għadha mhux impenjata li tagħmlu; jew

(b) 

titjib jew tkabbir tal-prestazzjoni tal-assi.

45 Minħabba li flussi futuri ta’ flus jiġu stmati għall-assi fil-kundizzjoni kurrenti tiegħu, il-valur fl-użu ma jirriflettix:

(a) 

flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri jew iffrankar tal-kostijiet (pereżempju tnaqqis fil-kostijiet tal-persunal) jew benefiċċji li huma mistennija li jirriżultaw minn ristrutturar futur li entità tkun għadha mhux impenjata li tagħmlu; jew

(b) 

flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri li se jtejbu jew ikabbru l-prestazzjoni tal-assi jew influssi ta’ flus relatati li huma mistennija li jirriżultaw minn flussi ta’ ħruġ bħal dawn.

46 Ristrutturar huwa programm li huwa ppjanat u kkontrollat mill-maniġment u jibdel materjalment l-ambitu tan-negozju li l-entità impenjat ruħha għalih, jew il-mod kif jitwettaq in-negozju. L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti fih gwida li tiċċara meta entità tkun impenjata li tagħmel ristrutturar.

47 Meta entità timpenja ruħha li tagħmel ristrutturar, x’aktarx li xi assi jiġu affettwati b’dan ir-ristrutturar. Ladarba l-entità timpenja ruħha li tagħmel ristrutturar:

(a) 

l-istimi tagħha ta’ influssi ta’ flus u flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri għall-iskop li jiġi determinat il-valur fl-użu jirriflettu l-iffrankar tal-kostijiet u benefiċċji oħra mir-ristrutturar (abbażi tal-aktar baġits/previżjonijiet finanzjarji riċenti approvati mill-maniġment); u

(b) 

l-istimi tagħha ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri għar-ristrutturar jiġu inklużi fi provvediment għar-ristrutturar f’konformità mal-IAS 37.

L-Eżempju Illustrattiv 5 juri l-effett ta’ ristrutturar futur fuq kalkolazzjoni tal-valur fl-użu.

48 Sakemm entità ġġarrab flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jtejbu jew ikabbru l-prestazzjoni ta’ assi, stimi ta’ flussi futuri ta’ flus ma jinkludux l-istimi ta’ flussi futuri ta’ flus li huma mistennija li joriġinaw miż-żieda fil-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-fluss ta’ ħruġ ta’ flus (ara l-Eżempju Illustrattiv 6).

49 Stimi ta’ flussi futuri ta’ flus jinkludu flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri meħtieġa biex jinżamm il-livell ta’ benefiċċji ekonomiċi mistennija li jirriżultaw mill-assi fil-kundizzjoni kurrenti tiegħu. Meta unità li tiġġenera l-flus tkun magħmula minn assi b’ħajjiet utli stmati differenti, li kollha kemm huma jkunu essenzjali għall-operazzjoni dejjem għaddejja tal-unità, is-sostituzzjoni ta’ assi b’ħajjiet iqsar tiġi kkunsidrata li tkun parti mill-manutenzjoni minn jum għal jum tal-unità meta jiġu stmati l-flussi futuri ta’ flus assoċjati mal-unità. Bl-istess mod, meta assi uniku jkun magħmul minn komponenti b’ħajjiet utli stmati differenti, is-sostituzzjoni tal-komponenti b’ħajjiet iqsar tiġi kkunsidrata parti mill-manutenzjoni minn jum għal jum tal-assi meta jiġu stmati l-flussi futuri ta’ flus iġġenerati mill-assi.

50   Stimi ta’ flussi futuri ta’ flus ma għandhomx jinkludu:

(a) 

influssi jew flussi ta’ ħruġ ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament; jew

(b) 

riċevuti jew pagamenti tat-taxxa fuq l-introjtu.

51 Stimi ta’ flussi futuri ta’ flus jirriflettu suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti mal-mod kif tiġi stabbilita r-rata ta’ skont. Inkella, l-effett ta’ xi suppożizzjonijiet jingħadd darbtejn jew jiġi injorat. Minħabba li l-valur taż-żmien tal-flus jitqies billi jiġu skontati l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus, dawn il-flussi ta’ flus jeskludu l-influssi jew il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament. Bl-istess mod, minħabba li r-rata ta’ skont hija determinata fuq bażi ta’ qabel it-taxxa, flussi futuri ta’ flus jiġu stmati wkoll fuq bażi ta’ qabel it-taxxa.

52   L-istima tal-flussi ta’ flus netti li għandha tiġi riċevuta (jew imħallsa) għad-disponiment ta’ assi fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu għandha tkun l-ammont li entità tistenna li tikseb mid-disponiment tal-assi fi tranżazzjoni distakkata bejn partijiet infurmati u disposti, wara li titnaqqas l-istima tal-kostijiet tad-disponiment.

53 L-istima tal-flussi ta’ flus netti li għandhom jiġu riċevuti (jew imħallsa) għad-disponiment ta’ assi fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu tiġi determinata b’mod simili għall-valur ġust ta’ assi mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, ħlief li, fl-istima ta’ dawk il-flussi ta’ flus netti:

(a) 

entità tuża prezzijiet prevalenti fid-data tal-istima għal assi simili li jkunu waslu fit-tmiem tal-ħajja utli tagħhom u li jkunu operaw b’kundizzjonijiet simili għal dawk li fihom se jintuża l-assi;

(b) 

l-entità taġġusta dawk il-prezzijiet għall-effett kemm għaż-żidiet fil-prezzijiet futuri minħabba l-inflazzjoni ġenerali kif ukoll għaż-żidiet jew tnaqqis speċifiku fil-prezzijiet futuri. Madankollu, jekk l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus mill-użu kontinwu tal-assi u r-rata ta’ skont jeskludu l-effett ta’ inflazzjoni ġenerali, l-entità teskludi wkoll dan l-effett mill-istima tal-flussi ta’ flus netti mad-disponiment.

53A Il-valur ġust ivarja mill-valur fl-użu. Il-valur ġust jirrifletti s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi. Għall-kuntrarju, il-valur fl-użu jirrifletti l-effetti ta’ fatturi li jistgħu jkunu speċifiċi għall-entità u mhux applikabbli għall-entitajiet inġenerali. Pereżempju, il-valur ġust ma jirrifletti l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi li ġejjin sal-punt li ma jkunux ġeneralment disponibbli għall-parteċipanti fis-suq:

(a) 

valur addizzjonali derivat mir-raggruppament ta’ assi (bħall-ħolqien ta’ portafoll ta’ proprjetajiet għall-investiment f’postijiet differenti);

(b) 

sinerġiji bejn l-assi li qed jitkejjel u assi oħrajn;

(c) 

drittijiet legali jew restrizzjonijiet legali li jkunu speċifiċi biss għas-sid kurrenti tal-assi; u

(d) 

benefiċċji tat-taxxa jew piżijiet tat-taxxa li jkunu speċifiċi għas-sid kurrenti tal-assi.

Flussi futuri ta’ flus f’munita barranija

54 Flussi futuri ta’ flus huma stmati fil-munita li fiha tkun se tiġi ġġenerata u mbagħad skontata billi tintuża rata ta’ skont adattata għal dik il-munita. Entità taqleb il-valur preżenti billi tuża rata ta’ kambju spot fid-data tal-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu.

Rata ta’ skont

55   Ir-rata/i ta’ skont għandha tkun rata/għandhom ikunu rati ta’ qabel it-taxxa li tirrifletti/jirriflettu l-valutazzjonijiet tas-suq kurrenti ta’:

(a) 

il-valur taż-żmien tal-flus; u

(b) 

ir-riskji speċifiċi għall-assi li għalih l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus ma jkunux ġew aġġustati.

56 Rata li tirrifletti l-valutazzjonijiet tas-suq kurrenti tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji speċifiċi għall-assi hija r-redditu li l-investituri jkunu jeħtieġu li kieku kellhom jagħżlu investiment li kien jiġġenera flussi ta’ flus ta’ ammonti, perjodiċità u profil tar-riskju ekwivalenti għal dawk li l-entità tistenna li tikseb mill-assi. Din ir-rata hija stmata mir-rata impliċita fi tranżazzjonijiet kurrenti tas-suq għal assi simili jew mill-kost medju ponderat tal-kapital ta’ entità elenkata li għandha assi uniku (jew portafoll ta’ assi) simili f’termini ta’ potenzjal tas-servizz u riskji għall-assi li qiegħed jiġi eżaminat. Madankollu, ir-rata/i ta’ skont użata biex tkejjel/użati biex ikejlu l-valur fl-użu tal-assi ma għandhiex tirrifletti/għandhomx jirriflettu riskji li għalihom l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus jkunu ġew aġġustati. Inkella, l-effett ta’ xi suppożizzjonijiet jingħadd darbtejn.

57 Meta rata speċifika għall-assi ma tkunx direttament disponibbli mis-suq, entità tuża sostituti biex tistma r-rata ta’ skont. L-Appendiċi A jipprovdi gwida addizzjonali fuq l-istima tar-rata ta’ skont f’ċirkustanzi bħal dawn.

RIKONOXXIMENT U KEJL TAT-TELF MINN INDEBOLIMENT

58 Il-paragrafi 59-64 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-rikonoxximent u l-kejl tat-telf minn indeboliment għal assi individwali, ħlief avvjament. Ir-rikonoxximent u l-kejl tat-telf minn indeboliment għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus u avvjament huma indirizzati fil-paragrafi 65-108.

59   Jekk, u biss jekk, l-ammont rekuperabbli ta’ assi jkun inqas mill-ammont riportat tiegħu, l-ammont riportat tal-assi għandu jitnaqqas għall-ammont rekuperabbli tiegħu. Dak it-tnaqqis huwa telf minn indeboliment.

60   Telf minn indeboliment għandu jkun rikonoxxut minnufih fi profitt jew telf, sakemm l-assi ma jiġix riportat f’ammont rivalwat f’konformità ma’ standard ieħor (pereżempju f’konformità mal-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16). Kwalunkwe telf minn indeboliment ta’ assi rivalwat għandu jiġi trattat bħala tnaqqis fir-rivalwazzjoni f’konformità ma’ dak l-Istandard l-ieħor.

61 Telf minn indeboliment fuq assi mhux rivalwat huwa rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, telf minn indeboliment fuq assi rivalwat huwa rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv sal-punt li t-telf minn indeboliment ma jaqbiżx l-ammont fis-surplus ta’ rivalwazzjoni għal dak l-istess assi. Telf minn indeboliment bħal dan fuq assi rivalwat inaqqas is-surplus ta’ rivalwazzjoni għal dak l-assi.

62   Meta l-ammont stmat għal telf minn indeboliment ikun akbar mill-ammont riportat tal-assi b’konnessjoni miegħu, entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni jekk, u biss jekk, dan ikun meħtieġ minn standard ieħor.

63   Wara r-rikonoxximent ta’ telf minn indeboliment, l-imposta fuq id-deprezzament (amortizzament) għall-assi għandha tiġi aġġustata f’perjodi futuri biex talloka l-ammont riportat rivedut tal-assi, mingħajr il-valur residwu tiegħu (jekk ikun hemm), fuq bażi sistematika matul il-bqija tal-ħajja utli tiegħu.

64 Jekk jiġi rikonoxxut telf minn indeboliment, kwalunkwe assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa differita relatata tiġi determinata f’konformità mal-IAS 12 billi l-ammont riportat rivedut tal-assi jitqabbel mal-bażi tat-taxxa tiegħu (ara l-Eżempju Illustrattiv 3).

UNITAJIET LI JIĠĠENERAW IL-FLUS U AVVJAMENT

65 Il-paragrafi 66–108 u l-Appendiċi C jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus li għaliha jappartjeni l-assi u għad-determinazzjoni tal-ammont riportat tal-unitajiet li jiġġeneraw il-flus u l-avvjament, u għar-rikonoxximent tat-telf minn indeboliment għalihom.

Identifikazzjoni ta’ unità li tiġġenera l-flus li għaliha jappartjeni l-assi

66   Jekk ikun hemm kwalunkwe indikazzjoni li assi jista’ jiġi indebolit, għandu jiġi stmat ammont rekuperabbli għall-assi individwali. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi stmat l-ammont rekuperabbli tal-assi individwali, entità għandha tiddetermina l-ammont rekuperabbli tal-unità li tiġġenera l-flus li għaliha jappartjeni l-assi (l-unità li tiġġenera l-flus tal-assi).

67 L-ammont rekuperabbli ta’ assi individwali ma jistax jiġi ddeterminat jekk:

(a) 

il-valur fl-użu tal-assi ma jistax jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment (pereżempju, meta l-flussi futuri ta’ flus minn użu kontinwu tal-assi ma jkunux jistgħu jiġu stmati bħala negliġibbli); u

(b) 

l-assi ma jiġġenerax influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn dawk minn assi oħra.

F’każijiet bħal dawn, il-valur fl-użu u, għaldaqstant, l-ammont rekuperabbli, jista’ jiġi ddeterminat biss għall-unità li tiġġenera l-flus tal-assi.

Eżempju

Entità tal-estrazzjoni hija s-sid ta’ linja ferrovjarja privata biex tappoġġa l-attivitajiet tagħha relatati mal-estrazzjoni. Il-linja ferrovjarja privata tista’ tinbiegħ biss għall-valur tar-ruttam biss u ma tiġġenerax influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta’ flus minn assi oħra tal-minjiera.

Mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-ammont rekuperabbli tal-linja ferrovjarja privata minħabba li l-valur fl-użu tiegħu ma jistax jiġi determinat u probabbilment ikun differenti mill-valur tar-ruttam. Għaldaqstant, l-entità tistma l-ammont rekuperabbli tal-unità li tiġġenera l-flus li għaliha tappartjeni l-linja ferrovjarja privata, jiġifieri l-mina kollha kemm hi.

68 Kif definit fil-paragrafu 6, l-unità li tiġġenera l-flus ta’ assi hija l-iżgħar grupp ta’ assi li jinkludi l-assi u tiġġenera influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta’ flus minn assi jew gruppi ta’ assi oħrajn. Identifikazzjoni ta’ unità li tiġġenera l-flus tal-assi tinvolvi ġudizzju. Jekk ammont rekuperabbli ma jkunx jista’ jiġi determinat għal assi individwali, entità tidentifika l-aktar aggregazzjoni baxxa ta’ assi li jiġġeneraw influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti.

Eżempju

Kumpanija tal-karozzi tal-linja tipprovdi servizzi taħt kuntratt ma’ muniċipalità li teħtieġ servizz minimu fuq kull wieħed minn ħames rotot separati. Assi allokati għal kull rotta u l-flussi ta’ flus minn kull rotta jistgħu jiġu identifikati separatament. Waħda mir-rotot topera b’telf sinifikanti.

Minħabba li l-entità ma għandhiex l-għażla li twaqqaf xi rotta minnhom, l-inqas livell ta’ influssi ta’ flus identifikabbli li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti mill-influssi ta’ flus minn assi oħrajn jew gruppi ta’ assi oħrajn huwa l-influssi ta’ flus iġġenerati mill-ħames rotot flimkien. L-unità li tiġġenera l-flus għal kull rotta hija l-kumpanija tal-karozzi tal-linja kollha.

69 Influssi ta’ flus huma influssi ta’ flus u ekwivalenti ta’ flus riċevuti minn partijiet esterni għall-entità. Fl-identifikazzjoni ta’ jekk influssi ta’ flus minn assi (jew grupp ta’ assi) humiex fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn influssi ta’ flus minn assi oħra (jew gruppi ta’ assi), entità tikkunsidra fatturi varji, inkluż kif il-maniġment jimmonitorja l-operazzjonijiet tal-entità (bħal linji sekondarji, negozji, postijiet individwali, distretti jew żoni reġjonali) jew kif il-maniġment jieħu deċiżjonijiet dwar it-tkomplija jew id-disponiment tal-assi u l-operazzjonijiet tal-entità. L-Eżempju Illustrattiv 1 jagħti eżempji tal-identifikazzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus.

70   Jekk jeżisti suq attiv għall-output prodott minn assi jew grupp ta’ assi, dak l-assi jew grupp ta’ assi għandu jiġi identifikat bħala unità li tiġġenera l-flus, anki jekk xi parti, jew il-produzzjoni kollha, tintuża internament. Jekk l-influssi ta’ flus iġġenerati minn kwalunkwe assi jew unità li tiġġenera l-flus jiġu affettwati mill-ipprezzar tat-trasferiment intern, entità għandha tuża l-aħjar stima tal-maniġment għal prezz(ijiet) futur(i) li jista’ jinkiseb/jistgħu jinkisbu fi tranżazzjonijiet distakkati, waqt li jiġu stmati:

(a) 

l-influssi futuri ta’ flus użati biex jiġi determinat il-valur fl-użu tal-assi jew tal-unità li tiġġenera l-flus; u

(b) 

il-flussi futuri ta’ ħruġ ta’ flus użati biex jiġi determinat il-valur ta’ kwalunkwe assi ieħor jew unità oħra li tiġġenera l-flus li jkunu affettwati mill-ipprezzar tat-trasferiment intern.

71 Anki jekk parti jew l-output kollu prodott minn assi jew grupp ta’ assi jintuża minn unitajiet oħra tal-entità (pereżempju, prodotti f’fażi intermedjarja tal-proċess ta’ produzzjoni), dan l-assi jew grupp ta’ assi jifforma unità separata li tiġġenera l-flus jekk l-entità tista’ tbigħ l-output f’suq attiv. Dan minħabba li l-assi jew il-grupp ta’ assi jista’ jiġġenera influssi ta’ flus li kienu jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta’ flus minn assi jew gruppi ta’ assi oħra. Fl-użu ta’ informazzjoni bbażata fuq il-baġits/previżjonijiet finanzjarji li għandha x’taqsam ma’ unità bħal din li tiġġenera l-flus, jew ma’ kwalunkwe assi ieħor jew unità li tiġġenera l-flus affettwata mill-ipprezzar tat-trasferiment intern, entità taġġusta din l-informazzjoni jekk il-prezzijiet tat-trasferiment interni ma jirriflettux l-aħjar stima tal-prezzijiet futuri tal-maniġment li jkunu jistgħu jintlaħqu fi tranżazzjonijiet distakkati.

72   Unitajiet li jiġġeneraw il-flus għandhom jiġu identifikati b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu għall-istess assi jew tipi ta’ assi, sakemm bidla ma tkunx iġġustifikata.

73 Jekk entità tiddetermina li assi jkun jappartjeni għal unità li tiġġenera l-flus differenti minn dik f’perjodi preċedenti, jew li t-tipi ta’ assi aggregati għall-unità li tiġġenera l-flus tal-assi jkunu nbidlu, il-paragrafu 130 jeħtieġ divulgazzjonijiet dwar l-unità li tiġġenera l-flus, jekk telf minn indeboliment ikun rikonoxxut jew riversjat għall-unità li tiġġenera l-flus.

Ammont rekuperabbli u ammont riportat ta’ unità li tiġġenera l-flus

74 L-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus huwa l-ogħla fost il-valur ġust tal-unità li tiġġenera flus mingħajr il-kostijiet tad-disponiment u l-valur fl-użu tagħha. Għall-iskop li jiġi determinat l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus, kwalunkwe referenza fil-paragrafi 19-57 għal “assi” tinftiehem bħala referenza għal “unità li tiġġenera l-flus”.

75   L-ammont riportat ta’ unità li tiġġenera l-flus għandu jkun determinat fuq bażi konsistenti mal-mod li bih ikun determinat l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus.

76 L-ammont riportat ta’ unità li tiġġenera l-flus:

(a) 

jinkludi l-ammont riportat ta’ dawk l-assi biss li jistgħu jkunu attribwibbli direttament, jew allokati fuq bażi raġonevoli u konsistenti, għall-unità li tiġġenera l-flus u li se jiġġenera influssi futuri ta’ flus li jintużaw fid-determinazzjoni tal-valur fl-użu tal-unità li tiġġenera l-flus; u

(b) 

ma jinkludi l-ammont riportat ta’ ebda obbligazzjoni rikonoxxuta, ħlief jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità li tiġġenera l-flus ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat mingħajr konsiderazzjoni ta’ din l-obbligazzjoni.

Dan huwa minħabba l-fatt li l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment u l-valur fl-użu ta’ unità li tiġġenera l-flus huma determinati bl-esklużjoni ta’ flussi ta’ flus li għandhom x’jaqsmu ma’ assi li mhumiex parti minn unità li tiġġenera l-flus u obbligazzjonijiet li ġew rikonoxxuti (ara l-paragrafi 28 u 43).

77 Meta l-assi jiġu raggruppati flimkien għal valutazzjonijiet ta’ rekuprabbiltà, huwa importanti li fl-unità li tiġġenera l-flus jiġu inklużi l-assi kollha li jiġġeneraw, jew li jintużaw biex jiġġeneraw, is-sensiela rilevanti ta’ influssi ta’ flus. Inkella, l-unità li tiġġenera l-flus tista’ tidher li tkun waħda kompletament rekuperabbli meta fil-fatt ikun seħħ telf minn indeboliment. F’xi każijiet, għalkemm xi assi jikkontribwixxu għall-istima ta’ flussi futuri ta’ flus ta’ unità li tiġġenera l-flus, dawn ma jistgħux ikunu allokati għal unità li tiġġenera l-flus fuq bażi raġonevoli u konsistenti. Dan jista’ jkun il-każ għal avvjament jew għal assi korporattivi bħal assi tal-uffiċċju prinċipali. Il-paragrafi 80-103 jispjegaw kif jiġu indirizzati dawn l-assi fil-prova ta’ unità li tiġġenera l-flus għal indeboliment.

78 Jista’ jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati ċerti obbligazzjonijiet rikonoxxuti sabiex ikun determinat l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus. Dan jista’ jseħħ jekk id-disponiment ta’ unità li tiġġenera l-flus ikun jeħtieġ li x-xerrej jassumi l-obbligazzjoni. F’dan il-każ, il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment (jew l-istima ta’ fluss ta’ flus mid-disponiment finali) tal-unità li tiġġenera l-flus ikun il-prezz għall-bejgħ tal-assi tal-unità li tiġġenera l-flus u l-obbligazzjoni flimkien, mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Biex wieħed jagħmel tqabbil loġiku bejn l-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus u l-ammont rekuperabbli tagħha, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni jitnaqqas fid-determinazzjoni kemm tal-valur fl-użu tal-unità li tiġġenera l-flus kif ukoll l-ammont riportat tagħha.

Eżempju

Kumpanija topera minjiera f’pajjiż fejn il-leġiżlazzjoni teħtieġ li s-sid irid jagħmel restawr tas-sit malli jintemmu l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni fil-minjieri tiegħu. Il-kost tar-restawr jinkludi s-sostituzzjoni tal-materjal tal-art ta’ kopertura, li jrid jitneħħa qabel ma jingħata bidu għall-operazzjonijiet tal-estrazzjoni fil-minjieri. Provvediment għall-kostijiet biex il-materjal tal-art ta’ kopertura jiġi sostitwit ġie rikonoxxut malli tneħħa l-materjal tal-art ta’ kopertura. L-ammont ipprovdut ġie rikonoxxut bħala parti mill-kost tal-minjiera u qiegħed jiġi deprezzat matul il-ħajja utli tal-minjiera. L-ammont riportat tal-provvediment għall-ispejjeż tar-restawr huwa ta’ CU 500 ( 25 ), li huwa ugwali għall-valur preżenti tal-kostijiet tar-restawr.

L-entità qiegħda tittestja l-minjiera għal indeboliment. L-unità li tiġġenera l-flus għall-minjiera hija l-minjiera kollha. L-entità rċeviet diversi offerti biex il-minjiera tinxtara bi prezz ta’ madwar CU 800. Dan il-prezz jirrifletti l-fatt li x-xerrej se jassumi l-obbligu li jiġi restawrat il-materjal tal-art ta’ kopertura. Il-kostijiet tad-disponiment għall-minjiera huma negliġibbli. Il-valur fl-użu tal-minjiera huwa bejn wieħed u ieħor ta’ CU 1 200, esklużi l-kostijiet tar-restawr. L-ammont riportat tal-minjiera huwa ta’ CU 1 000.

Il-valur ġust tal-unità li tiġġenera l-flus mingħajr il-kostijiet tad-disponiment huwa ta’ CU 800. Dan l-ammont iqis il-kostijiet tar-restawr li diġà ġew previsti. B’konsegwenza ta’ dan, il-valur fl-użu għall-unità li tiġġenera l-flus huwa determinat wara konsiderazzjoni tal-kostijiet tar-restawr, u huwa stmat li jkun ta’ CU 700 (CU 1 200 nieqes CU 500). L-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus huwa ta’ CU 500, li huwa l-ammont riportat tal-minjiera (CU 1 000) mingħajr l-ammont riportat tal-provvediment għall-kostijiet tar-restawr (CU 500). Għaldaqstant, l-ammont rekuperabbli tal-unità li tiġġenera l-flus jaqbeż l-ammont riportat tagħha.

79 Għal raġunijiet prattiċi, l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus xi kultant jiġi determinat wara konsiderazzjoni tal-assi li mhumiex parti mill-unità li tiġġenera l-flus (pereżempju, riċevibbli jew assi finanzjarji oħra) jew obbligazzjonijiet li ġew rikonoxxuti (pereżempju, pagabbli, pensjonijiet u provvedimenti oħra). F’każijiet bħal dawn, l-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus jiżdied bl-ammont riportat ta’ dawk l-assi u jitnaqqas bl-ammont riportat ta’ dawk l-obbligazzjonijiet.

Avvjament

Allokazzjoni tal-avvjament għall-unitajiet li jiġġeneraw il-flus

80   Għall-finijiet tal-ittestjar tal-indeboliment, l-avvjament miksub f’kombinament ta’ negozji għandu, mid-data tal-akkwiżizzjoni, jiġi allokat lil kull unità tal-akkwirent li tiġġenera l-flus, jew gruppi ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus, li huma mistennija li jibbenefikaw mis-sinerġiji tal-kombinament, irrispettivament minn jekk l-assi jew l-obbligazzjonijiet l-oħra tal-akkwiżit jiġux assenjati lil dawk l-unitajiet jew gruppi ta’ unitajiet. Kull unità jew grupp ta’ unitajiet li għalihom l-avvjament ikun ġie allokat b’dan il-mod għandu:

(a) 

jirrappreżenta l-inqas livell fl-entità li fih jiġi mmonitorjat l-avvjament għal għanijiet ta’ amministrazzjoni interna; u

(b) 

ma jkunx akbar minn segment operatorju kif definit fil-paragrafu 5 tal-IFRS 8 Segmenti Operatorji qabel l-aggregazzjoni.

81 Avvjament rikonoxxut f’kombinament ta’ negozji huwa assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li mhumiex identifikati individwalment u rikonoxxuti separatament. L-avvjament ma jiġġenerax flussi ta’ flus indipendentement minn assi jew gruppi ta’ assi oħra, u spiss jikkontribwixxi għall-flussi ta’ flus ta’ unitajiet multipli li jiġġeneraw il-flus. Xi kultant, l-avvjament ma jkunx jista’ jiġi allokat fuq bażi mhux arbitrarja għal unitajiet individwali li jiġġeneraw il-flus, iżda biss għal gruppi ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus. B’riżultat ta’ dan, l-inqas livell fl-entità li fih jiġi mmonitorjat l-avvjament għal għanijiet ta’ amministrazzjoni interna xi kultant jinkludi għadd ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li l-avvjament ikun relatat magħhom iżda li ma jkunx jista’ jiġi allokat għalihom. Ir-referenzi fil-paragrafi 83-99 u l-Appendiċi C għal unità li tiġġenera l-flus li għaliha huwa allokat l-avvjament jenħtieġ li jinftiehmu wkoll bħala referenzi għal grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom huwa allokat l-avvjament.

82 L-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafu 80 tirriżulta fl-ittestjar tal-avvjament għal indeboliment f’livell li jirrifletti l-mod kif entità tamministra l-operazzjonijiet tagħha u li magħha l-avvjament ikun assoċjat b’mod naturali. Għaldaqstant, l-iżvilupp ta’ sistemi tar-rapportar addizzjonali ma jkunx tipikament meħtieġ.

83 Unità li tiġġenera l-flus li għaliha ġie allokat avvjament għall-iskop ta’ ttestjar ta’ indeboliment ma tistax tikkoinċidi mal-livell li fih ikun allokat avvjament f’konformità mal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju għall-iskop ta’ kejl ta’ profitti u telf f’munita barranija. Pereżempju, jekk entità tkun meħtieġa, permezz tal-IAS 21, li talloka avvjament għal livelli relattivament baxxi għall-iskop li jitkejlu l-qligħ u t-telf f’munita barranija, mhuwiex meħtieġ li l-avvjament għall-indeboliment jiġi ttestjat bl-istess livell sakemm dan ma jimmonitorjax ukoll l-avvjament f’dak il-livell għal skopijiet ta’ maniġment intern.

84   Jekk l-allokazzjoni inizjali tal-avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji ma tistax tintemm qabel it-tmiem tal-perjodu annwali li fih iseħħ il-kombinament ta’ negozji, dik l-allokazzjoni inizjali għandha tintemm qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu annwali li jibda wara d-data tal-akkwiżizzjoni.

85 F’konformità mal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, jekk il-kontabbiltà inizjali għal kombinament ta’ negozji tkun tista’ tiġi ddeterminata biss proviżorjament sal-aħħar tal-perjodu li fih isir il-kombinament, l-akkwirent:

(a) 

jikkontabbilizza l-kombinament billi juża dawk il-valuri provviżorji; u

(b) 

jirrikonoxxi kwalunkwe aġġustament għal dawk il-valuri provviżorji b’riżultat tat-tlestija tal-kontabbiltà inizjali fil-perjodu ta’ kejl, li ma għandux jaqbeż tnax-il xahar mid-data tal-akkwiżizzjoni.

F’ċirkustanzi bħal dawn, jista’ jkun ukoll li ma jkunx possibbli li l-allokazzjoni inizjali tal-avvjament rikonoxxut fil-kombinament tiġi kompluta qabel it-tmiem tal-perjodu annwali li matulu jseħħ il-kombinament. Meta jseħħ dan il-każ, l-entità tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 133.

86   Jekk avvjament ikun ġie allokat għal unità li tiġġenera l-flus u l-entità tiddisponi minn operazzjoni f’dik l-unità, l-avvjament assoċjat mal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment għandu jkun:

(a) 

inkluż fl-ammont riportat tal-operazzjoni meta jiġi ddeterminat il-qligħ jew it-telf mad-disponiment; u

(b) 

imkejjel fuq il-bażi tal-valuri relattivi tal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment u l-porzjon miżmum tal-unità li tiġġenera l-flus, sakemm l-entità ma tkunx tista’ turi li xi metodu ieħor jirrifletti aħjar l-avvjament assoċjat mal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment.

Eżempju

Entità tbigħ operazzjoni li kienet parti mill-unità li tiġġenera l-flus li għaliha kien ġie allokat avvjament għal CU 100. L-avvjament allokat għall-unità ma jistax jiġi identifikat jew assoċjat ma’ grupp ta’ assi f’livell iktar baxx minn dik l-unità, ħlief b’mod arbitrarju. L-ammont rekuperabbli tal-porzjon miżmum tal-unità li tiġġenera l-flus huwa ta’ CU 300.

Minħabba li l-avvjament allokat għall-unità li tiġġenera l-flus ma jistax jiġi identifikat b'mod mhux arbitrarju jew assoċjat ma’ grupp ta’ assi f’livell iktar baxx minn dik l-unità, l-avvjament assoċjat mal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment jitkejjel fuq il-bażi tal-valuri relattivi tal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment, u l-porzjon tal-unità miżmuma. Għaldaqstant, 25 fil-mija tal-avvjament allokat lill-unità li tiġġenera l-flus jiġi inkluż fl-ammont riportat tal-operazzjoni li tinbiegħ.

87   Jekk entità tirriorganizza l-istruttura tar-rapportar tagħha b’mod li jibdel il-kompożizzjoni ta’ waħda jew aktar mill-unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament, l-avvjament għandu jiġi allokat mill-ġdid għall-unitajiet affettwati. Din ir-riallokazzjoni għandha ssir billi jintuża approċċ ta’ valur relattiv simili għal dak użat meta entità tiddisponi minn operazzjoni f’unità li tiġġenera l-flus, sakemm l-entità ma tkunx tista’ turi li xi metodu ieħor jirrifletti aħjar l-avvjament assoċjat mal-unitajiet riorganizzati.

Eżempju

Avvjament kien ġie allokat preċedentement għall-unità A li tiġġenera l-flus. L-avvjament allokat għal A ma jistax jiġi identifikat jew assoċjat ma’ grupp ta’ assi f’livell aktar baxx minn A, ħlief b’mod arbitrarju. A għandha tinqasam u tiġi integrata fi tliet unitajiet oħra B, C u D li jiġġeneraw il-flus.

Minħabba li l-avvjament allokat għal A ma jistax jiġi identifikat b’mod mhux arbitrarju jew assoċjat ma’ grupp ta’ assi f’livell aktar baxx minn A, dan jiġi riallokat għall-unitajiet B, C u D fuq il-bażi tal-valuri relattivi tat-tliet porzjonijiet ta’ A qabel ma dawk il-porzjonijiet jiġu integrati ma’ B, C u D.

Ittestjar tal-unitajiet li jiġġeneraw il-flus mal-avvjament għal indeboliment

88   Meta, kif deskritt fil-paragrafu 81, avvjament ikun relatat ma’ unità li tiġġenera l-flus iżda ma jkunx ġie allokat għal dik l-unità, l-unità għandha tiġi ttestjata għal indeboliment, kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-unità tista’ tkun indebolita, billi jitqabbel l-ammont riportat tal-unità, ħlief kwalunkwe avvjament, mal-ammont rekuperabbli tagħha. Kwalunkwe telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 104.

89 Jekk unità li tiġġenera l-flus deskritta fil-paragrafu 88 tinkludi assi intanġibbli fl-ammont riportat tagħha li għandu ħajja utli indefinita jew li jkun għadu mhuwiex disponibbli għall-użu u dak l-assi jista’ jiġi ttestjat għal indeboliment biss bħala parti mill-unità li tiġġenera l-flus, il-paragrafu 10 jeħtieġ li l-unità tiġi ttestjata wkoll għal indeboliment kull sena.

90   Unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament għandha tiġi ttestjata kull sena għal indeboliment, u kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-unità tista’ tkun indebolita, billi jitqabbel l-ammont riportat tal-unità, inkluż l-avvjament, mal-ammont rekuperabbli tal-unità. Jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità jaqbeż l-ammont riportat tal-unità, l-unità u l-avvjament allokat għal dik l-unità għandhom jitqiesu bħala mhux indeboliti. Jekk l-ammont riportat tal-unità jaqbeż l-ammont rekuperabbli tal-unità, l-entità għandha tirrikonoxxi t-telf minn indeboliment f’konformità mal-paragrafu 104.

91–95 [Imħassra]

Twaqqit tat-testijiet tal-indeboliment

96   It-test tal-indeboliment annwali għal unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament jista’ jsir f’kull żmien matul perjodu annwali, bil-kundizzjoni li t-test jitwettaq fl-istess żmien kull sena. Unitajiet differenti li jiġġeneraw il-flus jistgħu jiġu ttestjati għal indeboliment fi żminijiet differenti. Madankollu, jekk parti mill-avvjament allokat għal unità li tiġġenera l-flus jew l-avvjament kollu kemm hu jkun ġie akkwistat f’kombinament ta’ negozji matul il-perjodu annwali kurrenti, dik l-unità għandha tiġi ttestjata għal indeboliment qabel it-tmiem tal-perjodu annwali kurrenti.

97   Jekk l-assi li jikkostitwixxu l-unità li tiġġenera l-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament jiġu ttestjati għal indeboliment fl-istess żmien bħall-unità li jkun fiha l-avvjament, dawn għandhom jiġu ttestjati għal indeboliment qabel l-unità li jkun fiha l-avvjament. Bl-istess mod, jekk l-unitajiet li jiġġeneraw il-flus jikkostitwixxu grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament ikunu ġew ittestjati għal indeboliment fl-istess ħin tal-gruppi ta’ unitajiet li fihom avvjament, l-unitajiet individwali għandhom jiġu ttestjati għal indeboliment qabel il-grupp ta’ unitajiet li fihom avvjament.

98 Fil-ħin tat-test tal-indeboliment ta’ unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament, jista’ jkun hemm indikazzjoni ta’ indeboliment ta’ assi fl-unità li fiha l-avvjament. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-entità tittestja l-assi għal indeboliment l-ewwel, u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment għal dak l-assi qabel tittestja l-unità li tiġġenera l-flus li fiha l-avvjament għal indeboliment. Bl-istess mod, jista’ jkun hemm indikazzjoni ta’ indeboliment ta’ unità li tiġġenera l-flus fi grupp ta’ unitajiet li fihom avvjament. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-entità l-ewwel tittestja l-unità li tiġġenera l-flus għal indeboliment, u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment għal dik l-unità, qabel ma tittestja l-grupp ta’ unitajiet li għalihom ikun ġie allokat avvjament għal indeboliment.

99   L-aktar kalkolazzjoni dettaljata riċenti magħmula f’perjodu preċedenti tal-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament tista’ tintuża fit-test tal-indeboliment ta’ dik l-unità fil-perjodu kurrenti bil-kundizzjoni li jkunu ġew issodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet li jagħmlu l-unità ma nbidlux b’mod sinifikanti mill-aktar kalkolazzjoni riċenti tal-ammont rekuperabbli;

(b) 

l-aktar kalkolazzjoni riċenti tal-ammont rekuperabbli rriżultat f’ammont li kien ikbar mill-ammont riportat tal-unità b’marġni sostanzjali; u

(c) 

abbażi ta’ analiżi ta’ eventi li jkunu seħħew u ċirkustanzi li jkunu nbidlu mill-kalkolazzjoni tal-aktar ammont rekuperabbli riċenti, il-probabbiltà li d-determinazzjoni ta’ ammont rekuperabbli kurrenti tkun inqas mill-ammont riportat kurrenti tal-unità hija remota.

Assi korporattivi

100 Assi korporattivi jinkludu assi ta’ grupp jew assi diviżjonali bħall-bini ta’ kwartieri ġenerali jew diviżjoni tal-entità, apparat EDP jew ċentru ta’ riċerka. L-istruttura ta’ entità tiddetermina jekk assi jissodisfax id-definizzjoni ta’ dan l-Istandard ta’ assi korporattivi għal unità partikulari li tiġġenera l-flus. Il-karatteristiki distintivi ta’ assi korporattivi huma li dawn ma jiġġenerawx influssi ta’ flus indipendentement minn assi oħra jew gruppi ta’ assi oħra u l-ammont riportat tagħhom ma jistax ikun attribwibbli għalkollox għall-unità li tiġġenera l-flus li qiegħda tiġi eżaminata.

101 Minħabba li l-assi korporattivi ma jiġġenerawx influssi ta’ flus separati, l-ammont rekuperabbli ta’ assi korporattiv individwali ma jistax jiġi ddeterminat sakemm il-maniġment ma jkunx iddeċieda li jiddisponi mill-assi. B’konsegwenza ta’ dan, jekk ikun hemm indikazzjoni li assi korporattiv jista’ jkun indebolit, l-ammont rekuperabbli jiġi determinat għall-unità li tiġġenera l-flus jew grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li jappartjeni għalihom l-assi korporattiv, u jitqabbel mal-ammont riportat ta’ din l-unità li tiġġenera l-flus jew grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus. Kwalunkwe telf minn indeboliment jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 104.

102   Fl-ittestjar ta’ unità li tiġġenera l-flus għal indeboliment, entità għandha tidentifika l-assi korporattivi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-unità li tiġġenera l-flus li qiegħda tiġi eżaminata. Jekk porzjon tal-ammont riportat ta’ assi korporattiv:

(a) 

ikun jista’ jiġi allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti lil dik l-unità, l-entità għandha tqabbel l-ammont riportat tal-unità, inkluż il-porzjon tal-ammont riportat tal-assi korporattiv allokat lill-unità, mal-ammont rekuperabbli tiegħu. Kwalunkwe telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 104;

(b) 

ma jistax jiġi allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti lil dik l-unità, l-entità għandha:

(i) 

tqabbel l-ammont riportat tal-unità, ħlief l-assi korporattivi, mal-ammont rekuperabbli tiegħu u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment f’konformità mal-paragrafu 104;

(ii) 

tidentifika l-iżgħar grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li jinkludi l-unità li tiġġenera l-flus li qiegħda tiġi eżaminata u li għaliha porzjon tal-ammont riportat tal-assi korporattivi jista’ jiġi allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti; u

(iii) 

tqabbel l-ammont riportat ta’ dak il-grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus, inkluż il-porzjon tal-ammont riportat tal-assi korporattiv allokat lil dak il-grupp ta’ unitajiet, mal-ammont rekuperabbli tal-grupp ta’ unitajiet. Kwalunkwe telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 104.

103 L-Eżempju Illustrattiv 8 juri l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti għal assi korporattivi.

Telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus

104   Telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut għal unità li tiġġenera l-flus (l-iżgħar grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament jew assi korporattivi) jekk, u biss jekk, l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun inqas mill-ammont riportat tal-unità (grupp ta’ unitajiet). It-telf minn indeboliment għandu jiġi allokat biex inaqqas l-ammont riportat tal-assi tal-unità (grupp ta’ unitajiet) fl-ordni li ġejja:

(a) 

l-ewwel, biex inaqqas l-ammont riportat ta’ kwalunkwe avvjament allokat lill-unità (grupp ta’ unitajiet) li tiġġenera l-flus; u

(b) 

imbagħad, għall-assi l-oħra tal-unità (grupp ta’ unitajiet) pro rata abbażi tal-ammont riportat ta’ kull assi fl-unità (grupp ta’ unitajiet).

Dan it-tnaqqis fl-ammonti riportati għandu jiġi ttrattat bħala telf minn indeboliment fuq assi individwali u rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 60.

105   Meta talloka telf minn indeboliment f’konformità mal-paragrafu 104, entità ma għandhiex tnaqqas l-ammont riportat ta’ assi taħt l-akbar bejn:

(a) 

il-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment (jekk jista’ jitkejjel);

(b) 

il-valur fl-użu tiegħu (jekk ikun jista’ jiġi determinat); u

(c) 

żero.

L-ammont tat-telf minn indeboliment li inkella kien jiġi allokat għall-assi għandu jiġi allokat pro rata għall-assi l-oħra tal-unità (grupp ta’ unitajiet).

106 Jekk ma jkunx prattikabbli li jiġi stmat l-ammont rekuperabbli ta’ kull assi individwali ta’ unità li tiġġenera l-flus, dan l-Istandard jeħtieġ allokazzjoni arbitrarja ta’ telf minn indeboliment bejn l-assi ta’ dik l-unità, ħlief l-avvjament, minħabba li l-assi kollha tal-unità li tiġġenera l-flus jaħdmu flimkien.

107 Jekk l-ammont rekuperabbli ta’ assi individwali ma jkunx jista’ jiġi determinat (ara l-paragrafu 67):

(a) 

telf minn indeboliment huwa rikonoxxut għall-assi jekk l-ammont riportat tiegħu jkun akbar mill-ogħla tal-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, u r-riżultati tal-proċeduri tal-allokazzjoni deskritti fil-paragrafi 104 u 105; u

(b) 

l-ebda telf minn indeboliment ma jkun rikonoxxut għall-assi jekk l-unità relatata li tiġġenera l-flus ma tkunx indebolita. Dan japplika anki jekk il-valur ġust tal-assi mingħajr il-kostijiet tad-disponiment ikun inqas mill-ammont riportat tiegħu.

Eżempju

Magna ġarrbet ħsara fiżika iżda għadha taħdem, għalkemm mhux daqshekk tajjeb daqs kemm kienet qabel ma ġratilha l-ħsara. Il-valur ġust tal-magna mingħajr il-kostijiet tad-disponiment huwa inqas mill-ammont riportat tagħha. Il-magna ma tiġġenerax influssi ta’ flus indipendenti. L-iżgħar grupp identifikabbli ta’ assi li jinkludi l-magna u jiġġenera influssi ta’ flus li jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta’ flus minn assi oħrajn huwa l-linja tal-produzzjoni li għaliha tappartjeni l-magna. L-ammont rekuperabbli tal-linja tal-produzzjoni juri li dik il-linja tal-produzzjoni, meħuda kollha kemm hi, mhijiex indebolita.

Suppożizzjoni 1: baġits/previżjonijiet approvati mill-maniġment ma jirriflettu ebda impenn tal-maniġment li jissostitwixxi l-magna.

L-ammont rekuperabbli tal-magna waħdu ma jistax jiġi stmat minħabba li l-valur tal-magna fl-użu:

(a) 

jista’ jkun differenti mill-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment; u

(b) 

jista’ jiġi determinat biss għall-unità li tiġġenera l-flus li għaliha tappartjeni l-magna (il-linja tal-produzzjoni).

Il-linja tal-produzzjoni mhijiex indebolita. Għaldaqstant, mhu rikonoxxut l-ebda telf minn indeboliment għall-magna. Madankollu, l-entità tista’ teħtieġ li tirrivaluta l-perjodu ta’ deprezzament jew il-metodu ta’ deprezzament għall-magna. Jista’ jkun li jkun meħtieġ perjodu ta’ deprezzament iqsar jew metodu ta’ deprezzament aktar mgħaġġel biex jirrifletti l-bqija tal-ħajja utli mistennija tal-magna jew il-format li bih il-benefiċċji ekonomiċi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità.

Suppożizzjoni 2: baġits/previżjonijiet approvati mill-maniġment jirriflettu obbligu tal-maniġment li jissostitwixxi l-magna jew ibigħha fil-futur qarib. Flussi ta’ flus minn użu kontinwu tal-magna sad-disponiment tagħha huma stmati li huma negliġibbli.

Il-valur fl-użu tal-magna jista’ jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tagħha mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Għaldaqstant, l-ammont rekuperabbli tal-magna jista’ jiġi determinat u ma tingħata l-ebda konsiderazzjoni għall-unità li tiġġenera l-flus li l-magna tappartjeni għaliha (jiġifieri l-linja tal-produzzjoni). Minħabba li l-valur ġust tal-magna mingħajr il-kostijiet tad-disponiment huwa inqas mill-ammont riportat tagħha, telf minn indeboliment huwa rikonoxxut għall-magna.

108   Wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti fil-paragrafi 104 u 105, għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni għal kwalunkwe ammont li jifdal ta’ telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus jekk, u biss jekk, dan ikun meħtieġ minn IFRS ieħor.

RIVERSJAR TA’ TELF MINN INDEBOLIMENT

109 Il-paragrafi 110-116 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-riversjar ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi jew unità li tiġġenera l-flus. Dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus. Rekwiżiti addizzjonali għal assi individwali jinstabu fil-paragrafi 117-121, għal unità li tiġġenera l-flus fil-paragrafi 122 u 123, u għal avvjament fil-paragrafi 124 u 125.

110   Entità għandha tivvaluta fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar jekk hemmx indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi għajr avvjament jista’ jkun ma baqax jeżisti jew naqasx. Jekk tkun teżisti indikazzjoni ta’ din ix-xorta, l-entità għandha tistma l-ammont rekuperabbli ta’ dak l-assi.

111   Meta tivvaluta jekk ikunx hemm xi indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi li ma jkunx avvjament jista’ ma jeżistix aktar jew jista’ jkun li naqas, entità għandha tikkunsidra, bħala minimu, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

Sorsi esterni ta’ informazzjoni
(a) 

ikun hemm indikazzjonijiet osservabbli li l-valur tas-suq tal-assi jkun żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu;

(b) 

ikunu seħħew bidliet sinifikanti b’effett favorevoli fuq l-entità matul il-perjodu, jew dawn ikunu mistennija li jseħħu fil-futur qarib, fl-ambjent teknoloġiku, tas-suq, dak ekonomiku jew legali li fih topera l-entità jew fis-suq li għalih huwa ddedikat l-assi;

(c) 

ir-rati tal-imgħax tas-suq jew rati oħrajn tas-suq ta’ redditu fuq l-investimenti jkunu naqsu matul il-perjodu, u dak it-tnaqqis aktarx li jaffettwa r-rata ta’ skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu tal-assi u jżid l-ammont rekuperabbli tal-assi b’mod materjali.

Sorsi ta’ informazzjoni interni
(d) 

ikunu seħħew bidliet sinifikanti b’effett favorevoli fuq l-entità matul il-perjodu, jew li huma mistennija li jseħħu fil-futur qarib, sa fejn, u bil-mod kif, l-assi jintuża jew huwa mistenni li jintuża. Dawn il-bidliet jinkludu kostijiet imġarrba matul il-perjodu biex titjieb jew titkabbar il-prestazzjoni tal-assi jew ir-ristrutturar tal-operazzjoni tal-assi li għaliha jappartjeni l-assi;

(e) 

evidenza hija disponibbli mir-rapportar intern li tindika li l-prestazzjoni ekonomika tal-assi hija, jew se tkun, aħjar milli kien mistenni.

112 Indikazzjonijiet ta’ tnaqqis potenzjali f’telf minn indeboliment fil-paragrafu 111, fil-biċċa l-kbira jirriflettu l-indikazzjonijiet ta’ telf potenzjali minn indeboliment fil-paragrafu 12.

113 Jekk ikun hemm indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut għal assi, ħlief avvjament, jista’ ma jibqax jeżisti jew jista’ jkun li naqas, dan jista’ jindika li l-bqija tal-ħajja utli, il-metodu ta’ deprezzament (amortizzament) jew il-valur residwu għall-assi jeħtieġ li jiġi rivedut u aġġustat f’konformità mal-IFRS applikabbli għall-assi, anki jekk l-ebda telf minn indeboliment ma jkun riversjat għall-assi.

114   Telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi, ħlief avvjament, għandu jiġi riversjat jekk, u biss jekk, kien hemm bidla fl-istimi użati biex jiġi determinat l-ammont tal-assi rekuperabbli sa minn meta ġie rikonoxxut l-aħħar telf minn indeboliment. Jekk dan ikun il-każ, l-ammont rekuperabbli tal-assi, ħlief kif deskritt fil-paragrafu 117, għandu jiżdied għall-ammont rekuperabbli tiegħu. Din iż-żieda hija riversjar tat-telf minn indeboliment.

115 Riversjar tat-telf minn indeboliment jirrifletti żieda fl-istima tal-potenzjal tas-servizz ta’ assi, mill-użu jew mill-bejgħ, sa mid-data meta entità tkun irrikonoxxiet l-aħħar telf minn indeboliment għal dak l-assi. Il-paragrafu 130 jeħtieġ li entità tidentifika l-bidla fl-istimi li tikkawża ż-żieda fl-istima tal-potenzjal tas-servizz. Eżempji ta’ bidliet fl-istimi jinkludu:

(a) 

bidla fil-bażi għall-ammont rekuperabbli (jiġifieri jekk ammont rekuperabbli huwiex ibbażat fuq il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment jew tal-valur fl-użu);

(b) 

jekk ammont rekuperabbli kien ibbażat fuq il-valur fl-użu, bidla fl-ammont jew fit-twaqqit tal-istima tal-flussi futuri ta’ flus jew fir-rata ta’ skont jew

(c) 

jekk ammont rekuperabbli kien ibbażat fuq il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, bidla fl-istima tal-komponenti ta’ valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment.

116 Il-valur fl-użu tal-assi jista’ jsir akbar mill-ammont riportat tal-assi sempliċiment minħabba li l-valur preżenti ta’ influssi futuri ta’ flus jiżdied hekk kif dawn joqorbu. Madankollu, il-potenzjal tas-servizz tal-assi ma żdiedx. Għaldaqstant, telf minn indeboliment ma jiġix riversjat sempliċiment minħabba l-mogħdija taż-żmien (xi kultant imsejjaħ “treġġigħ lura” (unwinding) tal-iskont), anki jekk l-ammont rekuperabbli tal-assi jsir ogħla mill-ammont riportat tiegħu.

Riversjar ta’ telf minn indeboliment għal assi individwali

117   Iż-żieda fl-ammont riportat ta’ assi, għajr l-avvjament attribwibbli għal riversjar ta’ telf minn indeboliment, ma għandux jaqbeż l-ammont riportat li kieku kellu jiġi determinat (nett mill-amortizzament jew deprezzament) li l-ebda telf minn indeboliment ma kien ġie rikonoxxut għall-assi fis-snin preċedenti.

118 Kwalunkwe żieda fl-ammont riportat ta’ assi, għajr l-avvjament, ’il fuq mill-ammont riportat li kieku kellu jiġi determinat (nett mill-amortizzament jew deprezzament) li kieku ma kien ġie rikonoxxut l-ebda telf minn indeboliment għall-assi fis-snin preċedenti hija rivalwazzjoni. Biex tikkontabbilizza rivalwazzjoni bħal din, entità tapplika l-IFRS applikabbli għall-assi.

119   Ir-riversjar ta’ telf minn indeboliment għal assi għajr l-avvjament għandu jiġi rikonoxxut immedjatament fi profitt jew telf, sakemm l-assi ma jiġix rikonoxxut f’ammont rivalwat f’konformità ma’ IFRS ieħor (pereżempju, il-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16). Kwalunkwe riversjar ta’ telf minn indeboliment ta’ assi rivalwat għandu jiġi trattat bħala żieda ta’ rivalwazzjoni f’konformità ma’ dak l-IFRS l-ieħor.

120 Ir-riversjar ta’ telf minn indeboliment fuq assi rivalwat huwa rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv u jżid is-surplus ta’ rivalwazzjoni għal dak l-assi. Madankollu, sal-punt li telf minn indeboliment fuq l-istess assi rivalwat kien rikonoxxut preċedentement fi profitt jew telf, riversjar ta’ dak it-telf minn indeboliment jiġi rikonoxxut ukoll fi profitt jew telf.

121   Wara li jiġi rikonoxxut riversjar ta’ telf minn indeboliment, l-imposta tad-deprezzament (amortizzament) għall-assi għandha tiġi aġġustata f’perjodi futuri biex l-ammont riportat rivedut tal-assi jiġi allokat, mingħajr il-valur residwu tiegħu (jekk ikun hemm), fuq bażi sistematika matul il-bqija tal-ħajja utli tiegħu.

Riversjar ta’ telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus

122   Riversjar ta’ telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus għandu jiġi allokat għall-assi tal-unità, għajr għall-avvjament, pro rata bl-ammonti riportati ta’ dawk l-assi. Dawn iż-żidiet fl-ammonti riportati għandhom jiġu trattati bħala riversjar ta’ telf minn indeboliment għal assi individwali u rikonoxxuti f’konformità mal-paragrafu 119.

123   Fl-allokazzjoni ta’ riversjar ta’ telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus f’konformità mal-paragrafu 122, l-ammont riportat ta’ assi ma għandux jiżdied aktar mill-inqas fost dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont rekuperabbli tiegħu (jekk jista’ jiġi ddeterminat); u

(b) 

l-ammont riportat li kieku kien jiġi determinat (nett mill-amortizzament jew deprezzament) li kieku ma kien ġie rikonoxxut l-ebda telf minn indeboliment għall-assi f’perjodi preċedenti.

L-ammont tar-riversjar tat-telf minn indeboliment li kieku kien ikun allokat għall-assi għandu jiġi allokat pro rata għall-assi l-oħra tal-unità, għajr għall-avvjament.

Riversjar ta’ telf minn indeboliment għal avvjament

124   Telf minn indeboliment rikonoxxut għal avvjament ma għandux jiġi riversjat f’perjodu sussegwenti.

125 L-IAS 38 Assi Intanġibbli jipprojbixxi r-rikonoxximent ta’ avvjament ġenerat internament. Kwalunkwe żieda fl-ammont rekuperabbli tal-avvjament fil-perjodi ta’ wara r-rikonoxximent ta’ telf minn indeboliment għal dak l-avvjament x’aktarx li tkun żieda f’avvjament iġġenerat internament, minflok riversjar tat-telf minn indeboliment rikonoxxut għall-avvjament akkwistat.

DIVULGAZZJONI

126   Entità għandha tiddivulga dawn li ġejjin għal kull klassi ta’ assi:

(a) 

l-ammont ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut fi profitt jew telf matul il-perjodu u l-entrata/i f’linja tar-rapport tal-introjtu komprensiv li fiha/om ikun inkluż dak it-telf minn indeboliment;

(b) 

l-ammont ta’ riversjar ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut fi profitt jew telf matul il-perjodu u l-entrata/i f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv li fiha/om jiġi riversjat dak it-telf minn indeboliment;

(c) 

l-ammont ta’ telf minn indeboliment fuq assi rivalwati rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu;

(d) 

l-ammont ta’ riversjar ta’ telf minn indeboliment fuq assi rivalwati rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu.

127 Klassi ta’ assi hija raggruppament ta’ assi ta’ natura simili u użu fl-operazzjonijiet ta’ entità.

128 L-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 126 tista’ tiġi ppreżentata ma’ informazzjoni oħra ddivulgata għall-klassi ta’ assi. Pereżempju, din l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża f’rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, kif meħtieġ mill-IAS 16.

129   Entità li tirrapporta informazzjoni dwar is-segmenti f’konformità mal-IFRS 8 għandha tiddivulga dan li ġej għal kull segment soġġett għar-rapportar:

(a) 

l-ammont ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut fi profitt jew telf u f’introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu;

(b) 

l-ammont ta’ riversjar ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut fi profitt jew telf u f’introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu.

130   Entità għandha tiddivulga dan li ġej għal assi individwali (inkluż avvjament) jew unità li tiġġenera l-flus, li għaliha jkun ġie rikonoxxut jew ġie riversjat telf minn indeboliment tul il-perjodu:

(a) 

l-eventi u ċ-ċirkustanzi li wasslu għar-rikonoxximent jew ir-riversjar tat-telf minn indeboliment;

(b) 

l-ammont ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut jew riversjat;

(c) 

għal assi individwali:

(i) 

in-natura tal-assi; u

(ii) 

jekk l-entità tirrapporta informazzjoni dwar is-segmenti f’konformità mal-IFRS 8, is-segment soġġett għar-rapportar li jappartjeni għalih l-assi;

(d) 

għal unità li tiġġenera l-flus:

(i) 

deskrizzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus (bħal jekk hijiex linja tal-prodott, impjant, operazzjoni kummerċjali, żona ġeografika, jew segment soġġett għar-rapportar kif definit fl-IFRS 8);

(ii) 

l-ammont tat-telf minn indeboliment rikonoxxut jew riversjat skont il-klassi ta’ assi u, jekk l-entità tirrapporta l-informazzjoni dwar is-segmenti f’konformità mal-IFRS 8, skont is-segment soġġett għar-rapportar; u

(iii) 

jekk l-aggregazzjoni ta’ assi għal identifikazzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus tkun inbidlet mill-istima preċedenti tal-ammont rekuperabbli (jekk ikun hemm) tal-unità li tiġġenera l-flus, deskrizzjoni tal-mod kurrenti u preċedenti tal-aggregazzjoni tal-assi u r-raġunijiet għall-bidla fil-mod kif l-unità li tiġġenera l-flus hija identifikata;

(e) 

l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) u jekk l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) huwiex il-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tad-disponiment jew il-valur fl-użu tiegħu;

(f) 

jekk l-ammont rekuperabbli jkun il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust (ara l-IFRS 13) li l-kejl tal-valur ġust tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) ikun ikkategorizzat fih fl-intier tiegħu (mingħajr ma jitqies jekk “il-kostijiet tad-disponiment” humiex osservabbli);

(ii) 

għall-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 2 u fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tat-teknika/i ta’ valwazzjoni użati għall-kejl tal-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Jekk kien hemm bidla fit-teknika tal-valwazzjoni, l-entità għandha tiddivulga dik il-bidla u r-raġuni(jiet) għalfejn saret; u

(iii) 

għall-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 2 u l-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, kull preżunzjoni ewlenija li l-maniġment ibbaża fuqha biex jiddetermina l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Il-preżunzjonijiet ewlenin huma dawk li l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) huwa l-aktar sensittiv. L-entità għandha tiddivulga wkoll ir-rata/i ta’ skont użat(i) fil-kejl attwali u fil-kejl preċedenti jekk il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment jitkejjel bl-użu ta’ teknika ta’ valur preżenti;

(g) 

jekk ammont rekuperabbli jkun il-valur fl-użu, ir-rata/i ta’ skont użata/i fl-istima kurrenti u fl-istima preċedenti (jekk ikun hemm) tal-valur fl-użu.

131   Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja għat-telf minn indeboliment aggregat u r-riversjar ta’ telf minn indeboliment aggregat rikonoxxuti matul il-perjodu li għalih ma tkun ġiet iddivulgata l-ebda informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 130:

(a) 

il-klassijiet prinċipali tal-assi affettwati bit-telf minn indeboliment u l-klassijiet prinċipali tal-assi affettwati bir-riversjar ta’ telf minn indeboliment;

(b) 

l-eventi u ċ-ċirkustanzi prinċipali li wasslu għar-rikonoxximent ta’ dak it-telf minn indeboliment u r-riversjar tat-telf minn indeboliment.

132 Entità hija mħeġġa tiddivulga s-suppożizzjonijiet użati biex jiddeterminaw l-ammont rekuperabbli ta’ assi (unitajiet li jiġġeneraw il-flus) matul il-perjodu. Madankollu, il-paragrafu 134 jeħtieġ li entità tiddivulga informazzjoni dwar l-istimi użati biex jitkejjel l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus meta avvjament jew assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita jkun inkluż fl-ammont riportat ta’ dik l-unità.

133   Jekk, f’konformità mal-paragrafu 84, kwalunkwe porzjon tal-avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji matul il-perjodu ma jkunx ġie allokat għal unità li tiġġenera l-flus (grupp ta’ unitajiet) fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, l-ammont tal-avvjament mhux allokat għandu jiġi ddivulgat flimkien mar-raġunijiet għaliex dak l-ammont jibqa’ mhux allokat.

Stimi użati biex ikejlu l-ammonti rekuperabbli ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li fihom avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti

134   Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità (grupp ta’ unitajiet) li tiġġenera l-flus li għaliha l-ammont riportat ta’ avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti allokat għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun sinifikanti meta mqabbel mal-ammont riportat totali tal-entità ta’ avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti

(a) 

l-ammont riportat ta’ avvjament allokat għall-unità (grupp ta’ unitajiet);

(b) 

l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti allokati għall-unità (grupp ta’ unitajiet);

(c) 

il-bażi li fuqha l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ġie determinat (jiġifieri l-valur fl-użu jew il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment);

(d) 

jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun ibbażat fuq il-valur fl-użu:

(i) 

kull suppożizzjoni prinċipali li fuqha l-maniġment ikun ibbaża l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus tiegħu għall-perjodu kopert mill-aktar baġits/previżjonijiet riċenti. Is-suppożizzjonijiet kruċjali jkunu dawk li l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun l-aktar sensittiv għalihom;

(ii) 

deskrizzjoni tal-approċċ tal-maniġment użat biex jiddetermina l-valur(i) assenjat(i) għal kull suppożizzjoni prinċipali, kemm jekk da(w)k il-valur(i) jirrifletti/u l-esperjenza tal-passat kif ukoll jekk, jekk adattat, ikun(u) konsistenti mas-sorsi esterni ta’ informazzjoni, u, jekk le, kif u għaliex ikun(u) differenti minn esperjenza tal-passat jew sorsi esterni ta’ informazzjoni;

(iii) 

il-perjodu li matulu l-maniġment ikun ipproġetta l-flussi ta’ flus abbażi tal-baġits/previżjonijiet finanzjarji approvati mill-maniġment u, meta jintuża perjodu ta’ aktar minn ħames snin għall-unità (grupp ta’ unitajiet) li tiġġenera l-flus, spjegazzjoni ta’ għaliex dak il-perjodu itwal huwa ġġustifikat;

(iv) 

ir-rata ta’ tkabbir użata biex jiġu estrapolati l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus wara l-perjodu kopert bl-aktar baġits/previżjonijiet riċenti, u l-ġustifikazzjoni għaliex intużat xi rata ta’ tkabbir li taqbeż ir-rata ta’ tkabbir medju fit-tul għall-prodotti, l-industriji, jew pajjiż jew pajjiżi li fihom topera l-entità, jew għas-suq li għalih hija ddedikata l-unità (grupp ta’ unitajiet);

(v) 

ir-rata/i ta’ skont applikata/i għall-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus;

(e) 

jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) jkun ibbażat fuq il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment, it-teknika/i ta’ valwazzjoni użata/i għall-kejl tal-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Entità ma tkunx meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet mitluba mill-IFRS 13. Jekk il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment ma jitkejjilx permezz ta’ prezz kwotat għal unità (grupp ta’ unitajiet) identika, entità għandha tiddivulga din l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

kull suppożizzjoni prinċipali li fuqha l-maniġment ikun ibbaża d-determinazzjoni tiegħu tal-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment. Is-suppożizzjonijiet kruċjali jkunu dawk li l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun l-aktar sensittiv għalihom;

(ii) 

deskrizzjoni tal-approċċ tal-maniġment biex jiddetermina l-valur (jew valuri) assenjati għal kull suppożizzjoni prinċipali, jekk dawk il-valuri jirriflettux l-esperjenza tal-passat jew, jekk ikun il-każ, humiex konsistenti ma’ sorsi esterni tal-informazzjoni, u jekk le, kif u għaliex huma differenti mill-esperjenza tal-passat jew sorsi esterni tal-informazzjoni;

(iiA) 

il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust (ara l-IFRS 13) li fih il-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat fl-intier tiegħu (mingħajr kunsiderazzjoni għall-osservabbiltà tal-“kostijiet tad-disponiment”);

(iiB) 

jekk ikun hemm bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni, il-bidla u r-raġuni(jiet) għalfejn saret.

Jekk il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment jitkejjel permezz ta’ projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus skontati, entità għandha tiddivulga din l-informazzjoni li ġejja:

(iii) 

il-perjodu li fuqu l-maniġment ipproġetta l-flussi ta’ flus;

(iv) 

ir-rata ta’ tkabbir użata sabiex jiġu estrapolati l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus;

(v) 

ir-rata/i ta’ skont applikata/i għall-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus;

(f) 

jekk bidla li tkun raġonevolment possibbli f’suppożizzjoni kruċjali li fuqha l-maniġment ikun ibbaża d-determinazzjoni tiegħu tal-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) tikkawża li l-ammont riportat tal-unità (grupp ta’ unitajiet) jaqbeż l-ammont rekuperabbli:

(i) 

l-ammont li bih l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) jaqbeż l-ammont riportat tagħha;

(ii) 

il-valur assenjat lis-suppożizzjoni kruċjali;

(iii) 

l-ammont li bih il-valur assenjat lis-suppożizzjoni kruċjali jrid jinbidel, wara li jinkorpora kwalunkwe effett konsegwenzjali ta’ dik il-bidla fuq l-oġġetti varjabbli l-oħra użati biex ikejlu l-ammont rekuperabbli, biex l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun ugwali għall-ammont riportat tagħha.

135   Jekk xi parti, jew l-ammont riportat kollu tal-avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti jiġi allokat f’unitajiet (gruppi ta’ unitajiet) multipli li jiġġeneraw il-flus, u l-ammont b’hekk allokat għal kull unità (grupp ta’ unitajiet) ma jkunx sinifikanti meta mqabbel mal-ammont totali riportat ta’ avvjament jew ta’ assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti tal-entità, dak il-fatt għandu jiġi ddivulgat, flimkien mal-ammont riportat aggregat tal-avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti allokati għal dawk l-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet). Barra minn hekk, jekk l-ammonti rekuperabbli ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk l-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet) ikunu bbażati fuq l-istess suppożizzjoni(jiet) kruċjali u l-ammont riportat aggregat tal-avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti allokati għalihom ikun sinifikanti meta mqabbel mal-ammont totali riportat tal-avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti tal-entità, entità għandha tiddivulga dak il-fatt, flimkien ma’:

(a) 

l-ammont riportat aggregat tal-avvjament allokat għal dawk l-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet);

(b) 

l-ammont riportat aggregat tal-assi intanġibbli b’ħajjiet utli indefiniti allokati għal dawk l-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet);

(c) 

deskrizzjoni tas-suppożizzjoni(jiet) kruċjali;

(d) 

deskrizzjoni tal-approċċ tal-maniġment biex jiddetermina l-valur(i) assenjat(i) lis-suppożizzjoni(jiet) kruċjali, kemm jekk da(w)k il-valur(i) jirrifletti/u l-esperjenza tal-passat kif ukoll jekk, jekk ikun xieraq, ikunu konsistenti ma’ sorsi ta’ informazzjoni esterni, u, jekk le, kif u għaliex huma differenti minn esperjenza tal-passat jew minn sorsi ta’ informazzjoni esterni;

(e) 

jekk bidla raġonevolment possibbli fis-suppożizzjoni(jiet) kruċjali tikkawża li l-aggregat tal-ammonti riportati tal-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet) jaqbeż l-aggregat tal-ammonti rekuperabbli tagħhom:

(i) 

l-ammont li bih l-aggregat tal-ammonti rekuperabbli tal-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet) jaqbeż l-aggregat tal-ammonti riportati tagħhom;

(ii) 

il-valur(i) assenjat(i) lis-suppożizzjoni(jiet) kruċjali;

(iii) 

l-ammont li bih il-valur(i) assenjat(i) lis-suppożizzjoni(jiet) kruċjali jrid jinbidel, wara li jiġi inkorporat kwalunkwe effett konsegwenzjali ta’ dik il-bidla fuq l-oġġetti varjabbli l-oħra użati biex ikejlu l-ammont rekuperabbli, biex l-aggregat tal-ammonti rekuperabbli tal-unitajiet (gruppi ta’ unitajiet) ikun ugwali għall-aggregat tal-ammonti riportati tagħhom.

136 L-aktar kalkolazzjoni dettaljata riċenti magħmula f’perjodu preċedenti tal-ammont rekuperabbli ta’ unità (grupp ta’ unitajiet) li tiġġenera l-flus tista’, f’konformità mal-paragrafu 24 jew 99, tiġi riportata u tintuża fit-test tal-indeboliment għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) fil-perjodu kurrenti sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji speċifikati. Meta dan ikun il-każ, l-informazzjoni għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) li hija inkorporata fid-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 134 u 135 għandha x’taqsam mal-kalkolazzjoni riportata tal-ammont rekuperabbli.

137 L-Eżempju Illustrattiv 9 juri d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 134 u 135.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U DATA EFFETTIVA

138 [Imħassar]

139 Entità għandha tapplika dan l-Istandard:

(a) 

għal avvjament u assi intanġibbli akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji li għalihom id-data tal-ftehim tkun il-31 ta’ Marzu 2004 jew aktar tard; u

(b) 

għall-assi l-oħra kollha b'mod prospettiv mill-bidu tal-ewwel perjodu annwali li jibda fil-31 ta’ Marzu 2004 jew wara.

140 Entitajiet li għalihom japplika l-paragrafu 139 huma mħeġġa li japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard qabel id-dati effettivi speċifikati fil-paragrafu 139. Madankollu, jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel dawk id-dati effettivi, din għandha tapplika wkoll l-IFRS 3 u l-IAS 38 (kif riveduti fl-2004) fl-istess ħin.

140A L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, dan emenda l-paragrafi 61, 120, 126 u 129. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

140B L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 65, 81, 85 u 139; ħassar il-paragrafi 91–95 u 138 u żied l-Appendiċi C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom japplikaw ukoll għal dak il-perjodu aktar bikri.

140C Il-paragrafu 134(e) ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

140D  Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi fl-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju u l-IAS 27), maħruġ f’Mejju 2008, żied il-paragrafu 12(h). Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi relatati fil-paragrafi 4 u 38A tal-IAS 27 għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika l-emenda fil-paragrafu 12(h) fl-istess żmien.

140E  Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 emenda l-paragrafu 80(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

140F [Imħassar]

140G [Imħassar]

140H L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 4, l-intestatura fuq il-paragrafu 12(h) u l-paragrafu 12(h). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

140I L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 5, 6, 12, 20, 22, 28, 78, 105, 111, 130 u 134, ħassar il-paragrafi 25–27 u żied il-paragrafu 53A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

140J F’Mejju 2013, il-paragrafi 130 u 134 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 138 ġew emendati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità ma għandhiex tapplika dawk l-emendi fil-perjodi (inklużi perjodi komparattivi) fejn ma tapplikax ukoll l-IFRS 13.

140K [Imħassar]

140L L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu 2. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

140M L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2, 4 u 5 u ħassar il-paragrafi 140F, 140G u 140K. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

140N L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 2. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, kompla jemenda l-paragrafu 2. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

IRTIRAR TAL-IAS 36 (MAĦRUĠ FL-1998)

141 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi (maħruġ fl-1998).

Appendiċi A

UŻU TA’ TEKNIKI TAL-VALUR PREŻENTI BIEX JITKEJJEL IL-VALUR FL-UŻU

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard. Jipprovdi gwida dwar l-użu tat-tekniki tal-valur preżenti biex jitkejjel il-valur fl-użu. Għalkemm il-gwida tuża t-terminu “assi”, dan japplika ugwalment għal grupp ta’ assi li jiffurmaw unità li tiġġenera l-flus.

Il-komponenti ta’ kejl tal-valur ġust

A1 L-elementi li ġejjin flimkien jaqbdu d-differenzi ekonomiċi bejn l-assi:

(a) 

stima tal-flussi futuri ta’ flus, jew f’każijiet aktar kumplessi, sensiela ta’ flussi futuri ta’ flus li l-entità tistenna li tikseb mill-assi;

(b) 

aspettattivi dwar il-varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fit-twaqqit ta’ dawk il-flussi ta’ flus;

(c) 

il-valur taż-żmien tal-flus, irrappreżentat mir-rata tal-imgħax tas-suq kurrenti mingħajr riskju;

(d) 

il-prezz għat-tiġrib tal-inċertezza inerenti fl-assi; u

(e) 

fatturi oħrajn, li xi kultant ma jkunux identifikabbli (bħal illikwidità) li l-parteċipanti fis-suq jirriflettu fl-ipprezzar tal-flussi futuri ta’ flus li l-entità tistenna li tikseb mill-assi.

A2 Dan l-Appendiċi jikkuntrasta żewġ approċċi tal-kalkolazzjoni tal-valur preżenti, it-tnejn li huma jistgħu jintużaw biex jistmaw il-valur fl-użu ta’ assi, skont iċ-ċirkustanzi. Taħt l-approċċ “tradizzjonali”, aġġustamenti għall-fatturi (b)-(e) deskritti fil-paragrafu A1 huma inkorporati fir-rata ta’ skont. Taħt l-approċċ ta’ “fluss ta’ flus mistenni”, il-fatturi (b), (d) u (e) jikkawżaw aġġustamenti biex jaslu għall-flussi ta’ flus mistennija aġġustati skont ir-riskju. Ikun liema jkun l-approċċ li entità tadotta biex tirrifletti l-aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fit-twaqqit tal-flussi ta’ flus, jenħtieġ li r-riżultat ikun li jiġi rifless il-valur preżenti mistenni tal-flussi futuri ta’ flus, jiġifieri l-medja ponderata tal-eżiti possibbli kollha.

Prinċipji ġenerali

A3 It-tekniki użati biex jiġu stmati l-flussi futuri ta’ flus u r-rati tal-imgħax se jvarjaw minn sitwazzjoni għal oħra skont iċ-ċirkustanzi li jiċċirkondaw l-assi inkwistjoni. Madankollu, il-prinċipji ġenerali li ġejjin jirregolaw kwalunkwe applikazzjoni tat-tekniki tal-valur preżenti fil-kejl tal-assi:

(a) 

jenħtieġ li ir-rati tal-imgħax użati biex il-flussi ta’ flus jiġu skontati jirriflettu s-suppożizzjonijiet li huma konsistenti ma’ dawk inerenti fl-istima tal-flussi ta’ flus. Inkella, l-effett ta’ xi suppożizzjonijiet jingħadd doppju jew inkella jiġi injorat. Pereżempju, rata ta’ skont ta’ 12 fil-mija tista’ tiġi applikata għall-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ self riċevibbli. Dik ir-rata tirrifletti l-aspettattivi dwar inadempjenzi futuri fuq self b’karatteristiki partikulari. Jenħtieġ li dik l-istess rata ta’ 12 fil-mija ma tintużax għal skont tal-flussi ta’ flus mistennija minħabba li dawk il-flussi ta’ flus diġà jirriflettu s-suppożizzjonijiet dwar inadempjenzi futuri;

(b) 

jenħtieġ li l-istima tal-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont ikunu ħielsa kemm minn preġudizzji kif ukoll minn fatturi li mhumiex relatati mal-assi inkwistjoni. Pereżempju, billi deliberatament tiżvela inqas flussi ta’ flus stmati netti biex ittejjeb il-profittabbiltà futura apparenti ta’ assi, jintroduċi preġudizzju fil-kejl;

(c) 

jenħtieġ li flussi ta’ flus stmati jew ir-rati ta’ skont jirriflettu l-firxa ta’ eżiti possibbli milli ammont wieħed possibbli massimu jew minimu li huwa l-aktar probabbli.

Approċċi ta’ flussi ta’ flus tradizzjonali u mistennija għall-valur preżenti

Approċċ tradizzjonali

A4 Applikazzjonijiet kontabbilistiċi tal-valur preżenti, tradizzjonalment użaw sett wieħed ta’ flussi ta’ flus stmati u rata ta’ skont waħda, spiss deskritta bħala “r-rata proporzjonata mar-riskju”. Fil-fatt, l-approċċ tradizzjonali jassumi li konvenzjoni ta’ rata ta’ skont waħda tista’ tinkorpora l-aspettattivi kollha dwar il-flussi futuri ta’ flus u l-primjum adattat tar-riskju. Għaldaqstant, l-approċċ tradizzjonali jpoġġi l-aktar enfasi fuq l-għażla tar-rata ta’ skont.

A5 F’xi ċirkustanzi, bħal dawk li fihom l-assi komparabbli jistgħu jiġu osservati fis-suq, approċċ tradizzjonali huwa relattivament faċli biex jiġi applikat. Għal assi bi flussi ta’ flus kuntrattwali, huwa konsistenti mal-mod li bih il-parteċipanti tas-suq jiddeskrivu l-assi, bħal f’“bond ta’ 12 fil-mija”.

A6 Madankollu, l-approċċ tradizzjonali jista’ ma jindirizzax b’mod xieraq xi problemi ta’ kejl kumplessi, bħall-kejl ta’ assi mhux finanzjarji li għalihom ma jeżisti l-ebda suq għall-entrata jew entrata komparabbli. Tiftix adattat għar-“rata proporzjonata mar-riskju” jeħtieġ l-analiżi ta’ mill-anqas żewġ entrati — assi li jeżisti fis-suq u li għandu rata ta’ mgħax osservata, u l-assi li qiegħed jitkejjel. Ir-rata ta’ skont xierqa għall-flussi ta’ flus imkejla għandha tiġi kkalkulata mir-rata osservabbli ta’ mgħax f’dak l-assi l-ieħor. Biex tinġibed dik l-inferenza, il-karatteristiki tal-flussi ta’ flus tal-assi l-ieħor għandhom ikunu simili għal dawk tal-assi li jkun qiegħed jitkejjel. Għaldaqstant, min ikun qiegħed ikejjel għandu jagħmel dawn li ġejjin:

(a) 

jidentifika s-sett tal-flussi ta’ flus li se jiġu skontati;

(b) 

jidentifika assi ieħor fis-suq li jidher li għandu karatteristiki ta’ flussi ta’ flus simili;

(c) 

iqabbel is-settijiet ta’ flussi ta’ flus bejn iż-żewġ entrati biex jiżgura li huma simili (pereżempju, iż-żewġ settijiet huma flussi ta’ flus kuntrattwali, jew wieħed huwa kuntrattwali u l-ieħor fluss ta’ flus stmat?);

(d) 

jevalwa jekk hemmx element f’entrata waħda li mhuwiex preżenti fl-ieħor (pereżempju, wieħed huwa inqas likwidu mill-ieħor?); u

(e) 

jevalwa jekk iż-żewġ settijiet ta’ flussi ta’ flus humiex mistennija li jġibu ruħhom (jiġifieri jvarjaw) b’mod simili f’kundizzjonijiet ekonomiċi li jinbidlu.

Approċċ tal-flussi ta’ flus mistennija

A7 L-approċċ tal-flussi ta’ flus mistennija huwa, f’xi sitwazzjonijiet, għodda ta’ kejl aktar effettiva mill-approċċ tradizzjonali. Fl-iżvilupp ta’ kejl, l-approċċ tal-flussi ta’ flus mistennija juża l-aspettattivi kollha dwar flussi ta’ flus possibbli minflok il-flussi ta’ flus waħdanin l-aktar mistennija. Pereżempju, fluss ta’ flus jista’ jkun ta’ CU 100, CU 200 jew CU 300 bi probabbiltajiet ta’ 10 fil-mija, 60 fil-mija u 30 fil-mija, rispettivament. Il-fluss ta' flus mistenni huwa ta’ CU 220. B’hekk, l-approċċ ta’ fluss ta’ flus mistenni huwa differenti mill-approċċ tradizzjonali billi jiffoka fuq analiżi diretta tal-flussi ta’ flus inkwistjoni u fuq dikjarazzjonijiet aktar espliċiti tas-suppożizzjonijiet użati fil-kejl.

A8 L-approċċ ta’ fluss ta’ flus mistenni jippermetti wkoll l-użu ta’ tekniki tal-valur preżenti meta l-perjodiċità tal-flussi ta’ flus ma tkunx ċerta. Pereżempju, fluss ta’ flus ta’ CU 1000 jista’ jiġi riċevut f’sena, sentejn jew tliet snin bi probabbiltajiet ta’ 10 fil-mija, 60 fil-mija u 30 fil-mija, rispettivament. L-eżempju ta’ hawn taħt juri l-komputazzjoni tal-valur preżenti mistenni f’dik is-sitwazzjoni.



Valur preżenti ta’ CU 1000 f’sena b’rata ta’ 5 %

CU 952,38

 

Probabbiltà

10,00 %

CU 95,24

Valur preżenti ta’ CU 1000 f’sentejn b’rata ta’ 5,25 %

CU 902,73

 

Probabbiltà

60,00 %

CU 541,64

Valur preżenti ta’ CU 1000 fi tliet snin b’rata ta’ 5,50 %

CU 851,61

 

Probabbiltà

30,00 %

CU 255,48

Valur preżenti mistenni

 

CU 892,36

A9 Il-valur preżenti mistenni ta’ CU 892,36 huwa differenti mill-kunċett tradizzjonali tal-aħjar stima ta’ CU 902,73 (il-probabbiltà ta’ 60 fil-mija) Il-komputazzjoni tradizzjonali tal-valur preżenti applikata għal dan l-eżempju teħtieġ deċiżjoni dwar liema twaqqit possibbli ta’ flussi ta’ flus għandu jintuża u, b’hekk, ma tirriflettix il-probabbiltajiet ta’ twaqqit ieħor. Dan jiġri minħabba li r-rata ta’ skont f’komputazzjoni tradizzjonali tal-valur preżenti ma tistax tirrifletti inċertezzi fit-twaqqit.

A10 L-użu ta’ probabbiltajiet huwa element essenzjali tal-metodu tal-flussi ta’ flus mistennija. Xi wħud jistaqsu jekk jiġu assenjati probabbiltajiet għal stimi suġġettivi ħafna tissuġġerix preċiżjoni akbar milli, fil-fatt, teżisti. Madankollu, l-applikazzjoni kif suppost tal-approċċ tradizzjonali (kif deskritt fil-paragrafu A6) teħtieġ l-istess stimi u soġġettività mingħajr ma tipprovdi t-trasparenza komputazzjonali tal-approċċ tal-flussi ta’ flus mistennija.

A11 Bosta stimi li żviluppaw fil-prattika kurrenti diġà jinkorporaw l-elementi tal-flussi ta’ flus mistennija b’mod informali. Barra minn hekk, il-kontabbilisti spiss iħossu l-ħtieġa li jkejlu assi billi jużaw informazzjoni limitata dwar il-probabbiltajiet ta’ flussi ta’ flus possibbli. Pereżempju, kontabbilist jista’ jiġi kkonfrontat bis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ammont stmat jaqa’ xi mkien bejn CU 50 u CU 250, iżda l-ebda ammont f’dik il-medda mhu aktar probabbli minn kwalunkwe ammont ieħor. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni limitata, l-istima tal-fluss ta’ flus mistenni hija ta’ CU 150 [(50 + 250)/2];

(b) 

l-ammont stmat jaqa’ xi mkien bejn CU 50 u CU 250, u l-aktar ammont probabbli hu CU 100. Madankollu, il-probabbiltajiet mehmużin ma’ kull ammont mhumiex magħrufin. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni limitata, l-istima tal-fluss ta’ flus mistenni hija ta’ CU 133,33 [(50 + 100 + 250)/3];

(c) 

l-ammont stmat se jkun ta’ CU 50 (probabbiltà ta’ 10 fil-mija), CU 250 (probabbiltà ta’ 30 fil-mija), jew CU 100 (probabbiltà ta’ 60 fil-mija). Abbażi ta’ dik l-informazzjoni limitata, l-istima tal-fluss ta’ flus mistenni hija ta’ CU 140 [(50 × 0,10) + (250 × 0,30) + (100 × 0,60)].

F’kull każ, l-istima tal-fluss ta’ flus mistenni aktarx li tipprovdi stima aħjar tal-valur fl-użu milli l-minimu, l-aktar probabbli jew l-ammont massimu meħud waħdu.

A12 L-applikazzjoni ta’ approċċ ta’ fluss ta’ flus mistenni hija soġġetta għal-limitazzjoni tal-benefiċċju-kost. F’xi każijiet, entità jista’ jkollha aċċess għal data estensiva u tista’ tiżviluppa bosta xenarji ta’ flussi ta’ flus. F’każijiet oħra, entità tista’ ma tkunx kapaċi tiżviluppa aktar minn dikjarazzjonijiet ġenerali dwar il-varjabbiltà tal-flussi ta’ flus mingħajr ma ġġarrab kost sostanzjali. L-entità teħtieġ li tibbilanċja l-kost biex tikseb informazzjoni addizzjonali kontra l-fiduċja addizzjonali li l-informazzjoni ġġib għall-kejl.

A13 Xi wħud isostnu li tekniki ta’ flussi ta’ flus mistennija mhumiex adattati għall-kejl ta’ entrata waħda jew entrata b’għadd limitat ta’ eżiti possibbli. Joffru eżempju ta’ assi b’żewġ eżiti possibbli: probabbiltà ta’ 90 fil-mija li l-fluss ta’ flus ikun ta’ CU 10 u probabbiltà ta’ 10 fil-mija li l-fluss ta’ flus ikun ta’ CU 1000. Josservaw li l-fluss ta’ flus mistenni f’dak l-eżempju huwa CU 109 u jikkritikaw dak ir-riżultat għax ma jirrappreżentax l-ammonti li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jitħallsu.

A14 Dikjarazzjonijiet bħal dik li għadha kif ġiet deskritta fil-qosor jirriflettu n-nuqqas ta’ qbil bażiku mal-objettiv tal-kejl. Jekk l-objettiv ikun l-akkumulazzjoni tal-kostijiet li se jiġġarrbu, il-flussi ta’ flus mistennija jistgħu ma jipproduċux stima fidila fir-rappreżentazzjoni tal-kost mistenni. Madankollu, dan l-Istandard jikkonċerna ruħu dwar il-kejl tal-ammont rekuperabbli ta’ assi. L-ammont rekuperabbli tal-assi f’dan l-eżempju mhuwiex mistenni li jkun ta’ CU 10, anki jekk dan huwa l-aktar fluss ta’ flus probabbli. Dan jiġri minħabba li kejl ta’ CU 10 ma jinkorporax l-inċertezza tal-fluss ta’ flus fil-kejl tal-assi. Minflok, il-fluss ta’ flus inċert jiġi ppreżentat bħallikieku kien fluss ta’ flus ċert. L-ebda entità razzjonali ma tbigħ assi b’dawn il-karatteristiki għal CU 10.

Rata ta’ skont

A15 Irrispettivament mill-approċċ li entità tadotta biex tkejjel il-valur fl-użu ta’ assi, jenħtieġ li r-rati tal-imgħax użati biex jagħmlu skont fuq flussi ta’ flus ma jirriflettux riskji li għalihom il-flussi ta’ flus stmati jkunu ġew aġġustati. Inkella, l-effett ta’ xi suppożizzjonijiet jingħadd darbtejn.

A16 Meta rata speċifika għall-assi ma tkunx direttament disponibbli mis-suq, entità tuża sostituti biex tistma r-rata ta’ skont. L-għan hu li tiġi stmata, kemm jista’ jkun, valutazzjoni tas-suq ta’:

(a) 

il-valur taż-żmien tal-flus għall-perjodi sat-tmiem tal-ħajja utli tal-assi; u

(b) 

il-fatturi (b), (d) u (e) deskritti fil-paragrafu A1, sal-punt li dawk il-fatturi ma jkunu kkawżaw l-ebda aġġustament biex waslu għall-istima tal-flussi ta’ flus.

A17 Bħala punt tat-tluq biex issir stima bħal din, l-entità tista’ tikkunsidra r-rati li ġejjin:

(a) 

il-kost medju ponderat tal-kapital tal-entità ddeterminat bl-użu ta’ tekniki bħall-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali;

(b) 

ir-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-entità; u

(c) 

rati oħra ta’ teħid b’self tas-suq.

A18 Madankollu, dawn ir-rati għandhom jiġu aġġustati:

(a) 

biex jirriflettu l-mod kif is-suq jivvaluta r-riskji speċifiċi assoċjati mal-istima tal-flussi ta’ flus tal-assi u

(b) 

biex jeskludu riskji li mhumiex rilevanti għall-istima tal-flussi ta’ flus tal-assi jew li għalihom l-istima tal-flussi ta’ flus tkun ġiet aġġustata.

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni għar-riskji bħal riskju tal-pajjiż, riskju tal-kambju u riskju tal-prezz.

A19 Ir-rata ta’ skont hija indipendenti mill-istruttura tal-kapital tal-entità u mill-mod ta’ kif l-entità tkun iffinanzjat ix-xiri tal-assi, minħabba li l-flussi ta’ flus mistennija li jseħħu fil-futur minn assi ma tiddependix fuq il-mod kif l-entità tkun iffinanzjat ix-xiri tal-assi.

A20 Il-paragrafu 55 jeħtieġ li r-rata ta’ skont użata tkun ir-rata ta’ qabel it-taxxa. Għaldaqstant, meta l-bażi użata biex tiġi stmata r-rata ta’ skont tkun ta’ wara t-taxxa, dik il-bażi tiġi aġġustata biex tirrifletti rata ta’ qabel it-taxxa.

A21 Normalment, entità tuża rata waħda ta’ skont għall-istima tal-valur fl-użu tal-assi. Madankollu, entità tuża rati ta’ skont separati għal perjodi futuri differenti fejn il-valur fl-użu jkun sensittiv għal differenza fir-riskji għal perjodi differenti jew għall-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax.

Appendiċi C

ITTESTJAR GĦALL-INDEBOLIMENT TA’ UNITAJIET LI JIĠĠENERAW IL-FLUS B’AVVJAMENT U INTERESSI NONKONTROLLANTI

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.

C1 F’konformità mal-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008), l-akkwirent ikejjel u jirrikonoxxi avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni bħala l-eċċess ta’ (a) fuq (b) hawn taħt:

(a) 

l-aggregat ta’:

(i) 

il-korrispettiv ittrasferit imkejjel f’konformità mal-IFRS 3, li ġeneralment jeħtieġ il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ii) 

l-ammont ta’ kwalunkwe interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit imkejjel f’konformità mal-IFRS 3; u

(iii) 

f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess ta’ ekwità li kellu l-akkwirent preċedentement fl-akkwiżit.

(b) 

l-ammonti netti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti mkejla f’konformità mal-IFRS 3.

Allokazzjoni ta’ avvjament

C2 Il-paragrafu 80 ta’ dan l-Istandard jeħtieġ li avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji jkun allokat għal kull waħda mill-unitajiet li jiġġeneraw il-flus, jew għal gruppi ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus, tal-akkwirent, li jkunu mistennija jibbenefikaw mis-sinerġiji tal-kombinament, irrispettivament minn jekk assi jew obbligazzjonijiet oħrajn tal-akkwiżit ikunux assenjati għal dawk l-unitajiet, jew gruppi ta’ unitajiet. Huwa possibbli li xi wħud mis-sinerġiji li jirriżultaw minn kombinament ta’ negozji jkunu allokati għal unità li tiġġenera l-flus li fiha l-interess nonkontrollanti ma jkollux interess.

Ittestjar għal indeboliment

C3 L-ittestjar għal indeboliment jinvolvi t-tqabbil tal-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus mal-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus.

C4 Jekk entità tkejjel interessi nonkontrollanti bħala l-interess proporzjonat tagħha fl-assi netti identifikabbli ta’ sussidjarja fid-data tal-akkwiżizzjoni, minflok fil-valur ġust, l-avvjament attribwibbli għall-interessi nonkontrollanti jkun inkluż fl-ammont rekuperabbli tal-unità li tiġġenera l-flus relatata iżda ma jkunx rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpannija omm. B’konsegwenza ta’ dan, entità għandha tingrossa l-ammont riportat ta’ avvjament allokat għall-unità b’mod li jinkludi l-avvjament attribwibbli għall-interess nonkontrollanti. Dan l-ammont riportat aġġustat imbagħad jitqabbel mal-ammont rekuperabbli tal-unità biex jiġi ddeterminat jekk l-unità li tiġġenera l-flus hijiex indebolita.

Allokazzjoni ta’ telf minn indeboliment

C5 Il-paragrafu 104 jeħtieġ li kull telf identifikat minn indeboliment ikun allokat l-ewwel biex inaqqas l-ammont riportat tal-avvjament allokat għall-unità u mbagħad għall-assi l-oħrajn tal-unità pro rata fuq il-bażi tal-ammont riportat ta’ kull assi fl-unità.

C6 Jekk sussidjarja, jew parti minn sussidjarja, b’interess nonkontrollanti tkun hi stess unità li tiġġenera l-flus, it-telf minn indeboliment ikun allokat bejn il-kumpanija omm u l-interess nonkontrollanti fuq l-istess bażi bħal dik li fuqha jiġi allokat il-profitt jew telf.

C7 Jekk sussidjarja, jew parti minn sussidjarja, b’interess nonkontrollanti tkun parti minn unità akbar li tiġġenera l-flus, it-telf minn indeboliment tal-avvjament ikun allokat għall-partijiet tal-unità li tiġġenera l-flus li għandhom interess nonkontrollanti u għall-partijiet li ma għandhomx. It-telf minn indeboliment jenħtieġ li jiġi allokat għall-partijiet tal-unità li tiġġenera l-flus fuq il-bażi ta’:

(a) 

sal-punt li l-indeboliment ikun relatat mal-avvjament fl-unità li tiġġenera l-flus, il-valuri riportati relattivi tal-avvjament tal-partijiet qabel l-indeboliment; u

(b) 

sal-punt li l-indeboliment ikun relatat mal-assi identifikabbli fl-unità li tiġġenera l-flus, il-valuri riportati relattivi tal-assi netti identifikabbli tal-partijiet qabel l-indeboliment. Kwalunkwe indeboliment bħal dan ikun allokat għall-assi tal-partijiet ta’ kull unità pro rata abbażi tal-ammont riportat ta’ kull assi fil-parti.

F’dawk il-partijiet li għandhom interess nonkontrollanti, it-telf minn indeboliment ikun allokat bejn il-kumpanija omm u l-interess nonkontrollanti fuq l-istess bażi bħal dik li fuqha huwa allokat il-profitt jew telf.

C8 Jekk telf minn indeboliment li huwa attribwibbli għal interess nonkontrollanti jkun relatat ma’ avvjament li ma jkunx rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija omm (ara l-paragrafu C4), dak l-indeboliment ma jkunx rikonoxxut bħala telf minn indeboliment tal-avvjament. F’każijiet bħal dawn, it-telf minn indeboliment li għandu x’jaqsam biss mal-avvjament li huwa allokat għall-kumpanija omm ikun rikonoxxut bħala telf minn indeboliment tal-avvjament.

C9 L-Eżempju Illustrattiv 7 juri l-ittestjar tal-indeboliment ta’ unità li tiġġenera l-flus li mhijiex posseduta kompletament mill-istess sid b’avvjament.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 37

Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

OBJETTIV

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiżgura li jkunu applikati kriterji ta’ rikonoxximent u bażijiet ta’ kejl adatti għal provvedimenti, obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti u li tkun iddivulgata biżżejjed informazzjoni fin-noti biex tippermetti lill-utenti jifhmu n-natura, l-iskedar fiż-żmien u l-ammont tagħhom.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha fil-kontabbiltà għal provvedimenti, obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti, ħlief:

(a) 

dawk li jirriżultaw minn kuntratti eżekutorji, ħlief fejn il-kuntratt huwa oneruż; u

(b) 

[imħassar]

(c) 

dawk koperti minn standard ieħor.

2 Dan l-Istandard ma għandux japplika għal strumenti finanzjarji (inklużi garanziji) li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

3 Il-kuntratti eżekutorji huma kuntratti li taħthom l-ebda parti ma tkun wettqet xi wieħed mill-obbligi tagħha jew iż-żewġ partijiet ikunu wettqu parzjalment l-obbligi tagħhom b’mod ugwali. Dan l-Istandard ma japplikax għal kuntratti eżekutorji sakemm ma jkunux onerużi.

4 [Imħassar]

5 Meta Standard ieħor jittratta tip speċifiku ta’ provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, xi tipi ta’ provvedimenti huma indirizzati fl-Istandards dwar:

(a) 

[imħassar]

(b) 

taxxi fuq l-introjtu (ara l-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu);

(c) 

lokazzjonijiet (ara l-IFRS 16 Lokazzjonijiet). Madankollu, dan l-Istandard japplika għal kwalunkwe lokazzjoni li ssir oneruża qabel id-data tal-bidu tal-lokazzjoni kif definit fl-IFRS 16. Dan l-Istandard japplika wkoll għal lokazzjonijiet b’terminu qasir u lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx ikkontabbilizzati f’konformità mal-paragrafu 6 tal-IFRS 16 u li jkunu saru onerużi;

(d) 

benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(e) 

kuntratti tal-assigurazzjoni u kuntratti oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni;

(f) 

korrispettiv kontinġenti ta’ akkwirent f’kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji); u

(g) 

dħul minn kuntratti mal-konsumaturi (ara l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi). Madankollu, billi l-IFRS 15 ma jinkludi l-ebda rekwiżit speċifiku sabiex jindirizza kuntratti mal-konsumaturi li huma, jew li saru, onerużi, dan l-Istandard japplika għal każijiet bħal dawn.

6 [Imħassar]

7 Dan l-Istandard jiddefinixxi provvedimenti bħala obbligazzjonijiet ta’ twaqqit jew ammont inċert. F’xi pajjiżi t-terminu “provvediment” jintuża wkoll fil-kuntest ta’ entrati bħal deprezzament, indeboliment ta’ assi u djun dubjużi: dawn huma aġġustamenti għall-ammonti riportati ta’ assi u mhumiex indirizzati f’dan l-Istandard.

8 Standards oħrajn jispeċifikaw jekk in-nefqiet humiex trattati bħala assi jew bħala spejjeż. Dawn il-kwistjonijiet mhumiex indirizzati f’dan l-Istandard. Għaldaqstant, dan l-Istandard la jipprojbixxi u lanqas jitlob kapitalizzazzjoni tal-kostijiet rikonoxxuti meta jsir provvediment.

9 Dan l-Istandard japplika għal provvedimenti għar-ristrutturazzjonijiet (inklużi operazzjonijiet li ma tkomplewx). Meta ristrutturar jissodisfa d-definizzjoni ta’ operazzjoni li ma tkomplietx, jistgħu jkunu meħtieġa divulgazzjonijiet addizzjonali mill-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

DEFINIZZJONIJIET

10   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Provvediment huwa obbligazzjoni ta’ twaqqit jew ammont inċert.
Obbligazzjoni  ( 26 ) hija obbligu preżenti tal-entità li jirriżulta minn eventi passati, li s-saldu tagħhom huwa mistenni li jirriżulta fi fluss ta’ ħruġ mill-entità ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi.
Event obbliganti huwa event li joħloq obbligu legali jew kostruttiv li jwassal biex entità ma jkollha l-ebda alternattiva realistika għajr li twettaq saldu ta’ dak l-obbligu.
Obbligu legali huwa obbligu li ġej minn:
(a) 

kuntratt (permezz tat-termini espliċiti jew impliċiti tiegħu);

(b) 

leġiżlazzjoni; jew

(c) 

operazzjoni oħra tal-liġi.

Obbligu kostruttiv huwa obbligu li ġej mill-azzjonijiet ta’ entità fejn:
(a) 

permezz ta’ struttura stabbilita ta’ prattika tal-passat, politiki ppubblikati jew dikjarazzjoni kurrenti speċifika biżżejjed, l-entità tkun indikat lil partijiet oħrajn li se taċċetta ċerti responsabbiltajiet; u

(b) 

b’riżultat ta’ dan, l-entità ħolqot aspettattiva valida għal dawk il-partijiet l-oħrajn li hija se twettaq dawk ir-responsabbiltajiet.

Obbligazzjoni kontinġenti hija:
(a) 

obbligu possibbli li jirriżulta minn eventi passati u li l-eżistenza tiegħu se tiġi kkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur inċert wieħed jew aktar, li ma jkunx kompletament fil-kontroll tal-entità; jew

(b) 

obbligu preżenti li jirriżulta minn eventi passati iżda li mhuwiex rikonoxxut għax:

(i) 

mhuwiex probabbli li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex isir is-saldu tal-obbligu; jew

(ii) 

l-ammont tal-obbligu ma jistax jitkejjel b’biżżejjed affidabbiltà.

Assi kontinġenti huwa assi possibbli li jirriżulta minn eventi passati u li l-eżistenza tiegħu tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur inċert wieħed jew aktar li ma jkunx għalkollox fil-kontroll tal-entità.
Kuntratt oneruż huwa kuntratt li fih il-kostijiet inevitabbli biex jintlaħqu l-obbligi taħt il-kuntratt jeċċedu l-benefiċċji ekonomiċi mistennija li jkunu riċevuti minnu.
Ristrutturar huwa programm li huwa ppjanat u kkontrollat mill-maniġment, u jbiddel b’mod materjali:
(a) 

l-ambitu tan-negozju mwettaq minn entità; jew

(b) 

il-mod li bih jitwettaq in-negozju.

Provvedimenti u obbligazzjonijiet oħrajn

11 Il-provvedimenti jistgħu jiġu distinti minn obbligazzjonijiet oħrajn bħal pagabbli kummerċjali u dovuti għaliex hemm l-inċertezza dwar it-twaqqit jew l-ammont tan-nefqa futura meħtieġa għas-saldu. B’kuntrast ma’ dan:

(a) 

il-pagabbli kummerċjali huma obbligazzjonijiet li jridu jitħallsu għal oġġetti jew servizzi li kienu riċevuti jew fornuti u li nħarġet fattura għalihom jew li dwarhom sar ftehim formali mal-fornitur; u

(b) 

id-dovuti huma obbligazzjonijiet li jridu jitħallsu għal oġġetti jew servizzi li kienu riċevuti jew fornuti iżda li ma tħallsux, ma nħarġitx fattura għalihom jew ma kienx sar qbil formali għalihom mal-fornitur, inklużi ammonti dovuti lill-impjegati (pereżempju, ammonti relatati ma’ ħlas dovut għal vaganzi). Għalkemm kultant huwa meħtieġ li jkun stmat l-ammont jew it-twaqqit tad-dovuti, l-inċertezza hija ġeneralment ferm inqas milli għal provvedimenti.

Id-dovuti huma ħafna drabi rrapportati bħala parti mill-pagabbli kummerċjali u pagabbli oħrajn, filwaqt li l-provvedimenti huma rrapportati separatament.

Relazzjoni bejn provvedimenti u obbligazzjonijiet kontinġenti

12 F’sens ġenerali, il-provvedimenti kollha huma kontinġenti għaliex huma inċerti f’termini ta’ twaqqit jew ammont. Madankollu, f’dan l-Istandard it-terminu “kontinġenti” jintuża għal obbligazzjonijiet u assi li mhumiex rikonoxxuti minħabba li l-eżistenza tagħhom tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur inċert wieħed jew aktar mhux għalkollox fil-kontroll tal-entità. Barra minn hekk, it-terminu “obbligazzjoni kontinġenti” jintuża għal obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kriterji rikonoxxuti.

13 Dan l-Istandard jiddistingwi bejn:

(a) 

provvedimenti – li huma rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet (fuq il-preżunzjoni li tista’ ssir stima affidabbli) għaliex huma obbligi preżenti u huwa probabbli li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex isir saldu tal-obbligi; u

(b) 

obbligazzjonijiet kontinġenti – li mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet għaliex huma:

(i) 

obbligi possibbli, peress li jkun għadu ma ġiex ikkonfermat jekk l-entità għandhiex obbligu preżenti li jista’ jwassal għal fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi; jew

(ii) 

obbligi preżenti li ma jissodisfawx il-kriterji tar-rikonoxximent f’dan l-Istandard (għaliex mhuwiex probabbli li fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi jkun meħtieġ biex isir saldu tal-obbligu, jew inkella għaliex ma tistax issir stima affidabbli biżżejjed tal-ammont tal-obbligu).

RIKONOXXIMENT

Provvedimenti

14   Provvediment għandu jkun rikonoxxut meta:

(a) 

entità jkollha obbligu preżenti (legali jew kostruttiv) bħala riżultat ta’ event passat;

(b) 

huwa probabbli li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex isir saldu tal-obbligu; u

(c) 

tista’ ssir stima affidabbli tal-ammont tal-obbligu.

Jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kundizzjonijiet, l-ebda provvediment ma għandu jkun rikonoxxut.

Obbligu preżenti

15   F’każijiet rari mhuwiex ċar jekk hemmx obbligu preżenti. F’dawn il-każijiet, event passat jitqies li jwassal għal obbligu preżenti jekk, wara li titqies l-evidenza kollha disponibbli, ikun aktar probabbli milli le li jeżisti obbligu preżenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

16 Kważi fil-każijiet kollha jkun ċar jekk event passat ikunx ta lok għal obbligu preżenti. F’każijiet rari, pereżempju f’kawża legali, jista’ jkun ikkontestat jekk seħħewx ċerti eventi jew jekk dawk l-eventi jirriżultawx f’obbligu preżenti. F’każ bħal dan, entità tiddetermina jekk jeżistix obbligu preżenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar billi tqis l-evidenza kollha disponibbli, inkluża, pereżempju, l-opinjoni ta’ esperti. L-evidenza kkunsidrata tinkludi kwalunkwe evidenza addizzjonali mogħtija minn eventi wara l-perjodu ta’ rapportar. Abbażi ta’ din l-evidenza:

(a) 

fejn ikun aktar probabbli milli le li jeżisti obbligu preżenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, l-entità tirrikonoxxi provvediment (jekk jintlaħqu l-kriterji ta’ rikonoxximent); u

(b) 

fejn ikun aktar probabbli li l-ebda obbligu preżenti ma jeżisti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, l-entità tiddivulga obbligazzjoni kontinġenti, sakemm il-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi ma tkunx remota (ara l-paragrafu 86).

Event passat

17 Event passat li jwassal għal obbligu preżenti jissejjaħ event obbliganti. Biex event ikun event obbliganti, huwa meħtieġ li l-entità ma jkollha l-ebda alternattiva realistika għas-saldu tal-obbligu maħluq mill-event. Dan huwa l-każ biss meta:

(a) 

is-saldu tal-obbligu jista’ jiġi infurzat bil-liġi; jew

(b) 

fil-każ ta’ obbligu kostruttiv, meta l-event (li jista’ jkun azzjoni tal-entità) joħloq aspettattivi validi għal partijiet oħrajn li l-entità se twettaq l-obbligu.

18 Ir-rapporti finanzjarji jittrattaw il-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar tagħha u mhux il-pożizzjoni possibbli tagħha fil-futur. Għaldaqstant, l-ebda provvediment ma huwa rikonoxxut għal kostijiet li jiġġarrbu għal operat fil-futur. L-uniċi obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità huma dawk li jeżistu fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

19 Huma biss dawk l-obbligi li jirriżultaw minn eventi passati li jeżistu indipendentement minn azzjonijiet futuri tal-entità (jiġifieri l-andament futur tan-negozju tagħha) li huma rikonoxxuti bħala provvedimenti. Eżempji ta’ obbligi bħal dawn huma penali jew kostijiet ta’ tindif għal ħsara ambjentali illegali, li t-tnejn iwasslu għal fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi bħala saldu irrispettivament mill-azzjonijiet futuri tal-entità. Bl-istess mod, entità tirrikonoxxi provvediment għall-kostijiet tad-dekummissjonar ta’ installazzjoni taż-żejt jew ta’ impjant tal-enerġija nukleari sakemm l-entità tkun obbligata tirrettifika ħsara diġà kkawżata. B’kuntrast ma’ dan, minħabba pressjonijiet kummerċjali jew rekwiżiti legali, entità jista’ jkollha l-intenzjoni jew il-ħtieġa li twettaq nefqa biex topera b’mod partikolari fil-futur (pereżempju, billi twaħħal filtri għad-duħħan f’ċertu tip ta’ fabbrika). Minħabba li l-entità tista’ tevita n-nefqa futura bl-azzjonijiet futuri tagħha, pereżempju billi tbiddel il-metodu tal-operat tagħha, hija ma għandha l-ebda obbligu preżenti għal dik in-nefqa futura u l-ebda provvediment ma huwa rikonoxxut.

20 Obbligu dejjem jinvolvi parti oħra li lilha huwa dovut l-obbligu. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li tkun magħrufa l-identità tal-parti li lilha huwa dovut l-obbligu – fil-fatt l-obbligu jista’ jkun lejn il-pubbliku ġenerali. Minħabba li obbligu dejjem jinvolvi impenn lejn parti oħra, isegwi li deċiżjoni tal-maniġment jew tal-bord ma twassalx għal obbligu kostruttiv fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar sakemm id-deċiżjoni ma kinitx ikkomunikata qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar lil dawk milqutin minnha b’mod suffiċjentement speċifiku biex twassal għal aspettattiva valida min-naħa tagħhom li l-entità se twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha.

21 Event li ma jwassalx għal obbligu immedjatament jista’ jagħmel hekk f’data aktar tard, minħabba bidliet fil-liġi jew minħabba att (pereżempju, dikjarazzjoni pubblika speċifika biżżejjed) mill-entità li jagħtu lok għal obbligu kostruttiv. Pereżempju, meta tkun ikkawżata ħsara ambjentali jista’ ma’ jkunx hemm obbligu li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi. Madankollu, l-ikkawżar tal-ħsara jsir event obbliganti meta liġi ġdida teħtieġ li l-ħsara eżistenti tkun irrettifikata jew meta l-entità pubblikament taċċetta responsabbiltà għal rettifika b’mod li jinħoloq obbligu kostruttiv.

22 Meta d-dettalji ta’ liġi ġdida proposta jkunu għadhom ma ġewx iffinalizzati, jinħoloq obbligu biss meta jkun kważi għalkollox ċert li l-leġiżlazzjoni se tiġi ppromulgata kif abbozzata. Għall-iskop ta’ dan l-Istandard, obbligu bħal dan huwa ttrattat bħala obbligu legali. Minħabba differenzi fiċ-ċirkustanzi tal-promulgazzjoni ta’ liġi, huwa impossibbli li jkun speċifikat event wieħed li jagħmel il-promulgazzjoni ta’ liġi prattikament ċerta. F’bosta każijiet ikun impossibbli li wieħed ikun prattikament ċert mill-promulgazzjoni ta’ liġi sakemm din fil-fatt tiġi ppromulgata.

Fluss ta’ ħruġ probabbli ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi

23 Sabiex obbligazzjoni tikkwalifika għal rikonoxximent għandu jkun hemm mhux biss obbligu preżenti iżda wkoll il-probabbiltà ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi għas-saldu ta’ dak l-obbligu. Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard ( 27 ), fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi jew event ieħor jitqies bħala probabbli jekk l-event ikun aktar probabbli li jseħħ milli le, jiġifieri l-probabbiltà li l-event ikun se jseħħ tkun akbar mill-probabbiltà li mhux se jseħħ. Fejn mhuwiex probabbli li jeżisti obbligu preżenti, entità tiddivulga obbligazzjoni kontinġenti, ħlief jekk il-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi tkun waħda remota (ara l-paragrafu 86).

24 Fejn ikun hemm għadd ta’ obbligi simili (eż. warranties ta’ prodotti jew kuntratti simili), il-probabbiltà li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ fis-saldu tiġi ddeterminata billi tiġi kkunsidrata l-klassi ta’ obbligi fl-intier tagħha. Għalkemm il-probabbiltà ta’ fluss ta’ ħruġ għal kwalunkwe entrata tista’ tkun żgħira, jista’ jkun probabbli li xi fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi jkun meħtieġ għal saldu tal-klassi ta’ obbligi fl-intier tagħha. Jekk dan ikun il-każ, huwa rikonoxxut provvediment (jekk jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ rikonoxximent l-oħrajn).

Stima affidabbli tal-obbligu

25 L-użu ta’ stimi huwa parti essenzjali tal-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji u ma jnaqqasx l-affidabbiltà tagħhom. Dan huwa speċjalment minnu fil-każ ta’ provvedimenti, li min-natura tagħhom huma aktar inċerti mill-biċċa l-kbira ta’ entrati oħrajn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Ħlief f’każijiet estremament rari, entità tkun tista’ tiddetermina l-medda ta’ eżiti possibbli u għaldaqstant tista’ tagħmel stima tal-obbligu li hija suffiċjentement affidabbli biex tintuża għar-rikonoxximent ta’ provvediment.

26 Fil-każ estremament rari fejn ma tista’ ssir l-ebda stima affidabbli, teżisti obbligazzjoni li ma tistax tkun rikonoxxuta. Dik l-obbligazzjoni hija ddivulgata bħala obbligazzjoni kontinġenti (ara l-paragrafu 86).

Obbligazzjonijiet kontinġenti

27   Entità ma għandhiex tirrikonoxxi obbligazzjoni kontinġenti.

28 Obbligazzjoni kontinġenti tiġi ddivulgata, kif meħtieġ mill-paragrafu 86, sakemm il-possibbiltà ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi ma tkunx remota.

29 Meta entità tkun responsabbli in solidum għal obbligu, il-parti tal-obbligu li hija mistenni li tiġi ssodisfata minn partijiet oħrajn hija trattata bħala obbligazzjoni kontinġenti. L-entità tirrikonoxxi provvediment għall-parti tal-obbligu li għalih huwa probabbli fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi, ħlief fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn ma tista’ ssir l-ebda stima affidabbli.

30 Obbligazzjonijiet kontinġenti jistgħu jiżviluppaw b’mod mhux inizjalment mistenni. Għaldaqstant, dawn jiġu vvalutati kontinwament biex ikun determinat jekk il-fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi jkunx sar probabbli. Jekk isir probabbli li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri għal entrata ttrattata preċedentement bħala obbligazzjoni kontinġenti, jiġi rikonoxxut provvediment fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li fih isseħħ il-bidla fil-probabbiltà (ħlief fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn ma tista’ ssir l-ebda stima affidabbli).

Assi kontinġenti

31   Entità ma għandhiex tirrikonoxxi assi kontinġenti.

32 L-assi kontinġenti ġeneralment jirriżultaw minn eventi mhux ippjanati jew oħrajn mhux mistennija li jwasslu għall-possibbiltà ta’ influss ta’ benefiċċji ekonomiċi għall-entità. Eżempju hija pretensjoni li l-entità tkun qed issegwi permezz ta’ proċessi legali, fejn l-eżitu jkun inċert.

33 L-assi kontinġenti mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għaliex dan jista’ jirriżulta fir-rikonoxximent ta’ introjtu li jista’ ma jkun realizzat qatt. Madankollu, meta r-realizzazzjoni tal-introjtu tkun prattikament ċerta, allura l-assi relatat ma jkunx assi kontinġenti u r-rikonoxximent tiegħu jkun adattat.

34 Assi kontinġenti jkun iddivulgat, kif meħtieġ mill-paragrafu 89, fejn influss ta’ benefiċċji ekonomiċi jkun probabbli.

35 L-assi kontinġenti huma vvalutati kontinwament biex ikun żgurat li l-iżviluppi jkunu riflessi adegwatament fir-rapporti finanzjarji. Jekk ikun sar prattikament ċert li se jkun hemm influss ta’ benefiċċji ekonomiċi, l-assi u l-introjtu relatat jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu fejn isseħħ il-bidla. Jekk influss ta’ benefiċċji ekonomiċi jkun sar probabbli, entità tiddivulga l-assi kontinġenti (ara l-paragrafu 89).

KEJL

L-aħjar stima

36   L-ammont rikonoxxut bħala provvediment għandu jkun l-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa biex isir saldu tal-obbligu preżenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

37 L-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa biex isir saldu ta’ obbligu preżenti hija l-ammont li entità tħallas razzjonalment biex twettaq saldu ta’ obbligu fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar jew biex tittrasferih lil parti terza f’dak iż-żmien. Ħafna drabi jkun impossibbli jew ikun wisq għali biex isir saldu jew trasferiment ta’ obbligu fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Madankollu, l-istima tal-ammont li entità tħallas razzjonalment għal saldu jew trasferiment tal-obbligu tagħti l-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa għal saldu tal-obbligu preżenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

38 L-istimi tal-eżitu u l-effett finanzjarju huma determinati mill-ġudizzju tal-maniġment tal-entità, supplimentat minn esperjenza ta’ tranżazzjonijiet simili u, f’xi każijiet, rapporti minn esperti indipendenti. L-evidenza kkunsidrata tinkludi kwalunkwe evidenza addizzjonali mogħtija minn eventi wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

39 L-inċertezzi dwar l-ammont li għandu jkun rikonoxxut bħala provvediment huma trattati b’diversi mezzi skont iċ-ċirkustanzi. Meta l-provvediment li jkun qed jitkejjel jinvolvi ammont kbir ta’ entrati, l-obbligu jkun stmat billi jiu ponderati l-eżiti kollha possibbli skont il-probabbiltajiet assoċjati tagħhom. L-isem għal dan il-metodu statistiku ta’ stima huwa “valur mistenni”. Għaldaqstant, il-provvediment ikun differenti skont jekk il-probabbiltà ta’ telf ta’ ammont partikolari hijiex, pereżempju, 60 fil-mija jew 90 fil-mija. Fejn ikun hemm medda kontinwa ta’ eżiti possibbli, u kull punt f’dik il-medda jkun probabbli daqs l-oħrajn, jintuża l-punt tan-nofs fil-medda.

Eżempju

Entità tbigħ merkanzija b’garanzija li taħtha l-konsumaturi jkunu koperti għall-kost ta’ tiswijiet ta’ kwalunkwe difett fil-manifattura li joħroġ fl-ewwel sitt xhur wara x-xiri. Jekk instabu difetti minuri fil-prodotti kollha mibjugħin, jirriżultaw kostijiet għat-tiswija ta’ miljun. Jekk instabu difetti maġġuri fil-prodotti kollha mibjugħin, jirriżultaw kostijiet għat-tiswija ta’ erba’ miljuni. L-esperjenza tal-passat tal-entità u l-aspettattivi futuri jindikaw li, għas-sena li ġejja, 75 fil-mija tal-merkanzija mibjugħa mhux se jkollha difetti, 20 fil-mija tal-merkanzija mibjugħa se jkollha difetti minuri u ħamsa fil-mija tal-merkanzija mibjugħa se jkollha difetti maġġuri. F’konformità mal-paragrafu 24, entità tivvaluta l-probabbiltà ta’ fluss ta’ ħruġ għall-obbligi tal-garanzija bħala ħaġa sħiħa.

Il-valur mistenni tal-kost għat-tiswija huwa:

(75 % ta’ żero) + (20 % ta’ 1m) + (5 % ta’ 4m) = 400 000

40 Meta jitkejjel obbligu wieħed, l-eżitu individwali l-aktar probabbli jista’ jkun l-aħjar stima tal-obbligazzjoni. Madankollu, anki f’każ bħal dan, l-entità tikkunsidra eżiti possibbli oħrajn. Meta eżiti possibbli oħrajn ikunu aktar għoljin jew aktar baxxi mill-eżitu l-aktar probabbli, l-aħjar stima tkun l-ogħla jew l-inqas ammont. Pereżempju, jekk entità għandha tirrettifika nuqqas serju f’impjant maġġuri li huwa mibni għal konsumatur, l-eżitu individwali l-aktar probabbli jista’ jkun li t-tiswija tirnexxi mal-ewwel tentattiv bi spiża ta’ 1 000 , iżda jsir provvediment għal ammont akbar jekk hemm ċans sinifikanti li ser ikunu meħtieġa aktar tentattivi.

41 Il-provvediment jitkejjel qabel it-taxxa, minħabba li l-konsegwenzi għat-taxxa tal-provvediment, u l-bidliet fiha, huma trattati taħt l-IAS 12.

Riskji u inċertezzi

42   Ir-riskji u l-inċertezzi li inevitabbilment jaffettwaw bosta eventi u ċirkustanzi għandhom ikunu kkunsidrati fl-ilħiq tal-aħjar stima għal provvediment.

43 Ir-riskju jiddeskrivi l-varjabbiltà ta’ eżitu. Aġġustament ta’ riskju jista’ jżid l-ammont li fih titkejjel obbligazzjoni. Hija meħtieġa kawtela fil-formazzjoni ta’ ġudizzji għaqlin taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza, sabiex l-introjtu jew l-assi ma jkunux sopravalutati u l-ispejjeż jew l-obbligazzjonijiet ma jkunux sottovalutati. Madankollu, l-inċertezza ma tiġġustifikax il-ħolqien ta’ provvedimenti eċċessivi jew sopravalutazzjoni volontarja ta’ obbligazzjonijiet. Pereżempju, jekk il-kostijiet imbassra ta’ eżitu partikolarment negattiv ikunu stmati fuq bażi prudenti, dak l-eżitu ma jiġix volontarjament trattat bħala aktar probabbli milli huwa realistiku fil-każ. Hija meħtieġa attenzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni ta’ aġġustamenti għal riskju u inċertezza b’sopravalutazzjoni konsegwenti ta’ provvediment.

44 Id-divulgazzjoni tal-inċertezzi li jirrigwardaw l-ammont tan-nefqa jsir taħt il-paragrafu 85(b).

Valur preżenti

45   Meta l-effett tal-valur taż-żmien fuq il-flus ikun materjali, l-ammont ta’ provvediment għandu jkun il-valur preżenti tan-nefqiet mistennija li jkunu meħtieġa għal saldu tal-obbligu.

46 Minħabba l-valur taż-żmien tal-flus, provvedimenti marbutin mal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw ftit wara l-perjodu ta’ rapportar ikunu aktar onerużi minn dawk fejn il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus tal-istess ammont jirriżultaw aktar tard. Għaldaqstant, il-provvedimenti jiġu skontati, fejn l-effett ikun materjali.

47   Ir-rata (jew rati) ta’ skont għandha tkun ir-rata (jew rati) ta’ qabel it-taxxa li tirrifletti/jirriflettu l-valutazzjonijiet tas-suq preżenti tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji speċifiċi għall-obbligazzjoni. Ir-rata (jew rati) ta’ skont ma għandhiex tirrifletti/għandhomx jirriflettu r-riskji li għalihom kienu aġġustati l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus.

Eventi futuri

48   L-eventi futuri li jistgħu jaffettwaw l-ammont meħtieġ għal saldu ta’ obbligu għandhom ikunu riflessi fl-ammont ta’ provvediment fejn ikun hemm evidenza oġġettiva biżżejjed li dawn se jseħħu.

49 L-eventi futuri mistennija jistgħu jkunu partikolarment importanti fil-kejl tal-provvedimenti. Pereżempju, entità tista’ temmen li l-kost għat-tindif ta’ sit fl-aħħar tal-ħajja utli tiegħu se titnaqqas minħabba bidliet futuri fit-teknoloġija. L-ammont rikonoxxut jirrifletti aspettattiva raġonevoli ta’ osservaturi oġġettivi, teknikament ikkwalifikati, filwaqt li titqies l-evidenza kollha disponibbli rigward it-teknoloġija li se tkun disponibbli fiż-żmien tat-tindif. Għalhekk huwa xieraq li jkun inkluż, pereżempju, tnaqqis mistenni fil-kost assoċjat ma’ esperjenza akbar fl-applikazzjoni tat-teknoloġija eżistenti jew tal-kost mistenni tal-applikazzjoni ta’ teknoloġija eżistenti għal operazzjoni ta’ tindif akbar jew aktar kumplessa minn dawk li twettqu preċedentement. Madankollu, entità ma tantiċipax l-iżvilupp ta’ teknoloġija kompletament ġdida għat-tindif sakemm din ma tkunx appoġġjata minn biżżejjed evidenza oġġettiva.

50 L-effett ta’ leġiżlazzjoni ġdida possibbli huwa kkunsidrat fil-kejl ta’ obbligu eżistenti meta teżisti biżżejjed evidenza oġġettiva li huwa prattikament ċert li l-leġiżlazzjoni se tiġi ppromulgata. Il-varjetà ta’ ċirkustanzi li jinqalgħu fil-prattika jagħmluha impossibbli li jiġi speċifikat event uniku li se jipprovdi evidenza suffiċjenti u oġġettiva f’kull każ. Hija meħtieġa evidenza kemm dwar dak li se titlob il-leġiżlazzjoni kif ukoll dwar jekk huwiex prattikament ċert li se tiġi ppromulgata u implimentata meta jasal iż-żmien. F’bosta każijiet ma jkunx hemm biżżejjed evidenza oġġettiva qabel ma l-leġiżlazzjoni l-ġdida fil-fatt tiġi ppromulgata.

Disponiment mistenni ta’ assi

51   Il-qligħ mid-disponiment mistenni ta’ assi ma għandux ikun ikkunsidrat fil-kejl ta’ provvediment.

52 Il-qligħ mid-disponiment mistenni ta’ assi mhuwiex ikkunsidrat fil-kejl ta’ provvediment, anki jekk id-disponiment mistenni jkun marbut mill-qrib mal-event li jagħti lok għall-provvediment. Minflok, entità tirrikonoxxi qligħ fuq disponimenti mistennija ta’ assi fiż-żmien speċifikat mill-Istandard li jittratta l-assi kkonċernati.

RIMBORŻI

53   Meta n-nefqa kollha jew parti minnha meħtieġa għal saldu ta’ provvediment għandha tiġi rimborżata minn parti oħra, ir-rimborż għandu jkun rikonoxxut meta, u biss meta, ikun prattikament ċert li r-rimborż se jkun riċevut jekk l-entità tagħmel saldu tal-obbligu. Ir-rimborż għandu jkun ittrattat bħala assi separat. L-ammont rikonoxxut għar-rimborż ma għandux jaqbeż l-ammont tal-provvediment.

54   Fir-rapport tal-introjtu komprensiv, l-ispiża relatata ma’ provvediment tista’ tkun ippreżentata netta mill-ammont rikonoxxut għal rimborż.

55 Xi kultant, entità tista’ tistrieħ fuq parti oħra biex tħallas parti min-nefqa jew in-nefqa kollha meħtieġa għal saldu ta’ provvediment (pereżempju, permezz ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, klawżoli ta’ indennizz jew garanziji tal-fornituri). Il-parti l-oħra tista’ tirrimborża ammonti mħallsin mill-entità jew tħallas l-ammonti direttament.

56 Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-entità tibqa’ responsabbli għall-ammont sħiħ inkwistjoni u b’hekk l-entità jkollha tagħmel saldu tal-ammont sħiħ jekk il-parti terza tonqos milli tħallas għal kwalunkwe raġuni. F’din is-sitwazzjoni, provvediment ikun rikonoxxut għall-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni, u assi separat għar-rimborż mistenni jkun rikonoxxut meta jkun prattikament ċert li se jkun riċevut rimborż jekk l-entità twettaq saldu tal-obbligazzjoni.

57 F’xi każijiet, l-entità ma tkunx responsabbli għall-kostijiet inkwistjoni jekk il-parti terza tonqos milli tħallas. F’każ bħal dan l-entità ma għandha l-ebda responsabbiltà għal dawk il-kostijiet u mhumiex inklużi fil-provvediment.

58 Kif innotat fil-paragrafu 29, obbligu li għalih entità tkun responsabbli in solidum huwa obbligazzjoni kontinġenti sakemm ikun mistenni li l-obbligu jkun se jiġi saldat mill-partijiet l-oħrajn.

BIDLIET FI PROVVEDIMENTI

59   Il-provvedimenti għandhom ikunu rieżaminati fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar u aġġustati biex jirriflettu l-aħjar stima kurrenti. Jekk ma jkunx aktar probabbli li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorpora benefiċċji ekonomiċi biex isir saldu tal-obbligu, il-provvediment għandu jiġi riversjat.

60 Meta jintuża l-iskontar, l-ammont riportat ta’ provvediment jiżdied f’kull perjodu biex jirrifletti l-mogħdija taż-żmien. Din iż-żieda hija rikonoxxuta bħala kost tat-teħid b’self.

UŻU TAL-PROVVEDIMENTI

61   Provvediment għandu jintuża biss għal nefqiet li għalihom kien oriġinarjament rikonoxxut il-provvediment.

62 Huma biss dawk in-nefqiet li huma relatati mal-provvediment oriġinali li għandhom jiġu ddebitati kontrih. Jekk in-nefqiet jiġu ddebitati kontra provvediment li oriġinarjament kien rikonoxxut għal skop ieħor, dan jaħbi l-impatt ta’ żewġ eventi differenti.

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA’ RIKONOXXIMENT U KEJL

Telf operatorju futur

63   Ma għandhomx ikunu rikonoxxuti provvedimenti għal telf operatorju futur.

64 Telf operatorju futur ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni fil-paragrafu 10 u l-kriterji ta’ rikonoxximent ġenerali stabbiliti għal provvedimenti fil-paragrafu 14.

65 Aspettattiva ta’ telf operatorju futur hija indikazzjoni li ċerti assi tal-operazzjoni jistgħu jiġu indeboliti. Entità teżamina dawn l-assi għal indeboliment skont l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

Kuntratti onerużi

66   Jekk entità jkollha kuntratt li huwa oneruż, l-obbligu preżenti taħt il-kuntratt għandu jkun rikonoxxut u jitkejjel bħala provvediment.

67 Bosta kuntratti (pereżempju, xi ordnijiet ta’ xiri ta’ rutina) jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr ma jitħallas kumpens lill-parti l-oħra, u għaldaqstant ma jkun hemm l-ebda obbligu. Kuntratti oħrajn jistabbilixxu kemm drittijiet kif ukoll obbligi għal kull waħda mill-partijiet kontraenti. Meta l-eventi jagħmlu kuntratt bħal dan oneruż, il-kuntratt jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard u teżisti obbligazzjoni li hija rikonoxxuta. Il-kuntratti eżekutorji li mhumiex onerużi jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

68 Dan l-Istandard jiddefinixxi kuntratt oneruż bħala kuntratt li fih il-kostijiet inevitabbli biex jiġu ssodisfati l-obbligi taħt il-kuntratt jeċċedu l-benefiċċji ekonomiċi mistennija li jkunu riċevuti taħtu. Il-kostijiet inevitabbli taħt kuntratt jirriflettu l-inqas kost nett biex wieħed joħroġ mill-kuntratt, li huwa l-inqas bejn il-kost għat-twettiq tiegħu u ta’ kwalunkwe kumpens jew penali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ twettiq tiegħu.

68A Il-kost li jiġi ssodisfat kuntratt jinkludi l-kostijiet li huma relatati direttament mal-kuntratt. Il-kostijiet li huma relatati direttament mal-kuntratt jikkonsistu kemm:

(a) 

fil-kostijiet inkrementali tal-issodisfar ta’ dak il-kuntratt—pereżempju, xogħol dirett u materjali; u

(b) 

allokazzjoni ta’ kostijiet oħrajn li huma relatati direttament mal-issodisfar ta’ kuntratti—pereżempju, allokazzjoni tal-imposta ta’ deprezzament għal entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir użati għall-issodisfar ta’ dak il-kuntratt fost oħrajn.

69 Qabel ikun stabbilit provvediment separat għal kuntratt oneruż, entità tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment li jkun seħħ fuq assi użati biex jiġi ssodisfat dak il-kuntratt (ara l-IAS 36).

Ristrutturar

70 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ eventi li jistgħu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ristrutturar:

(a) 

bejgħ jew terminazzjoni ta’ linja ta’ negozju;

(b) 

l-għeluq ta’ postijiet ta’ negozju f’pajjiż jew reġjun jew ir-rilokazzjoni ta’ attivitajiet ta’ negozju minn pajjiż jew reġjun wieħed għal ieħor;

(c) 

bidliet fl-istruttura maniġerjali, pereżempju, l-eliminazzjoni ta’ livell ta’ maniġment; u

(d) 

riorganizzazzjonijiet fundamentali li għandhom effett materjali fuq in-natura u l-iffukar tal-operazzjonijiet tal-entità.

71 Provvediment għal kostijiet ta’ ristrutturar huwa rikonoxxut biss meta jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ rikonoxximent ġenerali għal provvedimenti stabbiliti fil-paragrafu 14. Il-paragrafi 72-83 jistabbilixxu kif il-kriterji ta’ rikonoxximent ġenerali japplikaw għar-ristrutturazzjonijiet.

72   Obbligu kostruttiv għal ristrutturar jirriżulta biss meta entità:

(a) 

ikollha pjan formali dettaljat għar-ristrutturar li jidentifika tal-inqas:

(i) 

in-negozju jew parti minn negozju kkonċernat;

(ii) 

il-postijiet prinċipali affettwati;

(iii) 

il-lok, il-funzjoni, u l-għadd approssimattiv ta’ impjegati li se jingħataw kumpens għat-terminazzjoni tas-servizzi tagħhom;

(iv) 

in-nefqiet li se jitwettqu; u

(v) 

meta se jkun implimentat il-pjan; u

(b) 

tkun tat lok għal aspettattiva valida għal dawk affettwati li hija se twettaq ir-ristrutturar billi tibda timplimenta dak il-pjan jew tħabbar il-karatteristiki prinċipali tiegħu lil dawk affettwati minnu.

73 L-evidenza li entità tkun bdiet timplimenta pjan ta’ ristrutturar tingħata, pereżempju, billi jinħatt impjant jew jinbiegħu assi jew bi tħabbira pubblika tal-karatteristiki ewlenin tal-pjan. Avviż pubbliku ta’ pjan dettaljat ta’ ristrutturar jikkostitwixxi obbligu kostruttiv ta’ ristrutturar biss jekk isir b’mod u f’dettall suffiċjenti (jiġifieri billi jiġu stabbiliti l-karatteristiki prinċipali tal-pjan) li jagħti lok għal aspettattivi validi għal partijiet oħrajn bħal konsumaturi, fornituri u impjegati (jew ir-rappreżentanti tagħhom) li l-entità se twettaq ir-ristrutturar.

74 Biex pjan ikun suffiċjenti biex iwassal għal obbligu kostruttiv meta kkomunikat lil dawk affettwati minnu, l-implimentazzjoni tiegħu teħtieġ li tkun ippjanata li tibda kemm jista’ jkun malajr u tkun kompluta f’qafas ta’ żmien li jagħmel bidliet sinifikanti fil-pjan improbabbli. Jekk ikun mistenni li se jkun hemm dewmien twil qabel jibda r-ristrutturar jew li r-ristrutturar se jieħu ammont irraġonevoli ta’ żmien, huwa improbabbli li l-pjan iwassal għal aspettattiva valida min-naħa ta’ oħrajn li l-entità fil-preżent hija impenjata għar-ristrutturar, għaliex il-qafas ta’ żmien jippermetti opportunitajiet biex l-entità tbiddel il-pjanijiet tagħha.

75 Deċiżjoni tal-maniġment jew tal-bord għar-ristrutturar meħuda qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar ma twassalx għal obbligu kostruttiv fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar sakemm, qabel tmiem il-perjodu ta’ rapportar, l-entità ma tkunx:

(a) 

bdiet timplimenta l-pjan ta’ ristrutturar; jew

(b) 

ħabbret il-karatteristiki ewlenin tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ dawk affettwati minnu b’mod speċifiku biżżejjed biex tqajjem aspettattiva valida fihom li l-entità se twettaq ir-ristrutturar.

Jekk entità tibda timplimenta pjan ta’ ristrutturar, jew tħabbar il-karatteristiki prinċipali tagħha lil dawk milqutin, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar biss, hija meħtieġa divulgazzjoni skont l-IAS 10 Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar, jekk ir-ristrutturar ikun materjali u n-nuqqas ta’ divulgazzjoni jkun mistenni b’mod raġonevoli li jinfluwenza deċiżjonijiet li l-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji ta’ skop ġenerali jagħmlu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji, li jipprovdu informazzjoni finanzjarja dwar entità ta’ rapportar speċifika.

76 Għalkemm obbligu kostruttiv ma jinħoloqx biss minn deċiżjoni tal-maniġment, obbligu jista’ jirriżulta minn eventi aktar bikrin b’deċiżjoni bħal din. Pereżempju, negozjati mar-rappreżentanti tal-impjegati għal pagamenti ta’ terminazzjoni, jew ma’ xerrejja għall-bejgħ ta’ operazzjoni, jistgħu jkunu ġew konklużi soġġetti biss għal approvazzjoni tal-bord. Ladarba dik l-approvazzjoni tkun inkisbet u ġiet ikkomunikata lill-partijiet l-oħrajn, l-entità għandha obbligu kostruttiv għal ristrutturar, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 72.

77 F’xi pajjiżi, l-awtorità finali tinsab f’idejn bord li l-membri tiegħu jinkludu rappreżentanti ta’ interessi barra minn dawk tal-maniġment (eż. impjegati) jew notifika lil dawk ir-rappreżentanti tista’ tkun meħtieġa qabel tittieħed id-deċiżjoni tal-bord. Minħabba li deċiżjoni minn bord bħal dan tinvolvi komunikazzjoni ma’ dawn ir-rappreżentanti, din tista’ tirriżulta f’obbligu kostruttiv ta’ ristrutturar.

78   Ma jirriżulta l-ebda obbligu għall-bejgħ ta’ operazzjoni sakemm l-entità ma tkunx impenjata għall-bejgħ, jiġifieri jkun hemm ftehim ta’ bejgħ vinkolanti.

79 Anki meta entità tkun ħadet deċiżjoni li tbigħ operazzjoni u tkun ħabbret dik id-deċiżjoni pubblikament, din ma tistax tkun impenjata għall-bejgħ sakemm ix-xerrej ma jkunx ġie identifikat u jkun hemm ftehim ta’ bejgħ vinkolanti. Sakemm ma jkunx hemm ftehim ta’ bejgħ vinkolanti, l-entità tista’ tbiddel fehmitha u fil-fatt ikollha taqbad triq oħra ta’ azzjoni jekk ma jkunx jista’ jinstab xerrej b’termini aċċettabbli. Meta jkun previst il-bejgħ ta’ operazzjoni bħala parti minn ristrutturar, l-assi tal-operazzjoni jiġu rieżaminati għal indeboliment, skont l-IAS 36. Meta bejgħ ikun biss parti minn ristrutturar, jista’ jirriżulta obbligu kostruttiv għall-partijiet l-oħrajn tar-ristrutturar qabel ma jkun jeżisti ftehim ta’ bejgħ vinkolanti.

80   Provvediment għar-ristrutturar għandu jinkludi biss in-nefqiet diretti li jirriżultaw mir-ristrutturar, li huma dawk li huma kemm:

(a) 

neċessarjament involuti fir-ristrutturar; u

(b) 

mhux assoċjati mal-attivitajiet li jinsabu għaddejjin tal-entità.

81 Provvediment għar-ristrutturar ma jinkludix kostijiet bħal:

(a) 

taħriġ mill-ġdid jew rilokazzjoni ta’ impjegati għall-kontinwità;

(b) 

kummerċjalizzazzjoni; jew

(c) 

investiment f’sistemi ġodda u networks ta’ distribuzzjoni.

Dawn in-nefqiet huma relatati mal-imġiba futura tan-negozju u mhumiex obbligazzjonijiet għar-ristrutturar fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Dawn in-nefqiet huma rikonoxxuti fuq l-istess bażi bħalma kieku rriżultaw indipendentement minn ristrutturar.

82 Telf operatorju futur identifikabbli sad-data tar-ristrutturar mhuwiex inkluż fi provvediment, ħlief jekk ikun relatat ma’ kuntratt oneruż kif iddefinit fil-paragrafu 10.

83 Kif meħtieġ mill-paragrafu 51, qligħ fuq id-disponiment mistenni ta’ assi ma jitqiesx fil-kejl ta’ provvediment għar-ristrutturar, anki jekk il-bejgħ ta’ assi jkun previst bħala parti mir-ristrutturar.

DIVULGAZZJONI

84   Għal kull klassi ta’ provvediment, entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont riportat fil-bidu u t-tmiem tal-perjodu;

(b) 

provvedimenti addizzjonali magħmulin fil-perjodu, inklużi żidiet għal provvedimenti eżistenti;

(c) 

ammonti użati (jiġifieri mġarrba u imposti kontra l-provvediment) waqt il-perjodu;

(d) 

ammonti mhux użati riversjati waqt il-perjodu; u

(e) 

iż-żieda waqt il-perjodu fl-ammont skontat li jirriżulta mill-mogħdija taż-żmien u l-effett ta’ kwalunkwe bidla fir-rata ta’ skont.

Mhijiex meħtieġa informazzjoni komparattiva.

85   Entità għandha tiddivulga dan li ġej għal kull klassi ta’ provvediment:

(a) 

deskrizzjoni qasira tan-natura tal-obbligu u t-twaqqit mistenni ta’ kwalunkwe fluss ta’ ħruġ ta’ benefiċċji ekonomiċi li jirriżulta;

(b) 

indikazzjoni tal-inċertezzi dwar l-ammont jew it-twaqqit ta’ dawk il-flussi ta’ ħruġ. Meta jkun meħtieġ li tingħata informazzjoni adegwata, entità għandha tiddivulga s-suppożizzjonijiet maġġuri magħmulin rigward l-eventi futuri, kif indirizzati fil-paragrafu 48; u

(c) 

l-ammont ta’ kwalunkwe rimborż mistenni, b’dikjarazzjoni tal-ammont ta’ kwalunkwe assi li kien rikonoxxut għal dak ir-rimborż mistenni.

86   Ħlief jekk il-possibbiltà ta’ kwalunkwe fluss ta’ ħruġ bħala saldu tkun remota, entità għandha tiddivulga, għal kull klassi ta’ obbligazzjoni kontinġenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, deskrizzjoni qasira tan-natura tal-obbligazzjoni kontinġenti u, fejn prattikabbli:

(a) 

stima tal-effett finanzjarju tagħha, imkejla skont il-paragrafi 36-52;

(b) 

indikazzjoni tal-inċertezzi marbutin mal-ammont jew l-iskedar fiż-żmien ta’ kwalunkwe fluss ta’ ħruġ; u

(c) 

il-possibbiltà ta’ kwalunkwe rimborż.

87 Sabiex ikun iddeterminat liema provvedimenti jew obbligazzjonijiet kontinġenti jistgħu jkunu aggregati biex jifformaw klassi, huwa meħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk in-natura tal-entrati hijiex simili biżżejjed għal dikjarazzjoni unika dwarhom biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 85(a) u (b) u 86(a) u (b). Għalhekk, jista’ jkun xieraq li jiġu ttrattati bħala klassi unika ta’ provvediment, ammonti relatati ma’ garanziji ta’ prodotti differenti, iżda ma jkunx xieraq li jiġu ttrattati bħala klassi waħda ammonti relatati ma’ garanziji u ammonti normali li huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji.

88 Meta provvediment u obbligazzjoni kontinġenti jirriżultaw mill-istess sett ta’ ċirkustanzi, entità tagħmel id-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 84–86 b’mod li juri r-rabta bejn il-provvediment u l-obbligazzjoni kontinġenti.

89   Fejn ikun probabbli influss ta’ benefiċċji ekonomiċi, entità għandha tiddivulga deskrizzjoni qasira tan-natura tal-assi kontinġenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, u, fejn prattikabbli, stima tal-effett finanzjarju tagħhom, imkejla bl-użu tal-prinċipji mniżżlin għal provvedimenti fil-paragrafi 36-52.

90 Huwa importanti li d-divulgazzjonijiet ta’ assi kontinġenti jevitaw li jagħtu indikazzjonijiet qarrieqa tal-probabbiltà li jkun hemm introjtu.

91   Fejn xi informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 86 u 89 ma tkunx divulgata minħabba li ma jkunx prattikabbli li jsir hekk, dak il-fatt għandu jkun iddikjarat.

92   F’każijiet estremament rari, jista’ jkun mistenni li d-divulgazzjoni ta’ xi parti mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-paragrafi 84–89 tippreġudika serjament il-pożizzjoni tal-entità li tkun tinstab f’tilwima ma’ partijiet oħrajn dwar is-suġġett tal-provvediment, l-obbligazzjoni kontinġenti jew l-assi kontinġenti. F’każijiet bħal dawn, entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga l-informazzjoni, iżda għandha tiddivulga n-natura ġenerali tat-tilwima flimkien mal-fatt li l-informazzjoni ma kinitx iddivulgata, u r-raġuni għaliex.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

93   L-effett tal-adozzjoni ta’ dan l-Istandard mid-data effettiva tiegħu (jew aktar qabel) għandu jkun rapportat bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-perjodu li fih l-Istandard kien adottat għall-ewwel darba. L-entitajiet huma mħeġġa, iżda mhumiex meħtieġa, jaġġustaw il-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal għall-iktar perjodu bikri ppreżentat u jirridikjaraw informazzjoni komparattiva. Jekk l-informazzjoni komparattiva ma tkunx irridikjarata, dak il-fatt għandu jiġi ddivulgat.

94 [Imħassar]

94A  Kuntratti Onerużi—Kost tal-Issodisfar ta’ Kuntratt, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafi 68A emenda l-paragrafu 69. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal kuntratti li tkun għadha ma ssodisfatx l-obbligi kollha għalihom fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali). L-entità ma għandhiex tirridikjara informazzjoni komparattiva. Minflok, l-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq, fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

DATA EFFETTIVA

95 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji annwali li jkopru perjodi li jibdew fl-1 ta’ Lulju 1999 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodi li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 1999, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

96 [Imħassar]

97 [Imħassar]

98 [Imħassar]

99  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IFRS 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għall-kombinamenti ta’ negozji li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha.

100 L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu 5 u ħassar il-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

101 L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 2 u ħassar il-paragrafi 97 u 98. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

102 L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

103 L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

104  Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi fl-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġ f’Ottubru 2018, emenda l-paragrafu 75. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-emendi għad-definizzjoni ta’ materjali fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafi 5 u 6 tal-IAS 8.

105  Kuntratti Onerużi— Kost tal-Issodisfar ta’ Kuntratt, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafi 68A u 94A, u emenda l-paragrafu 69. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 38

Assi Intanġibbli

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament kontabbilistiku għal assi intanġibbli li mhumiex indirizzati b’mod speċifiku f’xi Standard ieħor. Dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi assi intanġibbli jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi. L-Istandard jispeċifika wkoll kif għandu jitkejjel l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli u jeħtieġ divulgazzjonijiet speċifiċi dwar assi intanġibbli.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabbiltà għal assi intanġibbli, minbarra:

(a) 

assi intanġibbli li jaqgħu taħt il-kamp ta’applikazzjoni ta’ Standard ieħor;

(b) 

assi finanzjarji, kif definiti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni;

(c) 

ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni (ara l-IFRS 6 Esplorazzjoni għar-Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom). u

(d) 

nefqa fuq l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta’ minerali, żejt, gass naturali u riżorsi simili mhux riġenerattivi.

3 Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-ikkontabilizzar għal tip speċifiku ta’ assi intanġibbli, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) 

assi intanġibbli miżmumin minn entità għall-bejgħ fil-perkors normali tan-negozju (ara l-IAS 2 Inventarji);

(b) 

assi ta’ taxxa differita (ara l-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu);

(c) 

lokazzjonijiet ta’ assi intanġibbli kontabilizzati f’konformità mal-IFRS 16 Lokazzjonijiet;

(d) 

assi li jirriżultaw mill-benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(e) 

assi finanzjarji kif definiti fl-IAS 32. Ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ xi assi finanzjarji huma koperti mill-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti;

(f) 

avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji);

(g) 

kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni u kwalunkwe assi għal flussi ta’ flus ta’ akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17;

(h) 

assi mhux kurrenti intanġibbli kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx;

(i) 

l-assi li jirriżultaw minn kuntratti mal-konsumaturi li huma rikonoxxuti f’konformità mal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi.

4 Xi assi intanġibbli jistgħu jkunu f’sustanza fiżika jew fuqha bħal kompakt disk (fil-każ ta’ software tal-kompjuter), dokumentazzjoni legali (fil-każ ta’ liċenzja jew privattiva) jew film. Sabiex jiġi ddeterminat jekk assi li jinkorpora elementi kemm intanġibbli kif ukoll tanġibbli jenħtieġx li jiġi trattat taħt l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew bħala assi intanġibbli taħt dan l-Istandard, entità tuża ġudizzju biex tivvaluta liema element huwa l-aktar sinifikanti. Pereżempju, software tal-kompjuter għal għodda mekkanika kkontrollata bil-kompjuter li ma tistax topera mingħajr dak is-software speċifiku, huwa parti integrali mill-hardware relatat u huwa meqjus bħala proprjetà, impjant u tagħmir. L-istess japplika għas-sistema operattiva ta’ kompjuter. Meta s-software ma jkunx parti integrali mill-hardware relatat, is-software tal-kompjuter jitqies bħala assi intanġibbli.

5 Dan l-Istandard japplika għal, fost affarijiet oħrajn, nefqa fuq reklamar, taħriġ, bidu ta’ negozju, attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp. Attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp huma diretti lejn l-iżvilupp ta’ għarfien. Għaldaqstant, għalkemm dawn l-attivitajiet jistgħu jirriżultaw f’assi b’sustanza fiżika (eż. prototip), l-element fiżiku tal-assi huwa sekondarju għall-komponent intanġibbli tiegħu, jiġifieri l-għarfien li jkun tinsab fih.

6 Drittijiet miżmuma minn lokatarju taħt ftehimiet tal-liċenzja għal entrati bħal films, rekordjar bil-vidjo, drammi, manuskritti, privattivi u drittijiet tal-awtur huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard u huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 16.

7 Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standard jistgħu jseħħu jekk l-attivitajiet jew it-tranżazzjonijiet ikunu tant speċjalizzati li jagħtu lok għal kwistjonijiet kontabbilistiċi li jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġu indirizzati b’mod differenti. Kwistjonijiet bħal dawn jinqalgħu fil-kontabbiltà għan-nefqa fuq l-esplorazzjoni għal, jew l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta’ żejt, gass u depożiti minerali f’industriji estrattivi u fil-każ ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma japplikax għan-nefqa għal attivitajiet u kuntratti bħal dawn. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal assi intanġibbli oħrajn użati (bħal software tal-kompjuter), u nefqiet oħra mġarrba (bħal kostijiet tal-bidu) f’industriji estrattivi jew minn assiguraturi.

DEFINIZZJONIJIET

8   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Amortizzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta’ assi intanġibbli matul il-ħajja utli tiegħu.
Assi  ( 28 ) huwa riżorsa:
(a) 

ikkontrollata minn entità bħala riżultat ta’ eventi passati; u

(b) 

li minnha benefiċċji ekonomiċi futuri għall-entità huma mistennija li jseħħu.

Ammont riportat huwa l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara li jitnaqqas kwalunkwe amortizzament akkumulat u telf minn indeboliment akkumulat fuqu.
Kost huwa l-ammont ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus imħallsa jew il-valur ġust ta’ korrispettiv ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu, jew meta applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta jiġi rikonoxxut fil-bidu f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ IFRSs oħrajn, eż. l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq Ishma.
Ammont deprezzabbli huwa l-kost ta’ assi, jew ammont ieħor sostitwit għall-kost, mingħajr il-valur residwu tiegħu.
Żvilupp huwa l-applikazzjoni tas-sejbiet tar-riċerka jew għarfien ieħor għal pjan jew disinn għall-produzzjoni ta’ materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi ġodda jew sostanzjalment imtejba qabel il-bidu ta’ produzzjoni jew użu kummerċjali.
Valur speċifiku għall-entità huwa l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus li entità tistenna li se jirriżulta mill-użu kontinwu ta’ assi u mid-disponiment tiegħu fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu jew li tistenna li se ġġarrab meta tħallas xi obbligazzjoni.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)
Telf minn indeboliment huwa l-ammont li bih l-ammont riportat ta’ assi jaqbeż l-ammont rekuperabbli tiegħu.
Assi intanġibbli huwa assi nonmonetarju identifikabbli mingħajr sustanza fiżika.
Assi monetarji huma flus miżmuma u assi li jkunu se jiġu riċevuti f’ammonti fissi jew determinabbli ta’ flus.
Riċerka hija investigazzjoni oriġinali u ppjanata li ssir bil-prospett li jiġi akkwistat għarfien u fehim xjentifiku jew tekniku ġdid.
Valur residwu ta’ assi intanġibbli huwa l-ammont stmat li entità tista’ tikseb fil-preżent mid-disponiment tal-assi, wara li tnaqqas il-kostijiet stmati tad-disponiment, li kieku l-assi kien diġà tal-età u fil-kundizzjoni mistennija fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu.
Ħajja utli hija:
(a) 

il-perjodu li matulu assi jkun mistenni li jkun disponibbli għall-użu minn entità; jew

(b) 

l-għadd ta’ unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li huwa mistenni li jinkisbu mill-assi minn entità.

Assi intanġibbli

9 L-entitajiet spiss jużaw riżorsi, jew iġarrbu obbligazzjonijiet, mal-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni jew it-titjib ta’ riżorsi intanġibbli bħal għarfien xjentifiku jew tekniku, id-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proċessi jew sistemi ġodda, liċenzji, proprjetà intellettwali, għarfien tas-suq u trademarks (inklużi ismijiet ta’ ditti u titli tal-pubblikazzjoni). Eżempji komuni ta’ entrati li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji wesgħin huma software tal-kompjuter, privattivi, drittijiet tal-awtur, films, listi ta’ konsumaturi, drittijiet ta’ żamma ta’ ipoteki, liċenzji tas-sajd, kwoti tal-importazzjoni, franchises, relazzjonijiet mal-konsumaturi jew mal-fornituri, lealtà tal-konsumaturi, sehem mis-suq u drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni.

10 Mhux l-entrati kollha deskritti fil-paragrafu 9 jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli, jiġifieri l-identifikabbiltà, kontroll fuq riżorsa u eżistenza ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri. Jekk entrata li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard ma tissodisfax id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli, in-nefqa biex din tiġi akkwistata jew iġġenerata internament tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab. Madankollu, jekk l-entrata tkun akkwistata f’kombinament ta’ negozji, din tifforma parti mill-avvjament rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 68).

Identifikabbiltà

11 Id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli teħtieġ li assi intanġibbli jkun identifikabbli biex jingħaraf mill-avvjament. Avvjament rikonoxxut f’kombinament ta’ negozji huwa assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li mhumiex identifikati individwalment u rikonoxxuti separatament. Il-benefiċċji ekonomiċi futuri jistgħu jirriżultaw minn sinerġija bejn l-assi identifikabbli akkwistati jew minn assi li, individwalment, ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji.

12   Assi huwa identifikabbli jekk ikun:

(a) 

separabbli, jiġifieri kapaċi li jkun separat jew mifrud mill-entità u mibjugħ, ittrasferit, liċenzjat, mikri jew skambjat, individwalment jew flimkien ma’ kuntratt, assi identifikabbli jew obbligazzjoni relatat/a, irrispettivament minn jekk l-entità jkollhiex il-ħsieb li tagħmel hekk; jew

(b) 

joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk id-drittijiet ikunux trasferibbli jew separabbli mill-entità jew minn drittijiet u obbligi oħrajn.

Kontroll

13 Entità tikkontrolla assi jekk l-entità jkollha s-setgħa li tikseb il-benefiċċji ekonomiċi futuri mir-riżorsa sottostanti u li tirrestrinġi l-aċċess ta’ ħaddieħor għal dawk il-benefiċċji. Il-kapaċità ta’ entità li tikkontrolla l-benefiċċji ekonomiċi futuri minn assi intanġibbli normalment tiġi minn drittijiet legali li huma infurzabbli quddiem qorti tal-ġustizzja. Fin-nuqqas ta’ drittijiet legali, huwa aktar diffiċli li l-kontroll jintwera. Madankollu, l-infurzabbiltà legali ta’ dritt mhijiex kundizzjoni neċessarja għall-kontroll minħabba li entità tista’ tkun kapaċi tikkontrolla l-benefiċċji ekonomiċi futuri b’xi mod ieħor.

14 L-għarfien tas-suq u dak tekniku jistgħu jagħtu lok għal benefiċċji ekonomiċi futuri. Entità tikkontrolla dawk il-benefiċċji jekk, pereżempju, l-għarfien ikun protett bi drittijiet legali bħal drittijiet tal-awtur, limitazzjoni ta’ ftehim kummerċjali (meta dan ikun permess) jew minn obbligu legali fuq l-impjegati li jżommu l-kunfidenzjalità.

15 Entità jista’ jkollha grupp ta’ persunal tas-sengħa u tista’ tkun kapaċi tidentifika ħiliet inkrementali tal-persunal, li jwasslu għal benefiċċji ekonomiċi futuri mit-taħriġ. L-entità tista’ tistenna wkoll li l-impjegati jkomplu jagħmlu l-ħiliet tagħhom disponibbli għall-entità. Madankollu, entità normalment ma jkollhiex biżżejjed kontroll fuq il-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li jirriżultaw minn grupp ta’ impjegati tas-sengħa u mit-taħriġ għal dawk l-entrati biex tissodisfa d-definizzjoni ta’ assi intanġibbli. Għal raġuni simili, il-maniġment speċifiku jew talent tekniku x’aktarx li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli, ħlief jekk ikun protett bi drittijiet legali biex jintuża u biex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija minnu, u jekk ikun jissodisfa wkoll il-partijiet l-oħrajn tad-definizzjoni.

16 Entità jista’ jkollha portafoll ta’ konsumaturi jew sehem mis-suq u tistenna li, minħabba l-isforzi tagħha fil-bini ta’ relazzjonijiet u lealtà mal-konsumaturi, dawn ikomplu jinnegozjaw mal-entità. Madankollu, fin-nuqqas ta’ drittijiet legali li jipproteġu, jew metodi oħrajn ta’ kontroll, ir-relazzjonijiet mal-konsumaturi jew il-lealtà tal-konsumaturi mal-entità, l-entità normalment ma jkollhiex biżżejjed kontroll fuq il-benefiċċji ekonomiċi mistennija mir-relazzjonijiet u l-lealtà tal-konsumaturi għal entrati bħal dawn (eż. portafoll ta’ konsumaturi, ishma mis-suq, relazzjonijiet mal-klijenti u lealtà tal-konsumaturi) biex tissodisfa d-definizzjoni ta’ assi intanġibbli. Fin-nuqqas ta’ drittijiet legali li jipproteġu r-relazzjonijiet mal-konsumaturi, tranżazzjonijiet ta’ skambju għall-istess relazzjonijiet mhux kuntrattwali mal-konsumaturi jew relazzjonijiet simili (minbarra bħala parti minn kombinament ta’ negozji) jipprovdu evidenza li l-entità minkejja kollox hija kapaċi tikkontrolla l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li joħorġu mir-relazzjonijiet mal-konsumaturi. Minħabba li tranżazzjonijiet ta’ skambju bħal dawn jipprovdu wkoll evidenza li r-relazzjonijiet mal-konsumaturi huma separabbli, dawk ir-relazzjonijiet mal-konsumaturi jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli.

Benefiċċji ekonomiċi futuri

17 Il-benefiċċji ekonomiċi futuri li joħorġu minn assi intanġibbli jistgħu jinkludu dħul mill-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, iffrankar tal-kostijiet, jew benefiċċji oħrajn li jirriżultaw mill-użu tal-assi mill-entità. Pereżempju, l-użu ta’ proprjetà intellettwali fi proċess tal-produzzjoni jista’ jnaqqas il-kostijiet futuri tal-produzzjoni minflok ma jżid id-dħul fil-futur.

RIKONOXXIMENT U KEJL

18 Ir-rikonoxximent ta’ entrata bħala assi intanġibbli jeħtieġ li entità turi li l-entrata tissodisfa:

(a) 

id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli (ara l-paragrafi 8-17); u

(b) 

il-kriterji tar-rikonoxximent (ara l-paragrafi 21-23).

Dan ir-rekwiżit japplika għal kostijiet imġarrba inizjalment biex jiġi akkwistat jew iġġenerat internament assi intanġibbli u dawk imġarrba sussegwentement biex jiżdied, jew titbiddel parti minnu, jew biex jiġi servizzjat.

19 Il-paragrafi 25-32 jittrattaw l-applikazzjoni tal-kriterji tar-rikonoxximent għal assi intanġibbli akkwistati separatament, u l-paragrafi 33-43 jittrattaw l-applikazzjoni tagħhom għal assi intanġibbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji. Il-paragrafu 44 jittratta l-kejl inizjali ta’ assi intanġibbli akkwistati permezz ta’ għotja tal-gvern, il-paragrafi 45-47 jittrattaw skambji ta’ assi intanġibbli, u l-paragrafi 48-50 it-trattament ta’ avvjament iġġenerat internament. Il-paragrafi 51-67 jittrattaw ir-rikonoxximent inizjali u l-kejl ta’ assi intanġibbli iġġenerati internament.

20 In-natura ta’ assi intanġibbli hija tali li, f’ħafna każijiet, ma jsiru l-ebda żidiet mal-assi jew bidliet ta’ xi parti minnu. Għalhekk, ħafna min-nefqiet sussegwenti x’aktarx li jżommu l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li jinsabu f’assi intanġibbli eżistenti minflok jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli u l-kriterji tar-rikonoxximent f’dan l-Istandard. Barra minn hekk, ta’ spiss huwa diffiċli li tiġi attribwita nefqa sussegwenti direttament għal assi intanġibbli partikulari milli għan-negozju kollu. Għaldaqstant, huwa biss f’każijiet rari li nefqa sussegwenti — nefqa mġarrba wara r-rikonoxximent inizjali ta’ assi intanġibbli akkwistat jew wara t-tlestija ta’ assi intanġibbli ġġenerat internament — tiġi rikonoxxuta fl-ammont riportat ta’ assi. B’mod konsistenti mal-paragrafu 63, nefqa sussegwenti fuq ditti, mastheads, titli tal-pubblikazzjoni, listi ta’ konsumaturi u entrati simili fis-sustanza (kemm jekk akkwistati minn barra kif ukoll jekk ġenerati internament) hija dejjem rikonoxxuta fi profitt jew telf hekk kif issir. Dan għaliex nefqa bħal din ma tistax tkun distinta mill-infiq għall-iżvilupp tan-negozju kollu.

21   Assi intanġibbli għandu jiġi rikonoxxut jekk, u biss jekk:

(a) 

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma attribwibbli għall-assi se jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) 

il-kost tal-assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

22   Entità għandha tivvaluta l-probabbiltà ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri permezz ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli u sostenibbli li jirrappreżentaw l-aħjar stima tal-maniġment tas-sett ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi li se jeżistu matul il-bqija tal-ħajja utli tal-assi.

23 Entità tuża l-ġudizzju tagħha biex tivvaluta l-livell ta’ ċertezza marbut mal-fluss ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri li huma attribwibbli għall-użu tal-assi abbażi tal-evidenza disponibbli fil-ħin tar-rikonoxximent inizjali, billi tagħti aktar piż lil evidenza esterna.

24   Assi intanġibbli għandu jitkejjel fil-bidu skont il-kost tiegħu.

Akkwiżizzjoni separata

25 Normalment, il-prezz li entità tħallas biex takkwista separatament assi intanġibbli jirrifletti l-aspettattivi dwar il-probabbiltà li l-benefiċċji ekonomiċi futuri inkorporati fl-assi jgħaddu għal fuq l-entità. Fi kliem ieħor, l-entità tistenna li jkun hemm influss ta’ benefiċċji ekonomiċi, anki jekk ikun hemm inċertezza dwar it-twaqqit jew l-ammont tal-influss. Għaldaqstant, il-kriterju tar-rikonoxximent skont il-probabbiltà fil-paragrafu 21(a) jitqies dejjem li huwa ssodisfat għal assi intanġibbli akkwistati separatament.

26 Barra minn hekk, il-kost ta’ assi intanġibbli akkwistat separatament jista’ normalment jitkejjel b’mod affidabbli. Dan huwa l-każ b’mod partikulari meta l-korrispettiv għax-xiri jkun fil-forma ta’ flus jew assi monetarji oħrajn.

27 Il-kost ta’ assi intanġibbli akkwistat separatament jinkludi:

(a) 

il-prezz tax-xiri tiegħu, inklużi d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi mhux rifondibbli fuq xiri, wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-rifużjonijiet tal-kummerċ; u

(b) 

kwalunkwe kost attribwibbli direttament fl-preparazzjoni tal-assi għall-użu maħsub tiegħu.

28 Eżempji ta’ kostijiet direttament attribwibbli huma:

(a) 

kostijiet tal-benefiċċji tal-impjegati (kif definiti fl-IAS 19) li joriġinaw direttament mill-preparament biex l-assi jinġieb għall-kundizzjoni operattiva tiegħu;

(b) 

tariffi professjonali li joriġinaw direttament biex l-assi jinġieb fil-kundizzjoni operattiva tiegħu; u

(c) 

kostijiet tal-ittestjar dwar jekk l-assi hux jaħdem sew.

29 Eżempji ta’ nefqiet li mhumiex parti mill-kost ta’ assi intanġibbli huma:

(a) 

kostijiet tal-introduzzjoni ta’ prodott jew servizz ġdid (inklużi kostijiet tar-reklamar u ta’ attivitajiet promozzjonali);

(b) 

kostijiet tat-tmexxija ta’ negozju f’lok ġdid jew ma’ klassi ġdida ta’ konsumaturi (inklużi kostijiet tat-taħriġ tal-persunal); u

(c) 

kostijiet tal-amministrazzjoni u kostijiet indiretti ġenerali oħrajn.

30 Ir-rikonoxximent tal-kostijiet fl-ammont riportat ta’ assi intanġibbli jieqaf meta l-assi jkun fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jitħaddem bil-mod maħsub mill-maniġment. Għaldaqstant, il-kostijiet imġarrba fl-użu jew fir-riallokazzjoni ta’ assi intanġibbli mhumiex inklużi fl-ammont riportat ta’ dak l-assi. Pereżempju, il-kostijiet li ġejjin mhumiex inklużi fl-ammont riportat ta’ assi intanġibbli:

(a) 

kostijiet imġarrba meta l-assi li jkun jista’ jitħaddem bil-mod maħsub mill-maniġment ikun għad irid jibda jintuża; u

(b) 

telf operatorju inizjali, bħal dak imġarrab sakemm id-domanda għall-ouput tal-assi titla’ bil-mod il-mod.

31 Xi operazzjonijiet iseħħu b’konnessjoni mal-iżvilupp ta’ assi intanġibbli, iżda mhumiex meħtieġa biex l-assi jinġab fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikun kapaċi jibda jitħaddem bil-mod maħsub mill-maniġment. Dawn l-operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu qabel jew matul l-attivitajiet ta’ żvilupp. Minħabba li l-operazzjonijiet inċidentali mhumiex meħtieġa biex l-assi jinġab fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jitħaddem bil-mod maħsub mill-maniġment, l-introjtu u l-ispejjeż relatati ta’ operazzjonijiet inċidentali huma rikonoxxuti immedjatament fi profitt jew telf, u inklużi fil-klassifikazzjonijiet rispettivi tagħhom ta’ introjtu u spiża.

32 Jekk il-pagament għal assi intanġibbli jkun differit lil hinn mit-termini normali tal-kreditu, il-kost tiegħu jkun l-ekwivalenti tal-prezz fi flus. Id-differenza bejn dan l-ammont u l-pagamenti totali hija rikonoxxuta bħala spiża tal-imgħax fuq il-perjodu tal-kreditu, sakemm ma tkunx ikkapitalizzata f’konformità mal-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self.

Akkwiżizzjoni bħala parti minn kombinament ta’ negozji

33 F’konformità mal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, jekk assi intanġibbli jiġi akkwistat f’kombinament ta’ negozji, il-kost ta’ dak l-assi intanġibbli jkun il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Il-valur ġust ta’ assi intanġibbli jirrifletti l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq fid-data tal-akkwiżizzjoni dwar il-probabbiltà li l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inkorporati fl-assi sejrin imorru għall-entità. Fi kliem ieħor, l-entità tistenna li jkun hemm influss ta’ benefiċċji ekonomiċi, anki jekk ikun hemm inċertezza dwar it-twaqqit jew l-ammont tal-influss. Għaldaqstant, il-kriterju tar-rikonoxximent skont il-probabbiltà fil-paragrafu 21(a) jitqies dejjem li huwa ssodisfat għal assi intanġibbli akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji. Jekk assi akkwistat f’kombinament ta’ negozji jkun separabbli jew jirriżulta minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn, teżisti biżżejjed informazzjoni biex il-valur ġust tal-assi jitkejjel b’mod affidabbli. Għalhekk, il-kriterju tal-kejl affidabbli fil-paragrafu 21(b) jitqies dejjem li huwa ssodisfat għal assi intanġibbli akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji.

34 F’konformità ma’ dan l-Istandard u l-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008), akkwirent jirrikonoxxi fid-data tal-akkwiżizzjoni, separatament mill-avvjament, assi intanġibbli tal-akkwiżit, irrispettivament minn jekk l-assi kienx ġie rikonoxxut mill-akkwiżit qabel il-kombinament ta’ negozji. Dan ifisser li l-akkwiżit jirrikonoxxi bħala assi, separatament mill-avvjament, proġett ta’ riċerka u żvilupp li jkun jinsab għaddej tal-akkwiżit jekk il-proġett jissodisfa d-definizzjoni ta’ assi intanġibbli. Proġett ta’ riċerka u żvilupp li jkun jinsab għaddej tal-akkwiżit jissodisfa d-definizzjoni ta’ assi intanġibbli meta:

(a) 

jissodisfa d-definizzjoni ta’ assi; u

(b) 

ikun identifikabbli, jiġifieri jkun separabbli jew joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn.

Assi intanġibbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji

35 Jekk assi intanġibbli akkwistat f’kombinament ta’ negozji jkun separabbli jew jirriżulta minn drittijiet kuntrattwali jew minn drittijiet legali oħrajn, teżisti biżżejjed informazzjoni biex il-valur ġust tal-assi jitkejjel b’mod affidabbli. Meta, għall-istimi użati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi intanġibbli, ikun hemm firxa ta’ eżiti possibbli bi probabbiltajiet differenti, dik l-inċertezza tidħol fil-kejl tal-valur ġust tal-assi.

36 Assi intanġibbli akkwistat f’kombinament ta’ negozji jista’ jkun separabbli, iżda biss flimkien ma’ kuntratt relatat, ma’ assi identifikabbli jew ma’ obbligazzjoni. F’każijiet bħal dawn, l-akkwirent jirrikonoxxi l-assi intanġibbli separatament mill-avvjament, iżda flimkien mal-entrata relatata.

37 L-akkwirent jista’ jirrikonoxxi grupp ta’ assi intanġibbli kumplimentari bħala assi wieħed kemm-il darba l-assi individwali fil-grupp ikollhom ħajjiet utli simili. Pereżempju, it-termini “ditta” u “isem id-ditta” spiss jintużaw bħala sinonimi għal trademarks u marki oħrajn. Madankollu, dawn tal-ewwel huma termini ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni li tipikament jintużaw biex jirreferu għal grupp ta’ assi kumplimentari bħal trademark (jew marka tas-servizz) u l-isem kummerċjali, il-formuli, ir-riċetti u l-ħila esperta teknoloġika relatati tagħha.

38-41 [Imħassra]

Nefqa sussegwenti fuq proġett ta’ riċerka u żvilupp akkwistat li jkun jinsab għaddej

42   Nefqa fuq riċerka u żvilupp li:

(a) 

tkun relatata ma’ proġett ta’ riċerka u żvilupp li jkun jinsab għaddej akkwistat separatament jew f’kombinament ta’ negozji u rikonoxxut bħala assi intanġibbli; u

(b) 

tiġġarrab wara l-akkwiżizzjoni ta’ dak il-proġett;

għandha tkun kontabbilizzata f’konformità mal-paragrafi 54-62.

43 L-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafi 54-62 tfisser li n-nefqa sussegwenti fuq proġett ta’ riċerka u żvilupp li jkun jinsab għaddej akkwistat separatament jew f’kombinament ta’ negozji u rikonoxxut bħala assi intanġibbli hija:

(a) 

rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab, jekk tkun nefqa ta’ riċerka;

(b) 

rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab, jekk tkun nefqa ta’ żvilupp li ma tissodisfax il-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli fil-paragrafu 57; u

(c) 

miżjuda mal-ammont riportat tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp akkwistat li jkun jinsab għaddej jekk tkun nefqa ta’ żvilupp li tissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent fil-paragrafu 57.

Akkwiżizzjoni permezz ta’ għotja tal-gvern

44 F’xi każijiet, assi intanġibbli jista’ jiġi akkwistat bla ħlas, jew għal korrispettiv nominali, permezz ta’ għotja tal-gvern. Dan jista’ jseħħ meta gvern jittrasferixxi jew jalloka lil entità assi intanġibbli bħal drittijiet ta’ nżul f’ajruport, liċenzji biex jiġu operati stazzjonijiet tar-radju jew tat-televiżjoni, liċenzji jew kwoti tal-importazzjoni jew drittijiet għall-aċċess ta’ riżorsi ristretti oħrajn. F’konformità mal-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern, entità tista’ tagħżel li tirrikonoxxi kemm l-assi intanġibbli kif ukoll l-għotja fil-bidu skont il-valur ġust. Jekk entità tagħżel li ma tirrikonoxxix l-assi fil-bidu fil-valur ġust, l-entità tirrikonoxxi l-assi fil-bidu fl-ammont nominali (it-trattament l-ieħor permess mill-IAS 20) flimkien ma’ kwalunkwe nefqa li hija attribwibbli direttament għall-preparament tal-assi għall-użu maħsub tiegħu.

Skambji ta’ assi

45 Assi intanġibbli wieħed jew aktar jistgħu jiġu akkwistati bi skambju għal assi nonmonetarji jew assi, jew taħlita ta’ assi monetarji u assi nonmonetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi sempliċement għal skambju ta’ assi nonmonetarju għal ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta’ assi intanġibbli bħal dan jitkejjel fil-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta’ skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi riċevut u lanqas ta’ dak mogħti ma jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. L-assi akkwistat jitkejjel b’dan il-mod anki jekk entità ma tkunx tista’ tirtira immedjatament r-rikonoxximent tal-assi mogħti. Jekk l-assi akkwistat ma jitkejjilx fil-valur ġust, il-kost tiegħu jitkejjel bl-ammont riportat tal-assi mogħti.

46 Entità tiddetermina jekk tranżazzjoni ta’ skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi futuri ta’ flus tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta’ skambju jkollha sustanza kummerċjali jekk:

(a) 

il-konfigurazzjoni (jiġifieri r-riskju, it-twaqqit u l-ammont) tal-flussi ta’ flus tal-assi riċevut tkun differenti mill-konfigurazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-assi ttrasferit; jew

(b) 

il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju; u

(c) 

id-differenza f’(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-fini biex jiġi determinat jekk tranżazzjoni ta’ skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta’ flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta’ dawn l-analiżijiet jista’ jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

47 Il-paragrafu 21(b) jispeċifika li kundizzjoni għar-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli tkun li l-kost tal-assi jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Il-valur ġust ta’ assi intanġibbli jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabbiltà fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabbiltajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista’ tkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli kemm tal-assi riċevut kif ukoll tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti b’mod ċar.

Avvjament ġenerat internament

48   Avvjament ġenerat internament ma għandux jiġi rikonoxxut bħala assi.

49 F’xi każijiet, in-nefqa tiġġarrab biex jiġu ġġenerati benefiċċji ekonomiċi futuri, iżda ma jirriżultax fil-ħolqien ta’ assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterji tar-rikonoxximent f’dan l-Istandard. Nefqa bħal din spiss tiġi deskritta bħala li tikkontribwixxi għall-avvjament iġġenerat internament. L-avvjament iġġenerat internament ma jiġix rikonoxxut bħala assi minħabba li mhuwiex riżorsa identifikabbli (jiġifieri mhuwiex separabbli u lanqas ma joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn) ikkontrollata mill-entità li tista’ titkejjel b’mod affidabbli skont il-kost.

50 Id-differenzi bejn il-valur ġust ta’ entità u l-ammont riportat tal-assi netti identifikabbli tagħha fi kwalunkwe ħin jistgħu jinkludu medda ta’ fatturi li jaffettwaw il-valur ġust tal-entità. Madankollu, dawn id-differenzi ma jirrappreżentawx il-kost ta’ assi intanġibbli kkontrollati mill-entità.

Assi intanġibbli iġġenerati internament

51 Xi kultant huwa diffiċli li tivvaluta jekk assi intanġibbli ġġenerat internament jikkwalifikax għar-rikonoxximent minħabba problemi ta’:

(a) 

identifikazzjoni jekk u meta hemmx assi identifikabbli li se jiġġenera l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija; u

(b) 

determinazzjoni tal-kost tal-assi b’mod affidabbli. F’xi każijiet, il-kost tal-ġenerazzjoni interna ta’ assi intanġibbli ma jistax jiġi distinta mill-kost taż-żamma jew tat-titjib tal-avvjament iġġenerat internament tal-entità jew tat-tmexxija tal-operazzjonijiet minn jum għal jum.

Għaldaqstant, minbarra li tikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali għar-rikonoxximent u l-kejl inizjali ta’ assi intanġibbli, entità tapplika r-rekwiżiti u l-gwida fil-paragrafi 52-67 għall-assi intanġibbli kollha ġġenerati internament.

52 Sabiex jiġi vvalutat jekk assi intanġibbli ġġenerat internament jissodisfax il-kriterji tar-rikonoxximent, entità tikklassifika l-ġenerazzjoni tal-assi f’konformità ma’ dan li ġej:

(a) 

fażi tar-riċerka; u

(b) 

fażi tal-iżvilupp.

Għalkemm it-termini “riċerka” u “żvilupp” huma definiti, it-termini “fażi tar-riċerka” u “fażi tal-iżvilupp” għandhom tifsira aktar wiesgħa għall-iskop ta’ dan l-Istandard.

53 Jekk entità ma tkunx tista’ tiddistingwi bejn il-fażi tar-riċerka u l-fażi tal-iżvilupp ta’ proġett intern għall-ħolqien ta’ assi intanġibbli, l-entità tittratta n-nefqa fuq dak il-proġett daqslikieku tkun iġġarrbet biss fil-fażi tar-riċerka.

Fażi tar-riċerka

54   L-ebda assi intanġibbli li joriġina mir-riċerka (jew mill-fażi tar-riċerka ta’ proġett intern) ma għandu jiġi rikonoxxut. In-nefqa fuq ir-riċerka (jew fuq il-fażi tar-riċerka ta’ proġett intern) għandha tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab.

55 Fil-fażi tar-riċerka ta’ proġett intern, entità ma tistax turi li jeżisti assi intanġibbli li se jiġġenera benefiċċji ekonomiċi futuri probabbli. Għaldaqstant, din in-nefqa tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab.

56 Eżempji ta’ attivitajiet ta’ riċerka huma:

(a) 

attivitajiet immirati lejn il-kisba ta’ għarfien ġdid;

(b) 

it-tiftix għal applikazzjonijiet tas-sejbiet tar-riċerka jew għarfien ieħor, u l-evalwazzjoni u l-għażla finali tagħhom;

(c) 

it-tiftix għal alternattivi għal materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi; u

(d) 

il-formulazzjoni, id-disinn, l-evalwazzjoni u l-għażla finali ta’ alternattivi possibbli għal materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi ġodda jew imtejba.

Fażi tal-iżvilupp

57   Assi intanġibbli li jirriżulta mill-iżvilupp (jew mill-fażi tal-iżvilupp ta’ proġett intern) għandu jiġi rikonoxxut jekk, u biss jekk, entità tkun tista’ turi dan kollu li ġej:

(a) 

il-fattibbiltà teknika tat-tlestija tal-assi intanġibbli sabiex ikun disponibbli għall-użu jew għall-bejgħ;

(b) 

l-intenzjoni tagħha li tlesti l-assi intanġibbli u li tużah jew tbigħu;

(c) 

il-kapaċità tagħha li tuża jew tbigħ l-assi intanġibbli;

(d) 

kif l-assi intanġibbli se jiġġenera l-benefiċċji ekonomiċi futuri probabbli. Fost affarijiet oħrajn, l-entità tista’ turi l-eżistenza ta’ suq għall-output tal-assi intanġibbli jew għall-assi intanġibbli nnifsu jew, jekk ikun se jintuża internament, l-użu tal-assi intanġibbli;

(e) 

id-disponibbiltà ta’ riżorsi tekniċi, finanzjarji u riżorsi oħrajn xierqa biex jitlesta l-iżvilupp u biex jintuża jew jinbiegħ l-assi intanġibbli;

(f) 

il-kapaċità tagħha li tkejjel b’mod affidabbli n-nefqa attribwibbli għall-assi intanġibbli matul l-iżvilupp tiegħu.

58 Fil-fażi tal-iżvilupp ta’ proġett intern, entità tista’, f’xi każijiet, tidentifika assi intanġibbli u turi li l-assi se jiġġenera l-benefiċċji ekonomiċi futuri probabbli. Dan għaliex il-fażi tal-iżvilupp ta’ proġett tkun aktar avvanzata mill-fażi tar-riċerka.

59 Eżempji ta’ attivitajiet tal-iżvilupp huma:

(a) 

id-disinn, il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ prototipi u mudelli ta’ qabel il-produzzjoni jew l-użu;

(b) 

id-disinn ta’ għodod, ġiggs, forom u kuluranti li jinvolvu teknoloġija ġdida;

(c) 

id-disinn, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjant pilota li ma jkunx fuq skala ekonomikament vijabbli għall-produzzjoni kummerċjali; u

(d) 

id-disinn, il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ alternattiva magħżula għal materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi ġodda jew imtejba.

60 Sabiex turi kif assi intanġibbli se jiġġenera benefiċċji ekonomiċi futuri probabbli, entità tivvaluta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li għandhom jiġu riċevuti mill-assi bl-użu tal-prinċipji li jinsabu fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Jekk l-assi jkun se jiġġenera benefiċċji ekonomiċi biss f’kombinament ma’ assi oħrajn, l-entità tapplika l-kunċett ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus fl-IAS 36.

61 Id-disponibbiltà ta’ riżorsi biex jitlesta, jintuża u jittieħdu l-benefiċċji minn assi intanġibbli tista’ tintwera, pereżempju, permezz ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li juri r-riżorsi tekniċi, finanzjarji u riżorsi oħrajn meħtieġa u l-kapaċità tal-entità li tiżgura dawn ir-riżorsi. F’xi każijiet, entità turi d-disponibbiltà ta’ finanzi esterni billi tikseb indikazzjoni mingħand il-mutwanti dwar ir-rieda tiegħu li jiffinanzja l-pjan.

62 Is-sistemi tal-kost ta’ entità spiss jistgħu jkejlu b’mod affidabbli l-kost tal-ġenerazzjoni interna ta’ assi intanġibbli, bħas-salarju u nefqiet oħra mġarrba biex jiġu żgurati drittijiet tal-awtur jew liċenzji jew l-iżvilupp ta’ software tal-kompjuter.

63   Ditti, mastheads, titli tal-pubblikazzjoni, listi ta’ konsumaturi u entrati simili li jkunu ġġenerati internament fis-sustanza ma għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala assi intanġibbli.

64 Nefqa fuq ditti, mastheads, titli tal-pubblikazzjoni, listi ta’ konsumaturi u entrati simili li jkunu ġġenerati internament fis-sustanza ma jistgħux jiġu distinti mill-kost tal-iżvilupp tan-negozju kollu. Għaldaqstant, entrati bħal dawn mhumiex rikonoxxuti bħala assi intanġibbli.

Kost ta’ assi intanġibbli ġġenerat internament

65 Il-kost ta’ assi intanġibbli ġġenerat internament għall-iskop tal-paragrafu 24 huwa t-total tan-nefqa mġarrba mid-data meta l-assi intanġibbli jissodisfa l-kriterji tar-rikonoxximent fil-paragrafi 21, 22 u 57 għall-ewwel darba. Il-paragrafu 71 jipprojbixxi r-ristabbiliment ta’ nefqa li kienet rikonoxxuta preċedentement bħala spiża.

66 Il-kost ta’ assi intanġibbli ġġenerat internament jinkludi l-kostijiet kollha attribwibbli direttament meħtieġa biex jinħoloq, jiġi prodott u jiġi ppreparat l-assi biex ikun jista’ jitħaddem bil-mod intiż mill-maniġment. Eżempji ta’ kostijiet direttament attribwibbli huma:

(a) 

kostijiet ta’ materjali u servizzi użati jew ikkunsmati fil-ġenerazzjoni tal-assi intanġibbli;

(b) 

kostijiet tal-benefiċċji tal-impjegati (kif definiti fl-IAS 19) li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-assi intanġibbli;

(c) 

tariffi għar-reġistrazzjoni ta’ dritt legali; u

(d) 

amortizzament ta’ privattivi u liċenzji li jintużaw biex jiġi ġġenerat l-assi intanġibbli.

L-IAS 23 jispeċifika kriterji għar-rikonoxximent ta’ interess bħala element tal-kost ta’ assi intanġibbli ġġenerat internament.

67 Dawn li ġejjin mhumiex komponenti tal-kost ta’ assi intanġibbli ġġenerat internament:

(a) 

nfiq ta’ bejgħ, tal-amministrazzjoni u nfiq indirett ġenerali ieħor, ħlief jekk din in-nefqa tista’ tiġi attribwita direttament għall-preparament tal-assi għall-użu;

(b) 

ineffiċjenzi identifikati u telf operatorju inizjali mġarrab qabel mal-assi jikseb il-prestazzjoni ppjanata; u

(c) 

nefqa fuq taħriġ tal-persunal biex iħaddmu l-assi.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 65

Entità qed tiżviluppa proċess ġdid ta’ produzzjoni. Matul l-20X5, in-nefqa mġarrba kienet ta’ CU 1 000 ( 29 ), li minnhom CU 900 ġġarrbu qabel l-1 ta’ Diċembru 20X5 u CU 100 ġġarrbu bejn l-1 ta’ Diċembru 20X5 u l-31 ta’ Diċembru 20X5. L-entità hija kapaċi turi li, fl-1 ta’ Diċembru 20X5, il-proċess tal-produzzjoni ssodisfa l-kriterji tar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli. L-ammont rekuperabbli tal-għarfien espert li jinsab fil-proċess (inklużi flussi futuri ta’ ħruġ ta’ flus biex jintemm il-proċess qabel ma jkun disponibbli għall-użu) huwa stmat li hu ta’ CU 500.

Fit-tmiem tal-20X5, il-proċess tal-produzzjoni jiġi rikonoxxut bħala assi intanġibbli b’kost ta’ CU 100 (nefqa mġarrba mid-data meta jkunu ġew issodisfati l-kriterji tar-rikonoxximent, jiġifieri l-1 ta’ Diċembru 20X5). In-nefqa ta’ CU 900 imġarrba qabel l-1 ta’ Diċembru 20X5 hija rikonoxxuta bħala spiża minħabba li l-kriterji tar-rikonoxximent ma kinux issodisfati sal-1 ta’ Diċembru 20X5. Din in-nefqa ma tifformax parti mill-kost tal-proċess tal-produzzjoni rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

Matul l-20X6, in-nefqa mġarrba hi ta’ CU 2 000. Fit-tmiem tal-20X6, l-ammont rekuperabbli tal-għarfien espert li jinsab fil-proċess (inklużi flussi futuri ta’ ħruġ ta’ flus biex jintemm il-proċess qabel ma jkun disponibbli għall-użu) huwa stmat li hu ta’ CU 1 900.

Fit-tmiem tal-20X6, il-kost tal-proċess tal-produzzjoni hu ta’ CU 2 100 (nefqa ta’ CU 100 rikonoxxuta fit-tmiem tal-20X5 flimkien ma’ nefqa ta’ CU 2 000 rikonoxxuta fl-20X6). L-entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment ta’ CU 200 biex taġġusta l-ammont riportat tal-proċess qabel it-telf minn indeboliment (CU 2 100) għall-ammont rekuperabbli tiegħu (CU 1 900). Dan it-telf minn indeboliment jiġi riversjat f’perjodu sussegwenti jekk ir-rekwiżiti għar-riversjar ta’ telf minn indeboliment fl-IAS 36 jkunu ssodisfati.

RIKONOXXIMENT TA’ SPIŻA

68   Nefqa fuq entrata intanġibbli għandha tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab, ħlief jekk:

(a) 

tifforma parti mill-kost ta’ assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterji tar-rikonoxximent (ara l-paragrafi 18-67); jew

(b) 

l-entrata tiġi akkwistata f’kombinament ta’ negozji u ma tistax tiġi rikonoxxuta bħala assi intanġibbli. Jekk dan ikun il-każ, din tifforma parti mill-ammont rikonoxxut bħala avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-IFRS 3).

69 F’xi każijiet, in-nefqa tiġġarrab biex tipprovdi benefiċċji ekonomiċi futuri lil entità, iżda l-ebda assi intanġibbli jew assi ieħor ma jiġi akkwistat jew jinħoloq li jista’ jkun rikonoxxut. Fil-każ tal-provvista ta’ oġġetti, l-entità tirrikonoxxi din in-nefqa bħala spiża meta jkollha dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, l-entità tirrikonoxxi n-nefqa bħala spiża meta tirċievi s-servizzi. Pereżempju, nefqa fuq ir-riċerka tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab (ara l-paragrafu 54), minbarra meta tiġi akkwistata bħala parti minn kombinazzjoni ta’ negozji. Eżempji oħrajn tan-nefqa li tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab jinkludu:

(a) 

nefqa fuq attivitajiet tal-bidu ta’ negozju (jiġifieri kostijiet tal-bidu), sakemm din in-nefqa tkun inkluża fil-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir f’konformità mal-IAS 16. Il-kostijiet tal-bidu jistgħu jikkonsistu f’kostijiet tal-istabbiliment bħal kostijiet legali u segretarjali mġarrba biex tiġi stabbilita entità legali, nefqa biex tinfetaħ faċilità jew negozju ġdid (jiġifieri kostijiet ta’ qabel il-ftuħ) jew infiq biex jinbdew operazzjonijiet ġodda jew biex jiġu introdotti prodotti jew proċessi ġodda (jiġifieri kostijiet ta’ qabel l-operat);

(b) 

nefqa fuq attivitajiet ta’ taħriġ;

(c) 

nefqa fuq attivitajiet tar-reklamar u promozzjonali (inklużi katalgi ta’ bejgħ bil-korrispondenza);

(d) 

nefqa tar-rilokazzjoni jew tar-riorganizzazzjoni ta’ entità kollha jew parti minnha.

69A Entità għandha d-dritt li taċċessa l-oġġetti meta jsiru tagħha. Bl-istess mod, din għandha d-dritt li taċċessa l-oġġetti meta jinbnew minn fornitur f’konformità mat-termini ta’ kuntratt ta’ provvista u l-entità tista’ titlob il-kunsinna tagħhom għal pagament. Servizzi jkunu riċevuti meta jkunu eżegwiti minn fornitur f’konformità ma’ kuntratt tal-kunsinna tagħhom lill-entità u mhux meta l-entità tużahom għall-kunsinna ta’ servizz ieħor, pereżempju, għall-kunsinna ta’ reklamar lill-konsumaturi.

70 Il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi prepagament bħala assi meta l-pagament għall-oġġetti jsir qabel l-entità tikseb id-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. Bl-istess mod, il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi prepagament bħala assi meta l-pagament għal servizzi jsir qabel ma l-entità tirċievi dawk is-servizzi.

Spejjeż passati li ma għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala assi

71   Nefqa fuq entrata intanġibbli li kienet rikonoxxuta inizjalment bħala spiża ma għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala parti mill-kost ta’ assi intanġibbli f’data aktar tard.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

72   Entità għandha tagħżel il-mudell tal-kost fil-paragrafu 74 jew il-mudell ta’ rivalwazzjoni fil-paragrafu 75 bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha. Jekk assi intanġibbli jiġi kontabbilizzat permezz tal-mudell ta’ rivalwazzjoni, l-assi l-oħrajn kollha fil-klassi tiegħu wkoll għandhom jiġu kontabbilizzati permezz tal-istess mudell, ħlief jekk ma jkun hemm l-ebda suq attiv għal dawk l-assi.

73 Klassi ta’ assi intanġibbli hija ragruppament ta’ assi ta’ natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta’ entità. L-entrati fi klassi ta’ assi intanġibbli huma rivalwati simultanjament biex tiġi evitata rivalwazzjoni selettiva ta’ assi u r-rapportar ta’ ammonti fir-rapporti finanzjarji li jirrappreżentaw taħlita ta’ kostijiet u valuri f’dati differenti.

Mudell tal-kost

74   Wara r-rikonoxximent inizjali, assi intanġibbli għandu jiġi riportat skont il-kost tiegħu mingħajr ebda amortizzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat.

Mudell ta’ rivalwazzjoni

75   Wara rikonoxximent inizjali, assi intanġibbli għandu jiġi riportat f’ammont rivalwat, li jkun il-valur ġust tiegħu fid-data ta’ rivalwazzjoni mingħajr ebda amortizzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat sussegwenti. Għall-fini tar-rivalwazzjonijiet taħt dan l-Istandard, il-valur ġust għandu jitkejjel b’referenza għal suq attiv. Ir-rivalwazzjonijiet għandhom isiru b’tali regolarità li fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar l-ammont riportat tal-assi ma jkunx materjalment differenti mill-valur ġust tiegħu.

76 Il-mudell ta’ rivalwazzjoni ma jippermettix:

(a) 

ir-rivalwazzjoni tal-assi intanġibbli li ma kinux ġew rikonoxxuti preċedentement bħala assi; jew

(b) 

ir-rikonoxximent inizjali tal-assi intanġibbli f’ammonti apparti mill-kost.

77 Il-mudell ta’ rivalwazzjoni jiġi applikat wara li assi jkun ġie rikonoxxut inizjalment skont il-kost. Madankollu, jekk parti biss mill-kost ta’ assi intanġibbli tkun ġiet rikonoxxuta bħala assi minħabba li l-assi ma jkunx issodisfa l-kriterji tar-rikonoxximent sakemm ikun għadda parti mill-proċess (ara l-paragrafu 65), il-mudell ta’ rivalwazzjoni jista’ jiġi applikat għal dak l-assi kollu. Barra minn hekk, mudell ta’ rivalwazzjoni jista’ jiġi applikat għal assi intanġibbli li jkun ġie riċevut permezz ta’ għotja tal-gvern u rikonoxxut f’ammont nominali (ara l-paragrafu 44).

78 Mhuwiex komuni li jeżisti suq attiv għal assi intanġibbli, għalkemm dan jista’ jseħħ. Pereżempju, f’xi ġuriżdizzjonijiet, suq attiv jista’ jeżisti għal-liċenzji tat-taksis, liċenzji tas-sajd jew kwoti tal-produzzjoni li jkunu jistgħu jiġu trasferiti b’mod liberu. Madankollu, suq attiv ma jistax jeżisti għal ditti, mastheads tal-gazzetti, drittijiet ta’ produzzjoni ta’ mużika u films, privattivi jew trademarks, minħabba li kull assi bħal dan huwa uniku. Barra minn hekk, għalkemm jinxtraw u jinbiegħu assi intanġibbli, jiġu nnegozjati kuntratti bejn xerrejja u bejjiegħa individwali, u t-tranżazzjonijiet huma relattivament infrekwenti. Għal dawn ir-raġunijiet, il-prezz imħallas għal assi wieħed ma jistax jipprovdi evidenza suffiċjenti tal-valur ġust ta’ ieħor. Barra minn hekk, il-prezzijiet huma spiss mhux disponibbli għall-pubbliku.

79 Il-frekwenza tar-rivalwazzjonijiet tiddependi fuq il-volatilità tal-valuri ġusti tal-assi intanġibbli li jkunu qed jiġu rivalwati. Jekk il-valur ġust ta’ assi rivalwat ikun ivarja materjalment mill-ammont riportat tiegħu, tkun meħtieġa rivalwazzjoni ulterjuri. Xi assi intanġibbli jistgħu jgħaddu minn bidliet sinifikanti u volatili fil-valur ġust, u b’hekk ikunu jeħtieġu rivalwazzjoni kull sena. Dawn ir-rivalwazzjonijiet ta’ spiss mhumiex meħtieġa għal assi intanġibbli b’bidliet insinifikanti biss fil-valur ġust.

80 Meta assi intanġibbli jiġi rivalwat, l-ammont riportat ta’ dak l-assi jiġi aġġustat għall-ammont rivalwat. Fid-data tar-rivalwazzjoni, l-assi jiġi trattat b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

l-ammont riportat gross jiġi aġġustat b’mod li jkun konsistenti mar-rivalwazzjoni tal-ammont riportat tal-assi. Pereżempju, l-ammont riportat gross jista’ jiġi ridikjarat b’referenza għad-data tas-swieq osservabbli jew jista’ jiġi ridikjarat proporzjonalment mal-bidla fl-ammont riportat. L-amortizzament akkumulat fid-data tar-rivalutazzjoni jiġi aġġustat biex ikun daqs id-differenza bejn l-ammont riportat gross u l-ammont riportat tal-assi wara li jitqies it-telf minn indeboliment akkumulat; jew

(b) 

l-amortizzament akkumulat jiġi eliminat kontra l-ammont riportat gross tal-assi.

L-ammont tal-aġġustament tal-amortizzament akkumulat jagħmel parti miż-żieda jew tnaqqis fl-ammont riportat li jitqies f’konformità mal-paragrafi 85 u 86.

81   Jekk assi intanġibbli fi klassi ta’ assi intanġibbli rivalwati ma jkunx jista’ jiġi rivalwat minħabba li ma jkun hemm l-ebda suq attiv għal dan l-assi, l-assi għandu jiġi riportat skont il-kost tiegħu mingħajr ebda amortizzament u telf minn indeboliment.

82   Jekk il-valur ġust ta’ assi intanġibbli rivalwat ma jkunx jista’ jitkejjel aktar b’referenza għal suq attiv, l-ammont riportat tal-assi għandu jkun l-ammont rivalwat tiegħu fid-data tal-aħħar rivalwazzjoni b’referenza għas-suq attiv mingħajr ebda amortizzament akkumulat sussegwenti u ebda telf minn indeboliment akkumulat sussegwenti.

83 Il-fatt li suq attiv ma jeżistix iżjed għal assi intanġibbli rivalwat jista’ jindika li l-assi jista’ jiġi indebolit u li jeħtieġ li jiġi ttestjat f’konformità mal-IAS 36.

84 Jekk il-valur ġust tal-assi jkun jista’ jitkejjel b’referenza għal suq attiv f’data ta’ kejl sussegwenti, il-mudell ta’ rivalwazzjoni jiġi applikat minn dik id-data.

85   Jekk l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli jiżdied b’riżultat ta’ rivalwazzjoni, iż-żieda għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv u akkumulata fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ surplus ta’ rivalwazzjoni. Madankollu, iż-żieda għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf sal-punt li din tirriversja tnaqqis fir-rivalwazzjoni tal-istess assi rikonoxxut preċedentement fi profitt jew telf.

86   Jekk l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli jitnaqqas b’riżultat ta’ rivalwazzjoni, it-tnaqqis għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, it-tnaqqis għandu jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv sal-punt ta’ kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu eżistenti fis-surplus ta’ rivalwazzjoni fir-rigward ta’ dak l-assi. It-tnaqqis rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv inaqqas l-ammont akkumulat fl-ekwità taħt l-intestatura tas-surplus ta’ rivalwazzjoni.

87 Is-surplus ta’ rivalwazzjoni kumulattiv inkluż f’ekwità jista’ jiġi trasferit direttament għal qligħ imfaddal meta s-surplus jiġi realizzat. Is-surplus kollu jista’ jiġi realizzat mal-irtirar jew mad-disponiment tal-assi. Madankollu, parti mis-surplus jista’ jiġi reaizzat hekk kif l-assi jintuża minn entità. f’dan il-każ, l-ammont tas-surplus realizzat huwa d-differenza bejn l-amortizzament ibbażat fuq l-ammont riportat rivalwat tal-assi u l-amortizzament li kieku kien jiġi rikonoxxut abbażi tal-kost storiku tal-assi. It-trasferiment minn surplus ta’ rivalwazzjoni għal qligħ imfaddal ma jsirx permezz ta’ profitt jew telf.

ĦAJJA UTLI

88   Entità għandha tivvaluta jekk il-ħajja utli ta’ assi intanġibbli hijiex finita jew indefinita u, jekk finita, it-tul ta’ dik il-ħajja utli, jew l-għadd ta’ unitajiet ta’ produzzjoni jew unitajiet simili li jikkostitwuha. Assi intanġibbli għandu jitqies mill-entità li għandu ħajja utli indefinita meta, abbażi ta’ analiżi tal-fatturi rilevanti kollha, ma jkun hemm l-ebda limitu prevedibbli għall-perjodu li matulu l-assi jkun mistenni li jiġġenera influssi ta’ flus netti għall-entità.

89 Il-kontabbiltà għal assi intanġibbli hija bbażata fuq il-ħajja utli tiegħu. Assi intanġibbli b’ħajja utli finita huwa amortizzat (ara l-paragrafi 97-106), u assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita mhuwiex (ara l-paragrafi 107-110). L-eżempji illustrattivi li jakkumpanjaw dan l-Istandard juru kif issir id-determinazzjoni tal-ħajja utli għal assi intanġibbli differenti, u l-kontabbiltà sussegwenti għal dawk l-assi bbażata fuq id-determinazzjonijiet tal-ħajja utli.

90 Jiġu kkunsidrati bosta fatturi biex tiġi determinata l-ħajja utli ta’ assi intanġibbli, inklużi:

(a) 

l-użu mistenni tal-assi mill-entità u jekk l-assi jistax jiġi mmaniġġat b’mod effiċjenti minn tim ta’ maniġment ieħor;

(b) 

iċ-ċikli tipiċi tal-ħajja tal-prodott għall-assi u informazzjoni pubblika dwar stimi tal-ħajjiet utli ta’ assi simili li jintużaw b’mod simili;

(c) 

l-obsolexxenza teknika, teknoloġika, kummerċjali jew tipi oħra ta’ obsolexxenza;

(d) 

l-istabbiltà tal-industrija li fiha jopera l-assi u bidliet fid-domanda tas-suq għall-output tal-prodotti jew is-servizzi mill-assi;

(e) 

azzjonijiet mistennija minn kompetituri jew kompetituri potenzjali;

(f) 

il-livell ta’ nefqa ta’ manutenzjoni meħtieġ biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija mill-assi u l-kapaċità u l-intenzjoni tal-entità biex jintlaħaq dan il-livell;

(g) 

il-perjodu ta' kontroll fuq l-assi u limiti legali jew limiti simili fuq l-użu tal-assi, bħad-dati ta' skadenza ta’ lokazzjonijiet relatati; u

(h) 

jekk il-ħajja utli tal-assi hijiex dipendenti fuq il-ħajja utli ta’ assi oħrajn tal-entità.

91 It-terminu “indefinit” ma jfissirx “infinit”. Il-ħajja utli ta’ assi intanġibbli tirrifletti biss dak il-livell ta’ nefqa futura fuq manutenzjoni meħtieġa biex l-assi jinżamm bl-istandard ta’ prestazzjoni tiegħu vvalutat fil-ħin tal-istima tal-ħajja utli tal-assi, u l-kapaċità u l-intenzjoni tal-entità li tilħaq dan il-livell. Konklużjoni li l-ħajja utli ta’ assi intanġibbli hija indefinita jenħtieġ li ma tkunx tiddependi fuq nefqa futura ppjanata li taqbeż dak li hu meħtieġ biex l-assi jinżamm f’dak l-istandard ta’ prestazzjoni.

92 Minħabba l-istorja ta’ bidliet rapidi fit-teknoloġija, fis-software tal-kompjuter u bosta oħrajn, l-assi intanġibbli huma suxxettibbli għal obsolexxenza teknoloġika. Għaldaqstant, ta’ spiss ikun il-każ li l-ħajja utli tagħhom tkun qasira. It-tnaqqis futur mistenni fil-prezz tal-bejgħ ta’ entrata li kienet prodotta bl-użu ta’ assi intanġibbli jista’ jindika l-istennija tal-obsolexxenza teknoloġika jew kummerċjali tal-assi, li, min-naħa tagħha, tista’ tirrifletti tnaqqis tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi.

93 Il-ħajja utli ta’ assi intanġibbli tista’ tkun twila ħafna jew saħansitra indefinita. L-inċertezza tiġġustifika li l-ħajja utli ta’ assi intanġibbli tiġi stmata fuq bażi prudenti, iżda ma tiġġustifikax li tintgħażel ħajja li tkun tant qasira li ma tkunx realistika.

94   Il-ħajja utli ta’ assi intanġibbli li jirriżulta minn drittijiet kuntrattwali jew minn drittijiet legali oħrajn ma għandhiex taqbeż il-perjodu tad-drittijiet kuntrattwali jew tad-drittijiet legali oħrajn, iżda tista’ tkun iqsar skont il-perjodu li matulu l-entità tkun qed tistenna li tuża l-assi. Jekk id-drittijiet kuntrattwali jew id-drittijiet legali oħrajn jingħataw għal terminu limitat li jista’ jiġġedded, il-ħajja utli tal-assi intanġibbli għandha tinkludi l-perjodu/i ta’ tiġdid biss jekk ikun hemm evidenza li turi li t-tiġdid mill-entità sar mingħajr kost sinifikanti. Il-ħajja utli ta’ dritt riakkwistat rikonoxxut bħala assi intanġibbli f’kombinament ta’ negozji hija l-bqija tal-perjodu kuntrattwali tal-kuntratt li fih ingħata d-dritt u ma għandhiex tinkludi perjodi ta’ tiġdid.

95 Jista’ jkun hemm kemm fatturi ekonomiċi kif ukoll legali li jinfluwenzaw il-ħajja utli ta’ assi intanġibbli. Il-fatturi ekonomiċi jiddeterminaw il-perjodu li matulu l-benefiċċji ekonomiċi futuri jkunu se jiġu riċevuti mill-entità. Fatturi legali jistgħu jirrestrinġu l-perjodu li matulu l-entità tikkontrolla l-aċċess għal dawn il-benefiċċji. Il-ħajja utli hija l-iqsar mill-perjodi ddeterminati permezz ta’ dawn il-fatturi.

96 L-eżistenza tal-fatturi li ġejjin, fost oħrajn, tindika li entità tkun kapaċi ġġedded id-drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn mingħajr kost sinifikanti:

(a) 

ikun hemm evidenza, possibbilment ibbażata fuq l-esperjenza, li d-drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn ikunu se jiġġeddu. Jekk it-tiġdid ikun jiddependi fuq il-kunsens ta’ parti terza, dan jinkludi evidenza li l-parti terza se tagħti l-kunsens tagħha;

(b) 

ikun hemm evidenza li kwalunkwe kundizzjoni meħtieġa biex jinkiseb il-kunsens se tkun issodisfata; u

(c) 

il-kost tat-tiġdid għall-entità ma jkunx sinifikanti meta mqabbel mal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li jmorru għand l-entità permezz tat-tiġdid.

Jekk il-kost tat-tiġdid ikun sinifikanti meta mqabbel mal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu mistennija li jmorru għand l-entità permezz tat-tiġdid, il-kost tat-“tiġdid”, fis-sustanza, jirrappreżenta l-kost biex jiġi akkwistat assi intanġibbli ġdid fid-data tat-tiġdid.

ASSI INTANĠIBBLI B’ĦAJJIET UTLI FINITI

Perjodu tal-amortizzament u metodu ta’ amortizzament

97   L-ammont deprezzabbli ta’ assi intanġibbli b’ħajja utli finita għandu jiġi allokat fuq bażi sistematika matul il-ħajja utli tiegħu. L-amortizzament għandu jibda meta assi jkun disponibbli għall-użu, jiġifieri meta jkun fil-lok u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jitħaddem bil-mod maħsub mill-maniġment. L-amortizzament għandu jieqaf fid-data li fiha l-assi jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew inkluż fi grupp tad-disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) f’konformità mal-IFRS 5, jew fid-data li fiha jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-assi, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Il-metodu ta’ amortizzament użat għandu jirrifletti l-mudell ta’ kif il-benefiċċji ekonomiċi futuri tal-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità. Jekk dak il-mudell ma jkunx jista’ jiġi determinat b’mod affidabbli, għandu jintuża l-metodu lineari. L-imposta tal-amortizzament għal kull perjodu għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf ħlief jekk xi Standard ieħor ikun jippermetti jew jeħtieġ li din tiġi inkluża fl-ammont riportat ta’ assi ieħor.

98 Tista’ tintuża varjetà ta’ metodi ta’ amortizzament biex l-ammont deprezzabbli ta’ assi jiġi allokat fuq bażi sistematika matul il-ħajja utli tiegħu. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu lineari, il-metodu tal-bilanċ jonqos u l-metodu tal-unitajiet ta’ produzzjoni. Il-metodu użat jintgħażel fuq il-bażi tal-mudell mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inklużi fl-assi u huwa applikat b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu, sakemm ikun hemm bidla fil-mudell mistenni tal-konsum ta’ dawk il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

98A Teżisti suppożizzjoni konfutabbli li metodu ta’ amortizzament li huwa bbażat fuq id-dħul iġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta’ assi intanġibbli mhuwiex xieraq. Id-dħul iġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta’ assi intanġibbli ġeneralment jirrifletti fatturi oħra li mhumiex direttament relatati mal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi tal-assi intanġibbli. Pereżempju, id-dħul huwa affettwat minn inputs u proċessi oħrajn, attivitajiet ta’ bejgħ u bidliet fil-volumi ta’ bejgħ u prezzijiet. Il-komponent tal-prezz ta’ dħul jista’ jiġi affettwat mill-inflazzjoni, li ma għandu l-ebda influwenza fuq il-mod li bih assi jiġi kkunsmat. Din il-preżunzjoni tista’ tiġi ssormontata biss f’ċirkustanzi limitati:

(a) 

li fihom l-assi intanġibbli jkun espress bħala miżura ta' dħul, kif deskritt fil-paragrafu 98C; jew

(b) 

meta jista’ jintwera li d-dħul u l-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi tal-assi intanġibbli huma korrelatati ħafna.

98B Fl-għażla ta’ metodu ta’ amortizzament adattat f’konformità mal-paragrafu 98, entità tista’ tiddetermina l-fattur predominanti ta’ limitazzjoni li huwa inerenti fl-assi intanġibbli. Pereżempju, il-kuntratt li jistabbilixxi d-drittijiet tal-entità matul l-użu tagħha ta’ assi intanġibbli jista’ jispeċifika l-użu tal-entità tal-assi intanġibbli bħala għadd ta’ snin prestabbilit (jiġifieri żmien), bħala għadd ta’ unitajiet prodotti jew bħala ammont totali tad-dħul fiss li jiġi ġġenerat. Identifikazzjoni ta’ fattur limitanti predominanti bħal dan jista’ jservi bħala punt tat-tluq għall-identifikazzjoni tal-bażi xierqa ta’ amortizzament, iżda tista’ tiġi applikata bażi oħra jekk din tirrifletti aktar mill-qrib il-mudell mistenni tal-konsum ta’ benefiċċji ekonomiċi.

98C F’ċirkustanza fejn fattur limitanti predominanti li huwa inerenti f’assi intanġibbli jkun il-kisba ta’ livell limitu ta’ dħul, id-dħul li jkun iġġenerat jista’ jkun bażi xierqa għal amortizzament. Pereżempju, entità tista’ takkwista konċessjoni biex tesplora u tiġbor id-deheb minn minjiera tad-deheb. L-iskadenza tal-kuntratt tista’ tkun ibbażata fuq ammont fiss ta’ dħul totali li jkun iġġenerat mill-estrazzjoni (pereżempju, kuntratt jista’ jippermetti l-estrazzjoni tad-deheb mill-minjiera sakemm id-dħul totali kumulattiv mill-bejgħ tad-deheb jilħaq CU 2 biljun) u mhux abbażi tal-ħin jew l-ammont ta’ deheb estratt. F’eżempju ieħor, id-dritt li wieħed jopera triq b’pedaġġ jista’ jkun ibbażat fuq ammont totali fiss ta’ dħul li jiġi ġġenerat minn pedaġġi kumulattivi imposti (pereżempju, kuntratt jista’ jippermetti l-operat ta’ triq b’pedaġġ sakemm l-ammont kumulattiv ta’ pedaġġi ġġenerat mill-operazzjoni tat-triq jilħaq CU 100 miljun). Fil-każ fejn id-dħul ikun ġie stabbilit bħala fattur limitanti predominanti fil-kuntratt għall-użu tal-assi intanġibbli, id-dħul li għandu jiġi ġġenerat jista’ jkun bażi xierqa għal amortizzament tal-assi intanġibbli, sakemm il-kuntratt jispeċifika ammont totali fiss ta’ dħul li għandu jiġi ġġenerat li fuqu għandu jiġi determinat l-amortizzament.

99 L-amortizzament huwa normalment rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, xi kultant, il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f’assi jiġu assorbiti fil-produzzjoni ta’ assi oħrajn. F’dan il-każ, l-imposta tal-amortizzament tikkostitwixxi parti mill-kost tal-assi l-ieħor u tiġi inkluża fl-ammont riportat tiegħu. Pereżempju, l-amortizzament ta’ assi intanġibbli użati fi proċess ta’ produzzjoni jiġi inkluż fl-ammont riportat ta’ inventarji (ara l-IAS 2 Inventarji).

Valur residwu

100   Il-valur residwu ta’ assi intanġibbli b’ħajja utli finita għandu jitqies li jkun żero ħlief jekk:

(a) 

ikun hemm impenn minn parti terza li tixtri l-assi fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu; jew

(b) 

ikun hemm suq attiv (kif definit fl-IFRS 13) għall-assi u:

(i) 

il-valur residwu jista’ jiġi ddeterminat b'referenza għal dak is-suq; u

(ii) 

ikun probabbli li dan is-suq ikun jeżisti fit-tmiem tal-ħajja utli tal-assi.

101 L-ammont deprezzabbli ta’ assi b’ħajja utli finita jiġi determinat wara li jitnaqqas il-valur residwu tiegħu. Valur residwu li mhuwiex żero jimplika li entità tkun qed tistenna li tiddisponi mill-assi intanġibbli qabel it-tmiem tal-ħajja ekonomika tiegħu.

102 Stima tal-valur residwu ta’ assi hija bbażata fuq l-ammont rekuperabbli mid-disponiment bl-użu tal-prezzijiet prevalenti fid-data tal-istima għall-bejgħ ta’ assi simili li jkun laħaq it-tmiem tal-ħajja utli tiegħu u li jkun tħaddem taħt kundizzjonijiet simili għal dawk li fihom ikun se jintuża l-assi. Bidla fil-valur residwu ta’ assi tiġi kontabbilizzata bħala bidla fi stima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbilta, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

103 Il-valur residwu ta’ assi intanġibbli jista’ jiżdied għal ammont ugwali jew akbar mill-ammont riportat tal-assi. Jekk jagħmel hekk, l-imposta ta’ amortizzament tal-assi tkun żero ħlief jekk u sakemm il-valur residwu tiegħu sussegwentement jonqos għal ammont taħt l-ammont riportat tal-assi.

Rieżami tal-perjodu tal-amortizzament u metodu ta’ amortizzament

104   Il-perjodu tal-amortizzament u l-metodu ta’ amortizzament għal assi intanġibbli b’ħajja utli finita għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja. Jekk il-ħajja utli mistennija tal-assi tkun differenti mill-istimi preċedenti, il-perjodu tal-amortizzament għandu jinbidel skont dan. Jekk ikun hemm bidla fil-mudell mistenni ta’ konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi, il-metodu ta’ amortizzament għandu jinbidel biex jirrifletti l-mudell mibdul. Dawn il-bidliet għandhom jiġu kontabbilizzati bħala bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8.

105 Matul il-ħajja ta’ assi intanġibbli, jista’ jibda jidher b’mod ċar li l-istima tal-ħajja utli tiegħu ma tkunx adattata. Pereżempju, ir-rikonoxximent ta’ telf minn indeboliment jista’ jindika li l-perjodu tal-amortizzament għandu bżonn jinbidel.

106 Matul iż-żmien, il-mudell ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu mistennija li jmorru għand l-entità minn assi intanġibbli jista’ jinbidel. Pereżempju, jista’ jibda jidher b’mod ċar li metodu tal-bilanċ jonqos ta’ amortizzament huwa xieraq minflok metodu lineari. Eżempju ieħor huwa jekk l-użu tad-drittijiet rappreżentati minn liċenzja jiġi differit waqt li tkun pendenti azzjoni fuq komponenti oħrajn tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. F’dan il-każ, il-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-assi ma jistgħux jiġu riċevuti qabel perjodi li jiġu aktar tard.

ASSI INTANĠIBBLI B’ĦAJJIET UTLI INDEFINITI

107   Assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita ma għandux jiġi amortizzat.

108 F’konformità mal-IAS 36, entità hija meħtieġa tittestja assi intanġibbli b’ħajja utli indefinita għall-indeboliment billi tqabbel l-ammont rekuperabbli tiegħu mal-ammont riportat tiegħu:

(a) 

kull sena; u

(b) 

kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-assi intanġibbli jista’ jiġi indebolit.

Rieżami tal-valutazzjoni tal-ħajja utli

109   Il-ħajja utli ta’ assi intanġibbli li ma jkunx qed jiġi amortizzat għandu jiġi rieżaminat f’kull perjodu biex jiġi determinat jekk l-eventi u ċ-ċirkustanzi jkomplux jappoġġaw valutazzjoni ta’ ħajja utli indefinita għal dak l-assi. Jekk le, il-bidla fil-valutazzjoni tal-ħajja utli minn waħda indefinita għal waħda finita għandha tiġi kontabbilizzata bħala bidla fi stima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8.

110 F’konformità mal-IAS 36, rivalutazzjoni tal-ħajja utli ta’ assi intanġibbli bħala waħda finita minflok waħda indefinita hija indikatur li l-assi jista’ jkun indebolit. Minħabba f’hekk, l-entità tittestja l-assi għal indeboliment billi tqabbel l-ammont rekuperabbli tiegħu, determinat f’konformità mal-IAS 36, mal-ammont riportat tiegħu, u tirrikonoxxi kwalunkwe eċċess tal-ammont riportat fuq l-ammont rekuperabbli bħala telf minn indeboliment.

REKUPERABBILTÀ TAL-AMMONT RIPORTAT – TELF MINN INDEBOLIMENT

111 Biex tiddetermina jekk assi intanġibbli huwiex indebolit, entità tapplika l-IAS 36. Dak l-Istandard jispjega meta u kif entità tirrieżamina l-ammont riportat tal-assi tagħha, kif tiddetermina l-ammont rekuperabbli ta’ assi, u meta tirrikonoxxi jew tirriversja telf minn indeboliment.

IRTIRAR U DISPONIMENTI

112   Assi intanġibbli għandu jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu:

(a) 

mad-disponiment; jew

(b) 

meta ma jkunu mistennija l-ebda benefiċċji ekonomiċi futuri mill-użu jew mid-disponiment tiegħu.

113   Il-qligħ jew it-telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli għandu jiġi determinat bħala d-differenza bejn ir-rikavati netti minn disponiment, jekk ikun hemm, u l-ammont riportat tal-assi. Dan għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta l-assi jiġi rtirat mir-rikonoxximent (sakemm l-IFRS 16 ma jeħtieġx mod ieħor fuq bejgħ u lokazzjoni lura.) Il-qligħ ma għandux jiġi klassifikat bħala dħul.

114 Id-disponiment ta’ assi intanġibbli jista’ jseħħ f’varjetà ta’ modi (pereżempju b’bejgħ, billi tidħol għal lokazzjoni finanzjarja, jew b’donazzjoni). Id-data tad-disponiment ta’ assi intanġibbli hija d-data li fiha r-riċevitur jikseb kontroll ta’ dak l-assi f’konformità mar-rekwiżiti biex jiġi determinat meta obbligu ta’ prestazzjoni jkun issodisfat fl-IFRS 15. L-IFRS 16 japplika għad-disponiment bil-bejgħ u lokazzjoni lura.

115 Jekk, f’konformità mal-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 21, entità tirrikonoxxi fl-ammont riportat ta’ assi l-kost ta’ sostituzzjoni għal parti minn assi intanġibbli, din għandha tirtira r-rikonoxximent tal-ammont riportat tal-parti sostitwita. Jekk ma jkunx prattikabbli li entità tiddetermina l-ammont riportat tal-parti sostitwita, din tista’ tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta’ x’kien il-kost tal-parti sostitwita fil-ħin meta ġiet akkwistata jew iġġenerata internament.

115A Fil-każ ta’ dritt riakkwistat f’kombinament ta’ negozji, jekk sussegwentement id-dritt jinħareġ mill-ġdid (jinbiegħ) lil parti terza, l-ammont riportat relatat, jekk ikun hemm, għandu jintuża sabiex jiġi determinat il-qligħ jew telf mal-ħruġ mill-ġdid.

116 L-ammont ta’ korrispettiv li għandu jiġi inkluż fil-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli huwa determinat f’konformità mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti għall-ammont stmat tal-korrispettiv inkluż fil-qligħ jew telf għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mar-rekwiżiti għal bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.

117 L-amortizzament ta’ assi intanġibbli b’ħajja utli finita ma jiqafx meta l-assi intanġibbli ma jkunx għadu jintuża, ħlief jekk l-assi jkun ġie deprezzat kompletament jew jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew inkluż fi grupp tad-disponiment li jkun klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) f’konformità mal-IFRS 5.

DIVULGAZZJONI

Ġenerali

118   Entità għandha tiddivulga dan li ġej għal kull klassi ta’ assi intanġibbli, b’tali mod li tiddistingwi bejn assi intanġibbli ġġenerati internament u assi intanġibbli oħrajn:

(a) 

jekk il-ħajja utli tkunx indefinita jew finita u, jekk finita, il-ħajja utli jew ir-rati ta’ amortizzament użati;

(b) 

il-metodi ta’ amortizzament użati għal assi intanġibbli b’ħajjiet utli finiti;

(c) 

l-ammont riportat gross u kwalunkwe amortizzament akkumulat (aggregat bit-telf minn indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu;

(d) 

l-entrata/i f’linja tar-rapport tal-introjtu komprensiv li fiha/om ikun inkluż kwalunkwe amortizzament ta’ assi intanġibbli;

(e) 

rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu li juri:

(i) 

żidiet, li jindikaw b’mod separat dawk minn żvilupp intern, dawk akkwistati b’mod separat, u dawk akkwistati permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji;

(ii) 

assi klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 u disponimenti oħrajn;

(iii) 

żidiet jew tnaqqis matul il-perjodu li jirriżultaw minn rivalwazzjonijiet taħt il-paragrafi 75, 85 u 86 u minn telf minn indeboliment rikonoxxut jew riversjat f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-IAS 36 (jekk ikun hemm);

(iv) 

telf minn indeboliment rikonoxxut fi profitt jew telf matul il-perjodu f’konformità mal-IAS 36 (jekk ikun hemm);

(v) 

telf minn indeboliment riversjat fi profitt jew telf matul il-perjodu f’konformità mal-IAS 36 (jekk ikun hemm);

(vi) 

kwalunkwe amortizzament rikonoxxut matul il-perjodu;

(vii) 

differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji fil-munita tal-preżentazzjoni, u mill-qlib ta’ operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità; u

(viii) 

bidliet oħrajn fl-ammont riportat matul il-perjodu.

119 Klassi ta’ assi intanġibbli hija ragruppament ta’ assi ta’ natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta’ entità. Eżempji ta’ klassijiet separati jistgħu jinkludu:

(a) 

ismijiet ta’ ditti;

(b) 

mastheads u titli tal-pubblikazzjoni;

(c) 

software tal-kompjuter;

(d) 

liċenzji u franchises;

(e) 

drittijiet tal-awtur, privattivi u drittijiet ta’ proprjetà industrijali oħrajn, drittijiet ta’ servizz u ta’ operazzjoni;

(f) 

riċetti, formoli, mudelli, disinni u prototipi; u

(g) 

assi intanġibbli li qed jiġu żviluppati.

Il-klassijiet imsemmija hawn fuq jiġu diżaggregati (aggregati) fi klassijiet iżgħar (ikbar) jekk dan jirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji.

120 Entità tiddivulga informazzjoni dwar assi intanġibbli indeboliti f’konformità mal-IAS 36 flimkien mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 118(e)(iii)-(v).

121 L-IAS 8 jeħtieġ li entità tiddivulga n-natura u l-ammont ta’ bidla fl-istima tal-kontabbiltà li jkollha effett materjali fil-perjodu kurrenti jew li hija mistennija li jkollha effett materjali f’perjodi sussegwenti. Divulgazzjonijiet bħal dawn jistgħu jirriżultaw minn bidliet:

(a) 

fil-valutazzjoni tal-ħajja utli ta’ assi intanġibbli;

(b) 

fil-metodu ta' amortizzament; jew

(c) 

fil-valuri residwi.

122   Entità għandha tiddivulga wkoll:

(a) 

għal assi intanġibbli vvalutat bħala li għandu ħajja utli indefinita, l-ammont riportat ta’ dak l-assi u r-raġunijiet li jappoġġaw il-valutazzjoni ta’ ħajja utli indefinita. Meta tagħti dawn ir-raġunijiet, l-entità għandha tiddeskrivi l-fattur(i) li jkollu/jkollhom sehem sinifikanti fid-determinazzjoni tal-assi bħala li għandu ħajja utli indefinita;

(b) 

deskrizzjoni, l-ammont riportat u l-perjodu li jkun baqa’ tal-amortizzament ta’ kwalunkwe assi intanġibbli individwali li jkun materjali għar-rapporti finanzjarji tal-entità;

(c) 

għal assi intanġibbli akkwistati permezz ta’ għotja tal-gvern u rikonoxxuti inizjalment fil-valur ġust (ara l-paragrafu 44):

(i) 

il-valur ġust rikonoxxut inizjalment għal dawn l-assi;

(ii) 

l-ammont riportat tagħhom; u

(iii) 

jekk tkejlux wara r-rikonoxximent taħt il-mudell tal-kost jew il-mudell ta’ rivalwazzjoni;

(d) 

l-eżistenza u l-ammonti riportati ta’ assi intanġibbli li t-titlu tagħhom ikun ristrett u l-ammonti riportati ta’ assi intanġibbli mirhuna bħala garanzija għall-obbligazzjonijiet;

(e) 

l-ammont ta’ impenji kuntrattwali għall-akkwiżizzjoni ta’ assi intanġibbli.

123 Meta entità tiddeskrivi l-fattur(i) li kellu/kellhom sehem importanti biex jiġi determinat li l-ħajja utli ta’ assi intanġibbli hija indefinita, l-entità tikkunsidra l-lista ta’ fatturi fil-paragrafu 90.

Assi intanġibbli mkejla wara r-rikonoxximent bl-użu tal-mudell ta’ rivalwazzjoni

124   Jekk assi intanġibbli jkun kontabbilizzat f’ammonti rivalwati, entità għandha tiddivulga dan li ġej:

(a) 

skont il-klassi ta’ assi intanġibbli:

(i) 

id-data effettiva tar-rivalwazzjoni;

(ii) 

l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli rivalwati; u

(iii) 

l-ammont riportat li kien ikun rikonoxxut li kieku l-klassi rivalwata ta’ assi intanġibbli kellha titkejjel wara r-rikonoxximent permezz tal-mudell tal-kost fil-paragrafu 74 u

(b) 

l-ammont tas-surplus ta’ rivalwazzjoni li jkun relatat ma’ assi intanġibbli fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, li jindika l-bidliet matul il-perjodu u kwalunkwe restrizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-bilanċ lill-azzjonisti.

(c) 

[imħassar]

125 Jista’ jkun meħtieġ li jiġu aggregati l-klassijiet ta’ assi rivalwati fi klassijiet akbar għal skopijiet ta’ divulgazzjoni. Madankollu, il-klassijiet ma jiġux aggregati jekk dan jirriżulta fil-kombinazzjoni ta’ klassi ta’ assi intanġibbli li tinkludi ammonti mkejla kemm taħt il-mudell tal-kost kif ukoll taħt dak tar-rivalwazzjoni.

Nefqa fuq riċerka u żvilupp

126   Entità għandha tiddivulga l-ammont aggregat ta’ nefqa fuq riċerka u żvilupp rikonoxxut bħala spiża matul il-perjodu.

127 In-nefqa fuq riċerka u żvilupp tinkludi kull nefqa li tkun direttament attribwibbli għal attivitajiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp (ara l-paragrafi 66 u 67 għal gwida dwar it-tip ta’ nefqa li għandha tiġi inkluża għall-iskop tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 126).

Informazzjoni oħra

128 Entità hija mħeġġa, iżda mhijiex meħtieġa, tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

deskrizzjoni ta' kull assi intanġibbli li jkun totalment amortizzat li jkun għadu jintuża; u

(b) 

deskrizzjoni fil-qosor ta’ assi intanġibbli sinifikanti kkontrollati mill-entità iżda mhux rikonoxxuti bħala assi minħabba li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji tar-rikonoxximent f’dan l-Istandard jew minħabba li kienu ġew akkwistati jew iġġenerati qabel ma daħlet fis-seħħ il-verżjoni tal-IAS 38 Assi Intanġibbli li nħarġet fl-1998.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U DATA EFFETTIVA

129 [Imħassar]

130 Entità għandha tapplika dan l-Istandard:

(a) 

għall-kontabilità ta’ assi intanġibbli akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-ftehim tagħhom tkun il-31 ta’ Marzu 2004 jew wara; u

(b) 

għall-kontabbiltà ta’ kull assi intanġibbli ieħor b’mod prospettiv mill-bidu tal-ewwel perjodu annwali li jibda fil-31 ta’ Marzu 2004 jew wara. Għalhekk, l-entità ma għandhiex taġġusta l-ammont riportat ta’ assi intanġibbli rikonoxxuti f’dik id-data. Madankollu, f’dik id-data, l-entità għandha tapplika dan l-Istandard biex tagħmel rivalutazzjoni tal-ħajja utli ta’ dawn l-assi intanġibbli. Jekk, minħabba dik ir-rivalutazzjoni, l-entità tibdel il-valutazzjoni tagħha tal-ħajja utli ta’ assi, dik il-bidla għandha tiġi kontabbilizzata bħala bidla fi stima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8.

130A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafu 2 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 6 għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

130B L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 85, 86 u 118(e)(iii). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

130C L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 12, 33–35, 68, 69, 94 u 130, ħassar il-paragrafi 38 u 129 u żied il-paragrafu 115A. Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009, emenda l-paragrafi 36 u 37. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Għaldaqstant, ammonti rikonoxxuti għal assi intanġibbli u avvjament f’kombinamenti ta’ negozji preċedenti ma għandhomx jiġu aġġustati. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika l-emendi għal dak il-perjodu aktar bikri u tiddivulga dak il-fatt.

130D Il-paragrafi 69, 70 u 98 ġew emendati u l-paragrafu 69A żdied bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

130E [Imħassar]

130F L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 3(e). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

130G L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 33, 47, 50, 75, 78, 82, 84, 100 u 124 u ħassar il-paragrafi 39–41 u 130E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

130H  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 80. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

130I Entità għandha tapplika dik l-emenda li tkun saret mit-Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012 għar-rivalwazzjonijiet kollha rikonoxxuti f’perjodi annwali li jibdew fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dik l-emenda jew wara u fil-perjodu annwali li jippreċedih immedjatament. Entità tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni komparattiva għal kwalunkwe perjodu aktar bikri ppreżentat, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk. Entità tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni komparattiva għal kwalunkwe perjodu aktar bikri ppreżentat, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu aktar bikri, din għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li kienet ippreżentata fuq bażi differenti u tispjega dik il-bażi.

130J  Kjarifika ta’ Metodi Aċċettabbli ta’ Deprezzament u Amortizzament (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 38), maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 92 u 98 u żied il-paragrafi 98A–98C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

130K L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3, 114 u 116. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

130L L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi 3, 6, 113 u 114. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

130M L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 3. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, kompla jemenda l-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

Skambji ta’ assi simili

131 Ir-rekwiżit fil-paragrafi 129 u 130(b) biex jiġi applikat dan l-Istandard b’mod prospettiv ifisser li jekk skambju ta’ assi tkejjel qabel id-data effettiva ta’ dan l-Istandard fuq il-bażi tal-ammont riportat tal-assi ċedut, l-entità ma tirridikjarax l-ammont riportat tal-assi akkwistat biex tirrifletti l-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Applikazzjoni bikrija

132 Entitajiet li għalihom japplika l-paragrafu 130 huma mħeġġa li japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard qabel id-dati effettivi speċifikati fil-paragrafu 130. Madankollu, jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel dawk id-dati effettivi, din għandha tapplika wkoll l-IFRS 3 u l-IAS 36 (kif riveduti fl-2004) fl-istess ħin.

IRTIRAR TAL-IAS 38 (MAĦRUĠ FL-1998)

133 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 38 Assi Intanġibbli (maħruġ fl-1998).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għall-istrumenti finanzjarji kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji jekk, u sa fejn:

(a) 

l-IFRS 9 jippermetti li jiġu applikati r-rekwiżiti kontabbilistiċi għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard u

(b) 

l-istrument finanzjarju jkun parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar li tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’konformità ma’ dan l-Istandard.

2A–7  [Imħassra]

DEFINIZZJONIJIET

8 It-termini definiti fl-IFRS 13, fl-IFRS 9 u fl-IAS 32 jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-Appendiċi A tal-IFRS 13, l-Appendiċi A tal-IFRS 9 u l-paragrafu 11 tal-IAS 32. L-IFRS 13, l-IFRS 9 u l-IAS 32 jiddefinixxu t-termini li ġejjin:

— 
kost amortizzat ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja
— 
irtirar tar-rikonoxximent
— 
derivattiv
— 
metodu tal-imgħax effettiv
— 
rata effettiva tal-imgħax
— 
strument ta’ ekwità
— 
valur ġust
— 
assi finanzjarju
— 
strument finanzjarju
— 
obbligazzjoni finanzjarja

u jipprovdu gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dawk id-definizzjonijiet.

9   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Definizzjonijiet marbuta ma’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar
Impenn sod huwa ftehim vinkolanti għall-iskambju ta’ kwantità speċifika ta’ riżorsi bi prezz speċifiku f’data jew dati futuri speċifiċi.
Tranżazzjoni prevista hija tranżazzjoni futura antiċipata mingħajr impenn.
Strument għall-iħħeġġjar huwa derivattiv deżinjat jew (għal ħeġġ tar-riskju ta’ bidliet fir-rati tal-kambju f’munita barranija biss) assi finanzjarju nonderivattiv deżinjat jew obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva li l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tagħha huma mistennija li jpaċu l-bidliet fil-valur ġust jew flussi ta’ flus ta’ entrata ħħeġġjata ddeżinjata (il-paragrafi 72-77 u l-Appendiċi A, il-paragrafi AG94-AG97 jelaboraw fuq id-definizzjoni ta’ strument għal-iħħeġġjar).
Entrata ħħeġġjata hija assi, obbligazzjoni, impenn sod, tranżazzjoni prevista bi probabbiltà għolja jew investiment nett f’operazzjoni barranija li (a) jesponi l-entità għal riskju ta’ bidliet fil-valur ġust jew fil-fluss futur ta’ flus u (b) huwa deżinjat bħala ħħeġġjat (il-paragrafi 78-84 u l-Appendiċi A, il-paragrafi AG98-AG101 jelaboraw fuq id-definizzjonijiet ta’ entrati ħħeġġjati).
Effettività tal-ħeġġ hija l-livell li bih il-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata li huma attribwibbli għal riskju ħħeġġjat huma paċuti b’bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-Appendiċi A, il-paragrafi AG105-AG113A).

10–70 [Imħassra]

IĦĦEĠĠJAR

71   Jekk entità tapplika l-IFRS 9 u ma tkunx għażlet bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha li tkompli tapplika r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard (ara l-paragrafu 7.2.21 tal-IFRS 9), din għandha tapplika r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-Kapitolu 6 tal-IFRS 9. Madankollu, għal ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura għar-rata tal-imgħax ta’ porzjon ta’ portafoll tal-assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tista’, f’konformità mal-paragrafu 6.1.3 tal-IFRS 9, tapplika r-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’dan l-Istandard minflok dawk fl-IFRS 9. F’dak il-każ l-entità trid tapplika wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax (ara l-paragrafi 81A, 89A u AG114–AG132).

Strumenti għall-iħħeġġjar

Strumenti kwalifikanti

72 Dan l-Istandard ma jillimitax iċ-ċirkustanzi li fihom derivattiv jista’ jiġi indikat bħala strument għall-iħħeġġjar kemm-il darba l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 ikunu ssodisfati, ħlief għal xi opzjonijiet mibjugħa (ara l-Appendiċi A, il-paragrafu AG94). Madankollu, assi finanzjarju nonderivattiv jew obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva jistgħu jkunu deżinjati bħala strument għall-iħħeġġjar biss għal ħeġġ ta’ riskju ta’ munita barranija.

73 Għal skopijiet tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, l-istrumenti li jinvolvu parti esterna għal entità relatriċi (jiġifieri esterni għall-grupp jew entità individwali li dwarha qed isir ir-rapportar) biss jistgħu jkunu deżinjati bħala strumenti għall-iħħeġġjar. Għalkemm entitajiet individwi fi grupp konsolidat jew diviżjonijiet f’entità jistgħu jidħlu fi tranżazzjonijiet tal-iħħeġġjar ma’ entitajiet oħrajn fil-grupp jew id-diviżjonijiet fl-entità, tali tranżazzjonijiet intragrupp huma eliminati mal-konsolidazzjoni. Għaldaqstant, dawn it-tranżazzjonijiet tal-iħħeġġjar ma jikkwalifikawx għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Madankollu, dawn jistgħu jikkwalifikaw għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta’ entitajiet individwali fil-grupp sakemm ikunu esterni għall-entità individwali li dwarha jsir ir-rapport.

Deżinjazzjoni ta’ strumenti għall-iħħeġġjar

74 Ġeneralment hemm kejl tal-valur ġust wieħed għal strument għall-iħħeġġjar fit-totalità tiegħu, u l-fatturi li joħolqu l-bidliet fil-valur ġust huma kodipendenti. Għalhekk, relazzjoni tal-iħħeġġjar hija deżinjata minn entità għal strument għall-iħħeġġjar fit-totalità tiegħu. L-uniċi eċċezzjonijiet permessi huma:

(a) 

is-separazzjoni tal-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u d-deżinjazzjoni bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss tal-bidla fil-valur intrinsiku ta’ opzjoni u l-esklużjoni ta’ bidla fil-valur taż-żmien tiegħu; u

(b) 

is-separazzjoni tal-element tal-imgħax u l-prezz spot ta’ kuntratt forward.

Dawn l-eċċezzjonijiet huma permessi minħabba li l-valur intrinsiku tal-opzjoni u l-primjum forward ġeneralment jistgħu jitkejlu separatament. Strateġija ta’ ħħeġġjar dinamiku li jivvaluta kemm il-valur intrinsiku kif ukoll il-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni tista’ tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

75 Proporzjon tal-istrument għall-iħħeġġjar kollu, bħal 50 fil-mija tal-ammont nozzjonali, jista’ jiġi deżinjat bħala l-istrument għall-iħħeġġjar f’relazzjoni tal-iħħeġġjar. Madankollu, relazzjoni tal-iħħeġġjar tista’ ma tkunx deżinjata għal porzjon biss mill-perjodu taż-żmien li matulu strument għall-iħħeġġjar jibqa’ pendenti.

76 Strument għall-iħħeġġjar wieħed jista’ jiġi deżinjat bħala ħeġġ ta’ aktar minn tip wieħed ta’ riskju dment li (a) ir-riskji ħħeġġjati jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar; (b) l-effettività tal-ħeġġ tkun tista’ tintwera; u (c) ikun possibbli li jiġi żgurat li jkun hemm deżinjazzjoni speċifika tal-istrument għall-iħħeġġjar u pożizzjonijiet ta’ riskju differenti.

77 Żewġ derivattivi jew aktar, jew proporzjonijiet minnhom (jew, fil-każ ta’ ħeġġ ta’ riskju tal-kambju, żewġ nonderivattivi jew aktar jew proporzjonijiet minnhom, jew kombinazzjoni ta’ derivattivi u nonderivattivi jew proporzjonijiet minn dawn), jistgħu jitqiesu f’kombinazzjoni u deżinjati b’mod konġunt bħala l-strument għal-iħħeġġjar, inkluż meta r-riskju/i li jirriżulta(w) minn xi derivattivi jpaċi/u dawk li jirriżultaw minn oħrajn. Madankollu, collar tar-rati tal-imgħax jew strument derivattiv ieħor li jikkombina opzjoni mibjugħa u opzjoni mixtrija ma jikkwalifikax bħala strument għall-iħħeġġjar jekk tkun, effettivament, opzjoni mibjugħa netta (li għaliha jkun ġie riċevut primjum). Bl-istess mod, żewġ strumenti jew aktar (jew proporzjonijiet minnhom) jistgħu jiġu deżinjati bħala strument għall-iħħeġġjar biss jekk l-ebda wieħed minnhom ma jkun opzjoni mibjugħa jew opzjoni mibjugħa netta.

Entrati ħħeġġjati

Entrati kwalifikanti

78 Entrata ħħeġġjata tista’ tkun assi jew obbligazzjoni rikonoxxuta, impenn sod mhux rikonoxxut, tranżazzjoni prevista probabbli ħafna jew investiment nett f’operazzjoni barranija. L-entrata ħħeġġjata tista’ tkun (a) assi, obbligazzjoni, impenn sod, tranżazzjoni prevista probabbli ħafna jew investiment nett f’operazzjoni barranija, (b) grupp ta’ assi, obbligazzjonijiet, impenji sodi, tranżazzjonijiet previsti probabbli ħafna jew investimenti netti f’operazzjonijiet barranin b’karatteristiki ta’ riskju simili jew (c) f’ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax biss, porzjon mill-portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqsmu r-riskju li qed jiġi ħħeġġjat.

79 [Imħassar]

80 Għal skopijiet ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar, huma biss assi, obbligazzjonijiet, impenji sodi jew tranżazzjonijiet previsti probabbli ħafna li jinvolvu parti esterna mill-entità, li jistgħu jiġu deżinjati bħala entrati ħħeġġjati. B’hekk il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tista’ tiġi applikata għal tranżazzjonijiet bejn entitajiet fl-istess grupp biss fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta’ dawk l-entitajiet u mhux fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp, għajr għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità ta’ investiment, kif definit fl-IFRS 10, fejn it-tranżazzjonijiet bejn entità ta’ investiment u s-sussidjarji tagħha mkejla skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf mhux se jiġu eliminati fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Bħala eċċezzjoni, ir-riskju tal-munita barranija ta’ entrata monetarja intragrupp (pereżempju, pagabbli/riċevibbli bejn żewġ sussidjarji) jista’ jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata fir-rapporti finanzjarji konsolidati jekk jirriżulta fi skopertura għal qligħ jew telf fir-rati tal-kambju li ma ġewx kompletament eliminati mal-konsolidazzjoni f’konformità mal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju. F’konformità mal-IAS 21, il-qligħ u t-telf mir-rati tal-kambju fuq entrati monetarji intragrupp ma jiġux eliminati kompletament mal-konsolidazzjoni meta l-entrata monetarja intragrupp tkun innegozjata bejn żewġ entitajiet tal-gruppi li għandhom muniti funzjonali differenti. Barra minn hekk, ir-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista probabbli ħafna jista’ jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata f’rapporti finanzjarji konsolidati dment li t-tranżazzjoni tkun denominata f’munita li mhijiex dik funzjonali tal-entità li tkun daħlet f’dik it-tranżazzjoni u r-riskju tal-munita barranija jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat.

Deżinjazzjoni ta’ entrati finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati

81 Jekk l-entrata ħħeġġjata tkun assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, din tista’ tkun entrata ħħeġġjata fir-rigward tar-riskji assoċjati ma’ porzjon biss mill-flussi ta’ flus jew valur ġust tagħha (bħal fluss ta’ flus kuntrattwali magħżul wieħed jew aktar jew porzjonijiet minnhom jew persentaġġ tal-valur ġust) kemm-il darba l-effettività tkun tista’ titkejjel. Pereżempju, porzjon identifikabbli u li jista’ jitkejjel separatament tal-iskopertura tar-rata tal-imgħax ta’ assi bl-imgħax jew obbligazzjoni bl-imgħax tista’ tiġi deżinjata bħala r-riskju ħħeġġjat (bħal rata tal-imgħax mingħajr riskju jew parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-iskopertura tar-rata tal-imgħax totali ta’ strument finanzjarju ħħeġġjat).

81A F’ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura tar-rata tal-imgħax ta’ portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji (u f’ħeġġ bħal dan biss), il-porzjon iħħeġġjat jista’ jiġi deżinjat f’termini ta’ ammont ta’ munita (eż. ammont ta’ dollari, euro, liri sterlini jew rand) minflok bħala assi (jew obbligazzjonijiet) individwali. Għalkemm il-portafoll jista’, għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, jinkludi assi u obbligazzjonijiet, l-ammont deżinjat huwa ammont ta’ assi jew ammont ta’ obbligazzjonijiet. Id-deżinjazzjoni ta’ ammont nett li jinkludi assi u obbligazzjonijiet mhux permess. L-entità tista’ tiħħeġġja porzjon mir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat ma’ dan l-ammont deżinjat. Pereżempju, fil-każ ta’ ħeġġ ta’ portafoll li fih assi prepagabbli, l-entità tista’ tiħħeġġja l-bidla fil-valur ġust li hija attribwibbli għal bidla fir-rata tal-imgħax iħħeġġjata fuq il-bażi ta’ dati ta’ prezzar mill-ġdid mistennija, minflok kuntrattwali. […].

Deżinjazzjoni ta’ entrati mhux finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati

82   Jekk l-entrata ħħeġġjata tkun assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja, din għandha tiġi deżinjata bħala entrata ħħeġġjata (a) għal riskji ta’ munita barranija, jew (b) fit-totalità tagħha għar-riskji kollha, minħabba d-diffikultà li jiġi iżolat u jitkejjel il-porzjon xieraq tal-flussi ta’ flus jew bidliet fil-valur ġust attribwibbli għal riskji speċifiċi barra dawk minn riskji ta’ munita barranija.

Deżinjazzjoni ta’ gruppi ta’ entrati bħala entrati ħħeġġjati

83 Assi simili jew obbligazzjonijiet simili għandhom jiġu aggregati u ħħeġġjati bħala grupp biss jekk assi individwali jew obbligazzjonijiet individwali fil-grupp jaqsmu l-iskopertura għar-riskju li tkun deżinjata bħala li tkun iħħeġġjata. Barra minn hekk, il-bidla fil-valur ġust attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat għal kull entrata individwali fil-grupp għandha tkun mistennija li tkun proporzjonalment approssimattiva għall-bidla ġenerali fil-valur ġust attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat tal-grupp ta’ entrati.

84 Minħabba li entità tivvaluta l-effettività tal-ħeġġ billi tqabbel il-bidla fil-valur ġust jew il-fluss ta’ flus ta’ strument għall-iħħeġġjar (jew grupp ta’ strumenti għall-iħħeġġjar simili) u entrata ħħeġġjata (jew grupp ta’ entrati ħħeġġjati simili), it-tqabbil ta’ strument għall-iħħeġġjar mal-pożizzjoni netta ġenerali (eż. in-nett ta’ assi b’rata fissa u obbligazzjonijiet b’rata fissa b’maturitajiet simili), minflok ma’ entrata ħħeġġjata speċifika, ma jikkwalifikax għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

85 Il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tirrikonoxxi l-effetti li jpaċu fil-profitt jew telf ta’ bidliet fil-valuri ġusti tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata.

86   Ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar huma ta’ tliet tipi:

(a) 

ħeġġ fuq il-valur ġust: ħeġġ tal-iskopertura għal bidliet fil-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni rikonoxxuta jew impenn sod mhux rikonoxxut, jew porzjon identifikat ta’ dan l-assi, obbligazzjoni jew impenn sod, li huwa attribwibbli għal riskju partikulari u jista’ jaffettwa l-profitt jew telf;

(b) 

ħeġġ tal-flussi ta’ flus: ħeġġ tal-iskopertura għal varjabbiltà fi flussi ta’ flus li (i) huwa attribwibbli għal riskju partikulari assoċjat ma’ assi jew obbligazzjoni rikonoxxuta (bħall-pagamenti tal-imgħax futuri fuq dejn b’rata varjabbli kollha jew xi wħud minnhom) jew tranżazzjoni prevista probabbli ħafna u (ii) jista’ jaffettwa l-profitt jew telf;

(c) 

ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija kif definit fl-IAS 21.

87 Ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta’ impenn sod jista’ jiġi kontabbilizzat bħala ħeġġ fuq il-valur ġust jew bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

88   Relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun tikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar skont il-paragrafi 89–102 biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati.

(a) 

Fil-bidu tal-ħeġġ ikun hemm deżinjazzjoni formali u dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità u l-istrateġija għal impenn ta’ ħeġġ. Dik id-dokumentazzjoni għandha tinkludi identifikazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar, l-entrata jew it-tranżazzjoni ħħeġġjata, in-natura tar-riskju li qed jiġi ħħeġġjat u kif l-entità se tivvaluta l-effettività tal-istrument tal-iħħeġġjar biex tpaċi l-iskopertura għal bidliet fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata jew flussi ta’ flus attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat.

(b) 

Il-ħeġġ huwa mistenni li jkun effettiv ħafna (ara l-Appendiċi A, il-paragrafi AG105–AG113) fil-kisba ta’ tpaċija tal-bidliet fil-valur ġust jew flussi ta’ flus attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat, b’mod konsistenti mal-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju oriġinarjament iddokumentata għal dik ir-relazzjoni partikulari tal-iħħeġġjar.

(c) 

Għal ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus, tranżazzjoni prevista li tkun is-suġġett tal-ħeġġ trid tkun probabbli ħafna u trid tippreżenta skopertura għal varjazzjonijiet fil-flussi ta’ flus li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jaffettwaw il-profitt jew telf.

(d) 

L-effettività tal-ħeġġ tista’ titkejjel b’mod affidabbli, jiġifieri l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata li huma attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat u l-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli.

(e) 

Il-ħeġġ jiġi vvalutat fuq bażi kontinwa u jiġi attwalment determinat li jkun effettiv ħafna matul il-perjodi ta’ rapportar finanzjarju li għalihom kien ġie deżinjat il-ħeġġ.

Ħeġġijiet fuq il-valur ġust

89   Jekk ħeġġ fuq il-valur ġust jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 matul il-perjodu, dan għandu jiġi kontabbilizzat kif ġej:

(a) 

il-qligħ jew it-telf mill-kejl mill-ġdid tal-istrument għall-iħħeġġjar fil-valur ġust (għal strument għall-iħħeġġjar derivattiv) jew il-komponent fil-munita barranija tal-ammont riportat tiegħu mkejjel f’konformità mal-IAS 21 (għal strument għall-iħħeġġjar nonderivattiv) għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf; u

(b) 

il-qligħ jew telf fuq l-entrata ħħeġġjata attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat għandu jaġġusta l-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata u jkun rikonoxxut fi profitt jew telf. Dan japplika jekk l-entrata ħħeġġjata tkun b’mod ieħor imkejla skont il-kost. Rikonoxximent tal-qligħ jew telf attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat fil-profitt jew telf japplika jekk l-entrata ħħeġġjata tkun assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS 9.

89A Għal ħeġġ fuq il-valur ġust bi skopertura għar-rata tal-imgħax ta’ parti minn portafoll ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (u biss f’dan it-tip ta’ ħeġġ), ir-rekwiżit fil-paragrafu 89(b) jista’ jiġi ssodisfat billi jiġi ppreżentat il-qligħ jew it-telf attribwibbli għall-entrata ħħeġġjata:

(a) 

f’entrata f’linja separata waħda fl-assi, għal dawk il-perjodi taż-żmien ta’ pprezzar mill-ġdid li għalihom l-entrata ħħeġġjata tkun assi; jew

(b) 

f’entrata f’linja separata waħda fl-obbligazzjonijiet, għal dawk il-perjodi taż-żmien ta’ pprezzar mill-ġdid li għalihom l-entrata ħħeġġjata tkun obbligazzjoni.

L-entrati f’linja waħda separati li għalihom saret referenza f’(a) u (b) hawn fuq għandhom ikunu ppreżentati ħdejn l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji. Ammonti inklużi f’dawn l-entrati f’linja għandhom jitneħħew mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet li magħhom huma relatati.

90 Jekk jiġu ħħeġġjati biss riskji partikulari attribwibbli għal entrata ħħeġġjata, il-bidliet rikonoxxuti fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata li mhumiex relatati mar-riskju ħħeġġjat jiġu rikonoxxuti kif stabbilit fil-paragrafu 5.7.1 tal-IFRS 9.

91   Entità għandha twaqqaf b’mod prospettiv il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar speċifikata fil-paragrafu 89 jekk:

(a) 

l-istrument għal-iħħeġġjar jiskadi jew jinbiegħ, jiġi terminat jew eżerċitat. Għal dan l-għan, is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ta’ strument għall-iħħeġġjar bi strument ieħor għall-iħħeġġjar ma jirrappreżentax skadenza jew terminazzjoni jekk tali sostituzzjoni jew rifinanzjament ikun parti mill-istrateġija tal-iħħeġġjar dokumentata tal-entità. Barra minn hekk, għal dan l-għan l-istrument għall-iħħeġġjar ma jiskadix jew ma jiġix terminat jekk:

(i) 

b’konsegwenza ta’ liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jaqblu li kontroparti waħda jew aktar ta’ kklirjar jissostitwixxu l-kontroparti oriġinali tagħhom biex issir il-kontroparti l-ġdida għal kull parti. Għal dan l-għan, kontroparti tal-ikklirjar hija kontroparti ċentrali (xi kultant imsejħa “organizzazzjoni tal-ikklirjar” jew “aġenzija tal-ikklirjar”) jew entità jew entitajiet, pereżempju, membru tal-ikklirjar ta’ organizzazzjoni tal-ikklirjar jew klijent ta’ membru tal-ikklirjar ta’ organizzazzjoni tal-ikklirjar, li qed jaġixxu bħala kontroparti sabiex iwettqu l-ikklirjar minn kontroparti ċentrali. Madankollu, meta l-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jissostitwixxu l-kontrapartijiet oriġinali tagħhom b’kontropartijiet differenti, dan il-paragrafu għandu japplika biss jekk kull waħda minn dawk il-partijiet twettaq l-ikklirjar mal-istess kontroparti ċentrali.

(ii) 

bidliet oħra, jekk ikun hemm, fl-istrument għall-iħħeġġjar jiġu limitati għal dawk li huma meħtieġa biex issir din is-sostituzzjoni tal-kontroparti. Dawn il-bidliet huma limitati għal dawk li huma konsistenti mat-termini li kienu jkunu mistennija kieku l-istrument għall-iħħeġġjar oriġinarjament kien ikklirjat mal-kontroparti tal-ikklirjar. Dawn il-bidliet jinkludu bidliet f’rekwiżiti tal-kollateral, drittijiet biex jitpaċew il-bilanċi tar-riċevibbli u tal-pagabbli, u l-miżati imposti.

(b) 

il-ħeġġ ma jibqax jissodisfa l-kriterji għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-paragrafu 88; jew

(c) 

l-entità tirrevoka d-deżinjazzjoni.

92   Kwalunkwe aġġustament li jirriżulta mill-paragrafu 89(b) għall-ammont riportat ta’ strument finanzjarju ħħeġġjat li għalih jintuża l-metodu tal-imgħax effettiv (jew, fil-każ ta’ ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, għall-entrata f’linja separata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja deskritta fil-paragrafu 89A) għandu jiġi amortizzat għal profitt jew telf. Amortizzament jista’ jibda malli jkun jeżisti aġġustament u ma għandux jibda aktar tard minn meta l-entrata ħħeġġjata tieqaf tiġi aġġustata għal bidliet fil-valur ġust tagħha attribwibbli għar-riskju li jkun qed jiġi ħħeġġjat. L-aġġustament huwa bbażat fuq rata effettiva tal-imgħax ikkalkulata mill-ġdid fid-data li fiha jibda l-ammortizzament. Madankollu, jekk, fil-każ ta’ ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura tar-rata tal-imgħax f’portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji (u biss f’dan it-tip ta’ ħeġġ), l-amortizzament b’rata effettiva tal-imgħax ma jkunx prattikabbli, l-aġġustament għandu jiġi amortizzat permezz tal-metodu lineari. L-aġġustament għandu jiġi amortizzat b’mod sħiħ sal-maturità tal-istrument finanzjarju jew, fil-każ ta’ ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, sal-iskadenza tal-perjodu relevanti taż-żmien tal-ipprezzar mill-ġdid.

93 Meta impenn sod mhux rikonoxxut jiġi deżinjat bħala entrata ħħeġġjata, il-bidla kumulattiva sussegwenti fil-valur ġust tal-impenn sod attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat tiġi rikonoxxuta bħala assi jew obbligazzjoni bi qligħ jew telf korrispondenti rikonoxxut fi profitt jew telf (ara l-paragrafu 89(b)). Il-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar huma rikonoxxuti wkoll fi profitt jew telf.

94 Meta entità tidħol għal impenn sod biex takkwista assi jew tassumi obbligazzjoni li tkun entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust, l-ammont riportat inizjali tal-assi jew tal-obbligazzjoni li jirriżulta mill-entità li tissodisfa l-impenn sod jiġi aġġustat sabiex jinkludi l-bidla kumulattiva fil-valur ġust tal-impenn sod attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat li kien rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

Ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus

95   Jekk ħeġġ tal-flussi ta’ flus jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 matul il-perjodu, dan għandu jiġi kontabbilizzat kif ġej:

(a) 

il-porzjon tal-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li jkun determinat li jkun ħeġġ effettiv (ara l-paragrafu 88) għandu jkun rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv; u

(b) 

il-porzjon ineffettiv tal-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

96 B'mod aktar speċifiku, ħeġġ tal-flussi ta’ flus jiġi kontabbilizzat kif ġej:

(a) 

il-komponent separat ta’ ekwità assoċjat mal-entrata ħħeġġjata jiġi aġġustat għall-inqas minn li ġej (f’ammonti assoluti):

(i) 

il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar mill-bidu tal-ħeġġ; u

(ii) 

il-bidla kumulattiva fil-valur ġust (valur preżenti) ta’ flussi futuri ta’ flus mistennija fuq l-entrata ħħeġġjata mill-bidu tal-ħeġġ;

(b) 

kwalunkwe qligħ jew telf li jibqa’ fuq l-istrument għall-iħħeġġjar jew komponent deżinjat ta’ dan (li ma jkunx ħeġġ effettiv) jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf; u

(c) 

jekk strateġija tal-ġestjoni tar-riskju dokumentata ta’ entità għal relazzjoni tal-iħħeġġjar partikulari teskludi mill-valutazzjoni tal-effettività tal-iħħeġġjar komponent speċifiku tal-qligħ jew telf jew flussi ta’ flus relatati fuq l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 74, 75 u 88(a)), dak il-komponent eskluż tal-qligħ jew telf ikun rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 5.7.1 tal-IFRS 9.

97   Jekk ħeġġ ta’ tranżazzjoni prevista sussegwentement jirriżulta fir-rikonoxximent ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja, il-qligħ jew telf assoċjat li kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 95 għandu jiġi riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007)) fl-istess perjodu jew perjodi li fih(om) il-flussi ta’ flus previsti ħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf (bħal f’perjodi fejn introjtu mill-imgħax jew spejjeż tal-imgħax huma rikonoxxuti). Madankollu, jekk entità tistenna li t-telf kollu jew parti minnu rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv ma jkunx irkuprat f’perjodu jew perjodi fil-futur, dak l-ammont li mhux mistenni li jiġi rkuprat għandha tirriklassifikah fi profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni.

98   Jekk ħeġġ ta’ tranżazzjoni prevista sussegwentement jirriżulta fir-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja, jew tranżazzjoni prevista għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja ssir impenn sod li għalih tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust, allura l-entità għandha tadotta (a) jew (b) hawn isfel:

(a) 

Għandha tirriklassifika l-qligħ jew telf assoċjat li kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 95 fi profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)) fl-istess perjodu jew perjodi li fih(om) l-assi akkwistat jew l-obbligazzjoni assunta taffettwa l-profitt jew telf (bħal f’perjodi li fihom l-ispiża tad-deprezzament jew il-kost tal-bejgħ ikunu rikonoxxuti). Madankollu, jekk entità tistenna li t-telf kollu jew porzjon minnu li kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mhux se jkun irkuprat f’xi perjodu jew perjodi fil-futur, din għandha tirriklassifika l-ammont li mhux mistenni li jkun irkuprat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni.

(b) 

Tneħħi l-qligħ u t-telf assoċjati li kienu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 95, u tinkludihom fil-kost inizjali jew ammont riportat ieħor tal-assi jew l-obbligazzjoni.

99   Entità għandha tadotta (a) jew (b) fil-paragrafu 98 bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha u għandha tapplikaha b’mod konsistenti għall-ħeġġijiet kollha li għalihom jirreferi l-paragrafu 98.

100   Għalll-ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus barra dawk koperti bil-paragrafi 97 u 98, l-ammonti li kienu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv għandhom jiġu rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)) fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom il-flussi mbassra ta’ flus soġġetti għall-hedge jaffetwaw il-profitt jew telf (pereżempju, meta jseħħ bejgħ previst).

101   Fi kwalunkwe ċirkustanza li ġejja entità għandha twaqqaf b’mod prospettiv il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar speċifikat fil-paragrafi 95–100:

(a) 

L-istrument għall-iħħeġġjar jiskadi jew jinbiegħ, jiġi terminat jew eżerċitat. F’dan il-każ, il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mill-perjodu meta l-ħeġġ kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a)) għandu jibqa’ separatament fl-ekwità sakemm it-tranżazzjoni prevista sseħħ. Meta t-tranżazzjoni sseħħ, japplika l-paragrafu 97, 98 jew 100. Għall-iskop ta’ dan is-subparagrafu, is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ta’ strument għall-iħħeġġjar bi strument ieħor għall-iħħeġġjar ma jirrappreżentax skadenza jew terminazzjoni jekk tali sostituzzjoni jew rifinanzjament ikun parti mill-istrateġija tal-iħħeġġjar dokumentata tal-entità. Barra minn hekk, għall-iskop ta’ dan is-subparagrafu l-istrument għall-iħħeġġjar ma jiskadix jew ma jiġix terminat jekk:

(i) 

b’konsegwenza ta’ liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jaqblu li kontroparti waħda jew aktar ta’ kklirjar jissostitwixxu l-kontroparti oriġinali tagħhom biex issir il-kontroparti l-ġdida għal kull parti. Għal dan l-għan, kontroparti tal-ikklirjar hija kontroparti ċentrali (xi kultant imsejħa “organizzazzjoni tal-ikklirjar” jew “aġenzija tal-ikklirjar”) jew entità jew entitajiet, pereżempju, membru tal-ikklirjar ta’ organizzazzjoni tal-ikklirjar jew klijent ta’ membru tal-ikklirjar ta’ organizzazzjoni tal-ikklirjar, li qed jaġixxu bħala kontroparti sabiex iwettqu l-ikklirjar minn kontroparti ċentrali. Madankollu, meta l-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jissostitwixxu l-kontrapartijiet oriġinali tagħhom b’kontropartijiet differenti, dan il-paragrafu għandu japplika biss jekk kull waħda minn dawk il-partijiet twettaq l-ikklirjar mal-istess kontroparti ċentrali.

(ii) 

bidliet oħra, jekk ikun hemm, fl-istrument għall-iħħeġġjar jiġu limitati għal dawk li huma meħtieġa biex issir din is-sostituzzjoni tal-kontroparti. Dawn il-bidliet huma limitati għal dawk li huma konsistenti mat-termini li kienu jkunu mistennija kieku l-istrument għall-iħħeġġjar oriġinarjament kien ikklirjat mal-kontroparti tal-ikklirjar. Dawn il-bidliet jinkludu bidliet f’rekwiżiti tal-kollateral, drittijiet biex jitpaċew il-bilanċi tar-riċevibbli u tal-pagabbli, u l-miżati imposti.

(b) 

Il-ħeġġ ma jibqax jissodisfa l-kriterji għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-paragrafu 88. F’dan il-każ, il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mill-perjodu meta l-ħeġġ kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a)) għandu jibqa’ separatament fl-ekwità sakemm it-tranżazzjoni prevista sseħħ. Meta t-tranżazzjoni sseħħ, japplika l-paragrafu 97, 98 jew 100.

(c) 

It-tranżazzjoni prevista mhijiex mistennija li sseħħ, f’liema każ kwalunkwe qligħ jew telf kumulattiv relatat fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mill-perjodu meta l-ħeġġ kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a)) għandu jkun riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni. Tranżazzjoni prevista li ma tibqax probabbli ħafna (ara l-paragrafu 88(c)) xorta tista’ tkun mistennija li sseħħ.

(d) 

L-entità tirrevoka d-deżinjazzjoni. Għal ħeġġijiet ta’ tranżazzjoni prevista, il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mill-perjodu meta l-ħeġġ kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a)) għandu jibqa’ separatament fl-ekwità sakemm it-tranżazzjoni prevista sseħħ jew ma tkunx mistennija aktar li sseħħ. Meta t-tranżazzjoni sseħħ, japplika l-paragrafu 97, 98 jew 100. Jekk it-tranżazzjoni ma tkunx mistennija aktar li sseħħ, il-qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni.

Ħeġġijiet ta’ investiment nett

102   Ħeġġijiet ta’ investiment nett f'operazzjoni barranija, inkluż ħeġġ fuq entrata monetarja li tkun kontabilizzata bħala parti minn investiment nett (ara l-IAS 21), għandhom jiġu kontabilizzati b’mod simili għal ħeġġijiet ta’ flussi ta’ fluss:

(a) 

il-porzjon tal-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li jkun determinat li jkun ħeġġ effettiv (ara l-paragrafu 88) għandu jkun rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv; u

(b) 

il-porzjon ineffettiv għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

Il-qligħ jew telf mill-istrument għall-iħħeġġjar relatat mal-porzjon effettiv tal-ħeġġ li jkun ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv għandu jkun riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007)) f’konformità mal-paragrafi 48-49 tal-IAS 21 dwar id-disponiment jew id-disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija.

Eċċezzjonijiet temporanji mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar

102A Entità għandha tapplika l-paragrafi 102D–102N u 108G għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax. Dawn il-paragrafi japplikaw biss għal tali relazzjonijiet tal-iħħeġġjar. Relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi affettwata direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax biss jekk ir-riforma tagħti lok għal inċertezzi dwar:

(a) 

il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax (speċifikat f’kuntratt jew mhux speċifikat f’kuntratt) deżinjat bħala riskju iħħeġġjat: u/jew

(b) 

it-twaqqit jew l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata jew tal-istrument għall-iħħeġġjar.

102B Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafi 102D–102N, it-terminu “riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax” jirreferi għar-riforma fis-suq kollu ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, inkluża s-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax b’parametru referenzjarju alternattiv bħal dak li jirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport tal-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja ta’ Lulju 2014 “Reforming Major Interest Rate Benchmarks” ( 30 ).

102C Il-paragrafi 102D–102N jipprovdu eċċezzjonijiet biss għar-rekwiżiti speċifikati f’dawn il-paragrafi. Entità għandha tkompli tapplika r-rekwiżiti l-oħrajn kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Rekwiżit probabbli ħafna għal ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus

102D Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 88(c) li tranżazzjoni prevista trid tkun probabbli ħafna, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (speċifikata f’kuntratt jew mhux speċifikata f’kuntratt) ma jinbidilx b’riżultat tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Riklassifikazzjoni tal-qligħ jew telf kumulattiv rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv

102E Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 101(c) sabiex jiġi determinat jekk it-tranżazzjoni prevista ma tkunx għadha mistennija li sseħħ, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (speċifikata f’kuntratt jew mhux speċifikata f’kuntratt) ma jinbidilx b’riżultat tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Valutazzjoni tal-effettività

102F Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafi 88(b) u AG105(a), entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati u/jew ir-riskju ħħeġġjat (speċifikat f’kuntratt jew mhux speċifikat f’kuntratt), jew il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flussi tal-istrument għall-iħħeġġjar, ma jinbidilx b’riżultat tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

102G Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 88(e), entità mhijiex meħtieġa li twaqqaf relazzjoni tal-iħħeġġjar minħabba li r-riżultati attwali tal-ħeġġ ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fil-paragrafu AG105(b). Biex jiġi evitat kull dubju, entità għandha tapplika l-kundizzjonijiet l-oħra fil-paragrafu 88, inkluża l-valutazzjoni prospettiva fil-paragrafu 88(b), biex tivvaluta jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandhiex titwaqqaf.

Deżinjazzjoni ta’ entrati finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati

102H Sakemm ma japplikax il-paragrafu 102I, għal ħeġġ ta’ porzjon mir-riskju taċ-ċaqliq fil-parametru referenzjarju tal-imgħax mhux speċifikat f’kuntratt, entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 81 u AG99F—li l-porzjon iddeżinjat għandu jkun identifikabbli separatament—biss fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar.

102I Meta entità, konsistenti mad-dokumentazzjoni tal-ħeġġ, ta’ spiss tirrisettja (jiġifieri twaqqaf u terġa’ tibda) relazzjoni tal-iħħeġġjar minħabba li kemm l-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll l-entrata ħħeġġjata jinbidlu b’mod frekwenti (jiġifieri l-entità tuża proċess dinamiku li fih kemm l-entrati ħħeġġjati kif ukoll l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati biex jimmaniġġaw dik l-iskopertura ma jibqgħux l-istess għal żmien twil), l-entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 81 u AG99F—li l-parti deżinjata tkun identifikabbli separatament—biss meta tiddeżinja inizjalment entrata ħħeġġjata f’dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Entrata ħħeġġjata li tkun ġiet ivvalutata fiż-żmien tad-deżinjazzjoni inizjali tagħha fir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, sew jekk kien fiż-żmien tal-bidu tal-ħeġġ kif ukoll jekk sussegwentement, ma tiġix ivvalutata mill-ġdid f’ebda rideżinjazzjoni sussegwenti fl-istess relazzjoni tal-iħħeġġjar.

Tmiem tal-applikazzjoni

102J Entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafu 102D għal entrata ħħeġġjata fl-iktar mument kmieni min dawn li ġejjin:

(a) 

meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata; u

(b) 

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li l-entrata ħħeġġjata tkun parti minnha titwaqqaf.

102K Entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafu 102E fl-iktar mument kmieni minn dawn li ġejjin:

(a) 

meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi futuri ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata; u

(b) 

meta l-qligħ jew it-telf kumulattiv kollu rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fir-rigward ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx ikun ġie riklassifikat għal profitt jew telf.

102L Entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafu 102F:

(a) 

għal entrata ħħeġġjata, meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata; u

(b) 

għal strument għall-iħħeġġjar, meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-istrument għall-iħħeġġjar.

Jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar ikunu parti minnha titwaqqaf qabel id-data speċifikata fil-paragrafu 102L(a) jew id-data speċifikata fil-paragrafu 102L(b), l-entità għandha prospettivament tieqaf milli tapplika l-paragrafu 102F għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar fid-data li titwaqqaf.

102M Entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafu 102G għal relazzjoni tal-iħħeġġjar fl-iktar mument kmieni minn dawn li ġejjin:

(a) 

meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat u tal-iskeda ta’ żmien u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata u tal-istrument iħħeġġjat; u

(b) 

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li għaliha tiġi applikata l-eċċezzjoni titwaqqaf.

102N Meta tkun qed tiddeżinja grupp ta’ entrati bħala entrata ħħeġġjata, jew kombinazzjoni ta’ strumenti finanzjarji bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafi 102D–102G għal entrata individwali jew strument finanzjarju f’konformità mal-paragrafi 102J, 102K, 102L, jew 102M, kif rilevanti, meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat u/jew it-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ta’ dik l-entrata jew strument finanzjarju.

102O Entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafi 102H u 102I fl-iktar mument kmieni minn dawn li ġejjin:

(a) 

meta jsiru bidliet meħtieġa minn riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax lill-porzjon tar-riskju speċifikat mhux kuntrattwalment bl-applikazzjoni tal-paragrafu 102P; jew

(b) 

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha l-parti tar-riskju mhux speċifikat f’kuntratt tiġi ddeżinjata titwaqqaf.

Eċċezzjonijiet temporanji addizzjonali li jirriżultaw mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

102P Kif u meta r-rekwiżiti fil-paragrafi 102D-102I ma jibqgħux japplikaw għal relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 102J-102O), entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif dokumentat preċedentement biex tirrifletti l-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, jiġifieri l-bidliet ikunu konsistenti mar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8 tal-IFRS 9. F’dan il-kuntest, id-deżinjazzjoni tal-ħeġġ għandha tiġi emendata biss biex issir waħda minn dawn il-bidliet jew aktar:

(a) 

id-deżinjazzjoni ta’ parametru referenzjarju alternattiv (speċifikat f’kuntratt jew mhux speċifikat f’kuntratt) bħala riskju ħħeġġjat;

(b) 

l-emenda tad-deskrizzjoni tal-entrata ħħeġġjata, inkluża d-deskrizzjoni tal-porzjon iddeżinjat tal-flussi ta’ flus jew tal-valur ġust li jkun qed jiġi ħħeġġjat;

(c) 

l-emenda tad-deskrizzjoni ġenerali tal-istrument tal-iħħeġġjar; jew

(d) 

l-emenda tad-deskrizzjoni ta’ kif l-entità se tivvaluta l-effettività tal-ħeġġ.

102Q Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżit fil-paragrafu 102P(c) jekk jiġu ssodisfati dawn it-tliet kundizzjonijiet:

(a) 

l-entità tagħmel bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax billi tuża approċċ ieħor għajr il-bidla tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafu 5.4.6 tal-IFRS 9);

(b) 

ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tal-istrument għall-iħħeġġjar oriġinali; u

(c) 

l-approċċ magħżul ikun ekonomikament ekwivalenti għall-bidla tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar oriġinali (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.7 u 5.4.8 tal-IFRS 9).

102R Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 102D-102I jistgħu jieqfu milli japplikaw fi żminijiet differenti. Għaldaqstant, meta jiġi applikat il-paragrafu 102P, entità tista’ tkun meħtieġa li temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar tagħha fi żminijiet differenti, jew tista’ tkun meħtieġa li temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar aktar minn darba. Meta, u biss meta, tali bidla ssir lid-deżinjazzjoni tal-ħeġġ, entità għandha tapplika l-paragrafi 102V-102Z2 kif applikabbli. Entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 89 (għal ħeġġ fuq il-valur ġust) jew il-paragrafu 96 (għal ħeġġ tal-flussi ta’ flus) biex tikkontabbilizza kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata jew tal-istrument għall-iħħeġġjar.

102S Entità għandha temenda relazzjoni tal-iħħeġġjar kif meħtieġ fil-paragrafu 102P sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar li matulu tkun saret bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax lir-riskju ħħeġġjat, entrata ħħeġġjata jew strument għall-iħħeġġjar. Biex jiġi evitat kull dubju, tali emenda għad-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar la tikkostitwixxi l-waqfien tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u lanqas id-deżinjazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida.

102T Jekk isiru bidliet minbarra dawk il-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax għall-assi finanzjarju jew għall-obbligazzjoni finanzjarja deżinjata f’relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8 tal-IFRS 9) jew għad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif meħtieġ skont il-paragrafu 102P), entità għandha l-ewwel tapplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard biex tiddetermina jekk dawk il-bidliet addizzjonali jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk il-bidliet addizzjonali ma jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif speċifikat fil-paragrafu 102P.

102U Il-paragrafi 102V–102Z3 jipprovdu eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti speċifikati f’dawk il-paragrafi biss. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’dan l-Istandard, inklużi l-kriterji kwalifikanti fil-paragrafu 88, għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Kontabbiltà għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kwalifikanti

Valutazzjoni tal-effettività retrospettiva

102V Għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività retrospettiva ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar fuq bażi kumulattiva bl-applikazzjoni tal-paragrafu 88(e) u għal din il-fini biss, entità tista’ tagħżel li terġa’ tirrisettja għal żero l-bidliet kumulattivi fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata u tal-istrument għall-iħħeġġjar meta ma jibqax japplika l-paragrafu 102G kif meħtieġ mill-paragrafu 102M. Din l-għażla ssir b’mod separat għal kull relazzjoni tal-iħħeġġjar (jiġifieri fuq bażi ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar individwali).

Ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus

102W Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 97, fil-punt meta entità temenda d-deskrizzjoni ta’ entrata ħħeġġjata kif meħtieġ fil-paragrafu 102P(b), il-qligħ jew it-telf kumulattiv f’introjtu ieħor komprensiv għandu jitqies bħala bbażat fuq il-parametru referenzjarju alternattiv li fuqu jiġu determinati l-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati.

102X Għal relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx, meta l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu kienu bbażati l-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati jinbidel kif meħtieġ mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 101(c) sabiex jiġi determinat jekk il-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati humiex mistennija li jseħħu, l-ammont akkumulat f’introjtu ieħor komprensiv għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandu jitqies bħala bbażat fuq il-parametru referenzjarju alternattiv li fuqu se jkunu bbażati l-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati.

Gruppi ta’ entrati

102Y Meta entità tapplika l-paragrafu 102P għal gruppi ta’ entrati ddeżinjati bħala entrati ħħeġġjati f’valur ġust jew ħeġġ tal-flussi ta’ flus, l-entità għandha talloka l-entrati ħħeġġjati lil sottogruppi fuq il-bażi tal-parametru referenzjarju li jkun qed jiġi ħħeġġjat u tiddeżinja l-parametru referenzjarju bħala r-riskju ħħeġġjat għal kull sottogrupp. Pereżempju, f’relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha grupp ta’ entrati jkun iħħeġġjat għal bidliet f’parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax soġġett għar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, il-flussi ta’ flus iħħeġġjati jew il-valur ġust ta’ xi entrati fil-grupp jistgħu jinbidlu biex issir referenza għal parametru referenzjarju alternattiv qabel ma jinbidlu entrati oħra fil-grupp. F’dan l-eżempju, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 102P, l-entità tiddeżinja l-parametru referenzjarju alternattiv bħala r-riskju ħħeġġjat għal dak is-sottogrupp rilevanti ta’ entrati ħħeġġjati. L-entità tkompli tiddeżinja l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax eżistenti bħala r-riskju ħħeġġjat għas-sottogrupp l-ieħor ta’ entrati ħħeġġjati sakemm il-flussi ta’ flus iħħeġġjati jew il-valur ġust ta’ dawk l-entrati jinbidlu biex issir referenza għall-parametru referenzjarju alternattiv jew l-entrati jiskadu u jiġu sostitwiti b’entrati ħħeġġjati li jagħmlu referenza għall-parametru referenzjarju alternattiv.

102Z Entità għandha tivvaluta separatament jekk kull sottogrupp jissodisfax ir-rekwiżiti fil-paragrafi 78 u 83 biex ikun entrata ħħeġġjata eliġibbli. Jekk xi sottogrupp jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafi 78 u 83, l-entità għandha twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi. Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti fil-paragrafi 89 jew 96 biex tikkontabbilizza l-ineffettività relatata mar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi.

Deżinjazzjoni ta’ entrati finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati

102Z1 Parametru referenzjarju alternattiv iddeżinjat bħala parti minn riskju mhux speċifikat f’kuntratt li ma jkunx identifikabbli separatament (ara l-paragrafi 81 u AG99F) fid-data li fiha jiġi ddeżinjat għandu jitqies li jkun issodisfa dak ir-rekwiżit f’dik id-data, jekk, u biss jekk, l-entità tistenna b’mod raġonevoli li l-parametru referenzjarju alternattiv ikun identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar. Il-perjodu ta’ 24 xahar japplika għal kull parametru referenzjarju alternattiv separatament u jibda mid-data li fiha l-entità tiddeżinja l-parametru referenzjarju alternattiv bħala porzjon ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt għall-ewwel darba (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar japplika fuq bażi ta’ rata b’rata).

102Z2 Jekk sussegwentement entità raġonevolment tistenna li l-parametru referenzjarju alternattiv mhux se jkun identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-entità tkun iddeżinjatu bħala porzjon minn riskju mhux speċifikat f’kuntratt għall-ewwel darba, l-entità għandha tieqaf tapplika r-rekwiżit fil-paragrafu 102Z1 għal dak il-parametru referenzjarju alternattiv u twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar prospettivament mid-data ta’ dik ir-rivalutazzjoni għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha li fihom il-parametru referenzjarju alternattiv ikun ġie ddeżinjat bħala porzjon minn riskju mhux speċifikat f’kuntratt.

102Z3 Minbarra dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar speċifikati fil-paragrafu 102P, entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 102Z1 u 102Z2 għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar ġodda li fihom parametru referenzjarju alternattiv ikun iddeżinjat bħala porzjon minn riskju mhux speċifikat f’kuntratt (ara l-paragrafi 81 u AG99F) meta, minħabba r-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, dak il-porzjon tar-riskju ma jkunx identifikabbli separatament fid-data li fih ġie ddeżinjat.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103 Entità għandha tapplika dan l-Istandard (inkluż l-emendi maħruġa f’Marzu 2004) għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità ma għandhiex tapplika dan l-Istandard (inkluż l-emendi maħruġa f’Marzu 2004) għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2005 sakemm ma tapplikax ukoll l-IAS 32 (maħruġ f’Diċembru 2003). Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

103A [Imħassar]

103B [Imħassar]

103C L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 95(a), 97, 98, 100, 102, 108 u AG99B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

103D [Imħassar]

103E L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafu 102. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

103F [Imħassar]

103G Entità għandha tapplika l-paragrafi AG99BA, AG99E, AG99F, AG110A u AG110B retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika Entrati Ħħeġġjati Eliġibbli (Emenda fl-IAS 39) għal perjodi li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

103H–103J [Imħassar]

103K  Titjib fl-IFRSs, maħruġ f’April 2009, emenda l-paragrafi 2(g), 97 u 100. Entità għandha tapplika l-emendi għal dawk il-paragrafi b'mod prospettiv għall-kuntratti kollha li ma jkunux skadew għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

103L–103P [Imħassar]

103Q L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 9, 13, 28, 47, 88, AG46, AG52, AG64, AG76, AG76A, AG80, AG81 u AG96, żied il-paragrafu 43A u ħassar il-paragrafi 48–49, AG69–AG75, AG77–AG79 u AG82. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

103R  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi 2 u 80. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess żmien.

103S [Imħassar]

103T L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 2, 9, 43, 47, 55, AG2, AG4 u AG48 u żied il-paragrafi 2A, 44A, 55A u AG8A–AG8C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

103U L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2, 8, 9, 71, 88–90, 96, AG95, AG114, AG118 u l-intestaturi fuq AG133 u ħassar il-paragrafi 1, 4–7, 10–70, 103B, 103D, 103F, 103H–103J, 103L–103P, 103S, 105–107A, 108E–108F, AG1–AG93 u AG96. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

103V [Dan il-paragrafu żdied għal entità li ma kinitx adottat l-IFRS 9.].

104 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat b’mod retrospettiv ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 108. Il-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-aktar perjodu preċedenti bikri ppreżentat u l-ammonti l-oħra kollha mqabbla għandhom jiġu aġġustati bħallikieku dan l-Istandard minn dejjem kien fis-seħħ ħlief jekk ma jkunx prattiku li l-informazzjoni tiġi rridikjarata. Jekk ma jkunx prattiku li ssir ridikjarazzjoni, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt u tindika sa fejn l-informazzjoni kienet ridikjarata.

105–107A [Imħassar]

108 Entità ma għandhiex taġġusta l-ammont riportat ta’ assi mhux finanzjarji u obbligazzjonijiet mhux finanzjarji biex teskludi qligħ jew telf relatat ma’ ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus li kienu inklużi fl-ammont riportat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja li fiha dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba. Fil-bidu tal-perjodu finanzjarju li fih dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba, kwalunkwe ammont rikonoxxut barra mill-profitt jew telf (f’introjtu ieħor komprensiv jew direttament fl-ekwità) għal ħeġġ ta’ impenn sod li taħt dan l-Istandard jiġi kontabbilizzat bħala ħeġġ fuq il-valur ġust, għandu jiġi riklassifikat bħala assi jew obbligazzjoni, ħlief għal ħeġġ ta’ riskju tal-munita barranija li jibqa’ jiġi trattat bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

108A Entità għandha tapplika l-aħħar sentenza tal-paragrafu 80, u l-paragrafi AG99A u AG99B, għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tkun iddeżinjat bħala l-entrata ħħeġġjata tranżazzjoni prevista esterna li:

(a) 

tkun denominata fil-munita barranija tal-entità li tkun se tidħol fit-tranżazzjoni;

(b) 

tagħti lok għal skopertura li jkollha effett fuq il-profitt jew telf konsolidat (jiġifieri tkun denominata f’munita għajr il-munita tal-preżentazzjoni tal-grupp); u

(c) 

kienet tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar li kieku ma kinitx denominata fil-munita funzjonali tal-entità li tkun se tidħol fit-tranżazzjoni;

din tista’ tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar fir-rapporti finanzjarji konsolidati fil-perjodu/i ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 80, u l-paragrafi AG99A u AG99B.

108B Entità ma għandhiex għalfejn tapplika l-paragrafu AG99B għal informazzjoni komparattiva relatata ma’ perjodi qabel id-data tal-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 80 u l-paragrafi AG99A.

108C Il-paragrafi 73 u AG8 ġew emendati mit-Titjib fl-IFRSs, maħruġ f’Mejju 2008. Il-paragrafu 80 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs, maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija tal-emendi kollha hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

108D  Novazzjoni ta’ Derivattivi u Kontinwazzjoni ta’ Kontabbiltà għall-Iħħeġġjar (Emendi fl-IAS 39), maħruġ f’Ġunju 2013, emenda l-paragrafi 91 u 101 u żied il-paragrafu AG113A. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

108E–108F [Imħassra]

108G  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39 u l-IFRS 7, maħruġ f’Settembru 2019, żied il-paragrafi 102A–102N. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawn l-emendi retrospettivament għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba jew li kienu ddeżinjati wara, u għall-qligħ jew telf rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv li kien jeżisti fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba.

108H  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax — Fażi 2, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39, l-IFRS 7, l-IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġ f’Awwissu 2020, żied il-paragrafi 102O–102Z3 u 108I–108K, u emenda l-paragrafu 102M. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawn l-emendi retrospettivament f’konformità mal-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 108I–108K.

108I Entità għandha tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida (pereżempju, kif deskritt fil-paragrafu 102Z3) b’mod prospettiv biss (jiġifieri entità tkun ipprojbita milli tiddeżinja relazzjoni ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ġdida f’perjodi preċedenti). Madankollu, entità għandha terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx jekk, u biss jekk, dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a) 

l-entità kienet waqqfet dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar biss minħabba bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax u l-entità ma kinitx tkun meħtieġa li ma tkomplix dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jekk dawn l-emendi kienu applikati f’dak iż-żmien; u

(b) 

fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi), dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx tissodisfa l-kriterji kwalifikanti għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (wara li jitqiesu dawn l-emendi).

108J Jekk, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 108I, entità terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx, l-entità għandha tifhem ir-referenzi fil-paragrafi 102Z1 u 102Z2 tad-data meta l-parametru referenzjarju alternattiv jiġi deżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt għall-ewwel darba bħala li jirreferu għad-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar għal dak il-parametru referenzjarju alternattiv iddeżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt jibda mid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi).

108K Entità mhijiex meħtieġa tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti jekk, u biss jekk, dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

IRTIRAR TA’ STQARRIJIET OĦRAJN

109 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl rivedut f’Ottubru 2000.

110 Dan l-Istandard u l-Gwida għall-Implimentazzjoni li takkumpanjah jieħdu post il-Gwida għall-Implimentazzjoni maħruġa mill-IAS 39 Kumitat tal-Gwida għall-Implimentazzjoni, stabbilit mill-eks IASC.

Appendiċi A

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-Istandard.

AG1–AG93 [Imħassra]

IĦĦEĠĠJAR (il-paragrafi 71–102)

Strumenti għall-iħħeġġjar (il-paragrafi 72–77)

Strumenti kwalifikanti (il-paragrafi 72 u 73)

AG94 It-telf potenzjali fuq opzjoni li entità tbigħ jista’ jkun ferm akbar mill-qligħ potenzjali fil-valur ta’ entrata ħħeġġjata relatata. Fi kliem ieħor, opzjoni mibjugħa mhijiex effettiva fit-tnaqqis tal-iskopertura tal-profitt jew telf ta’ entrata ħħeġġjata. Għaldaqstant, opzjoni mibjugħa ma tikkwalifikax bħala strument għall-iħħeġġjar sakemm ma tkunx deżinjata bħala tpaċija għal opzjoni mixtrija, inkluż waħda li tinsab fi strument finanzjarju ieħor (pereżempju, opzjoni call mibjugħa użata biex tiħħeġġja għal obbligazzjoni li tista’ tinfeda). Għall-kuntrarju, opzjoni mixtrija għandha qligħ potenzjali ugwali jew akbar mit-telf u għaldaqstant għandha l-potenzjal li tnaqqas l-iskopertura għall-profitt jew telf minn bidliet fil-valuri ġusti jew flussi ta’ flus. B’hekk, tista’ tikkwalifika bħala strument għall-iħħeġġjar.

AG95 Assi finanzjarju mkejjel fil-kost amortizzat jista’ jiġi deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar f’ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija.

AG96 [Imħassar]

AG97 Strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità mhumiex assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità u għaldaqstant ma jistgħux jiġu deżinjati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

Entrati ħħeġġjati (il-paragrafi 78–84)

Entrati kwalifikanti (il-paragrafi 78–80)

AG98 Impenn sod għal akkwiżizzjoni ta’ negozju f’kombinament ta’ negozji ma jistax ikun entrata ħħeġġjata, ħlief għal riskju tal-munita barranija, minħabba li r-riskji l-oħra li jiġu ħħeġġjati ma jistgħux jiġu identifikati u jitkejlu b’mod speċifiku. Dawn ir-riskji l-oħra huma riskji tan-negozju ġenerali.

AG99 Investiment fil-metodu ta’ ekwità ma jistax ikun entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust minħabba li l-metodu ta’ ekwità jirrikonoxxi fi profitt jew telf is-sehem tal-investitur tal-profitt jew telf tal-kumpanija assoċjata, minflok il-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Minħabba raġuni simili, investiment f’sussidjarja konsolidata ma jistax ikun entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust minħabba li l-konsolidazzjoni tirrikonoxxi fi profitt jew telf il-profitt jew telf tas-sussidjarja, minflok bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija huwa differenti minħabba li huwa ħeġġ tal-iskopertura għall-munita barranija, mhux ħeġġ fuq il-valur ġust tal-bidla fil-valur tal-investiment.

AG99A Il-paragrafu 80 jiddikjara li f’rapporti finanzjarji konsolidati, ir-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista probabbli ħafna jista’ jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus, dment li t-tranżazzjoni tkun denominata f’munita għajr dik funzjonali tal-entità li tkun daħlet f’dik it-tranżazzjoni u r-riskju tal-munita barranija jaffettwa l-profitt jew it-telf konsolidat. Għal dan il-għan, entità tista’ tkun kumpanija omm, sussidjarja, kumpanija assoċjata, impriża konġunta jew fergħa. Jekk ir-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista ma jaffettwax il-qligħ jew it-telf ikkonsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp ma tistax tikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata. Dan huwa normalment il-każ għal pagamenti ta’ royalties, pagamenti tal-imgħax jew imposti tal-ġestjoni bejn membri tal-istess grupp sakemm ma jkunx hemm tranżazzjoni esterna relatata. Madankollu, meta r-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista se jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp tista’ tikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata. Eżempju ta’ dan huwa l-bejgħ jew ix-xiri previst ta’ inventarji bejn il-membri tal-istess grupp jekk ikun hemm bejgħ sussegwenti tal-inventarju lil parti esterna għall-grupp. Bl-istess mod, bejgħ intragrupp previst tal-impjanti u t-tagħmir mill-entità tal-grupp li tkun immanifatturathom lil entità tal-grupp li se tagħmel użu mill-impjanti u t-tagħmir fl-operazzjonijiet tagħha jista’ jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat. Dan jista’ jseħħ, pereżempju, minħabba li l-impjanti u t-tagħmir ikunu se jiġu deprezzati mill-entità li qed tixtri u l-ammont inizjalment rikonoxxut għall-impjanti u t-tagħmir jista’ jinbidel jekk it-tranżazzjoni intragrupp prevista tkun denominata f’munita li ma tkunx il-munita funzjonali tal-entità li qed tixtri.

AG99B Jekk ħeġġ ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista jikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, kwalunkwe qligħ jew telf li jkun rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 95(a) għandu jkun riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom ir-riskju tal-munita barranija tat-tranżazzjoni ħħeġġjata taffettwa l-profitt jew telf konsolidat.

AG99BA Entità tista’ tiddeżinja l-bidliet kollha fil-flussi ta’ flus jew il-valur ġust ta’ entrata ħħeġġjata f’relazzjoni tal-iħħeġġjar. Entità tista’ tiddeżinja wkoll biss il-bidliet fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust ta’ entrata ħħeġġjata f’livell ogħla jew inqas minn prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (riskju unilaterali). Il-valur intrinsiku ta’ strument għall-iħħeġġjar għal opzjoni mixtrija (jekk wieħed jassumi li għandu l-istess termini prinċipali bħar-riskju deżinjat), iżda mhux il-valur taż-żmien tiegħu, jirrifletti riskju unilaterali f’entrata ħħeġġjata. Pereżempju, entità tista’ tiddeżinja l-varjabbiltà tal-eżiti tal-flussi futuri ta’ flus li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ta’ xiri previst ta’ komodità. F’sitwazzjoni bħal din, jiġi deżinjat biss it-telf tal-flussi ta’ flus li jirriżulta minn żieda fil-prezz ’il fuq mil-livell speċifikat. Ir-riskju ħħeġġjat ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni mixtrija minħabba li l-valur taż-żmien mhuwiex komponent tat-tranżazzjoni prevista li taffettwa l-profitt jew telf (il-paragrafu 86(b)).

Deżinjazzjoni ta’ entrati finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati (il-paragrafi 81 u 81A)

AG99C […] L-entità tista’ tiddeżinja l-flussi ta’ flus kollha tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja kollha bħala l-entrata ħħeġġjata u tiħħeġġjahom għal riskju partikulari wieħed biss (eż. għal bidliet li huma attribwibbli għal bidliet fil-LIBOR biss). Pereżempju, fil-każ ta’ obbligazzjoni finanzjarja li r-rata effettiva tal-imgħax tagħha hija 100 punt bażi taħt il-LIBOR, entità tista’ tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata l-obbligazzjoni kollha (jiġifieri l-kapital miżjud bl-imgħax fil-LIBOR li minnu jitnaqqsu 100 punt bażi) u tiħħeġġja l-bidla fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus ta’ dik l-obbligazzjoni kollha li hija attribwibbli għall-bidliet fil-LIBOR. L-entità tista’ tagħżel ukoll proporzjon tal-ħeġġ li ma jkunx wieħed għal wieħed biex ittejjeb l-effettività tal-ħeġġ kif deskritt fil-paragrafu AG100.

AG99D Barra minn hekk, jekk strument finanzjarju b’rata fissa jiġi ħħeġġjat xi żmien wara l-bidu tiegħu u r-rati tal-imgħax sadanittant ikunu nbidlu, l-entità tista’ tiddeżinja parti ugwali għall-parametru referenzjarju […]. Pereżempju, nassumu li entità toriġina assi finanzjarju b’rata fissa ta’ CU 100 li jkollu rata effettiva tal-imgħax ta’ 6 fil-mija fi żmien meta l-LIBOR tkun 4 fil-mija. Din tibda tiħħeġġja dak l-assi ftit aktar tard meta l-LIBOR tkun żdiedet għal 8 fil-mija u l-valur ġust tal-assi jkun naqas għal CU 90. L-entità tikkalkula li kieku kienet xtrat l-assi fid-data li fiha tikklassifikah bħala entrata hedged għall-valur ġust tiegħu ta' dak il-ħin ta’ CU90, ir-rendiment effettiv kien ikun ta’ 9,5 fil-mija. […]. L-entità tista’ tiddeżinja porzjon mil-LIBOR ta’ 8 fil-mija li tkun tikkonsisti parzjalment mill-flussi ta’ flus tal-imgħax kuntrattwali u parzjalment mid-differenza bejn il-valur ġust kurrenti (jiġifieri CU 90) u l-ammont ripagabbli mal-maturità (jiġifieri CU 100).

AG99E Il-paragrafu 81 jippermetti li entità tiddeżinja xi ħaġa apparti mill-bidla sħiħa fil-valur ġust jew il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus ta’ strument finanzjarju. Pereżempju:

(a) 

il-flussi ta’ flus kollha ta’ strument finanzjarju jistgħu jiġu deżinjati għal bidliet fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust attribwibbli lil xi riskji (iżda mhux kollha); jew

(b) 

uħud mill-flussi ta’ flus (iżda mhux kollha) ta’ strument finanzjarju jistgħu jiġu deżinjati għal bidliet fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust attribwibbli għar-riskji kollha jew għal uħud minnhom biss (jiġifieri “porzjon” mill-flussi ta’ flus tal-istrument finanzjarju jista’ jiġi deżinjat għal bidliet attribwibbli għar-riskji kollha jew għal uħud minnhom biss).

AG99F Biex ikunu eliġibbli għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, ir-riskji u l-porzjonijiet deżinjati jridu jkunu komponenti identifikabbli separatament tal-istrument finanzjarju, u l-bidliet fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju kollu li jirriżultaw minn bidliet fir-riskji u l-porzjonijiet deżinjati jridu jkunu jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli. Pereżempju:

(a) 

għal strument finanzjarju b’rata fissa ħħeġġjat għal bidliet fil-valur ġust li jkunu attribwibbli għal bidliet f’rata tal-imgħax ħielsa mir-riskji jew parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, ir-rata ħielsa mir-riskji jew il-parametru referenzjarju normalment jitqies kemm bħala komponent identifikabbli separatament tal-istrument finanzjarju kif ukoll bħala li jista’ jitkejjel b’mod affidabbli;

(b) 

l-inflazzjoni mhijiex identifikabbli separatament u ma tistax titkejjel b’mod affidabbli u ma tistax tiġi deżinjata bħala riskju jew porzjon minn strument finanzjarju sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti f’(c);

(c) 

il-porzjon minn inflazzjoni speċifikata f’kuntratt tal-flussi ta’ flus ta’ bond rikonoxxut marbut mal-inflazzjoni (jekk wieħed jassumi li ma hemm ebda rekwiżit li derivattiv inkorporat jiġi kontabbilizzat separatament) hija identifikabbli separatament u tista’ titkejjel b’mod affidabbli sakemm flussi ta’ flus oħrajn tal-istrument ma jkunux affettwati mill-porzjon tal-inflazzjoni.

Deżinjazzjoni ta’ entrati mhux finanzjarji bħala entrati ħħeġġjati (il-paragrafu 82)

AG100 Bidliet fil-prezz ta’ ingredjent jew komponent ta’ assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja ġeneralment ma għandhomx effett prevedibbli u li jista’ jitkejjel b’mod separat fuq il-prezz tal-entrata li jkun komparabbli għall-effett ta’, ngħidu aħna, bidla fir-rati tal-imgħax tas-suq fuq il-prezz ta’ bond. Għalhekk, assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja hija entrata ħħeġġjata biss fit-totalità tagħha jew għal riskju tal-munita barranija. Jekk ikun hemm differenza bejn it-termini tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata (bħal għal ħeġġ tax-xiri previst tal-kafè Brażiljan permezz ta’ kuntratt forward għal xiri ta’ kafè Kolombjan b’termini simili), madankollu, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tista’ tikkwalifika bħala relazzjoni tal-iħħeġġjar sakemm il-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 88 jiġu ssodisfati, inkluż li l-ħeġġ ikun mistenni li jkun ferm effettiv. Għal dan il-għan, l-ammont tal-istrument tal-iħħeġġjar jista’ jkun akbar jew inqas minn dak tal-entrata ħħeġġjata jekk dan itejjeb l-effettività tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, tista’ ssir analiżi rigressiva biex tistabbilixxi relazzjoni statistika bejn l-entrata ħħeġġjata (eż. tranżazzjoni fil-kafè Brażiljan) u l-istrument tal-iħħeġġjar (eż. tranżazzjoni fil-kafè Kolombjan). Jekk ikun hemm relazzjoni statistika valida bejn iż-żewġ varjabbli (jiġifieri bejn il-prezzijiet tal-unità tal-kafè Brażiljan u l-kafè Kolombjan), in-niżla tal-linja ta’ rigressjoni tista’ tintuża biex tistabbilixxi l-proporzjon tal-ħeġġ li timmassimizza l-effettività mistennija. Pereżempju, jekk in-niżla tal-linja ta’ rigressjoni tkun ta’ 1,02, proporzjon tal-ħeġġ ibbażat fuq kwantitajiet ta’ 0,98 ta’ entrati ħħeġġjati għal kwantitajiet ta’ 1,00 tal-istrument tal-iħħeġġjar jimmassimizza l-effettività mistennija. Madankollu, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tista’ tirriżulta f’nuqqas ta’ effettività li hija rikonoxxuta fi profitt jew telf matul it-terminu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar.

Deżinjazzjoni ta’ gruppi ta’ entrati bħala entrati ħħeġġjati (il-paragrafi 83 u 84)

AG101 Ħeġġ ta’ pożizzjoni netta totali (eż. in-nett tal-assi b’rata fissa u l-obbligazzjonijiet b’rata fissa kollha b’maturitajiet simili), minflok tkun entrata ħħeġġjata speċifika, ma tikkwalifikax għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Madankollu, jista’ jintlaħaq kważi l-istess effett fuq il-profitt jew telf tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal din it-tip ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tiġi deżinjata parti mill-entrati sottostanti bħala l-entrata ħħeġġjata. Pereżempju, jekk bank ikollu CU 100 ta’ assi u CU 90 ta’ obbligazzjonijiet b’riskji u termini ta’ natura simili u jiħħeġġja l-iskopertura netta ta’ CU 10, dan jista’ jiddeżinja CU 10 ta’ dawk l-assi bħala l-entrata ħħeġġjata. Din id-deżinjazzjoni tista’ tintuża jekk assi u obbligazzjonijiet bħal dawn ikunu strumenti b’rata fissa, f’liema każ ikun ħeġġ fuq il-valur ġust, jew jekk ikunu strumenti b’rata varjabbli, f’liema każ ikun ħeġġ tal-flussi ta’ flus. Bl-istess mod, jekk entità jkollha impenn sod li tixtri CU 100 f’munita barranija u jkollha impenn sod li tbigħ CU 90 fil-munita barranija, din tista’ tiħħeġġja l-ammont nett ta’ CU 10 billi takkwista derivattiv u tiddeżinjah bħala strument għall-iħħeġġjar assoċjat ma’ CU 10 tal-impenn sod ta’ xiri ta’ CU 100.

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar (il-paragrafi 85-102)

AG102 Eżempju ta’ ħeġġ fuq il-valur ġust huwa ħeġġ ta’ skopertura għal bidliet fil-valur ġust ta’ strument ta’ dejn b’rata fissa b’riżultat tal-bidliet fir-rati tal-imgħax. Kemm l-emittent kif ukoll id-detentur jistgħu jidħlu għal ħeġġ bħal dan.

AG103 Eżempju ta’ ħeġġ tal-flussi ta’ flus huwa l-użu ta’ swap biex id-dejn b’rata flessibbli jinbidel f’dejn b’rata fissa (jiġifieri ħeġġ ta’ tranżazzjoni futura fejn il-flussi futuri ta’ flus li jkunu qegħdin jiġu ħħeġġjati jkunu l-pagamenti tal-imgħax futuri).

AG104 Ħeġġ ta’ impenn sod (eż. ħeġġ tal-bidla fil-prezz tal-fjuwil relatata ma’ impenn kuntrattwali mhux rikonoxxut minn utilità tal-elettriku għal xiri ta’ fjuwil bi prezz fiss) huwa ħeġġ ta’ skopertura għal bidla fil-valur ġust. Għaldaqstant, ħeġġ bħal dan huwa ħeġġ fuq il-valur ġust. Madankollu, taħt il-paragrafu 87 ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta’ impenn sod jista’ inkella jiġi kontabbilizzat bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

Valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ

AG105 Ħeġġ jitqies biss bħala effettiv ferm fil-każ li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Mal-bidu tal-ħeġġ u f’perjodi sussegwenti, il-ħeġġ ikun mistenni li jkun ferm effettiv fil-kisba ta’ bidliet ta’ tpaċija fil-valur ġust jew flussi ta’ flus attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat matul il-perjodu li għalih ikun ġie deżinjat il-ħeġġ. Aspettattiva bħal din tista’ tintwera b’diversi modi, inkluż tqabbil tal-bidliet tal-passat fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata li huma attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat ma’ bidliet tal-passat fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-istrument tal-iħħeġġjar, jew b’turija ta’ korrelazzjoni statistika għolja bejn il-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata u dawk tal-istrument tal-iħħeġġjar. L-entità tista’ tagħżel proporzjon tal-ħeġġ li ma jkunx wieħed għal wieħed biex ittejjeb l-effettività tal-ħeġġ kif deskritt fil-paragrafu AG100.

(b) 

Ir-riżultati attwali tal-ħeġġ huma fil-medda ta’ 80-125 fil-mija. Pereżempju, jekk ir-riżultati attwali jkunu tali li t-telf fuq l-istrument tal-iħħeġġjar ikun ta’ CU 120 u l-qligħ fuq l-istrumenti ta’ flus ikun ta’ CU 100, it-tpaċija tista’ titkejjel permezz ta’ 120/100, li hija 120 fil-mija, jew permezz ta’ 100/120, li hija 83 fil-mija. F’dan l-eżempju, jekk nassumu li l-ħeġġ jissodisfa l-kundizzjoni f’(a), l-entità tikkonkludi li l-ħeġġ kien effettiv ferm.

AG106 L-effettività hija vvalutata, bħala minimu, fil-ħin li entità tħejji r-rapporti finanzjarji annwali jew interim tagħha.

AG107 Dan l-Istandard ma jispeċifikax metodu waħdieni għall-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ. Il-metodu li entità tadotta għall-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ jiddependi fuq l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tagħha. Pereżempju, jekk l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità hija li taġġusta l-ammont tal-istrument tal-iħħeġġjar perjodikament biex tirrifletti bidliet fil-pożizzjoni ħħeġġjata, l-entità teħtieġ turi li l-ħeġġ huwa mistenni li jkun ferm effettiv biss għall-perjodu sakemm l-ammont tal-istrument tal-iħħeġġjar jerġa’ jiġi aġġustat. F’xi każijiet, entità tadotta metodi differenti għal tipi differenti ta’ ħeġġijiet. Id-dokumentazzjoni ta’ entità tal-istrateġija tal-iħħeġġjar tagħha tinkludi l-proċeduri tagħha għall-valutazzjoni tal-effettività. Dawk il-proċeduri jiddikjaraw jekk il-valutazzjoni tinkludix il-qligħ jew it-telf kollu fuq strument tal-iħħeġġjar jew jekk il-valur taż-żmien tal-istrument huwiex eskluż.

AG107A […].

AG108 Jekk it-termini prinċipali tal-istrument tal-iħħeġġjar u tal-assi, obbligazzjoni, impenn sod jew tranżazzjoni prevista probabbli ħafna ħħeġġjata jkunu l-istess, il-bidliet fil-valur ġust u l-flussi ta’ flus attribwibbli għar-riskju li jkun qiegħed jiġi ħħeġġjat aktarx li jpaċu lil xulxin għalkollox, kemm meta jsir ħeġġ kif ukoll wara. Pereżempju, swap ta’ rata tal-imgħax x’aktarx li tkun ħeġġ effettiv jekk l-ammonti nozzjonali u ta’ kapital, it-terminu, id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid, id-dati tal-imgħax u r-riċevuti u l-pagamenti tal-kapital, u l-bażi għall-kejl tar-rati tal-imgħax ikunu l-istess għall-istrument tal-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata. Barra minn hekk, ħeġġ ta’ xiri previst probabbli ħafna ta’ komodità b’kuntratt forward x’aktarx li jkun ferm effettiv jekk:

(a) 

il-kuntratt forward ikun għax-xiri tal-istess kwantità tal-istess komodità fl-istess ħin u post tax-xiri previst iħħeġġjat;

(b) 

il-valur ġust tal-kuntratt forward mal-ħolqien tiegħu jkun żero; u

(c) 

il-bidla fl-iskont jew il-primjum fuq il-kuntratt forward ikun eskluż mill-valutazzjoni tal-effettività u jkun rikonoxxut fi profitt jew telf jew il-bidla fil-flussi ta’ flus mistennija fuq it-tranżazzjoni prevista probabbli ħafna tkun ibbażata fuq il-prezz forward għall-komodità.

AG109 Xi kultant l-istrument tal-iħħeġġjar ipaċi biss parti mir-riskju ħħeġġjat. Pereżempju, ħeġġ ma jkunx effettiv għalkollox jekk l-istrument tal-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jkunu denominati f’muniti differenti li ma jimxux id f’id. Barra minn hekk, ħeġġ ta’ riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li juża derivattiv ma jkunx effettiv għalkollox jekk parti mill-bidla fil-valur ġust tad-derivattiv tkun attribwibbli għar-riskju ta’ kreditu tal-kontraparti.

AG110 Biex jikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, il-ħeġġ irid jkollu x’jaqsam ma’ riskju speċifiku identifikat u deżinjat, u mhux biss mar-riskji tan-negozju ġenerali tal-entità, u jrid fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-profitt jew telf tal-entità. Ħeġġ tar-riskju tal-obsolexxenza ta’ assi fiżiku jew ir-riskju tal-esproprjazzjoni tal-proprjetà minn gvern mhuwiex eliġibbli għall-kontabbiltà tal-ħeġġ; l-effettività ma tistax titkejjel minħabba li dawk ir-riskji ma jistgħux jitkejlu b'mod affidabbli.

AG110A Il-paragrafu 74(a) jippermetti li entità tissepara l-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u tiddeżinja bħala l-istrument għal-iħħeġġjar biss il-bidla fil-valur intrinsiku tal-kuntratt ta’ opzjoni. Tali deżinjazzjoni tista’ tirriżulta f’relazzjoni tal-iħħeġġjar li tkun perfettament effettiva biex jinkisbu bidliet ta’ tpaċija fil-flussi ta’ flus attribwibbli għal riskju unilaterali ħħeġġjat ta’ tranżazzjoni prevista, jekk it-termini prinċipali tat-tranżazzjoni prevista u tal-istrument għall-iħħeġġjar ikunu l-istess.

AG110B Jekk entità tiddeżinja opzjoni mixtrija fit-totalità tagħha bħala l-istrument għall-iħħeġġjar ta’ riskju unilaterali li jirriżulta minn tranżazzjoni prevista, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tkunx perfettament effettiva. Dan għaliex il-primjum imħallas għall-opzjoni jinkludi l-valur taż-żmien u, kif iddikjarat fil-paragrafu AG99BA, riskju unilaterali deżinjat ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni. Għaldaqstant, f’din is-sitwazzjoni, ma jkun hemm ebda tpaċija bejn il-flussi ta’ flus relatati mal-valur taż-żmien tal-primjum imħallas tal-opzjoni u r-riskju ħħeġġjat deżinjat.

AG111 Fil-każ ta’ riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-effettività tal-ħeġġ tista’ tiġi vvalutata billi titħejja skeda tal-maturità għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li turi l-iskopertura tar-rata tal-imgħax netta għal kull perjodu ta’ żmien, sakemm l-iskopertura netta tkun assoċjata ma’ assi jew obbligazzjoni speċifika (jew grupp speċifiku ta’ assi jew obbligazzjonijiet jew porzjon speċifiku minnhom) li tirriżulta fl-iskopertura netta, u l-effettività tal-ħeġġ tkun ivvalutata kontra dak l-assi jew l-obbligazzjoni.

AG112 Fil-valutazzjoni tal-effettività ta’ ħeġġ, entità ġeneralment tikkunsidra l-valur taż-żmien tal-flus. Ir-rata tal-imgħax fissa fuq entrata ħħeġġjata ma teħtieġx li taqbel eżattament mar-rata tal-imgħax fissa fuq swap deżinjat bħala ħeġġ fuq il-valur ġust. Ir-rata tal-imgħax varjabbli fuq assi jew obbligazzjoni bl-imgħax lanqas ma teħtieġ li tkun l-istess bħar-rata tal-imgħax varjabbli fuq swap deżinjat bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus. Valur ġust ta’ swap jinkiseb mis-saldi netti tiegħu. Ir-rati fissi u varjabbli fuq swap jistgħu jinbidlu mingħajr ma jaffettwaw is-saldu nett jekk it-tnejn li huma jinbidlu bl-istess ammont.

AG113 Jekk entità ma tissodisfax il-kriterji tal-effettività tal-ħeġġ, l-entità tieqaf tuża l-kontabbiltà tal-ħeġġ mill-aħħar data li fiha tkun intweriet il-konformità mal-effettività tal-ħeġġ. Madankollu, jekk l-entità tidentifika l-event jew bidla fiċ-ċirkustanzi li kkawżaw li r-relazzjoni tal-ħeġġ ma tgħaddix mill-kriterji tal-effettività, u turi li l-ħeġġ kien effettiv qabel ma seħħ l-event jew il-bidla fiċ-ċirkustanzi, l-entità tieqaf tuża l-kontabbiltà tal-ħeġġ mid-data tal-event jew tal-bidla fiċ-ċirkustanzi.

AG113A Biex jiġi evitat kull dubju, l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-kontroparti oriġinali b’kontroparti tal-ikklirjar u li jsiru l-bidliet assoċjati kif deskritt fil-paragrafi 91(a)(ii) u 101(a)(ii) għandhom jiġu riflessi fil-kejl tal-istrument tal-iħħeġġjar u, għaldaqstant, fil-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ u l-kejl tal-effettività tal-ħeġġ.

Kontabbiltà tal-ħeġġ fuq il-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

AG114 Għal ħeġġ fuq il-valur ġust tar-riskju tar-rata tal-imgħax assoċjat ma’ portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard jekk tikkonforma mal-proċeduri stabbiliti f’(a)–(i) u l-paragrafi AG115–AG132 ta’ hawn taħt.

(a) 

Bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tar-riskju tagħha, l-entità tidentifika portafoll ta’ entrati li tixtieq tiħħeġġja r-rata tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom. Il-portafoll jista’ jinkludi assi biss, obbligazzjonijiet biss jew kemm assi kif ukoll obbligazzjonijiet. L-entità tista’ tidentifika żewġ portafolji jew aktar, f’liema każ tapplika l-gwida ta’ hawn taħt għal kull portafoll separatament.

(b) 

L-entità tanalizza l-portafoll f’perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid, ibbażati fuq dati ta’ pprezzar mill-ġdid mistennija, u mhux kuntrattwali. L-analiżi fil-perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid tista’ ssir f’diversi modi, inkluż l-iskedar tal-flussi ta’ flus fil-perjodi li fihom ikunu mistennija li jseħħu, jew l-iskedar tal-ammonti ta’ kapital nozzjonali fil-perjodi kollha sakemm l-ipprezzar mill-ġdid ikun mistenni li jseħħ.

(c) 

Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, l-entità tiddeċiedi l-ammont li tixtieq tiħħeġġja. L-entità tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata, ammont ta’ assi jew obbligazzjonijiet (iżda mhux ammont nett) mill-portafoll identifikat ugwali għall-ammont li tixtieq tiddeżinja bħala ħħeġġjat. […].

(d) 

L-entità tiddeżinja r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li qed tiħħeġġja. Dan ir-riskju jista’ jkun porzjon mir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax f’kull waħda mill-entrati fil-pożizzjoni ħħeġġjata, bħal parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax (eż. LIBOR).

(e) 

L-entità tiddeżinja strument wieħed jew aktar tal-iħħeġġjar għal kull perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid.

(f) 

Billi tuża d-deżinjazzjonijiet magħmula f’(c)-(e) hawn fuq, l-entità tivvaluta fil-bidu u f’perjodi sussegwenti, jekk il-ħeġġ huwiex mistenni li jkun effettiv ferm matul il-perjodu li għalih ikun iddeżinjat il-ħeġġ.

(g) 

Perjodikament, l-entità tkejjel il-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata (kif imsemmi f’(c)) li hija attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat (kif imsemmi f’(d)), […]. Sakemm il-ħeġġ ikun attwalment determinat li kien effettiv ferm meta vvalutat bl-użu tal-metodu dokumentat tal-entità tal-valutazzjoni tal-effettività, l-entità tirrikonoxxi l-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata bħala qligħ jew telf fil-profitt jew telf u f’waħda minn żewġ entrati f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja kif deskritt fil-paragrafu 89A. Il-bidla fil-valur ġust ma teħtieġx li tiġi allokata għal assi jew obbligazzjoni individwali.

(h) 

L-entità tkejjel il-bidla fil-valur ġust tal-istrument(i) tal-iħħeġġjar (kif iddeżinjat f’(e)) u tirrikonoxxiha bħala qligħ jew telf fil-profitt jew telf. Il-valur ġust tal-istrument(i) tal-iħħeġġjar huwa rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

(i) 

Kwalunkwe ineffettività ( 31 ) tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf bħala d-differenza bejn il-bidla fil-valur ġust li hemm referenza għaliha f’(g) u dik li hemm referenza għaliha f’(h).

AG115 Dan il-metodu huwa deskritt f’aktar dettall hawn taħt. L-approċċ għandu jiġi applikat biss għal ħeġġ fuq il-valur ġust tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat ma’ portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji.

AG116 Il-portafoll identifikat fil-paragrafu AG114(a) jista’ jkun fih assi u obbligazzjonijiet. Inkella, jista’ jkun portafoll li jkun fih assi biss, jew obbligazzjonijiet biss. Il-portafoll huwa użat biex jiddetermina l-ammont tal-assi jew obbligazzjonijiet li l-entità tixtieq tiħħeġġja. Madankollu, il-portafoll mhuwiex deżinjat fih innifsu bħala l-entrata ħħeġġjata.

AG117 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu AG114(b), l-entità tiddetermina d-data tal-ipprezzar mill-ġdid mistennija ta’ entrata bħala dik l-aktar bikrija fost id-dati meta dik l-entrata tkun mistennija li timmatura jew meta se tkun ipprezzata mill-ġdid mar-rati tas-suq. Id-dati mistennija tal-ipprezzar mill-ġdid huma stmati mal-ħolqien tal-ħeġġ u matul it-terminu tal-ħeġġ, ibbażati fuq l-esperjenza storika u informazzjoni oħra disponibbli, inkluż informazzjoni u aspettattivi dwar rati ta’ prepagamenti, rati tal-imgħax u l-interazzjoni bejniethom. Entitajiet li ma għandhom ebda esperjenza speċifika għall-entità jew esperjenza insuffiċjenti jużaw l-esperjenza ta’ gruppi simili għal strumenti finanzjarji komparabbli. Dawn l-istimi jiġu riveduti perjodikament u aġġornati fid-dawl tal-esperjenza. Fil-każ ta’ entrata ta’ rata fissa li hija prepagabbli, id-data tal-ipprezzar mill-ġdid mistennija tkun id-data li fiha l-entrata tkun mistennija li tagħmel prepagament sakemm ma tipprezzax mill-ġdid mar-rati tas-suq f’data aktar bikrija. Għal grupp ta’ entrati simili, l-analiżi fil-perjodi ta’ żmien ibbażati fuq id-dati ta’ pprezzar mill-ġdid mistennija jistgħu jieħdu l-għamla ta’ allokazzjoni ta’ persentaġġ tal-grupp, minflok entrati individwali, għal kull perjodu ta’ żmien. Entità tista’ tapplika metodoloġiji oħra għal skopijiet ta’ allokazzjoni bħal dawn. Pereżempju, tista’ tuża multiplikatur tar-rata tal-prepagament għall-allokazzjoni ta’ self ta’ amortizzazzjoni għal perjodi ta’ żmien ibbażati fuq dati mistennija ta’ pprezzar mill-ġdid. Madankollu, il-metodoloġija għal allokazzjoni bħal din għandha tkun f’konformità mal-proċeduri u l-objettivi tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità.

AG118 Bħala eżempju tad-deżinjazzjoni stabbilita fil-paragrafu AG114(c), jekk f’perjodu partikulari ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid entità tistma li jkun fiha assi b’rata fissa ta’ CU 100 u obbligazzjonijiet b’rata fissa ta’ CU 80 u tiddeċiedi li tiħħeġġja l-pożizzjoni netta kollha ta’ CU 20, hija tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata assi fl-ammont ta’ CU 20 (parti tal-assi). Id-deżinjazzjoni tiġi espressa bħala “ammont ta’ munita” (eż. ammont ta’ dollari, euro, liri sterlini jew rand) minflok bħala assi individwali. Minn dan isegwi li l-assi (jew l-obbligazzjonijiet) kollha li l-ammont iħħeġġjat jiġi prelevat minnhom—jiġifieri l-assi kollha ta’ CU 100 fl-eżempju ta’ hawn fuq—iridu jkunu entrati li l-valur ġust tagħhom jinbidel b’rispons għall-bidliet fir-rata tal-imgħax li qed tiġi ħħeġġjata […].

AG119 L-entità tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti l-oħra ta’ deżinjazzjoni u dokumentazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 88(a). Għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, din id-deżinjazzjoni u d-dokumentazzjoni tispeċifika l-politika tal-entità għall-varjabbli kollha li jintużaw biex jiġi identifikat l-ammont li huwa ħħeġġjat u kif l-effettività titkejjel, inkluż dan li ġej:

(a) 

liema assi u obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-ħeġġ tal-portafoll u l-bażi li għandha tintuża għat-tneħħija tagħhom mill-portafoll;

(b) 

kif l-entità tistima d-dati ta’ pprezzar mill-ġdid, inkluż liema suppożizzjonijiet ta’ rata tal-imgħax huma l-bażi ta’ stimi ta’ rati ta’ prepagamenti u l-bażi għall-bidla ta’ dawk l-istimi. L-istess metodu jintuża kemm għall-istimi inizjali magħmula fil-ħin li assi jew obbligazzjoni tkun inkluża fil-portafoll iħħeġġjat kif ukoll għal kwalunkwe reviżjoni għal dawk l-istimi li ssir aktar tard;

(c) 

l-għadd u d-durata tal-perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid;

(d) 

kemm spiss l-entità tittestja l-effettività […];

(e) 

il-metodoloġija użata mill-entità sabiex tiddetermina l-ammont tal-assi jew obbligazzjonijiet li huma deżinjati bħala entrati ħħeġġjati […];

(f) 

[…], jekk l-entità hijiex se tittestja l-effettività għal kull perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid individwalment, għall-perjodi ta’ żmien totali, jew billi tuża xi kombinament tat-tnejn.

Il-politiki speċifikati fid-deżinjazzjoni u fid-dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandhom ikunu f’konformità mal-proċeduri u l-objettivi tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità. Bidliet fil-politiki ma għandhomx isiru b’mod arbitrarju. Għandhom ikunu ġġustifikati fuq il-bażi tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq u fatturi oħra u għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri u l-objettivi tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità u jkunu konsistenti magħhom.

AG120 L-istrument tal-iħħeġġjar imsemmi fil-paragrafu AG114(e) jista’ jkun derivattiv uniku jew portafoll tad-derivattivi li kollha kemm huma fihom skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax iħħeġġjata deżinjata fil-paragrafu AG114(d) (eż portafoll ta’ swaps tar-rata tal-imgħax li kollha kemm huma fihom skopertura għal-LIBOR). Portafoll ta’ derivattivi bħal dan jista’ jkun fih pożizzjonijiet ta’ tpaċija għal riskju. Madankollu, ma għandux jinkludi opzjonijiet mibjugħa jew opzjonijiet mibjugħa netti, minħabba li l-Istandard ( 32 ) ma jippermettix li tali opzjonijiet jiġu deżinjati bħala strumenti tal-iħħeġġjar(ħlief meta opzjoni mibjugħa tkun deżinjata bħala tpaċija għal opzjoni mixtrija). Jekk l-istrument tal-iħħeġġjar jiħħeġġja l-ammont deżinjat fil-paragrafu AG114(c) għal aktar minn perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid wieħed, dan jiġi allokat għall-perjodi ta’ żmien kollha li huwa jiħħeġġja. Madankollu, l-istrument tal-iħħeġġjar kollu jrid ikun allokat għal dawk il-perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid minħabba li l-Istandard ( 33 ) ma jippermettix li relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi deżinjata għal parti biss mill-perjodu ta’ żmien li matulu strument tal-iħħeġġjar jibqa’ pendenti.

AG121 Meta l-entità tkejjel il-bidla fil-valur ġust ta' entrata li titħallas minn qabel skont il-paragrafu AG114(g), bidla fir-rati tal-imgħax taffettwa l-valur ġust tal-entrata prepagabbli b’żewġ modi: taffettwa l-valur ġust tal-flussi ta' flus kuntrattwali u l-valur ġust tal-opzjoni ta’ prepagament li hemm f’entrata prepagabbli. Il-paragrafu 81 tal-Istandard jippermetti li l-entità tiddeżinja parti minn assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, u taqsam skopertura għar-riskju komuni, bħall-entrata ħħeġġjata, sakemm l-effettività tkun tista’ titkejjel. […].

AG122 L-Istandard ma jispeċifikax it-tekniki użati biex jiġi determinat l-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu AG114(g), jiġifieri l-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata li hija attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat. […]. Mhuwiex xieraq li wieħed jassumi li bidliet fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata huma ugwali għall-bidliet fil-valur tal-istrument tal-iħħeġġjar.

AG123 Il-paragrafu 89A jeħtieġ li jekk l-entrata ħħeġġjata għal perjodu ta’ żmien partikulari ta’ pprezzar mill-ġdid tkun assi, il-bidla fil-valur tiegħu tiġi ppreżentata f’entrata f’linja separata fl-assi. Inkella, jekk l-entrata ħħeġġjata għal perjodu ta’ żmien partikulari ta’ pprezzar mill-ġdid tkun obbligazzjoni, il-bidla fil-valur tagħha tiġi ppreżentata f’entrata f’linja separata fl-obbligazzjonijiet. Dawn huma entrati f’linja separati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu AG114(g). Allokazzjoni speċifika għall-assi (jew obbligazzjonijiet) individwali mhijiex meħtieġa.

AG124 Il-paragrafu AG114(i) jinnota li l-ineffettività tinħoloq sal-punt li l-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata li hija attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat hija differenti mill-bidla fil-valur ġust tad-derivattiv tal-iħħeġġjar. Differenza bħal din tista’ tinħoloq minħabba għadd ta’ raġunijiet, inkluż:

(a) 

[…];

(b) 

entrati fil-portafoll iħħeġġjat li jsiru indeboliti jew li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħhom;

(c) 

id-dati ta’ pagament tal-istrument tal-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jkunu differenti; u

(d) 

kawżi oħrajn […].

Ineffettività bħal din ( 34 ) għandha tiġi identifikata u rikonoxxuta fi profitt jew telf.

AG125 Ġeneralment, l-effettività tal-ħeġġ titjieb:

(a) 

jekk l-entità tiskeda entrati b’karatteristiki ta’ prepagament differenti b’tali mod li tqis id-differenzi fl-imġiba ta’ prepagament;

(b) 

meta l-għadd ta’ entrati fil-portafoll ikun ikbar. Meta ftit entrati biss ikunu jinsabu fil-portafoll, aktarx ikun hemm ineffettività relattivament kbira jekk waħda mill-entrati tagħmel prepagament aktar kmieni jew aktar tard milli mistenni. Għall-kuntrarju, meta l-portafoll ikun fih ħafna entrati, l-imġiba tal-prepagament tista’ titbassar b’mod ħafna aktar preċiż;

(c) 

meta l-perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid ikunu aktar limitati (eż. xahar meta mqabbel ma’ perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid ta’ tliet xhur). Perjodi ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid aktar limitati jnaqqsu l-effett ta’ kwalunkwe spariġġ bejn id-dati ta’ pprezzar mill-ġdid u d-dati tal-pagament (fil-perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid) tal-entrata ħħeġġjata u dawk tal-istrument tal-iħħeġġjar;

(d) 

aktar ma tkun kbira l-frekwenza li biha l-ammont tal-istrument tal-iħħeġġjar jiġi aġġustat biex jirrifletti l-bidliet fl-entrata ħħeġġjata (eż minħabba l-bidliet fl-istennijiet tal-prepagamenti).

AG126 Entità tittestja l-effettività perjodikament. […]

AG127 Meta tkun qed tkejjel l-effettività, l-entità tiddistingwi reviżjonijiet għad-dati ta’ pprezzar mill-ġdid stmati tal-assi (jew obbligazzjonijiet) eżistenti minn oriġinazzjoni ta’ assi (jew obbligazzjonijiet) ġodda, hekk li tal-ewwel biss jagħtu bidu għall-ineffettività. […]. Ladarba l-ineffettività tkun ġiet rikonoxxuta hekk kif stabbilita hawn fuq, l-entità tistabbilixxi stima ġdida tal-assi (jew obbligazzjonijiet) totali f’kull perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid, inkluż assi (jew obbligazzjonijiet) ġodda li kienu ġew oriġinati sa mill-aħħar darba li tkun ittestjat l-ineffettività, u tiddeżinja ammont ġdid bħala l-entrata ħħeġġjata u persentaġġ ġdid bħala l-persentaġġ iħħeġġjat. […]

AG128 Entrati li oriġinarjament ġew skedati f’perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid jista’ jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħhom minħabba prepagament jew tħassir aktar bikri milli mistenni kkawżati minn indeboliment jew bejgħ. Meta dan iseħħ, l-ammont tal-bidla fil-valur ġust inkluż fl-entrata f’linja separata msemmija fil-paragrafu AG114(g) li għandu x’jaqsam mal-entrata li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħha għandu jitneħħa mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, u għandu jiġi inkluż fil-qligħ jew telf li jinħoloq mal-irtirar tar-rikonoxximent tal-entrata. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li jkun magħruf il-perjodu/i ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid li fih kienet skedata l-entrata li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħha, minħabba li dan jiddetermina l-perjodu/i ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid minn fejn għandha titneħħa u għalhekk l-ammont li għandu jitneħħa mill-entrata f’linja separata msemmija fil-paragrafu AG114(g). Meta entrata jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha, jekk ikun jista’ jiġi determinat f’liema perjodu ta’ żmien ġiet inkluża, titneħħa minn dak il-perjodu ta’ żmien. Jekk le, titneħħa mill-aktar perjodu ta’ żmien bikri jekk l-irtirar tar-rikonoxximent irriżulta minn prepagamenti ogħla milli mistenni, jew tiġi allokata għall-perjodi ta’ żmien kollha li jkun fihom l-entrata li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħha fuq bażi sistematika u razzjonali jekk l-entrata tinbiegħ jew issir indebolita.

AG129 Barra minn hekk, kwalunkwe ammont li għandu x’jaqsam ma’ perjodu ta’ żmien partikulari li ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu meta l-perjodu ta’ żmien jiskadi jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf dak iż-żmien (ara l-paragrafu 89A). […]

AG130 […].

AG131 Jekk l-ammont iħħeġġjat għal perjodu ta’ żmien ta’ pprezzar mill-ġdid jitnaqqas mingħajr ma jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-assi (jew l-obbligazzjonijiet) relatati, l-ammont inkluż fl-entrata f’linja separata msemmija fil-paragrafu AG114(g) li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis għandu jiġi amortizzat f’konformità mal-paragrafu 92.

AG132 Entità tista’ tkun trid tapplika l-approċċ stabbilit fil-paragrafi AG114-AG131 għal ħeġġ tal-portafoll li preċedentement kien ġie kontabbilizzat bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus f’konformità mal-IAS 39. Entità bħal din tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti ta’ ħeġġ tal-flussi ta’ flus f’konformità mal-paragrafu 101(d), u tapplika r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu. Din tiddeżinja mill-ġdid ukoll il-ħeġġ bħala ħeġġ fuq il-valur ġust u tapplika l-approċċ stabbilit fil-paragrafi AG114-AG131 b’mod prospettiv għall-perjodi kontabbilistiċi sussegwenti.

TRANŻIZZJONI (il-paragrafi 103–108C)

AG133 Entità setgħet iddeżinjat tranżazzjoni intragrupp prevista bħala entrata ħħeġġjata fil-bidu ta’ perjodu annwali fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara (jew, għall-għanijiet ta’ ridikjarazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva, il-bidu ta’ perjodu komparattiv aktar bikri) f’ħeġġ li jikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’konformità ma’ dan l-Istandard (kif emendat bl-aħħar sentenza tal-paragrafu 80). Tali entità tista’ tuża dik id-deżinjazzjoni sabiex tapplika l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’rapporti finanzjarji konsolidati mill-bidu tal-perjodu annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara (jew il-bidu tal-perjodu komparattiv aktar bikri). Tali entità għandha tapplika wkoll il-paragrafi AG99A u AG99B mill-bidu tal-perjodu annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Madankollu, f’konformità mal-paragrafu 108B, mhux bilfors tapplika l-paragrafu AG99B għal informazzjoni komparattiva għal perjodi aktar bikrin.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 40

Proprjetà għall-Investiment

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament kontabbilistiku għall-proprjetà għall-investiment u rekwiżiti ta’ divulgazzjoni relatati.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għar-rikonoxximent, il-kejl u d-divulgazzjoni ta’ proprjetà għall-investiment.

3 [Imħassar]

4 Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) 

assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola (ara l-IAS 41 Agrikoltura u l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir); u

(b) 

drittijiet minerali u riżervi minerali bħal żejt, gass naturali u riżorsi simili mhux riġenerattivi.

DEFINIZZJONIJIET

5   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Ammont riportat huwa l-ammont li bih l-assi huwa rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.
Kost huwa l-ammont ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus imħallsa jew il-valur ġust ta’ korrispettiv ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu jew, fejn ikun applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta jiġi rikonoxxut inizjalment f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ IFRSs oħrajn, pereżempju l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq Ishma.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust).
Proprjetà għall-investiment hija proprjetà (art jew bini — jew parti minn bini — jew it-tnejn) miżmuma (mis-sid jew mil-lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu) għall-qligħ mill-kiri jew għall-apprezzament tal-kapital jew it-tnejn, minflok:
(a) 

għall-użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi; jew

(b) 

għall-bejgħ fil-perkors normali tan-negozju.

Proprjetà okkupata mis-sid hija proprjetà miżmuma (mis-sid jew mil-lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu) għall-użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi.

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PROPRJETÀ BĦALA PROPRJETÀ GĦALL-INVESTIMENT JEW PROPRJETÀ OKKUPATA MIS-SID

6 [Imħassar]

7 Il-proprjetà għall-investiment tinżamm sabiex wieħed idaħħal il-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew għat-tnejn. Għaldaqstant, proprjetà għall-investiment tiġġenera flussi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira indipendenti mill-assi l-oħrajn miżmuma minn entità. Dan jiddistingwi l-proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid. Il-produzzjoni jew il-provvista ta’ oġġetti jew servizzi (jew l-użu ta’ proprjetà għal skopijiet amministrattivi) tiġġenera flussi ta’ flus li huma attribwibbli mhux biss għall-proprjetà, iżda wkoll għall-assi l-oħrajn użati fil-proċess ta’ produzzjoni jew provvista. L-IAS 16 japplika għal proprjetà okkupata mis-sid u l-IFRS 16 Lokazzjonijiet japplika għall-proprjetà okkupata mis-sid miżmuma mil-lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu.

8 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ proprjetà għall-investment:

(a) 

art miżmuma għal apprezzament tal-kapital fuq medda twila ta’ żmien minflok għal bejgħ fi żmien fil-qrib fil-kors normali tan-negozju.

(b) 

art miżmuma għall-użu fil-futur li għadu ma ġiex stabbilit. (Jekk entità ma tkunx iddeterminat li se tuża l-art bħala proprjetà okkupata mis-sid jew għal bejgħ fi żmien fil-qrib fil-kors normali tan-negozju, l-art titqies li qed tinżamm għall-apprezzament tal-kapital.)

(c) 

bini li jkun proprjetà tal-entità (jew assi bid-dritt tal-użu relatat ma’ binja miżmuma mill-entità) u li ssir lokazzjoni tiegħu taħt operazzjoni lokatorja waħda jew aktar.

(d) 

bini li jkun vojt iżda li jinżamm biex issir lokazzjoni tiegħu taħt operazzjoni lokatorja waħda jew aktar.

(e) 

proprjetà li qed tinbena jew tiġi żviluppata għall-użu futur bħala proprjetà għall-investiment.

9 Dawn il-ġejjin huma eżempji ta’ entrati li huma proprjetà għall-investiment u għaldaqstant jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard:

(a) 

proprjetà maħsuba għall-bejgħ fil-kors normali tan-negozju jew fil-proċess ta’ kostruzzjoni jew żvilupp għal dan il-bejgħ (ara l-IAS 2 Inventarji), pereżempju, proprjetà akkwistata esklużivament bil-għan li jsir disponiment sussegwenti fil-futur qarib jew għall-iżvilupp u l-bejgħ mill-ġdid.

(b) 

[imħassar]

(c) 

proprjetà okkupata mis-sid (ara l-IAS 16 u l-IFRS 16), inkluża (fost l-oħrajn) proprjetà miżmuma għall-użu fil-futur bħala proprjetà okkupata mis-sid, proprjetà miżmuma għal żvilupp fil-futur u użu sussegwenti bħala proprjetà okkupata mis-sid, proprjetà okkupata minn impjegati (kemm jekk l-impjegati jħallsu l-kera bir-rati tas-suq kif ukoll jekk le) u proprjetà okkupata mis-sid waqt li tkun qed tistenna li jsir disponiment minnha.

(d) 

[imħassar]

(e) 

proprjetà li ssir lokazzjoni tagħha lil entità oħra taħt lokazzjoni finanzjarja.

10 Xi proprjetajiet jinkludu porzjon li jinżamm għall-qligħ mill-kiri jew għall-apprezzament tal-kapital u porzjon ieħor li jinżamm għall-użu fil-produzzjoni jew provvista ta’ oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi. Jekk dawn il-porzjonijiet jistgħu jinbiegħu separatament (jew issir lokazzjoni tagħhom separatament taħt lokazzjoni finanzjarja), entità tikkontabbilizza l-porzjonijiet separatament. Jekk il-porzjonijiet ma jistgħux jinbiegħu separatament, il-proprjetà tkun proprjetà għall-investiment biss jekk porzjon insinifikanti jinżamm għall-użu fil-produzzjoni jew provvista ta’ oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi.

11 F'xi każijiet, entità tipprovdi servizzi anċillari lill-okkupanti ta' proprjetà li tkun iżżomm. Entità tikkunsidra proprjetà bħala proprjetà għall-investiment jekk is-servizzi jkunu insinifikanti għall-arranġament fit-totalità tiegħu. Pereżempju meta s-sid ta’ bini ta’ uffiċċju jipprovdi servizzi ta’ sigurtà u manutenzjoni lil-lokatarji li jokkupaw il-bini.

12 F’każijiet oħrajn, is-servizzi pprovduti jkunu sinifikanti. Pereżempju, jekk entità jkollha proprjetà u timmaniġġa lukanda, is-servizzi pprovduti lill-klijenti jkunu sinifikanti għall-arranġament fit-totalità tiegħu. Għaldaqstant, lukanda bis-sid bħala maniġer tagħha tkun proprjetà okkupata mis-sid, minflok proprjetà għall-investiment.

13 Jista’ jkun diffiċli li wieħed jiddetermina jekk servizzi anċillari humiex tant sinifikanti li proprjetà ma tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment. Pereżempju, is-sid ta’ lukanda xi kultant jittrasferixxi xi responsabbiltajiet lil partijiet terzi taħt kuntratt ta’ maniġment. Il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-kuntratti jvarjaw ħafna. Minn naħa waħda, il-pożizzjoni tas-sid tista’ tkun, fis-sustanza, dik ta’ investitur passiv. Min-naħa l-oħra, is-sid jista’ jkun sempliċiment esternalizza funzjonijiet ta’ kuljum waqt li jżomm skopertura sinifikanti għall-varjazzjoni fil-flussi ta’ flus ġenerati mill-operazzjonijiet tal-lukanda.

14 Huwa meħtieġ ġudizzju biex jiġi ddeterminat jekk proprjetà tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment. Entità tiżviluppa kriterji sabiex tkun tista’ teżerċita dak il-ġudizzju b’mod konsistenti f’konformità mad-definizzjoni ta’ proprjetà għall-investiment u bil-gwida direzzjoni relatata fil-paragrafi 7–13. Il-paragrafu 75(c) jeħtieġ li entità tiddivulga dawn il-kriterji meta l-klassifikazzjoni tkun diffiċli.

14A Hemm bżonn ukoll ta’ ġudizzju li jiddetermina jekk l-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà għall-investiment hijiex l-akkwiżizzjoni ta’ assi jew grupp ta’ assi jew kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji. Jenħtieġ li ssir referenza għall-IFRS 3 biex jiġi determinat jekk huwiex kombinament ta’ negozji. Id-diskussjoni fil-paragrafi 7–14 ta’ dan l-Istandard tirrigwarda jekk proprjetà tkunx okkupata mis-sid jew hijiex proprjetà għall-investiment u mhux biex jiġi determinat jekk l-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà hijiex kombinament ta’ negozji kif definit fl-IFRS 3. Id-determinazzjoni ta’ jekk tranżazzjoni speċifika tissodisfax id-definizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji kif definit fl-IFRS 3 u tinkludix proprjetà għall-investiment kif definit f’dan l-Istandard titlob l-applikazzjoni separata taż-żewġ Standards.

15 F’xi każijiet, entità jkollha proprjetà li tkun mikrija lil, u okkupata minn, kumpanija ewlenija tagħha jew minn sussidjarja oħra. Il-proprjetà ma tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment fir-rapporti finanzjarji konsolidati, minħabba li l-proprjetà hija okkupata mis-sid mill-perspettiva tal-grupp. Madankollu, mill-perspettiva tal-entità li tkun is-sid, il-proprjetà hija proprjetà għall-investiment jekk tissodisfa d-definizzjoni fil-paragrafu 5. Għaldaqstant, il-lokatur jittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment fir-rapporti finanzjarji individwali tiegħu.

RIKONOXXIMENT

16   Proprjetà għall-investiment bis-sjieda għandha tiġi rikonoxxuta bħala assi meta, u biss meta:

(a) 

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati mal-proprjetà għall-investiment ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) 

il-kost tal-proprjetà għall-investiment jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

17 Entità tevalwa taħt dan il-prinċipju tar-rikonoxximent il-kostijiet kollha tal-proprjetà għall-investiment tagħha fil-ħin meta jiġġarrbu. Dawn il-kostijiet jinkludu kostijiet imġarrba inizjalment sabiex tiġi akkwistata proprjetà għall-investiment u kostijiet imġarrba sussegwentement sabiex issir żieda ma’ proprjetà, jew tiġi mibdula parti minnha jew issir manutenzjoni fiha.

18 Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 16, entità ma tirrikonoxxix fl-ammont riportat ta’ proprjetà għall-investiment, il-kostijiet tal-manutenzjoni ta’ kuljum ta’ din il-proprjetà. Minflok, dawn il-kostijiet huma rikonoxxuti fi profitt jew telf bħala mġarrba. Il-kostijiet tal-manutenzjoni ta’ kuljum huma primarjament il-kost ta’ xogħol u prodotti konsumabbli, u jistgħu jinkludu l-kost ta’ partijiet minuri. L-iskop ta’ dawn in-nefqiet huwa spiss deskritt bħala għal “tiswijiet u manutenzjoni” tal-proprjetà.

19 Partijiet mill-proprjetajiet għall-investiment setgħu ġew akkwistati permezz ta' sostituzzjoni. Pereżempju, il-ħitan ta’ ġewwa jistgħu jkunu sostituzzjonijiet ta’ ħitan oriġinali. Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent, entità tirrikonoxxi fl-ammont riportat ta’ proprjetà għall-investiment, il-kost tas-sostituzzjoni ta’ parti minn proprjetà għall-investiment eżistenti fil-mument meta jiġġarrab il-kost jekk il-kriterji tar-rikonoxximent jiġu ssodisfati. L-ammont riportat ta’ dawk il-partijiet li huma sostitwiti jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ rtirar tar-rikonoxximent ta’ dan l-Istandard.

19A Proprjetà għall-investiment miżmuma mil-lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu għandha tiġi rikonoxxuta f’konformità mal-IFRS 16.

KEJL MAR-RIKONOXXIMENT

20   Proprjetà għall-investiment bis-sjieda għandha titkejjel inizjalment skont il-kost tagħha. Kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kejl inizjali.

21 Il-kost ta’ proprjetà għall-investiment mixtrija tinkludi l-prezz tax-xiri tagħha u kull infiq direttament attribwibbli. Nefqa attribwibbli direttament tinkludi, pereżempju, tariffi professjonali għal servizzi legali, taxxi fuq it-trasferiment ta’ proprjetà u kostijiet oħrajn tat-tranżazzjoni.

22 [Imħassar]

23 Il-kost ta’ proprjetà għall-investiment ma jiżdiedx:

(a) 

bil-kostijiet tal-bidu (ħlief jekk ikunu meħtieġa sabiex il-proprjetà tinġieb għall-kundizzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ topera bil-mod maħsub mill-maniġment),

(b) 

bit-telf operatorju mġarrab qabel mal-proprjetà għall-investiment tikseb il-livell ippjanat ta’ okkupanza, jew

(c) 

bl-ammonti anormali ta’ materjal, xogħol jew riżorsi oħrajn moħlija mġarrba fil-kostruzzjoni jew l-iżvilupp tal-proprjetà.

24 Jekk il-pagament għal proprjetà għall-investiment jiġi differit, il-kost tagħha jkun l-ekwivalenti tal-prezz fi flus kontanti. Id-differenza bejn dan l-ammont u l-pagamenti totali hija rikonoxxuta bħala spiża tal-imgħax matul il-perjodu tal-kreditu.

25 [Imħassar]

26 [Imħassar]

27 Proprjetà waħda jew iżjed għall-investiment tista’ tiġi akkwistata bi skambju ma’ assi nonmonetarji jew assi, jew taħlita ta’ assi monetarji u nonmonetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi għall-iskambju ta’ assi nonmonetarju ma’ ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta’ din il-proprjetà għall-investiment jitkejjel fil-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta’ skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi riċevut u lanqas ta’ dak mogħti ma jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. L-assi akkwistat jitkejjel b’dan il-mod anki jekk entità ma tkunx tista’ tirtira immedjatament r-rikonoxximent tal-assi mogħti. Jekk l-assi akkwistat ma jitkejjilx fil-valur ġust, il-kost tiegħu jitkejjel bl-ammont riportat tal-assi mogħti.

28 Entità tiddetermina jekk tranżazzjoni ta’ skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi futuri ta’ flus tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta’ skambju jkollha sustanza kummerċjali jekk:

(a) 

il-konfigurazzjoni (ir-riskju, it-twaqqit u l-ammont) tal-flussi ta’ flus tal-assi riċevut tkun differenti mill-konfigurazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-assi ttrasferit, jew

(b) 

il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju, u

(c) 

id-differenza f’(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-fini biex jiġi determinat jekk tranżazzjoni ta’ skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta’ flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta’ dawn l-analiżijiet jista’ jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

29 Il-valur ġust ta’ assi jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabbiltà fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabbiltajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut kif ukoll tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti b’mod ċar.

29A Proprjetà għall-investiment miżmuma mil-lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu għandha titkejjel inizjalment skont il-kost tagħha f’konformità mal-IFRS 16.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

Politika tal-kontabbiltà

30   Bl-eċċezzjonijiet innotati fil-paragrafu 32A, entità għandha tagħżel bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha l-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–55 jew il-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 u għandha tapplika dik il-politika għall-proprjetà għall-investiment kollha tagħha.

31 L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri jiddikjara li bidla volontarja fil-politika tal-kontabbiltà għandha ssir biss jekk il-bidla tirriżulta fir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, eventi oħrajn jew kundizzjonijiet fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja jew il-flussi ta’ flus tal-entità. Huwa improbabbli ħafna li bidla mill-mudell tal-valur ġust għall-mudell tal-kost twassal għal preżentazzjoni aktar rilevanti.

32 Dan l-Istandard jeżiġi li l-entitajiet kollha jkejlu l-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment, għall-fini kemm tal-kejl (jekk l-entità tuża l-mudell tal-valur ġust) jew tad-divulgazzjoni (jekk tuża l-mudell tal-kost). Entità hija mħeġġa, iżda mhijiex meħtieġa, tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment fuq il-bażi ta’ valwazzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u jkollu esperjenza reċenti fil-post u l-kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qiegħda tiġi valwata.

32A   Entità tista’:

(a) 

tagħżel il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost għall-proprjetà għall-investiment kollha li tappoġġa obbligazzjonijiet li jħallsu redditu marbut direttament mal-valur ġust ta’ assi speċifiċi, jew redditu minnhom, li jinkludu dak l-investiment għall-proprjetà; u

(b) 

tagħżel il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost għall-proprjetà għall-investiment l-oħra kollha, irrispettivament mill-għażla magħmula f’(a).

32B Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji determinati b’unitajiet fil-fond. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, li l-entrati sottostanti jinkludu proprjetà għall-investiment għalihom. Għall-finijiet tal-paragrafi 32A-32B biss, kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni. Il-paragrafu 32A ma jippermettix li entità tkejjel il-proprjetà miżmuma mill-fond (jew il-proprjetà li hija entrata sottostanti) parzjalment skont il-kost u parzjalment fil-valur ġust. (Ara l-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni għal termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard.)

32C Jekk entità tagħżel mudelli differenti għaż-żewġ kategoriji deskritti fil-paragrafu 32A, bejgħ ta’ proprjetà għall-investiment bejn gruppi ta’ assi mkejla b’mudelli differenti għandu jiġi rikonoxxut fil-valur ġust u l-bidla kumulattiva fil-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. Għalhekk, jekk proprjetà għall-investiment tinbiegħ minn grupp li fih jintuża l-mudell tal-valur ġust fi grupp li fih jintuża l-mudell tal-kost, il-valur ġust tal-proprjetà fid-data tal-bejgħ isir il-kost preżunt tagħha.

Mudell tal-valur ġust

33   Wara rikonoxximent inizjali, entità li tagħżel il-mudell tal-valur ġust għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment kollha tagħha fil-valur ġust, ħlief fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 53.

34 [Imħassar]

35   Qligħ jew telf li jirriżulta minn bidla fil-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf għall-perjodu meta jseħħ.

36-39 [Imħassra]

40 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment f’konformità mal-IFRS 13, entità għandha tiżgura li l-valur ġust jirrifletti, fost affarijiet oħrajn, introjtu mill-kiri mil-lokazzjonijiet kurrenti u suppożizzjonijiet oħrajn li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw il-proprjetà għall-investiment bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

40A Meta lokatarju juża l-mudell tal-valur ġust biex ikejjel proprjetà għall-investiment li tkun miżmuma bħala assi bid-dritt tal-użu, dan għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu, u mhux il-proprjetà sottostanti, fil-valur ġust.

41 L-IFRS 16 jispeċifika l-bażi għar-rikonoxximent inizjali tal-kost ta’ proprjetà għall-investiment miżmuma mil-lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu. Il-paragrafu 33 jeħtieġ li proprjetà għall-investiment miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu terġa’ titkejjel, jekk meħtieġ, fil-valur ġust jekk l-entità tagħżel il-mudell tal-valur ġust. Meta l-pagamenti ta’ lokazzjoni jkunu bir-rati tas-suq, il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu fl-akkwiżizzjoni, nett mill-pagamenti ta’ lokazzjoni kollha mistennija (inklużi dawk relatati ma’ obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni rikonoxxuti), jenħtieġ li jkunu żero. B’hekk, jenħtieġ li l-kejl mill-ġdid ta’ assi bid-dritt tal-użu mill-kost f’konformità mal-IFRS 16 għall-valur ġust f’konformità mal-paragrafu 33 (wara li jitqiesu r-rekwiżiti fil-paragrafu 50) ma jagħtix lok għall-ebda qligħ jew telf inizjali, ħlief jekk il-valur ġust jitkejjel f’ħinijiet differenti. Dan jista’ jseħħ meta ssir għażla għall-applikazzjoni tal-mudell tal-valur ġust wara r-rikonoxximent inizjali.

42–47 [Imħassra]

48 F’każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwista proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-varjabilità fil-medda tal-kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun tant kbira, u l-probabbiltajiet tad-diversi eżiti tant diffiċli li jkunu vvalutati, li l-utilità ta’ kejl wieħed ta’ valur ġust tkun miċħuda. Dan jista’ jindika li l-valur ġust tal-propjetà ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi kontinwa (ara l-paragrafu 53).

49 [Imħassar]

50 Fid-determinazzjoni tal-ammont riportat tal-proprjetà għall-investiment taħt il-mudell tal-valur ġust, entità ma tgħoddx assi jew obbligazzjonijiet li huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati darbtejn. Pereżempju:

(a) 

tagħmir bħal liftijiet jew kundizzjonament tal-arja huwa spiss parti integrali minn bini u huwa ġeneralment inkluż fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment, minflok ma jkun rikonoxxut separatament bħala proprjetà, impjanti u tagħmir.

(b) 

jekk issir lokazzjoni ta’ uffiċċju bl-għamara, il-valur ġust tal-uffiċċju ġeneralment jinkludi l-valur ġust tal-għamara, minħabba li l-introjtu mill-kiri huwa relatat mal-uffiċċju bl-għamara. Meta l-għamara tiġi inkluża fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment, entità ma tirrikonoxxix dik l-għamara bħala assi separat.

(c) 

il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment jeskludi introjtu minn lokazzjoni operatorja imħallas minn qabel jew akkumulat, għaliex l-entità tirrikonoxxih bħala obbligazzjoni jew assi separat.

(d) 

il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu jirrifletti l-flussi ta’ flus mistennija (inklużi pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li huma mistennija li jsiru pagabbli). Għalhekk, jekk valwazzjoni miksuba għal proprjetà tkun netta mill-pagamenti kollha mistennija li jsiru, hemm bżonn li tingħadd lura kwalunkwe obbligazzjoni ta’ lokazzjoni rikonoxxuta, biex wieħed jasal għall-ammont riportat tal-proprjetà għall-investiment bl-użu tal-mudell tal-valur ġust.

51 [Imħassar]

52 F’xi każijiet, entità tistenna li l-valur preżenti tal-pagamenti tagħha relatati ma’ proprjetà għall-investiment (minbarra pagamenti relatati ma’ obbligazzjonijiet rikonoxxuti) se jaqbeż il-valur preżenti tar-riċevuti ta’ flus relatati. Entità tapplika l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti sabiex tiddetermina jekk għandhiex tirrikonoxxi obbligazzjoni u, jekk iva, kif għandha tkejjilha.

Inabbiltà li jitkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli

53   Ikun hemm suppożizzjoni konfutabbli li entità tkun tista’ tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment b’mod affidabbli fuq bażi kontinwa Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwista proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi kontinwa. Dan iseħħ meta, u biss meta, is-suq għal proprjetajiet komparabbli ikun inattiv (eż. ikun hemm ftit tranżazzjonijiet riċenti, il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ma jkunux kurrenti jew il-prezzijiet osservati tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-bejjiegħ kien imġiegħel ibigħ) u kejl affidabbli alternattiv tal-valur ġust (pereżempju, ibbażat fuq projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus skontati) ma jkunx disponibbli. Jekk entità tiddetermina li l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli iżda tistenna li l-valur ġust tal-proprjetà jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli meta l-bini jitlesta, din għandha tkejjel dik il-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-kost sakemm il-valur ġust tagħha jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jew jitlesta l-bini tagħha (skont liema waħda tiġi l-ewwel). Jekk entità tiddetermina li l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment (għajr proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni) ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi kontinwa, l-entità għandha tkejjel dik il-proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16 għal proprjetà għall-investiment bis-sjieda jew f’konformità mal-IFRS 16 għal proprjetà għall-investiment miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu. Il-valur residwu tal-proprjetà għall-investiment għandu jitqies li jkun żero. L-entità għandha tkompli tapplika l-IAS 16 jew l-IFRS 16 sad-disponiment tal-proprjetà għall-investiment.

53A Ladarba l-entità ssir kapaċi tkejjel b’mod kredibbli l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni li preċedentement kienet titkejjel skont il-kost, din għandha tkejjel dik il-proprjetà fil-valur ġust tagħha. Ladarba jitlesta l-bini ta’ dik il-proprjetà, jitqies li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod kredibbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, f’konformità mal-paragrafu 53, il-proprjetà għandha tiġi kontabbilizzata bl-użu tal-mudell tal-kost f’konformità mal-IAS 16 għal assi bis-sjieda jew l-IFRS 16 għal proprjetà għall-investiment miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu.

53B Il-preżunzjoni li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jista’ jkun ikkonfutat biss fir-rikonoxximent inizjali. Entità li tkun kejlet entrata ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni bil-valur ġust ma tistax tikkonkludi li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment kompluta ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

54 F’każijiet eċċezzjonali, meta entità tiġi sfurzata, minħabba r-raġuni mogħtija fil-paragrafu 53, tkejjel proprjetà għall-investiment bl-użu tal-mudell tal-kost f’konformità mal-IAS 16 jew l-IFRS 16, din tkejjel fil-valur ġust il-proprjetajiet għall-investiment l-oħra kollha tagħha, inkluża l-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni. F’dawn il-każijiet, għalkemm entità tista’ tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà għall-investiment waħda, l-entità għandha tkompli tikkontabbilizza kull proprjetà li baqagħlha bl-użu tal-mudell tal-valur ġust.

55   Jekk entità tkun preċedentement kejlet proprjetà għall-investiment fil-valur ġust, din għandha tkompli tkejjel il-proprjetà fil-valur ġust sad-disponiment (jew sakemm il-proprjetà ssir proprjetà okkupata mis-sid jew l-entità tibda tiżviluppa l-proprjetà għal bejgħ sussegwenti fil-perkors normali tan-negozju) anki jekk tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli jsiru inqas frekwenti jew il-prezzijiet tas-suq isiru inqas faċilment disponibbli.

Mudell tal-kost

56   Wara r-rikonoxximent inizjali, entità li tagħżel il-mudell tal-kost għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment:

(a) 

f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx jekk tissodisfa l-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ (jew tkun inkluża fi grupp ta' disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ);

(b) 

f’konformità mal-IFRS 16, jekk tinżamm minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu u ma tinżammx għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 u

(c) 

f’konformità mar-rekwiżiti fl-IAS 16 għall-mudell tal-kost fil-każijiet l-oħra kollha.

TRASFERIMENTI

57   Entità għandha tittrasferixxi proprjetà lil, jew minn, proprjetà għall-investiment meta, u biss meta, ikun bidla fl-użu. Bidla fl-użu sseħħ meta l-proprjetà tissodisfa, jew tieqaf tissodisfa, id-definizzjoni tal-proprjetà għall-investiment u jkun hemm evidenza tal-bidla fl-użu. F’iżolament, bidla fl-intenzjonijiet tal-maniġment għall-użu ta’ proprjetà ma tipprovdix evidenza ta’ bidla fl-użu. Eżempji ta’ evidenza ta’ bidla fl-użu jinkludu:

(a) 

bidu ta’ okkupazzjoni mis-sid, jew ta’ żvilupp bil-ħsieb għal okkupazzjoni mis-sid, għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment għal proprjetà okkupata mis-sid;

(b) 

bidu ta’ żvilupp bil-ħsieb ta’ bejgħ, għal trasferiment min proprjetà għall-investiment għal inventarji;

(c) 

tmiem ta’ okkupazzjoni mis-sid, għal trasferiment minn proprjetà okkupata mis-sid għal proprjetà għall-investiment; u

(d) 

bidu ta’ lokazzjoni operatorja għal parti oħra, għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà għall-investiment.

(e) 

[imħassar]

58 Meta entità tiddeċiedi li tiddisponi minn proprjetà għall-investiment mingħajr żvilupp, din tkompli tittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha (eliminata mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja) u ma tittrattahiex bħala inventarju. B’mod simili, jekk entità tibda tiżviluppa proprjetà eżistenti għall-investiment għall-użu kontinwu fil-futur bħala proprjetà għall-investiment, il-proprjetà tibqa’ proprjetà għall-investiment u ma tiġix riklassifikata bħala proprjetà okkupata mis-sid matul l-iżvilupp mill-ġdid.

59 Il-paragrafi 60–65 japplikaw għall-kwistjonijiet ta’ rikonoxximent u kejl li jinqalgħu meta entità tuża l-mudell tal-valur ġust għal proprjetà għall-investiment. Meta entità tuża l-mudell tal-kost, it-trasferimenti bejn proprjetà għall-investiment, proprjetà okkupata mis-sid u l-inventarji ma jbiddlux l-ammont riportat tal-proprjetà ttrasferita u ma jbiddlux il-kost ta’ dik il-proprjetà għal skopijiet ta’ kejl jew divulgazzjoni.

60   Għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment riportat fil-valur ġust għal proprjetà okkupata mis-sid jew inventarji, il-kost preżunt tal-proprjetà għall-kontabbiltà sussegwenti f’konformità mal-IAS 16, l-IFRS 16 jew l-IAS 2 għandu jkun il-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla fl-użu.

61   Jekk proprjetà okkupata mis-sid issir proprjetà għall-investiment li se tiġi riportata fil-valur ġust, entità għandha tapplika l-IAS 16 għal proprjetà bis-sjieda u l-IFRS 16 għal proprjetà miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu sad-data tal-bidla fl-użu. L-entità għandha tittratta kwalunkwe differenza fid-data bejn l-ammont riportat tal-proprjetà f’konformità mal-IAS 16 jew l-IFRS 16 u l-valur ġust tagħha bl-istess mod bħal rivalwazzjoni f’konformità mal-IAS 16.

62 Sad-data meta proprjetà okkupata mis-sid issir proprjetà għall-investiment riportata fil-valur ġust, entità tagħmel deprezzament tal-proprjetà (jew l-assi bid-dritt tal-użu) u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment li jkun seħħ. L-entità tittratta kwalunkwe differenza f’dik id-data bejn l-ammont riportat tal-proprjetà f’konformità mal-IAS 16 jew l-IFRS 16 u l-valur ġust tagħha bl-istess mod bħala rivalwazzjoni f’konformità mal-IAS 16. Fi kliem ieħor:

(a) 

kwalunkwe tnaqqis li jirriżulta fl-ammont riportat tal-proprjetà jkun rikonoxxut bħala profitt jew telf. Madankollu, sal-punt li ammont ikun inkluż fis-surplus ta’ rivalwazzjoni għal dik il-proprjetà, it-tnaqqis ikun rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv u jnaqqas is-surplus ta’ rivalwazzjoni fl-ekwità.

(b) 

kwalunkwe żieda li tirriżulta fl-ammont rapport tiġi trattata kif ġej:

(i) 

sakemm iż-żieda tirriversja telf minn indeboliment preċedenti għal dik il-proprjetà, iż-żieda tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. L-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ sabiex jiġi restawrat l-ammont riportat għall-ammont riportat li kieku kien jiġi determinat (nett mid-deprezzament) li kieku ma ġie rikonoxxut l-ebda telf minn indeboliment.

(ii) 

kwalunkwe parti taż-żieda li tibqa’ tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv u żżid is-surplus ta’ rivalwazzjoni fl-ekwità. Mad-disponiment sussegwenti tal-proprjetà għall-investiment, is-surplus ta’ rivalwazzjoni inkluż fl-ekwità jista’ jiġi trasferit għal qligħ imfaddal. It-trasferiment minn surplus ta’ rivalwazzjoni għal qligħ imfaddal ma jsirx permezz ta’ profitt jew telf.

63   Għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà għall-investiment li se tiġi riportata fil-valur ġust, kwalunkwe differenza bejn il-valur ġust tal-proprjetà f’dik id-data u l-ammont riportat preċedenti għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

64 It-trattament ta’ trasferimenti minn inventarji ta’ proprjetà għall-investiment li se jiġu riportati fil-valur ġust huwa konsistenti mat-trattament ta’ bejgħ ta’ inventarji.

65   Meta entità tlesti l-kostruzzjoni jew l-iżvilupp ta’ proprjetà għall-investiment mibnija mill-entità nnifisha li se tiġi riportata fil-valur ġust, kwalunkwe differenza bejn il-valur ġust tal-proprjetà f’dik id-data u l-ammont riportat preċedenti tagħha għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

DISPONIMENTI

66   Proprjetà għall-investiment għandha tiġi rtirata mir-rikonoxximent (eliminata mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja) mad-disponiment jew meta l-proprjetà għall-investiment tiġi rtirata b’mod permanenti mill-użu u ebda benefiċċju ekonomiku futur ma jkun mistenni mid-disponiment tagħha.

67 Id-disponiment ta’ proprjetà għall-investiment jista’ jinkiseb bil-bejgħ jew bi dħul f’lokazzjoni finanzjarja. Id-data tad-disponiment għal proprjetà għall-investiment li tinbiegħ hija d-data li fiha r-riċevitur jikseb kontroll tal-proprjetà għall-investiment f’konformità mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni meta obbligu ta’ prestazzjoni jkun issodisfat fl-IFRS 15. L-IFRS 16 japplika għal disponiment li jkun sar bi dħul f’lokazzjoni finanzjarja u għal bejgħ u lokazzjoni lura.

68 Jekk, f’konformità mal-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 16, entità tirrikonoxxi fl-ammont riportat ta’ assi l-kost ta’ sostituzzjoni ta’ parti ta’ proprjetà għall-investiment, din tirtira r-rikonoxximent tal-ammont riportat tal-parti sostitwita. Għal proprjetà għall-investiment kontabbilizzata permezz tal-mudell tal-kost, parti sostitwita ma tistax tkun parti li tkun ġiet deprezzata separatament. Jekk ma jkunx prattikabbli li entità tiddetermina l-ammont riportat tal-parti sostitwita, din tista’ tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta’ x’kien il-kost tal-parti sostitwita fil-ħin meta din ġiet akkwistata jew mibnija. Skont il-mudell tal-valur ġust, il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment diġà jista’ jirrifletti li l-parti li tkun trid tiġi sostitwita diġà tilfet il-valur tagħha. F’każijiet oħrajn, jista’ jkun diffiċli biex wieħed jevalwa kemm jenħtieġ li l-valur ġust jitnaqqas għall-parti li tkun qed tiġi sostitwita. Alternattiva għat-tnaqqis tal-valur ġust tal-parti sostitwita, meta ma jkunx prattiku li dan isir, hija li jiġi inkluż il-kost tas-sostituzzjoni fl-ammont riportat tal-assi u li mbagħad jiġi rivalutat il-valur ġust, kif ikun meħtieġ għal żidiet li ma jinvolvux sostituzzjoni.

69   Qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar jew mid-disponiment ta’ proprjetà għall-investiment għandu jiġi determinat bħala d-differenza bejn ir-rikavati netti minn disponiment u l-ammont riportat tal-assi u għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf (ħlief jekk l-IFRS 16 ikun jeħtieġ mod ieħor fuq bejgħ u lokazzjoni lura) fil-perjodu tal-irtirar jew id-disponiment.

70 L-ammont ta’ korrispettiv li għandu jiġi inkluż fil-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ proprjetà għall-investiment għandu jiġi determinat f’konformità mar-rekwiżiti biex jiġi determinat il-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti għall-ammont stmat tal-korrispettiv inkluż fil-qligħ jew telf għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mar-rekwiżiti għal bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.

71 Entità tapplika l-IAS 37 jew Standards oħrajn, kif xieraq, għal kwalunkwe obbligazzjoni li hi żżomm wara d-disponiment ta’ proprjetà għall-investiment.

72   Kumpens minn partijiet terzi għal proprjetà għall-investiment li ġiet indebolita, mitlufa jew mogħtija għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta l-kumpens isir riċevibbli.

73 Indebolimenti jew telf ta’ proprjetà għall-investiment, talbiet relatati għal jew pagamenti ta’ kumpens minn partijiet terzi u kwalunkwe xiri sussegwenti jew kostruzzjoni ta’ assi ta’ sostituzzjoni huma eventi ekonomiċi separati u jiġu kontabbilizzati separatament kif ġej:

(a) 

indebolimenti ta’ proprjetà għall-investiment huma rikonoxxuti f’konformità mal-IAS 36;

(b) 

irtirar jew disponimenti ta’ proprjetà għall-investiment huma rikonoxxuti f’konformità mal-paragrafi 66–71 ta’ dan l-Istandard;

(c) 

kumpens minn partijiet terzi għal proprjetà għall-investiment li ġiet indebolita, mitlufa jew mogħtija għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta l-kumpens isir riċevibbli; u

(d) 

il-kost ta’ assi restawrati, mixtrija jew mibnija bħala sostituzzjonijiet jiġi determinat f’konformità mal-paragrafi 20–29 ta’ dan l-Istandard.

DIVULGAZZJONI

Mudell tal-valur ġust u mudell tal-kost

74 Id-divulgazzjonijiet ta’ hawn isfel japplikaw flimkien ma’ dawk fl-IFRS 16. F’konformità mal-IFRS 16, is-sid ta’ proprjetà għall-investiment jipprovdi divulgazzjonijiet tal-lokaturi dwar lokazzjonijiet li jkun daħal għalihom. Lokatarju li jżomm proprjetà għall-investiment bħala assi bid-dritt tal-użu jipprovdi divulgazzjonijiet tal-lokatarji kif meħtieġ skont l-IFRS 16 u divulgazzjonijiet tal-lokatarji kif meħtieġ skont l-IFRS 16 għal kwalunkwe lokazzjoni operatorja li jkun daħal għaliha.

75   Entità għandha tiddivulga:

(a) 

jekk tapplikax il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost.

(b) 

[imħassar]

(c) 

meta l-klassifikazzjoni tkun diffiċli (ara l-paragrafu 14), il-kriterji li hija tuża biex tiddistingwi proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid u minn proprjetà miżmuma għal bejgħ fil-kors normali tan-negozju.

(d) 

[imħassar]

(e) 

sa fejn il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment (kif imkejjel jew divulgat fir-rapporti finanzjarji) ikun ibbażat fuq valwazzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u li jkollu esperjenza reċenti fil-post u kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qed tiġi valwata. Jekk ma kien hemm ebda valwazzjoni ta’ din ix-xorta, dak il-fatt għandu jiġi divulgat.

(f) 

l-ammonti rikonoxxuti fi profitt jew telf għal:

(i) 

introjtu mill-kiri mill-proprjetà għall-investiment;

(ii) 

spejjeż operatorji diretti (inklużi tiswijiet u manutenzjoni) li jirriżultaw mill-proprjetà għall-investiment li ġġenerat introjtu mill-kiri matul il-perjodu;

(iii) 

spejjeż operatorji diretti (inklużi tiswijiet u manutenzjoni) li jirriżultaw mill-proprjetà għall-investiment li ma ġġeneratx introjtu mill-kiri matul il-perjodu; u

(iv) 

il-bidla kumulattiva fil-valur ġust rikonoxxut fi profitt jew telf fuq bejgħ ta’ proprjetà għall-investiment minn grupp ta’ assi li fih jintuża l-mudell tal-kost fi grupp fejn jintuża l-mudell tal-valur ġust (ara l-paragrafu 32C).

(g) 

l-eżistenza u ammonti ta’ restrizzjonijiet fuq ir-realizzabbiltà tal-proprjetà għall-investiment jew ir-rimessa tal-introjtu u tar-rikavati tad-disponiment.

(h) 

l-obbligi kuntrattwali li tinxtara, tinbena jew tiġi żviluppata proprjetà għall-investiment jew għal tiswijiet, manutenzjoni jew titjib.

Mudell tal-valur ġust

76   Minbarra d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–55 għandha tiddivulga rikonċiljazzjoni bejn l-ammonti riportati tal-proprjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, li turi dan li ġej:

(a) 

żidiet, li jiddivulgaw separatament dawk iż-żidiet li jirriżultaw minn akkwiżizzjonijiet u dawk li jirriżultaw minn nefqa sussegwenti rikonoxxuta fl-ammont riportat ta’ assi;

(b) 

żidiet li jirriżultaw minn akkwiżizzjonijiet permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji;

(c) 

assi klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 u disponimenti oħrajn;

(d) 

qligħ jew telf netti minn aġġustamenti ta’ valur ġust;

(e) 

id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji f’munita tal-preżentazzjoni differenti, u mill-qlib ta’ operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità relatriċi;

(f) 

trasferimenti minn u għal inventarji u proprjetà okkupata mis-sid; u

(g) 

bidliet oħra.

77   Meta valwazzjoni miksuba għal proprjetà għall-investiment tiġi aġġustata b’mod sinifikanti għall-iskop tar-rapporti finanzjarji, pereżempju biex jiġi evitat l-għadd doppju ta’ assi jew obbligazzjonijiet li jkunu rikonoxxuti bħala assi u obbligazzjonijiet separati kif deskritt fil-paragrafu 50, l-entità għandha tiddivulga rikonċiljazzjoni bejn il-valwazzjoni miksuba u l-valwazzjoni aġġustata inkluża fir-rapporti finanzjarji, li turi b’mod separat l-ammont aggregat ta’ kwalunkwe obbligazzjoni ta’ lokazzjoni rikonoxxuta li tkun żdiedet lura, u kwalunkwe aġġustament ieħor sinifikanti.

78   Fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 53, meta entità tkejjel proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16 jew f’konformità mal-IFRS 16, ir-rikonċiljazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 76 għandha tiddivulga ammonti relatati mal-proprjetà għall-investiment b’mod separat mill-ammonti relatati ma’ proprjetà għall-investiment oħra. Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga:

(a) 

deskrizzjoni tal-proprjetà għall-investiment;

(b) 

spjegazzjoni tar-raġuni għaliex il-valur ġust ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli;

(c) 

jekk possibbli, il-firxa ta’ stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab; u

(d) 

mad-disponiment ta’ proprjetà għall-investiment mhux riportata bil-valur ġust:

(i) 

il-fatt li l-entità ddisponiet minn proprjetà għall-investiment mhux riportata bil-valur ġust;

(ii) 

l-ammont riportat ta’ dik il-proprjetà għall-investiment fil-ħin tal-bejgħ; u

(iii) 

l-ammont ta’ qligħ jew telf rikonoxxut.

Mudell tal-kost

79   Minbarra d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 għandha tiddivulga:

(a) 

il-metodi ta’ deprezzament użati;

(b) 

il-ħajjiet utli jew ir-rati ta’ deprezzament użati;

(c) 

l-ammont riportat gross u d-deprezzament akkumulat (aggregat mat-telf minn indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu;

(d) 

rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat ta’ proprjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, li turi dan li ġej:

(i) 

żidiet, li jiddivulgaw separatament dawk iż-żidiet li jirriżultaw minn akkwiżizzjonijiet u dawk li jirriżultaw min-nefqa sussegwenti rikonoxxuti bħala assi;

(ii) 

żidiet li jirriżultaw minn akkwiżizzjonijiet permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji;

(iii) 

assi klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 u disponimenti oħrajn;

(iv) 

deprezzament;

(v) 

l-ammont ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut, u l-ammont ta’ telf minn indeboliment riversjat, matul il-perjodu f’konformità mal-IAS 36;

(vi) 

id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji f’munita tal-preżentazzjoni differenti, u mill-qlib ta’ operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità relatriċi;

(vii) 

trasferimenti minn u għal inventarji u proprjetà okkupata mis-sid; u

(viii) 

bidliet oħra.

(e) 

il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment. Fil-każijiet eċċezzjonali deskritti fil-paragrafu 53, meta entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment b’mod affidabbli, din għandha tiddivulga:

(i) 

deskrizzjoni tal-proprjetà għall-investiment;

(ii) 

spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli; u

(iii) 

jekk possibbli, il-firxa ta’ stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Mudell tal-valur ġust

80   Entità li qabel tkun applikat l-IAS 40 (2000) u għall-ewwel darba tagħżel li tikklassifika u tirrapporta l-interessi fil-proprjetà eliġibbli kollha, jew xi wħud minnhom, miżmuma taħt lokazzjonijiet operatorji bħala proprjetà għall-investiment għandha tirrikonoxxi l-effett ta' dik l-għażla bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-perjodu li fih issir l-għażla l-ewwel darba. Barra minn hekk:

(a) 

jekk preċedentement l-entità tkun iddivulgat pubblikament (f’rapporti finanzjarji jew mod ieħor) il-valur ġust ta’ dawk l-interessi fil-proprjetà f’perjodi aktar bikrin (imkejla fuq bażi li tissodisfa d-definizzjoni tal-valur ġust fl-IFRS 13), l-entità hija mħeġġa, iżda mhijiex obbligata li:

(i) 

taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal għall-aktar perjodu bikri ppreżentat li għalih dan il-valur ġust ġie ddivulgat pubblikament u

(ii) 

tirridikjara informazzjoni komparattiva għal dawn il-perjodi; u

(b) 

jekk l-entità ma kinitx preċedentement iddivulgat pubblikament l-informazzjoni deskritta f’(a), din ma għandhiex tirridikjara informazzjoni komparattiva u għandha tiddivulga dak il-fatt.

81 Dan l-Istandard jeħtieġ trattament differenti minn dak meħtieġ mill-IAS 8. L-IAS 8 jeħtieġ li l-informazzjoni komparattiva tiġi rridikjarata ħlief jekk din ir-ridikjarazzjoni ma tkunx prattika.

82 Meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba, l-aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal jinkludi r-riklassifikazzjoni ta’ kwalunkwe ammont miżmum f’surplus ta’ rivalwazzjoni għal proprjetà għall-investiment.

Mudell tal-kost

83 L-IAS 8 japplika għal kwalunkwe bidla fil-politiki tal-kontabbiltà li jsiru meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba u tagħżel li tuża l-mudell tal-kost. L-effett tal-bidla fil-politiki tal-kontabbiltà jinkludi r-riklassifikazzjoni ta’ kwalunkwe ammont miżmum f’surplus ta’ rivalwazzjoni għal proprjetà għall-investiment.

84   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 27–29 dwar il-kejl inizjali ta’ proprjetà għall-investiment akkwistata fi tranżazzjoni ta’ skambju ta’ assi għandhom jiġu applikati prospettivament biss għal tranżazzjonijiet futuri.

Kombinamenti ta’ Negozji

84A   Titjib Annwali Ċiklu 2011–2013, maħruġ f’Diċembru 2013, żied il-paragrafu 14A u intestatura qabel il-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għall-akkwiżizzjonijiet ta’ proprjetà għall-investiment mill-bidu tal-ewwel perjodu li fih tadotta dik l-emenda. Konsegwentement, il-kontabbiltà għal akkwiżizzjonijiet ta’ proprjetà għall-investiment f’perjodi preċedenti ma għandiex tiġi aġġustata. Madankollu, entità tista’ tagħżel li tapplika l-emenda għal akkwiżizzjonijiet individwali ta’ proprjetà għall-investiment li ġraw qabel il-bidu tal-ewwel perjodu annwali li jiġru dakinhar tad-data effettiva jew wara jekk, u biss jekk, l-informazzjoni meħtieġa biex tapplika l-emenda għal dawk it-tranżazzjonijiet preċedenti tkun disponibbli għall-entità.

L-IFRS 16

84B   Entità li tapplika l-IFRS 16, u l-emendi relatati ma’ dan l-Istandard, għall-ewwel darba għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fl-Appendiċi A tal-IFRS 16 għall-proprjetà għall-investiment tagħha miżmuma bħala assi bid-dritt tal-użu.

Trasferimenti ta’ Proprjetà għall-investiment

84C  Trasferimenti ta’ Proprjetà għall-Investiment (Emendi fl-IAS 40), maħruġ f’Diċembru 2016, emenda l-paragrafi 57–58. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal bidliet fl-użu li jseħħu fil-bidu jew wara l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali meta l-entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali). Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tirrivaluta l-klassifikazzjoni ta’ propjetà miżmuma f’dik id-data u, jekk applikabbli, tirriklassifika l-proprjetà billi tapplika l-paragrafi 7–14 biex jirriflettu l-kundizzjonijiet li jeżistu f’dik id-data.

84D Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 84C, entità għandha l-permess li tapplika l-emendi għall-paragrafi 57–58 b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 jekk, u biss jekk, dak ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara.

84E Jekk, f’konformità mal-paragrafu 84C, entità tirriklassifika proprjetà fid-data tal-applikazzjoni inizjali, l-entità għandha:

(a) 

tikkontabbilizza r-riklassifikazzjoni filwaqt li tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 59–64. Meta jiġu applikati l-paragrafi 59–64, entità għandha:

(i) 

tifhem kwalunkwe referenza għad-data tal-bidla fl-użu bħala d-data tal-applikazzjoni inizjali; u

(ii) 

tirrikonoxxi kwalunkwe ammont li, f’konformità mal-paragrafi 59–64, kieku kien ikun rikonoxxut fi profitt jew telf bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(b) 

tiddivulga l-ammonti riklassifikati għal, jew minn, proprjetà għall-investiment f’konformità mal-paragrafu 84C. L-entità għandha tiddivulga dawk l-ammonti riklassifikati bħala parti mir-rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat tal-propjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu, kif meħtieġ mill-paragrafi 76 u 79.

DATA EFFETTIVA

85 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

85A L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 62. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

85B Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 ġew emendati, il-paragrafu 22 tħassar u l-paragrafi 53A u 53B żdiedu bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Entità hija permessa tapplika l-emendi għall-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni minn kwalunkwe data qabel l-1 ta’ Jannar 2009 sakemm il-valuri ġusti tal-proprjetajiet għall-investiment taħt kostruzzjoni jkunu tkejlu f’dawk id-dati. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi għall-paragrafi 5 u 81E tal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir.

85C L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fil-paragrafu 5, emenda l-paragrafi 26, 29, 32, 40, 48, 53, 53B, 78–80 u 85B u ħassar il-paragrafi 36–39, 42–47, 49, 51 u 75(d). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

85D  Titjib Annwali Ċiklu 2011–2013, maħruġ f’Diċembru 2013, żied l-intestaturi qabel il-paragrafu 6 u wara l-paragrafu 84 u żied il-paragrafi 14A u 84A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

85E L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3(b), 9, 67 u 70. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

85F L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 40 billi ddefinixxa l-proprjetà għall-investiment biex tkun tinkludi kemm proprjetà għall-investiment bis-sjieda kif ukoll proprjetà miżmuma minn lokatarju bħala assi bid-dritt tal-użu. L-IFRS 16 emenda l-paragrafi 5, 7, 8, 9, 16, 20, 30, 41, 50, 53, 53A, 54, 56, 60, 61, 62, 67, 69, 74, 75, 77 u 78, żied il-paragrafi 19A, 29A, 40A u 84B u l-intestatura relatata tiegħu u ħassar il-paragrafi 3, 6, 25, 26 u 34. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

85G  Trasferimenti ta’ Proprjetà għall-Investiment (Emendi fl-IAS 40), maħruġ f’Diċembru 2016, emenda l-paragrafi 57–58 u żied il-paragrafi 84C–84E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

85H L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 32B. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

IRTIRAR TAL-IAS 40 (2000)

86 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment (maħruġ fl-2000).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 41

Agrikoltura

OBJETTIV

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament kontabbilistiku u d-divulgazzjonijiet relatati mal-attività agrikola.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat biex jiġi kontabbilizzat dan li ġej meta jkun relatat ma’ attività agrikola:

(a) 

assi bijoloġiċi, għajr il-pjanti portaturi;

(b) 

prodotti agrikoli fil-punt tal-ħsad; u

(c) 

għotjiet tal-gvern koperti mill-paragrafi 34 u 35.

2 Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) 

art relatata ma’ attività agrikola (ara l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir u l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment).

(b) 

pjanti portaturi relatati ma’ attività agrikola (ara l-IAS 16). Madankollu, dan l-Istandard japplika għall-prodotti ta’ dawk il-pjanti portaturi.

(c) 

għotjiet tal-gvern relatati mal-pjanti portaturi (ara l-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern).

(d) 

assi intanġibbli relatati ma’ attività agrikola (ara l-IAS 38 Assi Intanġibbli).

(e) 

assi bid-dritt tal-użu li jirriżultaw minn lokazzjoni ta’ art relatata ma’ attività agrikola (ara l-IFRS 16 Lokazzjonijiet).

3 Dan l-Istandard japplika għal prodotti agrikoli, li huma l-prodotti maħsuda tal-assi bijoloġiċi tal-entità, fil-punt tal-ħsad. Minn hemm ’il quddiem, japplika l-IAS 2 Inventarji jew Standard applikabbli ieħor. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma jittrattax l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli wara l-ħsad; pereżempju, l-ipproċessar tal-għeneb f’inbid minn negozjant tal-inbid li jkun kabbar l-għeneb. Filwaqt li dan l-ipproċessar jista’ jkun estensjoni loġika u naturali tal-attività agrikola, u l-eventi li jseħħu jista’ jkollhom xi similarità mat-trasformazzjoni bijoloġika, dan l-ipproċessar mhuwiex inkluż fid-definizzjoni ta’ attività agrikola f’dan l-Istandard.

4 It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi eżempji ta’ assi bijoloġiċi, prodotti agrikoli, u prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad:



Assi bijoloġiċi

Prodotti agrikoli

Prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad

Nagħaġ

Suf

Ħjut, twapet

Siġar fi pjantaġġun għall-injam

Siġar maqtugħin

Zkuk, injam ippreparat

Baqar tal-ħalib

Ħalib

Ġobon

Ħnieżer

Karkassa

Zalzett, perżut ippreżervat

Pjanti tal-qoton

Qoton maħsud

Ħajt, ilbies

Kannamiela

Kannamiela maħsuda

Zokkor

Pjanti tat-tabakk

Weraq maqtugħ

Tabakk ippreżervat

Sġajjar tat-te

Weraq maqtugħ

Te

Dwieli

Għeneb maqtugħ

Nbid

Siġar tal-frott

Frott maqtugħ

Frott ipproċessat

Palmijiet taż-żejt

Frott maqtugħ

Żejt tal-palm

Siġar tal-gomma

Latex maħsud

Prodotti tal-gomma

Ċerti pjanti, pereżempju l-isġajjar tat-te, id-dwieli tal-għeneb, il-palmijiet taż-żejt, u s-siġar tal-gomma, ġeneralment jissodisfaw id-definizzjoni ta’ pjanta portatura u jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 16. Madankollu, il-prodott li jikber fuq il-pjanti portaturi, pereżempju l-weraq tat-te, l-għeneb, il-frott tal-palm taż-żejt u l-latex, jaqa’ taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41.

DEFINIZZJONIJIET

Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura

5   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Attività agrikola hija l-ġestjoni minn entità tat-trasformazzjoni bijoloġika u l-ħsad tal-assi bijoloġiċi għall-bejgħ jew għall-konverżjoni fi prodotti agrikoli jew f’assi bijoloġiċi addizzjonali.
Prodott agrikolu huwa l-prodott maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità.
Pjanta portatura hija pjanta ħajja li:
(a) 

tintuża fil-produzzjoni jew il-provvista ta’ prodotti agrikoli;

(b) 

hija mistennija tipproduċi għal aktar minn perjodu wieħed; u

(c) 

għandha probabbiltà remota li tinbiegħ bħala prodott agrikolu, ħlief għal bejgħ tal-fdal inċidentali.

Assi bijoloġiku huwa annimal jew pjanta ħajja.
Trasformazzjoni bijoloġika tinkludi l-proċessi ta’ tkabbir, deġenerazzjoni, produzzjoni, u prokreazzjoni li jikkawżaw bidliet kwalitattivi jew kwantitattivi f’assi bijoloġiku.
Kostijiet tal-bejgħ huma kostijiet inkrementali attribwibbli direttament għad-disponiment ta’ assi, esklużi l-kostijiet tal-finanzi u t-taxxi fuq l-introjtu.
Grupp ta’ assi bijoloġiċi huwa aggregazzjoni ta’ annimali jew pjanti simili ħajjin.
Ħsad huwa l-qtugħ tal-prodotti minn assi bijoloġiku jew it-twaqqif tal-proċessi tal-ħajja tal-assi bijoloġiku.

5A Dawn li ġejjin mhumiex pjanti portaturi:

(a) 

pjanti kkultivati biex jinħasdu bħala prodott agrikolu (pereżempju, siġar imkabbra għall-użu bħala injam ippreparat);

(b) 

pjanti kkultivati biex jipproduċu prodotti agrikoli meta jkun hemm aktar minn probabbiltà remota li l-entità se taħsad u tbigħ ukoll il-pjanta bħala prodott agrikolu, u mhux bħala bejgħ tal-fdal inċidentali (pereżempju, siġar li huma kkultivati kemm għall-frott tagħhom kif ukoll għall-injam tagħhom); u

(c) 

għelejjel annwali (pereżempju l-qamħirrum u l-qamħ).

5B Meta l-pjanti portaturi ma jibqgħux jintużaw biex jipproduċu l-prodotti tagħhom, dawn jistgħu jinqatgħu u jinbiegħu bħala fdal, pereżempju, għall-użu bħala ħatab għan-nar. Bejgħ tal-fdal inċidentali bħal dan ma għandux jipprevjeni l-pjanta milli tissodisfa d-definizzjoni ta’ pjanta portatura.

5C Il-prodotti mill-pjanti portaturi huma assi bijoloġiku.

6 L-attività agrikola tkopri firxa wiesgħa ta' attivitajiet; pereżempju, it-trobbija ta’ bhejjem, il-forestrija, it-tkabbir annwali jew perenni tal-għelejjel, il-kultivazzjoni ta’ msaġar u pjantaġġuni, il-florikultura, u l-akkwakultura (inkluż il-pixxikultura). Jeżistu ċerti fatturi komuni f’din id-diversità:

(a) 

Kapaċità ta’ bidla. L-annimali u l-pjanti ħajjin għandhom il-kapaċità ta’ trasformazzjoni bijoloġika;

(b) 

Ġestjoni tal-bidla. Il-ġestjoni tiffaċilita t-trasformazzjoni bijoloġika billi ttejjeb, jew tal-inqas tistabbilizza, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-proċess biex iseħħ (pereżempju, livelli ta’ nutrijenti, umdità, temperatura, fertilità u dawl). Din il-ġestjoni tiddistingwi l-attività agrikola minn attivitajiet oħrajn. Pereżempju, il-ħsad minn sorsi mhux ġestiti (bħas-sajd fl-oċeani u d-deforestazzjoni) mhuwiex attività agrikola; u

(c) 

Kejl tal-bidla. Il-bidla fil-kwalità (pereżempju, il-mertu ġenetiku, id-densità, il-maturità, il-kopertura tax-xaħam, il-kontenut tal-proteini, u s-saħħa tal-fibra) jew fil-kwantità (pereżempju, in-nisel, it-toqol, il-metri kubi, it-tul jew id-dijametru tal-fibra, u l-għadd ta’ żahar) li tirriżulta bit-trasformazzjoni bijoloġika jew bil-ħsad, titkejjel u tiġi mmonitorjata bħala funzjoni rutina tal-ġestjoni.

7 It-trasformazzjoni bijoloġika tirriżulta fit-tipi ta’ eżiti li ġejjin:

(a) 

bidliet fl-assi permezz ta’ (i) tkabbir (żieda fil-kwantità jew titjib fil-kwalità ta’ annimal jew pjanta), (ii) deġenerazzjoni (tnaqqis fil-kwantità jew deterjorament fil-kwalità ta’ annimal jew pjanta), jew (iii) prokreazzjoni (ħolqien ta’ annimali jew pjanti ħajjin oħrajn); jew

(b) 

produzzjoni ta’ prodotti agrikoli bħal latex, weraq tat-te, suf u ħalib.

Definizzjonijiet ġenerali

8   It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Ammont riportat huwa l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.
Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.)
Għotjiet tal-gvern huma kif definit fl-IAS 20.

9 [Imħassar]

RIKONOXXIMENT U KEJL

10   Entità għandha tirrikonoxxi assi bijoloġiku jew prodott agrikolu meta, u biss meta:

(a) 

l-entità tikkontrolla l-assi b’riżultat ta’ eventi passati;

(b) 

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati mal-assi jgħaddu għal fuq l-entità; u

(c) 

il-valur ġust jew il-kost tal-assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

11 F’attività agrikola, tista’ tingħata prova tal-kontroll fil-forma ta’, pereżempju, is-sjieda legali tal-bhejjem tal-ifrat u l-immarkar tagħhom b’ħadida mikwija, jew l-immarkar tal-bhejjem tal-ifrat b’mod ieħor mal-akkwiżizzjoni, it-twelid jew il-ftim tagħhom. Il-benefiċċji futuri huma normalment ivvalutati billi jitkejlu l-attributi fiżiċi sinifikanti.

12   Assi bijoloġiku għandu jitkejjel mar-rikonoxximent inizjali u fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ, ħlief fil-każ deskritt fil-paragrafu 30 fejn il-valur ġust ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli.

13   Il-prodott agrikolu maħsud mill-assi bijoloġiċi ta’ entità għandu jitkejjel fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ fil-punt tal-ħsad. Dan il-kejl huwa l-kost fid-data meta jkun applikat l-IAS 2 Inventarji jew Standard applikabbli ieħor.

14 [Imħassar]

15 Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi bijoloġiku jew ta’ prodott agrikolu jista’ jkun iffaċilitat permezz tar-raggruppament tal-assi bijoloġiċi jew tal-prodotti agrikoli skont attributi sinifikanti; pereżempju, skont l-età jew il-kwalità. Entità tagħżel l-attributi li jikkorrispondu għall-attributi użati fis-suq bħala bażi għall-ipprezzar.

16 L-entitajiet spiss jidħlu f’kuntratti sabiex ibigħu l-assi bijoloġiċi jew il-prodotti agrikoli tagħhom f’data futura. Il-prezzijiet tal-kuntratt ma jkunux neċessarjament rilevanti fil-kejl tal-valur ġust, għaliex il-valur ġust jirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq li fihom ix-xerrejja u l-bejjiegħa parteċipanti fis-suq jidħlu fi tranżazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-valur ġust ta’ assi bijoloġiku jew prodott agrikolu mhuwiex aġġustat minħabba l-eżistenza ta’ kuntratt. F’xi każijiet, kuntratt għall-bejgħ ta’ assi bijoloġiku jew prodott agrikolu jista’ jkun kuntratt oneruż, kif definit fl-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. L-IAS 37 japplika għal kuntratti onerużi.

17-21 [Imħassra]

22 Entità ma tinkludi ebda flussi ta’ flus mill-finanzjament ta’ assi jew ristabbiliment ta’ assi bijoloġiċi wara l-ħsad (pereżempju, il-kost tat-tħawwil mill-ġdid ta’ siġar f’foresta ta’ tħawwil wara l-ħsad).

23 [Imħassar]

24 Xi kultant, il-kost jista’ jqarreb il-valur ġust, partikolarment meta:

(a) 

tkun saret ftit li xejn trasformazzjoni bijoloġika minn mindu ġġarrab il-kost inizjali (pereżempju, għal nebbieta mħawla immedjatament qabel it-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar jew bhejjem akkwistati reċentement); jew

(b) 

l-impatt tat-trasformazzjoni bijoloġika fuq il-prezz ma jkunx mistenni li jkun materjali (pereżempju, għat-tkabbir inizjali f’ċiklu tal-produzzjoni ta’ 30 sena ta’ tħawwil tas-siġar tal-arżnu).

25 L-assi bijoloġiċi spiss ikunu marbutin mal-art (pereżempju, siġar f’foresta ta’ tħawwil). Jista’ ma jkun hemm l-ebda suq separat għal assi bijoloġiċi li huma marbutin mal-art iżda jista’ jeżisti suq attiv għall-assi kombinati, jiġifieri, għall-assi bijoloġiċi, art mhux maħduma, u titjib fl-art, bħala pakkett wieħed. Entità tista’ tuża informazzjoni rigward l-assi kombinati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi bijoloġiċi. Pereżempju, il-valur ġust ta’ art mhux maħduma u titjib fl-art jista’ jitnaqqas mill-valur ġust tal-assi kombinati biex wieħed jasal għall-valur ġust tal-assi bijoloġiċi.

Qligħ u telf

26   Qligħ jew telf li ġej minn rikonoxximent inizjali ta’ assi bijoloġiku fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ u minn bidla fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ ta' assi bijoloġiku għandu jiġi inkluż fi profitt jew telf għall-perjodu li fih jirriżulta.

27 Telf jista’ jirriżulta mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi bijoloġiku, minħabba li l-kostijiet tal-bejgħ jitnaqqsu fid-determinazzjoni tal-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ tal-assi bijoloġiku. Qligħ jista’ jirriżulta mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi bijoloġiku, bħal meta jitwieled għoġol.

28   Qligħ jew telf mar-rikonoxximent inizjali ta’ prodott agrikolu fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ għandu jiġi inkluż fi profitt jew telf għall-perjodu li fih jirriżulta.

29 Qligħ jew telf jista’ jirriżulta mar-rikonoxximent inizjali ta’ prodott agrikolu b’riżultat tal-ħsad.

Inabbiltà li jitkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli

30   Hemm preżunzjoni li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod affidabbli għal assi bijoloġiku. Madankollu, dik il-preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata biss mar-rikonoxximent inizjali għal assi bijoloġiku li għalih ma jkunx hemm disponibbli prezzijiet ikkwotati fis-suq u li għalih ikun determinat li kejl tal-valur ġust alternattiv ma jkunx affidabbli b’mod ċar. F’każ bħal dan, dak l-assi bioloġiku għandu jitkejjel skont il-kost mingħajr ebda deprezzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat. Malli l-valur ġust ta’ assi bioloġiku bħal dan ikun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, entità għandha tkejlu fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ. Ladarba assi bijoloġiku mhux kurrenti jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew jiġi inkluż fi grupp tad-disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) f’konformità mal-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, huwa preżunt li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

31 Il-preżunzjoni fil-paragrafu 30 tista’ tiġi kkonfutata biss mar-rikonoxximent inizjali. Entità li preċedentement kejlet assi bijoloġiku fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ tkompli tkejjel l-assi bijoloġiku fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ sad-disponiment tiegħu.

32 Fil-każijiet kollha, entità tkejjel prodott agrikolu fil-punt tal-ħsad fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ. Dan l-Istandard jirrifletti l-fehma li l-valur ġust ta’ prodott agrikolu fil-punt tal-ħsad dejjem jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

33 Fl-iddeterminar tal-kost, deprezzament akkumulat u telf minn indeboliment akkumulat, entità tikkunsidra l-IAS 2, l-IAS 16 u l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

GĦOTJIET TAL-GVERN

34   Għotja tal-gvern mingħajr kundizzjonijiet dwar assi bijoloġiku mkejjel fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ għandha tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf meta, u biss meta, l-għotja tal-gvern issir riċevibbli.

35   Jekk għotja tal-gvern dwar assi bijoloġiku mkejjel fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ tkun kundizzjonali, inkluż meta għotja tal-gvern tkun teħtieġ li entità ma tidħolx f’attività agrikola speċifika, entità għandha tirrikonoxxi l-għotja tal-gvern fi profitt jew telf tagħha meta, u biss meta, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-gvern.

36 It-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-gvern ivarjaw. Pereżempju, għotja tista’ teħtieġ li entità tikkoltiva f’lokalità partikolari għal ħames snin u teħtieġ li l-entità tagħti l-għotja lura jekk tikkoltiva għal perjodu anqas minn ħames snin. F’dan il-każ, l-għotja ma tkunx rikonoxxuta fi profitt jew telf qabel ma jgħaddu l-ħames snin. Madankollu, jekk it-termini tal-għotja jippermettu li tinżamm parti minnha skont iż-żmien li jkun għadda, l-entità tirrikonoxxi dik il-parti fi profitt jew telf hekk kif jgħaddi ż-żmien.

37 Jekk għotja tal-gvern tkun relatata ma’ assi bijoloġiku mkejjel skont il-kost tiegħu mingħajr ebda deprezzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat (ara l-paragrafu 30), japplika l-IAS 20.

38 Dan l-Istandard jeħtieġ trattament differenti mill-IAS 20, jekk għotja tal-gvern tkun relatata ma’ assi bijoloġiku mkejjel fil-valur ġust tiegħu mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ jew meta għotja tal-gvern tkun teħtieġ li entità ma tinvolvix ruħha f’attività agrikola speċifika. L-IAS 20 jiġi applikat biss għal għotja tal-gvern relatata ma’ assi bijoloġiku mkejjel skont il-kost tiegħu mingħajr ebda deprezzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat.

DIVULGAZZJONI

39 [Imħassar]

Ġenerali

40   Entità għandha tiddivulga l-qligħ jew telf aggregat waqt il-perjodu preżenti mar-rikonoxximent inizjali tal-assi bijoloġiċi u l-prodotti agrikoli u mill-bidla fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ tal-assi bijoloġiċi.

41   Entità għandha tipprovdi deskrizzjoni ta’ kull grupp ta’ assi bijoloġiċi.

42 Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 41 tista’ tieħu l-forma ta’ deskrizzjoni narrattiva jew kwantifikata.

43 Entità hija skoraġġuta milli tipprovdi deskrizzjoni kwantifikata ta’ kull grupp ta’ assi bijoloġiċi, billi tiddistingwi bejn assi bijoloġiċi konsumabbli u portaturi jew bejn assi bijoloġiċi maturi u immaturi, kif xieraq. Pereżempju, entità tista’ tiddivulga l-ammonti riportati ta’ assi bijoloġiċi konsumabbli u assi bijoloġiċi portaturi skont il-grupp. Entità tista’ tiddividi aktar dawk l-ammonti riportati bejn assi maturi u immaturi. Dawn id-distinzjonijiet jipprovdu informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna fil-valutazzjoni taż-żmien tal-flussi futuri ta’ flus. Entità tiddivulga l-bażi biex isiru distinzjonijiet bħal dawn.

44 L-assi bijoloġiċi konsumabbli huma dawk li jkunu se jinħasdu bħala prodott agrikolu jew jinbiegħu bħala assi bijoloġiċi. Eżempji ta’ assi bijoloġiċi konsumabbli huma bhejjem intenzjonati għall-produzzjoni tal-laħam, bhejjem miżmumin għall-bejgħ, ħut fil-farms, għelejjel bħal qamħirrum u qamħ, prodotti ta’ pjanta portatura u siġar li qed jitkabbru għall-injam. L-assi bijoloġiċi portaturi huma dawk għajr l-assi bijoloġiċi konsumabbli; pereżempju, bhejjem li minnhom jiġi prodott il-ħalib u siġar tal-frott li minnhom jinħasad il-frott. L-assi bijoloġiċi portaturi mhumiex prodott agrikolu iżda, pjuttost, jinżammu biex jipproduċu l-prodotti.

45 L-assi bijoloġiċi jistgħu jkunu kklassifikati bħala assi bijoloġiċi maturi jew assi bijoloġiċi immaturi. Assi bijoloġiċi maturi huma dawk li laħqu l-ispeċifikazzjonijiet tal-ħsad (għal assi bijoloġiċi konsumabbli) jew li jistgħu jifilħu ħsad regolari (għal assi bijoloġiċi portaturi).

46   Jekk ma jkunx iddivulgat xi mkien ieħor f’informazzjoni ppubblikata fir-rapporti finanzjarji, entità għandha tiddeskrivi:

(a) 

in-natura tal-attivitajiet tagħha li jinvolvu kull grupp ta’ assi bijoloġiku; u

(b) 

miżuri mhux finanzjarji jew stimi tal-kwantitajiet fiżiċi ta’:

(i) 

kull grupp tal-assi bijoloġiċi tal-entità fit-tmiem tal-perjodu; u

(ii) 

output tal-prodott agrikolu waqt il-perjodu.

47-48  [Imħassra]

49   Entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-eżistenza u l-ammonti riportati ta’ assi bijoloġiċi li t-titolu tagħhom ikun ristrett, u l-ammonti riportati ta’ assi bijoloġiċi mwegħdin bħala sigurtà għal obbligazzjonijiet;

(b) 

l-ammonti ta’ impenji għall-iżvilupp jew l-akkwiżizzjoni ta’ assi bijoloġiċi; u

(c) 

strateġiji għal ġestjoni tar-riskju finanzjarji relatati mal-attività agrikola.

50   Entità għandha tippreżenta rikonċiljazzjoni ta’ bidliet fl-ammont riportat ta’ assi bijoloġiċi bejn il-bidu u t-tmiem tal-perjodu kurrenti. Ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi:

(a) 

il-qligħ jew telf li jirriżulta minn bdil fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ;

(b) 

żidiet minħabba bejgħ;

(c) 

tnaqqis attribwibbli għal bejgħ u assi bijoloġiċi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) f’konformità mal-IFRS 5;

(d) 

tnaqqis minħabba ħsad;

(e) 

żidiet li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji;

(f) 

differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mal-qlib tar-rapporti finanzjarji f’munita tal-preżentazzjoni differenti, u mal-qlib ta’ operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità relatriċi; u

(g) 

bidliet oħra.

51 Il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ ta’ assi bijoloġiku jista’ jinbidel kemm minħabba bidliet fiżiċi kif ukoll minħabba bidliet fil-prezz fis-suq. Divulgazzjoni separata ta’ bidliet fiżiċi u fil-prezz hija utli biex isir apprezzament tal-prestazzjoni fil-perjodu kurrenti u tal-prospetti futuri, partikolarment meta jkun hemm ċiklu ta’ produzzjoni ta’ aktar minn sena. F’dawn il-każijiet, entità hija mħeġġa tiddivulga, skont il-grupp jew mod ieħor, l-ammont ta’ bdil fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ inklużi fil-profitt jew telf minħabba bidliet fiżiċi u minħabba bidliet fil-prezz. Din l-informazzjoni hija ġeneralment inqas utli meta ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun inqas minn sena (pereżempju, meta jitrabbew it-tiġieġ jew jitkabbru ċ-ċereali).

52 It-trasformazzjoni bijoloġika tirriżulta f’għadd ta’ tipi ta’ bidliet fiżiċi – tkabbir, deġenerazzjoni, produzzjoni, u prokreazzjoni, li kull waħda minnhom hija osservabbli u tista’ titkejjel. Kull waħda minn dawn il-bidliet fiżiċi għandha relazzjoni diretta mal-benefiċċji ekonomiċi futuri. Bidla fil-valur ġust ta’ assi bijoloġiku minħabba l-ħsad hija wkoll bidla fiżika.

53 Attività agrikola ta’ spiss hija esposta għal riskji klimatiċi, ta’ mard u riskji naturali oħra. Jekk iseħħ event li jagħti lok għal entrata materjali ta’ introjtu jew spiża, in-natura u l-ammont ta’ dik l-entrata huma ddivulgati f’konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji. Eżempji ta’ event bħal dan jinkludu tifqigħa ta’ marda virulenti, għargħar, nixfa jew kesħa eċċessiva jew flaġell ta’ insetti.

Divulgazzjonijiet addizzjonali għal assi bijoloġiċi fejn il-valur ġust ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli

54   Jekk entità tkejjel l-assi bijoloġiċi skont il-kost tagħhom mingħajr ebda deprezzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat (ara l-paragrafu 30) fit-tmiem tal-perjodu, l-entità għandha tiddivulga għal dawn l-assi bijoloġiċi:

(a) 

deskrizzjoni tal-assi bijoloġiċi;

(b) 

spjegazzjoni tar-raġuni għaliex il-valur ġust ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli;

(c) 

jekk possibbli, il-firxa ta’ stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab;

(d) 

il-metodu ta’ deprezzament użat;

(e) 

il-ħajjiet utli jew ir-rati ta’ deprezzament użati; u

(f) 

l-ammont riportat gross u d-deprezzament akkumulat (aggregat bit-telf minn indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu.

55   Jekk, waqt il-perjodu kurrenti, entità tkejjel assi bijoloġiċi skont il-kost tagħhom mingħajr ebda deprezzament akkumulat jew ebda telf minn indeboliment akkumulat (ara l-paragrafu 30), entità għandha tiddivulga kwalunkwe qligħ jew telf rikonoxxut mad-disponiment ta’ assi bijoloġiċi bħal dawn u r-rikonċiljazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 50 għandha tiddivulga l-ammonti relatati ma’ dawn l-assi bijoloġiċi separatament. Barra minn hekk, ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi l-ammonti li ġejjin inklużi fil-profitt jew telf relatati ma’ dawk l-assi bijoloġiċi:

(a) 

telf minn indeboliment;

(b) 

riversjar ta’ telf minn indeboliment; u

(c) 

deprezzament.

56   Jekk il-valur ġust ta’ assi bijoloġiċi mkejla preċedentement skont il-kost tagħhom mingħajr ebda deprezzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat isir b’mod li jista’ jitkejjel b’mod affidabbli waqt il-perjodu kurrenti, entità għandha tiddivulga għal dawk l-assi bijoloġiċi:

(a) 

deskrizzjoni tal-assi bijoloġiċi;

(b) 

spjegazzjoni ta’ għaliex il-valur ġust sar tali li jista’ jitkejjel b’mod affidabbli; u

(c) 

l-effett tal-bidla.

Għotjiet tal-gvern

57   Entità għandha tiddivulga dawn li ġejjin b’relazzjoni ma’ attività agrikola koperta minn dan l-Istandard:

(a) 

in-natura u l-firxa tal-għotjiet tal-gvern rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji;

(b) 

kundizzjonijiet mhux issodisfati u kontinġenzi oħrajn marbutin ma’ għotjiet tal-gvern; u

(c) 

tnaqqis sinifikanti mistenni fil-livell ta’ għotjiet tal-gvern.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

58 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji annwali li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodi li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2003, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

59 Dan l-Istandard ma jistabbilixxi l-ebda dispożizzjoni tranżizzjonali speċifika. L-adozzjoni ta’ dan l-Istandard hija kontabbilizzata f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

60 Il-paragrafi 5, 6, 17, 20 u 21 ġew emendati u l-paragrafu 14 tħassar bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

61 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 15, 16, 25 u 30 u ħassar il-paragrafi 9, 17–21, 23, 47 u 48. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

62  Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41), maħruġ f’Ġunju 2014, emenda l-paragrafi 1-5, 8, 24 u 44 u żied il-paragrafi 5A–5C u 63. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8.

63 Fil-perjodu ta’ rapportar, meta Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41) jiġi applikat għall-ewwel darba, entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal dak il-perjodu. Madankollu, entità għandha tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal kull perjodu preċedenti ppreżentat.

64 L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 2. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

65  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS 2018-2020, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafu 22. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal kejl tal-valur ġust fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 1

Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jiżgura li l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità, u r-rapporti finanzjarji interim tagħha għal parti mill-perjodu kopert f’dawk ir-rapporti finanzjarji, ikun fihom informazzjoni ta’ kwalità għolja li:

(a) 

tkun trasparenti għall-utenti u tkun paragunabbli għall-perjodi kollha ppreżentati;

(b) 

tipprovdi punt tat-tluq xieraq għall-kontabbiltà f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs); u

(c) 

tista’ tiġi ġġenerata b’kost li ma jeċċedix il-benefiċċji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-każ ta’:

(a) 

l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha; u

(b) 

kull rapport finanzjarju interim, jekk ikun hemm, li hija tippreżenta f’konformità mal-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim għal parti mill-perjodu kopert fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha.

3 L-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità huma l-ewwel rapporti finanzjarji annwali li fihom l-entità tadotta l-IFRSs, permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riserva f’dawk ir-rapporti finanzjarji ta’ konformità mal-IFRSs. Rapporti finanzjarji f’konformità mal-IFRSs ikunu l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità jekk, pereżempju, l-entità:

(a) 

tkun ippreżentat ir-rapporti finanzjarji preċedenti tagħha l-aktar riċenti:

(i) 

f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali li ma jkunux konsistenti mal-IFRSs f’kull aspett;

(ii) 

li jkunu konformi mal-IFRSs f’kull aspett, iżda r-rapporti finanzjarji ma jkunx fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riserva li kienu jikkonformaw mal-IFRSs;

(iii) 

li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita tal-konformità ma’ wħud mill-IFRSs, iżda mhux mal-IFRSs kollha;

(iv) 

f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali li huma inkonsistenti mal-IFRSs, bl-użu ta’ xi IFRSs individwali għall-kontabbiltà ta’ entrati li għalihom ma kinux jeżistu rekwiżiti nazzjonali; jew

(v) 

f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali, b’rikonċiljazzjoni ta’ xi ammonti għall-ammonti determinati f’konformità mal-IFRSs;

(b) 

tkun ippreparat rapporti finanzjarji f’konformità mal-IFRSs għal użu intern biss, mingħajr ma’ tqegħedhom għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-entità jew ta’ xi utenti esterni oħra;

(c) 

tkun ippreparat pakkett tar-rapporti f’konformità mal-IFRSs għal skopijiet ta’ konsolidazzjoni mingħajr ma tipprepara sett komplet tar-rapporti finanzjarji kif definit fl-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007); jew

(d) 

ma tkunx ippreżentat rapporti finanzjarji għal perjodi preċedenti.

4 Dan l-IFRS japplika għal meta entità tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba. Ma japplikax meta, pereżempju, entità:

(a) 

tieqaf milli tkompli tippreżenta rapporti finanzjarji f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali, wara li tkun preċedentement ippreżentathom kif ukoll sett ieħor ta’ rapporti finanzjarji li jkun fihom dikjarazzjoni ta’ konformità espliċita u bla riservi mal-IFRSs;

(b) 

tkun ippreżentat rapporti finanzjarji s-sena preċedenti f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali u dawk ir-rapporti finanzjarji jkun fihom dikjarazzjoni ta’ konformità espliċita u bla riservi mal-IFRSs; jew

(c) 

tkun ippreżentat rapporti finanzjarji fis-sena preċedenti li jkun fihom dikjarazzjoni ta’ konformità espliċita u bla riservi mal-IFRSs, anki jekk l-awdituri jkunu kkwalifikaw ir-rapport tal-awditjar tagħhom dwar dawk ir-rapporti finanzjarji.

4A Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 2 u 3, entità li tkun applikat l-IFRSs f’perjodu ta’ rapportar preċedenti, iżda li r-rapporti finanzjarji annwali preċedenti l-aktar reċenti tagħha ma kienx fihom dikjarazzjoni ta’ konformità espliċita u bla riservi mal-IFRSs, għandha tapplika dan l-IFRS jew inkella tapplika l-IFRSs retrospettivament f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri daqslikieku l-entità qatt ma waqfet tapplika l-IFRSs.

4B Meta entità ma tagħżilx li tapplika dan l-IFRS f’konformità mal-paragrafu 4A, l-entità għandha xorta waħda tapplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 23A–23B tal-IFRS 1, flimkien mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 8.

5 Dan l-IFRS ma japplikax għal bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà li jkunu saru minn entità li tkun diġà tapplika l-IFRSs. Dawn il-bidliet huma s-suġġett ta’:

(a) 

rekwiżiti fuq bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà fl-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri; u

(b) 

rekwiżiti tranżizzjonali speċifiċi f’IFRSs oħrajn.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs

6 Entità għandha tipprepara u tippreżenta rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Dan huwa l-punt tat-tluq għall-kontabbiltà tagħha f’konformità mal-IFRSs.

Politiki tal-kontabbiltà

7   Entità għandha tuża l-istess politiki tal-kontabbiltà fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha u matul il-perjodi kollha ppreżentati fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRS tagħha. Dawk il-politiki tal-kontabbiltà għandhom jikkonformaw ma’ kull IFRS effettiv fit-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ rapportar tal-IFRSs tagħha, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 13–19 u l-Appendiċi B–E.

8 Entità ma għandhiex tapplika verżjonijiet differenti tal-IFRSs li kienu effettivi f’dati aktar bikrin. Entità tista’ tapplika IFRS ġdid li jkun għadu ma sarx obbligatorju jekk dak l-IFRS ikun jippermetti applikazzjoni bikrija.

Eżempju: Applikazzjoni konsistenti tal-aħħar verżjoni tal-IFRSs

Sfond

It-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ rapportar tal-IFRSs tal-Entità A huwa l-31 ta’ Diċembru 20X5. L-Entità A tiddeċiedi li tippreżenta informazzjoni komparattiva f’dawk ir-rapporti finanzjarji għal sena waħda biss (ara l-paragrafu 21). Għaldaqstant, id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs tagħha hija l-bidu tan-negozju fl-1 ta’ Jannar 20X4 (jew, b’mod ekwivalenti, l-għeluq tan-negozju fil-31 ta’ Diċembru 20X3). L-Entità A ppreżentat rapporti finanzjarji f’konformità mal-GAAP preċedenti annwali tagħha sal-31 ta’ Diċembru kull sena sa, u inkluż, il-31 ta’ Diċembru 20X4.

Applikazzjoni tar-rekwiżiti

L-Entità A hija mitluba tapplika l-IFRSs effettivi għal perjodi li jispiċċaw fil-31 ta’ Diċembru 20X5 meta:

(a) 

tipprepara u tippreżenta r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs fl-1 ta’ Jannar 20X4; u

(b) 

tipprepara u tippreżenta r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha għall-31 ta’ Diċembru 20X5 (inkluż ammonti komparattivi għall-20X4), rapport tal-introjtu komprensiv, rapport tal-bidliet fl-ekwità u rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena sal-31 ta’ Diċembru 20X5 (inkluż ammonti komparattivi għall-20X4) u divulgazzjonijiet (inkluż informazzjoni komparattiva għall-20X4).

Jekk IFRS ġdid ikun għadu mhuwiex obbligatorju iżda tkun permessa applikazzjoni aktar bikrija, l-Entità A tista’, iżda mhijiex obbligata, tapplika dak l-IFRS fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha.

9 Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali f’IFRSs oħrajn japplikaw għall-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà magħmulin minn entità li diġà tuża l-IFRSs; ma japplikawx għal tranżizzjoni ta’ min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba, ħlief kif speċifikat fl-Appendiċi B–E.

10 Ħlief kif deskritt fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E, entità għandha, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha:

(a) 

tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li r-rikonoxximent tagħhom huwa mitlub mill-IFRSs;

(b) 

ma tirrikonoxxix entrati bħala assi jew obbligazzjonijiet jekk l-IFRSs ma jippermettux tali rikonoxximent;

(c) 

tirriklassifika entrati li rrikonoxxiet f’konformità mal-GAAP preċedenti bħala tip wieħed ta’ assi, obbligazzjoni jew komponent tal-ekwità, iżda li f’konformità mal-IFRSs huma tip differenti ta’ assi, obbligazzjoni jew komponent tal-ekwità; u

(d) 

tapplika l-IFRSs fil-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti kollha.

11 Il-politiki ta’ kontabilità li entità tuża fir-rapport tal-pożizzjoni tagħha tal-bidu skont l-IFRS tista' tvarja minn dik li hija użat għall-istess data permezz tal-GAAP preċedenti tagħha. L-aġġustamenti li jirriżultaw jiġu minn eventi u tranżazzjonijiet li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Għaldaqstant, entità għandha tirrikonoxxi dawk l-aġġustamenti direttament fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, f’xi kategorija oħra tal-ekwità) dakinhar tad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

12 Dan l-IFRS jistabbilixxi żewġ kategoriji ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju li r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs ta’ entità għandu jikkonforma ma’ kull IFRS:

(a) 

il-paragrafi 14–17 u l-Appendiċi B jipprojbixxu l-applikazzjoni retrospettiva ta’ xi aspetti ta’ IFRSs oħra.

(b) 

l-Appendiċi C–E jagħtu eżenzjonijiet minn xi rekwiżiti ta’ IFRSs oħra.

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retrospettiva ta’ IFRSs oħra

13 Dan l-IFRS jipprojbixxi l-applikazzjoni retrospettiva ta’ xi aspetti ta’ IFRSs oħrajn. Dawn l-eċċezzjonijiet jinsabu fil-paragrafi 14–17 u l-Appendiċi B.

Stimi

14   L-estimi ta’ entità f’konformità mal-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandhom ikunu konsistenti mal-istimi li jkunu saru għall-istess data skont il-GAAP preċedenti (wara li jkunu saru l-aġġustamenti meħtieġa biex jirriflettu kull differenza fil-politiki dwar il-kontabilità), sakemm ma jkunx hemm evidenza oġġettiva li dawk l-istimi kien fihom xi errur.

15 Entità tista' tirċievi informazzjoni wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs dwar stimi li hija kienet għamlet skont il-GAAP preċedenti. F’konformità mal-paragrafu 14, entità għandha tittratta r-riċevuta ta’ dik l-informazzjoni bl-istess mod bħal event li ma jaġġustax wara l-perjodu ta’ rapportar f’konformità mal-IAS 10 Eventi wara l-perjodu ta’ rapportar. Pereżempju, nassumu li d-data ta’ tranżizzjoni ta’ entità għall-IFRSs hija l-1 ta’ Jannar 20X4 u informazzjoni ġdida fil-15 ta’ Lulju 20X4 tkun teħtieġ ir-reviżjoni ta’ stima li tkun saret f’konformità ma’ GAAP preċedenti fil-31 ta’ Diċembru 20X3. L-entità ma għandhiex tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha (ħlief jekk l-istimi jkunu jeħtieġu aġġustament għal xi differenzi li jista’ jkun hemm fil-politiki tal-kontabbiltà jew jekk ikun hemm evidenza oġġettiva li l-istimi kien fihom xi errur). Minflok, l-entità għandha tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-profitt jew telf (jew, jekk xieraq, f’introjtu ieħor komprensiv) għas-sena li tintemm fil-31 ta’ Diċembru 20X4.

16 Entità jista’ jkollha bżonn tagħmel stimi f’konformità mal-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li ma kinux meħtieġa f’dik id-data skont il-GAAP preċedenti. Biex tinkiseb konsistenza mal-IAS 10, dawk l-istimi f’konformità mal-IFRSs għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. B’mod partikulari, l-istimi fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs ta’ prezzijiet tas-suq, rati tal-imgħax jew rati tal-kambju għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq f’dik id-data.

17 Il-paragrafi 14-16 japplikaw għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs. Dawn japplikaw ukoll għal perjodu komparattiv ippreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità, f’liema każ ir-referenzi għad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs jiġu sostitwiti b’referenzi għat-tmiem ta’ dak il-perjodu komparattiv.

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

18 Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet li jinsabu fl-Appendiċi C–E. Entità ma għandhiex tapplika b’analoġija dawn l-eżenzjonijiet għal entrati oħra.

19 [Imħassar]

PREŻENTAZZJONI U DIVULGAZZJONI

20 Dan l-IFRS ma jipprovdix eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni u divulgazzjoni f’IFRSs oħra.

Informazzjoni komparattiva

21 L-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità għandhom jinkludu mill-inqas tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, żewġ rapporti separati tal-profitt jew telf (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati, inkluża informazzjoni komparattiva għar-rapporti kollha ppreżentati.

Informazzjoni komparattiva u sommarji storiċi mhux tal-IFRS

22 Xi entitajiet jippreżentaw sommarji storiċi ta’ data magħżula għal perjodi qabel l-ewwel perjodu li għalih jippreżentaw l-informazzjoni komparattiva sħiħa f’konformità mal-IFRSs. Dan l-IFRS ma jeħtieġx sommarji bħal dawn biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rikonoxximent u ta’ kejl tal-IFRSs. Barra minn dan, xi entitajiet jippreżentaw informazzjoni komparattiva f’konformità mal-GAAP preċedenti kif ukoll l-informazzjoni komparattiva mitluba mill-IAS 1. Jekk xi rapporti finanzjarji jkun fihom sommarji storiċi jew informazzjoni komparattiva f’konformità mal-GAAP preċedenti, entità għandha:

(a) 

tindika b’mod prominenti l-informazzjoni skont il-GAAP preċedenti bħala li ma kinitx imħejjija f’konformità mal-IFRSs; u

(b) 

tiddivulga n-natura tal-aġġustamenti ewlenin li tagħmilhom konformi mal-IFRSs. Entità ma għandhiex għalfejn tikkwantifika dawk l-aġġustamenti.

Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs

23   Entità għandha tispjega kif it-tranżizzjoni mill-GAAP preċedenti għall-IFRSs affettwat il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus irrapportati tagħha.

23A Entità li applikat l-IFRSs f’perjodu preċedenti, kif deskritt fil-paragrafu 4A, għandha tiddivulga:

(a) 

ir-raġuni għalfejn waqfet tapplika l-IFRSs; u

(b) 

ir-raġuni għalfejn qed terġa’ tapplika l-IFRSs.

23B Meta entità, f’konformità mal-paragrafu 4A, ma tagħżilx li tapplika l-IFRS 1, l-entità għandha tispjega r-raġunijiet għall-għażla li tapplika l-IFRSs bħallikieku qatt ma waqfet tapplika l-IFRSs.

Rikonċiljazzjonijiet

24 Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità għandhom jinkludu:

(a) 

rikonċiljazzjonijiet tal-ekwità tagħha rrapportata f’konformità mal-GAAP preċedenti mal-ekwità tagħha f’konformità mal-IFRSs għaż-żewġ dati li ġejjin:

(i) 

id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; u

(ii) 

it-tmiem tal-aħħar perjodu ppreżentat fir-rapporti finanzjarji l-aktar riċenti ta’ entità f’konformità mal-GAAP preċedenti.

(b) 

rikonċiljazzjoni mal-introjtu komprensiv totali tagħha f’konformità mal-IFRSs għall-aħħar perjodu fir-rapporti finanzjarji annwali l-aktar reċenti tal-entità. Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun l-introjtu komprensiv totali f’konformità mal-GAAP preċedenti għall-istess perjodu jew, jekk entità ma rrapportatx dak it-total, il-profitt jew telf taħt il-GAAP preċedenti.

(c) 

jekk l-entità rrikonoxxiet jew irriversjat xi telf minn indeboliment għall-ewwel darba fil-preparament tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha, id-divulgazzjonijiet li kienu jkunu meħtieġa mill-IAS 36 Indeboliment minn Assi kieku l-entità rrikonoxxiet dak it-telf minn indeboliment jew riversjar tiegħu fil-perjodu li jibda bid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

25 Ir-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b) għandhom jagħtu dettall suffiċjenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tal-introjtu komprensiv. Jekk entità tkun ippreżentat rapport tal-flussi ta’ flus taħt il-GAAP preċedenti tagħha, din għandha tispjega wkoll l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-flussi ta’ flus.

26 Jekk entità ssir konxja ta’ erruri li saru skont il-GAAP preċedenti, ir-rikonċiljazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 24(a) u (b) għandhom jiddistingwu l-korrezzjoni ta’ dawk l-erruri minn bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà.

27 L-IAS 8 ma japplikax għall-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà li entità tagħmel meta tadotta l-IFRSs jew għall-bidliet f’dawk il-politiki qabel ma tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tal-IAS 8 dwar il-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà ma japplikawx fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità.

27A Jekk, matul il-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRS tagħha, entità tbiddel il-politiki tal-kontabbiltà tagħha jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet li hemm f’dan l-IFRS, din għandha tispjega l-bidliet bejn l-ewwel rapport finanzjarju interim tal-IFRS tagħha u l-ewwel rapporti finanzjarji tal-IFRS tagħha, f’konformità mal-paragrafu 23, u għandha taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b).

28 Jekk entità ma kinitx ippreżentat rapporti finanzjarji għal perjodi preċedenti, l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha għandhom jiddivulgaw dak il-fatt.

Deżinjazzjoni ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji

29 Entità tista’ tiddeżinja assi finanzjarju rikonoxxut preċedentement bħala obbligazzjoni finanzjarja mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu D19A. L-entità għandha tiddivulga l-valur ġust tal-assi finanzjarji ddeżinjati bħala tali fid-data tad-deżinjazzjoni u l-klassifikazzjoni tagħhom u l-ammont riportat fir-rapporti finanzjarji preċedenti.

29A Entità tista’ tiddeżinja obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuta preċedentement bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu D19. L-entità għandha tiddivulga l-valur ġust tal-obbligazzjonijiet finanzjarji ddeżinjati bħala tali fid-data tad-deżinjazzjoni u l-klassifikazzjoni tagħhom u l-ammont riportat fir-rapporti finanzjarji preċedenti.

Użu tal-valur ġust bħala l-kost preżunt

30 Jekk entità tuża l-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha bħala kost preżunt għal entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, proprjetà għall-investiment, assi intanġibbli jew assi bid-dritt tal-użu (ara l-paragrafi D5 u D7), l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tal-entità għandhom jiddivulgaw, għal kull entrata f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjara tal-IFRS:

(a) 

l-aggregat ta’ dawk il-valuri ġusti; u

(b) 

l-aġġustament aggregat magħmul fl-ammonti riportati rrapportati skont il-GAAP preċedenti.

Użu tal-kost preżunt għal investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati

31 B’mod simili, jekk entità tuża kost preżunt fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha għal investiment f’sussidjarja, f’impriża konġunta jew f’kumpanija assoċjata fir-rapporti finanzjarji separati tagħha (ara l-paragrafu D15), l-ewwel rapporti finanzjarji separati skont l-IFRSs tal-entità għandhom jiddivulgaw:

(a) 

il-kost preżunt aggregat ta’ dawk l-investimenti li għalihom il-kost preżunt ikun l-ammont riportat tagħhom skont il-GAAP preċedenti;

(b) 

il-kost preżunt aggregat ta’ dawk l-investimenti li għalihom il-kost preżunt ikun valur ġust; u

(c) 

l-aġġustament aggregat magħmul fl-ammonti riportati rrapportati skont il-GAAP preċedenti.

Użu tal-kost preżunt għall-assi taż-żejt u l-gass

31A Jekk entità tuża l-eżenzjoni tal-paragrafu D8A(b) għall-assi taż-żejt u l-gass, din għandha tiddivulga dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew allokati l-ammonti riportati ddeterminati skont il-GAAP preċedenti.

Użu tal-kost preżunt għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rati

31B Jekk entità tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8B għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rati, din għandha tiddivulga dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew stabbiliti l-ammonti riportati skont il-GAPP preċedenti.

Użu tal-kost preżunt wara iperinflazzjoni gravi

31C Jekk entità tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-valur ġust u li tuża dak l-valur ġust bħala l-kost preżunt fl-ewwel rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha minħabba iperinflazzjoni gravi (ara l-paragrafi D26–D30), l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tal-entità għandhom jiddivulgaw spjegazzjoni ta’ kif u għalfejn l-entità kellha, u mbagħad waqfet ikollha, munita funzjonali li għandha ż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

(a) 

ma jkunx disponibbli indiċi tal-prezz ġenerali affidabbli għall-entitajiet kollha bi tranżazzjonijiet u bilanċi fil-munita.

(b) 

ma tkunx teżisti skambjabbiltà bejn il-munita u munita barranija relattivament stabbli.

Rapporti finanzjarji interim

32 Sabiex tikkonforma mal-paragrafu 23, jekk entità tippreżenta rapport finanzjarju interim f’konformità mal-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha, l-entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin flimkien mar-rekwiżiti tal-IAS 34:

(a) 

Kull rapport finanzjarju interim bħal dan, jekk l-entità tkun ippreżentat rapport finanzjarju interim għall-perjodu interim komparabbli tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti, għandu jinkludi:

(i) 

rikonċiljazzjoni tal-ekwità tagħha f’konformità mal-GAAP preċedenti fit-tmiem ta’ dak il-perjodu interim komparabbli mal-ekwità tagħha taħt l-IFRSs f’dik id-data; u

(ii) 

rikonċiljazzjoni mal-introjtu komprensiv totali tagħha f’konformità mal-IFRSs għal dak il-perjodu interim komparabbli (kurrenti u tas-sena sa dik id-data). Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun l-introjtu komprensiv totali f’konformità mal-GAAP preċedenti għal dak il-perjodu jew, jekk entità ma tkunx irrapportat tali total, il-profitt jew telf f’konformità mal-GAAP preċedenti.

(b) 

Flimkien mar-rikonċiljazzjonijiet mitluba minn (a), l-ewwel rapport finanzjarju interim ta’ entità f’konformità mal-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha, għandu jinkludi r-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 24(a) u (b) (supplimentati bid-dettalji meħtieġa mill-paragrafi 25 u 26) jew kontroreferenza għal dokument ippubblikat ieħor li jinkludi dawn ir-rikonċiljazzjonijiet.

(c) 

Jekk entità tbiddel il-politiki tal-kontabbiltà tagħha jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet li jinsabu f’dan l-IFRS, din għandha tispjega l-bidliet f’kull rapport finanzjarju interim bħal dan f’konformità mal-paragrafu 23 u taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa minn (a) u (b).

33 L-IAS 34 jeħtieġ divulgazzjonijiet minimi, li huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-utenti tar-rapport finanzjarju interim ukoll għandhom aċċess għall-aktar rapporti finanzjarji annwali riċenti. Madankollu, l-IAS 34 jeħtieġ ukoll li entità tiddivulga “kwalunkwe event jew operazzjoni li tkun materjali biex jinftiehem il-perjodu interim kurrenti”. Għaldaqstant, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba ma jkunx iddivulga, fl-iktar rapporti finanzjarji annwali reċenti f’konformità mal-GAAP preċedenti, informazzjoni materjali biex jinftiehem il-perjodu interim kurrenti, ir-rapport finanzjarju interim tiegħu għandu jiddivulga dik l-informazzjoni jew jinkludi kontroreferenza għal dokument ippubblikat ieħor li jinkludiha.

DATA EFFETTIVA

34 Entità għandha tapplika dan l-IFRS jekk l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha jkunu għal perjodu li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

35 Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi D1(n) u D23 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self (kif rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

36 L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 19, C1 u C4(f) u (g). Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom japplikaw ukoll għal dak il-perjodu aktar bikri.

37 L-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi B1 u B7. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

38  Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi fl-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f’Mejju 2008, żied il-paragrafi 31, D1(g), D14 u D15. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-paragrafi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39 Il-paragrafu B7 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

39A  Eżenzjonijiet Addizzjonali għal Min Jadotta għall-Ewwel Darba (Emendi fl-IFRS 1), maħruġ f’Lulju 2009, żied il-paragrafi 31A, D8A, D9A, u D21A u emenda l-paragrafi D1(c), (d) u (l). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39B [Imħassar]

39C L-IFRIC 19 Eżawriment tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta’ Strumenti ta’ Ekwità żied il-paragrafu D25. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 19.

39D [Imħassar]

39E  Titjib fl-IFRSs, maħruġ f’Mejju 2010 żied il-paragrafi 27A, 31B u D8B u emenda l-paragrafi 27, 32, D1(c) u D8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entitajiet li adottaw l-IFRSs f’perjodi qabel id-data effettiva tal-IFRS 1 jew applikaw l-IFRS 1 f’perjodu preċedenti huma permessi japplikaw l-emenda għall-paragrafu D8 b’mod retrospettiv fl-ewwel perjodu annwali wara li l-emenda tkun effettiva. Entità li tapplika l-paragrafu D8 b’mod retrospettiv għandha tiddivulga dak il-fatt.

39F [Imħassar]

39G [Imħassar]

39H  Iperinflazzjoni Gravi u Tneħħija tad-Dati Fissi għal Min Jadotta għall-Ewwel Darba (Emendi fl-IFRS 1), maħruġ f’Diċembru 2010, emenda l-paragrafi B2, D1 u D20 u żied il-paragrafi 31C u D26-D30. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

39I L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 31, B7, C1, D1, D14 u D15 u żiedu l-paragrafu D31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

39J L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, maħruġ f’Mejju 2011, ħassar il-paragrafu 19, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fl-Appendiċi A u emenda l-paragrafi D15 u D20. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

39K  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

39L L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati (kif emendat f’Ġunju 2011) emenda l-paragrafu D1 u ħassar il-paragrafi D10 u D11. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 19 (kif emendat f’Ġunju 2011).

39M L-IFRIC 20 Kostijiet tat-Tneżżigħ fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tas-Superfiċe żied il-paragrafu D32 u emenda l-paragrafu D1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 20.

39N  Self tal-Gvern (Emendi fl-IFRS 1), maħruġ f’Marzu 2012, żied il-paragrafi B1(f) u B10–B12. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

39O Il-paragrafi B10 u B11 jirreferu għall-IFRS 9. Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhix qiegħda tapplika l-IFRS 9, ir-referenzi fil-paragrafi B10 u B11 tal-IFRS 9 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

39P  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, żied il-paragrafi 4A–4B u 23A–23B. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39Q  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu D23. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39R  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39S  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Il-Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi fl-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12), maħruġ f’Ġunju 2012, emenda l-paragrafu D31. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11 (kif emendat f’Ġunju 2012).

39T  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi D16, D17 u l-Appendiċi C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess żmien.

39U [Imħassar]

39V L-IFRS 14 Kontijiet ta’ Differiment Regolatorju, maħruġ f’Jannar 2014, emenda l-paragrafu D8B. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-IFRIC 14 għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

39W  Kontabbiltà għall-Akkwiżizzjonijiet ta’ Interessi f’Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11), maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu C5. Entità għandha tapplika dik l-emenda f’perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016. Jekk entità tapplika l-emendi relatati mal-IFRS 11 minn Kontabbiltà għall-Akkwiżizzjonijiet ta’ Interessi f’Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11) f’perjodu aktar bikri, l-emenda għall-paragrafu C5 għandha tiġi applikata f’dak il-perjodu aktar bikri.

39X L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu D1, ħassar il-paragrafu D24 u l-intestatura relatata tiegħu u żied il-paragrafi D34–D35 u l-intestatura relatata tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

39Y L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 29, B1–B6, D1, D14, D15, D19 u D20, ħassar il-paragrafi 39B, 39G u 39U u żied il-paragrafi 29A, B8–B8G, B9, D19A–D19C, D33, E1 u E2. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

39Z  Metodu tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati (Emendi fl-IAS 27), maħruġ f’Awwissu 2014, emenda l-paragrafu D14 u żied il-paragrafu D15A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39AA [Imħassar]

39AB L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi 30, C4, D1, D7, D8B u D9, ħassar il-paragrafu D9A u żied il-paragrafi D9B-D9E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

39AC L-IFRIC 22 Tranżazzjonijiet f’Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem żied il-paragrafu D36 u emenda l-paragrafu D1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 22.

39AD  Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2014–2016, maħruġ f’Diċembru 2016, emenda l-paragrafi 39L u 39T u ħassar il-paragrafi 39D, 39F, 39AA u E3-7. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara.

39AE L-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi B1 u D1, ħassar l-intestatura qabel il-paragrafu D4 u l-paragrafu D4, u wara l-paragrafu B12 żied intestatura u l-paragrafu B13. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

39AF L-IFRIC 23 Inċertezza dwar it-Trattamenti tat-Taxxa fuq l-Introjtu żied il-paragrafu E8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 23.

39AG  Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS 2018-2020, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafu D1(f) u żied il-paragrafu D13A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

39AH  Taxxa Differita relatata ma’ Assi u Obbligazzjonijiet li Jirriżultaw minn Tranżazzjoni Waħda, maħruġ f’Mejju 2021, emenda l-paragrafu B1 u żied il-paragrafu B14. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IFRS 1 (MAĦRUĠ FL-2003)

40 Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 1 (maħruġ fl-2003 u emendat f’Mejju 2008).

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs

Il-bidu tal-perjodu l-aktar bikri li entità tippreżenta informazzjoni komparattiva għalih taħt l-IFRSs fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha.

kost preżunt

Ammont użat bħala surrogat għall-kost jew il-kost deprezzat f’data partikulari. Id-deprezzament jew l-amortizzament sussegwenti jassumi li l-entità inizjalment irrikonoxxiet l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data partikulari u li l-kost kien ugwali għall-kost preżunt.

valur ġust

huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq u d-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs

L-ewwel rapporti finanzjarji annwali li fihom entità tadotta Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs), b’dikjarazzjoni ta’ konformità espliċita u bla riservi mal-IFRSs.

l-ewwel perjodu ta’ rapportar tal-IFRSs

L-aħħar perjodu ta’ rapportar kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ta’ entità.

min jadotta għall-ewwel darba

Entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tagħha.

International Financial Reporting Standards (IFRSs)

Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) Standards u Interpretazzjonijiet maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB). Dawn jinkludu:

(a) 

Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju;

(b) 

Standards Internazzjonali tal-Kontabbiltà;

(c) 

Interpretazzjonijiet tal-IFRIC; u

(d) 

Interpretazzjonijiet tal-SIC ( 35 ).

opening IFRS statement of financial position

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

GAAP preċedenti

Il-bażi tal-kontabbiltà li min jadotta għall-ewwel darba uża immedjatament qabel adotta l-IFRSs.

Appendiċi B

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retrospettiva ta’ IFRSs oħra

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

B1 Entità għandha tapplika l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji (il-paragrafi B2 u B3);

(b) 

kontabbiltà għall-iħħeġġjar (il-paragrafi B4-B6);

(c) 

interessi nonkontrollanti (il-paragrafu B7);

(d) 

klassifikazzjoni u kejl ta’ assi finanzjarji (il-paragrafi B8–B8C);

(e) 

indeboliment ta’ assi finanzjarji (il-paragrafi B8D–B8G);

(f) 

derivattivi inkorporati (il-paragrafu B9);

(g) 

self tal-gvern (il-paragrafi B10-B12);

(h) 

kuntratti tal-assigurazzjoni (il-paragrafu B13); u

(i) 

taxxa differita relatata ma’ lokazzjonijiet u dekummissjonar, restawr u obbligazzjonijiet simili (il-paragrafu B14).

Irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

B2 Ħlief kif awtorizzat mill-paragrafu B3, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent fl-IFRS 9 b’mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara. Pereżempju, jekk min jadotta għall-ewwel darba rtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji nonderivattivi jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji nonderivattivi f’konformità mal-GAAP preċedenti tiegħu b’riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, dan ma għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet f’konformità mal-IFRSs (sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għar-rikonoxximent b’riżultat ta’ tranżazzjoni jew event li jseħħ aktar tard).

B3 Minkejja l-paragrafu B2, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent fl-IFRS 9 b’mod retrospettiv minn data li tagħżel l-entità, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi applikat l-IFRS 9 għall-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom b’riżultat ta’ tranżazzjonijiet passati, tkun inkisbet fiż-żmien tal-kontabbiltà inizjali għal dawk it-tranżazzjonijiet.

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

B4 Kif mitlub mill-IFRS 9, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha:

(a) 

tkejjel id-derivattivi kollha fil-valur ġust; u

(b) 

telimina t-telf u l-qligħ differit kollu li jirriżulta minn derivattivi li kienu rrapportati f’konformità ma’ GAAP preċedenti daqslikieku kienu assi jew obbligazzjonijiet.

B5 Entità ma għandhiex tirrifletti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tagħha, relazzjoni tal-iħħeġġjar ta’ tip li ma jikkwalifikax għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’konformità mal-IFRS 9 (pereżempju, ħafna relazzjonijiet għall-iħħeġġjar li fihom l-istrument għall-iħħeġġjar ikun opzjoni mibjugħa fuq bażi awtonoma jew opzjoni mibjugħa netta; jew li fihom l-entrata ħħeġġjata tkun pożizzjoni netta f’ħeġġ għall-fluss ta’ flus għal riskju ieħor li mhuwiex ir-riskju tal-munita barranija). Madankollu, jekk entità tkun iddeżinjat pożizzjoni netta bħala entrata ħħeġġjata f’konformità mal-GAAP preċedenti, din tista’ tiddeżinja bħala entrata ħħeġġjata f’konformità mal-IFRSs entrata individwali f’dik il-pożizzjoni netta, jew pożizzjoni netta jekk tissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 6.6.1. tal-IFRS 9, bil-kundizzjoni li tagħmel dan mhux iktar tard mid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

B6 Jekk qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs entità tkun iddeżinjat tranżazzjoni bħala ħeġġ iżda l-ħeġġ ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IFRS 9, l-entità għandha tapplika l-paragrafi 6.5.6 u 6.5.7 tal-IFRS 9 biex twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. It-tranżazzjonijiet li wieħed jidħol għalihom qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs ma għandhomx jiġu deżinjati b’mod retrospettiv bħala ħeġġijiet.

Interessi nonkontrollanti

B7 Min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IFRS 10 b’mod prospettiv mid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs:

(a) 

ir-rekwiżit fil-paragrafu B94 li l-introjtu komprensiv totali jiġi attribwit lis-sidien tal-kumpanija omm u lill-interessi nonkontrollanti anki jekk dan iwassal biex l-interessi nonkontrollanti ikollhom bilanċ ta’ defiċit;

(b) 

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 23 u B96 għall-kontabbiltà tal-bidliet fl-interess propjetarju tal-kumpanija omm f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll; u

(c) 

ir-rekwiżiti fil-paragrafi B97–B99 għall-kontabbiltà għal telf tal-kontroll fuq sussidjarja, u r-rekwiżiti relatati tal-paragrafu 8A tal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li ma Tkomplewx.

Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 3 b’mod retrospettiv għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat, dan għandu japplika wkoll l-IFRS 10 f’konformità mal-paragrafu C1 ta’ dan l-IFRS.

Klassifikazzjoni u kejl ta’ strumenti finanzjarji

B8 Entità għandha tivvaluta jekk assi finanzjarju jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.1.2 tal-IFRS 9 jew il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta’ trażmissjoni għall-IFRSs.

B8A Jekk ikun imprattikabbli li jiġi vvalutat valur taż-żmien immodifikat tal-element tal-flus f’konformità mal-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tivvaluta l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs mingħajr ma jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-valur taż-żmien tal-element tal-flus fil-paragrafi B4.1.9B-B4.1.9D tal-IFRS 9. (F’dan il-każ, l-entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 42R tal-IFRS 7 iżda r-referenzi għall-“paragrafu 7.2.4 tal-IFRS 9” għandhom jinqraw li jfissru dan il-paragrafu u referenzi għar-“rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju” għandhom jinqraw li jfissru “fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs”.)

B8B Jekk ikunx imprattikabbli li jiġi vvalutat jekk il-valur ġust ta’ karatteristika ta’ prepagament huwiex insinifikanti f’konformità mal-paragrafu B4.1.12 (c) tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tivvaluta l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-eċċezzjoni għall-karatteristiki ta’ prepagament fil-paragrafu B4.1.12 tal-IFRS 9. (F’dan il-każ, l-entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 42S tal-IFRS 7 iżda r-referenzi għall-“paragrafu 7.2.5 tal-IFRS 9” għandhom jinqraw li jfissru dan il-paragrafu u referenzi għar-“rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju” għandhom jinqraw li jfissru “fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs”.)

B8C Jekk ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8) li entità tapplika b’mod retrospettiv il-metodu tal-imgħax effettiv fl-IFRS 9, il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandu jkun l-ammont riportat gross ġdid ta’ dak l-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ġdid ta’ dik l-obbligazzjoni finanzjarja fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

Indeboliment tal-assi finanzjarji

B8D Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment fit-Taqsima 5.5. tal-IFRS 9 b’mod retrospettiv soġġetta għall-paragrafi B8E-B8G u E1-E2.

B8E Fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tuża informazzjoni raġonevoli u sostnuta li hija disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv sabiex tiddetermina r-riskju ta’ kreditu fid-data li fiha l-istrumenti finanzjarji kienu rikonoxxuti inizjalment (jew għal impenji ta’ self jew kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, id-data li fiha l-entità saret parti għall-impenn irrevokabbli f’konformità mal-paragrafu 5.5.6 tal-IFRS 9) u tqabblu mar-riskju ta’ kreditu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs (ara wkoll il-paragrafi B7.2.2.–B7.2.3. tal-IFRS 9).

B8F Meta jiġi determinat jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali, entità tista’ tapplika:

(a) 

ir-rekwiżiti fil-paragrafu 5.5.10 u B5.5.22-B5.5.24 tal-IFRS 9; u

(b) 

is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 5.5.11 tal-IFRS 9 għall-pagamenti kuntrattwali li għaddewlhom iktar minn 30 jum mid-data tal-għeluq jekk entità se tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment billi tidentifika żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali għal dawk l-istrumenti finanzjarji fuq il-bażi ta’ informazzjoni li għadditilha d-data tal-għeluq.

B8G Jekk, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, id-determinazzjoni ta’ jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali ta’ strument finanzjarju tkun tirrikjedi kost jew sforz eċċessiv, entità għandha tirrikonoxxi kopertura għal telf f’ammont ugwali għat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja f’kull data ta’ rapportar sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ dak l-istrument finanzjarju (sakemm dak l-istrument finanzjarju ma jkollux riskju ta’ kreditu baxx fid-data tar-rapportar, f’liema każ japplika l-paragrafu B8F(a)).

Derivattivi inkorporati

B9 Min jadotta għall-ewwel darba għandu jivvaluta jekk hemmx bżonn li derivattiv inkorporat jiġi sseparat mill-kuntratt ospitant u jiġi kontabbilizzat bħala derivattiv fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data iktar tard meta sar parti għall-kuntratt għall-ewwel darba u d-data li fiha hija meħtieġa rivalutazzjoni skont il-paragrafu B4.3.11 tal-IFRS 9.

Self tal-Gvern

B10 Min jadotta għall-ewwel darba għandu jikklassifika s-self kollu tal-gvern li jkun irċieva bħala obbligazzjoni finanzjarja jew bħala strument ta’ ekwità f’konformità mal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. Minbarra kif permess mill-paragrafu B11, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern b’mod prospettiv għal self tal-gvern eżistenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u ma għandux jirrikonoxxi l-benefiċċju korrispondenti tas-self tal-gvern b’rata tal-imgħax inqas minn tas-suq bħala għotja tal-gvern. Konsegwentement, jekk min jadotta għall-ewwel darba, skont il-GAAP preċedenti tiegħu, ma rrikonoxxiex u ma kkalkulax self tal-gvern b’rata tal-imgħax inqas minn tas-suq fuq bażi konsistenti mar-rekwiżiti tal-IFRS, dan għandu juża l-ammont riportat tas-self skont il-GAAP preċedenti tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs bħala l-ammont riportat tas-self fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs. Entità għandha tapplika l-IFRS 9 għall-kejl tat-tali self wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

B11 Minkejja l-paragrafu B10, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 u l-IAS 20 b’mod retrospettiv għal kwalunkwe self tal-gvern li joriġina qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS, dment li l-informazzjoni meħtieġa biex isir dan tkun inkisbet fiż-żmien tal-kontabbiltà inizjali għal dak is-self.

B12 Ir-rekwiżiti u l-gwida fil-paragrafi B10 u B11 ma jipprekludux entità milli tkun tista’ tuża l-eżenzjonijiet deskritti fil-paragrafi D19–D19C relatati mad-deżinjazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rikonoxxuti preċedentement fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Kuntratti tal-assigurazzjoni

B13 Entità għandha tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni fil-paragrafi C1–C24 u C28 fl-Appendiċi C tal-IFRS 17 għal kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Ir-referenzi f’dawk il-paragrafi fl-IFRS 17 għad-data ta’ tranżizzjoni għandhom jinftiehmu bħala d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

Taxxa differita relatata ma’ lokazzjonijiet u dekummissjonar, restawr u obbligazzjonijiet simili

B14 Il-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu jeżentaw entità milli tirrikonoxxi assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa differita f’ċirkustanzi partikolari. Minkejja din l-eżenzjoni, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, min jadotta għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita — sal-punt li jkun probabbli li l-profitt taxxabbli se jkun disponibbli li fil-konfront tiegħu tista’ tintuża d-differenza temporanja deduċibbli — u obbligazzjoni ta’ taxxa differita għad-differenzi temporanji deduċibbli u taxxabbli kollha assoċjati ma’:

(a) 

assi bid-dritt tal-użu u obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni; u

(b) 

id-dekummissjonar, ir-restawr u obbligazzjonijiet simili u l-ammonti korrispondenti rikonoxxuti bħala parti mill-kost tal-assi relatat.

Appendiċi C

Eżenzjonijiet għal kombinamenti ta’ negozji

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti li ġejjin għal kombinamenti ta’ negozji li l-entità rrikonoxxiet qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jenħtieġ li dan l-Appendiċi jiġi applikat biss għal kombinamenti ta’ negozji li jaqgħu taħt l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji.

C1 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ jagħżel li ma japplikax l-IFRS 3 b’mod retrospettiv għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat (kombinamenti ta’ negozji li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs). Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jirridikjara li xi kombinament ta’ negozji jikkonforma mal-IFRS 3, huwa għandu jirridikjara il-kombinamenti ta’ negozji kollha li seħħew aktar tard u għandu japplika wkoll l-IFRS 10 minn dik l-istess data. Pereżempju, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li jirridikjara kombinament ta’ negozji li seħħ fit-30 ta’ Ġunju 20X6, dan għandu jirridikjara l-kombinamenti kollha ta’ negozji li seħħew bejn it-30 ta’ Ġunju 20X6 u d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, u għandu japplika wkoll l-IFRS 10 mit-30 ta’ Ġunju 20X6.

C2 Entità ma għandhiex għalfejn tapplika l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju b’mod retrospettiv għal aġġustamenti fil-valur ġust jew fl-avvjament li jirriżultaw f’kombinamenti ta’ negozji li jkunu seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk l-entità ma tapplikax l-IAS 21 b’mod retrospettiv għal dawk l-aġġustamenti fil-valur ġust u l-avvjament, din għandha tittrattahom bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità u mhux bħala assi u obbligazzjonijiet tal-akkwiżit. Għaldaqstant, dawk l-avvjamenti u l-aġġustamenti għall-valur ġust huma diġà espressi fil-munita funzjonali tal-entità jew huma entrati ta’ munita barranija nonmonetarji, li huma rrapportati billi tintuża r-rata tal-kambju applikata f’konformità mal-GAAP preċedenti.

C3 Entità tista’ tapplika l-IAS 21 b’mod retrospettiv għal aġġustamenti għall-valur ġust u avvjament li jirriżultaw f’waħda minn dawn:

(a) 

il-kombinamenti ta’ negozji kollha li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; jew

(b) 

il-kombinamenti ta’ negozji kollha li l-entità tagħżel li tirridikjara biex tikkonforma mal-IFRS 3, kif permess mill-paragrafu C1 iktar ’il fuq.

C4 Jekk min jadotta għall-ewwel darba ma japplikax l-IFRS 3 b’mod retrospettiv għal kombinament ta’ negozji fil-passat, dan ikollu l-konsegwenzi li ġejjin fuq dak il-kombinament ta’ negozji:

(a) 

Min jadotta għall-ewwel darba għandu jżomm l-istess klassifikazzjoni (bħala akkwiżizzjoni mill-akkwirent legali, retroakkwiżizzjoni mill-akkwiżit legali, jew bħala twaħħid ta’ interessi) bħal fir-rapporti finanzjarji tal-GAAP preċedenti tiegħu.

(b) 

Min jadotta għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li kienu akkwistati jew assunti f’kombinament ta’ negozji fil-passat, ħlief għal:

(i) 

xi assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom kien irtirat taħt il-GAAP preċedenti (ara l-paragrafu B2); u

(ii) 

assi, inkluż avvjament, u obbligazzjonijiet li ma ġewx rikonoxxuti fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwirent f’konformità mal-GAAP preċedenti u li lanqas ma jikkwalifikaw għar-rikonoxximent f’konformità mal-IFRSs fir-rapport separat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit (ara (f)-(i) hawn isfel).

Min jadotta għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi kwalunkwe bidla li tirriżulta billi jaġġusta l-qligħ imfaddal (jew, jekk xieraq, xi kategorija oħra tal-ekwità), kemm-il darba l-bidla tirriżulta mir-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli li qabel kien inkluż fl-avvjament (ara (g)(i) hawn isfel).

(c) 

Min jadotta għall-ewwel darba għandu jeskludi mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs kwalunkwe entrata rikonoxxuta f’konformità mal-GAAP preċedenti li ma tikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala assi jew obbligazzjoni skont l-IFRSs. Min jadotta għall-ewwel darba għandu jikkontabbilizza l-bidliet li jirriżultaw kif ġej:

(i) 

min jadotta għall-ewwel darba jista’ jkun ikklassifika kombinament ta’ negozji fil-passat bħala akkwiżizzjoni u rrikonoxxa bħala assi intanġibbli entrata li ma tikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala assi f’konformità mal-IAS 38 Assi Intanġibbli. Huwa għandu jirriklassifika dik l-entrata (u, jekk ikun hemm, it-taxxa differita u l-interessi nonkontrollanti relatati) bħala parti mill-avvjament (ħlief jekk ikun naqqas l-avvjament direttament minn ekwità f’konformità mal-GAAP preċedenti, ara l-paragrafu (g)(i) u (i) hawn isfel).

(ii) 

min jadotta għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi kull bidla oħra li tirriżulta fil-qligħ imfaddal ( 36 ).

(d) 

L-IFRSs jeħtieġu l-kejl sussegwenti ta’ xi assi u obbligazzjonijiet fuq bażi li mhijiex ibbażata fuq il-kost oriġinali, bħalma huwa l-valur ġust. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jivvaluta dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet fuq dik il-bażi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tiegħu mħejji skont l-IFRS, ukoll jekk kienu ġew akkwistati jew assunti f’kombinament ta’ negozji fil-passat. Għandu jirrikonoxxi kwalunkwe bidla li tirriżulta fl-ammont riportat billi jaġġusta l-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, kategorija oħra ta’ ekwità), minflok avvjament.

(e) 

Immedjatament wara l-kombinament ta’ negozji, l-ammont riportat f’konformità mal-GAAP preċedenti ta’ assi akkwistati u obbligazzjonijiet assunti f’dak il-kombinament ta’ negozji għandu jkun il-kost preżunt tagħhom f’konformità mal-IFRSs f’dik id-data. Jekk l-IFRSs ikunu jeħtieġu kejl ibbażat fuq il-kost ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet f’data aktar tard, dak il-kost preżunt għandu jkun il-bażi għal deprezzament jew amortizzament ibbażat fuq il-kost mid-data tal-kombinament ta’ negozji.

(f) 

Jekk assi akkwistat, jew obbligazzjoni assunta, f’kombinament ta’ negozji fil-passat ma kinux rikonoxxuti f’konformità mal-GAAP preċedenti, dawn ma jkollhomx kost preżunt ta’ żero fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs. Minflok, l-akkwirent għandu jirrikonoxxihom u jkejjilhom fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidat fuq il-bażi li l-IFRSs ikunu jeħtieġu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit. Biex nispjegaw: jekk akkwirent ma kienx, f’konformità mal-GAAP preċedenti tiegħu, ikkapitalizza l-lokazzjonijiet akkwistati f’kombinament ta’ negozji fil-passat li fihom l-akkwirent kien lokatarju, dan għandu jikkapitalizza dawk il-lokazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu, l-istess bħalma kieku l-IFRS 16 Lokazzjonijiet ikun jeħtieġ li l-akkwirent jagħmel fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-IFRSs tiegħu. Bl-istess mod, jekk l-akkwirent ma kienx, f’konformità mal-GAAP preċedenti, irrikonoxxa obbligazzjoni kontinġenti li tkun għadha teżisti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi dik l-obbligazzjoni kontinġenti f’dik id-data ħlief jekk l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jipprojbixxi r-rikonoxximent tagħha fir-rapporti finanzjarji tal-akkwiżit. Bil-kontra, jekk assi jew obbligazzjoni kienu inklużi fl-avvjament f’konformità mal-GAAP preċedenti iżda kieku kienu jiġu rikonoxxuti separatament skont l-IFRS 3, dak l-assi jew l-obbligazzjoni jibqgħu inklużi fl-avvjament sakemm l-IFRSs ma jeħtiġux ir-rikonoxximent tagħhom fir-rapporti finanzjarji tal-akkwiżit.

(g) 

L-ammont riportat tal-avvjament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs għandu jkun l-ammont riportat f’konformità mal-GAAP preċedenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, wara li jsiru ż-żewġ aġġustamenti li ġejjin:

(i) 

Jekk mitlub mill-paragrafu (c)(i) hawn fuq, min jadotta għall-ewwel darba għandu jżid l-ammont riportat ta’ avvjament meta jirriklassifika entrata li kien irrikonoxxa bħala assi intanġibbli f’konformità mal-GAAP preċedenti. Bl-istess mod, jekk il-paragrafu (f) hawn fuq jeħtieġ li min jadotta għall-ewwel darba jirrikonoxxi assi intanġibbli li kien inkluż fl-avvjament rikonoxxut f’konformità mal-GAAP preċedenti, min jadotta għall-ewwel darba għandu jnaqqas l-ammont riportat tal-avvjament kif meħtieġ (u, jekk ikun applikabbli, jaġġusta t-taxxa differita u l-interessi nonkontrollanti).

(ii) 

Irrispettivament minn jekk hemmx xi indikazzjoni li l-avvjament jista’ jkun indebolit, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika l-IAS 36 biex jittestja l-avvjament għal xi indeboliment fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u biex jirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun hekk mitlub mill-IAS 36, fis-surplus ta’ rivalwazzjoni). It-test tal-indeboliment għandu jkun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(h) 

Ebda aġġustament ieħor ma għandu jsir lill-ammont riportat ta’ avvjament fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Pereżempju, min jadotta għall-ewwel darba ma għandux jirridikjara l-ammont riportat ta’ avvjament:

(i) 

biex jeskludi r-riċerka u l-iżvilupp li jinsabu għaddejjin akkwistati f’dak il-kombinament ta’ negozji (ħlief jekk l-assi intanġibbli relatat jikkwalifika għar-rikonoxximent f’konformità mal-IAS 38 fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit);

(ii) 

biex jaġġusta ammortizzament preċedenti tal-avvjament;

(iii) 

biex jiġu riversjati aġġustamenti tal-avvjament li l-IFRS 3 ma jippermettix, iżda li saru f’konformità mal-GAAP preċedenti minħabba aġġustamenti lill-assi u lill-obbligazzjonijiet bejn id-data tal-kombinament ta’ negozji u d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(i) 

Jekk min jadotta għall-ewwel darba jkun irrikonoxxa l-avvjament f’konformità mal-GAAP preċedenti bħala tnaqqis minn ekwità:

(i) 

dan ma għandux jirrikonoxxi dak l-avvjament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs tiegħu. Barra minn dan, ma għandux jirriklassifika dak l-avvjament għal profitt jew telf jekk jiddisponi mis-sussidjarja jew jekk l-investiment fis-sussidjarja jsir indebolit.

(ii) 

aġġustamenti li jirriżultaw minn riżoluzzjoni sussegwenti ta’ kontinġenza li taffettwa l-korrispettiv għax-xiri għandhom jiġu rikonoxxuti bħala qligħ imfaddal.

(j) 

F’konformità mal-GAAP preċedenti tiegħu, min jadotta għall-ewwel darba seta’ ma kienx ikkonsolida sussidjarja akkwistata f’kombinament ta’ negozji fil-passat (pereżempju, minħabba li l-kumpanija omm ma kinitx tqisha bħala sussidjarja f’konformità mal-GAAP preċedenti jew ma kinitx lestiet rapporti finanzjarji konsolidati). Min jadotta għall-ewwel darba għandu jaġġusta l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja għall-ammonti li l-IFRSs ikunu jeħtieġu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tas-sussidjarja. Il-kost preżunt tal-avvjament huwa ugwali għad-differenza fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs bejn:

(i) 

l-interess tal-kumpanija omm f’dawk l-ammonti riportati aġġustati; u

(ii) 

il-kost tal-investiment tal-kumpanija omm fis-sussidjarja fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

(k) 

Il-kejl tal-interessi nonkontrollanti u tat-taxxa differita jsegwi mill-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet oħra. Għaldaqstant, l-aġġustamenti ta’ hawn fuq għall-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti jaffettwaw l-interessi nonkontrollanti u t-taxxa differita.

C5 L-eżenzjoni għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat tapplika wkoll għal akkwiżizzjonijiet fil-passat ta’ investimenti f’kumpaniji assoċjati, interessi f’impriżi konġunti u interessi f’operazzjonijiet konġunti li fihom l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3. Barra minn dan, id-data magħżula fil-paragrafu C1 tapplika wkoll għal kull akkwiżizzjoni bħal din.

Appendiċi D

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

D1 Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma (il-paragrafi D2 u D3);

(b) 

[imħassar]

(c) 

il-kost preżunt (il-paragrafi D5–D8 B);

(d) 

lokazzjonijiet (il-paragrafi D9 u D9B-D9E);

(f) 

differenzi kumulattivi tal-qlib (il-paragrafi D12–D13A);

(g) 

investimenti f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati (il-paragrafi D14 u D15A);

(h) 

assi u obbligazzjonijiet ta’ sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti (il-paragrafi D16 u D17);

(i) 

strumenti finanzjarji komposti (il-paragrafu D18);

(j) 

deżinjazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rikonoxxuti preċedentement (il-paragrafi D19–D19C);

(k) 

il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali (il-paragrafu D20);

(l) 

obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonar inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir (il-paragrafi D21 u D21A);

(m) 

assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabbilizzati f’konformità mal-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz (il-paragrafu D22);

(n) 

kostijiet tat-teħid b’self (il-paragrafu D23);

(o) 

[imħassar]

(p) 

eżawriment tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ strumenti ta’ ekwità (il-paragrafu D25);

(q) 

iperinflazzjoni severa (il-paragrafi D26-D30);

(r) 

arranġamenti konġunti (paragrafu D31);

(s) 

kostijiet tat-tneżżigħ fil-fażi tal-produzzjoni ta’ minjiera tas-superfiċe (il-paragrafu D32);

(t) 

deżinjazzjoni ta’ kuntratti sabiex wieħed jixtri jew ibigħ entrata mhux finanzjarja (il-paragrafu D33);

(u) 

dħul (il-paragrafi D34 u D35); u

(v) 

tranżazzjonijiet f’munita barranija u korrispettiv bil-quddiem (il-paragrafu D36).

Entità ma għandhiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b’analoġija għal entrati oħra.

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma

D2 Min jadotta għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhuwiex meħtieġ, japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma għal strumenti ta’ ekwità mogħtija fis-7 ta’ Novembru 2002 jew qabel. Min jadotta għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ ukoll, iżda mhuwiex meħtieġ, japplika l-IFRS 2 għal strumenti ta’ ekwità li kienu ngħataw wara s-7 ta’ Novembru 2002 u li ġew vestiti qabel (a) id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs jew (b) l-1 ta’ Jannar 2005, skont liema data tiġi l-aħħar. Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 2 għal strumenti ta’ ekwità bħal dawn, dan jista’ jagħmel hekk biss jekk l-entità tkun iddivulgat pubblikament il-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità, iddeterminat fid-data tal-kejl, kif definit fl-IFRS 2. Għall-għotjiet kollha ta’ strumenti ta’ ekwità li għalihom l-IFRS 2 ma ġiex applikat (eż. strumenti ta’ ekwità mogħtija fis-7 ta’ Novembru 2002 jew qabel), min jadotta għall-ewwel darba madankollu għandu jiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 44 u 45 tal-IFRS 2. Jekk min jadotta għall-ewwel darba jimmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ strumenti ta’ ekwità li għalihom ma ġiex applikat l-IFRS2, l-entità mhijiex meħtieġa tapplika l-paragrafi 26–29 tal-IFRS 2 jekk il-modifika tkun seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

D3 Min jadotta għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhuwiex meħtieġ, japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li ġew saldati qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Min jadotta għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ ukoll, iżda mhuwiex meħtieġ, japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li jkunu ġew saldati qabel l-1 ta’ Jannar 2005. Għal obbligazzjonijiet li għalihom jiġi applikat l-IFRS 2, min jadotta għall-ewwel darba mhuwiex meħtieġ jirridikjara informazzjoni komparattiva sakemm l-informazzjoni tkun relatata ma’ perjodu jew ma’ data qabel is-7 ta’ Novembru 2002.

D4 [Imħassar]

Kost preżunt

D5 Entità tista’ tagħżel li tkejjel entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs fil-valur ġust tagħha u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħha f’dik id-data.

D6 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ jagħżel li juża rivalwazzjoni ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir magħmula skont il-GAAP preċedenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs jew qabel bħala l-kost preżunt fid-data tar-rivalwazzjoni, jekk ir-rivalwazzjoni kienet, fid-data tar-rivalwazzjoni, bejn wieħed u ieħor paragunabbli għal:

(a) 

valur ġust; jew

(b) 

il-kost jew il-kost deprezzat f’konformità mal-IFRSs, aġġustat biex jirrifletti, pereżempju, bidliet f’indiċi tal-prezzijiet ġenerali jew speċifiku.

D7 L-għażliet fil-paragrafi D5 u D6 huma disponibbli wkoll għal:

(a) 

proprjetà għall-investiment, jekk entità tagħżel li tuża l-mudell tal-kost fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment;

(aa) 

assi bid-dritt tal-użu (IFRS 16 Lokazzjonijiet); u

(b) 

assi intanġibbli li jissodisfaw:

(i) 

il-kriterji tar-rikonoxximent fl-IAS 38 (inkluż kejl affidabbli tal-kost oriġinali); u

(ii) 

il-kriterji fl-IAS 38 għar-rivalwazzjoni (inkluża l-eżistenza ta’ suq attiv).

Entità ma għandiex tuża dawn l-għażliet għal assi jew għal obbligazzjonijiet oħra.

D8 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ jkun stabbilixxa kost preżunt f’konformità mal-GAAP preċedenti għal xi assi u obbligazzjonijiet jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu billi jkun kejjilhom fil-valur ġust tagħhom f’data waħda partikulari minħabba event bħal privatizzazzjoni jew offerta pubblika inizjali.

(a) 

Jekk id-data tal-kejl tkun fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs jew qabilha, l-entità tista’ tuża dan il-kejl tal-valur ġust iddeterminat minn event bħala l-kost preżunt għall-IFRSs fid-data ta’ dak il-kejl.

(b) 

Jekk id-data tal-kejl tkun wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, iżda matul il-perjodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs, il-kejl tal-valur ġust iddeterminat minn event jista’ jintuża bħala l-kost preżunt meta jseħħ l-event. Entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustamenti li jirriżultaw direttament fil-qligħ imfaddal (jew, jekk xieraq, xi kategorija oħra ta’ ekwità) fid-data tal-kejl. Fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, l-entità għandha tistabbilixxi l-kost preżunt billi tapplika l-kriterji fil-paragrafi D5–D7 jew tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet f’konformità mar-rekwiżiti l-oħra f’dan l-IFRS.

D8A Fl-ambitu ta’ xi rekwiżiti nazzjonali tal-kontabbiltà, il-kostijiet tal-esplorazzjoni u l-iżvilupp għall-proprjetajiet taż-żejt u l-gass fil-fażijiet ta’ żvilupp u produzzjoni jiġu kontabbilizzati f’ċentri tal-kostijiet li jinkludu l-proprjetajiet kollha f’żona ġeografika kbira. Min jadotta għall-ewwel darba u juża tali kontabbiltà fl-ambitu tal-GAAP preċedenti jista’ jagħżel li jkejjel l-assi taż-żejt u l-gass fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs abbażi ta’ li ġej:

(a) 

assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni bl-ammont iddeterminat fl-ambitu tal-GAAP preċedenti tal-entità; u

(b) 

assi fil-fażi ta’ żvilupp jew produzzjoni bl-ammont iddeterminat għaċ-ċentru tal-kostijiet fl-ambitu tal-GAAP preċedenti tal-entità. L-entità għandha talloka dan l-ammont għall-assi sottostanti taċ-ċentru tal-kostijiet pro rata bl-użu ta’ volumi ta’ riżerva jew valuri ta’ riżerva b’effett minn dik id-data.

L-entità għandha tittestja l-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni u assi fil-fażi tal-iżvilupp u l-produzzjoni għall-indeboliment fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs f’konformità mal-IFRS 6 Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom jew l-IAS 36 rispettivament u, jekk meħtieġ, tnaqqas l-ammont iddeterminat f’konformità ma’ (a) jew (b) hawn fuq. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, assi taż-żejt u l-gass jinkludu biss dawk l-assi użati fl-esplorazzjoni, l-evalwazzjoni, l-iżvilupp jew il-produzzjoni taż-żejt u l-gass.

D8B Xi entitajiet ikollhom entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, assi bid-dritt tal-użu jew assi intanġibbli li jintużaw, jew kienu jintużaw preċedentement, f’operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata. L-ammont riportat ta’ tali entrati jista’ jinkludi ammonti li kienu ġew determinati taħt GAAP preċedenti iżda li ma jikkwalifikawx għal kapitalizzazzjoni f’konformità mal-IFRSs. Jekk dan ikun il-każ, min jadotta għall-ewwel darba jista’ jagħżel li juża l-ammont riportat tal-GAAP preċedenti ta’ dik l-entrata fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala kost preżunt. Jekk entità tapplika din l-eżenzjoni għal entrata, din ma għandhiex għalfejn tapplika għall-entrati kollha. Fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tittestja għal indeboliment f’konformità mal-IAS 36 kull entrata li għalih tintuża din l-eżenzjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet huma soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata jekk huma rregolati minn qafas għall-istabbiliment tal-prezzijiet li jistgħu jiġu imposti lill-konsumaturi għal oġġetti jew servizzi u li dan il-qafas huwa soġġett għal sorveljanza u/jew l-approvazzjoni ta’ regolatur tar-rata (kif definit fl-IFRS 14 Kontijiet ta’ Differiment Regolatorju).

Lokazzjonijiet

D9 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ jivvaluta jekk kuntratt eżistenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs fihx lokazzjoni billi japplika l-paragrafi 9–11 tal-IFRS 16 għal dawk il-kuntratti fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi eżistenti f’dik id-data.

D9A [Imħassar]

D9B Meta min jadotta għall-ewwel darba li jkun lokatarju jirrikonoxxi obbligazzjonijiet tal-lokazzjoni u l-assi bid-dritt tal-użu, dan jista’ japplika l-approċċ li ġej għal-lokazzjonijiet kollha tiegħu (soġġett għall-espedjenti prattiċi deskritti fil-paragrafu D9D):

(a) 

ikejjel obbligazzjoni tal-lokazzjoni fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Lokatarju li jsegwi dan l-approċċ għandu jkejjel dik l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni fil-valur preżenti tal-pagamenti tal-lokazzjoni li jifdal (ara l-paragrafu D9E), skontati billi tintuża r-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju (ara l-paragrafu D9) fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(b) 

ikejjel assi bid-dritt tal-użu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Il-lokatarju għandu jagħżel, fuq bażi ta’ lokazzjoni b’lokazzjoni, li jkejjel dak l-assi bid-dritt tal-użu:

(i) 

bl-ammont riportat tiegħu daqslikieku ġie applikat l-IFRS 16 mid-data tad-dekorrenza tal-lokazzjoni (ara l-paragrafu D9E), iżda skontat billi tintuża r-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; jew

(ii) 

bl-ammont ugwali għall-obbligazzjoni tal-lokazzjoni, aġġustat bl-ammont ta’ kwalunkwe pagament tal-lokazzjoni imħallas minn qabel jew akkumulat relatat ma’ dik il-lokazzjoni rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(c) 

japplika l-IAS 36 għal assi bid-dritt tal-użu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

D9C Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu D9B, min jadotta għall-ewwel darba li jkun lokatarju għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu f’valur ġust fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għal lokazzjonijiet li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà għall-investiment fl-IAS 40 u huma mkejla permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 mid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

D9D Min jadotta għall-ewwel darba li jkun lokatarju jista’ jagħmel waħda jew aktar mis-segwenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, fuq bażi ta’ lokazzjoni b’lokazzjoni:

(a) 

japplika rata ta’ skont waħda għal portafoll ta’ lokazzjonijiet b’karatteristiki raġonevolment simili (pereżempju, terminu ta’ lokazzjoni simili li jifdal għal klassi simili ta’ assi sottostanti f’ambjent ekonomiku simili).

(b) 

jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu D9B għal lokazzjonijiet li għalihom it-terminu ta’ lokazzjoni (ara l-paragrafu D9E) jintemm fi żmien 12-il xahar mid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Minflok, l-entità għandha tikkontabbilizza (inkluż id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar) dawn il-lokazzjonijiet bħallikieku kienu lokazzjonijiet b’terminu qasir kontabilizzati f’konformità mal-paragrafu 6 tal-IFRS 16.

(c) 

jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu D9B għal lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkunu ta’ valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3-B8 tal-IFRS 16). Minflok, l-entità għandha tikkontabbilizza (inkluż id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar) dawn il-lokazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 6 tal-IFRS 16.

(d) 

jeskludi kostijiet inizjali diretti (ara l-paragrafu D9E) mill-kejl tal-assi bid-dritt tal-użu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(e) 

iħares lura, bħal fid-determinazzjoni tat-terminu ta’ lokazzjoni jekk il-kuntratt ikun fih opzjonijiet biex wieħed jestendi jew itemm il-lokazzjoni.

D9E Pagamenti ta’ lokazzjoni, lokatarju, rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju, data tad-dekorrenza tal-lokazzjoni, kostijiet inizjali diretti u terminu ta’ lokazzjoni huma termini definiti fl-IFRS 16 u jintużaw f’dan l-Istandard bl-istess tifsira.

D10-D11 [Imħassra]

Differenzi kumulattivi tal-qlib

D12 L-IAS 21 jeħtieġ li entità:

(a) 

tirrikonoxxi xi differenzi tal-qlib f’introjtu ieħor komprensiv u takkumula dawn f’komponent separat ta’ ekwità; u

(b) 

mad-disponiment ta’ operazzjoni barranija, tirriklassifika d-differenza kumulattiva tal-qlib għal dik l-operazzjoni barranija (inkluż, jekk applikabbli, qligħ u telf li jirriżulta minn ħeġġijiet relatati) minn ekwità għal profitt jew telf bħala parti mill-qligħ jew telf mad-disponiment.

D13 Madankollu, min jadotta għall-ewwel darba ma għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal differenzi kumulattivi tal-qlib li kienu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni:

(a) 

id-differenzi kumulattivi fil-qlib għall-operazzjonijiet barranin kollha għandhom jitqiesu li huma żero fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs; u

(b) 

il-qligħ jew telf li jirriżulta minn disponiment sussegwenti ta’ xi operazzjoni barranija għandu jeskludi d-differenzi tal-qlib li kien hemm qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u għandu jinkludi d-differenzi tal-qlib sussegwenti.

D13A Minflok tapplika l-paragrafu D12 jew il-paragrafu D13, sussidjarja li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D16(a) tista’ tagħżel li tkejjel, fir-rapporti finanzjarji tagħha, differenzi kumulattivi tal-qlib għall-operazzjonijiet barranin kollha fl-ammont riportat li jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija omm, abbażi tad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs tal-kumpanija omm, jekk ma jkun sar l-ebda aġġustament għal proċeduri ta’ konsolidazzjoni u għall-effetti tal-kombinament ta’ negozji li fih il-kumpanija omm akkwistat is-sussidjarja. Għażla simili hija disponibbli għal kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D16(a).

Investimenti f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati

D14 Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 jitlobha tikkontabbilizza l-investimenti tagħha f’sussidjarji, f’impriżi konġunti u f’kumpaniji assoċjati:

(a) 

skont il-kost;

(b) 

f’konformità mal-IFRS 9; jew

(c) 

billi tuża l-metodu tal-ekwità kif deskritt fl-IAS 28.

D15 Jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jkejjel investiment bħal dan skont il-kost b'konformità mal-IAS 27, għandu jkejjel dak l-investiment b’wieħed minn dawn l-ammonti li ġejjin fir-rapport IFRS tal-ftuħ separat tal-pożizzjoni finanzjarja:

(a) 

kost determinat f’konformità mal-IAS 27; jew

(b) 

kost preżunt. Il-kost preżunt ta’ investiment bħal dan għandu jkun:

(i) 

il-valur ġust tiegħu fid-data ta' tranżizzjoni tal-entità għall-IFRSs fir-rapporti finanzjarji separati tagħha; jew

(ii) 

l-ammont riportat tal-GAAP preċedenti f’dik id-data.

Min jadotta għall-ewwel darba jista’ jagħżel bejn (i) jew (ii) hawn fuq sabiex ikejjel l-investiment tiegħu f’kull sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata li jagħżel li jkejjel bl-użu ta’ kost preżunt.

D15A Jekk min jadotta għall-ewwel darba jikkontabbilizza investiment bħal dan bl-użu tal-proċeduri tal-metodu tal-ekwità kif deskritt fl-IAS 28:

(a) 

min jadotta għall-ewwel darba japplika l-eżenzjoni għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat (l-Appendiċi C) għall-akkwist tal-investiment.

(b) 

jekk l-entità tadotta għall-ewwel darba għar-rapporti finanzjarji separati tagħha qabel ma tagħmel dan għar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, u

(i) 

aktar tard mill-kumpanija omm tagħha, l-entità għandha tapplika l-paragrafu D16 fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

(ii) 

aktar tard mis-sussidjarja tagħha, l-entità għandha tapplika l-paragrafu D17 fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

Assi u obbligazzjonijiet ta’ sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti

D16 Jekk sussidjarja tadotta għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija omm tagħha, is-sussidjarja, fir-rapporti finanzjarji tagħha, għandha tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha:

(a) 

fl-ammonti riportati li jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija omm, abbażi tad-data ta’ tranżizzjoni tal-kumpanija omm għall-IFRSs, jekk ma kinux saru aġġustamenti fil-proċeduri ta’ konsolidazzjoni u għall-effetti tal-kombinament ta’ negozji li fih il-kumpanija omm akkwistat lis-sussidjarja (din l-għażla mhijiex disponibbli għal sussidjarja ta’ entità tal-investiment, kif definit fl-IFRS 10, li hija meħtieġa titkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf); jew

(b) 

l-ammonti riportati meħtieġa mill-kumplament ta’ dan l-IFRS, ibbażati fuq id-data ta’ tranżizzjoni tas-sussidjarja għall-IFRS. Dawn l-ammonti riportati jistgħu jvarjaw minn dawk deskritti f’(a):

(i) 

meta l-eżenzjonijiet f’dan l-IFRS jirriżultaw f’kejl li jiddependi fuq id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(ii) 

meta l-politiki tal-kontabbiltà użati fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja jkunu differenti minn dawk fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Pereżempju, is-sussidjarja tista’ tuża bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha l-mudell tal-kost fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, filwaqt li l-grupp jista’ juża l-mudell ta’ rivalwazzjoni.

Għażla simili hija disponibbli għal kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li tadotta għall-ewwel darba aktar tard minn entità li jkollha influwenza sinifikanti jew kontroll konġunt fuqha.

D17 Madankollu, jekk entità tadotta għall-ewwel darba aktar tard mis-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta) tagħha, l-entità, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, għandha tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta) bl-istess ammonti riportati bħal fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta), wara li taġġusta għall-konsolidazzjoni u l-aġġustamenti fil-kontabbiltà tal-ekwità u għall-effetti tal-kombinament ta’ negozji li fih l-entità tkun akkwistat lis-sussidjarja. Minkejja dan ir-rekwiżit, entità omm mhux ta’ investiment ma għandhiex tapplika l-eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni li tintuża minn kwalunkwe entità tal-investiment sussidjarja. Bl-istess mod, jekk kumpanija omm tadotta għall-ewwel darba għar-rapporti finanzjarji separati tagħha qabel jew wara ma tagħmel hekk għar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, din għandha tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha fl-istess ammonti fiż-żewġ rapporti finanzjarji, ħlief fil-każ ta’ aġġustamenti tal-konsolidazzjoni.

Strumenti finanzjarji komposti

D18 L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jeħtieġ li entità taqsam strument finanzjarju kompost mill-bidu nett f’komponenti separati tal-obbligazzjoni u tal-ekwità. Jekk il-komponent tal-obbligazzjoni ma jibqax iktar pendenti, l-applikazzjoni retrospettiva tal-IAS 32 tinvolvi s-separazzjoni f’żewġ porzjonijiet tal-ekwità. L-ewwel porzjon jikkonsisti fi qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-interess kumulattiv li jkun akkumula fuq il-komponent tal-obbligazzjoni. Il-porzjon l-ieħor jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Madankollu, f’konformità ma’ dan l-IFRS, min jadotta għall-ewwel darba ma għandux għalfejn jissepara dawn iż-żewġ porzjonijiet jekk il-komponent tal-obbligazzjoni ma jibqax iktar pendenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

Deżinjazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rikonoxxuti preċedentement

D19 L-IFRS 9 jippermetti li obbligazzjoni finanzjarja (dment li tissodisfa ċerti kriterji) tiġi deżinjata bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS, entità hija permessa tiddeżinja kwalunkwe obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf dment li l-obbligazzjoni tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 4.2.2. tal-IFRS 9 f’dik id-data.

D19A Entità tista’ tiddeżinja assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

D19B Entità tista’ tiddeżinja investiment fi strument ta’ ekwità bħala fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

D19C Għal obbligazzjoni finanzjarja li hija deżinjata bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, entità għandha tiddetermina jekk it-trattament fil-paragrafu 5.7.7. tal-IFRS 9 joħloqx spariġġ kontabbilistiku fil-profitt jew telf fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

Kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali

D20 Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu B5.1.2A(b) tal-IFRS 9 b’mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li tkun daħlet għalihom fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara.

Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonar inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir

D21 L-IFRIC 1 Bidliet f’Obbligazzjonijiet Eżistenti ta’ Dekummissjonar, Restawr u Obbligazzjonijiet Simili jeħtieġ bidliet speċifiċi fid-dekummissjonar, ir-restawr jew obbligazzjonijiet simili li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-kost ta’ assi li huma relatati miegħu; l-ammont deprezzabbli aġġustat tal-assi mbagħad jiġi deprezzat b’mod prospettiv matul il-bqija tal-ħajja utli tiegħu. Min jadotta għall-ewwel darba ma għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal bidliet f’tali obbligazzjonijiet li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni, dan għandu:

(a) 

ikejjel l-obbligazzjoni fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs f’konformità mal-IAS 37;

(b) 

sal-punt li l-obbligazzjoni tinsab fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRIC 1, jagħti stima tal-ammont li kieku kien ikun inkluż fil-kost tal-assi relatat meta l-obbligazzjoni seħħet għall-ewwel darba, billi titnaqqas l-obbligazzjoni sa dik id-data bl-użu tal-aħjar stima tar-rata/i ta’ skont aġġustata għar-riskji storiċi, li kieku kellhom jiġu applikati għal dik l-obbligazzjoni matul dak il-perjodu ta’ żmien; u

(c) 

jikkalkula d-deprezzament akkumulat fuq dak l-ammont, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, fuq il-bażi tal-istima kurrenti tal-ħajja utli tal-assi, bl-użu tal-politika ta’ deprezzament adottata mill-entità f’konformità mal-IFRSs.

D21A Entità li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8A(b) (għall-assi taż-żejt u l-gass fil-fażijiet tal-iżvilupp jew tal-produzzjoni rreġistrati fiċ-ċentri tal-kostijiet li jinkludu l-proprjetajiet kollha f’żona ġeografika kbira skont il-GAAP preċedenti) għandha, minflok tapplika l-paragrafu D21 jew l-IFRIC 1:

(a) 

tkejjel l-obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonar, restawr u obbligazzjonijiet simili fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs f’konformità mal-IAS 37; u

(b) 

tirrikonoxxi direttament fil-qligħ imfaddal kwalunkwe differenza bejn dak l-ammont u l-ammont riportat ta’ dawk l-obbligazzjonijiet fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs iddeterminati skont il-GAAP preċedenti tal-entità

Assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabbilizzati f’konformità mal-IFRIC 12

D22 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRIC 12.

Kostijiet tat-teħid b’self

D23 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ jagħżel li japplika r-rekwiżiti tal-IAS 23 mid-data ta’ tranżizzjoni jew minn data aktar kmieni kif permess mill-paragrafu 28 tal-IAS 23. Mid-data li fiha entità li tapplika din l-eżenzjoni tibda tapplika l-IAS 23, l-entità:

(a) 

ma għandhiex terġa’ tirrapporta l-komponent tal-kost tat-teħid b’self li kien kapitalizzat skont il-GAAP preċedenti u li ġie inkluż fl-ammont riportat ta’ assi f’dik id-data; u

(b) 

għandha tikkontabbilizza l-kostijiet tat-teħid b’self imġarrba f’dik id-data jew wara f’konformità mal-IAS 23, inklużi dawk il-kostijiet tat-teħid b’self imġarrba f’dik id-data jew wara fuq assi kwalifikanti taħt kostruzzjoni.

D24 [Imħassar]

Eżawriment tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ strumenti ta’ ekwità

D25 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRIC 19 Eżawriment tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji Permezz ta’ Strumenti ta’ Ekwità.

Iperinflazzjoni gravi

D26 Jekk entità jkollha munita funzjonali li kienet, jew li hija, il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja, l-entità għandha tiddetermina jekk kinitx soġġetta għal iperinflazzjoni gravi qabel id-data ta’ tranżazzjoni għall-IFRSs. Dan japplika għal entitajiet li qed jadottaw l-IFRSs għall-ewwel darba, kif ukoll għall-entitajiet li diġà kienu applikaw l-IFRSs.

D27 Il-munita ta’ ekonomija iperinflazzjonarja hija soġġetta għal iperinflazzjoni gravi jekk ikollha ż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

(a) 

ma jkunx disponibbli indiċi tal-prezz ġenerali affidabbli għall-entitajiet kollha bi tranżazzjonijiet u bilanċi fil-munita.

(b) 

ma tkunx teżisti skambjabbiltà bejn il-munita u munita barranija relattivament stabbli.

D28 Il-munita funzjonali ta’ entità ma tibqax soġġetta għal iperinflazzjoni gravi fid-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali. Din hija d-data meta l-munita funzjonali titlef waħda mill-karatteristiki, jew it-tnejn li huma, tal-paragrafu D27, jew meta jkun hemm bidla fil-munita funzjonali tal-entità għal munita li ma tkunx soġġetta għal iperinflazzjoni gravi.

D29 Meta d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs ta’ entità tkun l-istess data li fiha tiġi normalizzata l-munita funzjonali, jew data aktar tard, l-entità tista’ tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li kellha qabel id-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali fil-valur ġust fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. L-entità tista’ tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt ta’ dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tal-IFRSs.

D30 Meta d-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali tkun fi żmien perjodu komparattiv ta’ 12-il xahar, il-perjodu komparattiv jista’ jkun anqas minn 12-il xahar, sakemm jiġi pprovdut sett komplet ta’ rapporti finanzjarji (kif meħtieġ mill-paragrafu 10 tal-IAS 1) għal dak il-perjodu iqsar.

Arranġamenti konġunti

D31 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRS 11 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Meta japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRS 11, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika dawn id-dispożizzjonijiet fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS.

(b) 

Meta jaqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, min jadotta għall-ewwel darba għandu jittestja l-investiment għall-indeboliment f’konformità mal-IAS 36 fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS, irrispettivament minn jekk hemmx indikazzjoni li l-investiment jista’ jkun indebolit. Kwalunkwe indeboliment li jirriżulta għandu jiġi rikonoxxut bħala aġġustament għall-qligħ imfaddal fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS

Kostijiet tat-tneżżigħ fil-fażi tal-produzzjoni ta' minjiera tas-superfiċe

D32 Persuna li tadotta għall-ewwel darba tista’ tapplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fil-paragrafi minn A1 sa A4 tal-IFRIC 20 Kostijiet tat-Tneżżigħ fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tas-Superfiċe. F’dak il-paragrafu, ir-referenza għad-data effettiva għandha tiġi interpretata bħala l-1 ta’ Jannar 2013 jew il-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar tal-IFRS, skont liema jkun l-aktar tard.

Deżinjazzjoni ta’ kuntratti ta’ xiri jew bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja

D33 L-IFRS 9 jippermetti li xi kuntratti ta’ xiri jew ta’ bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja jiġu deżinjati mill-bidu kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf (ara l-paragrafu 2.5 tal-IFRS 9). Minkejja dan ir-rekwiżit, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità hija permessa tiddeżinja kuntratti li diġà jeżistu f’dik id-data kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf iżda biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.5 tal-IFRS 9 f’dik id-data u l-entità tiddeżinja l-kuntratti simili kollha.

Dħul

D34 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu C5 tal-IFRS 15. F’dawk il-paragrafi r-referenzi għad-“data tal-ewwel applikazzjoni” għandhom jiġu interpretati bħala l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar għall-IFRSs. Jekk min jadotta għall-ewwel darba jiddeċiedi li japplika dawk id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, dan għandu japplika wkoll il-paragrafu C6 tal-IFRS 15.

D35 Min jadotta għall-ewwel darba mhuwiex meħtieġ jirridikjara l-kuntratti li kienu kompluti qabel l-aktar perjodu bikri ppreżentat. Kuntratt mitmum huwa kuntratt li għalih l-entità tkun ittrasferiet l-oġġetti jew is-servizzi kollha identifikati f’konformità mal-GAAP preċedenti.

Tranżazzjonijiet f’Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem

D36 Min jadotta għall-ewwel darba ma għandux għalfejn japplika l-IFRIC 22 Tranżazzjonijiet f’Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem għal assi, spejjeż u introjtu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni inizjalment rikonoxxuti qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-Istandards tal-IFRS.

Appendiċi E

Eżenzjonijiet għal żmien qasir mill-IFRSs

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Eżenzjoni mir-rekwiżit li tiġi rridikjarata informazzjoni komparattiva għall-IFRS 9

E1 Jekk l-ewwel perjodu ta’ rapportar għall-IFRS ta’ entità jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-entità tapplika l-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014), l-informazzjoni komparattiva fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRSs tal-entità ma għandhiex għalfejn tikkonforma mal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni jew il-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014), sal-punt fejn id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IFRS 7 jirrigwardaw entrati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9. Għal tali entitajiet, fil-każ tal-IFRS 7 u l-IFRS 9 (2014) biss, ir-referenzi għad-“data tranżizzjonali għall-IFRSs” għandhom ifissru l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar għall-IFRS.

E2 Entità li tagħżel li tippreżenta informazzjoni komparattiva li ma tikkonformax mal-IFRS 7 u l-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014) fl-ewwel sena ta’ tranżizzjoni għandha:

(a) 

tapplika r-rekwiżiti tal-GAAP preċedenti tagħha minflok ir-rekwiżiti tal-IFRS 9 għal informazzjoni komparattiva dwar l-entrati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9.

(b) 

tiddivulga dan il-fatt flimkien mal-bażi użata sabiex tipprepara din l-informazzjoni.

(c) 

tittratta kwalunkwe aġġustament bejn ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tar-rapportar tal-perjodu komparattiv (jiġifieri r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li jinkludi informazzjoni komparattiva skont il-GAAP preċedenti) u r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar tal-IFRS (jiġifieri l-ewwel perjodu li jinkludi informazzjoni li tikkonforma mal-IFRS 7 u l-verżjoni sħiħa tal-IFRS 9 (maħruġ fl-2014)) kif jirriżulta minn bidla fil-politika tal-kontabbiltà u tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 28(a)–(e) u (f)(i) tal-IAS 8. Il-paragrafu 28(f)(i) japplika biss għal ammonti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tar-rapportar tal-perjodu komparattiv.

(d) 

tapplika l-paragrafu 17(c) tal-IAS 1 sabiex tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali meta l-konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi fl-IFRSs ma tkunx biżżejjed sabiex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-impatt ta’ tranżazzjonijiet partikulari, eventi u kundizzjonijiet oħra fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

E3 – E7 [Imħassra]

Inċertezza dwar it-trattamenti tat-taxxa fuq l-introjtu

E8 Min jadotta għall-ewwel darba li d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS tiegħu tkun qabel l-1 ta’ Lulju 2017 jista’ jagħżel li ma jirriflettix l-applikazzjoni tal-IFRIC 23 Inċertezza dwar it-Trattamenti tat-Taxxa fuq l-Introjtu f’ informazzjoni komparattiva fl-ewwel rapporti finanzjarji tal-IFRSs tiegħu. Entità li tagħmel dik l-għażla għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni tal-IFRIC 23 bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar għall-IFRSs.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 2

Pagament Ibbażat fuq l-Ishma

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jispeċifika r-rapportar finanzjarju minn entità meta twettaq tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma. B’mod partikulari, dan jeħtieġ li entità tirrifletti fil-profitt jew telf tagħha u fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha l-effetti tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, inklużi spejjeż assoċjati ma’ tranżazzjonijiet li fihom opzjonijiet fuq l-ishma jingħataw lill-impjegati.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-kontabbiltà għat-tranżazzjonijiet kollha ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, irrispettivament minn jekk l-entità tkunx tista’ tidentifika speċifikament l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti kollha jew uħud minnhom, inklużi:

(a) 

tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità,

(b) 

tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus, u

(c) 

tranżazzjonijiet li fihom l-entità tirċievi jew takkwista oġġetti jew servizzi u fejn it-termini tal-arranġament jipprovdu lill-entità jew lill-fornitur ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi b’għażla dwar jekk l-entità ssaldax it-tranżazzjoni bi flus (jew assi oħra) jew billi toħroġ strumenti ta’ ekwità,

ħlief kif innotat fil-paragrafi 3A–6. Fin-nuqqas ta’ oġġetti jew servizzi speċifikament identifikabbli, ċirkustanzi oħra jistgħu jindikaw li jkunu ġew (jew se jkunu) riċevuti oġġetti jew servizzi, u f’dak il-każ japplika dan l-IFRS.

3 [Imħassar]

3A Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tista’ tiġi saldata minn entità fi grupp oħra (jew azzjonist ta’ kwalunkwe entità fi grupp) f’isem l-entità riċeventi jew akkwirenti tal-oġġetti jew servizzi. Il-paragrafu 2 japplika wkoll għal entità li

(a) 

tirċievi oġġetti jew servizzi meta entità oħra fl-istess grupp (jew azzjonist ta’ kwalunkwe entità fi grupp) ikollha l-obbligu li ssalda t-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, jew

(b) 

ikollha obbligu li ssalda tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma meta entità oħra fl-istess grupp tirċievi l-oġġetti jew servizzi

sakemm it-tranżazzjoni ma tkunx ċarament għal fini ieħor għajr il-pagament ta’ oġġetti jew servizzi fornuti lill-entità li tirċevihom.

4 Għall-għanijiet ta’ dan l-IFRS, tranżazzjoni ma’ impjegat (jew parti oħra) fil-kapaċità tiegħu/tagħha bħala detentur ta’ strumenti ta’ ekwità tal-entità mhijiex tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma. Pereżempju, jekk entità tagħti lid-detenturi kollha ta’ klassi partikulari tal-istrumenti ta’ ekwità tagħha d-dritt li jakkwistaw strumenti ta’ ekwità addizzjonali tal-entità bi prezz li jkun inqas mill-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità, u impjegat jirċievi dritt bħal dan minħabba li huwa detentur ta’ strumenti ta’ ekwità ta’ dik il-klassi partikulari, l-għoti jew l-eżerċizzju ta’ dak id-dritt mhuwiex soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS.

5 Kif innotat fil-paragrafu 2, dan l-IFRS japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma li fihom entità takkwista jew tirċievi oġġetti jew servizzi. Oġġetti jinkludu inventarji, prodotti konsumabbli, proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra mhux finanzjarji. Madankollu, entità ma għandhiex tapplika dan l-IFRS għal tranżazzjonijiet li fihom l-entità takkwista oġġetti bħala parti mill-assi netti akkwistati f’kombinament ta’ negozji kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008), f’kombinament ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni kif deskritt fil-paragrafi B1–B4 tal-IFRS 3, jew bħala kontribut ta’ negozju lejn il-formazzjoni ta’ impriża konġunta kif definita fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti. Għalhekk, strumenti ta’ ekwità f’kombinament ta’ negozji bħala skambju għall-kontroll tal-akkwiżit mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. Madankollu, strumenti ta’ ekwità mogħtija lill-impjegati tal-akkwiżit fil-kapaċità tagħhom bħala impjegati (eż. bħala skambju għal servizz kontinwu) huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. Bl-istess mod, il-kanċellazzjoni, is-sostituzzjoni jew modifika oħra ta’ arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma minħabba kombinament ta’ negozji jew ristrutturar ieħor tal-ekwità għandu jiġi kontabbilizzat f’konformità ma’ dan l-IFRS. L-IFRS 3 jipprovdi gwida dwar kif għandu jiġi ddeterminat jekk strumenti ta’ ekwità maħruġa f’kombinament ta’ negozji humiex parti mill-korrispettiv trasferit bi skambju għal kontroll tal-akkwiżit (u għaldaqstant fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3) jew humiex bi skambju għal servizz kontinwu li għandu jiġi rikonoxxut fil-perjodu ta’ wara l-kombinament (u għaldaqstant fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS).

6 Dan l-IFRS ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq ishma li fihom l-entità tirċievi jew takkwista oġġetti jew servizzi taħt kuntratt fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 8–10 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (kif rivedut fl-2003) ( 37 ) jew tal-paragrafi 2.4–2.7 tal-IAS 9 Strumenti Finanzjarji.

6A Dan l-IFRS juża t-terminu “valur ġust” b’mod li jvarja f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. Għaldaqstant, meta tapplika l-IFRS 2 entità tkejjel il-valur ġust f’konformità ma’ dan l-IFRS, u mhux l-IFRS 13.

RIKONOXXIMENT

7   Entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew servizzi riċevuti jew akkwistati fi tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma meta tikseb l-oġġetti jew hekk kif tirċievi s-servizzi. L-entità għandha tirrikonoxxi żieda korrispondenti fl-ekwità jekk l-oġġetti jew is-servizzi jkunu ġew riċevuti fi tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata b’ekwità, jew obbligazzjoni jekk l-oġġetti jew is-servizzi jkunu ġew akkwistati fi tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus.

8   Meta l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti jew akkwistati fi tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent bħala assi, dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spejjeż.

9 Tipikament, spiża toriġina mill-konsum ta’ oġġetti jew servizzi. Pereżempju, servizzi huma tipikament ikkunsmati minnufih, u f’dak il-każ tiġi rikonoxxuta spiża hekk kif il-kontroparti tagħti s-servizz. L-oġġetti jistgħu jiġu kkunsmati fuq perjodu ta’ żmien jew, fil-każ ta’ inventarji, jinbiegħu aktar tard, u f’dak il-każ tiġi rikonoxxuta spiża meta l-oġġetti jiġu kkunsmati jew jinbiegħu. Madankollu, xi kultant ikun meħtieġ li spiża tiġi rikonoxxuta qabel ma l-oġġetti jew is-servizzi jiġu kkunsmati jew jinbiegħu, minħabba li dawn ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent bħala assi. Pereżempju, entità tista’ takkwista oġġetti bħala parti mill-fażi ta’ riċerka ta’ proġett biex jiġi żviluppat prodott ġdid. Għalkemm dawk l-oġġetti ma jkunux ġew ikkunsmati, jistgħu ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent bħala assi taħt l-IFRS applikabbli.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA SSALDATI B’EKWITÀ

Ħarsa ġenerali

10  Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità, l-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti, u ż-żieda korrispondenti fl-ekwità, direttament, fil-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi riċevuti, sakemm dak il-valur ġust ma jkunx jista jiġi stmat b’mod affidabbli. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tistma l-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi b’mod affidabbli, l-entità għandha tkejjel il-valur tagħhom, u ż-żieda korrispondenti fl-ekwità, indirettament, b’referenza ( 38 )għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija.

11 Biex tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 10 għal tranżazzjonijiet ma’ impjegati u oħrajn li jipprovdu servizzi simili ( 39 ), l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tas-servizzi riċevuti b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ekwità mogħtija, minħabba li tipikament mhuwiex possibbli li l-valur ġust tas-servizzi riċevuti jiġi stmat b’mod affidabbli, kif spjegat fil-paragrafu 12. Il-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità għandu jitkejjel fid-data tal-għotja.

12 Tipikament, ishma, opzjonijiet fuq l-ishma jew strumenti ta’ ekwità oħra jingħataw lill-impjegati bħala parti mill-pakkett ta’ remunerazzjoni tagħhom, flimkien ma’ salarju fi flus u benefiċċji oħra tal-impjieg. Normalment, mhuwiex possibbli li s-servizzi riċevuti jitkejlu direttament għal komponenti partikulari tal-pakkett ta’ remunerazzjoni tal-impjegat. Jista’ wkoll ma jkunx possibbli li tkejjel il-valur ġust tal-pakkett totali tar-remunerazzjoni b’mod indipendenti, mingħajr ma tkejjel direttament il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija. Barra minn hekk, ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma xi kultant jingħataw bħala parti minn arranġament ta’ bonus, minflok bħala parti minn remunerazzjoni bażika, eż. bħala inċentiv biex l-impjegati jibqgħu impjegati mal-entità jew biex jiġu ppremjati għall-isforzi tagħhom biex itejbu l-prestazzjoni tal-entità. Bl-għoti ta’ ishma jew ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, apparti remunerazzjoni oħra, l-entità tkun qiegħda tħallas remunerazzjoni addizzjonali biex tikseb benefiċċji addizzjonali. L-istima tal-valur ġust ta’ dawk il-benefiċċji x’aktarx li tkun diffiċli. Minħabba d-diffikultà biex il-valur ġust tas-servizzi riċevuti jitkejjel b’mod dirett, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tas-servizzi tal-impjegati li tkun irċeviet b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija.

13 Biex jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 10 għal tranżazzjonijiet ma’ partijiet li mhumiex l-impjegati, għandu jkun hemm suppożizzjoni konfutabbli li l-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi riċevuti jkun jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli. Dak il-valur ġust għandu jitkejjel fid-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti tagħti s-servizz. F’każijiet rari, jekk l-entità tirribatti din il-preżunzjoni minħabba li ma tkunx tista’ tistma l-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi riċevuti b’mod affidabbli, l-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew servizzi riċevuti, u ż-żieda korrispondenti fl-ekwità, indirettament, b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, imkejla fid-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti twettaq is-servizz.

13A B’mod partikulari, jekk il-korrispettiv identifikabbli riċevut (jekk ikun hemm) mill-entità jkun jidher li huwa anqas mill-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija jew mill-obbligazzjoni mġarrba, din is-sitwazzjoni tipikament tkun tindika li jkun ġie riċevut (jew se jkun riċevut) korrispettiv ieħor (jiġifieri oġġetti jew servizzi mhux identifikabbli). L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi identifikabbli riċevuti f’konformità ma’ dan l-IFRS. L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti (jew li għad jiġu riċevuti) bħala d-differenza bejn il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma u l-valur ġust ta’ kwalunkwe prodott jew servizz identifikabbli riċevut (jew li għad irid jiġi riċevut). L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti fid-data tal-għotja. Madankollu, għal tranżazzjonijiet saldati bi flus, l-obbligazzjoni għandha titkejjel mill-ġdid fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar, sakemm tiġi saldata f’konformità mal-paragrafi 30–33.

Tranżazzjonijiet li fihom jiġu riċevuti servizzi

14 Jekk l-istrumenti ta’ ekwità mogħtija jsiru vestiti minnufih, il-kontroparti mhijiex meħtieġa li tagħti perjodu speċifiku sħiħ ta’ servizz qabel ma ssir intitolata mingħajr l-ebda kundizzjoni għal dawk l-istrumenti ta’ ekwità. Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi mwettqa mill-kontroparti bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità jkunu ġew riċevuti. F’dan il-każ, fid-data tal-għotja, l-entità għandha tirrikonoxxi s-servizzi riċevuti bis-sħiħ b’żieda korrispondenti fl-ekwità.

15 Jekk l-istrumenti ta’ ekwità mogħtija ma jsirux vestiti sakemm il-kontroparti tlesti perjodu speċifikat ta’ servizz, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li jridu jitwettqu mill-kontroparti bħala korrispettiv għal dawk l-istrumenti ta’ ekwità se jiġu riċevuti fil-futur, matul il-perjodu tal-vestiment. L-entità għandha tikkontabbilizza dawk is-servizzi hekk kif jitwettqu mill-kontroparti matul il-perjodu tal-vestiment, b’żieda korrispondenti fl-ekwità. Pereżempju:

(a) 

jekk impjegat jingħata opzjonijiet fuq l-ishma bil-kundizzjoni li jtemm tliet snin ta’ servizz, allura l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li għandhom jingħataw mill-impjegat bħala korrispettiv għall-opzjonijiet fuq l-ishma se jiġu riċevuti fil-futur, matul dak il-perjodu tal-vestiment ta’ tliet snin;

(b) 

jekk impjegat jingħata opzjonijiet fuq l-ishma bil-kundizzjoni li tiġi ssodisfata kundizzjoni ta’ prestazzjoni u li jibqa’ impjegat mal-entità sakemm tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni ta’ prestazzjoni, u t-tul tal-perjodu tal-vestiment ivarja skont meta tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni ta’ prestazzjoni, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li għandhom jingħataw mill-impjegat bħala korrispettiv għall-opzjonijiet fuq l-ishma se jiġu riċevuti fil-futur, matul il-perjodu tal-vestiment mistenni. L-entità għandha tistma t-tul tal-perjodu tal-vestiment mistenni fid-data tal-għotja, ibbażat fuq l-aktar eżitu probabbli tal-kundizzjoni ta’ prestazzjoni. Jekk il-kundizzjoni ta’ prestazzjoni tkun kundizzjoni tas-suq, l-istima tat-tul tal-perjodu tal-vestiment mistenni għandha tkun konsistenti mal-preżunzjonijiet użati fl-istima tal-valur ġust tal-opzjonijiet mogħtija, u ma għandhiex tiġi riveduta sussegwentement. Jekk il-kundizzjoni ta’ prestazzjoni ma tkunx kundizzjoni tas-suq, l-entità għandha tirrevedi l-istima tagħha tat-tul tal-perjodu tal-vestiment, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li t-tul tal-perjodu tal-vestiment ikun differenti mill-istimi preċedenti.

Tranżazzjonijiet imkejla b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija

Determinazzjoni tal-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mogħtija

16 Għal tranżazzjonijiet imkejla b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mogħtija fid-data tal-kejl, ibbażat fuq il-prezzijiet tas-suq jekk disponibbli, wara li tqis it-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ingħataw dawk l-istrumenti ta’ ekwità (soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 19-22).

17 Jekk il-prezzijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, l-entità għandha tistma l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija billi tuża teknika ta’ valwazzjoni biex tistma x’kien ikun il-prezz ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità fid-data tal-kejl fi tranżazzjoni distakkata bejn partijiet infurmati u disposti. It-teknika tal-valwazzjoni għandha tkun konsistenti ma’ metodoloġiji ta’ valwazzjoni aċċettati b’mod ġenerali għall-ipprezzar ta’ strumenti finanzjarji, u għandha tinkorpora l-fatturi u l-preżunzjonijiet kollha li parteċipanti fis-suq infurmati u disposti jkunu jridu jikkunsidraw fl-iffissar tal-prezz (soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 19-22).

18 L-Appendiċi B fih aktar gwida dwar il-kejl tal-valur ġust ta’ ishma u opzjonijiet fuq l-ishma, u jiffoka fuq it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi li huma karatteristiki komuni ta’ għoti ta’ ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma lill-impjegati.

Trattament ta’ kundizzjonijiet tal-vestiment

19 Għotja ta’ strumenti ta’ ekwità tista’ ssir bil-kundizzjoni li tissodisfa kundizzjonijiet speċifiċi tal-vestiment. Pereżempju, għotja ta’ ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma lil impjegat tipikament issir bil-kundizzjoni li l-impjegat jibqa’ fl-impjieg mal-entità għal perjodu speċifiku ta’ żmien. Jista’ jkun hemm kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni li jridu jiġu ssodisfati, bħal pereżempju li l-entità tikseb tkabbir speċifiku fil-profitt jew żieda speċifika fil-prezz tal-ishma tal-entità. Kundizzjonijiet tal-vestiment, ħlief il-kundizzjonijiet tas-suq, ma għandhomx jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tal-ishma jew tal-opzjonijiet fuq l-ishma fid-data tal-kejl. Minflok, il-kundizzjonijiet tal-vestiment, li mhumiex kundizzjonijiet tas-suq, għandhom jitqiesu billi jiġi aġġustat l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità inkluż fil-kejl tal-ammont tat-tranżazzjoni biex, finalment, l-ammont rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi riċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità mogħtija jkun ibbażat fuq l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li eventwalment jiġu vestiti. Għalhekk, fuq bażi kumulattiva, l-ebda ammont mhu rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi riċevuti jekk l-istrumenti ta’ ekwità mogħtija ma jiġux vestiti minħabba n-nuqqas li tiġi ssodisfata kundizzjoni tal-vestiment, li mhijiex kundizzjoni tas-suq, pereżempju, il-kontroparti tonqos milli ttemm perjodu speċifikat ta’ servizz, jew kundizzjoni ta’ prestazzjoni ma tiġix issodisfata, soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 21.

20 Biex tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 19, l-entità għandha tirrikonoxxi ammont għall-oġġetti jew għas-servizzi riċevuti matul il-perjodu tal-vestiment ibbażat fuq l-aħjar stima disponibbli tal-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità mistennija li jiġu vestiti u għandha tirrevedi dik l-istima, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li huwa mistenni li jiġu vestiti jkun differenti mill-istimi preċedenti. Fid-data tal-vestiment, l-entità għandha tirrevedi l-istima biex din issir ugwali għall-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li finalment ikunu ġew vestiti, soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 21.

21 Il-kundizzjonijiet tas-suq, bħall-prezz tal-ishma li wieħed jimmira għalih u li fuqu jkun ikkundizzjonat il-vestiment (jew l-eżerċitabbiltà), għandhom jitqiesu meta jkun qiegħed jiġi stmat il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija. Għaldaqstant, għal għotjiet ta’ strumenti ta’ ekwità b’kundizzjonijiet tas-suq, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti minn kontraparti li tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha tal-vestiment (eż. servizzi riċevuti minn impjegat li jibqa’ fis-servizz ta’ dik l-entità għall-perjodu speċifikat tas-servizz), irrispettivament minn jekk il-kundizzjoni tas-suq tiġix issodisfata.

Trattament ta’ kundizzjonijiet mhux tal-vestiment

21A Bl-istess mod, entità għandha tqis il-kundizzjonijiet kollha mhux tal-vestiment meta tistma l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija. Għaldaqstant, għal għotjiet ta’ strumenti ta’ ekwità b’kundizzjonijiet mhux tal-vestiment, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti minn kontraparti li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-vestiment li mhumiex kundizzjonijiet tas-suq (eż. servizzi riċevuti minn impjegat li jibqa’ fis-servizz ta’ dik l-entità għall-perjodu speċifikat ta’ servizz), irrispettivament minn jekk dawk il-kundizzjonijiet mhux tal-vestiment ikunux issodisfati.

Trattament ta’ aspett tar-reload

22 Għal opzjonijiet b’aspett tar-reload, l-aspett tar-reload ma għandux jitqies meta jiġi stmat il-valur ġust tal-opzjonijiet mogħtija fid-data tal-kejl. Minflok, opzjoni reload għandha tiġi kontabbilizzata bħala għotja ta’ opzjoni ġdida, jekk u meta tiġi sussegwentement mogħtija opzjoni reload.

Wara d-data tal-vestiment

23 Wara li tkun irrikonoxxiet l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti f’konformità mal-paragrafi 10-22, u ż-żieda korrispondenti fl-ekwità, l-entità ma għandha tagħmel l-ebda aġġustament sussegwenti għall-ekwità totali wara d-data tal-vestiment. Pereżempju, l-entità ma għandhiex sussegwentement tirriversja l-ammont rikonoxxut għas-servizzi riċevuti minn impjegat jekk id-dritt għall-istrumenti ta’ ekwità vestiti jintilef aktar tard jew, fil-każ ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, l-opzjonijiet ma jiġux eżerċitati. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jipprekludix lill-entità milli tirrikonoxxi trasferiment fl-ekwità, jiġifieri trasferiment minn komponent ta’ ekwità għal ieħor.

Jekk il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità ma jkunx jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli

24 Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 16-23 japplikaw meta l-entità tkun meħtieġa tkejjel tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija. F’każijiet rari, jista’ jkun li l-entità ma tkunx tista’ tistma b’mod affidabbli l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija fid-data tal-kejl, f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 16-22. F’dawn il-każijiet rari biss, l-entità għandha minflok:

(a) 

tkejjel l-istrumenti ta’ ekwità fil-valur intrinsiku tagħhom, inizjalment fid-data meta l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti twettaq is-servizz u sussegwentement fit-tmiem ta’ kull data tar-rapportar u fid-data tas-saldu finali, u kwalunkwe bidla fil-valur intrinsiku tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf. Għal għotja ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, l-arranġament tal-pagament ibbażat fuq l-ishma jiġi finalment saldat meta l-opzjonijiet jiġu eżerċitati, jew meta d-dritt għalihom jintilef (eż. mal-waqfien tal-impjieg) jew jiskadi (eż. fit-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni);

(b) 

tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti fuq il-bażi tal-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li finalment jiġu vestiti jew (fejn hu applikabbli) huma finalment eżerċitati. Sabiex tapplika dan ir-rekwiżit għal opzjonijiet fuq l-ishma, pereżempju, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti matul il-perjodu tal-vestiment, jekk ikun hemm, f’konformità mal-paragrafi 14 u 15, ħlief li r-rekwiżiti fil-paragrafu 15(b) dwar kundizzjoni tas-suq ma japplikawx. L-ammont rikonoxxut għall-oġġetti jew għas-servizzi riċevuti matul il-perjodu tal-vestiment għandu jkun ibbażat fuq l-għadd ta’ opzjonijiet fuq l-ishma li huma mistennija li jiġu vestiti. L-entità għandha tirrevedi dik l-istima, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li l-għadd ta’ opzjonijiet fuq l-ishma mistennija li jiġu vestiti jkun differenti minn stimi preċedenti. Fid-data tal-vestiment, l-entità għandha tirrevedi l-istima biex tkun ugwali għall-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li finalment jiġu vestiti. Wara d-data tal-vestiment, l-entità għandha tirriversja l-ammont rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi riċevuti jekk l-opzjonijiet fuq l-ishma jintilfu aktar tard, jew jiskadu fit-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni fuq l-ishma.

25 Jekk entità tapplika l-paragrafu 24, ma hemmx bżonn li jiġu applikati l-paragrafi 26-29, minħabba li kwalunkwe modifika għat-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ingħataw l-istrumenti ta’ ekwità jitqiesu meta jiġi applikat il-metodu tal-valur intrinsiku stabbilit fil-paragrafu 24. Madankollu, jekk entità ssalda għotja ta’ strumenti ta’ ekwità li għaliha jkun ġie applikat il-paragrafu 24:

(a) 

jekk is-saldu jseħħ matul il-perjodu tal-vestiment, l-entità għandha tikkontabbilizza s-saldu bħala aċċellerazzjoni tal-vestiment, u għaldaqstant għandha tirrikonoxxi minnufih l-ammont li kieku kien ikun rikonoxxut għal servizzi riċevuti matul il-bqija tal-perjodu tal-vestiment;

(b) 

kwalunkwe pagament magħmul mas-saldu għandu jiġi kontabbilizzat bħala r-riakkwist ta’ strumenti ta’ ekwità, jiġifieri bħala tnaqqis mill-ekwità, ħlief sal-punt li l-pagament jaqbeż il-valur intrinsiku tal-istrumenti ta’ ekwità, imkejjel fid-data tar-riakkwist. Kwalunkwe eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża.

Modifiki għat-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ngħataw l-istrumenti ta’ ekwità, inklużi l-kanċellazzjonijiet u s-saldi

26 Entità tista’ timmodifika t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ngħataw l-istrumenti ta’ ekwità. Pereżempju, tista’ tnaqqas il-prezz tal-eżerċitar ta’ opzjonijiet mogħtija lill-impjegati (jiġifieri tipprezza l-opzjonijiet mill-ġdid), u b’hekk iżżid il-valur ġust ta’ dawk l-opzjonijiet. Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 27-29 għall-kontabbiltà tal-effetti tal-modifiki huma espressi fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma mal-impjegati. Madankollu, ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ma’ partijiet oħra barra mill-impjegati, li jitkejlu b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija. Fil-każ tal-aħħar, kwalunkwe referenza fil-paragrafi 27-29 għal data tal-għotja għandha, minflok, tirreferi għad-data li fiha l-entità takkwista l-oġġetti jew il-kontroparti tagħti servizz.

27 L-entità għandha tirrikonoxxi, bħala minimu, is-servizzi riċevuti mkejla fil-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, ħlief meta dawk l-istrumenti ta’ ekwità ma jiġux vestiti minħabba li jonqsu milli jissodisfaw kundizzjoni tal-vestiment (minbarra kundizzjoni tas-suq) li kienet ġiet speċifikata fid-data tal-għotja. Dan japplika irrispettivament minn kwalunkwe modifika għat-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ngħataw l-istrumenti ta’ ekwità, jew kanċellazzjoni jew saldu ta’ dik l-għotja ta’ strumenti ta’ ekwità. Barra minn hekk, l-entità għandha tirrikonoxxi l-effetti tal-modifiki li jżidu l-valur ġust totali tal-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma jew li huma b’xi mod ieħor ta’ benefiċċju għall-impjegat. Gwida għall-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit tingħata fl-Appendiċi B.

28 Jekk għotja ta’ strumenti ta’ekwità tiġi kkanċellata jew saldata matul il-perjodu tal-vestiment (minbarra għotja kanċellata minħabba telf ta’ dritt meta l-kundizzjonijiet tal-vestiment ma jiġux issodisfati)...

(a) 

l-entità għandha tikkontabbilizza l-kanċellazzjoni jew is-saldu bħala aċċellerazzjoni tal-vestiment, u għaldaqstant għandha tirrikonoxxi minnufih l-ammont li kieku kien ikun rikonoxxut għal servizzi riċevuti matul il-bqija tal-perjodu tal-vestiment;

(b) 

kwalunkwe pagament magħmul lill-impjegat mal-kanċellazzjoni jew is-saldu tal-għotja għandu jiġi kontabbilizzat bħala r-riakkwist ta’ interess ta’ ekwità, jiġifieri bħala tnaqqis fl-ekwità, ħlief sal-punt li l-pagament jaqbeż il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, imkejla fid-data tar-riakkwist. Kwalunkwe eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża. Madankollu, jekk l-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma kien jinkludi komponenti tal-obbligazzjoni, l-entità għandha tkejjel mill-ġdid il-valur ġust tal-obbligazzjoni fid-data tal-kanċellazzjoni jew tas-saldu. Kwalunkwe pagament li jsir għas-saldu tal-komponent tal-obbligazzjoni għandu jiġi kontabbilizzat bħala eżawriment tal-obbligazzjoni;

(c) 

jekk jingħataw strumenti ta’ ekwità ġodda lill-impjegat u, fid-data meta jingħataw dawk l-istrumenti ta’ ekwità ġodda, l-entità tidentifika l-istrumenti ta’ ekwità ġodda mogħtija bħala strumenti ta’ ekwità ta’ sostituzzjoni għall-istrumenti ta’ ekwità kkanċellati, l-entità għandha tikkontabbilizza l-għoti ta’ strumenti ta’ ekwità ta’ sostituzzjoni bl-istess mod bħal modifika għall-għotja oriġinali ta’ strumenti ta’ ekwità, f’konformità mal-paragrafu 27 u l-gwida fl-Appendiċi B. Il-valur ġust inkrementali mogħti huwa d-differenza bejn il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità ta’ sostituzzjoni u l-valur ġust nett tal-istrumenti ta’ ekwità kkanċellati, fid-data li fiha jingħataw l-istrumenti ta’ ekwità ta’ sostituzzjoni. Il-valur ġust nett tal-istrumenti ta’ ekwità kkanċellati huwa l-valur ġust tagħhom, immedjatament qabel il-kanċellazzjoni, mingħajr l-ammont ta’ kwalunkwe pagament li jsir lill-impjegat mal-kanċellazzjoni tal-istrumenti ta’ ekwità li jkun kontabbilizzat bħala tnaqqis mill-ekwità f’konformità ma’ (b) hawn fuq. Jekk l-entità ma tidentifikax l-istrumenti ta’ ekwità ġodda mogħtija bħala strumenti ta’ ekwità ta’ sostituzzjoni għall-istrumenti ta’ ekwità kkanċellati, l-entità għandha tikkontabbilizza dawk l-istrumenti ta’ ekwità ġodda bħala għotja ġdida ta’ strumenti ta’ ekwità.

28A Jekk entità jew kontroparti tista’ tagħżel jekk tissodisfax kundizzjoni mhux tal-vestiment, l-entità għandha tittratta n-nuqqas tal-entità jew tal-kontroparti li tissodisfa, matul il-perjodu tal-vestiment, dik il-kundizzjoni mhux tal-vestiment, bħala kanċellazzjoni.

29 Jekk entità tirriakkwista strumenti ta’ ekwità vestiti, il-pagament li jsir lill-impjegat għandu jiġi kontabbilizzat bħala tnaqqis mill-ekwità, ħlief sal-punt li l-pagament jeċċedi l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità riakkwistati, imkejla fid-data tar-riakkwist. Kwalunkwe eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA SSALDATI BI FLUS

30   Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus, l-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi akkwistati u l-obbligazzjoni mġarrba fil-valur ġust tal-obbligazzjoni, soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 31-33D. Sakemm tiġi saldata l-obbligazzjoni, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni mill-ġdid fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar u fid-data tas-saldu, bi kwalunkwe bidla fil-valur ġust tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf għall-perjodu.

31 Pereżempju, entità tista’ tagħti drittijiet ta’ apprezzament tal-ishma lill-impjegati bħala parti mill-pakkett ta’ remunerazzjoni tagħhom, u b’hekk l-impjegati jsiru intitolati għal pagament futur fi flus (minflok fi strument ta’ ekwità), ibbażat fuq iż-żieda fil-prezz tal-ishma tal-entità minn livell speċifikat fuq perjodu ta’ żmien speċifikat. Inkella, entità tista’ tagħti lill-impjegati tagħha dritt li jirċievu pagament futur fi flus billi tagħtihom dritt għall-ishma (inklużi ishma li għandhom jinħarġu mal-eżerċizzju tal-opzjonijiet fuq l-ishma) li jistgħu jinfdew, b’mod obbligatorju (pereżempju, mal-waqfien tal-impjieg) jew fuq għażla tal-impjegat. Dawn l-arranġamenti huma eżempji ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus. Drittijiet ta' apprezzament tal-ishma jintużaw sabiex jispjegaw uħud mir-rekwiżiti fil-paragrafi 32-33D; madankollu, ir-rekwiżiti f'dawk il-paragrafi japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati bi flus.

32 L-entità għandha tirrikonoxxi s-servizzi riċevuti, u obbligazzjoni li tħallas għal dawk is-servizzi, hekk kif l-impjegati jwettqu s-servizz. Pereżempju, xi drittijiet ta’ apprezzament tal-ishma jiġu vestiti minnufih, u għaldaqstant l-impjegati mhumiex meħtieġa jtemmu perjodu speċifikat ta’ servizz biex isiru intitolati għall-pagament fi flus. Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi mwettqa mill-impjegati bi skambju għad-drittijiet ta’ apprezzament tal-ishma jkunu ġew riċevuti. Għalhekk, l-entità għandha tirrikonoxxi minnufih is-servizzi riċevuti u obbligazzjoni li tħallas għalihom. Jekk drittijiet ta’ apprezzament tal-ishma ma jsirux vestiti sakemm l-impjegati jkunu temmew perjodu speċifiku ta’ servizz, l-entità għandha tirrikonoxxi s-servizzi riċevuti, u l-obbligazzjoni li tħallas għalihom, hekk kif l-impjegati jwettqu s-servizz matul dak il-perjodu.

33 L-obbligazzjoni għandha titkejjel, inizjalment u fi tmiem kull data ta’ rapportar sakemm tiġi saldata, fil-valur ġust tad-drittijiet fuq l-apprezzament tal-ishma, billi jiġi applikat mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ingħataw id-drittijiet ta’ apprezzament tal-ishma, u kemm l-impjegati jkunu taw servizz sa dik id-data – soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 33A–33D. Entità tista’ timmodifika t-termini u l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom jingħata pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus. Fil-paragrafi B44A–B44C fl-Appendiċi B tingħata gwida għal modifika ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li tibdel il-klassifikazzjoni tagħha minn saldati bi flus għal saldati b’ekwità.

Trattament tal-kundizzjonijiet tal-vestiment u dawk mhux tal-vestiment

33A Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus tista’ ssir bil-kundizzjoni li tissodisfa kundizzjonijiet speċifiċi tal-vestiment. Jista’ jkun hemm kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni li jridu jiġu ssodisfati, bħal pereżempju li l-entità tikseb tkabbir speċifiku fil-profitt jew żieda speċifika fil-prezz tal-ishma tal-entità. Il-kundizzjonijiet tal-vestiment, minbarra kundizzjonijiet tas-suq, ma għandhomx jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus fid-data tal-kejl. Minflok, il-kundizzjonijiet tal-vestiment, minbarra kundizzjonijiet tas-suq, għandhom jitqiesu billi jiġi aġġustat l-għadd ta’ għotjiet inkluż fil-kejl tal-obbligazzjoni li tirriżulta mit-tranżazzjoni.

33B Sabiex tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu 33A, l-entità għandha tikkontabbilizza ammont għall-oġġetti jew is-servizzi riċevuti matul il-perjodu tal-vestiment. Dak l-ammont għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar stima disponibbli tal-għadd ta’ għotjiet li l-vestiment tagħhom huwa mistenni. L-entità għandha tirrevedi dik l-istima, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li l-għadd ta’ għotjiet li l-vestiment tagħhom huwa mistenni jkun differenti minn stimi preċedenti. Fid-data tal-vestiment, l-entità għandha tirrevedi l-istima biex tiġi ugwali għall-għadd ta’ għotjiet li effettivament ikun sar il-vestiment tagħhom.

33C Il-kundizzjonijiet tas-suq, bħal prezz tal-ishma fil-mira li fuqu huwa kkundizzjonat il-vestiment (jew l-eżerċitabbiltà), kif ukoll il-kundizzjonijiet mhux tal-vestiment, għandhom jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus li jkun ingħata u meta jitkejjel mill-ġdid il-valur ġust fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar u fid-data tas-saldu.

33D B’riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafi 30-33C, l-ammont kumulattiv li huwa effettivament rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi riċevuti bħala korrispettiv għall-pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus huwa ugwali għall-flus imħallsa.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA B’KARATTERISTIKA TA’ SALDU NETT GĦALL-OBBLIGI TAT-TAXXA MINN RAS IL-GĦAJN

33E Il-liġijiet jew ir-regolamenti tat-taxxa jistgħu jobbligaw entità li żżomm ammont għall-obbligu ta’ taxxa ta’ impjegat assoċjat ma’ pagament ibbażat fuq l-ishma u titrasferixxi dak l-ammont, normalment fi flus, lill-awtorità tat-taxxa f’isem l-impjegat. Sabiex dan l-obbligu jkun issodisfat, it-termini tal-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma jista’ jippermetti jew jirrikjedi lil entità żżomm l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li jkun ugwali għall-valur monetarju tal-obbligu ta’ taxxa tal-impjegat mill-għadd totali ta’ strumenti ta’ ekwità li kieku kien jinħareġ lill-impjegat hekk kif isir l-eżerċizzju (jew il-vestiment) tal-pagament ibbażat fuq l-ishma (jiġifieri l-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma jkollu “karatteristika ta’ saldu nett”).

33F Bħala eċċezzjoni għar-rekwiżiti fil-paragrafu 34, it-tranżazzjoni deskritta fil-paragrafu 33E għandha tiġi kklassifikata fl-intier tagħha bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità kieku kienet tiġi kklassifikata bħala tali fin-nuqqas tal-karatteristika ta’ saldu nett.

33G L-entità tapplika l-paragrafu 29 ta’ dan l-Istandard biex tikkontabbilizza ż-żamma ta’ ishma biex tiffinanzja l-pagament lill-awtorità tat-taxxa fir-rigward tal-obbligu ta’ taxxa tal-impjegat assoċjat mal-pagament ibbażat fuq l-ishma. Għaldaqstant, il-pagament li jsir għandu jkun kontabbilizzat bħala tnaqqis mill-ekwità għall-ishma miżmuma, għajr sakemm il-pagament ma jkunx akbar mill-valur ġust fid-data tas-saldu nett tal-istrumenti ta’ ekwità miżmuma.

33H L-eċċezzjoni fil-paragrafu 33F ma tapplikax għal:

(a) 

arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma b’karatteristika ta’ saldu nett li għalih ma jkun hemm l-ebda obbligu fuq l-entità skont il-liġijiet jew ir-regolamenti tat-taxxa li żżomm ammont għall-obbligu ta’ taxxa ta’ impjegat assoċjat ma’ dak il-pagament ibbażat fuq l-ishma; jew

(b) 

kwalunkwe strument ta’ ekwità li l-entità żżomm li jaqbeż l-obbligu ta’ taxxa tal-impjegat assoċjat mal-pagament ibbażat fuq l-ishma (jiġifieri l-entità żammet ammont ta’ ishma li huwa akbar mill-valur monetarju tal-obbligu ta’ taxxa tal-impjegat). Dawn l-ishma eċċessivi miżmuma għandhom jiġu kontabbilizzati bħala pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus meta dan l-ammont jitħallas fi flus (jew assi oħra) lill-impjegat.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA B’ALTERNATTIVI FI FLUS

34   Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li fihom it-termini tal-arranġament jagħtu l-għażla lill-entità jew lill-kontroparti li l-entità ssalda t-tranżazzjoni fi flus (jew f’assi oħra) jew li toħroġ strumenti ta’ ekwità, l-entità għandha tikkontabbilizza dik it-tranżazzjoni, jew il-komponenti ta’ dik it-tranżazzjoni, bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus jekk, u sal-punt li, l-entità tkun ġarrbet obbligazzjoni biex issalda fi flus jew f’assi oħra, jew bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità jekk, u sal-punt li, ma tkun ġarrbet ebda obbligazzjoni bħal din.

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li fihom it-termini tal-arranġament jipprovdu lill-kontroparti b’għażla ta’ saldu

35 Jekk entità tkun tat id-dritt lill-kontroparti li tagħżel jekk tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq l-ishma tiġix saldata bi flus ( 40 ) jew bil-ħruġ ta’ strumenti ta’ ekwità, l-entità tkun tat strument finanzjarju kompost, li jinkludi komponent tad-dejn (jiġifieri d-dritt tal-kontroparti li titlob pagament fi flus) u komponent ta’ ekwità (jiġifieri d-dritt tal-kontroparti li titlob saldu fi strumenti ta’ ekwità minflok fi flus). Għal tranżazzjonijiet ma’ partijiet li mhumiex l-impjegati, li fihom il-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi riċevuti jitkejjel direttament, l-entità għandha tkejjel il-komponent tal-ekwità tal-istrument finanzjarju kompost bħala d-differenza bejn il-valur ġust tal-oġġetti jew is-servizzi riċevuti u l-valur ġust tal-komponent tad-dejn, fid-data meta jiġu riċevuti l-oġġetti jew is-servizzi.

36 Għal tranżazzjonijiet oħra, li jinkludu tranżazzjonijiet mal-impjegati, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost fid-data tal-kejl, filwaqt li tqis it-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom kienu ngħataw id-drittijiet għall-flus jew għall-istrumenti ta’ ekwità.

37 Biex tapplika l-paragrafu 36, l-entità għandha l-ewwel tkejjel il-valur ġust tal-komponent tad-dejn, u mbagħad tkejjel il-valur ġust tal-komponent tal-ekwità — filwaqt li tqis li l-kontroparti trid iċċedi d-dritt li tirċievi flus biex tirċievi l-istrument ta’ ekwità. Il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost huwa s-somma totali tal-valuri ġusti taż-żewġ komponenti. Madankollu, tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, li fihom il-kontroparti jkollha l-għażla ta’ saldu huma spiss strutturati b’tali mod li l-valur ġust ta’ alternattiva partikulari ta’ saldu jkun l-istess bħal tal-oħra. Pereżempju, il-kontroparti jista’ jkollha l-għażla li tirċievi opzjonijiet fuq l-ishma jew drittijiet ta’ apprezzament tal-ishma ssaldati bi flus. F’każijiet bħal dawn, il-valur ġust tal-komponent tal-ekwità huwa żero, u għalhekk il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost huwa l-istess bħal dak tal-valur ġust tal-komponent tad-dejn. Bil-maqlub, jekk il-valuri ġusti tal-alternattivi tal-saldu jkunu differenti, il-valur ġust tal-komponent tal-ekwità normalment ikun iktar minn żero, u f’dan il-każ il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost ikun akbar mill-valur ġust tal-komponent tad-dejn.

38 L-entità għandha tikkontabbilizza separatament l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti jew akkwistati għar-rigward ta’ kull komponent tal-istrument finanzjarju kompost. Għall-komponent tad-dejn, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi akkwistati, u obbligazzjoni li tħallas għal dawk l-oġġetti jew is-servizzi, waqt li l-kontroparti tforni l-oġġetti jew tagħti s-servizz, f’konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus (il-paragrafi 30–33). Għall-komponent tal-ekwità (jekk ikun hemm), l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti, u żieda fl-ekwità, waqt li l-kontroparti tforni l-oġġetti jew tagħti s-servizz, f’konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità (il-paragrafi 10–29).

39 Fid-data tas-saldu, l-entità għandha tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni fil-valur ġust tagħha. Jekk entità toħroġ strumenti ta’ ekwità mas-saldu minflok tħallas fi flus, l-obbligazzjoni għandha tiġi ttrasferita direttament lill-ekwità, bħala l-korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità maħruġa.

40 Jekk l-entità tħallas fi flus mas-saldu minflok ma toħroġ strumenti ta’ ekwità, dak il-pagament għandu jiġi applikat sabiex l-obbligazzjoni tiġi saldata kollha. Kwalunkwe komponent ta’ ekwità rikonoxxut preċedentement għandu jibqa’ fl-ekwità. Meta tkun għażlet li tirċievi flus mas-saldu, il-kontroparti tkun ċediet id-dritt li tirċievi strumenti ta’ ekwità. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jipprekludix lill-entità milli tirrikonoxxi trasferiment fl-ekwità, jiġifieri trasferiment minn komponent ta’ ekwità għal ieħor.

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li fihom it-termini tal-arranġament jipprovdu lill-entità b’għażla ta’ saldu

41 Għal tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, li fiha t-termini tal-arranġament jipprovdu lil entità bl-għażla jekk issaldax fi flus jew bil-ħruġ ta’ strumenti ta’ ekwità, l-entità għandha tiddetermina jekk għandhiex obbligu preżenti li ssalda fi flus u tikkontabbilizza t-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma b’dak il-mod. L-entità għandha obbligu preżenti li ssalda bi flus jekk l-għażla li ssalda fi strumenti ta’ ekwità ma jkollha l-ebda sustanza kummerċjali (eż. minħabba li l-entità tkun ipprojbita legalment milli toħroġ ishma), jew l-entità jkollha prattika fil-passat jew politika ddikjarata ta’ saldu fi flus, jew ġeneralment issalda fi flus kull meta l-kontroparti titlob għal saldu fi flus.

42 Jekk entità jkollha obbligu preżenti li ssalda fi flus, din għandha tikkontabbilizza t-tranżazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus, fil-paragrafi 30–33.

43 Jekk ma jeżisti l-ebda obbligu bħal dan, l-entità għandha tikkontabbilizza t-tranżazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità, fil-paragrafi 10–29. Mas-saldu:

(a) 

jekk l-entità tagħżel li ssalda fi flus, il-pagament fi flus għandu jiġi kontabbilizzat bħala r-riakkwist ta’ interess ta’ ekwità, jiġifieri bħala tnaqqis minn ekwità, ħlief kif innotat f’(c) hawn taħt;

(b) 

jekk l-entità tagħżel li ssalda billi toħroġ strumenti ta’ ekwità, ma tkun meħtieġa l-ebda entrata oħra fil-kotba (minbarra trasferiment minn komponent ta’ ekwità għal ieħor, jekk ikun meħtieġ), ħlief kif innotat f’(c) hawn taħt;

(c) 

jekk l-entità tagħżel l-alternattiva tas-saldu bl-ogħla valur ġust, fid-data tas-saldu, l-entità għandha tirrikonoxxi spiża addizzjonali għall-eċċess ta’ valur mogħti, jiġifieri d-differenza bejn il-flus imħallsa u l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità li kieku kienu jinħarġu, jew id-differenza bejn il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità maħruġa u l-ammont ta’ flus li kieku kien jitħallas, skont liema minnhom ikun applikabbli.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA FOST ENTITAJIET FI GRUPP (L-EMENDI TAL-2009)

43A Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, l-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità jew saldati bi flus billi tivvaluta:

(a) 

in-natura tal-għotjiet mogħtija, u

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi proprji tagħha.

L-ammont rikonoxxut mill-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi jista’ jkun differenti mill-ammont rikonoxxut mill-grupp konsolidat jew minn entità oħra fil-grupp li tkun qed issalda t-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

43B L-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità meta:

(a) 

l-għotjiet mogħtija jkunu l-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha, jew

(b) 

l-entità ma jkollha ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

L-entità għandha sussegwentement tkejjel mill-ġdid tali tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità biss fejn jirrigwarda bidliet fil-kundizzjonijiet tal-vestiment mhux tas-suq f’konformità mal-paragrafi 19–21. Fiċ-ċirkustanzi l-oħra kollha, l-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti u s-servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus.

43C L-entità li ssalda tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma meta entità oħra fil-grupp tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tirrikonoxxi t-tranżazzjoni bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità biss fejn din tkun issaldat bl-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità. Inkella, it-tranżazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus.

43D Xi tranżazzjonijiet ta’ grupp jinvolvu arranġamenti ta’ ripagament li jeħtieġu li entità fi grupp tħallas entità oħra fil-grupp talli din tkun ipprovdiet il-pagamenti bbażati fuq l-ishma lill-fornituri ta’ oġġetti jew servizzi. F’tali każijiet, l-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tikkontabbilizza t-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma f’konformità mal-paragrafu 43B irrispettivament mill-arranġamenti ta’ ripagament intragrupp.

DIVULGAZZJONIJIET

44   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu n-natura u d-daqs tal-arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li kienu jeżistu matul il-perjodu.

45 Biex iddaħħal fis-seħħ il-prinċipju fil-paragrafu 44, l-entità għandha bħala minimu tiddivulga dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li kien jeżisti fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kull arranġament, bħal rekwiżiti tal-vestiment, it-terminu massimu tal-opzjonijiet mogħtija, u l-metodu tas-saldu (eż. jekk hux fi flus jew f’ekwità). Entità b’tipi sostanzjalment simili ta’ arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tista’ taggrega din l-informazzjoni, ħlief jekk divulgazzjoni separata ta’ kull arranġament tkun meħtieġa biex tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 44;

(b) 

l-għadd u l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-eżerċitar tal-opzjonijiet fuq l-ishma għal kull wieħed mill-gruppi ta’ opzjonijiet li ġejjin:

(i) 

pendenti fil-bidu tal-perjodu;

(ii) 

mogħtija matul il-perjodu;

(iii) 

ċeduti matul il-perjodu;

(iv) 

eżerċitati matul il-perjodu;

(v) 

skaduti matul il-perjodu;

(vi) 

pendenti fit-tmiem tal-perjodu; u

(vii) 

eżerċitabbli fit-tmiem tal-perjodu;

(c) 

għal opzjonijiet fuq l-ishma eżerċitati matul il-perjodu, il-medja ponderata tal-prezz tal-ishma fid-data tal-eżerċizzju. Jekk l-opzjonijiet kienu ġew eżerċitati fuq bażi regolari matul il-perjodu kollu, l-entità tista’ minflok tiddivulga l-medja ponderata tal-prezz tal-ishma matul dak il-perjodu;

(d) 

għal opzjonijiet fuq l-ishma pendenti fit-tmiem tal-perjodu, il-medda tal-prezzijiet tal-eżerċizzju u medja ponderata tal-bqija tal-ħajja kuntrattwali. Jekk il-medda tal-prezzijiet tal-eżerċizzju tkun wiesgħa, l-opzjonijiet pendenti għandhom jitqassmu f’meded li jkunu ta’ siwi għall-valutazzjoni tal-għadd u t-twaqqit tal-ishma addizzjonali li jistgħu jinħarġu u l-flus li jistgħu jiġu riċevuti hekk kif dawk l-opzjonijiet jiġu eżerċitati.

46   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu kif il-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi riċevuti, jew il-valur ġust tal-istrumenti tal-ekwità mogħtija, matul il-perjodu ġie determinat.

47 Jekk entità tkun kejlet il-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi riċevuti bħala korrispettiv għal strumenti ta’ ekwità tal-entità b’mod indirett, b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, biex tagħti effett għall-prinċipju fil-paragrafu 46, l-entità għandha bħala minimu tiddivulga dan li ġej:

(a) 

għal opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija matul il-perjodu, il-medja ponderata tal-valur ġust ta’ dawk l-opzjonijiet fid-data tal-kejl u informazzjoni dwar kif dak il-valur ġust tkejjel, inkluż:

(i) 

il-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet użat u l-inputs għal dak il-mudell, inkluż il-medja ponderata tal-prezz tal-ishma, il-prezz tal-eżerċitar, il-volatilità mistennija, il-ħajja tal-opzjoni, dividendi mistennija, ir-rata tal-imgħax li tkun ħielsa mir-riskju u kwalunkwe input ieħor għall-mudell, inkluż il-metodu użat u l-preżunzjonijiet magħmula biex jiġu inkorporati l-effetti tal-eżerċizzju bikri mistenni;

(ii) 

kif il-volatilità mistennija ġiet determinata, inkluż spjegazzjoni ta’ kemm il-volatilità mistennija kienet ibbażata fuq il-volatilità storika; u

(iii) 

jekk u kif ġew inkorporati karatteristiki oħra tal-għotja ta’ opzjoni fil-kejl tal-valur ġust, bħal kundizzjoni tas-suq;

(b) 

għal strumenti ta’ ekwità oħra mogħtija matul il-perjodu (jiġifieri dawk li mhumiex opzjonijiet fuq l-ishma), l-għadd u l-medja ponderata tal-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità fid-data tal-kejl, u informazzjoni dwar kif tkejjel dak il-valur ġust, inkluż:

(i) 

jekk il-valur ġust ma tkejjilx fuq il-bażi ta’ prezz tas-suq osservabbli, kif ġie determinat;

(ii) 

jekk u kif id-dividendi mistennija ġewx inkorporati fil-kejl tal-valur ġust; u

(iii) 

jekk u kif kwalunkwe karatteristika oħra tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija ġiet inkorporata fil-kejl tal-valur ġust;

(c) 

għal arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li kienu ġew immodifikati matul il-perjodu:

(i) 

spjegazzjoni ta’ dawk il-modifiki;

(ii) 

il-valur ġust inkrementali mogħti (b’riżultat ta’ dawk il-modifiki); u

(iii) 

informazzjoni dwar kif tkejjel il-valur ġust inkrementali mogħti, b’mod konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f’(a) u (b) hawn fuq, fejn applikabbli.

48 Jekk entità tkun kejlet il-valur ġust ta’ oġġetti jew servizzi riċevuti matul il-perjodu b’mod dirett, l-entità għandha tiddivulga kif ġie determinat dak il-valur ġust, eż. jekk il-valur ġust tkejjilx fi prezz tas-suq għal dawk l-oġġetti jew is-servizzi.

49 Jekk entità tkun ikkonfutat is-suppożizzjoni fil-paragrafu 13, din għandha tiddivulga dak il-fatt, u għandha tagħti spjegazzjoni għaliex is-suppożizzjoni ġiet ikkonfutata.

50   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu l-effett tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fuq il-profitt jew telf tal-entità għall-perjodu u fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha.

51 Biex iddaħħal fis-seħħ il-prinċipju fil-paragrafu 50, l-entità għandha bħala minimu tiddivulga dan li ġej:

(a) 

l-ispiża totali rikonoxxuta għall-perjodu li tirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li fihom l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti ma kkwalifikawx għar-rikonoxximent bħala assi u għalhekk ġew rikonoxxuti minnufih bħala spiża, inkluż id-divulgazzjoni separata ta’ dak il-porzjon tal-ispiża totali li tirriżulta minn tranżazzjonijiet kontabbilizzati bħala tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità;

(b) 

għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma:

(i) 

l-ammont totali miżmum fil-kotba fit-tmiem tal-perjodu; u

(ii) 

il-valur intrinsiku totali fit-tmiem tal-perjodu ta’ obbligazzjonijiet li għalihom id-dritt tal-kontroparti għal flus jew assi oħra jkun vestit sat-tmiem tal-perjodu (eż. drittijiet vestiti fuq l-apprezzament tal-ishma).

52 Jekk l-informazzjoni meħtieġa li tiġi ddivulgata minn dan l-Istandard ma tissodisfax il-prinċipji fil-paragrafi 44, 46 u 50, l-entità għandha tiddivulga dik l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa biex dawn jiġu ssodisfati. Pereżempju, jekk entità tkun ikklassifikat kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma bħala ssaldati b’ekwità f’konformità mal-paragrafu 33F, l-entità għandha tiddivulga stima tal-ammont li tistenna li tittrasferixxi lill-awtorità tat-taxxa biex issalda l-obbligu ta’ taxxa tal-impjegat meta jkun meħtieġ li l-utenti jiġu mgħarrfa dwar l-effetti tal-flussi futuri ta’ flus assoċjati mal-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

53 Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità, l-entità għandha tapplika dan l-IFRS għal għotjiet ta’ ishma, opzjonijiet fuq l-ishma jew strumenti ta’ ekwità oħra li ngħataw wara s-7 ta’ Novembru 2002 u li kienu għadhom ma ġewx vestiti fid-data effettiva ta’ dan l-IFRS.

54 L-entità hija mħeġġa, iżda mhijiex meħtieġa, tapplika dan l-IFRS għal għotjiet oħrajn ta’ strumenti ta’ ekwità jekk l-entità tkun iddivulgat pubblikament il-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità, determinat fid-data tal-kejl.

55 Għall-għotjiet kollha ta’ strumenti ta’ ekwità li għalihom jiġi applikat l-IFRS, l-entità għandha tirridikjara l-informazzjoni komparattiva u, fejn applikabbli, taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal għall-perjodu l-aktar bikri ppreżentat.

56 Għall-għotjiet kollha ta’ strumenti ta’ ekwità li għalihom ma jkunx ġie applikat dan l-IFRS (eż. strumenti ta’ ekwità mogħtija fis-7 ta’ Novembru 2002 jew qabel), l-entità għandha madankollu tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 44 u 45.

57 Jekk, wara li l-IFRS isir effettiv, entità timmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ strumenti ta’ ekwità li għalihom ma jkunx ġie applikat dan l-IFRS, l-entità għandha madankollu tapplika l-paragrafi 26–29 biex tikkontabbilizza kwalunkwe modifika bħal din.

58 Għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma eżistenti fid-data effettiva ta’ dan l-IFRS, l-entità għandha tapplika l-IFRS b’mod retrospettiv. Għal dawn l-obbligazzjonijiet, l-entità għandha tirridikjara l-informazzjoni komparattiva, inkluż l-aġġustament tal-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal fl-aktar perjodu bikri ppreżentat li għalih tkun ġiet ridikjarata l-informazzjoni komparattiva, ħlief li l-entità ma tkunx meħtieġa tirridikjara l-informazzjoni komparattiva sakemm dik l-informazzjoni tirreferi għal perjodu jew data li tiġi qabel is-7 ta’ Novembru 2002.

59 L-entità hija mħeġġa, iżda mhijiex meħtieġa, tapplika l-IFRS b’mod retrospettiv għal obbligazzjonijiet oħra li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, pereżempju, għal obbligazzjonijiet li jkunu ġew saldati matul perjodu li għalih tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni komparattiva.

59A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 30-31, 33-33H u B44A-B44C kif stabbilit aktar ’l isfel. Il-perjodi preċedenti ma għandhomx jiġu ridikjarati.

(a) 

L-emendi fil-paragrafi B44A-B44C japplikaw biss għall-modifiki li jseħħu fid-data jew wara d-data li fiha entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba.

(b) 

L-emendi fil-paragrafi 30-31 u 33-33D japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li ma jkunux vestiti fid-data li fiha entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba u għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma b’data tal-għotja fid-data li fiha entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba jew wara. Għal tranżazzjonijiet mhux vestiti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li jingħataw qabel id-data li fiha entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba, entità għandha tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni f’dik id-data u tikkontabbilizza l-effett tal-kejl mill-ġdid fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew komponent ieħor ta’ ekwità, skont il-każ) tal-perjodu ta’ rapportar li fih jiġu applikati l-emendi għall-ewwel darba.

(c) 

L-emendi fil-paragrafi 33E-33H u l-emenda tal-paragrafu 52 japplikaw għal tranżazzjonijiet mhux vestiti (jew vestiti iżda mhux eżerċitati) ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, fid-data li fiha entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba u għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma b’data tal-għotja fid-data jew wara d-data li fiha entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba. Għal tranżazzjonijiet (jew komponenti tagħhom) mhux vestiti (jew vestiti iżda mhux eżerċitati) ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li qabel kienu kklassifikati bħala pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati bi flus iżda issa huma kklassifikati bħala ssaldati b’ekwità f’konformità mal-emendi, entità għandha tirriklassifika l-valur riportat tal-obbligazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma għal ekwità, fid-data li fiha tapplika l-emendi għall-ewwel darba.

59B Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 59A, entità tista’ tapplika l-emendi fil-paragrafu 63D b’mod retrospettiv, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi 53-59 ta’ dan l-Istandard, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri jekk u biss jekk ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità tagħżel l-applikazzjoni retrospettiva, din trid tagħmel hekk għall-emendi kollha li saru permezz ta’ Klassifikazzjoni u Kejl ta’ Tranżazzjonijiet ta’ Pagament Ibbażat fuq l-Ishma (Emendi fl-IFRS 2).

DATA EFFETTIVA

60 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-IFRS għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

61 L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) u Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009, emendaw il-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom japplikaw ukoll għal dak il-perjodu aktar bikri.

62 Entità għandha tapplika l-emendi li ġejjin b’mod retrospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara:

(a) 

ir-rekwiżiti fil-paragrafu 21A fir-rigward tat-trattament ta’ kundizzjonijiet mhux tal-vestiment;

(b) 

id-definizzjonijiet riveduti ta’ “vesta” u “kundizzjonijiet tal-vestiment” fl-Appendiċi A;

(c) 

l-emendi fil-paragrafi 28 u 28A fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet.

Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

63 Entità għandha tapplika l-emendi li ġejjin magħmula minn Tranżazzjonijiet ta’ Pagament Ibbażat fuq l-Ishma ta’ Grupp Saldati bi Flus maħruġ f’Ġunju 2009 b’mod retrospettiv, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi 53-59, f’konformità mal-IAS 8 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara:

(a) 

l-emendi għall-paragrafu 2, it-tħassir tal-paragrafu 3 u ż-żieda tal-paragrafi 3A u 43A-43D u l-paragrafi B45, B47, B50, B54, B56–B58 u B60 fl-Appendiċi B fir-rigward tal-kontabbilità għal tranżazzjonijiet fost l-entitajiet fi grupp.

(b) 

id-definizzjonijiet riveduti fl-Appendiċi A tat-termini li ġejjin:

— 
tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus,
— 
tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità,
— 
arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, u
— 
tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

Jekk l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni retrospettiva ma tkunx disponibbli, entità għandha tirrifletti fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha l-ammonti li kienu rikonoxxuti preċedentement fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

63A L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 5 u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

63B  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafi 15 u 19. Fl-Appendiċi A, id-definizzjonijiet ta’ “kundizzjonijiet tal-vestiment” u “kundizzjoni tas-suq” ġew emendati u żdiedu d-definizzjonijiet ta’ “kundizzjoni ta’ prestazzjoni” u “kundizzjoni tas-servizz”. Entità għandha tapplika b’mod prospettiv dik l-emenda għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma li d-data tal-għotja għaliha tkun l-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

63C L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

63D  Klassifikazzjoni u Kejl ta’ Tranżazzjonijiet ta’ Pagament Ibbażat fuq l-Ishma (Emendi fl-IFRS 2), maħruġ f’Ġunju 2016, emenda l-paragrafi 19, 30-31, 33, 52 u 63 u żied il-paragrafi 33A-33H, 59A-59B, 63D u B44A-B44C u l-intestaturi relatati tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

63E  Emendi fir-Referenzi għall-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ fl-2018, emenda n-nota f’qiegħ il-paġna għad-definizzjoni ta’ strument ta’ ekwità fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. L-applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS. Entità għandha tapplika l-emenda fl-IFRS 2 b’mod retrospettiv, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi 53–59 ta’ dan l-Istandard, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Madankollu, jekk entità tiddetermina li applikazzjoni retrospettiva tkun imprattikabbli jew tkun tinvolvi kost jew sforz eċċessiv, din għandha tapplika l-emendi fl-IAS 2 b’referenza għall-paragrafi 23–28, 50–53 u 54F tal-IAS 8.

IRTIRAR TAL-INTERPRETAZZJONIJIET

64  Tranżazzjonijiet ta’ Pagament Ibbażat fuq l-Ishma ta’ Grupp Saldati bi Flus maħruġ f’Ġunju 2009 jieħu post l-IFRIC 8 Kamp ta’Applikazzjoni tal-IFRS 2 u l-IFRIC 11 L-IFRS 2-Tranżazzjonijiet fl-Ishma tal-Grupp u tat-Teżor. L-emendi li saru minn dak id-dokumenti inkorporaw ir-rekwiżiti preċedenti stabbiliti fl-IFRIC 8 u l-IFRIC 11 kif ġej:

(a) 

emendaw il-paragrafu 2 u żiedu l-paragrafu 13A fir-rigward tal-kontabbilità għat-tranżazzjonijiet li fihom l-entità ma tkunx tista’ tidentifika speċifikament l-oġġetti jew is-servizzi kollha, jew uħud minnhom, li tkun irċeviet. Dawk ir-rekwiżiti kienu effettivi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Mejju 2006 jew wara.

(b) 

żied il-paragrafi B46, B48, B49, B51–B53, B55, B59 u B61 fl-Appendiċi B fir-rigward tal-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet fost entitajiet fi grupp. Dawk ir-rekwiżiti kienu effettivi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Marzu 2007 jew wara.

Dawk ir-rekwiżiti ġew applikati b’mod retrospettiv f’konformità mar-rekwiżiti tal-IAS 8, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tal-IFRS 2.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus

Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li fih l-entità takkwista oġġetti jew servizzi billi ġġarrab obbligazzjoni biex tittrasferixxi flus jew assi oħra lill-fornitur ta’ dawk l-oġġetti jew is-servizzi għal ammonti li huma bbażati fuq il-prezz (jew il-valur) tal-istrumenti ta’ ekwità (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew entità oħra fil-grupp.

Impjegati u oħrajn li jipprovdu servizzi simili

Individwi li jagħtu servizzi personali lill-entità u (a) l-individwi jitqiesu bħala impjegati għal finijiet legali jew ta’ taxxa, (b) l-individwi jaħdmu għall-entità taħt id-direzzjoni tagħha bl-istess mod bħal individwi li jitqiesu bħala impjegati għal finijiet legali jew ta’ taxxa, jew (c) is-servizzi mogħtija jkunu simili għal dawk mogħtija mill-impjegati. Pereżempju, it-terminu jinkludi l-persunal tal-maniġment kollu, jiġifieri dawk il-persuni li għandhom awtorità u responsabbiltà għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-entità, inkluż id-diretturi mhux eżekuttivi.

Strument ta’ ekwità

Kuntratt li juri evidenza ta’ interess residwu fl-assi ta’ entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha ( 41 ).

Strument ta’ ekwità mogħti

Id-dritt (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali) għal strument ta’ ekwità tal-entità kkonferit mill-entità fuq parti oħra, taħt arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fejn l-entità

(a) 

tirċievi oġġetti jew servizzi bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità proprji tagħha (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma), jew

(b) 

tirċievi oġġetti jew servizzi iżda ma jkollha l-ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-fornitur.

Valur ġust

L-ammont li bih jista’ jiġi skambjat assi, tiġi saldata obbligazzjoni, jew jista’ jiġi skambjat strument ta’ ekwità mogħti, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata.

Data tal-għotja

Id-data li fiha l-entità u parti oħra (inkluż impjegat) jaqblu fuq arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, li taħbat meta l-entità u l-kontroparti jkollhom ftehim komuni tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġament. Fid-data tal-għotja, l-entità tikkonferixxi fuq il-kontroparti d-dritt għal flus, assi oħra, jew strumenti ta’ ekwità tal-entità, sakemm il-kundizzjonijiet tal-vestiment speċifikati, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati. Jekk dak il-ftehim ikun soġġett għal proċess ta’ approvazzjoni (pereżempju, mill-azzjonisti), id-data tal-għotja tkun id-data meta tinkiseb l-approvazzjoni.

Valur intrinsiku

Id-differenza bejn il-valur ġust tal-ishma li l-kontroparti għandha d-dritt (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali li tissottoskrivi għalihom jew li għandha d-dritt li tirċievi, u l-prezz (jekk ikun hemm) li l-kontroparti tkun (jew se tkun) meħtieġa tħallas għal dawk l-ishma. Pereżempju, opzjoni fuq l-ishma bi prezz tal-eżerċitar ta’ CU 15 ( 42 ), fuq sehem b’valur ġust ta’ CU 20, għandha valur intrinsiku ta’ CU 5.

Kundizzjoni tas-suq

Kundizzjoni tas-suq li l-prezz tal-eżerċitar, il-vestiment jew l-eżerċitabbiltà ta’ strument ta’ ekwità jiddependi fuqu u li huwa relatat mal-prezz (jew il-valur) tas-suq tal-istrumenti ta’ ekwità tal-entità (jew l-istrumenti ta’ ekwità ta’ entità oħra fl-istess grupp), bħal:

(a) 

il-ksib ta’ prezz tal-ishma speċifikat jew ammont speċifikat ta’ valur intrinsiku ta’ opzjoni fuq l-ishma jew

(b) 

il-ksib ta’ mira speċifikata li hija bbażata fuq il-prezz (jew il-valur) tas-suq tal-istrumenti ta’ ekwità tal-entità (jew l-istrumenti ta’ ekwità ta’ entità oħra fl-istess grupp) fir-rigward ta’ indiċi tal-prezzijiet tas-suq ta’ strumenti ta’ ekwità ta’ entitajiet oħrajn.

Kundizzjoni tas-suq teħtieġ li l-kontroparti tlesti perjodu speċifikat ta’ servizz (jiġifieri kundizzjoni ta’ servizz); ir-rekwiżit tas-servizz jista’ jkun espliċitu jew impliċitu.

Data tal-kejl

Id-data li fiha l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija jitkejlu għall-finijiet ta’ dan l-IFRS. Għal tranżazzjonijiet ma’ impjegati u oħrajn li jipprovdu servizzi simili, id-data tal-kejl tkun id-data tal-għotja. Għal tranżazzjonijiet mal-partijiet għajr l-impjegati (u dawk li jipprovdu servizzi simili), id-data tal-kejl tkun id-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti tagħti s-servizz.

Kundizzjoni ta’ prestazzjoni

Kundizzjoni tal-vestiment li titlob li:

(a) 

il-kontroparti tlesti perjodu speċifikat ta’ servizz (jiġifieri kundizzjoni ta’ servizz); ir-rekwiżit tas-servizz jista’ jkun espliċitu jew impliċitu; u

(b) 

mira/i tal-prestazzjoni speċifikati li jridu jintlaħqu waqt li l-kontroparti tkun qed twettaq is-servizz mitlub f’(a).

Il-perjodu tal-ksib tal-mira/i tal-prestazzjoni:

(a) 

ma għandux jaqbeż tmiem il-perjodu tas-servizz; u

(b) 

jista’ jibda qabel il-perjodu tas-servizz bil-kundizzjoni li d-data tal-bidu tad-dekorrenza ta’ prestazzjoni ma tkunx sostanzjalment qabel il-bidu tal-perjodu tas-servizz.

Mira tal-prestazzjoni hija definita b’referenza għal:

(a) 

l-operazzjonijiet (jew l-attivitajiet) proprji tal-entità jew l-operazzjonijiet jew l-attivitajiet ta’ entità oħra fl-istess grupp (jiġifieri kundizzjoni mhux tas-suq); jew

(b) 

il-prezz (jew il-valur) tal-istrumenti ta’ ekwità tal-entità jew l-istrumenti ta’ ekwità ta’ entità oħra fl-istess grupp (inkluż ishma u opzjonijiet fuq l-ishma) (jiġifieri kundizzjoni tas-suq).

Mira ta’ prestazzjoni tista’ tkun relatata mal-prestazzjoni tal-entità kollha kemm hi jew għal xi parti mill-entità (jew parti mill-grupp), bħal diviżjoni jew impjegat individwali.

Aspett tar-reload

Aspett li jipprevedi għotja awtomatika ta’ opzjonijiet fuq l-ishma addizzjonali kull meta d-detentur tal-opzjoni jeżerċita opzjonijiet mogħtija preċedentement bl-użu tal-ishma tal-entità, minflok flus, biex jissodisfa l-prezz tal-eżerċitar.

Opzjoni reload

Opzjoni fuq l-ishma ġdida mogħtija meta jintuża sehem biex jissodisfa l-prezz tal-eżerċitar ta’ opzjoni fuq l-ishma preċedenti.

Kundizzjoni ta’ servizz

Kundizzjoni tal-vestiment li teħtieġ li l-kontroparti tlesti perjodu ta’ servizz speċifikat li matulu jingħataw servizzi lill-entità. Jekk il-kontroparti, irrispettivament mir-raġuni, tieqaf tagħti servizz matul il-perjodu tal-vestiment, din tkun naqset milli tissodisfa l-kundizzjoni. Kundizzjoni ta’ servizz ma teħtieġx li tintlaħaq mira ta’ prestazzjoni.

Arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma

Ftehim bejn l-entità (jew entità fi grupp ( 43 ) oħra jew kwalunkwe azzjonist ta’ kwalunkwe entità fi grupp) u parti oħra (inkluż impjegat) li jintitola lil parti oħra li tirċievi

(a) 

flus jew assi oħrajn tal-entità għal ammonti li huma bbażati fuq il-prezz (jew il-valur) tal-istrumenti ta’ ekwità (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew ta’ entità fi grupp oħra, jew

(b) 

strumenti ta’ ekwità (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew ta’ entità fi grupp oħra,

dment li l-kundizzjonijiet tal-vestiment speċifikati, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati.

Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma

Tranżazzjoni fejn l-entità

(a) 

tirċievi oġġetti jew servizzi mill-fornitur ta’ dawk l-oġġetti jew is-servizzi (inkluż impjegat) f’arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, jew

(b) 

iġġarrab obbligazzjoni biex issalda t-tranżazzjoni mal-fornitur f’arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma meta entità fi grupp oħra tirċievi dawk l-oġġetti jew is-servizzi.

Opzjoni fuq l-ishma

Kuntratt li jagħti lid-detentur id-dritt, iżda mhux l-obbligu, li jissottoskrivi għall-ishma tal-entità bi prezz fiss jew determinabbli għal perjodu speċifikat ta’ żmien.

Vesta

Biex isir intitolament. Taħt arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, id-dritt ta’ kontroparti li tirċievi flus, assi oħrajn jew strumenti ta’ ekwità tal-vesti tal-entità meta l-intitolament tal-kontroparti ma jkunx għadu kundizzjonali għas-sodisfazzjon ta’ ebda kundizzjoni tal-vestiment.

Kundizzjonijiet tal-vestiment

Kundizzjoni li tiddetermina jekk l-entità tirċevix is-servizzi li jintitolaw il-kontroparti li tirċievi flus, assi oħrajn jew strumenti ta’ ekwità tal-entità, taħt arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma. Kundizzjoni tal-vestiment hija kundizzjoni ta’ servizz jew kundizzjoni ta’ prestazzjoni.

Perjodu tal-vestiment

Il-perjodu li matulu l-kundizzjonijiet tal-vestiment kollha ta’ arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma għandhom jiġu ssodisfati.

Appendiċi B

Gwida tal-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Stima tal-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mogħtija

B1 Il-paragrafi B2-B41 ta’ dan l-Appendiċi jiddiskutu l-kejl tal-valur ġust ta’ ishma u opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija, u jiffukaw fuq it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi li huma aspetti komuni ta’ għotja ta’ ishma jew ta’ opzjonijiet fuq l-ishma lill-impjegati. Għaldaqstant, mhuwiex eżawrjenti. Barra minn hekk, minħabba li l-kwistjonijiet tal-valwazzjoni diskussi hawn taħt jiffukaw fuq ishma u opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lill-impjegati, huwa preżunt li l-valur ġust tal-ishma jew tal-opzjonijiet fuq l-ishma jitkejjel fid-data tal-għotja. Madankollu, bosta mill-kwistjonijiet tal-valwazzjoni diskussi hawn taħt (eż. kif tiddetermina l-volatilità mistennija) japplikaw ukoll fil-kuntest tal-istima tal-valur ġust ta’ ishma jew ta’ opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lil partijiet, li mhumiex l-impjegati, fid-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti tagħti s-servizz.

Ishma

B2 Għal ishma mogħtija lill-impjegati, il-valur ġust tal-ishma għandu jitkejjel bil-prezz tas-suq tal-ishma tal-entità (jew prezz tas-suq stmat, jekk l-ishma tal-entità ma jiġux innegozjati pubblikament), aġġustati biex iqisu t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ngħataw l-ishma (ħlief għal kundizzjonijiet tal-vestiment li huma esklużi mill-kejl tal-valur ġust f’konformità mal-paragrafi 19–21).

B3 Pereżempju, jekk l-impjegat ma jkunx intitolat li jirċievi dividendi matul il-perjodu tal-vestiment, dan il-fattur għandu jitqies meta jiġi stmat il-valur ġust tal-ishma mogħtija. Bl-istess mod, jekk l-ishma jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq trasferiment wara d-data tal-vestiment, dak il-fattur għandu jitqies, iżda sal-punt biss li r-restrizzjonijiet ta’ wara l-vestiment jaffettwaw il-prezz li parteċipant tas-suq infurmat u dispost kien iħallas għal dak is-sehem. Pereżempju, jekk ishma jiġu nnegozjati b’mod attiv f’suq kbir u likwidu, restrizzjonijiet fuq trasferiment wara l-vestiment jista’ jkollhom ftit effett, jekk ikollhom, fuq il-prezz li parteċipant tas-suq infurmat u dispost kien iħallas għal dawk l-ishma. Restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew restrizzjonijiet oħra li jeżistu matul il-perjodu tal-vestiment ma għandhomx jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-ishma mogħtija, minħabba li dawk ir-restrizzjonijiet joriġinaw mill-eżistenza ta’ kundizzjonijiet tal-vestiment, li jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-paragrafi 19–21.

Opzjonijiet fuq l-ishma

B4 Għal opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lill-impjegati, f’bosta każijiet il-prezzijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, minħabba li l-opzjonijiet mogħtija huma soġġetti għal termini u kundizzjonijiet li ma japplikawx għal opzjonijiet innegozjati. Jekk opzjonijiet innegozjati b’termini u kundizzjonijiet simili ma jeżistux, il-valur ġust tal-opzjonijiet mogħtija għandu jiġi stmat billi jiġi applikat mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet.

B5 L-entità għandha tqis fatturi li parteċipanti tas-suq infurmati u disposti kieku kienu jqisu fl-għażla tal-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet li għandha tapplika. Pereżempju, bosta opzjonijiet tal-impjegati għandhom ħajja twila, huma normalment eżerċitabbli matul il-perjodu bejn id-data tal-vestiment u t-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni, u huma spiss eżerċitati kmieni. Jenħtieġ li dawn il-fatturi jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-opzjonijiet. Għal bosta entitajiet, dan jista’ jipprekludi l-użu tal-formula Black-Scholes-Merton, li ma tippermettix il-possibbiltà ta’ eżerċitar qabel it-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni u tista’ ma tirriflettix b’mod adegwat l-effetti ta’ eżerċitar mistenni bikri. Din lanqas ma tippermetti l-possibbiltà li l-volatilità mistennija u inputs oħra tal-mudell jistgħu jvarjaw matul il-ħajja tal-opzjoni. Madankollu, għal opzjonijiet fuq l-ishma b’ħajja kuntrattwali relattivament qasira, jew li għandhom jiġu eżerċitati matul perjodu ta’ żmien qasir wara d-data tal-vestiment, il-fatturi identifikati hawn fuq jistgħu ma japplikawx. F’dawn il-każijiet, il-formula Black-Scholes-Merton tista’ tipproduċi valur li jkun sostanzjalment l-istess bħal ta’ mudell iktar flessibbli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet.

B6 Il-mudelli kollha tal-ipprezzar tal-opzjonijiet, bħala minimu, iqisu l-fatturi li ġejjin:

(a) 

il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni;

(b) 

il-ħajja tal-opzjoni;

(c) 

il-prezz kurrenti tal-ishma sottostanti;

(d) 

il-volatilità mistennija tal-prezz tal-ishma;

(e) 

id-dividendi mistennija fuq l-ishma (jekk ikun xieraq); u

(f) 

ir-rata tal-imgħax mingħajr riskji għall-ħajja tal-opzjoni.

B7 Fatturi oħra li parteċipanti tas-suq infurmati u disposti jikkunsidraw fid-determinazzjoni tal-prezz għandhom jitqiesu wkoll (ħlief għal kundizzjonijiet tal-vestiment u aspetti tar-reload li huma esklużi mill-kejl tal-valur ġust f’konformità mal-paragrafi 19–22).

B8 Pereżempju, opzjoni fuq l-ishma mogħtija lil impjegat tipikament ma tistax tiġi eżerċitata matul il-perjodi speċifikati (eż. matul il-perjodu tal-vestiment jew matul perjodi speċifikati mir-regolaturi ta’ titoli). Dan il-fattur għandu jitqies jekk il-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet applikat jista’ b’xi mod ieħor jassumi li l-opzjoni tista’ tiġi eżerċitata fi kwalunkwe ħin matul ħajjitha. Madankollu, jekk entità tuża mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet li jivvaluta l-opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati biss fit-tmiem tal-ħajja tal-opzjonijiet, l-ebda aġġustament ma jkun meħtieġ għall-inabbiltà li jiġu eżerċitati matul il-perjodu tal-vestiment (jew perjodi oħra matul il-ħajja tal-opzjonijiet), minħabba li l-mudell jassumi li l-opzjonijiet ma jistgħux jiġu eżerċitati matul dawk il-perjodi.

B9 Bl-istess mod, fattur komuni ieħor għal opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati huwa l-possibbiltà ta’ eżerċitar bikri tal-opzjoni, pereżempju, minħabba li l-opzjoni ma tkunx trasferibbli b’mod ħieles, jew minħabba li l-impjegat ikollu jeżerċita l-opzjonijiet kollha li jkunu vestiti mal-waqfien mill-impieg. L-effetti tal-eżerċitar bikri mistenni għandhom jitqiesu, kif diskuss fil-paragrafi B16-B21.

B10 Fatturi li parteċipant tas-suq infurmat u dispost kieku ma jqisx fid-determinazzjoni tal-prezz ta’ opzjoni fuq l-ishma (jew ta’ strument ta’ ekwità ieħor) ma għandhomx jitqiesu meta jkun qiegħed jiġi stmat il-valur ġust ta’ opzjonijiet fuq l-ishma (jew strumenti ta’ ekwità oħra) mogħtija. Pereżempju, għal opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lill-impjegati, fatturi li jaffettwaw il-valur tal-opzjoni mill-perspettiva individwali tal-impjegat biss mhumiex rilevanti biex jiġi stmat il-prezz li kieku kien jiġi ffissat minn parteċipant tas-suq infurmat u dispost.

Inputs għal mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet

B11 Meta tkun qiegħda tiġi stmata l-volatilità mistennija tal-ishma sottostanti u tad-dividendi fuqhom, l-objettiv huwa li jitqarrbu l-aspettattivi li kieku kienu jiġu riflessi f’suq kurrenti jew fi prezz negozjat tal-kambju għall-opzjoni. Bl-istess mod, meta jiġu stmati l-effetti ta’ eżerċizzju bikri ta’ opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati, l-objettiv huwa li jitqarrbu l-aspettattivi li parti barranija b’aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar kif l-impjegati jeżerċitaw l-opzjonijiet kienet tiżviluppa fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fid-data tal-għotja.

B12 Ta’ spiss, x’aktarx li jkun hemm firxa ta’ aspettattivi raġonevoli dwar il-volatilità futura, id-dividendi u l-mod tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet. Jekk dan ikun il-każ, jenħtieġ jiġi kkalkulat valur mistenni, billi kull ammont li jaqa’ f’dik il-firxa jiġi ponderat bil-probabbiltà assoċjata tiegħu ta’ okkorrenza.

B13 Aspettattivi dwar il-futur huma ġeneralment ibbażati fuq l-esperjenza, immodifikati jekk il-futur ikun raġonevolment mistenni li jkun differenti mill-passat. F’xi ċirkustanzi, fatturi identifikabbli jistgħu jindikaw li esperjenza storika mhux aġġustata tagħti tbassira relattivament fqira tal-esperjenza futura. Pereżempju, jekk entità b’żewġ linji ta’ negozju differenti b’mod ċar tiddisponi mil-linja li kienet ħafna inqas riskjuża mill-oħra, il-volatilità storika tista’ ma tkunx l-aħjar informazzjoni li fuqha għandhom jiġu bbażati l-aspettattivi raġonevoli għall-futur.

B14 F’ċirkustanzi oħra, l-informazzjoni storika tista’ ma tkunx disponibbli. Pereżempju, entità li għadha kif bdiet tiġi kkwotata jkollha ftit, jekk ikollha, data storika dwar il-volatilità tal-prezz tal-ishma. Entitajiet mhux elenkati u entitajiet elenkati ġodda huma diskussi aktar ’il quddiem.

B15 Fil-qosor, jenħtieġ li entità mhux sempliċiment tibbaża stimi ta’ volatilità, ta’ mod ta’ eżerċitar ta’ opzjonijiet, u ta’ dividendi fuq informazzjoni storika mingħajr ma tqis i-grad li għalih l-esperjenza tal-passat hija mistennija li tkun tista’ tbassar b’mod raġonevoli l-esperjenza futura.

Eżerċitar bikri mistenni

B16 L-impjegati spiss jeżerċitaw l-opzjonijiet fuq l-ishma kmieni, għal għadd ta’ raġunijiet. Pereżempju, opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati huma tipikament mhux trasferibbli. Dan spiss iġiegħel lill-impjegati jeżerċitaw l-opzjonijiet fuq l-ishma tagħhom kmieni, minħabba li dan huwa l-uniku mod biex l-impjegati jillikwidaw il-pożizzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-impjegati li ma jibqgħux fl-impjieg huma normalment mistennija li jeżerċitaw kwalunkwe opzjoni vestita f’perjodu qasir ta’ żmien, inkella l-opzjonijiet fuq l-ishma jintilfu. Dan il-fattur jikkawża wkoll l-eżerċitar bikri ta’ opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati. Fatturi oħra li jikkawżaw eżerċitar bikri huma l-averżjoni għar-riskju u n-nuqqas ta’ diversifikazzjoni tal-ġid.

B17 Il-mezz li bih l-effetti ta’ eżerċitar bikri mistenni jitqiesu jiddependi fuq it-tip ta’ mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet użat. Pereżempju, eżerċitar bikri mistenni jista’ jitqies billi tintuża stima tal-ħajja mistennija tal-opzjoni (li, għal opzjoni fuq l-ishma tal-impjegati, hija l-perjodu ta’ żmien mid-data tal-għotja sad-data li fiha l-opzjoni tkun mistenni li tiġi eżerċitata) bħala input fil-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet (eż. il-formula Black-Scholes-Merton). B’mod alternattiv, eżerċitar bikri mistenni jista’ jiġi mmudellat f’mudell binomjali jew f’mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet simili, li juża l-ħajja kuntrattwali bħala input.

B18 Fatturi li għandhom jitqiesu meta jiġi stmat eżerċitar bikri jinkludu:

(a) 

it-tul tal-perjodu tal-vestiment, minħabba li l-opzjoni fuq l-ishma tipikament ma tistax tiġi eżerċitata sat-tmiem tal-perjodu tal-vestiment. Għalhekk, id-determinazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-valwazzjoni ta’ eżerċizzju bikri mistenni hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-opzjonijiet se jiġu vestiti. L-implikazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tal-vestiment huma diskussi fil-paragrafi 19-21;

(b) 

it-tul medju ta’ żmien li opzjonijiet simili baqgħu pendenti fil-passat;

(c) 

il-prezz tal-ishma sottostanti. L-esperjenza tista’ tindika li l-impjegati għandhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet meta l-prezz tal-ishma jilħaq livell speċifikat ’il fuq mill-prezz tal-eżerċitar;

(d) 

il-livell tal-impjegat fl-organizzazzjoni. Pereżempju, l-esperjenza tista’ tindika li impjegati ta’ livell għoli għandhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet aktar tard mill-impjegati ta’ livell baxx (diskuss aktar fil-paragrafu B21);

(e) 

il-volatilità mistennija tal-ishma sottostanti. Bħala medja, l-impjegati jista’ jkollhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet fuq ishma b’volatilità għolja aktar kmieni milli fuq ishma b’volatilità baxxa.

B19 Kif innotat fil-paragrafu B17, l-effetti ta’ eżerċizzju bikri jistgħu jitqiesu billi tintuża stima tal-ħajja mistennija tal-opzjoni bħala input f’mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet. Meta tiġi stmata l-ħajja mistennija ta’ opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lil grupp ta’ impjegati, l-entità tista’ tibbaża dik l-istima fuq medja ponderata b’mod adattat tat-tul mistenni ta’ dik il-ħajja għall-grupp kollu tal-impjegati jew fuq il-medja ponderata b’mod adattat tat-tul mistenni tal-ħajjiet għal sottogruppi ta’ impjegati fil-grupp, abbażi ta’ data aktar dettaljata dwar il-mod ta’ kif l-impjegati jeżerċitaw l-opzjonijiet (diskuss aktar ’il quddiem).

B20 Is-separazzjoni ta’ għotja ta’ opzjonijiet fi gruppi għal impjegati li jeżerċitaw l-opzjonijiet b’mod relattivament omoġenju x’aktarx li tkun importanti. Il-valur ta’ opzjoni mhuwiex funzjoni lineari tat-terminu ta’ opzjoni; il-valur jiżdied b’rata dejjem tonqos aktar ma jitwal il-perjodu ta’ żmien. Pereżempju, jekk il-preżunzjonijiet l-oħra kollha jkunu ugwali, għalkemm opzjoni ta’ sentejn tiswa aktar minn opzjoni ta’ sena, din ma tiswiex id-doppju tagħha. Dan ifisser li meta l-kalkolu tal-istima tal-valur tal-opzjoni jsir fuq il-bażi ta’ ħajja medja ponderata waħda li tinkludi ħajjiet individwali li huma ferm differenti bejniethom, dan jirriżulta f’valur ogħla mill-valur ġust totali tal-opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija. Is-separazzjoni ta’ opzjonijiet mogħtija f’bosta gruppi, li kull wieħed minnhom ikollu medda ta’ ħajjiet relattivament stretta inkluża fil-ħajja medja ponderata tiegħu, tnaqqas dak ir-riżultat ta’ valur ogħla.

B21 Korrispettivi simili japplikaw meta jintuża mudell binomjali jew mudell simili. Pereżempju, l-esperjenza ta’ entità li tagħti opzjonijiet b’mod mifrux lil-livelli kollha ta’ impjegati tista’ tindika li l-persunal eżekuttiv tal-ogħla livell għandu t-tendenza li jżomm l-opzjonijiet tiegħu għal aktar żmien minn kemm iżommuhom l-impjegati li huma fil-livell tal-maniġment tan-nofs u li l-impjegati f’livell iktar baxx għandhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet tagħhom aktar kmieni minn kwalunkwe grupp ieħor. Barra minn hekk, impjegati li huma mħeġġa jew li huma meħtieġa jkollhom ammont minimu ta’ strumenti ta’ ekwità, inklużi opzjonijiet, tal-entità li timpjegahom jistgħu, bħala medja, jeżerċitaw l-opzjonijiet aktar tard minn impjegati li mhumiex soġġetti għal dik id-dispożizzjoni. F’dawk is-sitwazzjonijiet, is-separazzjoni tal-opzjonijiet skont gruppi ta’ riċevituri li jeżerċitaw l-opzjonijiet b’mod relattivament omoġenju tirriżulta fi stima aktar preċiża tal-valur ġust totali tal-opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija.

Volatilità mistennija

B22 Il-volatilità mistennija hija l-kejl tal-ammont li bih prezz huwa mistenni li jvarja matul perjodu. Il-kejl tal-volatilità użat fil-mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet huwa d-devjazzjoni standard annwalizzata tar-rati kontinwament rikomposti tar-redditu fuq is-sehem matul perjodu ta’ żmien. Il-volatilità hija tipikament espressa f’termini annwalizzati li huma komparabbli irrispettivament mill-perjodu ta’ żmien użat fil-kalkolu, pereżempju, osservazzjonijiet tal-prezzijiet ta’ kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar.

B23 Ir-rata ta’ redditu (li tista’ tkun pożittiva jew negattiva) fuq sehem għal perjodu, tkejjel kemm azzjonist ikun ibbenefika minn dividendi u minn apprezzament (jew deprezzament) tal-prezz tal-ishma.

B24 Il-volatilità annwalizzata mistennija ta’ sehem hija l-medda li fiha r-rata annwali kontinwament rikomposta ta’ redditu hija mistennija li taqa’ f’bejn wieħed u ieħor żewġ terzi taż-żmien. Pereżempju, meta wieħed jgħid li sehem b’rata mistennija kontinwament rikomposta ta’ redditu ta’ 12 fil-mija għandha volatilità ta’ 30 fil-mija, dan ifisser li l-probabbiltà li r-rata ta’ redditu fuq is-sehem għal sena tkun bejn –18 fil-mija (12 % –30 %) u 42 fil-mija (12 % + 30 %) hija ta’ madwar żewġ terzi. Jekk il-prezz tal-ishma jkun CU 100 fil-bidu tas-sena, u ma jitħallsu l-ebda dividendi, il-prezz tal-ishma fit-tmiem tas-sena jkun mistenni li jkun bejn CU 83,53 (CU 100 × e-0,18) u CU 152,20 (CU 100 × e0,42) għal bejn wieħed u ieħor żewġ terzi taż-żmien.

B25 Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istima tal-volatilità mistennija jinkludu:

(a) 

il-volatilità implikata minn opzjonijiet fuq l-ishma nnegozjati fuq l-ishma tal-entità, jew minn strumenti oħra nnegozjati tal-entità li jinkludu karatteristiki ta’ opzjoni (bħal dejn konvertibbli), jekk ikun hemm;

(b) 

il-volatilità storika tal-prezz tal-ishma fuq l-aktar perjodu riċenti li ġeneralment ikun proporzjonat mat-terminu mistenni tal-opzjoni (meta titqies il-bqija tal-ħajja kuntrattwali tal-opzjoni u l-effetti ta’ eżerċizzju bikri mistenni);

(c) 

it-tul ta’ żmien kemm ilhom jiġu nnegozjati pubblikament l-ishma ta’ entità. Entità elenkata ġdida jista’ jkollha volatilità storika għolja, meta mqabbla ma’ entitajiet simili li jkunu ilhom ikkwotati għal aktar żmien. Aktar gwida għal entitajiet ikkwotati ġodda hija mogħtija hawn taħt;

(d) 

it-tendenza tal-volatilità li tmur lura għall-medja tagħha, jiġifieri l-livell medju fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, u fatturi oħra li jindikaw li l-volatilità futura mistennija tista’ tkun differenti mill-volatilità tal-passat. Pereżempju, jekk il-prezz tal-ishma ta’ entità kien estremament volatili għal xi perjodu ta’ żmien identifikabbli minħabba tentattiv ta’ akkwiżizzjoni li ma rnexxiex jew minħabba ristrutturar maġġuri, dak il-perjodu jista’ ma jitqiesx fil-kalkolu tal-volatilità storika medja annwali;

(e) 

intervalli xierqa u regolari għal osservazzjonijiet tal-prezzijiet. Jenħtieġ li l-osservazzjonijiet tal-prezzijiet ikunu konsistenti minn perjodu għal perjodu. Pereżempju, entità tista’ tuża l-prezz tal-għeluq għal kull ġimgħa jew l-ogħla prezz għall-ġimgħa, iżda jenħtieġ li ma tużax il-prezz tal-għeluq għal xi ġimgħat u l-ogħla prezz għal ġimgħat oħra. Barra minn hekk, l-osservazzjonijiet tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġu mfissra fl-istess munita tal-prezz tal-eżerċizzju.

Entitajiet elenkati ġodda

B26 Kif innotat fil-paragrafu B25, jenħtieġ li entità tqis il-volatilità storika tal-prezz tal-ishma fuq l-aktar perjodu riċenti li ġeneralment jikkorrispondi għat-terminu mistenni tal-opzjoni. Jekk entità elenkata ġdida ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni dwar il-volatilità storika, din xorta jenħtieġ li tikkalkula l-volatilità storika fuq l-itwal perjodu li għalih l-attività tan-negozju tkun disponibbli. Tista’ tikkunsidra wkoll il-volatilità storika ta’ entitajiet simili wara perjodu komparabbli f’ħajjithom. Pereżempju, entità li tkun ġiet elenkata għal sena biss u li tagħti opzjonijiet b’ħajja medja mistennija ta’ ħames snin tista’ tqis il-mudell u l-livell tal-volatilità storika ta’ entitajiet fl-istess industrija għall-ewwel sitt snin li fihom l-ishma ta’ dawk l-entitajiet ikunu ġew innegozjati pubblikament.

Entitajiet mhux elenkati

B27 Entità mhux elenkata ma jkollhiex informazzjoni storika x’wieħed iqis meta tiġi stmata l-volatilità mistennija. Xi fatturi li għandhom jitqiesu minflok huma elenkati hawn taħt.

B28 F’xi każijiet, entità mhux elenkata li toħroġ opzjonijiet jew ishma b’mod regolari lill-impjegati (jew lil partijiet oħra) setgħet stabbiliet suq intern għall-ishma tagħha. Il-volatilità ta’ dawk il-prezzijiet tal-ishma tista’ titqies meta tiġi stmata l-volatilità mistennija.

B29 B’mod alternattiv, l-entità tista’ tqis il-volatilità storika jew implikata ta’ entitajiet elenkati simili, li għalihom l-informazzjoni dwar il-prezz tal-ishma jew dwar il-prezz tal-opzjonijiet tkun disponibbli, biex tintuża meta tiġi stmata l-volatilità mistennija. Dan ikun xieraq jekk l-entità tkun ibbażat il-valur tal-ishma tagħha fuq il-prezzijiet tal-ishma ta’ entitajiet elenkati simili.

B30 Jekk l-entità ma tkunx ibbażat l-istima tal-valur tal-ishma tagħha fuq il-prezzijiet tal-ishma ta’ entitajiet elenkati simili, u minflok użat metodu ta’ valwazzjoni ieħor biex tivvaluta l-ishma tagħha, l-entità tista’ tiddeduċi stima tal-volatilità mistennija li tkun konsistenti mal-metodu ta’ valwazzjoni. Pereżempju, l-entità tista’ tivvaluta l-ishma tagħha fuq il-bażi ta’ assijiet nett jew ta’ qligħ. Tista’ tqis il-volatilità mistennija ta’ dawk il-valuri netti tal-assi jew tal-qligħ.

Dividendi mistennija

B31 Jekk jenħtieġx li d-dividendi mistennija jitqisux meta jitkejjel il-valur ġust ta’ ishma jew opzjonijiet mogħtija jiddependi fuq jekk il-kontroparti hijiex intitolata għal dividendi jew ekwivalenti ta’ dividendi.

B32 Pereżempju, jekk l-impjegati ngħataw opzjonijiet u jkunu intitolati għal dividendi fuq l-ishma sottostanti jew ekwivalenti ta’ dividendi (li jistgħu jitħallsu fi flus jew jiġu applikati biex inaqqsu l-prezz tal-eżerċitar) bejn id-data tal-għotja u d-data tal-eżerċitar, jenħtieġ li l-opzjonijiet mogħtija jiġu vvalutati bħallikieku l-ebda dividendi mhuma se jitħallsu fuq l-ishma sottostanti, jiġifieri jenħtieġ li l-input għal dividendi mistennija jkun żero.

B33 Bl-istess mod, meta jiġi stmat il-valur ġust tad-data tal-għotja ta’ ishma mogħtija lill-impjegati, ma jkun meħtieġ l-ebda aġġustament għal dividendi mistennija jekk l-impjegat ikun intitolat li jirċievi dividendi mħallsa matul il-perjodu tal-vestiment.

B34 Min-naħa l-oħra, jekk l-impjegati ma jkunux intitolati għal dividendi jew ekwivalenti ta’ dividendi matul il-perjodu tal-vestiment (jew qabel l-eżerċitar, fil-każ ta’ opzjoni), jenħtieġ li l-valwazzjoni tad-data tal-għotja tad-drittijiet għall-ishma jew l-opzjonijiet tqis id-dividendi mistennija. Dan ifisser li, meta l-valur ġust ta’ għotja ta’ opzjoni jiġi stmat, jenħtieġ li d-dividendi mistennija jiġu inklużi fl-applikazzjoni ta’ mudell tal-ipprezzar tal-opzjoni. Meta jiġi stmat il-valur ġust ta’ għotja ta’ ishma, jenħtieġ li dik il-valwazzjoni titnaqqas bil-valur preżenti ta’ dividendi mistennija li jitħallsu matul il-perjodu tal-vestiment.

B35 Mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet ġeneralment jiġu bżonn ir-rendiment mistenni mid-dividendi. Madankollu, il-mudelli jistgħu jiġu mmodifikati biex jużaw ammont mistenni tad-dividendi minflok rendiment. Entità tista’ tuża r-rendiment mistenni tagħha jew il-pagamenti mistennija tagħha. Jekk entità tuża din tal-aħħar, jenħtieġ li din tqis ix-xejra storika li kellha fiż-żidiet fid-dividendi. Pereżempju, jekk il-politika ta’ entità kienet waħda ġeneralment immirata biex iżżid id-dividendi b’madwar 3 fil-mija fis-sena, jenħtieġ li l-valur stmat tal-opzjoni ma jassumix ammont ta’ dividendi fiss matul il-ħajja kollha tal-opzjoni sakemm ma jkunx hemm evidenza li tappoġġa din is-suppożizzjoni.

B36 Ġeneralment, jenħtiġ li s-suppożizzjoni dwar id-dividendi mistennija tkun ibbażata fuq informazzjoni disponibbli pubblikament. Entità li ma tħallasx dividendi u li ma għandha l-ebda pjan li tagħmel dan jenħtieġ li tassumi rendiment mistenni mid-dividendi ta’ żero. Madankollu, entità emerġenti mingħajr l-ebda storja ta’ pagament ta’ dividendi tista’ tistenna li tibda tħallas id-dividendi matul il-ħajja mistennija tal-opzjonijiet fuq l-ishma tagħha tal-impjegati. Dawk l-entitajiet jistgħu jużaw medja tar-rendiment mid-dividendi tagħhom fil-passat (żero) u r-rendiment medju mid-dividendi ta’ grupp ta’ pari komparabbli b’mod adatt.

Rata tal-imgħax mingħajr riskji

B37 Tipikament, ir-rata tal-imgħax mingħajr riskji hija r-rendiment implikat disponibbli attwalment fuq bonds tal-gvern bla kupun tal-pajjiż li fih il-prezz tal-eżerċitar ikun mogħti fil-munita tiegħu, b’terminu li jifdal ugwali għat-terminu mistenni tal-opzjoni li tkun qiegħda tiġi vvalutata (abbażi tal-ħajja kuntrattwali li jkun baqgħalha l-opzjoni u b’kunsiderazzjoni għall-effetti tal-eżerċizzju bikri mistenni). Jista’ jkun meħtieġ li jintuża sostitut xieraq, jekk ma jkun jeżisti l-ebda ħruġ tal-gvern bħal dan jew jekk iċ-ċirkustanzi jindikaw li r-rendiment implikat fuq bonds tal-gvern bla kupun ma jkunx rappreżentattiv tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju (pereżempju, f’ekonomiji b’inflazzjoni għolja). Barra minn hekk, jenħtieġ li jintuża sostitut xieraq jekk il-parteċipanti tas-suq tipikament jiddeterminaw ir-rata tal-imgħax mingħajr riskji billi jużaw dak is-sostitut, minflok ir-rendiment implikat ta’ bonds tal-gvern bla kupun, meta jistmaw il-valur ġust ta’ opzjoni b’ħajja ugwali għat-terminu mistenni tal-opzjoni li tkun qiegħda tiġi vvalutata.

Effetti tal-istruttura tal-kapital

B38 Tipikament, ikunu terzi persuni, mhux l-entità, li jbigħu opzjonijiet fuq l-ishma nnegozjati. Meta dawn l-opzjonijiet fuq l-ishma jiġu eżerċitati, min ibigħhom jikkunsinna l-ishma lid-detentur tal-opzjoni. Dawk l-ishma jiġu akkwistati minn azzjonisti eżistenti. Għalhekk l-eżerċitar tal-opzjonijiet fuq l-ishma nnegozjati ma jkollu l-ebda effett dilwittiv.

B39 B’kuntrast ma’ dan, jekk l-opzjonijiet fuq l-ishma jinbiegħu mill-entità, jinħarġu ishma ġodda meta dawk l-opzjonijiet fuq l-ishma jiġu eżerċitati (maħruġa attwalment jew maħruġa fis-sustanza, jekk jintużaw ishma preċedentement riakkwistati u nżammu fit-teżor). Minħabba li l-ishma jkunu se jinħarġu bil-prezz tal-eżerċitar minflok bil-prezz tas-suq kurrenti fid-data tal-eżerċitar, din id-dilwizzjoni attwali jew potenzjali tista’ tnaqqas il-prezz tal-ishma, biex id-detentur tal-opzjoni ma jagħmilx qligħ daqshekk kbir fuq l-eżerċitar daqs kemm kien jagħmel kieku eżerċita opzjoni nnegozjata simili, li ma tiddilwix il-prezz tas-sehem.

B40 Jekk dan ikollux effett sinifikanti fuq il-valur tal-opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija jiddependi fuq bosta fatturi, bħall-għadd ta’ ishma ġodda li jkunu se jinħarġu mal-eżerċitar tal-opzjonijiet meta mqabbel mal-għadd ta’ ishma diġà maħruġa. Barra minn hekk, jekk is-suq diġà qed jistenna li l-għotja tal-opzjoni se sseħħ, jista’ jkun li s-suq ikun diġà qies id-dilwizzjoni potenzjali fil-prezz tal-ishma fid-data tal-għotja.

B41 Madankollu, jenħtieġ li l-entità tqis jekk l-effett dilwittiv possibbli tal-eżerċitar futur tal-opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija jistax ikollu impatt fuq il-valur ġust stmat tagħhom fid-data tal-għotja. Mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet jistgħu jiġu adatti biex jikkunsidraw dan l-effett dilwittiv potenzjali.

Modifiki għal arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità

B42 Il-paragrafu 27 jeħtieġ li, irrispettivament minn kwalunkwe modifika għat-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ngħataw l-istrumenti ta’ ekwità, jew minn kanċellazzjoni jew saldu ta’ dik l-għotja ta’ strumenti ta’ ekwità, jenħtieġ li l-entità tirrikonoxxi, bħala minimu, is-servizzi riċevuti mkejla fil-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, sakemm dawk l-istrumenti ta’ ekwità ma jonqsux milli jiġu vestiti minħabba nuqqas li tiġi ssodisfata kundizzjoni tal-vestiment (ħlief kundizzjoni tas-suq) li kienet speċifikata fid-data tal-għotja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entità tirrikonoxxi l-effetti ta’ modifiki li jżidu l-valur ġust totali tal-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma jew li b’mod ieħor huma ta’ benefiċċju għall-impjegat.

B43 Biex jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 27:

(a) 

jekk il-modifika żżid il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija (eż. billi tnaqqas il-prezz tal-eżerċitar), imkejjel minnufih qabel u wara l-modifika, l-entità għandha tinkludi l-valur ġust inkrementali mogħti fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għal servizzi riċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità mogħtija. Il-valur ġust inkrementali mogħti huwa d-differenza bejn il-valur ġust tal-istrument ta’ ekwità mmodifikat u dak tal-istrument ta’ ekwità oriġinali, it-tnejn li huma stmati fid-data tal-modifika. Jekk il-modifika sseħħ matul il-perjodu tal-vestiment, il-valur ġust inkrementali mogħti jkun inkluż fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għas-servizzi riċevuti matul il-perjodu mid-data tal-modifika sad-data meta l-istrumenti ta’ ekwità mmodifikati jiġu vestiti, flimkien mal-ammont ibbażat fuq il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti ta’ ekwità oriġinali, li huwa rikonoxxut matul il-bqija tal-perjodu tal-vestiment oriġinali. Jekk il-modifika sseħħ wara d-data tal-vestiment, il-valur ġust inkrementali mogħti jkun rikonoxxut minnufih, jew matul il-perjodu tal-vestiment jekk l-impjegat ikun meħtieġ li jtemm perjodu addizzjonali ta’ servizz qabel isir intitolat mingħajr kundizzjoni għal dawk l-istrumenti ta’ ekwità mmodifikati;

(b) 

bl-istess mod, jekk il-modifika żżid l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità mogħtija, l-entità għandha tinkludi l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità addizzjonali mogħtija, imkejla fid-data tal-modifika, fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għas-servizzi riċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, b’mod konsistenti mar-rekwiżiti f’(a) hawn fuq. Pereżempju, jekk il-modifika sseħħ matul il-perjodu tal-vestiment, il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità addizzjonali mogħtija jkun inkluż fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għas-servizzi riċevuti matul il-perjodu mid-data tal-modifika sad-data meta l-istrumenti ta’ ekwità addizzjonali jiġu vestiti, flimkien mal-ammont ibbażat fuq il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija oriġinarjament, li jkun rikonoxxut matul il-bqija tal-perjodu tal-vestiment oriġinali;

(c) 

jekk l-entità timmodifika l-kundizzjonijiet tal-vestiment b’mod li jkun ta’ benefiċċju għall-impjegat, pereżempju, billi tnaqqas il-perjodu tal-vestiment jew billi tiġi mmodifikata jew eliminata kundizzjoni ta’ prestazzjoni (ħlief kundizzjoni tas-suq, li bidliet għaliha jkunu kontabbilizzati f’konformità ma’ (a) hawn fuq), l-entità għandha tqis il-kundizzjonijiet tal-vestiment immodifikati meta tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 19-21.

B44 Barra minn hekk, jekk l-entità timmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija b’mod li jnaqqas il-valur ġust totali tal-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, jew inkella li ma jkunx b’xi mod ieħor ta’ benefiċċju għall-impjegat, l-entità għandha xorta waħda tkompli tikkontabbilizza s-servizzi riċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità mogħtija bħallikieku dik il-modifika ma seħħitx (ħlief għal kanċellazzjoni ta’ wħud mill-istrumenti ta’ ekwità mogħtija jew tagħhom kollha, li għandha tiġi kontabbilizzata f’konformità mal-paragrafu 28). Pereżempju:

(a) 

jekk il-modifika tnaqqas il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija, imkejjel minnufih qabel u wara l-modifika, l-entità ma għandhiex tqis dak it-tnaqqis fil-valur ġust u għandha tkompli tkejjel l-ammont rikonoxxut għas-servizzi riċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti ta’ ekwità fuq il-bażi tal-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija;

(b) 

jekk il-modifika tnaqqas l-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità mogħtija lil impjegat, dak it-tnaqqis għandu jiġi kontabbilizzat bħala kanċellazzjoni ta’ dak il-porzjon tal-għotja, f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 28;

(c) 

jekk l-entità timmodifika l-kundizzjonijiet tal-vestiment b’tali mod li ma jkunx ta’ benefiċċju għall-impjegat, pereżempju, billi żżid il-perjodu tal-vestiment jew billi timmodifika jew iżżid kundizzjoni ta’ prestazzjoni (ħlief kundizzjoni tas-suq, li bidliet għaliha jkunu kontabbilizzati f’konformità ma’ (a) hawn fuq), l-entità ma għandhiex tqis il-kundizzjonijiet tal-vestiment modifikati meta tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 19-21.

Kontabbiltà għal modifika ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li tibdel il-klassifikazzjoni tagħha minn saldati bi flus għal saldati b’ekwità

B44A Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus ikunu modifikati u r-riżultat ikun li din issir tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità, it-tranżazzjoni tiġi kontabbilizzata bħala tali mid-data tal-modifika. B’mod speċifiku:

(a) 

It-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità titkejjel billi ssir referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija fid-data tal-modifika. It-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità tkun rikonoxxuta f’ekwità fid-data tal-modifika sa fejn ikunu ġew riċevuti oġġetti jew servizzi.

(b) 

L-obbligazzjoni għat-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus fid-data tal-modifika jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha f’dik id-data.

(c) 

Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħha u l-ammont ta’ ekwità rikonoxxut fid-data tal-modifika tiġi rikonoxxuta minnufih fi profitt jew telf.

B44B Jekk, b’riżultat tal-modifika, il-perjodu tal-vestiment ikun estiż jew imqassar, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafu B44A tirrifletti l-perjodu tal-vestiment modifikat. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu B44A japplikaw anki jekk il-modifika sseħħ wara l-perjodu tal-vestiment.

B44C Tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus tista’ tiġi kkanċellata jew saldata (ħlief għal tranżazzjoni kkanċellata minħabba telf ta’ dritt meta l-kundizzjonijiet tal-vestiment ma jiġux issodisfati). Jekk jingħataw strumenti ta’ ekwità u, f’dik id-data tal-għotja, l-entità tidentifikahom bħala sostituzzjoni għall-pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldat bi flus, l-entità għandha tapplika l-paragrafi B44A u B44B.

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp (l-emendi tal-2009)

B45 Il-paragrafi 43A–43C jindirizzaw il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta’ kull entità. Il-paragrafi B46–B61 jiddiskutu kif jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafi 43A–43C. Kif innotat fil-paragrafu 43D, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp jistgħu jseħħu għal diversi raġunijiet skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi. Għaldaqstant, din id-diskussjoni mhijiex eżawrjenti u tassumi li meta entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi ma jkollha ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni, it-tranżazzjoni tkun kontribuzzjoni ta’ ekwità mill-kumpanija omm favur is-sussidjarja, irrispettivament minn kwalunkwe arranġament ta’ ripagament intragrupp.

B46 Għalkemm id-diskussjoni ta’ hawn taħt tiffoka fuq tranżazzjonijiet mal-impjegati, din tapplika wkoll għal tranżazzjonijiet simili ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ma’ fornituri ta’ oġġetti jew servizzi apparti l-impjegati. Arranġament bejn il-kumpanija omm u sussidjarja tagħha jista’ jeħtieġ li s-sussidjarja tħallas lill-kumpanija omm għall-provvediment tal-istrumenti ta’ ekwità lill-impjegati. Id-diskussjoni ta’ hawn taħt ma tindirizzax kif għandhom jiġu kontabbilizzati tali arranġamenti ta’ pagament intragrupp.

B47 Hemm erba’ kwistjonijiet li jokkorru spiss fi tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost l-entitajiet fi grupp. Għall-konvenjenza, l-eżempji ta’ hawn taħt jiddiskutu l-kwistjonijiet f’termini ta’ kumpanija omm u sussidjarja tagħha.

Arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità

B48 L-ewwel kwistjoni hija dwar jekk jenħtieġx li t-tranżazzjonijiet li ġejjin li jinvolvu l-istrumenti ta’ ekwità proprji ta’ entità jiġu kontabbilizzati bħala ssaldati b’ekwità jew saldati bi flus f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS:

(a) 

entità tagħti lill-impjegati tagħha drittijiet għal strumenti azzjonarji (bħal opzjonijiet fuq l-ishma), u jew tagħżel jew tkun obbligata tixtri strumenti azzjonarji (jiġifieri ishma tat-teżor) mingħand terza persuna, biex taqdi l-obbligi lejn l-impjegati tagħha; u

(b) 

l-impjegati ta’ entità jingħataw drittijiet għal strumenti ta’ ekwità tal-entità (eż. opzjonijiet fuq l-ishma), mill-entità stess jew mill-azzjonisti tagħha, u l-azzjonisti tal-entità jipprovdu l-istrumenti ta’ ekwità meħtieġa.

B49 L-entità għandha tikkontabbilizza tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fejn entità tirċievi servizzi bħala korrispettiv għal strumenti ta’ ekwità proprji tagħha bħala ssaldati b’ekwità. Dan japplika irrispettivament minn jekk l-entità tagħżilx jew tkunx meħtieġa tixtri dawk l-istrumenti ta’ ekwità mingħand parti oħra biex tissodisfa l-obbligi tagħha lejn l-impjegati tagħha skont l-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma. Tapplika wkoll irrispettivament minn jekk:

(a) 

id-drittijiet tal-impjegat għall-istrumenti ta’ ekwità tal-entità jkunux ingħataw mill-entità nnifisha jew mill-azzjonist(i) tagħha; jew

(b) 

l-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma jkunx issalda mill-entità nnifisha jew mill-azzjonist(i) tagħha.

B50 Jekk l-azzjonist ikollu obbligu li jsalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tad-destinatarja ta’ investiment, dan jipprovdi l-istrumenti ta’ ekwità tad-destinatarja ta’ investiment minflok tiegħu stess. Għaldaqstant, jekk id-destinatarja ta’ investiment tiegħu tkun fl-istess grupp tal-azzjonist, f’konformità mal-paragrafu 43C, l-azzjonist għandu jkejjel l-obbligu tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fir-rapporti finanzjarji separati tal-azzjonist u dawk applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-azzjonist.

Arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu strumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm

B51 It-tieni kwistjoni tikkonċerna tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma bejn żewġ entitajiet jew aktar fl-istess grupp li jinvolvu strument ta’ ekwità ta’ entità fi grupp oħra. Pereżempju, impjegati ta’ sussidjarja jingħataw drittijiet għal strumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm tagħha bħala korrispettiv għas-servizzi pprovduti lis-sussidjarja.

B52 Għaldaqstant, it-tieni kwistjoni tikkonċerna l-arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li ġejjin:

(a) 

kumpanija omm tagħti drittijiet għall-istrumenti ta’ ekwità direttament lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha: il-kumpanija omm (mhux is-sussidjarja) għandha l-obbligu li tipprovdi lill-impjegati tas-sussidjarja l-istrumenti ta’ ekwità; u

(b) 

sussidjarja tagħti drittijiet għal strumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm lill-impjegati tagħha: is-sussidjarja għandha l-obbligu li tipprovdi lill-impjegati tagħha l-istrumenti ta’ ekwità.

Kumpanija omm tagħti d-drittijiet għall-istrumenti ta’ ekwità lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha(il-paragrafu B52(a))

B53 Is-sussidjarja ma għandhiex obbligu li tipprovdi l-istrumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja. Għaldaqstant, f’konformità mal-paragrafu 43B, is-sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi riċevuti mill-impjegati tagħha f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità, u tirrikonoxxi żieda korrispondenti fl-ekwità bħala kontribuzzjoni mill-kumpanija omm.

B54 Il-kumpanija omm għandha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tas-sussidjarja billi tipprovdi l-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-kumpanija omm. Għaldaqstant, f’konformità mal-paragrafu 43C, il-kumpanija omm għandha tkejjel l-obbligu tagħha f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità.

Sussidjarja tagħti d-drittijiet għall-istrumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm lill-impjegati tagħha(il-paragrafu B52(b))

B55 Minħabba li s-sussidjarja ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 43B, din għandha tikkontabbilizza t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha bħala saldata bi flus. Dan ir-rekwiżit japplika irrispettivament minn kif is-sussidjarja tikseb l-istrumenti ta’ ekwità biex tissodisfa l-obbligi tagħha lejn l-impjegati tagħha.

Arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu pagamenti ssaldati bi flus lill-impjegati

B56 It-tielet kwistjoni hija dwar kif jenħtieġ li entità li tirċievi oġġetti jew servizzi mill-fornituri tagħha (inkluż l-impjegati) tikkontabbilizza l-arranġamenti bbażati fuq l-ishma li jkunu saldati bi flus meta l-entità nnifisha ma għandha l-ebda obbligu li tagħmel il-pagamenti meħtieġa lill-fornituri tagħha. Pereżempju, qis l-arranġamenti li ġejjin fejn il-kumpanija omm (mhux l-entità nnifisha) ikollha obbligu li tagħmel il-pagamenti fi flus meħtieġa lill-impjegati tal-entità:

(a) 

l-impjegati tal-entità se jirċievu pagamenti fi flus li jkunu marbuta mal-prezz tal-istrumenti ta’ ekwità tagħha.

(b) 

l-impjegati tal-entità se jirċievu pagamenti fi flus li jkunu marbuta mal-prezz tal-istrumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm tagħha.

B57 Is-sussidjarja ma għandha l-ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha. Għaldaqstant, is-sussidjarja għandha tikkontabbilizza t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha bħala saldata b’ekwità, u tirrikonoxxi żieda korrispondenti fl-ekwità bħala kontribuzzjoni mill-kumpanija omm tagħha. Is-sussidjarja sussegwentement għandha tkejjel mill-ġdid il-kost tat-tranżazzjoni minħabba kwalunkwe bidla li tirriżulta minn kundizzjonijiet mhux tas-suq tal-vestiment li ma jkunux ġew issodisfati f’konformità mal-paragrafi 19-21. Dan ikun differenti mill-kejl tat-tranżazzjoni li tkun saldata bi flus fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp.

B58 Minħabba li l-kumpanija omm għandha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati, u l-korrispettiv huwa flus, il-kumpanija omm (u l-grupp konsolidat) għandha tkejjel l-obbligu tagħha f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus fil-paragrafu 43C.

Trasferiment ta’ impjegati bejn l-entitajiet fi grupp

B59 Ir-raba’ kwistjoni hija dwar l-arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fi grupp li jinvolvu impjegati minn aktar minn entità waħda fl-istess grupp. Pereżempju, kumpanija omm tista’ tagħti drittijiet għall-istrumenti ta’ ekwità tagħha lill-impjegati tas-sussidjarji tagħha, bil-kundizzjoni li dan isir mat-tmiem ta’ servizz kontinwu mal-grupp għal perjodu speċifiku. Impjegat ta’ sussidjarja jista’ jittrasferixxi l-impjieg tiegħu ma’ sussidjarja oħra tul il-perjodu speċifikat tal-vestiment mingħajr ma jiġu affettwati d-drittijiet tal-impjegat għall-istrumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm skont l-arranġament oriġinali għal pagament ibbażat fuq l-ishma. Jekk is-sussidjarji ma jkollhom l-ebda obbligu li jsaldaw it-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma mal-impjegati tagħhom, huma jikkontabbilizzawha bħala tranżazzjoni ssaldata b’ekwità. Kull sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi li rċeviet mill-impjegat b’referenza għall-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità fid-data meta dawk id-drittijiet għall-istrumenti ta’ ekwità kienu ngħataw oriġinarjament mill-kumpanija omm kif definit fl-Appendiċi A, u l-proporzjon tal-perjodu tal-vestiment li l-impjegat għamel ma’ kull sussidjarja.

B60 Jekk is-sussidjarja jkollha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha fl-istrumenti ta’ ekwità tal-kumpanija omm tagħha, din tikkontabbilizza t-tranżazzjoni bħala saldata fi flus. Kull sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi riċevuti abbażi tal-valur ġust fil-jum tal-għotja tal-istrumenti ta’ ekwità għall-proporzjon tal-perjodu tal-vestiment li l-impjegat ikun serva ma’ kull sussidjarja. Barra minn hekk, kull sussidjarja għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità matul il-perjodu tas-servizz tal-impjegat ma’ kull sussidjarja.

B61 Tali impjegat, wara t-trasferiment fost entitajiet fil-grupp, jista’ jonqos milli jissodisfa l-kundizzjoni tal-vestiment għajr kundizzjoni tas-suq kif definit fl-Appendiċi A, eż. l-impjegat jitlaq mill-grupp qabel ma jtemm il-perjodu tas-servizz. F’dan il-każ, minħabba li l-kundizzjoni tal-vestiment hija servizz lill-grupp, kull sussidjarja għandha taġġusta l-ammont rikonoxxut preċedentement fir-rigward tas-servizzi riċevuti mingħand l-impjegat f’konformità mal-prinċipji tal-paragrafu 19. Għaldaqstant, jekk id-drittijiet għall-istrumenti ta’ ekwità mogħtija mill-kumpanija omm ma jkunux vestiti minħabba n-nuqqas tal-impjegat li jissodisfa kundizzjoni tal-vestiment għajr kundizzjoni tas-suq, l-ebda ammont ma jiġi rikonoxxut fuq bażi kumulattiva għas-servizzi riċevuti mingħand dak l-impjegat fir-rapporti finanzjarji ta’ kwalunkwe entità fil-grupp.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 3

Kombinamenti ta’ Negozji

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jtejjeb ir-relevanza, l-affidabbiltà u l-kumparabbiltà tal-informazzjoni li entità relatriċi tipprovdi fir-rapporti finanzjarji tagħha dwar kombinament ta’ negozji u l-effetti tiegħu. Sabiex dan jinkiseb, dan l-IFRS jistabbilixxi prinċipji u rekwiżiti dwar kif l-akkwirent:

(a) 

jirrikonoxxi u jkejjel fir-rapporti finanzjarji tiegħu l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet assunti u kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit;

(b) 

jirrikonoxxi u jkejjel l-avvjament akkwistat fil-kombinament ta’ negozji jew qligħ minn xiri bi prezz innegozjat; u

(c) 

jiddetermina liema informazzjoni għandha tiġi divulgata sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji tal-kombinament ta’ negozji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Dan l-IFRS japplika għal tranżazzjoni jew event ieħor li jissodisfa d-definizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji. Dan l-IFRS ma japplikax għal:

(a) 

il-kontabbiltà għall-formazzjoni ta’ arranġament konġunt fir-rapporti finanzjarji tal-arranġament konġunt innifsu.

(b) 

l-akkwiżizzjoni ta’ assi jew grupp ta’ assi li ma jikkostitwux negozju. F’każijiet bħal dawn l-akkwirent għandu jidentifika u jirrikonoxxi l-assi identifikabbli individwali akkwistati (inklużi dawk l-assi li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli, u l-kriterji ta’ rikonoxximent għalihom, fl-IAS 38 Assi Intanġibbli) u l-obbligazzjonijiet assunti. Il-kost tal-grupp għandu jiġi allokat lill-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli individwali fuq il-bażi tal-valuri ġusti relattivi tagħhom fid-data tax-xiri. Tali tranżazzjoni jew event ma jagħtix lok għal avvjament.

(c) 

kombinament ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni (il-paragrafi B1–B4 jipprovdu gwida dwar l-applikazzjoni relatata).

2A Ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard ma japplikawx għall-akkwiżizzjoni minn entità ta’ investiment, kif definit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ta’ investiment f’sussidjarja li jkun meħtieġ jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI

3   Entità għandha tiddetermina jekk tranżazzjoni jew event ieħor huwiex kombinament ta’ negozji billi tapplika d-definizzjoni f’dan l-IFRS, li teħtieġ li l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti jikkostitwixxu negozju. Jekk l-assi akkwistati ma jkunux negozju, l-entità relatriċi għandha tikkontabbilizza t-tranżazzjoni jew event ieħor bħala akkwiżizzjoni ta’ assi. Il-paragrafi B5–B12D jipprovdu gwida dwar l-identifikazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji u d-definizzjoni ta’ negozju.

IL-METODU TAL-AKKWIŻIZZJONI

4   Entità għandha tikkontabilizza kull kombinament ta’ negozji billi tapplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni.

5 L-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni teħtieġ:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-akkwirent;

(b) 

id-determinazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni;

(c) 

rikonoxximent u l-kejl ta’ assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet assunti u kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit; u

(d) 

ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ avvjament jew qligħ minn xiri bi prezz innegozjat.

Identifikazzjoni tal-akkwirent

6   Għal kull kombinament ta’ negozji, waħda mill-entitajiet fil-kombinament għandha tiġi identifikata bħala l-akkwirent.

7 Il-gwida fl-IFRS 10 għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent — l-entità li tikseb il-kontroll ta’ entità oħra, jiġifieri l-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta’ negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IFRS 10 ma tindikax b’mod ċar liema mill-entitajiet fil-kombinament tkun l-akkwirent, għandhom jitqiesu l-fatturi fil-paragrafi B14–B18 sabiex issir dik id-determinazzjoni.

Determinazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni

8   L-akkwirent għandu jidentifika d-data tal-akkwiżizzjoni, li hija d-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit.

9 Id-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit hija ġeneralment id-data li fiha l-akkwirent jittrasferixxi legalment il-korrispettiv, jakkwista l-assi u jassumi l-obbligazzjonijiet tal-akkwiżit—id-data tal-għeluq. Madankollu, l-akkwirent jista’ jikseb kontroll f’data li tkun qabel jew wara d-data tal-għeluq. Pereżempju, id-data tal-akkwiżizzjoni tiġi qabel id-data tal-għeluq jekk ftehim bil-miktub ikun jipprovdi li l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit f’data qabel id-data tal-għeluq. Akkwirent għandu jqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi pertinenti kollha għall-identifikazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni.

Rikonoxximent u kejl ta’ assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet assunti u kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit

Prinċipju ta’ rikonoxximent

10   Sa mid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet assunti u kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit. Ir-rikonoxximent tal-assi identifikabbli akkwistati u tal-obbligazzjonijiet assunti huwa soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 11 u 12.

Kundizzjonijiet tar-rikonoxximent

11 Biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti jridu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet fil-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, kostijiet li l-akkwirent jistenna iżda mhuwiex obbligat li jġarrab fil-futur biex jaffettwa l-pjan tiegħu biex joħroġ minn attività tal-akkwiżit jew biex itemm l-impjieg jew jagħmel rilokazzjoni tal-impjegati tal-akkwiżit mhumiex obbligazzjonijiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għaldaqstant, l-akkwirent ma jirrikonoxxix dawk il-kostijiet bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni. Minflok, l-akkwirent jirrikonoxxi dawk il-kostijiet fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament f’konformità ma’ IFRSs oħrajn.

12 Barra minn hekk, biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti jridu jkunu parti minn dak li l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) ikunu skambjaw fit-tranżazzjoni tal-kombinament ta’ negozji minflok ir-riżultat ta’ tranżazzjonijiet separati. L-akkwirent għandu japplika l-gwida fil-paragrafi 51–53 biex jiddetermina liema assi akkwistati jew obbligazzjonijiet assunti huma parti mill-iskambju għall-akkwiżit u liema, jekk ikun hemm, huma r-riżultat ta’ tranżazzjonijiet separati li għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità man-natura tagħhom u l-IFRSs applikabbli.

13 L-applikazzjoni mill-akkwirent tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent jistgħu jirriżultaw fir-rikonoxximent ta’ xi assi u obbligazzjonijiet li l-akkwiżit ma kienx irrikonoxxa qabel bħala assi u obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji tiegħu. Pereżempju, l-akkwirent jirrikonoxxi l-assi intanġibbli identifikabbli akkwistati, bħall-isem tad-ditta, privattiva jew relazzjoni ma’ konsumatur, li l-akkwiżit ma rrikonoxxiex bħala assi fir-rapporti finanzjarji tiegħu peress li żviluppahom internament u ddebita l-kostijiet relatati bħala spiża.

14 Il-paragrafi B31–B40 jipprovdu gwida dwar ir-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli. Il-paragrafi 21A–28B jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu entrati li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

Klassifikazzjoni jew deżinjazzjoni ta’ assi identifikabbli akkwistati u obbligazzjonijiet assunti f’kombinament ta’ negozji

15   Fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jikklassifika jew jiddeżinja l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assuni skont kif ikun meħtieġ sabiex jiġu applikati IFRSs oħrajn sussegwentement. L-akkwirent għandu jagħmel dawk il-klassifikazzjonijiet jew deżinjazzjonijiet fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali, il-kundizzjonijiet ekonomiċi, il-politiki operatorji jew kontabbilistiċi tiegħu u kundizzjonijiet pertinenti oħrajn skont kif ikunu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni.

16 F’xi sitwazzjonijiet, l-IFRSs jipprevedu kontabbiltà differenti skont kemm entità tikklassifika jew tiddeżinja assi jew obbligazzjoni partikulari. Eżempji ta’ klassifikazzjonijiet jew deżinjazzjonijiet li l-akkwirent għandu jagħmel fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet pertinenti hekk kif jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

klassifikazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji partikulari kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew skont il-kost amortizzat, jew bħala assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(b) 

deżinjazzjoni ta’ strument derivattiv bħala strument għall-iħħeġġjar b'konformità mal-IFRS 9; u

(c) 

valutazzjoni dwar jekk jenħtieġx li derivattiv inkorporat jiġi sseparat mill-kuntratt ospitanti f’konformità mal-IFRS 9 (li hija kwistjoni ta’ “klassifikazzjoni” billi dan l-IFRS juża dak it-terminu).

17 Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju fil-paragrafu 15:

(a) 

klassifikazzjoni ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni li fih l-akkwirent ikun il-lokatur bħala lokazzjoni operatorja jew lokazzjoni finanzjarja f’konformità mal-IFRS 16 Lokazzjonijiet;

(b) 

[imħassar]

L-akkwirent għandu jikklassifika dawk il-kuntratti fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali u fatturi oħrajn fil-bidu tal-kuntratt (jew, jekk it-termini tal-kuntratt ikunu ġew immodifikati b’mod li jbiddel il-klassifikazzjoni tiegħu, fid-data tal-modifika, li tista’ tkun id-data tal-akkwiżizzjoni).

Prinċipju tal-kejl

18   L-akkwirent għandu jkejjel l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti fil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

19 Għal kull kombinament ta’ negozji, l-akkwirent għandu jkejjel, fid-data tal-akkwiżizzjoni, komponenti ta’ interessi nonkontrollanti fl-akkwiżit li jkunu interessi proprjetarji preżenti u li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal sehem proporzjonat mill-assi netti tal-entità f’każ ta’ likwidazzjoni:

(a) 

fil-valur ġust; jew

(b) 

fis-sehem proporzjonat tal-istrumenti proprjetarji preżenti fl-ammonti rikonoxxuti tal-assi netti identifikabbli tal-akkwiżit.

Il-komponenti l-oħrajn kollha tal-interessi nonkontrollanti għandhom jitkejlu fil-valuri ġusti tad-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom, sakemm ma tkunx meħtieġa bażi tal-kejl oħra mill-IFRSs.

20 Il-paragrafi 24–31A jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu entrati li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju tal-kejl.

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl

21 Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl. Il-paragrafi 21A–31A jispeċifikaw kemm l-entrati partikulari li għalihom huma pprovduti eċċezzjonijiet kif ukoll in-natura ta’ dawk l-eċċezzjonijiet. L-akkwirent għandu jikkontabbilizza dawk l-entrati billi japplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 21A–31A, li b’riżultat tagħhom xi entrati jkunu:

(a) 

rikonoxxuti billi jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent flimkien ma’ dawk fil-paragrafi 11 u 12 jew billi jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ IFRSs oħrajn, b’riżultati li jvarjaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

(b) 

imkejla b’ammont differenti mill-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Eċċezzjonijiet għall-prinċipju tar-rikonoxximent

Obbligazzjonijiet u obbligazzjonijiet kontinġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS37 jew l-IFRIC21

21A Il-paragrafu 21B japplika għal obbligazzjonijiet u obbligazzjonijiet kontinġenti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jew l-IFRIC 21 Imposti li kieku ġġarrbu separatament minflok ġew assunti f’kombinament ta’ negozji.

21B Il-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju jiddefinixxi obbligazzjoni bħala “obbligu preżenti tal-entità li tittrasferixxi riżorsa ekonomika b’riżultat ta’ eventi passati”. Għal obbligazzjoni jew obbligazzjoni kontinġenti li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37, l-akkwirent għandu japplika l-paragrafi 15–22 tal-IAS 37 biex jiddetermina jekk jeżistix obbligu preżenti fid-data tal-akkwiżizzjoni b’riżultat ta’ eventi passati. Għal imposta li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRC 21, l-akkwirent għandu japplika l-IFRIC 21 biex jiddetermina jekk l-event obbliganti li jwassal għal obbligazzjoni li titħallas l-imposta seħħx sad-data tal-akkwiżizzjoni.

21C Obbligu preżenti identifikat f’konformità mal-paragrafu 21B jista’ jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni kontinġenti stabbilita fil-paragrafu 22(b). F’dak il-każ, japplika l-paragrafu 23 għal dik l-obbligazzjoni kontinġenti.

Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti

22 L-IAS 37 jiddefinixxi obbligazzjoni kontinġenti bħala:

(a) 

obbligu possibbli li jirriżulta minn eventi passati u li l-eżistenza tiegħu se tiġi kkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur inċert wieħed jew aktar, li ma jkunx kompletament fil-kontroll tal-entità; jew

(b) 

obbligu preżenti li jirriżulta minn eventi passati iżda li mhuwiex rikonoxxut għax:

(i) 

mhuwiex probabbli li jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex isir is-saldu tal-obbligu; jew

(ii) 

l-ammont tal-obbligu ma jistax jitkejjel b’biżżejjed affidabbiltà.

23 L-akkwirent għandu jirrikonoxxi sa mid-data tal-akkwiżizzjoni obbligazzjoni kontinġenti assunta f’kombinament ta’ negozji jekk tkun obbligazzjoni preżenti li tirriżulta minn eventi passati u l-valur ġust tagħha jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Għaldaqstant, għall-kuntrarju tal-paragrafi 14(b), 23, 27, 29 u 30 tal-IAS 37, l-akkwirent jirrikonoxxi obbligazzjoni kontinġenti assunta f’kombinament ta’ negozji fid-data tal-akkwiżizzjoni anki jekk ma jkunx probabbli li se jkun meħtieġ fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex tiġi saldata l-obbligazzjoni. Il-paragrafu 56 ta’ din l-IFRS jagħti gwida dwar il-kontabbiltà sussegwenti għall-obbligazzjonijiet kontinġenti.

23A L-IAS 37 jiddefinixxi assi kontinġenti bħala “assi possibbli li jirriżulta minn eventi passati u li l-eżistenza tiegħu tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur inċert wieħed jew aktar li ma jkunx għalkollox fil-kontroll tal-entità”. L-akkwirent ma għandux jirrikonoxxi assi kontinġenti fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Eċċezzjonijiet għalkemm il-prinċipji tar-rikonoxximent kif ukoll tal-kejl

Taxxi fuq l-introjtu

24 L-akkwirent għandu jirrikonoxxi u jkejjel assi ta’ taxxa differita jew obbligazzjoni li tirriżulta mill-assi akkwistati u obbligazzjonijiet assunti f’kombinament ta’ negozji f’konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu.

25 L-akkwirent għandu jikkontabbilizza l-effetti tat-taxxa potenzjali ta’ differenzi temporanji u riporti ta’ akkwiżit li jkunu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jew li jirriżultaw b’riżultat tal-akkwiżizzjoni f’konformità mal-IAS 12.

Benefiċċji tal-impjegati

26 L-akkwirent għandu jirrikonoxxi u jkejjel obbligazzjoni (jew assi, jekk ikun hemm) relatata mal-arranġamenti ta’ benefiċċji tal-impjegati tal-akkwiżit skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

Assi ta‘ indennifikazzjoni

27 Il-bejjiegħ f’kombinament ta’ negozji jista’ jindennizza kuntrattwalment lill-akkwirent għall-eżitu ta’ kontinġenza jew inċertezza relatata ma’ assi jew obbligazzjoni speċifika kollha jew parti minnha. Pereżempju, il-bejjiegħ jista’ jindennizza l-akkwirent fil-konfront ta’ telf ikbar minn ammont speċifiku fuq obbligazzjoni li tirriżulta minn kontinġenza partikulari; fi kliem ieħor, il-bejjiegħ se jiggarantixxi li l-obbligazzjoni tal-akkwirent ma taqbiżx ammont speċifiku. B’riżultat ta’ dan, l-akkwirent jikseb assi ta’ indennifikazzjoni. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi assi ta’ indennifikazzjoni fl-istess ħin li jirrikonoxxi l-entrata indennizzata mkejla fuq l-istess bażi bħall-entrata indennizzata, soġġetta għall-ħtieġa għal konċessjoni ta’ valwazzjoni għal ammonti li ma jistgħux jinġabru. Għaldaqstant, jekk l-indennifikazzjoni tkun relatata ma’ assi jew obbligazzjoni li tkun rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni u titkejjel fil-valur ġust tagħha fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi ta’ indennifikazzjoni fid-data tal-akkwiżizzjoni mkejjel fil-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għal assi ta’ indennifikazzjoni mkejjel fil-valur ġust, l-effetti tal-inċertezza dwar flussi futuri ta’ flus minħabba kunsiderazzjonijiet dwar jekk jistgħux jinġabru huma inklużi fil-kejl tal-valur ġust u konċessjoni separata ta’ valwazzjoni mhijiex neċessarja (il-paragrafu B41 jipprovdi gwida relatata dwar l-applikazzjoni).

28 F’xi ċirkustanzi, l-indennifikazzjoni tista’ tkun relatata ma’ assi jew obbligazzjoni li tkun eċċezzjoni għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl. Pereżempju, indennifikazzjoni tista’ tkun relatata ma’ obbligazzjoni kontinġenti li ma tkunx rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni minħabba li l-valur ġust tagħha ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli f’dik id-data. Inkella, indennifikazzjoni tista’ tkun relatata ma’ assi jew obbligazzjoni, pereżempju, waħda li tirriżulta minn benefiċċju tal-impjegati, li titkejjel fuq bażi differenti mill-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-assi ta’ indennifikazzjoni għandu jiġi rikonoxxut u jitkejjel permezz ta’ suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti ma’ dawk użati għall-kejl tal-entrata indennizzata, soġġett għall-valutazzjoni tal-maniġment dwar jekk l-assi ta’ indennifikazzjoni jistax jinġabar u dwar kwalunkwe limitazzjoni kuntrattwali fir-rigward tal-ammont indennizzat. Il-paragrafu 57 jagħti gwida dwar il-kontabbiltà sussegwenti ta’ assi ta’ indennifikazzjoni.

Lokazzjonijiet fejn l-akkwirent ikun il-lokatarju

28A L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjonijiet tal-lokazzjoni għal lokazzjonijiet identifikati f’konformità mal-IFRS 16 li fihom l-akkwirent ikun il-lokatarju. L-akkwirent ma jkunx meħtieġ jirrikonoxxi l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjonijiet tal-lokazzjoni għal:

(a) 

lokazzjonijiet li għalihom it-terminu lokatizju (kif definit fl-IFRS 16) jintemm fi żmien 12-il xahar mid-data tal-akkwiżizzjoni; jew

(b) 

lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3-B8 tal-IFRS 16).

28B L-akkwirent għandu jkejjel l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni fil-valur preżenti tal-pagamenti ta’ lokazzjoni li fadal (kif definit fl-IFRS 16) daqslikieku l-lokazzjoni akkwistata kienet lokazzjoni ġdida fid-data tal-akkwiżizzjoni. L-akkwirent għandu jkejjel assi bid-dritt tal-użu bl-istess ammont daqs l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni, aġġustata biex tirrifletti termini favorevoli jew sfavorevoli tal-lokazzjoni meta mqabbla mat-termini tas-suq.

Eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-kejl

Drittijiet riakkwistati

29 L-akkwirent għandu jkejjel il-valur ta’ dritt riakkwistat rikonoxxut bħala assi intanġibbli fuq il-bażi tat-terminu kuntrattwali li jifdal tal-kuntratt relatat irrispettivament minn jekk il-parteċipanti fis-suq iqisux tiġdid kuntrattwali potenzjali meta jkejlu l-valur ġust tiegħu. Il-paragrafi B35 u B36 jipprovdu gwida għall-applikazzjoni relatata.

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma

30 L-akkwirent għandu jkejjel strument ta’ obbligazzjoni jew ta’ ekwità relatat mat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tal-akkwirent jew is-sostituzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ta’ akkwirent ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tal-akkwirent f’konformità mal-metodu fl-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma fid-data tal-akkwiżizzjoni. (Dan l-IFRS jirreferi għar-riżultat ta’ dak il-metodu bħala l-“miżura bbażata fuq is-suq” tat-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.)

Assi miżmuma għall-bejgħ

31 L-akkwirent għandu jkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) akkwistat li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ fid-data tal-akkwiżizzjoni f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ f’konformità mal-paragrafi 15–18 ta’ dak l-IFRS.

Kuntratti tal-assigurazzjoni

31A L-akkwirent għandu jkejjel grupp ta’ kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni akkwistati f’kombinament ta’ negozji, u kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus ta’ akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17, bħala obbligazzjoni jew assi f’konformità mal-paragrafi 39 u B93-B95F tal-IFRS 17, fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Rikonoxximent u kejl tal-avvjament jew ta’ qligħ minn xiri bi prezz innegozjat

32   L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni mkejjel bħala l-ammont li bih (a) jeċċedi (b) hawn taħt:

(a) 

l-aggregat ta’:

(i) 

il-korrispettiv trasferit imkejjel f’konformità ma’ dan l-IFRS, li ġeneralment jeħtieġ valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 37);

(ii) 

l-ammont ta’ kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit imkejjel f’konformità ma’ dan l-IFRS; u

(iii) 

f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji (ara l-paragrafi 41 u 42), il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess ta’ ekwità li l-akkwirent kellu preċedentement fl-akkwiżit.

(b) 

in-nett tal-ammonti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti mkejla f’konformità ma’ dan l-IFRS.

33 F’kombinament ta’ negozji li fih l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) jiskambjaw biss interessi ta’ ekwità, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi ta’ ekwità fl-akkwiżit jistgħu jitkejlu b’mod aktar affidabbli mill-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi ta’ ekwità fl-akkwirent. F’dak il-każ, l-akkwirent għandu jiddetermina l-ammont ta’ avvjament billi juża l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi ta’ ekwità fl-akkwiżit minflok il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi ta’ ekwità trasferiti. Biex jiddetermina l-ammont ta’ avvjament f’kombinament ta’ negozji li fih ma jiġi trasferit l-ebda korrispettiv, l-akkwirent għandu juża l-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit minflok il-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv trasferit (il-paragrafu 32(a)(i)). Il-paragrafi B46-B49 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni.

Xiri bi prezz innegozjat

34 Xi kultant, akkwirent jixtri bi prezz innegozjat, li huwa kombinament ta’ negozji li fih l-ammont fil-paragrafu 32(b) jaqbeż l-aggregat tal-ammonti speċifikati fil-paragrafu 32(a). Jekk dak l-eċċess jibqa’ wara li jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 36, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-qligħ li jirriżulta fi profitt jew telf fid-data tal-akkwiżizzjoni. Il-qligħ għandu jiġi attribwit lill-akkwirent.

35 Xiri bi prezz innegozjat jista’ jseħħ, pereżempju, f’kombinament ta’ negozji li jkun bejgħ sfurzat li fih il-bejjiegħ ikun imġiegħel ibigħ. Madankollu, l-eċċezzjonijiet tar-rikonoxximent jew tal-kejl għal entrati partikulari diskussi fil-paragrafi 22–31A jistgħu jirriżultaw ukoll fir-rikonoxximent ta’ qligħ (jew f’bidla fl-ammont tal-qligħ rikonoxxut) fuq xiri bi prezz innegozjat.

36 Qabel ma jiġi rikonoxxut qligħ fuq xiri bi prezz innegozjat, l-akkwirent għandu jirrivaluta jekk identifikax b’mod korrett l-assi kollha akkwistati u l-obbligazzjonijiet kollha assunti u għandu jirrikonoxxi kwalunkwe assi jew obbligazzjoni addizzjonali li jkunu identifikati f’dak ir-rieżami. L-akkwirent imbagħad għandu jirrieżamina l-proċeduri użati biex jitkejlu l-ammonti li dan l-IFRS jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni għal dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti identifikabbli;

(b) 

l-interess nonkontrollanti fuq l-akkwiżit, jekk ikun hemm;

(c) 

għal kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, l-interess ta’ ekwità li l-akkwirent kellu qabel fl-akkwiżit; u

(d) 

il-korrispettiv trasferit.

L-objettiv tar-rieżami huwa li jiġi żgurat li l-kejl jirrifletti b’mod xieraq il-korrispettiv tal-informazzjoni kollha disponibbli fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Korrispettiv trasferit

37 Il-korrispettiv trasferit f’kombinament ta’ negozji għandu jitkejjel fil-valur ġust, li għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-valuri ġusti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi trasferiti mill-akkwirent, l-obbligazzjonijiet li l-akkwirent iġarrab fil-konfront ta’ dawk li qabel kienu s-sidien tal-akkwiżit u l-interessi ta’ ekwità maħruġa mill-akkwirent. (Madankollu, kwalunkwe porzjon tal-għotjiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati għal għotjiet miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit li jkun inkluż fil-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozji għandu jitkejjel f’konformità mal-paragrafu 30 minflok fil-valur ġust.) Eżempji ta’ forom potenzjali ta’ korrispettiv jinkludu flus, assi oħrajn, negozju jew sussidjarja tal-akkwirent, korrispettiv kontinġenti, strumenti ta’ ekwità ordinarji jew privileġġati, opzjonijiet, warrants u interessi tal-membri f’entitajiet ta’ benefiċċju komuni.

38 Il-korrispettiv trasferit jista’ jinkludi assi jew obbligazzjonijiet tal-akkwirent li jkollhom ammonti riportati li jkunu differenti mill-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni (pereżempju, assi nonmonetarji jew negozju tal-akkwirent). F’dak il-każ, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-assi jew l-obbligazzjonijiet trasferiti fil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni u jirrikonoxxi l-qligħ jew telf li jirriżulta, jekk ikun hemm, fi profitt jew telf. Madankollu, xi kultant l-assi jew l-obbligazzjonijiet trasferiti jibqgħu fl-entità kombinata wara l-kombinament ta’ negozji (pereżempju, għaliex l-assi jew l-obbligazzjonijiet ġew trasferiti lill-akkwiżit u mhux lil dawk li kienu s-sidien tiegħu), u għaldaqstant l-akkwirent iżomm il-kontroll tagħhom. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jkejjel dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-ammonti riportati tagħhom immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni u ma għandux jirrikonoxxi qligħ jew telf fi profitt jew telf fuq assi jew obbligazzjonijiet li huwa jikkontrolla kemm qabel kif ukoll wara l-kombinament ta’ negozji.

Korrispettiv kontinġenti

39 Il-korrispettiv li l-akkwirent jittrasferixxi bi skambju għall-akkwiżit jinkludi kwalunkwe assi jew obbligazzjoni li tirriżulta minn arranġament ta’ korrispettiv kontinġenti (ara l-paragrafu 37). L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ korrispettiv kontinġenti bħala parti mill-korrispettiv trasferit bi skambju għall-akkwiżit.

40 L-akkwirent għandu jikklassifika obbligazzjoni biex jitħallas korrispettiv kontinġenti li jissodisfa d-definizzjoni ta' strument finanzjarju bħala obbligazzjoni finanzjarja jew bħala ekwità fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' strument azzjonarju u ta' obbligazzjoni finanzjarja fil-paragrafu 11 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. L-akkwirent għandu jikklassifika dritt għar-ritorn ta’ korrispettiv trasferit preċedentement bħala assi jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet speċifikati. Il-paragrafu 58 jagħti gwida dwar il-kontabbiltà sussegwenti għal korrispettiv kontinġenti.

Gwida addizzjonali għall-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni għal tipi partikulari ta’ kombinamenti ta’ negozji

Kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji

41 Akkwirent xi kultant jikseb kontroll ta’ akkwiżit li fih kellu interess ta’ ekwità immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, fil-31 ta’ Diċembru 20X1, l-Entità A kellha 35 fil-mija tal-interess nonkontrollanti ta’ ekwità fl-Entità B. F’dik id-data, l-Entità A tixtri interess addizzjonali ta’ 40 fil-mija fl-Entità B, li jagħtiha kontroll fuq l-Entità B. Dan l-IFRS jirreferi għal tranżazzjoni ta’ dan it-tip bħala kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, li xi kultant jissejjaħ ukoll akkwiżizzjoni f’passi.

42 F’kombinament ta’ negozji milħuq fi stadji, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-interessi ta’ ekwità li kellu qabel fl-akkwiżit fil-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu u jirrikonoxxi l-qligħ jew telf li jirriżulta, jekk ikun hemm, fi profitt jew telf jew introjtu ieħor komprensiv, kif xieraq. F’perjodi ta’ rapportar preċedenti, l-akkwirent jista’ jkun irrikonoxxa bidliet fil-valur tal-interessi ta’ ekwità tiegħu fl-akkwiżit f’introjtu ieħor komprensiv. F’dan il-każ, l-ammont li kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi rikonoxxut fuq l-istess bażi li jkun meħtieġ kieku l-akkwirent iddispona direttament mill-interess ta’ ekwità li kellu qabel.

42A Meta parti għal arranġament konġunt (kif definit fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti) tikseb il-kontroll ta’ negozju li jkun operazzjoni konġunta (kif definit fl-IFRS 11), u kellha d-drittijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet b’rabta ma’ dik l-operazzjoni konġunta immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni, it-tranżazzjoni tkun kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji. Għaldaqstant, l-akkwirent għandu japplika r-rekwiżiti għal kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, inkluż il-kejl mill-ġdid fl-interessi li kellu qabel fl-operazzjoni konġunta bil-mod deskritt fil-paragrafu 42. Meta jagħmel dan, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-interessi kollha li kellu qabel fl-operazzjoni konġunta.

Kombinament ta’ negozji mwettaq mingħajr it-trasferiment ta’ korrispettiv

43 Akkwirent xi kultant jikseb kontroll ta’ akkwiżit mingħajr ma jittrasferixxi korrispettiv. Il-metodu kontabbilistiku tal-akkwiżizzjoni għal kombinament ta’ negozji japplika għal dawk il-kombinamenti. Dawk iċ-ċirkustanzi jinkludu:

(a) 

L-akkwiżit jirriakkwista għadd suffiċjenti tal-ishma proprji tiegħu sabiex investitur eżistenti (l-akkwirent) jikseb kontroll.

(b) 

Jiskadu drittijiet minoritarji ta’ veto li preċedentement kienu jżommu lill-akkwirent milli jikkontrolla akkwiżit li fih l-akkwirent kellu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot.

(c) 

L-akkwirent u l-akkwiżit jaqblu li jikkombinaw in-negozji tagħhom b’kuntratt biss. L-akkwirent ma jittrasferixxi ebda korrispettiv bi skambju għall-kontroll tal-akkwiżit u ma jkollu ebda interess ta’ ekwità fl-akkwiżit, la fid-data tal-akkwiżizzjoni u lanqas qabel. Eżempji ta’ kombinamenti ta’ negozji mwettqa b’kuntratt biss jinkludu meta żewġ negozji jinġiebu flimkien f’arranġament ta’ stejpiljar jew meta tifforma korporazzjoni elenkata darbtejn.

44 F’kombinament ta’ negozji mwettaq b’kuntratt biss, l-akkwirent għandu jattribwixxi lis-sidien tal-akkwiżit l-ammont tal-assi netti tal-akkwiżit rikonoxxut f’konformità ma’ dan l-IFRS. Fi kliem ieħor, l-interessi ta’ ekwità fl-akkwiżit miżmuma minn partijiet apparti l-akkwirent huma interess nonkontrollanti fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament tal-akkwirent anki jekk ir-riżultat ikun li l-interessi ta’ ekwità kollha fl-akkwiżit jiġu attribwiti għall-interess nonkontrollanti.

Perjodu tal-kejl

45   Jekk il-kontabbiltà inizjali għal kombinament ta’ negozji ma tkunx kompleta sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar li fih iseħħ il-kombinament, l-akkwirent għandu jirrapporta fir-rapporti finanzjarji tiegħu ammonti proviżorji għall-entrati li għalihom il-kontabbiltà ma tkunx kompleta. Matul il-perjodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jaġġusta b’mod retrospettiv l-ammonti proviżorji rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni biex jirriflettu informazzjoni ġdida miksuba dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni u li, kieku kienet magħrufa, kienet taffettwa l-kejl tal-ammonti rikonoxxuti sa minn dik id-data. Matul il-perjodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi wkoll assi jew obbligazzjonijiet addizzjonali jekk tinkiseb informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni u li, kieku kienet magħrufa, kienet twassal għar-rikonoxximent ta’ dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet sa minn dik id-data. Il-perjodu tal-kejl jintemm malli l-akkwirent jirċievi l-informazzjoni li kien qed ifittex dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jew isir jaf li ma tistax tinkiseb aktar informazzjoni. Madankollu, il-perjodu tal-kejl ma għandux jaqbeż sena mid-data tal-akkwiżizzjoni.

46 Il-perjodu tal-kejl huwa l-perjodu wara d-data tal-akkwiżizzjoni li matulu l-akkwirent jista’ jaġġusta l-ammonti provviżorji rikonoxxuti għal kombinament ta’ negozji. Il-perjodu tal-kejl jipprovdi lill-akkwirent bi żmien raġonevoli biex jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifika u jkejjel dan li ġej fid-data tal-akkwiżizzjoni f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS:

(a) 

l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet assunti u kwalunkwe interess nonkontrollanti fl-akkwiżit;

(b) 

il-korrispettiv trasferit għall-akkwiżit (jew l-ammont l-ieħor użat għall-kejl tal-avvjament);

(c) 

f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, l-interess ta’ ekwità li l-akkwirent kellu qabel fl-akkwiżit; u

(d) 

l-avvjament jew il-qligħ li jirriżulta minn xiri bi prezz innegozjat.

47 L-akkwirent għandu jqis il-fatturi pertinenti kollha meta jiddetermina jekk l-informazzjoni miksuba wara d-data tal-akkwiżizzjoni jenħtieġx li tirriżulta f’aġġustament tal-ammonti proviżorji rikonoxxuti jew jekk dik l-informazzjoni tirriżultax minn eventi li seħħew wara d-data tal-akkwiżizzjoni. Fatturi pertinenti jinkludu d-data meta tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali u jekk l-akkwirent jistax jidentifika raġuni għal bidla fl-ammonti proviżorji. Informazzjoni li tinkiseb ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni iktar hija probabbli li tirrifletti ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni milli informazzjoni li tinkiseb bosta xhur wara. Pereżempju, sakemm ikun jista’ jiġi identifikat event ta’ intervent li bidel il-valur ġust tiegħu, il-bejgħ ta’ assi lil parti terza ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni għal ammont li jvarja b’mod sinifikanti mill-valur ġust proviżorju tiegħu mkejjel f’dik id-data aktarx li jindika errur fl-ammont proviżorju.

48 L-akkwirent jirrikonoxxi żieda (tnaqqis) fl-ammont proviżorju rikonoxxut għal assi (obbligazzjoni) identifikabbli permezz ta’ tnaqqis (żieda) fl-avvjament. Madankollu, informazzjoni ġdida miksuba matul il-perjodu tal-kejl xi kultant tista’ tirriżulta f’aġġustament tal-ammont proviżorju ta’ aktar minn assi jew obbligazzjoni waħda. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jkun assuma obbligazzjoni li jħallas danni relatati ma’ inċident f’waħda mill-faċilitajiet tal-akkwiżit, li parti minnhom jew it-totalità tagħhom tkun koperta mill-polza tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà tal-akkwiżit. Jekk l-akkwirent jikseb informazzjoni ġdida matul il-perjodu tal-kejl dwar il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ dik l-obbligazzjoni, l-aġġustament għall-avvjament li jirriżulta minn bidla fl-ammont proviżorju rikonoxxut għall-obbligazzjoni jiġi paċut (totalment jew parzjalment) minn aġġustament korrispondenti fl-avvjament li jirriżulta minn bidla fl-ammont proviżorju rikonoxxut għall-ammont riċevibbli mill-assiguratur.

49 Matul il-perjodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi aġġustamenti għall-ammonti proviżorji bħallikieku l-kontabbiltà għall-kombinament ta’ negozji kienet tlestiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. B’hekk, l-akkwirent għandu jirrevedi kif meħtieġ informazzjoni komparattiva għal perjodi preċedenti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji, inkluż li jagħmel kwalunkwe bidla meħtieġa fid-deprezzament, fl-ammortizzament jew f’effetti oħrajn tal-introjtu rikonoxxuti fit-tlestija tal-kontabbiltà inizjali.

50 Wara li jintemm il-perjodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrevedi l-kontabbiltà għal kombinament ta’ negozji biss biex jikkoreġi errur f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

Determinazzjoni ta’ x’inhu parti mit-tranżazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji

51   L-akkwirent u l-akkwiżit jista’ jkollhom relazzjoni jew arranġament ieħor diġà eżistenti qabel ma bdew in-negozjati għall-kombinament ta’ negozji, jew jistgħu jidħlu f’arranġament matul in-negozjati li huwa separat mill-kombinament ta’ negozji. F’kull waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, l-akkwirent għandu jidentifika kwalunkwe ammont li ma jkunx parti minn dak li l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) skambjaw fil-kombinament ta’ negozji, jiġifieri ammonti li mhumiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni biss il-korrispettiv trasferit għall-akkwiżit u l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti fl-iskambju għall-akkwiżit. Tranżazzjonijiet separati għandhom jiġu kontabilizzati f’konformità mal-IFRSs rilevanti.

52 Tranżazzjoni miftiehma minn jew f’isem l-akkwirent jew primarjament għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kombinata, aktar milli primarjament għall-benefiċċju tal-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) qabel il-kombinament, aktarx li tkun tranżazzjoni separata. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tranżazzjonijiet separati li ma għandhomx jiġu inklużi fl-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni:

(a) 

tranżazzjoni li effettivament issalda relazzjonijiet li kienu jeżistu qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit;

(b) 

tranżazzjoni li tagħti remunerazzjoni lill-impjegati jew dawk li qabel kienu s-sidien tal-akkwiżit għal servizzi futuri; u

(c) 

tranżazzjoni li tirrimborża lill-akkwiżit jew lil dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu sabiex jitħallsu l-kostijiet tal-akkwirent relatati mal-akkwiżizzjoni.

Il-paragrafi B50–B62 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni.

Kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni

53 Kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni huma kostijiet li l-akkwirent iġarrab għal kombinment ta’ negozji. Dawn il-kostijiet jinkludu t-tariffi tal-intermedjarju; tariffi ta’ konsulenza, legali, kontabbilistiċi, ta’ valwazzjoni u tariffi professjonali jew ta’ konsulenza oħrajn; kostijiet amministrattivi ġenerali inklużi l-kostijiet għaż-żamma ta’ dipartiment tal-akkwisti interni; u kostijiet tar-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn u ekwità. L-akkwirent għandu jikkontabbilizza l-kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni bħala spejjeż fil-perjodi li fihom jiġġarrbu l-kostijiet u ġew riċevuti s-servizzi, b’eċċezzjoni waħda. Il-kostijiet għall-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn jew ekwità għandhom jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-IAS 32 u l-IFRS 9.

KEJL U KONTABBILTÀ SUSSEGWENTI

54   B’mod ġenerali, akkwirent għandu sussegwentement ikejjel u jikkontabbilizza assi akkwistati, obbligazzjonijiet assunti jew imġarrba u strumenti ta’ ekwità maħruġa f’kombinament ta’ negozji f’konformità ma’ IFRSs oħrajn applikabbli għal dawk l-entrati, skont in-natura tagħhom. Madankollu, dan l-IFRS jipprovdi gwida dwar il-kejl u l-kontabbiltà sussegwenti għal dawn l-assi akkwistati, obbligazzjonijiet assunti jew imġarrba u strumenti ta’ ekwità maħruġa f’kombinament ta’ negozji:

(a) 

drittijiet riakkwistati;

(b) 

obbligazzjonijiet kontinġenti rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(c) 

assi ta’ indennifikazzjoni; u

(d) 

korrispettiv kontinġenti.

Il-paragrafu B63 jipprovdi gwida relatata dwar l-applikazzjoni.

Drittijiet riakkwistati

55 Dritt riakkwistat rikonoxxut bħala assi intanġibbli għandu jiġi amortizzat fuq il-perjodu kuntrattwali li jifdal tal-kuntratt li fih ikun ingħata d-dritt. Akkwirent li sussegwentement ibigħ dritt riakkwistat lil parti terza għandu jinkludi l-ammont riportat tal-assi intanġibbli meta jiddetermina l-qligħ jew telf fuq il-bejgħ.

Obbligazzjonijiet kontinġenti

56 Wara rikonoxximent inizjali u sakemm tiġi saldata, ikkanċellata jew tiskadi l-obbligazzjoni, l-akkwirent għandu jkejjel obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta f’kombinament ta’ negozji fl-ogħla livell bejn:

(a) 

l-ammont li jiġi rikonoxxut f’konformità mal-IAS 37; u

(b) 

l-ammont inizjalment rikonoxxut mingħajr, jekk xieraq, l-ammont kumulattiv ta’ introjtu rikonoxxut f’konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kuntratti rapportati f’konformità mal-IFRS 9.

Assi ta’ indennifikazzjoni

57 Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar sussegwenti, l-akkwirent għandu jkejjel assi ta’ indennifikazzjoni li kien rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni fuq l-istess bażi bħall-obbligazzjoni jew l-assi indennizzati, soġġett għal kwalunkwe limitazzjoni kuntrattwali fuq l-ammont tagħhom u, għal assi ta’ indennifikazzjoni li sussegwentement ma jitkejjilx bil-valur ġust tiegħu, il-valutazzjoni tal-maniġment dwar kemm l-assi ta’ indennifikazzjoni jista’ jinġabar. L-akkwirent għandu jirtira r-rikonoxximent tal-assi ta’ indennifikazzjoni biss meta jiġbor l-assi, ibigħu jew b’xi mod ieħor jitlef id-dritt għalih.

Korrispettiv kontinġenti

58 Ċerti bidliet fil-valur ġust ta’ korrispettiv kontinġenti li l-akkwirent jirrikonoxxi wara d-data tal-akkwiżizzjoni jistgħu jkunu r-riżultat ta’ informazzjoni addizzjonali li l-akkwirent ikun kiseb wara dik id-data dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Dawk il-bidliet huma aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl f’konformità mal-paragrafi 45–49. Madankollu, bidliet li jirriżultaw minn eventi wara d-data tal-akkwiżizzjoni, bħall-ilħiq ta’ mira dwar il-qligħ, l-ilħiq ta’ prezz speċifikat tal-ishma jew l-ilħiq ta’ tragward fi proġett ta’ riċerka u żvilupp, mhumiex aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl. L-akkwirent għandu jikkontabbilizza l-bidliet fil-valur ġust ta’ korrispettiv kontinġenti li ma jkunux aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl kif ġej:

(a) 

Korrispettiv kontinġenti klassifikat bħala ekwità ma għandux jitkejjel mill-ġdid u s-saldu sussegwenti tiegħu għandu jiġi kkontabbilizzat fl-ekwità.

(b) 

Korrispettiv kontinġenti ieħor li:

(i) 

jinsab fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 għandu jitkejjel fil-valur ġust f’kull data tar-rapportar u l-bidliet fil-valur ġust għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9.

(ii) 

ma jinsabx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 għandu jitkejjel fil-valur ġust f’kull data tar-rapportar u l-bidliet fil-valur ġust għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf.

DIVULGAZZJONIJIET

59   L-akkwirent għandu jiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw in-natura u l-effett finanzjarju ta’ kombinament ta’ negozji li jseħħ:

(a) 

matul il-perjodu ta’ rapportar kurrenti; jew jew

(b) 

wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-pubblikazzjoni.

60 Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi B64—B66.

61   L-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tiegħu jevalwaw l-effetti finanzjarji ta’ aġġustamenti rikonoxxuti fil-perjodu ta’ rapportar kurrenti li huma marbuta ma’ kombinamenti ta’ negozji li seħħew fil-perjodu jew fil-perjodi ta’ rapportar preċedenti.

62 Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 61, l-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu B67.

63 Jekk id-divulgazzjonijiet speċifiċi meħtieġa minn dan l-IFRS jew IFRSs oħrajn ma jilħqux l-objettivi stipulati fil-paragrafi 59 u 61, l-akkwirent għandu jiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Data effettiva

64 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, dan l-IFRS għandu jiġi applikat biss fil-bidu ta’ perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2007 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel l-1 ta’ Lulju 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IAS 27 (kif emendat mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà fl-2008) fl-istess ħin.

64A [Imħassar]

64B  Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010 emenda l-paragrafi 19, 30 u B56 u żied il-paragrafi B62A u B62B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Jenħtieġ li l-applikazzjoni tkun prospettiva mid-data li fiha l-entità tapplika dan l-IFRS għall-ewwel darba.

64C Il-paragrafi 65A–65E żdiedu ma’ Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt. L-emendi għandhom jiġu applikati għal bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji b’data tal-akkwiżizzjoni li kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, kif maħruġ fl-2008.

64D [Imħassar]

64E L-IFRS 10, li ħareġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 7, B13, B63(e) u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta applika l-IFRS 10.

64F L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 20, 29, 33, 47, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A u emenda l-paragrafi B22, B40, B43–B46, B49 u B64. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

64G  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafu 7 u żied il-paragrafu 2A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dawn l-emendi aktar kmieni, din għandha tapplika l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

64H [Imħassar]

64I  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafi 40 u 58 u żied il-paragrafu 67A u l-intestatura relatata tiegħu. Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għal kombinament ta' operazzjonijiet li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu hija l-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Entità tista' tapplika l-emenda iktar kmieni dment li l-IFRS 9 u l-IAS 37 (it-tnejn li huma kif emendati minn Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012) ikunu ġew applikati. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

64J  Titjib Annwali Ċiklu 2011–2013, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 2(a). Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

64K L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafu 56. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

64L L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 16, 42, 53, 56, 58 u B41 u ħassar il-paragrafi 64A, 64D u 64H. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

64M L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi 14, 17, B32 u B42, ħassar il-paragrafi B28–B30 u l-intestatura relatata magħhom u żied il-paragrafi 28A–28B u l-intestatura relatata magħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

64N L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 17, 20, 21, 35 u B63, u wara l-paragrafu 31 żied intestatura u l-paragrafu 31A. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, emenda l-paragrafu 31A. Entità għandha tapplika l-emendi għall-paragrafu 17 għal kombinamenti ta’ negozji b’data tal-akkwiżizzjoni wara d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17. Entità għandha tapplika l-emendi l-oħra meta tapplika l-IFRS 17.

64O  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2015-2017, maħruġ f’Diċembru 2017, żied il-paragrafu 42A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

64P  Definizzjoni ta’ Negozju, maħruġ f’Ottubru 2018, żied il-paragrafi B7A–B7C, B8A u B12A–B12D, emenda d-definizzjoni tat-terminu “negozju” fl-Appendiċi A, emenda l-paragrafi 3, B7–B9, B11 u B12 u ħassar il-paragrafu B10. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara u għal akkwiżizzjonijiet tal-assi li jseħħu fil-bidu jew wara l-bidu ta’ dak il-perjodu. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta’ dawn l-emendi. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

64Q  Referenza għall-Qafas Kunċettwali, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafi 11, 14, 21, 22 u 23 u żied il-paragrafi 21A, 21B, 21 C u 23A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. L-applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi fir-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ f’Marzu 2018.

Tranżizzjoni

65 Assi u obbligazzjonijiet li rriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġew qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS ma għandhomx jiġu aġġustati mal-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS.

65A Il-bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom kienu qabel id-data li fiha entità applikat da l-IFRS għall-ewwel darba kif maħruġ fl-2008 ma għandhomx jiġu aġġustati mal-ewwel applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. Il-paragrafi 65B–65E għandhom jiġu applikati fil-kontabbiltà suċċessiva għal dawk il-bilanċi. Il-paragrafi 65B–65E ma għandhomx japplikaw għall-kontabbiltà għall-bilanċi ta’ korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji bid-dati tal-akkwiżizzjoni fid-data li fiha l-entità tkun applikat dan l-IFRS għall-ewwel darba kif maħruġ fl-2008 jew warajha. Fil-paragrafi 65B–65E, kombinament ta’ negozji jirreferi esklużivament għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008.

65B Jekk ftehim dwar kombinament ta’ negozji jipprevedi aġġustament fil-kost tal-kombinament li jkun kontinġenti fuq eventi futuri, l-akkwirent għandu jinkludi l-ammont ta’ dak l-aġġustament fil-kost tal-kombinament fid-data tal-akkwiżizzjoni jekk l-aġġustament ikun probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

65C Ftehim dwar kombinament ta’ negozji jista’ jaħseb għal aġġustamenti għall-kost tal-kombinament li jkunu kontinġenti fuq event futur wieħed jew aktar. L-aġġustament jista’, pereżempju, ikun kontinġenti fuq li f’perjodi futuri jinżamm jew jinkiseb livell speċifikat ta’ profitt, jew fuq li jinżamm il-prezz tas-suq tal-istrumenti maħruġa. Ġeneralment huwa possibbli li wieħed jistma l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament bħal dan fiż-żmien tal-kontabbiltà inizjali għall-kombinament mingħajr ma tiddgħajjef l-affidabilità tal-informazzjoni, anki jekk tkun teżisti xi inċertezza. Jekk l-eventi futuri ma jseħħux jew jekk tkun trid tiġi riveduta l-istima, il-kost tal-kombinament ta’ negozji għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

65D Madankollu, meta ftehim dwar kombinament ta’ negozji jipprevedi tali aġġustament, dak l-aġġustament ma jiġix inkluż fil-kost tal-kombinament fil-ħin tal-kontabbiltà inizjali għall-kombinament jekk dan ma jkunx probabbli jew ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Jekk, sussegwentement, dak l-aġġustament isir probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, il-korrispettiv addizzjonali għandu jiġi trattat bħala aġġustament fil-kost tal-kombinament.

65E F’ċerti ċirkustanzi, l-akkwirent jista’ jkun meħtieġ jagħmel pagament sussegwenti lill-bejjiegħ bħala kumpens għal tnaqqis fil-valur tal-assi mogħtija, l-istrumenti ta’ ekwità maħruġa jew l-obbligazzjonijiet imġarrba jew assunti mill-akkwirent bi skambju għall-kontroll tal-akkwiżit. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-akkwirent jiggarantixxi l-prezz tas-suq tal-ekwità jew l-istrumenti ta’ dejn maħruġa bħala parti mill-kost tal-kombinament ta’ negozji u jkun meħtieġ li joħroġ ekwità jew strumenti ta’ dejn addizzjonali sabiex ireġġa’ lura l-kost determinat oriġinarjament. F’dawn il-każijiet, ma tiġi rikonoxxuta l-ebda żieda fil-kost tal-kombinament ta’ negozji. Fil-każ tal-istrumenti ta’ ekwità, il-valur ġust tal-pagament addizzjonali huwa paċut bi tnaqqis ugwali fil-valur attribwit lill-istrumenti maħruġa fil-bidu. Fil-każ tal-istrumenti ta’ dejn, il-pagament addizzjonali jitqies bħala tnaqqis fil-primjum jew żieda fl-iskont fuq il-ħarġa inizjali.

66 Entità, bħal entità ta’ benefiċċju komuni, li tkun għadha ma applikatx l-IFRS 3 u li kellha kombinament ta’ negozji wieħed jew aktar li ġew kontabbilizzati permezz tal-metodu tax-xiri, għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi B68 u B69.

Taxxi fuq l-introjtu

67 Għal kombinamenti ta’ negozji li fihom id-data tal-akkwiżizzjoni kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, l-akkwirent għandu japplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 68 tal-IAS 12, kif emendati b’dan l-IFRS, b’mod prospettiv. Dan ifisser li l-akkwirent ma għandux jaġġusta l-kontabbiltà ta’ kombinamenti ta’ negozji preċedenti għal bidliet li kienu ġew rikonoxxuti preċedentement f’assi ta’ taxxa differita rikonoxxuti. Madankollu, mid-data meta jiġi applikat dan l-IFRS, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-profitt jew telf (jew, jekk ikun meħtieġ mill-IAS 12, barra l-profitt jew telf), bidliet fl-assi ta’ taxxa differita rikonoxxuti.

REFERENZA GĦALL-IFRS 9

67A Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 jenħtieġ li tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39.

IRTIRAR TAL-IFRS 3 (2004)

68 Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif maħruġ fl-2004).

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

akkwiżit

In-negozju jew negozji li l-akkwirent jikseb kontroll tiegħu f’kombinament ta’ negozji.

akkwirent

L-entità li tikseb kontroll tal-akkwiżit.

data tal-akkwiżizzjoni

Id-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit.

negozju

Sett integrat ta’ attivitajiet u assi li huwa kapaċi jitmexxa u jii estit bl-iskop li jipprovdi oġġetti jew servizzi lill-konsumaturi, jiġġenera introjtu minn investiment (bħal dividendi jew imgħax) jew li jiġġenera introjtu ieħor minn attivitajiet ordinarji.

kombinamenti ta’ negozji

Tranżazzjoni jew event ieħor fejn akkwirent jikseb kontroll ta’ negozju wieħed jew aktar. Tranżazzjonijiet xi kultant imsejħa “fużjonijiet veri” jew “fużjonijiet ta’ partijiet ugwali” huma wkoll kombinamenti ta’ negozji skont kif jintuża dak it-terminu f’dan l-IFRS.

korrispettiv kontinġenti

Normalment, obbligu tal-akkwirent li jittrasferixxi assi addizzjonali jew interessi ta’ ekwità lil dawk li kienu s-sidien ta’ akkwiżit bħala parti mill-iskambju għall-kontroll tal-akkwiżit jekk iseħħu eventi futuri jew jiġu ssodisfati kundizzjonijiet. Madankollu, korrispettiv kontinġenti jista’ wkoll jagħti d-dritt lill-akkwirent għar-ritorn ta’ korrispettiv trasferit preċedentement jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifikati.

interessi ta’ ekwità

Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, interessi ta’ ekwità tintuża b’mod ġenerali biex tfisser interessi proprjetarji ta’ entitajiet proprjetà tal-investitur u interessi tas-sid, tal-membri jew tal-parteċipanti ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni.

valur ġust

Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

avvjament

Assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li mhumiex identifikati individwalment u rikonoxxuti b’mod separat.

identifikabbli

Assi jkun identifikabbli jekk:

(a) 

ikun separabbli, jiġifieri kapaċi li jkun separat jew diviż mill-entità u mibjugħ, ittrasferit, liċenzjat, mikri jew skambjat, individwalment jew flimkien ma’ kuntratt, assi jew obbligazzjoni identifikabbli relatat/a, irrispettivament minn jekk l-entità jkollhiex il-ħsieb li tagħmel hekk; jew

(b) 

joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk id-drittijiet ikunux trasferibbli jew separabbli mill-entità jew minn drittijiet u obbligi oħrajn.

assi intanġibbli

Assi nonmonetarju identifikabbli mingħajr sustanza fiżika.

entità ta’ benefiċċju komuni

Entità, għajr entità proprjetà tal-investitur, li tipprovdi dividendi, kostijiet iktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn direttament lis-sidien, lill-membri jew lill-parteċipanti tagħha. Pereżempju, kumpanija tal-assigurazzjoni ta’ benefiċċju komuni, unjoni tal-kreditu u entità kooperattiva huma kollha entitajiet ta’ benefiċċju komuni.

interess nonkontrollanti

L-ekwità f’sussidjarja mhux attribwibbli, direttament jew indirettament, għal kumpanija omm.

sidien

Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, sidien tintuża b’mod ġenerali biex tinkludi detenturi ta’ interessi ta’ ekwità ta’ entitajiet proprjetà tal-investitur u sidien jew membri ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni, jew parteċipanti fihom.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

KOMBINAMENTI TA’ NEGOZJI LI JINVOLVU ENTITAJIET TAĦT KONTROLL KOMUNI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 2(c))

B1 Dan l-IFRS ma japplikax għal kombinament ta’ negozji ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni. Kombinament ta’ negozji li jinvolvi entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni huwa kombinament ta’ negozji li fih l-entitajiet jew negozji kollha fil-kombinament huma fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mill-istess parti jew partijiet kemm qabel kif ukoll wara l-kombinament ta’ negozji, u dak il-kontroll mhuwiex tranżitorju.

B2 Grupp ta’ individwi għandu jitqies li qed jikkontrolla entità meta, b’riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, kollettivament ikollhom is-setgħa li jirregolaw il-politiki finanzjarji u operatorji tagħha biex jinkisbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha. Għaldaqstant, kombinament ta’ negozji jkun barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS meta l-istess grupp ta’ individwi jkollu, b’riżultat ta’ arranġament kuntrattwali, setgħa kollettiva finali li jirregola l-politiki finanzjarji u operatorji ta’ kull waħda mill-entitajiet fil-kombinament biex jinkisbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħhom, u dik is-setgħa kollettiva finali ma tkunx tranżitorja.

B3 Entità tista’ tkun ikkontrollata minn individwu, jew minn grupp ta’ individwi li jaġixxu flimkien taħt arranġament kuntrattwali, u dak l-individwu jew grupp ta’ individwi jistgħu ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar finanzjarju tal-IFRSs. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ għall-entitajiet fil-kombinament li jkunu inklużi bħala parti tal-istess rapporti finanzjarji konsolidati biex kombinament ta’ negozji jitqies bħala wieħed li jinvolvi entitajiet taħt kontroll komuni.

B4 Il-grad tal-interessi nonkontrollanti f’kull waħda mill-entitajiet fil-kombinament qabel u wara l-kombinament ta’ negozji mhuwiex rilevanti biex jiġi determinat jekk il-kombinament jinvolvix entitajiet taħt kontroll komuni. Bl-istess mod, il-fatt li waħda mill-entitajiet fil-kombinament hija sussidjarja li kienet eskluża mir-rapporti finanzjarji konsolidati mhuwiex rilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk il-kombinament jinvolvix entitajiet taħt kontroll komuni.

IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)

B5 Dan l-IFRS jiddefinixxi kombinament ta’ negozji bħala tranżazzjoni jew event ieħor fejn akkwirent jikseb kontroll ta’ negozju wieħed jew aktar. Akkwirent jista’ jikseb kontroll ta’ akkwiżit b’diversi modi, pereżempju:

(a) 

billi jittrasferixxi flus, ekwivalenti ta’ flus jew assi oħrajn (inklużi assi netti li jikkostitwixxu negozju);

(b) 

billi jġarrab obbligazzjonijiet;

(c) 

billi joħroġ interessi ta’ ekwità;

(d) 

billi jipprovdi aktar minn tip wieħed ta’ korrispettiv; jew

(e) 

mingħajr ma jittrasferixxi korrispettiv, inkluż b’kuntratt biss (ara l-paragrafu 43).

B6 Kombinament ta’ negozji jista’ jkun strutturat f’varjetà ta’ modi għal raġunijiet legali, ta’ taxxa jew raġunijiet oħrajn, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:

(a) 

negozju wieħed jew aktar li jsiru sussidjarji ta’ akkwirent jew l-assi netti ta’ negozju wieħed jew aktar jiġu legalment fużi mal-akkwirent;

(b) 

entità waħda fil-kombinament tittrasferixxi l-assi netti tagħha, jew is-sidien tagħha jittrasferixxu l-interessi azzjonarji tagħhom, lil entità oħra fil-kombinament jew lis-sidien tagħha;

(c) 

l-entitajiet kollha fil-kombinament jittrasferixxu l-assi netti tagħhom, jew is-sidien ta’ dawk l-entitajiet jittrasferixxu l-interessi ta’ ekwità tagħhom, lil entità ffurmata ġdida (xi kultant imsejħa tranżazzjoni roll-up jew put-together); jew

(d) 

grupp ta’ dawk li qabel kienu sidien ta’ waħda mill-entitajiet fil-kombinament jikseb kontroll tal-entità kombinata.

DEFINIZZJONI TA’ NEGOZJU (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)

B7 Negozju jikkonsisti f’inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs li jkollhom il-kapaċità jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ outputs. It-tliet elementi ta’ negozju huma ddefiniti kif ġej (ara l-paragrafi B8–B12D għal gwida dwar l-elementi ta’ negozju):

(a)

Input : Kwalunkwe riżorsa ekonomika li toħloq outputs, jew li jkollha l-kapaċità li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ outputs, meta proċess wieħed jew aktar jiġu applikati għaliha. Eżempji jinkludu assi mhux kurrenti (inklużi assi intanġibbli jew drittijiet biex jintużaw assi mhux kurrenti), proprjetà intellettwali, il-kapaċità li jinkiseb aċċess għal materjali meħtieġa jew drittijiet u għal impjegati.

(b)

Proċess : Kwalunkwe sistema, standard, protokoll, konvenzjoni jew regola li, meta tiġi applikata għal input jew inputs, toħloq outputs jew ikollha l-kapaċità li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ outputs. Eżempji jinkludu proċessi ta’ ġestjoni strateġika, proċessi operazzjonali u proċessi ta’ ġestjoni tar-riżorsi. Dawn il-proċessi tipikament ikunu dokumentati, iżda l-kapaċità intellettwali ta’ forza tax-xogħol organizzata li jkollha l-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa skont regoli u l-konvenzjonijiet tista’ tipprovdi l-proċessi meħtieġa li jistgħu jiġu applikati fuq l-inputs biex jinħolqu outputs. (Il-kontabbiltà, il-fatturazzjoni, il-ħdim tal-pagi u sistemi amministrattivi oħrajn tipikament mhumiex proċessi użati biex jinħolqu outputs.)

(c)

Output : Ir-riżultat ta’ inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-konsumaturi, jiġġeneraw introjtu mill-investiment (bħal dividendi jew mgħax) jew jiġġeneraw introjtu ieħor minn attivitajiet ordinarji.

Test fakultattiv biex tiġi identifikata konċentrazzjoni ta’ valur ġust

B7A Il-paragrafu B7B jistipula test fakultattiv (it-test ta’ konċentrazzjoni) li jippermetti valutazzjoni simplifikata ta’ jekk sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi huwiex negozju. Entità tista’ tagħżel li tapplika, jew ma tapplikax, it-test. Entità tista’ tagħmel din l-għażla separatament għal kull tranżazzjoni jew event ieħor. It-test ta’ konċentrazzjoni għandu l-konsegwenzi li ġejjin:

(a) 

jekk it-test ta’ konċentrazzjoni jkun issodisfat, is-sett ta’ attivitajiet u assi jiġi determinat li mhuwiex negozju u ma tkun meħtieġa ebda valutazzjoni oħra.

(b) 

jekk it-test ta’ konċentrazzjoni ma jkunx issodisfat, jew jekk l-entità tagħżel li ma tapplikax it-test, allura l-entità għandha twettaq il-valutazzjoni stipulata fil-paragrafi B8–B12D.

B7B It-test ta’ konċentrazzjoni jkun issodisfat jekk sostanzjalment il-valur ġust kollu tal-assi grossi akkwistati jkun ikkonċentrat f’assi identifikabbli wieħed jew grupp ta’ assi identifikabbli simili. Għat-test ta’ konċentrazzjoni:

(a) 

assi grossi akkwistati għandhom jeskludu l-flus u ekwivalenti ta’ flus, assi ta’ taxxa differita, u avvjament li jirriżultaw mill-effetti ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita.

(b) 

il-valur ġust tal-assi grossi akkwistati għandu jinkludi kwalunkwe korrispettiv trasferit (flimkien mal-valur ġust ta’ kwalunkwe interess nonkontrollanti u l-valur ġust ta’ kwalunkwe interess miżmum preċedentement) f’eċċess tal-valur ġust tal-assi netti identifikabbli akkwistati. Il-valur ġust tal-assi grossi akkwistati jista’ normalment jiġi determinat bħala t-total akkwistat billi jiżdied il-valur ġust tal-korrispettiv trasferit (flimkien mal-valur ġust ta’ kwalunkwe interess nonkontrollanti u l-valur ġust ta’ kwalunkwe interess miżmum preċedentement) għall-valur ġust tal-obbligazzjonijiet assunti (minbarra obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita), u mbagħad jeskludu l-entrati identifikati fis-subparagrafu (a). Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi grossi akkwistati jkun aktar minn dak it-total, xi kultant jista’ jkun meħtieġ kalkolu iktar preċiż.

(c) 

assi identifikabbli uniku għandu jinkludi kwalunkwe assi jew grupp ta’ assi li jkunu rikonoxxuti u jitkejlu bħala assi identifikabbli uniku f’kombinament ta’ negozji.

(d) 

jekk assi tanġibbli jkun marbut ma’ assi tanġibbli ieħor (jew ma’ assi sottostanti soġġett għal lokazzjoni, kif definit fl-IFRS 16 Lokazzjonijiet) u ma jkunx jista’ fiżikament jitneħħa u jintuża apparti minnu, mingħajr ma jġarrab kost sinifikanti, jew tnaqqis sinifikanti fl-utilità jew fil-valur ġust ta’ wieħed mill-assi (pereżempju, art u bini), dawk l-assi għandhom jitqiesu bħala assi identifikabbli uniku.

(e) 

meta jiġi vvalutat jekk l-assi jkunux simili, entità għandha tqis in-natura ta’ kull assi identifikabbli uniku u r-riskji assoċjati mal-ġestjoni u mal-ħolqien ta’ outputs mill-assi (jiġifieri, il-karatteristiki tar-riskju).

(f) 

dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala assi simili:

(i) 

assi tanġibbli u assi intanġibbli;

(ii) 

assi tanġibbli fi klassijiet differenti (pereżempju, inventarju, tagħmir tal-manifattura u karozzi) sakemm ma jitqisux bħala assi identifikabbli uniku f’konformità mal-kriterju fis-subparagrafu (d);

(iii) 

assi intanġibbli identifikabbli fi klassijiet differenti (pereżempju, ismijiet ta’ ditti, liċenzji u assi intanġibbli li qed jiġu żviluppati);

(iv) 

assi finanzjarju u assi mhux finanzjarju;

(v) 

assi finanzjarji fi klassijiet differenti (pereżempju, kontijiet riċevibbli u investimenti fi strumenti ta’ ekwità); u

(vi) 

assi identifikabbli li jkunu fl-istess klassi ta’ assi iżda jkollhom karatteristiki tar-riskju differenti b’mod sinifikanti.

B7C Ir-rekwiżiti fil-paragrafu B7B ma jimmodifikawx il-gwida dwar assi simili fl-IAS 38 Assi Intanġibbli; lanqas ma jimmodifikaw it-tifsira tat-terminu “klassi” fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, fl-IAS 38 u fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet.

Elementi ta’ negozju

B8 Għalkemm in-negozji normalment ikollhom outputs, outputs mhumiex meħtieġa biex sett integrat ta’ attivitajiet u assi jikkwalifikaw bħala negozju. Biex ikun jista’ jitmexxa u jiġi ġestit għall-iskop identifikat fid-definizzjoni ta’ negozju, sett integrat ta’ attivitajiet u assi jeħtieġ żewġ elementi essenzjali—inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs. Negozju mhux bilfors jinkludi l-inputs jew il-proċessi kollha li l-bejjiegħ uża għall-operat ta’ dak in-negozju. Madankollu, sabiex jitqies bħala negozju, sett integrat ta’ attivitajiet u assi għandu jinkludi, bħala minimu, input u proċess sostantiv li flimkien jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kapaċità li jinħoloq output. Il-paragrafi B12–B12D jispeċifikaw kif wieħed jivvaluta jekk proċess huwiex sostantiv.

B8A Jekk sett akkwistat ta’ attivitajiet u ta’ assi jkollu l-outputs, il-kontinwazzjoni ta’ dħul waħdu ma jindikax li kemm input kif ukoll proċess sostantiv ġew akkwistati.

B9 In-natura tal-elementi ta’ negozju tvarja skont l-industrija u l-istruttura tal-operazzjonijiet (attivitajiet) ta’ entità, inkluż l-istadju ta’ żvilupp tal-entità. Negozji stabbiliti spiss ikollhom bosta tipi differenti ta’ inputs, proċessi u outputs, filwaqt li negozji ġodda spiss ikollhom ftit inputs u proċessi u xi kultant output (prodott) wieħed biss. Kważi n-negozji kollha jkollhom ukoll obbligazzjonijiet, iżda negozju mhux bilfors ikollu obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi li ma jkunx negozju jista’ jkollu obbligazzjonijiet.

B10 [Imħassar]

B11 Id-determinazzjoni dwar jekk sett partikulari ta’ attivitajiet u ta’ assi huwiex negozju għandha tkun ibbażata fuq jekk is-sett integrat huwiex kapaċi li jitmexxa u jiġi ġestit bħala negozju minn parteċipant fis-suq. B’hekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk sett partikulari huwiex negozju, mhuwiex rilevanti jekk bejjiegħ operax is-sett bħala negozju jew jekk l-akkwirent għandux il-ħsieb li jopera s-sett bħala negozju.

Valutazzjoni jekk il-proċess akkwistat huwiex sostantiv

B12 Il-paragrafi B12A–B12D jispjegaw kif għandu jiġi vvalutat jekk il-proċess akkwistat huwiex sostantiv jekk is-sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi ma jkollux outputs (il-paragrafu B12B) u jekk ikollu outputs (il-paragrafi B12C).

B12A Eżempju ta’ sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi li ma jkollux outputs fid-data tal-akkwiżizzjoni huwa entità fi stadju bikri li ma tkunx bdiet tiġġenera dħul. Barra minn hekk, jekk sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi kien qiegħed jiġġenera dħul fid-data tal-akkwiżizzjoni, dan ikun ikkunsidrat bħala li għandu outputs f’dik id-data, anki jekk sussegwentement ma jibqax jiġġenera dħul minn konsumaturi esterni, pereżempju peress li se jiġu integrati mill-akkwirent.

B12B Jekk sett ta’ attivitajiet u assi ma jkollux outputs fid-data tal-akkwiżizzjoni, proċess akkwistat (jew grupp ta’ proċessi) għandu jkun ikkunsidrat sostantiv biss jekk:

(a) 

ikun kruċjali għall-abbiltà li jiġi żviluppat jew konvertit input jew inputs akkwistati f’outputs; u

(b) 

l-inputs akkwistati jinkludu kemm forza tax-xogħol organizzata li jkollha l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa biex iwettqu dak il-proċess (jew grupp ta’ proċessi) u inputs oħrajn li l-forza tax-xogħol organizzata tkun tista’ tiżviluppa jew tikkonverti f’outputs. Dawk l-inputs oħrajn jistgħu jinkludu:

(i) 

proprjetà intellettwali li tista’ tintuża biex jiġi żviluppat oġġett jew servizz;

(ii) 

riżorsi ekonomiċi oħra li jistgħu jiġu żviluppati biex jinħolqu outputs; jew

(iii) 

drittijiet li jinkiseb aċċess għal materjali meħtieġa jew drittijiet li jippermettu l-ħolqien ta’ outputs futuri.

Eżempji tal-inputs imsemmija fis-subparagrafi (b)(i)–(iii) jinkludu t-teknoloġija, il-proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jkunu għaddejjin, il-proprjetà immobbli u l-interessi minerali.

B12C Jekk sett ta’ attivitajiet u assi jkollu outputs fid-data tal-akkwiżizzjoni, proċess (jew grupp ta’ proċessi) akkwistat għandu jitqies bħala sostantiv jekk, meta applikat għal input jew inputs akkwistati, dan:

(a) 

ikun kruċjali għall-abbiltà li jkomplu jiġu prodotti outputs, u l-inputs akkwistati jinkludu forza tax-xogħol organizzata bil-ħiliet, l-għarfien, jew l-esperjenza meħtieġa biex twettaq dak il-proċess (jew il-grupp ta’ proċessi); jew

(b) 

jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-abbiltà li jkomplu jiġu prodotti outputs u:

(i) 

jitqies uniku jew skars; jew

(ii) 

ma jkunx jista’ jiġi sostitwit mingħajr kost, sforz, jew dewmien sinifikanti fl-abbiltà li jkomplu jiġu prodotti outputs.

B12D Id-diskussjoni addizzjonali li ġejja tappoġġa kemm il-paragrafu B12B kif ukoll il-paragrafu B12C:

(a) 

kuntratt akkwistat huwa input u mhux proċess sostantiv. Madankollu, kuntratt akkwistat, pereżempju, kuntratt għall-ġestjoni tal-proprjetà esternalizzata jew għall-ġestjoni tal-assi esternalizzat, jista’ jagħti aċċess għal forza tax-xogħol organizzata. Entità għandha tivvaluta jekk forza tax-xogħol organizzata aċċessata permezz ta’ kuntratt bħal dan twettaqx proċess sostantiv li l-entità tikkontrolla, u b’hekk tkun akkwistat. Fatturi li għandhom jitqiesu biex issir din il-valutazzjoni jinkludu d-durata tal-kuntratt u t-termini tat-tiġdid tiegħu.

(b) 

diffikultajiet fis-sostituzzjoni ta’ forza tax-xogħol organizzata jistgħu jindikaw li l-forza tax-xogħol organizzata akkwistata twettaq proċess li jkun kruċjali għall-abbiltà li jinħolqu l-outputs.

(c) 

proċess (jew grupp ta’ proċessi) mhuwiex kruċjali jekk, pereżempju, ikun anċillari jew minuri fil-kuntest tal-proċessi kollha meħtieġa biex jinħolqu outputs.

IDENTIFIKAZZJONI TAL-AKKWIRENT (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 6 U 7)

B13 Il-gwida fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent—l-entità li tikseb il-kontroll tal-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta’ negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IFRS 10 ma tindikax b’mod ċar liema mill-entitajiet fil-kombinament tkun l-akkwirent, għandhom jitqiesu l-fatturi fil-paragrafi B14–B18 sabiex issir dik id-determinazzjoni.

B14 Jekk kombinament ta’ negozji jitwettaq primarjament billi jiġu trasferiti flus jew assi oħrajn jew billi jiġġarrbu obbligazzjonijiet, l-akkwirent normalment ikun l-entità li tittrasferixxi l-flus jew l-assi l-oħrajn jew li ġġarrab l-obbligazzjonijiet.

B15 F’kombinament ta’ negozji mwettaq primarjament permezz ta’ skambju ta’ interessi ta’ ekwità, l-akkwirent normalment ikun l-entità li toħroġ l-interessi ta’ ekwità tagħha. Madankollu, f’xi kombinamenti ta’ negozji, komunement imsejħa “retroakkwiżizzjonijiet”, l-entità emittenti tkun l-akkwiżit. Il-paragrafi B19–B27 jipprovdu gwida dwar il-kontabbiltà għal retroakkwiżizzjonijiet. Għandhom jitqiesu wkoll fatti u ċirkustanzi pertinenti oħrajn għall-identifikazzjoni tal-akkwirent f’kombinament ta’ negozji mwettaq bl-iskambju ta’ interessi ta’ ekwità, inklużi:

(a)

id-drittijiet tal-vot relattivi fl-entità kkombinata wara l-kombinament ta’ negozji — L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li s-sidien tagħha bħala grupp iżommu jew jirċievu l-akbar porzjon tad-drittijiet tal-vot fl-entità kkombinata. Sabiex jiġi determinat liema grupp ta’ sidien iżomm jew jirċievi l-akbar porzjon tad-drittijiet tal-vot, entità għandha tqis l-eżistenza ta’ kwalunkwe arranġament mhux normali jew speċjali ta’ votazzjoni kif ukoll ta’ opzjonijiet, garanziji jew titoli konvertibbli.

(b)

l-eżistenza ta’ interess minoritarju kbir bi dritt tal-vot fl-entità kkombinata jekk ebda sid ieħor jew grupp organizzat ta’ sidien ma jkollu interess sinifikanti ta’ vot — L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li s-sid uniku jew grupp ta’ sidien tagħha jkollu l-akbar interess minoritarju bid-dritt tal-vot fl-entità kkombinata.

(c)

il-kompożizzjoni tal-korp ta’ tmexxija tal-entità kkombinata — L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li s-sidien tagħha jkollhom il-kapaċità li jeleġġu jew jaħtru jew inkella li jneħħu maġġoranza tal-membri tal-korp ta’ tmexxija tal-entità kkombinata.

(d)

il-kompożizzjoni tal-maniġment superjuri tal-entità kkombinata — L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li l-maniġment (li kellha qabel) tagħha jiddomina l-maniġment tal-entità kkombinata.

(e)

it-termini tal-iskambju tal-interessi ta’ ekwità — L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li tħallas primjum fuq il-valur ġust ta’ qabel il-kombinament tal-interessi ta’ ekwità tal-entità jew l-entitajiet l-oħrajn fil-kombinament.

B16 L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li d-daqs relattiv tagħha (imkejjel, pereżempju, f’assi, dħul jew profitt) ikun akbar b’mod sinifikanti minn dak tal-entità jew l-entitajiet l-oħrajn fil-kombinament.

B17 F’kombinament ta’ negozji li jinvolvi aktar minn żewġ entitajiet, id-determinazzjoni tal-akkwirent għandha tinkludi kunsiderazzjoni ta’, fost affarijiet oħra, liema mill-entitajiet fil-kombinament tat bidu għall-kombinament, kif ukoll tad-daqs relattiv tal-entitajiet fil-kombinament.

B18 Entità ġdida ffurmata biex twettaq kombinament ta’ negozji mhijiex neċessarjament l-akkwirent. Jekk entità ġdida tiġi ffurmata biex toħroġ interessi ta’ ekwità biex jitwettaq kombinament ta’ negozji, waħda mill-entitajiet fil-kombinament li kienet teżisti qabel il-kombinament ta’ negozji għandha tkun identifikata bħala l-akkwirent billi tiġi applikata l-gwida fil-paragrafi B13–B17. B’kuntrast ma’ dan, entità ġdida li tittrasferixxi flus jew assi oħrajn jew li ġġarrab obbligazzjonijiet bħala korrispettiv tista’ tkun l-akkwirent.

RETROAKKWIŻIZZJONIJIET

B19 Retroakkwiżizzjoni sseħħ meta l-entità li toħroġ titoli (l-akkwirent legali) tiġi identifikata bħala l-akkwiżit għal skopijiet kontabbilistiċi fuq il-bażi tal-gwida fil-paragrafi B13–B18. L-entità li l-interessi ta’ ekwità tagħha jkunu akkwistati (l-akkwiżit legali) trid tkun l-akkwirent għal skopijiet kontabbilistiċi biex it-tranżazzjoni titqies bħala retroakkwiżizzjoni. Pereżempju, retroakkwiżizzjonijiet xi kultant iseħħu meta entità operatorja privata tkun trid issir entità pubblika iżda ma tkunx trid tirreġistra l-ishma ta’ ekwità tagħha. Biex isir dan, l-entità privata tirranġa sabiex entità pubblika takkwista l-interessi ta’ ekwità tagħha bi skambju għall-interessi ta’ ekwità tal-entità pubblika. F’dan l-eżempju, l-entità pubblika hija l-akkwirent legali minħabba li ħarġet l-interessi ta’ ekwità tagħha, u l-entità privata hija l-akkwiżit legali minħabba li l-interessi ta’ ekwità tagħha ġew akkwistati. Madankollu, l-applikazzjoni tal-gwida fil-paragrafi B13–B18 tirriżulta fl-identifikazzjoni:

(a) 

tal-entità pubblika bħala l-akkwiżit għal skopijiet kontabbilistiċi (l-akkwiżit kontabbilizzanti); u

(b) 

tal-entità privata bħala l-akkwirent għal skopijiet kontabbilistiċi (l-akkwirent kontabbilizzanti).

L-akkwiżit kontabbilizzanti jrid jissodisfa d-definizzjoni ta’ negozju sabiex it-tranżazzjoni tiġi kkontabbilizzata bħala retroakkwiżizzjoni, u l-prinċipji kollha ta’ rikonoxximent u ta’ kejl f’dan l-IFRS, inkluż ir-rekwiżit li jiġi rikonoxxut l-avvjament, japplikaw.

Kejl tal-korrispettiv trasferit

B20 F’retroakkwiżizzjoni, l-akkwirent kontabbilizzanti normalment ma joħroġ ebda korrispettiv għall-akkwiżit. Minflok, l-akkwiżit kontabbilizzanti joħroġ l-ishma ta’ ekwità tiegħu lis-sidien tal-akkwirent kontabbilizzanti. Għaldaqstant, il-valur ġust tal-korrispettiv fid-data tal-akkwiżizzjoni ttrasferit mill-akkwirent kontabbilizzanti għall-interess tiegħu fl-akkwiżit kontabbilizzanti huwa bbażat fuq l-għadd ta’ interessi ta’ ekwità li s-sussidjarja legali kellha toħroġ biex tagħti lis-sidien tal-kumpanija omm ġuridika l-istess persentaġġ ta’ interessi ta’ ekwità fl-entità kkombinata li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni inversa. Il-valur ġust tal-għadd ta’ interessi ta’ ekwità kkalkulat b’dak il-mod jista’ jintuża bħala l-valur ġust tal-korrispettiv ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit.

Preparazzjoni u preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati

B21 Rapporti finanzjarji konsolidati ppreparati wara retroakkwiżizzjoni jinħarġu taħt l-isem tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti), iżda deskritti fin-noti bħala kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabbilizzanti), b’aġġustament wieħed, jiġifieri li jiġi aġġustat b’mod retroattiv il-kapital legali tal-akkwirent kontabbilizzanti biex jirrifletti l-kapital legali tal-akkwiżit kontabbilizzanti. Dak l-aġġustament huwa meħtieġ biex jirrifletti l-kapital tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti). Informazzjoni komparattiva ppreżentata f’dawk ir-rapporti finanzjarji konsolidati wkoll tiġi aġġustata b’mod retroattiv biex tirrifletti l-kapital legali tal-kumpanija omm ġuridika (akkwiżit kontabbilizzanti).

B22 Peress li r-rapporti finanzjarji konsolidati jirrappreżentaw il-kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja ġuridika minbarra l-istruttura tal-kapital tagħha, ir-rapporti finanzjarji konsolidati jirriflettu:

(a) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabbilizzanti) rikonoxxuti u mkejla fl-ammonti riportati tagħhom ta’ qabel il-kombinament.

(b) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti) rikonoxxuti u mkejla f’konformità ma’ dan l-IFRS.

(c) 

il-qligħ imfaddal u bilanċi oħrajn tal-ekwità tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabbilizzanti) qabel il-kombinament ta’ negozji.

(d) 

l-ammont rikonoxxut bħala l-interessi ta’ ekwità maħruġin fir-rapporti finanzjarji konsolidati determinat biż-żieda tal-interess ta’ ekwità maħruġ tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabbilizzanti) pendenti minnufih qabel il-kombinament ta’ negozji mal-valur ġust tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti). Madankollu, l-istruttura tal-ekwità (jiġifieri l-għadd u t-tip ta’ interessi ta’ ekwità maħruġa) għandha tirrifletti l-istruttura tal-ekwità tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti), inkluż l-interessi ta’ ekwità maħruġa mill-kumpanija omm ġuridika biex jitwettaq il-kombinament ta’ negozji. Għaldaqstant, l-istruttura tal-ekwità tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabbilizzanti) għandha tiġi rridikjarata billi jintuża l-proporzjon ta’ skambju stabbilit fil-ftehim tal-akkwiżizzjoni biex jiġi rifless l-għadd ta’ ishma tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti) maħruġa fir-retroakkwiżizzjoni.

(e) 

is-sehem proporzjonat tal-interess nonkontrollanti tal-ammonti riportati ta’ qabel il-kombinament ta’ qligħ imfaddal u interessi ta’ ekwità oħrajn tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabbilizzanti) kif diskuss fil-paragrafi B23 u B24.

Interess nonkontrollanti

B23 F’retroakkwiżizzjoni, xi wħud mis-sidien tal-akkwiżit ġuridiku (l-akkwirent kontabbilizzanti) jistgħu ma jiskambjawx l-interessi ta’ ekwità tagħhom għal interessi ta’ ekwità tal-kumpanija omm ġuridika (l-akkwiżit kontabbilizzanti). Dawk is-sidien jiġu ttrattati bħala interess nonkontrollanti fir-rapporti finanzjarji konsolidati wara r-retroakkwiżizzjoni. Dan għaliex is-sidien tal-akkwiżit ġuridiku li ma jiskambjawx l-interessi ta’ ekwità tagħhom għal interessi ta’ ekwità tal-akkwirent ġuridiku għandhom interess biss fir-riżultati u l-assi netti tal-akkwiżit ġuridiku—u mhux fir-riżultati u l-assi netti tal-entità kkombinata. Min-naħa l-oħra, minkejja li l-akkwirent ġuridiku huwa l-akkwiżit għal skopijiet kontabbilistiċi, is-sidien tal-akkwirent ġuridiku għandhom interess fir-riżultati u fl-assi netti tal-entità kkombinata.

B24 L-assi u l-obbligazzjonijiet tal-akkwiżit ġuridiku jitkejlu u jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fl-ammonti riportati tagħhom ta’ qabel il-kombinament (ara l-paragrafu B22(a)). Għaldaqstant, f’retroakkwiżizzjoni l-interess nonkontrollanti jirrifletti l-interess proporzjonat tal-azzjonisti nonkontrollanti fl-ammonti riportati ta’ qabel il-kombinament tal-assi netti tal-akkwiżit ġuridiku anki jekk l-interessi nonkontrollanti f’akkwiżizzjonijiet oħrajn jitkejlu fil-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Qligħ għal kull sehem

B25 Kif innotat fil-paragrafu B22(d), l-istruttura tal-ekwità fir-rapporti finanzjarji konsolidati ppreparati wara retroakkwiżizzjoni tirrifletti l-istruttura tal-ekwità tal-akkwirent ġuridiku (l-akkwiżit kontabbilizzanti), inkluż l-interessi ta’ ekwità maħruġa mill-akkwirent ġuridiku biex jitwettaq il-kombinament ta’ negozji.

B26 Għall-iskop li tkun ikkalkulata l-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti (id-denominatur tal-kalkolu tal-qligħ għal kull sehem) matul il-perjodu li fih isseħħ ir-retroakkwiżizzjoni:

(a) 

l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti mill-bidu ta’ dak il-perjodu sad-data tal-akkwiżizzjoni għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-medja ponderata tal-għadd ta’ ishma ordinarji tal-akkwiżit ġuridiku (l-akkwirent kontabbilizzanti) li jkunu pendenti matul il-perjodu, immultiplikati bil-proporzjon ta’ skambju stabbilit fil-ftehim ta’ fużjoni; u

(b) 

l-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti mid-data tal-akkwiżizzjoni sat-tmiem ta’ dak il-perjodu għandu jkun l-għadd attwali ta’ ishma ordinarji tal-akkwirent ġuridiku (l-akkwiżit kontabbilizzanti) pendenti matul dak il-perjodu.

B27 Il-qligħ bażiku għal kull sehem għal kull perjodu komparattiv qabel id-data tal-akkwiżizzjoni ppreżentat fir-rapporti finanzjarji konsolidati wara retroakkwiżizzjoni għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż:

(a) 

il-profitt jew telf tal-akkwiżit ġuridiku attribwibbli għal azzjonisti ordinarji f’kull wieħed minn dawk il-perjodi bi

(b) 

il-medja ponderata storika tal-għadd ta’ ishma ordinarji pendenti tal-akkwiżit ġuridiku mmultiplikata bil-proporzjon ta’ skambju stabbilit fil-ftehim tal-akkwiżizzjoni.

RIKONOXXIMENT TA’ ASSI PARTIKULARI AKKWISTATI U OBBLIGAZZJONIJIET ASSUNTI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 10–13)

B28-B30 [Imħassra]

Assi intanġibbli

B31 L-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi intanġibbli identifikabbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji. Assi intanġibbli jkun identifikabbli jekk jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà jew inkella l-kriterju kuntrattwali legali.

B32 Assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterju kuntrattwali legali huwa identifikabbli anki jekk l-assi ma jkunx trasferibbli jew separabbli mill-akkwirent jew minn drittijiet u obbligi oħrajn. Pereżempju:

(a) 

[imħassar]

(b) 

akkwirent ikollu, u jopera, impjant tal-enerġija nukleari. Il-liċenzja biex jopera dak l-impjant tal-enerġija hija assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterju kuntrattwali legali għar-rikonoxximent separatament mill-avvjament, anki jekk l-akkwirent ma jistax ibigħu jew jittrasferih separatament mill-impjant tal-enerġija akkwistat. Akkwirent jista’ jirrikonoxxi l-valur ġust tal-liċenzja operatorja u l-valur ġust tal-impjant tal-enerġija bħala assi wieħed għall-finijiet tar-rapportar finanzjarju jekk il-ħajjiet utli ta’ dawk l-assi jkunu simili.

(c) 

akkwiżit ikollu privattiva teknoloġika. Dan ikun illiċenzja dik il-privattiva lil oħrajn għall-użu esklużiv tagħhom barra mis-suq domestiku, u bi skambju jirċievi persentaġġ speċifikat tad-dħul barrani futur. Kemm il-privattiva teknoloġika kif ukoll il-ftehim relatat tal-liċenzja jissodisfaw il-kriterju kuntrattwali legali għar-rikonoxximent separatament mill-avvjament anki jekk ma jkunx prattiku li l-privattiva u l-ftehim relatat tal-liċenzja jinbiegħu jew jiġu skambjati separatament minn xulxin.

B33 Il-kriterju ta’ separabbiltà jfisser li assi intanġibbli akkwistat ikun kapaċi jiġi separat jew diviż mill-akkwiżit u jinbiegħ, jiġi trasferit, jiġi liċenzjat, jinkera jew jiġi skambjat, individwalment jew flimkien ma’ kuntratt relatat jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli. Assi intanġibbli li l-akkwirent ikun kapaċi jbigħ, jilliċenzja jew jiskambja b’mod ieħor għal xi ħaġa oħra ta’ valur jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà anki jekk l-akkwirent ma jkollux il-ħsieb li jbigħu, jilliċenzjah jew jiskambjah b’mod ieħor. Assi intanġibbli akkwistat jissodisfa l-kriterju tas-separabbiltà jekk ikun hemm evidenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ skambju għal dak it-tip ta’ assi jew għal assi ta’ tip simili, anki jekk dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux frekwenti u irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx involut fihom. Pereżempju, listi ta’ konsumaturi u abbonati ta’ spiss ikunu liċenzjati u b’hekk jissodisfaw il-kriterju tas-separabbiltà. Anki jekk l-akkwiżit ikun tal-fehma li l-listi tal-konsumaturi tiegħu għandhom karatteristiki differenti minn listi tal-konsumaturi oħrajn, il-fatt li l-listi tal-konsumaturi ta’ spiss ikunu liċenzjati ġeneralment ifisser li l-lista tal-konsumaturi akkwistata tissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà. Madankollu, lista tal-konsumaturi akkwistata f’kombinament ta’ negozji ma tissodisfax il-kriterju ta’ separabbiltà jekk it-termini ta’ kunfidenzjalità jew ftehimiet oħrajn jipprojbixxu entità milli tbigħ, tagħmel lokazzjoni jew tiskambja b’mod ieħor informazzjoni dwar il-konsumaturi tagħha.

B34 Assi intanġibbli li ma jkunx separabbli individwalment mill-akkwiżit jew mill-entità kombinata jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà jekk ikun separabbli meta kkombinat ma’ kuntratt, ma’ assi identifikabbli jew ma’ obbligazzjoni relatati. Pereżempju:

(a) 

il-parteċipanti fis-suq jiskambjaw obbligazzjonijiet ta’ depożitu u assi intanġibbli relatati tar-relazzjoni mad-depożitant fi tranżazzjonijiet ta’ skambju osservabbli. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-akkwirent jirrikonoxxi l-assi intanġibbli tar-relazzjoni mad-depożitant separatament mill-avvjament.

(b) 

akkwiżit ikollu trademark irreġistrata u għarfien tekniku ddokumentat iżda mhux irreġistrat bi privattiva, li jintużaw biex jiġi manifatturat il-prodott soġġett għat-trademark. Biex tiġi ttrasferita s-sjieda ta’ trademark, is-sid ikun meħtieġ ukoll li jittrasferixxi dak kollu li huwa meħtieġ sabiex is-sid il-ġdid ikun jista’ jipproduċi prodott jew servizz li ma jintgħarafx minn dak li kien jipproduċi s-sid ta’ qabel. Peress li l-għarfien tekniku mhux irreġistrat bi privattiva irid ikun isseparat mill-akkwiżit jew mill-entità kkombinata u mibjugħ jekk tinbiegħ it-trademark irreġistrata, din tissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà.

Drittijiet riakkwistati

B35 Bħala parti minn kombinament ta’ negozji, akkwirent jista’ jirriakkwista dritt li kien ta qabel lill-akkwiżit biex juża wieħed jew aktar mill-assi rikonoxxuti jew mhux rikonoxxuti tal-akkwirent. Eżempji ta’ drittijiet bħal dawn jinkludu dritt li jintuża l-isem kummerċjali tal-akkwirent fi ftehim ta’ franchise jew dritt li tintuża t-teknoloġija tal-akkwirent taħt ftehim tal-liċenzja ta’ teknoloġija. Dritt riakkwistat huwa assi intanġibbli identifikabbli li l-akkwirent jirrikonoxxi separatament mill-avvjament. Il-paragrafu 29 jipprovdi gwida dwar il-kejl ta’ dritt riakkwistat u l-paragrafu 55 jipprovdi gwida dwar il-kontabbiltà sussegwenti għal dritt riakkwistat.

B36 Jekk it-termini tal-kuntratt li jagħtu lok għal dritt riakkwistat ikunu favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini ta’ tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess entrati jew entrati simili, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi qligħ jew telf ta’ saldu. Il-paragrafu B52 jipprovdi gwida dwar il-kejl ta’ dak il-qligħ jew telf ta’ saldu.

Forza tax-xogħol miġbura u entrati oħrajn li mhumiex identifikabbli

B37 L-akkwirent għandu jaqleb f’avvjament il-valur ta’ assi intanġibbli akkwistat li ma jkunx identifikabbli fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, akkwirent jista’ jattribwixxi valur għall-eżistenza ta’ forza tax-xogħol miġbura, li huwa ġabra eżistenti ta’ impjegati li tippermetti li l-akkwirent ikompli jopera negozju akkwistat mid-data tal-akkwiżizzjoni. Forza tax-xogħol miġbura ma tirrappreżentax il-kapital intellettwali tal-forza tax-xogħol imħarrġa—l-għarfien u l-esperjenza (spiss speċjalizzati) li l-impjegati ta’ akkwiżit iġibu magħhom f’xogħolhom. Peress li l-forza tax-xogħol miġbura mhijiex assi identifikabbli li għandu jiġi rikonoxxut separatament mill-avvjament, kwalunkwe valur attribwit lilu għandu jinqaleb f’avvjament.

B38 L-akkwirent għandu jaqleb ukoll f’avvjament kwalunkwe valur attribwit lil entrati li ma jikkwalifikawx bħala assi fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jattribwixxi valur għal kuntratti potenzjali li l-akkwirent ikun qed jinnegozja ma’ konsumaturi ġodda prospettivi fid-data tal-akkwiżizzjoni. Peress li dawk il-kuntratti potenzjali mhumiex fihom infushom assi fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent ma jirrikonoxxihomx separatament mill-avvjament. Jenħtieġ li l-akkwirent ma jirriklassifikax sussegwentement, għal eventi li jseħħu wara d-data tal-akkwiżizzjoni, li-valur ta’ dawk il-kuntratti mill-avvjament. Madankollu, jenħtieġ li l-akkwirent jivvaluta l-fatti u ċ-ċirkustanzi li jiċċirkondaw eventi li jseħħu ftit wara l-akkwiżizzjoni sabiex jiddetermina jekk assi intanġibbli rikonoxxibbli separatament kienx jeżisti fid-data tal-akkwiżizzjoni.

B39 Wara r-rikonoxximent inizjali, akkwirent jikkontabbilizza assi intanġibbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IAS 38 Assi Intanġibbli. Madankollu, kif deskritt fil-paragrafu 3 tal-IAS 38, il-kontabbiltà għal xi assi intanġibbli akkwistati wara r-rikonoxximent inizjali hija preskritta minn IFRSs oħrajn.

B40 Il-kriterji ta’ identifikabbiltà jiddeterminaw jekk assi intanġibbli jkunx rikonoxxut separatament mill-avvjament. Madankollu, il-kriterji la jipprovdu gwida għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli u lanqas jillimitaw is-suppożizzjonijiet użati fil-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli. Pereżempju, l-akkwirent iqis is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi intanġibbli, bħall-aspettattivi ta’ tiġdid futur ta’ kuntratti, fil-kejl tal-valur ġust. Mhuwiex meħtieġ li t-tiġdid innifsu jissodisfa l-kriterji ta’ identifikabbiltà. (Madankollu, ara l-paragrafu 29, li jistabbilixxi eċċezzjoni għall-prinċipju tal-kejl tal-valur ġust għad-drittijiet riakkwistati rikonoxxuti f’kombinament ta’ negozji.) Il-paragrafi 36 u 37 tal-IAS 38 jipprovdu gwida għad-determinazzjoni ta’ jekk jenħtieġx li l-assi intanġibbli jiġu kkombinati f’unità kontabbilistika waħda ma’ assi intanġibbli jew tanġibbli oħrajn.

KEJL TAL-VALUR ĠUST TA’ ASSI IDENTIFIKABBLI PARTIKULARI U TA’ INTERESS NONKONTROLLANTI F’AKKWIŻIT (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 18 U 19)

Assi bi flussi ta’ flus inċerti (provvedimenti ta’ valwazzjoni)

B41 L-akkwirent ma għandux jirrikonoxxi provvediment ta’ valwazzjoni separata fid-data tal-akkwiżizzjoni għal assi akkwistati f’kombinament ta’ negozji li jitkejlu fil-valuri ġusti fid-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom għaliex l-effetti tal-inċertezza dwar il-flussi futuri ta’ flus huma inklużi fil-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, minħabba li dan l-IFRS jirrikjedi li l-akkwirent ikejjel riċevibbli akkwistati, inkluż self, fil-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom fil-kontabbiltà għal kombinament ta’ negozji, l-akkwirent ma jirrikonoxxix provvediment ta’ valwazzjoni separat għall-flussi ta’ flus kuntrattwali preżunti li ma jistgħux jinġabru f’dik id-data jew kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni.

Assi soġġetti għal lokazzjonijiet operatorji li fihom l-akkwiżit ikun il-lokatur

B42 Meta jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ assi bħal bini jew privattiva li tkun soġġetta għal lokazzjoni operatorja li fiha l-akkwiżit ikun il-lokatur, l-akkwirent għandu jqis it-termini tal-lokazzjoni. L-akkwirent ma jirrikonoxxix assi jew obbligazzjoni separata jekk it-termini ta’ lokazzjoni operatorja jkunu favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq.

Assi li l-akkwirent ma jkollux il-ħsieb li juża jew li jkun beħsiebu juża b’mod li jkun differenti mill-mod kif jużawhom parteċipanti oħrajn fis-suq

B43 Sabiex iħares il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu, jew għal raġunijiet oħra, l-akkwirent jista’ jkollu l-intenzjoni li ma jużax assi mhux finanzjarju miksub b’mod attiv, jew jista’ ma jkollux l-intenzjoni li juża l-assi skont l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ ta’ assi intanġibbli ta’ riċerka u żvilupp miksub li l-akkwirent jippjana li juża b’mod difensiv billi ma jħallix lil oħrajn jużawh. Madankollu, l-akkwirent għandu jkejjel il-valur ġust tal-assi mhux finanzjarju filwaqt li jassumi l-ogħla u l-aħjar użu mill-parteċipanti fis-suq f’konformità mal-premessa ta’ valwazzjoni xierqa, kemm inizjalment kif ukoll meta jkejjel il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment għall-ittestjar sussegwenti tal-indeboliment.

Interess nonkontrollanti f’akkwiżit

B44 Dan l-IFRS jippermetti li l-akkwirent ikejjel interess nonkontrollanti fl-akkwiżit fil-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Xi drabi akkwirent ikun jista’ jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ interess nonkontrollanti fuq il-bażi ta’ prezz ikkwotat f’suq attiv għall-ishma ta’ ekwità (jiġifieri dawk mhux miżmuma mill-akkwirent). Madankollu, f’sitwazzjonijiet oħrajn, prezz ikkwotat f’suq attiv għall-ishma ta’ ekwità ma jkunx disponibbli. F’dawk is-sitwazzjonijiet, l-akkwirent ikejjel il-valur ġust tal-interess nonkontrollanti permezz ta’ tekniki oħrajn ta’ valwazzjoni.

B45 Il-valuri ġusti tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit u l-interess nonkontrollanti fuq bażi għal kull sehem jistgħu jvarjaw. Id-differenza ewlenija aktarx li tkun l-inklużjoni ta’ primjum ta’ kontroll fil-valur ġust għal kull sehem tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit jew, għall-kuntrarju, l-inklużjoni ta’ skont għan-nuqqas ta’ kontroll (magħruf ukoll bħala skont għall-interess nonkontrollanti) fil-valur ġust għal kull sehem tal-interess nonkontrollanti jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw primjum jew skont bħal dan meta jipprezzaw l-interess nonkontrollanti.

KEJL TAL-AVVJAMENT JEW TA’ QLIGĦ MINN XIRI BI PREZZ INNEGOZJAT

Kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit permezz ta’ tekniki ta’ valwazzjoni (applikazzjoni tal-paragrafu 33)

B46 F’kombinament ta’ negozji miksub mingħajr it-trasferiment ta’ korrispettiv, l-akkwirent irid jissostitwixxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tiegħu fl-akkwiżit għall-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv trasferit għall-kejl tal-avvjament jew qligħ fuq xiri bi prezz innegozjat (ara l-paragrafi 32–34).

Kunsiderazzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni għal kombinamenti ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni (applikazzjoni tal-paragrafu 33)

B47 Meta żewġ entitajiet ta’ benefiċċju komuni jikkombinaw flimkien, il-valur ġust tal-ekwità jew l-interessi tal-membri fl-akkwiżit (jew il-valur ġust tal-akkwiżit) jistgħu jitkejlu b’mod aktar affidabbli mill-valur ġust tal-interessi tal-membri trasferiti mill-akkwirent. F’dik is-sitwazzjoni, il-paragrafu 33 jeħtieġ li l-akkwirent jiddetermina l-ammont tal-avvjament billi juża l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi ta’ ekwità tal-akkwiżit minflok il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi ta’ ekwità tal-akkwirent trasferiti bħala korrispettiv. Barra minn hekk, l-akkwirent f’kombinament ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni għandu jirrikonoxxi l-assi netti tal-akkwiżit bħala żieda diretta mal-kapital jew l-ekwità fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu, u mhux bħala żieda fil-qligħ imfaddal, li huwa konsistenti mal-mod kif tipi oħrajn ta’ entitajiet japplikaw il-metodu tal-akkwiżizzjoni.

B48 Għalkemm f’ħafna modi huma simili għal negozji oħrajn, l-entitajiet ta’ benefiċċju komuni għandhom karatteristiki distinti li jirriżultaw primarjament minħabba l-fatt li l-membri tagħhom huma konsumaturi kif ukoll sidien. Membri ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni ġeneralment jistennew li jirċievu benefiċċji għas-sħubija tagħhom, spiss fil-forma ta’ tnaqqis fit-tariffi għal oġġetti u servizzi jew ta’ dividendi ta’ patroċinju. Il-porzjon ta’ dividendi ta’ patroċinju allokat lil kull membru spiss huwa bbażat fuq l-ammont ta’ negozju li l-membru jkun għamel mal-entità ta’ benefiċċju komuni matul is-sena.

B49 Jenħtieġ li l-kejl tal-valur ġust ta’ entità ta’ benefiċċju komuni jinkludi s-suppożizzjonijiet li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq dwar benefiċċji futuri tal-membri kif ukoll kwalunkwe suppożizzjoni rilevanti oħra li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq dwar l-entità ta’ benefiċċju komuni. Pereżempju, teknika ta’ valur preżenti tista’ tintuża sabiex jitkejjel il-valur ġust ta’ entità ta’ benefiċċju komuni. Jenħtieġ li l-flussi ta’ flus użati bħala inputs għall-mudell ikunu bbażati fuq il-flussi ta’ flus mistennija tal-entità ta’ benefiċċju komuni, li aktarx jirriflettu t-tnaqqis għall-benefiċċji tal-membri, bħal tariffi mnaqqsa mitluba għal oġġetti u servizzi.

DETERMINAZZJONI TA’ X’INHU PARTI MINN TRANŻAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 51 U 52)

B50 Jenħtieġ li l-akkwirent iqis il-fatturi li ġejjin, li la huma reċiprokament esklużivi u lanqas individwalment konklużivi, biex jiddetermina jekk tranżazzjoni hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit jew jekk it-tranżazzjoni hijiex separata mill-kombinament ta’ negozji:

(a)

ir-raġunijiet għat-tranżazzjoni — Li wieħed jifhem ir-raġunijiet għalfejn il-partijiet fil-kombinament (l-akkwirent u l-akkwiżit u s-sidien, id-diretturi u l-maniġers tagħhom—kif ukoll l-aġenti tagħhom) daħlu fi tranżazzjoni jew arranġament partikulari jista’ jixħet dawl fuq jekk hijiex parti mill-korrispettiv trasferit u mill-assi akkwistati jew obbligazzjonijiet assunti. Pereżempju, jekk tranżazzjoni ssir primarjament għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kkombinata, minflok primarjament għall-benefiċċju tal-akkwiżit jew dawk li kienu s-sidien tiegħu qabel il-kombinament, huwa inqas probabbli li dak il-porzjon tal-prezz tat-tranżazzjoni mħallas (u kwalunkwe assi jew obbligazzjoni relatata) ikun parti mill-iskambju għall-akkwiżit. Għaldaqstant, l-akkwirent jikkontabbilizza dak il-porzjon separatament mill-kombinament ta’ negozji.

(b)

min ta bidu għat-tranżazzjoni — Li wieħed jifhem min ta bidu għat-tranżazzjoni jista’ wkoll jixħet dawl fuq jekk hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. Pereżempju, tranżazzjoni jew event ieħor li jingħata bidu mill-akkwirent jista’ jsir għall-iskop li jiġu pprovduti benefiċċji ekonomiċi futuri lill-akkwirent jew lill-entità kombinata bi ftit jew ebda benefiċċju riċevut mill-akkwiżit jew minn dawk li kienu s-sidien tiegħu qabel il-kombinament. Min-naħa l-oħra, tranżazzjoni jew arranġament li jingħata bidu mill-akkwiżit jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu inqas huwa probabbli li jkun għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kombinata u aktar probabbli li jkun parti mit-tranżazzjoni tal-kombinament ta’ negozji.

(c)

it-twaqqit tat-tranżazzjoni — It-twaqqit tat-tranżazzjoni jista’ wkoll jixħet dawl fuq jekk hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. Pereżempju, tranżazzjoni bejn l-akkwirent u l-akkwiżit li sseħħ matul in-negozjati tat-termini ta’ kombinament ta’ negozji tista’ tkun saret bil-ħsieb tal-kombinament ta’ negozji sabiex jiġu pprovduti benefiċċji ekonomiċi futuri lill-akkwirent tal-entità kombinata. F’dan il-każ, l-akkwiżit jew dawk li kienu s-sidien tiegħu qabel il-kombinament ta’ negozji aktarx li jirċievu ftit jew ebda benefiċċju mit-tranżazzjoni ħlief għall-benefiċċji li jirċievu bħala parti mill-entità kombinata.

Saldu effettiv ta’ relazzjoni diġà eżistenti qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit f’kombinament ta’ negozji (applikazzjoni tal-paragrafu 52(a))

B51 L-akkwirent u l-akkwiżit jista’ jkollhom relazzjoni li kienet diġà teżisti qabel ma kkontemplaw il-kombinament ta’ negozji, hawnhekk imsejħa “relazzjoni diġà eżistenti”. Relazzjoni diġà eżistenti bejn l-akkwirent u l-akkwiżit tista’ tkun kuntrattwali (pereżempju, bejjiegħ u konsumatur jew liċenzjatur u liċenzjat) jew mhux kuntrattwali (pereżempju, attur u konvenut).

B52 Jekk il-kombinament ta’ negozji effettivament jissalda relazzjoni diġà eżistenti, l-akkwirent jirrikonoxxi qligħ jew telf, imkejjel kif ġej:

(a) 

għal relazzjoni mhux kuntrattwali diġà eżistenti (bħal kawża legali), il-valur ġust.

(b) 

għal relazzjoni kuntrattwali diġà eżistenti, l-inqas bejn (i) u (ii):

(i) 

l-ammont li bih il-kuntratt ikun favorevoli jew sfavorevoli mill-perspettiva tal-akkwirent meta mqabbel mat-termini għal tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess entrata jew entrati simili. (Kuntratt sfavorevoli huwa kuntratt li jkun sfavorevoli f’termini tat-termini kurrenti tas-suq. Mhuwiex bilfors kuntratt oneruż li fih il-kostijiet inevitabbli sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu taħt il-kuntratt jaqbżu l-benefiċċji ekonomiċi li mistennija jiġu riċevuti taħtu.)

(ii) 

l-ammont ta’ kwalunkwe provvediment ta’ saldu mniżżla fil-kuntratt li jkun disponibbli għall-kontroparti li għaliha l-kuntratt ikun sfavorevoli.

Jekk (ii) ikun inqas minn (i), id-differenza tiġi inkluża bħala parti mill-kontabbiltà tal-kombinament ta’ negozji.

L-ammont ta’ qligħ jew telf rikonoxxut jista’ jiddependi parzjalment fuq jekk l-akkwirent kienx irrikonoxxa preċedentement assi jew obbligazzjoni relatat/a, u għaldaqstant il-qligħ jew it-telf irrapportat jista’ jvarja mill-ammont ikkalkulat bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti hawn fuq imsemmija.

B53 Relazzjoni diġà eżistenti tista’ tkun kuntratt li l-akkwirent jirrikonoxxi bħala dritt riakkwistat. Jekk il-kuntratt jinkludi termini li jkunu favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mal-ipprezzar għal tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess entrati jew entrati simili, l-akkwirent jirrikonoxxi, separatament mill-kombinament ta’ negozji, qligħ jew telf għas-saldu effettiv tal-kuntratt, imkejjel f’konformità mal-paragrafu B52.

Arranġamenti għal pagamenti kontinġenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbigħu (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))

B54 Jekk arranġamenti għal pagamenti kontinġenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbigħu humiex korrispettiv kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji jew humiex tranżazzjonijiet separati jiddependi fuq in-natura tal-arranġamenti. Sabiex tiġi vvalutata n-natura tal-arranġament jista’ jkun utli li wieħed jifhem ir-raġunijiet għalfejn il-ftehim ta’ akkwiżizzjoni jinkludi provvediment għal pagamenti kontinġenti, min ta bidu għall-arranġament u meta l-partijiet daħlu fl-arranġament.

B55 Jekk ma jkunx ċar jekk arranġament għal pagamenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbigħu huwiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit jew huwiex tranżazzjoni separata mill-kombinament ta’ negozji, jenħtieġ li l-akkwirent iqis dawn l-indikaturi:

(a)

Impjieg kontinwu — It-termini ta’ impjieg kontinwu mill-azzjonisti li jbigħu li jsiru impjegati kruċjali jistgħu jkunu indikatur tas-sustanza ta’ arranġament ta’ korrispettiv kontinġenti. It-termini rilevanti tal-impjieg kontinwu jistgħu jiġu inklużi fi ftehim ta’ impjieg, fi ftehim tal-akkwiżizzjoni jew f’xi dokument ieħor. Arranġament ta’ korrispettiv kontinġenti li fih il-pagamenti awtomatikament jintilfu jekk jintemm l-impjieg huwa remunerazzjoni għal servizzi ta’ wara l-kombinament. Arranġamenti li fihom il-pagamenti kontinġenti mhumiex affettwati mit-terminazzjoni tal-impjieg jistgħu jindikaw li l-pagamenti kontinġenti huma korrispettiv addizzjonali u mhux remunerazzjoni.

(b)

Durata tal-impjieg kontinwu — Jekk il-perjodu tal-impjieg meħtieġ ikun daqs jew itwal mill-perjodu tal-pagament kontinġenti, dak il-fatt jista’ jindika li l-pagamenti kontinġenti huma, essenzjalment, remunerazzjoni.

(c)

Livell ta’ remunerazzjoni — Sitwazzjonijiet fejn ir-remunerazzjoni tal-impjegat apparti l-pagamenti kontinġenti tkun f’livell raġonevoli meta mqabbla ma’ dik ta’ impjegati kruċjali oħrajn fl-entità kkombinata jistgħu jindikaw li l-pagamenti kontinġenti huma korrispettiv addizzjonali minflok remunerazzjoni.

(d)

Pagamenti inkrementali lill-impjegati — Jekk l-azzjonisti li jbigħu u li ma jsirux impjegati jirċievu pagamenti kontinġenti aktar baxxi fuq bażi għal kull sehem mill-azzjonisti li jbigħu u li jsiru impjegati tal-entità kombinata, dak il-fatt jista’ jindika li l-ammont inkrementali tal-pagamenti kontinġenti lill-azzjonisti li jbigħu u li jsiru impjegati huwa remunerazzjoni.

(e)

Għadd ta’ ishma miżmuma — L-għadd relattiv ta’ ishma li jkollhom l-azzjonisti li jbigħu li jibqgħu bħala impjegati kruċjali jista’ jkun indikatur tas-sustanza tal-arranġament tal-korrispettiv kontinġenti. Pereżempju, jekk l-azzjonisti li jbigħu u li sostanzjalment kellhom l-ishma kollha fl-akkwiżit ikomplu bħala impjegati kruċjali, dak il-fatt jista’ jindika li l-arranġament huwa, essenzjalment, arranġament għall-kondiviżjoni tal-profitti maħsub biex jipprovdi remunerazzjoni għal servizzi ta’ wara l-kombinament. Alternattivament, jekk l-azzjonisti li jbigħu u li jkomplu bħala impjegati kruċjali kellhom biss għadd żgħir ta’ ishma fl-akkwiżit u l-azzjonisti kollha li jbigħu jirċievu l-istess ammont ta’ korrispettiv kontinġenti fuq bażi għal kull sehem, dak il-fatt jista’ jindika li l-pagamenti kontinġenti huma korrispettiv addizzjonali. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-interessi propjetarji ta’ qabel l-akkwiżizzjoni miżmuma minn partijiet relatati mal-azzjonisti li jbigħu u li jkomplu bħala impjegati kruċjali, bħal membri tal-familja.

(f)

Konnessjoni mal-valwazzjoni — Jekk il-korrispettiv inizjali ttrasferit fid-data tal-akkwiżizzjoni jkun ibbażat fuq livell in-naħa ta’ isfel ta’ medda stabbilita fil-valwazzjoni tal-akkwiżit u l-formola kontinġenti tkun relatata ma’ dak l-approċċ ta’ valwazzjoni, dak il-fatt jista’ jissuġġerixxi li l-pagamenti kontinġenti jkunu korrispettiv addizzjonali. Alternattivament, jekk il-formola ta’ pagament kontinġenti tkun konsistenti ma’ arranġamenti preċedenti għall-kondiviżjoni tal-profitti, dak il-fatt jista’ jissuġġerixxi li s-sustanza tal-arranġament hija li jipprovdi remunerazzjoni.

(g)

Formola għad-determinazzjoni tal-korrispettiv — Il-formola użata biex jiġi ddeterminat il-pagament kontinġenti tista’ tkun utli fil-valutazzjoni tas-sustanza tal-arranġament. Pereżempju, jekk pagament kontinġenti jkun determinat fuq il-bażi ta’ qligħ multiplu, dak jista’ jissuġġerixxi li l-obbligu jkun korrispettiv kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji u li l-formola tkun maħsuba biex tistabbilixxi jew tivverifika l-valur ġust tal-akkwiżit. Għall-kuntrarju, pagament kontinġenti li jkun persentaġġ speċifikat tal-qligħ jista’ jissuġġerixxi li l-obbligu lejn l-impjegati jkun arranġament għall-kondiviżjoni tal-profitti biex jiġu rrimunerati l-impjegati għas-servizzi mogħtija.

(h)

Ftehimiet u kwistjonijiet oħra — It-termini ta’ arranġamenti oħra mal-azzjonisti li jbigħu (bħal ftehimiet biex ma ssirx kompetizzjoni, kuntratti eżekutorji, kuntratti ta’ konsulenza u ftehimiet għal-lokazzjoni ta’ propjetà) u t-trattament tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ pagamenti kontinġenti jistgħu jindikaw li l-pagamenti kontinġenti huma attribwibbli għal xi ħaġa differenti mill-pagamenti għall-akkwiżit. Pereżempju, b’konnessjoni mal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent jista’ jidħol f’arranġament għal-lokazzjoni ta’ propjetà ma’ azzjonist sinifikanti li jkun qed ibigħ. Jekk il-pagamenti tal-lokazzjoni speċifikati fil-kuntratt ta’ lokazzjoni jkunu inqas b’mod sinifikanti minn dawk tas-suq, xi wħud mill-pagamenti kontinġenti jew kollha lil-lokatur (l-azzjonist li jbigħ) meħtieġa permezz ta’ arranġament separat għal pagamenti kontinġenti jistgħu jkunu, essenzjalment, pagamenti għall-użu tal-propjetà li ssir lokazzjoni tagħha li l-akkwirent jenħtieġ li jirrikonoxxi separatament fir-rapporti finanzjarji tiegħu ta’ wara l-kombinament. Min-naħa l-oħra, jekk il-kuntratt ta’ lokazzjoni jispeċifika pagamenti ta’ lokazzjoni li huma konsistenti mat-termini tas-suq għall-propjetà li ssir lokazzjoni tagħha, l-arranġament għal pagamenti kontinġenti lill-azzjonist li jbigħ jista’ jkun korrispettiv kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji.

Għotjiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati għal għotjiet miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))

B56 Akkwirent jista’ jiskambja l-għotjiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma tiegħu ( 44 ) (għotjiet ta’ sostituzzjoni) għal għotjiet miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit. Skambji ta’ opzjonijiet fuq l-ishma jew għotjiet oħra ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma flimkien ma’ kombinament ta’ negozji huma kontabbilizzati bħala modifiki ta’ għotjiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma f’konformità mal-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma. Jekk l-akkwirent jissostitwixxi l-għotjiet tal-akkwiżit, il-miżura kollha bbażata fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni tal-akkwirent jew porzjon minnha għandha tiġi inkluża fil-kejl tal-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozji. Il-paragrafi B57–B62 jipprovdu gwida dwar kif għandha tiġi allokata l-miżura bbażata fuq is-suq. Madankollu, f’sitwazzjonijiet li fihom l-għotjiet tal-akkwiżit jiskadu b’konsegwenza ta’ kombinament ta’ negozji u jekk l-akkwirent jissostitwixxi dawk l-għotjiet meta ma jkunx obbligat jagħmel dan, il-miżura kollha bbażata fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala l-kost tar-remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament f’konformità mal-IFRS 2. Jiġifieri, xejn mill-miżura bbażata fuq is-suq ta’ dawk l-għotjiet ma għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozji. L-akkwirent huwa obbligat jissostitwixxi l-għotjiet tal-akkwiżit jekk l-akkwiżit jew l-impjegati tiegħu jkollhom il-kapaċità li jinfurzaw is-sostituzzjoni. Pereżempju, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-gwida, l-akkwirent ikun obbligat jissostitwixxi l-għotjiet tal-akkwiżit jekk is-sostituzzjoni tkun meħtieġa minn:

(a) 

it-termini tal-ftehim tal-akkwiżizzjoni;

(b) 

it-termini tal-għotjiet tal-akkwiżit; jew

(c) 

il-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli.

B57 Biex jiġi determinat il-porzjon ta’ għotja ta’ sostituzzjoni li tkun parti mill-korrispettiv trasferit għall-akkwiżit u l-porzjon li jkun remunerazzjoni għal servizz ta’ wara l-kombinament, l-akkwirent għandu jkejjel kemm l-għotjiet ta’ sostituzzjoni mogħtija mill-akkwirent kif ukoll il-premji tal-akkwiżit fid-data tal-akkwiżizzjoni f’konformità mal-IFRS 2. Il-porzjon tal-miżura bbażata fuq is-suq tal-għotja ta’ sostituzzjoni li huwa parti mill-korrispettiv trasferit bi skambju għall-akkwiżit huwa ugwali għall-porzjon tal-għotja tal-akkwiżit li hija attribwibbli għas-servizz ta’ qabel il-kombinament.

B58 Il-porzjon tal-għotja ta’ sostituzzjoni attribwibbli għas-servizz ta’ qabel il-kombinament huwa l-miżura bbażata fuq is-suq tal-għotja tal-akkwiżit immultiplikata bil-proporzjon tal-porzjon tal-perjodu tal-vestiment komplut għall-akbar mill-perjodu totali tal-vestiment jew il-perjodu oriġinali tal-vestiment tal-għotja tal-akkwiżit. Il-perjodu tal-vestiment huwa l-perjodu li matulu l-kundizzjonijiet speċifikati kollha tal-vestiment għandhom jiġu ssodisfati. Il-kundizzjonijiet tal-vestiment huma definiti fl-IFRS 2.

B59 Il-porzjon ta’ għotja ta’ sostituzzjoni mhux vestita attribwibbli għal servizz ta’ wara l-kombinament, u għaldaqstant rikonoxxut bħala kost ta’ remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament, huwa ugwali għall-miżura totali bbażata fuq is-suq tal-għotja ta’ sostituzzjoni mingħajr l-ammont attribwit għal servizz ta’ qabel il-kombinament. Għaldaqstant, l-akkwirent jattribwixxi kwalunkwe eċċess tal-miżura bbażata fuq is-suq tal-għotja ta’ sostituzzjoni fuq il-miżura bbażata fuq is-suq tal-għotja tal-akkwiżit għal servizz ta’ wara l-kombinament u jirrikonoxxi dak l-eċċess bħala kost ta’ remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament. L-akkwirent għandu jattribwixxi porzjon ta’ għotja ta’ sostituzzjoni lil servizz ta’ wara l-kombinament jekk ikun jeħtieġ servizz ta’ wara l-kombinament, irrispettivament minn jekk l-impjegati jkunux taw is-servizz kollu meħtieġ biex l-għotjiet tal-akkwiżit tagħhom jiġu vestiti qabel id-data tal-akkwiżizzjoni.

B60 Il-porzjon ta’ għotja ta’ sostituzzjoni mhux vestita attribwibbli għal servizz ta’ qabel il-kombinament, kif ukoll il-porzjon attribwibbli għal servizz ta’ wara l-kombinament, għandhom jirriflettu l-aħjar stima possibbli tal-għadd ta’ għotjiet ta’ sostituzzjoni li jkunu mistennija jiġu vestiti. Pereżempju, jekk il-miżura bbażata fuq is-suq tal-porzjon ta’ għotja ta’ sostituzzjoni attribwita lil servizz ta’ qabel il-kombinament tkun ta’ CU 100 u l-akkwirent ikun jistenna li 95 fil-mija biss tal-għotja se tiġi vestita, l-ammont inkluż fil-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozji huwa ta’ CU 95. Bidliet fl-għadd stmat ta’ għotjiet ta’ sostituzzjoni mistennija li jiġu vestiti huma riflessi fil-kost ta’ remunerazzjoni għall-perjodi li matulhom iseħħu l-bidliet jew ir-rinunzji—mhux bħala aġġustamenti għall-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozji. Bl-istess mod, l-effetti ta’ eventi oħrajn, bħal modifiki jew l-eżitu finali ta’ għotjiet b’kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni, li jseħħu wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 2 sabiex jiġi determinat il-kost tar-remunerazzjoni għall-perjodu li fih iseħħ event.

B61 L-istess rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-porzjonijiet ta’ għotja ta’ sostituzzjoni attribwibbli għas-servizz ta’ qabel u ta’ wara l-kombinament japplikaw irrispettivament minn jekk għotja ta’ sostituzzjoni tkunx ikklassifikata bħala obbligazzjoni jew bħala strument ta’ ekwità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IFRS 2. Il-bidliet kollha fil-miżura bbażata fuq is-suq ta’ għotjiet klassifikati bħala obbligazzjonijiet wara d-data tal-akkwiżizzjoni u l-effetti relatati tat-taxxa fuq l-introjtu huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament tal-akkwirent fil-perjodu/i meta jseħħu l-bidliet.

B62 L-effetti tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ għotjiet ta’ sostituzzjoni ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma għandhom jiġu rikonoxxuti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu.

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b’ekwità tal-akkwiżit

B62A L-akkwiżit jista’ jkollu tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma pendenti li l-akkwirent ma jiskambjax għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma tiegħu. Jekk vestiti, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma tal-akkwiżit ikunu parti mill-interess nonkontrollanti fl-akkwiżit u jitkejlu fil-miżura bbażata fuq is-suq tagħhom. Jekk ma jkunux vestiti, dawn jitkejlu fil-miżura bbażata fuq is-suq tagħhom bħallikieku d-data tal-akkwiżizzjoni kienet id-data tal-għotja f’konformità mal-paragrafi 19 u 30.

B62B Il-miżura bbażata fuq is-suq tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma mhux vestiti hija allokata għall-interess nonkontrollanti fuq il-bażi tal-proporzjon tal-parti tal-perjodu tal-vestiment komplut sal-akbar bejn il-perjodu tal-vestiment totali u l-perjodu tal-vestiment oriġinali tat-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq l-ishma. Il-bilanċ huwa allokat għas-servizz ta’ wara l-kombinament.

IFRSS OĦRAJN LI JIPPROVDU GWIDA DWAR KEJL U KONTABBILTÀ SUSSEGWENTI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 54)

B63 Eżempji ta’ IFRSs oħra li jipprovdu gwida dwar il-kejl u l-kontabbiltà sussegwenti għal assi akkwistati u obbligazzjonijiet assunti jew imġarrba f’kombinament ta’ negozji jinkludu:

(a) 

L-IAS 38 jippreskrivi l-kontabbiltà għal assi intanġibbli identifikabbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji. L-akkwirent ikejjel l-avvjament fl-ammont rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni mingħajr ebda telf minn indeboliment. L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi jippreskrivi l-kontabbiltà għal telf minn indeboliment.

(b) 

[imħassar]

(c) 

L-IAS 12 jippreskrivi l-kontabbiltà sussegwenti għal assi ta’ taxxa differita (inklużi assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti) u għal obbligazzjonijiet akkwistati f’kombinament ta’ negozji.

(d) 

L-IFRS 2 jipprovdi gwida dwar kejl u kontabbiltà sussegwenti għall-porzjon ta’ għotjiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ta’ sostituzzjoni maħruġa minn akkwirent li jkun attribwibbli għas-servizzi futuri tal-impjegati.

(e) 

L-IFRS 10 jipprovdi gwida għall-kontabbiltà tal-bidliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija omm f’sussidjarja wara li jinkiseb il-kontroll.

DIVULGAZZJONIJIET (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 59 U 61)

B64 Sabiex jilħaq l-objettiv tal-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni li ġejja għal kull kombinament ta’ negozji li jseħħ matul il-perjodu ta’ rapportar:

(a) 

l-isem u deskrizzjoni tal-akkwiżit.

(b) 

id-data tal-akkwiżizzjoni.

(c) 

il-persentaġġ ta’ interessi ta’ ekwità bid-dritt tal-vot akkwistati.

(d) 

ir-raġunijiet ewlenin għall-kombinament ta’ negozji u deskrizzjoni ta’ kif l-akkwirent kiseb kontroll tal-akkwiżit.

(e) 

deskrizzjoni kwalitattiva tal-fatturi li jikkostitwixxu l-avvjament rikonoxxut, bħal sinerġiji mistennija mill-kombinament ta’ operazzjonijiet tal-akkwiżit u tal-akkwirent, assi intanġibbli li ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent separat jew fatturi oħrajn.

(f) 

il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv totali trasferit u l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ kull klassi ewlenija ta’ korrispettiv, bħal:

(i) 

flus;

(ii) 

assi tanġibbli jew intanġibbli oħrajn, inkluż negozju jew sussidjarja tal-akkwirent;

(iii) 

obbligazzjonijiet imġarrba, pereżempju, obbligazzjoni ta’ korrispettiv kontinġenti; u

(iv) 

l-interessi ta’ ekwità tal-akkwirent, inkluż l-għadd ta’ strumenti jew interessi maħruġa jew li jistgħu jinħarġu u l-metodu tal-kejl tal-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti jew interessi.

(g) 

għal arranġamenti ta’ korrispettiv kontinġenti u assi ta’ indennifikazzjoni:

(i) 

l-ammont rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ii) 

deskrizzjoni tal-arranġament u l-bażi biex jiġi determinat l-ammont tal-pagament; u

(iii) 

stima tal-firxa ta’ eżiti (mhux skontati) jew, jekk firxa ma tistax tiġi stmata, dak il-fatt u r-raġunijiet għalfejn firxa ma tistax tiġi stmata. Jekk l-ammont massimu tal-pagament ma jkunx limitat, l-akkwirent għandu jiddivulga dak il-fatt.

(h) 

għal riċevibbli akkwistati:

(i) 

il-valur ġust tar-riċevibbli;

(ii) 

l-ammonti kuntrattwali grossi riċevibbli; u

(iii) 

l-aħjar stima fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali mhux mistennija li jinġabru.

Id-divulgazzjonijiet għandhom jiġu pprovduti skont il-klassi prinċipali tar-riċevibbli, bħal self, lokazzjonijiet finanzjarji diretti u kwalunkwe klassi oħra ta’ riċevibbli.

(i) 

l-ammonti rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni għal kull klassi prinċipali ta’ assi akkwistati u obbligazzjonijiet assunti.

(j) 

għal kull obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta f’konformità mal-paragrafu 23, l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 85 tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Jekk obbligazzjoni kontinġenti ma tkunx rikonoxxuta minħabba li l-valur ġust tagħha ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, l-akkwirent għandu jiddivulga:

(i) 

l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 86 tal-IAS 37; u

(ii) 

ir-raġunijiet għalfejn l-obbligazzjoni ma tistax titkejjel b’mod affidabbli.

(k) 

l-ammont totali ta’ avvjament li jkun mistenni li jista’ jitnaqqas għal finijiet ta’ taxxa.

(l) 

għal tranżazzjonijiet li huma rikonoxxuti separatament mill-akkwiżizzjoni ta’ assi u l-assunzjoni ta’ obbligazzjonijiet fil-kombinament ta’ negozji f’konformità mal-paragrafu 51:

(i) 

deskrizzjoni ta’ kull tranżazzjoni;

(ii) 

kif l-akkwirent ikkontabbilizza kull tranżazzjoni;

(iii) 

l-ammonti rikonoxxuti għal kull tranżazzjoni u l-entrata f’linja fir-rapporti finanzjarji li fiha kull ammont huwa rikonoxxut; u

(iv) 

jekk it-tranżazzjoni tkun is-saldu effettiv ta’ relazzjoni diġà eżistenti, il-metodu użat biex jiġi determinat l-ammont tas-saldu.

(m) 

id-divulgazzjoni ta’ tranżazzjonijiet rikonoxxuti separatament li huma meħtieġa minn (l) għandha tinkludi l-ammont tal-kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni u, separatament, l-ammont ta’ dawk il-kostijiet rikonoxxuti bħala spiża u l-entrata jew l-entrati f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv li fih ikunu rikonoxxuti dawk l-ispejjeż. Għandu jiġi ddivulgat ukoll l-ammont ta’ kwalunkwe kost ta’ ħruġ mhux rikonoxxut bħala spiża u kif ġie rikonoxxut.

(n) 

f’xiri bi prezz innegozjat (ara l-paragrafi 34-36):

(i) 

l-ammont ta’ qligħ rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 34, u l-entrata f’linja fir-rapport ta’ dħul komplessiv li fiha huwa rikonoxxut il-qligħ; u

(ii) 

deskrizzjoni tar-raġunijiet għaliex it-tranżazzjoni rriżultat fi qligħ.

(o) 

għal kull kombinament ta’ negozji li fih l-akkwirent iżomm inqas minn 100 fil-mija tal-interessi ta’ ekwità fl-akkwiżit fid-data tal-akkwiżizzjoni:

(i) 

l-ammont ta’ interess nonkontrollanti fl-akkwiżit rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni u l-bażi tal-kejl għal dak l-ammont; u

(ii) 

għal kull interess nonkontrollanti f’akkwiżit imkejjel fil-valur ġust, it-teknika/i ta’ valwazzjoni u l-inputs sinifikanti użati għall-kejl ta’ dak il-valur.

(p) 

f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji:

(i) 

il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess ta’ ekwità fl-akkwiżit miżmum mill-akkwirent immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni; u

(ii) 

l-ammont ta’ kwalunkwe qligħ jew telf rikonoxxut b’riżultat ta’ kejl mill-ġdid fil-valur ġust tal-interess ta’ ekwità fl-akkwiżit miżmum mill-akkwirent qabel il-kombinament ta’ negozji (ara l-paragrafu 42) u l-entrata f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv li fiha huwa rikonoxxut dak il-qligħ jew telf.

(q) 

l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

l-ammonti ta’ dħul u profitt jew telf tal-akkwiżit sa mid-data tal-akkwiżizzjoni inklużi fir-rapport tal-introjtu komprensiv konsolidat għall-perjodu ta’ rapportar; u

(ii) 

id-dħul u l-profitt jew telf tal-entità kombinata għall-perjodu ta’ rapportar kurrenti bħallikieku d-data tal-akkwiżizzjoni għall-kombinamenti ta’ negozji kollha li seħħew matul is-sena kienu sa mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali.

Jekk id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa minn dan is-subparagrafu tkun imprattikabbli, l-akkwirent għandu jiddivulga dak il-fatt u jispjega għaliex id-divulgazzjoni hija imprattikabbli. Dan l-IFRS juża t-terminu “imprattikabbli” bl-istess tifsira bħal fl-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

B65 Għal kombinamenti ta’ negozji individwalment immaterjali li jseħħu matul il-perjodu ta’ rapportar u li jkunu materjali kollettivament, l-akkwirent għandu jiddivulga b’mod aggregat l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu B64(e)–(q).

B66 Jekk id-data tal-akkwiżizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji tkun wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-pubblikazzjoni, l-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu B64 ħlief jekk il-kontabbiltà inizjali għall-kombinament ta’ negozji ma tkunx kompluta fil-ħin meta r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-pubblikazzjoni. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jiddeskrivi liema divulgazzjonijiet ma setgħux isiru u r-raġunijiet għaliex ma jistgħux isiru.

B67 Sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 61, l-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni li ġejja għal kull kombinament ta’ negozji materjali jew b’mod aggregat għal kombinamenti ta’ negozji individwalment immaterjali li jkunu materjali kollettivament:

(a) 

jekk il-kontabbiltà inizjali għal kombinament ta’ negozji ma tkunx kompluta (ara l-paragrafu 45) għal assi, obbligazzjonijiet, interessi nonkontrollanti jew entrati ta’ korrispettiv u, b’hekk, l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għall-kombinament ta’ negozji jkunu ġew determinati biss proviżorjament:

(i) 

ir-raġunijiet għaliex il-kontabbiltà inizjali għall-kombinament ta’ negozji mhijiex kompluta;

(ii) 

l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-interessi ta ekwità jew l-entrati ta’ korrispettiv li għalihom il-kontabbiltà inizjali ma tkunx kompluta; u

(iii) 

in-natura u l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-perjodu tal-kejl rikonoxxut matul il-perjodu ta’ rapportar f’konformità mal-paragrafu 49.

(b) 

għal kull perjodu ta’ rapportar wara d-data tal-akkwiżizzjoni sakemm l-entità tiġbor, tbigħ jew b’xi mod ieħor titlef id-dritt għal assi ta’ korrispettiv kontinġenti, jew sakemm l-entità ssalda obbligazzjoni ta’ korrispettiv kontinġenti jew l-obbligazzjoni tiġi kanċellata jew tiskadi:

(i) 

kwalunkwe bidla fl-ammonti rikonoxxuti, inkluż kwalunkwe differenza li tirriżulta mas-saldu;

(ii) 

kwalunkwe bidla fil-firxa ta’ eżiti (mhux skontati) u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet; u

(iii) 

it-tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs ewlenin tal-mudelli użati biex jitkejjel il-korrispettiv kontinġenti.

(c) 

għal obbligazzjonijiet kontinġenti rikonoxxuti f’kombinament ta’ negozji, l-akkwirent għandu jiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 84 u 85 tal-IAS 37 għal kull klassi ta’ provvediment.

(d) 

rikonċiljazzjoni tal-ammont riportat tal-avvjament fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar li juri separatament:

(i) 

l-ammont gross u t-telf akkumulat minn indeboliment fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar.

(ii) 

avvjament addizzjonali rikonoxxut matul il-perjodu ta’ rapportar, minbarra avvjament inkluż fi grupp tad-disponiment li, mal-akkwiżizzjoni, jissodisfa l-kriterji biex jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

(iii) 

aġġustamenti li jirriżultaw mir-rikonoxximent sussegwenti ta’ assi ta’ taxxa differita matul il-perjodu ta’ rapportar f’konformità mal-paragrafu 67.

(iv) 

avvjament inkluż fi grupp tad-disponiment klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 u avvjament li r-rikonoxximent tiegħu ġie rtirat matul il-perjodu ta’ rapportar mingħajr ma qabel kien inkluż fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ.

(v) 

telf minn indeboliment rikonoxxut matul il-perjodu ta’ rapportar f’konformità mal-IAS 36. (Minbarra dan ir-rekwiżit l-IAS 36 jeħtieġ divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-ammont rekuperabbli u l-indeboliment tal-avvjament.)

(vi) 

differenzi netti fir-rati tal-kambju li joriġinaw matul il-perjodu ta’ rapportar f’konformità mal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju.

(vii) 

kwalunkwe bidla oħra fl-ammont riportat matul il-perjodu ta’ rapportar.

(viii) 

l-ammont gross u t-telf minn indeboliment akkumulat fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

(e) 

l-ammont u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe qligħ jew telf rikonoxxut fil-perjodu ta’ rapportar kurrenti li:

(i) 

huwa relatat mal-assi identifikabbli akkwistati jew l-obbligazzjonijiet assunti f’kombinament ta’ negozji li kien imwettaq fil-perjodu ta’ rapportar kurrenti jew preċedenti; u

(ii) 

huwa ta’ daqs, natura jew inċidenza tali li d-divulgazzjoni tiegħu tkun rilevanti biex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji tal-entità kombinata.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI GĦAL KOMBINAMENTI TA’ NEGOZJI LI JINVOLVU BISS ENTITAJIET TA’ BENEFIĊĊJU KOMUNI JEW B’KUNTRATT BISS (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 66)

B68 Il-paragrafu 64 jipprovdi li dan l-IFRS japplika b’mod prospettiv għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali jew wara li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità għandha tapplika dan l-IFRS biss fil-bidu ta’ perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2007 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel id-data effettiva tiegħu, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt u għandha tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) fl-istess ħin.

B69 Ir-rekwiżit li dan l-IFRS jiġi applikat b’mod prospettiv għandu l-effett li ġej għal kombinament ta’ negozji li jinvolvi biss entitajiet ta’ benefiċċju komuni jew b’kuntratt biss jekk id-data tal-akkwiżizzjoni għal dak il-kombinament ta’ negozji tkun qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS:

(a)

Klassifikazzjoni — Entità għandha tkompli tikklassifika l-kombinamenti ta’ negozji preċedenti f’konformità mal-politika tal-kontabbiltà preċedenti tal-entità għal tali kombinamenti.

(b)

Avvjament rikonoxxut preċedentement — Fil-bidu tal-ewwel perjodu annwali li fih jiġi applikat dan l-IFRS, l-ammont riportat ta’ avvjament li joriġina mill-kombinament ta’ negozji preċedenti għandu jkun l-ammont riportat tiegħu f’dik id-data f’konformità mal-politiki tal-kontabbiltà preċedenti tal-entità. Sabiex tiddetermina dak l-ammont, l-entità għandha telimina l-ammont riportat ta’ kwalunkwe amortizzament akkumulat ta’ dak l-avvjament u t-tnaqqis korrispondenti fl-avvjament. Ebda aġġustament ieħor ma għandu jsir lill-ammont riportat ta’ avvjament.

(c)

Avvjament preċedentement rikonoxxut bħala tnaqqis mill-ekwità — Il-politiki tal-kontabbiltà preċedenti tal-entità setgħu rriżultaw biex avvjament li joriġina mill-kombinament ta’ negozji preċedenti jkun ġie rikonoxxut bħala tnaqqis mill-ekwità. F’dik is-sitwazzjoni l-entità ma għandhiex tirrikonoxxi l-avvjament bħala assi fil-bidu tal-ewwel perjodu annwali li fih jiġi applikat dan l-IFRS. Barra minn hekk, l-entità ma għandhiex tirrikonoxxi bħala profitt jew telf ebda parti minn dak l-avvjament meta tiddisponi min-negozju kollu jew parti minnu li miegħu l-avvjament ikun marbut jew meta tkun indebolita unità li tiġġenera l-flus li magħha jkun marbut l-avvjament.

(d)

Kontabbiltà sussegwenti għall-avvjament — Sa mill-bidu tal-ewwel perjodu annwali li fih jiġi applikat dan l-IFRS, entità ma għandhiex tkompli tamortizza l-avvjament li joriġina mill-kombinament ta’ negozji preċedenti u għandha tittestja l-avvjament għal indeboliment f’konformità mal-IAS 36.

(e)

Avvjament negattiv preċedentement rikonoxxut — Entità li tkun ikkontabbilizzat il-kombinament ta’ negozji preċedenti billi applikat il-metodu tax-xiri tista’ tkun irrikonoxxiet kreditu differit għal eċċess tal-interess tagħha fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tal-akkwiżit fuq il-kost ta’ dak l-interess (xi kultant imsejjaħ avvjament negattiv). F’dan il-każ, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-ammont riportat ta’ dak il-kreditu differit fil-bidu tal-ewwel perjodu annwali li fih huwa applikat dan l-IFRS b’aġġustament korrispondenti għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal f’dik id-data.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 5

Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jispeċifika l-kontabbiltà għal assi miżmuma għall-bejgħ, u l-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx. B’mod partikulari, l-IFRS jeħtieġ:

(a) 

li l-assi li jissodisfaw il-kriterji jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ biex jitkejlu skont l-inqas mill-ammont riportat u l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ, u li jieqaf id-deprezzament fuq assi bħal dawn; u

(b) 

li l-assi li jissodisfaw il-kriterji jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ biex jiġu ppreżentati separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx biex jiġu ppreżentati separatament fir-rapport tal-introjtu komprensiv.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Ir-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u ta’ preżentazzjoni ta’ dan l-IFRS japplikaw għall-assi mhux kurrenti ( 45 ) kollha rikonoxxuti u għall-gruppi tad-disponiment kollha ta’ entità. Ir-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-IFRS japplikaw għall-assi mhux kurrenti u l-gruppi tad-disponiment kollha rikonoxxuti (kif stabbilit fil-paragrafu 4), ħlief għal dawk l-assi elenkati fil-paragrafu 5 li għandhom ikomplu jitkejlu f’konformità mal-Istandard imsemmi.

3 Assi kklassifikati bħala mhux kurrenti f’konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji ma għandhomx jiġu riklassifikati bħala assi kurrenti qabel ma jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità ma’ dan l-IFRS. L-assi ta’ klassi li normalment jitqiesu minn entità bħala mhux kurrenti li jiġu akkwistati esklużivament bil-għan ta’ bejgħ mill-ġdid ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala kurrenti ħlief jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ f’konformità ma’ dan l-IFRS.

4 Xi kultant entità tiddisponi minn grupp ta’ assi, possibbilment b’xi obbligazzjonijiet direttament assoċjati, flimkien fi tranżazzjoni waħda. Dak il-grupp tad-disponiment jista’ jkun grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus, unità waħda li tiġġenera l-flus, jew parti minn unità li tiġġenera flus ( 46 ). Il-grupp jista’ jinkludi kwalunkwe assi u kwalunkwe obbligazzjoni tal-entità, inklużi assi kurrenti, obbligazzjonijiet kurrenti u assi esklużi mill-paragrafu 5 mir-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-IFRS. Jekk assi mhux kurrenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-IFRS ikun parti minn grupp tad-disponiment, ir-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-IFRS japplikaw għall-grupp kollu, b’tali mod li l-grupp jitkejjel skont l-inqas mill-ammont riportat tiegħu u l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ. Ir-rekwiżiti għall-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet individwali fil-gruppi tad-disponiment huma stabbiliti fil-paragrafi 18, 19 u 23.

5 Id-dispożizzjonijiet dwar il-kejl ta’ dan l-IFRS ( 47 ) ma japplikawx għall-assi li ġejjin, li huma koperti mill-IFRSs elenkati, kemm bħala assi individwali kif ukoll bħala parti minn grupp tad-disponiment:

(a) 

assi ta’ taxxa differita (l-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu);

(b) 

assi li joriġinaw minn benefiċċji tal-impjegati (l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(c) 

assi finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji;

(d) 

assi mhux kurrenti li jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment;

(e) 

assi mhux kurrenti li jitkejlu fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ f’konformità mal-IAS 41 Agrikoltura;

(f) 

gruppi ta’ kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

5A Ir-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni, preżentazzjoni u kejl f’dan l-IFRS applikabbli għal assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li huwa klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ japplikaw ukoll għal assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li huwa klassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lil sidien li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien).

5B Dan l-IFRS jispeċifika d-divulgazzjonijiet meħtieġa fir-rigward ta’ assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew operazzjonijiet li ma tkomplewx. Divulgazzjonijiet f’IFRSs oħra ma japplikawx għal dawn l-assi (jew gruppi tad-disponiment) ħlief jekk dawk l-IFRSs ikunu jeħtieġu:

(a) 

divulgazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew operazzjonijiet li ma tkomplewx; jew

(b) 

divulgazzjonijiet dwar il-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet fi grupp tad-disponiment li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ kejl tal-IFRS 5 u dawk id-divulgazzjonijiet ma jkunux diġà pprovduti fin-noti l-oħrajn mar-rapporti finanzjarji.

Divulgazzjonijiet addizzjonali dwar assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew operazzjonijiet li ma tkomplewx jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti ġenerali tal-IAS 1, b’mod partikulari l-paragrafi 15 u 125 ta’ dak l-Istandard.

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TAD-DISPONIMENT) BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ JEW MIŻMUMA GĦAD-DISTRIBUZZJONI LIS-SIDIEN

6   Entità għandha tikklassifika assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ jekk l-ammont riportat tiegħu jkun irkuprat prinċipalment permezz ta’ tranżazzjoni ta’ bejgħ minflok permezz ta’ użu kontinwu.

7 Biex dan ikun il-każ, l-assi (jew grupp tad-disponiment) irid ikun disponibbli għal bejgħ immedjat fil-kundizzjoni preżenti tiegħu soġġett biss għal termini li jkunu normali u tas-soltu għall-bejgħ ta’ assi (jew gruppi tad-disponiment) bħal dawn u l-bejgħ tiegħu jrid ikun probabbli ħafna.

8 Sabiex il-bejgħ ikun probabbli ħafna, il-livell xieraq tal-maniġment irid ikun impenjat bi pjan għall-bejgħ tal-assi (jew tal-grupp tad-disponiment), u jrid ikun inbeda programm attiv biex jinstab xerrej u biex il-pjan iseħħ. Barra minn hekk, l-assi (jew il-grupp tad-disponiment) irid jiġi kkummerċjalizzat attivament għall-bejgħ bi prezz li jkun raġonevoli meta mqabbel mal-valur ġust kurrenti tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-bejgħ ikun mistenni li jikkwalifika għar-rikonoxximent bħala bejgħ komplut fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni, ħlief kif permess mill-paragrafu 9, u l-azzjonijiet meħtieġa biex il-pjan iseħħ għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li jsiru bidliet sinifikanti għall-pjan jew li l-pjan jiġi rtirat. Jenħtieġ li l-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġuriżdizzjoni) titqies bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk il-bejgħ huwiex probabbli ħafna.

8A Entità li tkun impenjata għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tikklassifika l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ dik is-sussidjarja bħala miżmuma għall-bejgħ meta jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6–8, irrispettivament minn jekk l-entità żżommx interess nonkontrollanti fis-sussidjarja preċedenti tagħha wara l-bejgħ.

9 L-eventi jew iċ-ċirkustanzi jistgħu jestendu l-perjodu biex jitwettaq il-bejgħ għal aktar minn sena. Estensjoni tal-perjodu meħtieġ biex jitwettaq bejgħ ma tipprekludix lil assi (jew grupp tad-disponiment) milli jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jekk id-dewmien ikun ikkawżat minn eventi jew ċirkustanzi li ma jkunux taħt il-kontroll tal-entità u jkun hemm biżżejjed evidenza li l-entità għadha impenjata lejn il-pjan tagħha li jinbiegħ l-assi (jew grupp tad-disponiment). Dan ikun il-każ meta jiġu ssodisfati l-kriterji fl-Appendiċi B.

10 Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ jinkludu skambji ta’ assi mhux kurrenti ma’ assi mhux kurrenti oħrajn meta l-iskambju jkollu sustanza kummerċjali f’konformità mal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir.

11 Meta entità takkwista assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) esklużivament bil-ħsieb li tiddisponi minnu sussegwentement, din għandha tikklassifika l-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ fid-data tal-akkwiżizzjoni biss jekk il-ħtieġa ta’ sena fil-paragrafu 8 tkun ġiet issodisfata (ħlief kif permess mill-paragrafu 9) u jkun probabbli ħafna li kwalunkwe kriterju ieħor fil-paragrafi 7 u 8 li ma jkunux issodisfati f’dik id-data jkunu se jiġu ssodisfati f’perjodu qasir wara l-akkwiżizzjoni (normalment fi żmien tliet xhur).

12 Jekk il-kriterji fil-paragrafi 7 u 8 jiġu ssodisfati wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, entità ma għandhiex tikklassifika assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ f’dawk ir-rapporti finanzjarji meta jiġu ppubblikati. Madankollu, meta dawk il-kriterji jiġu ssodisfati wara l-perjodu ta’ rapportar iżda qabel l-awtorizzazzjoni tar-rapporti finanzjarji għall-pubblikazzjoni, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 41(a), (b) u (d) fin-noti.

12A Assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) jiġi klassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien meta l-entità tkun impenjata li tiddistribwixxi l-assi (jew il-grupp tad-disponiment) lis-sidien. Sabiex dan ikun il-każ, l-assi jridu jkunu disponibbli għad-distribuzzjoni immedjata fil-kundizzjoni preżenti tagħhom u d-distribuzzjoni trid tkun probabbli ħafna. Sabiex id-distribuzzjoni tkun probabbli ħafna, iridu jkunu nbdew azzjonijiet biex isseħħ id-distribuzzjoni u jenħtieġ li jkunu mistennija li se jintemmu fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni. Jenħtieġ li l-azzjonijiet meħtieġa biex isseħħ id-distribuzzjoni jindikaw li mhuwiex probabbli li se jsiru bidliet sinifikanti għad-distribuzzjoni jew li d-distribuzzjoni se tiġi rtirata. Jenħtieġ li l-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġuriżdizzjoni) titqies bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk id-distribuzzjoni hijiex probabbli ħafna.

Assi mhux kurrenti li għandhom jiġu abbandunati

13 Entità ma għandhiex tikklassifika assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li jkun se jiġi abbandunat bħala miżmum għall-bejgħ. Dan għax l-ammont riportat tiegħu se jiġi rkuprat prinċipalment permezz ta’ użu kontinwu. Madankollu, jekk il-grupp tad-disponiment li jkun se jiġi abbandunat jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 32(a)-(c), l-entità għandha tippreżenta r-riżultati u l-flussi ta’ flus tal-grupp tad-disponiment bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx f’konformità mal-paragrafi 33 u 34 fid-data meta jitwaqqaf l-użu tiegħu. Assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li għandhom jiġu abbandunati jinkludu assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li għandhom jintużaw sat-tmiem tal-ħajja ekonomika tagħhom u assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li għandhom jiġu magħluqa minflok ma jinbiegħu.

14 Entità ma għandhiex tikkontabbilizza assi mhux kurrenti li jkun tneħħa mill-użu temporanjament daqslikieku kien ġie abbandunat.

KEJL TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TAD-DISPONIMENT) KLASSIFIKATI BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ

Kejl ta’ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment)

15   Entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ skont liema jkun l-inqas bejn l-ammont riportat tiegħu u l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ.

15A   Entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) klassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni fost is-sidien skont liema jkun l-inqas bejn l-ammont riportat tiegħu jew il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-distribuzzjoni ( 48 ).

16 Jekk assi appena akkwistat (jew grupp tad-disponiment) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ (ara l-paragrafu 11), l-applikazzjoni tal-paragrafu 15 twassal għar-riżultat li l-assi (jew grupp tad-disponiment) jitkejjel mar-rikonoxximent inizjali skont liema jkun huwa l-inqas bejn l-ammont riportat tiegħu kieku ma kienx ikklassifikat b’dan il-mod (pereżempju, bħala kost) u l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ. Għaldaqstant, jekk l-assi (jew il-grupp tad-disponiment) jiġi akkwistat bħala parti minn kombinament ta’ negozji, dan għandu jitkejjel fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ.

17 Meta l-bejgħ ikun mistenni li jseħħ wara aktar minn sena, l-entità għandha tkejjel il-kostijiet tal-bejgħ fil-valur preżenti tagħhom. Kwalunkwe żieda fil-valur preżenti tal-kostijiet tal-bejgħ li tinħoloq minħabba l-mogħdija taż-żmien għandha tiġi ppreżentata fi profitt jew telf bħala kost tal-finanzjament.

18 Immedjatament qabel il-klassifikazzjoni inizjali tal-assi (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ, l-ammonti riportati tal-assi (jew l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha fil-grupp) għandhom jitkejlu f’konformità mal-IFRSs applikabbli.

19 Malli jsir kejl mill-ġdid sussegwenti ta’ grupp tad-disponiment, l-ammonti riportati ta’ kwalunkwe assi u obbligazzjoni li ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-IFRS, iżda li jkunu inklużi fi grupp tad-disponiment klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, għandhom jitkejlu mill-ġdid f’konformità mal-IFRS applikabbli qabel ma jitkejjel mill-ġdid il-valur ġust wara mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ tal-grupp tad-disponiment.

Rikonoxximent ta’ telf minn indeboliment u riversjar

20 Entità għandha tirrikonoxxi telf minn indeboliment għal kwalunkwe tniżżil inizjali jew sussegwenti fil-valur tal-assi (jew grupp tad-disponiment) għal valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ, sakemm dan ma jkunx ġie rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 19.

21 Entità għandha tirrikonoxxi qligħ għal kwalunkwe żieda sussegwenti fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ ta’ assi, iżda mhux aktar mit-telf minn indeboliment kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut f’konformità ma’ dan l-IFRS jew preċedentement f’konformità mal-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

22 Entità għandha tirrikonoxxi qligħ għal kwalunkwe żieda sussegwenti fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ ta’ grupp tad-disponiment:

(a) 

sal-punt li dan ma jkunx ġie rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 19; iżda

(b) 

mhux aktar mit-telf minn indeboliment kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut, f’konformità ma’ dan l-IFRS jew preċedentement f’konformità mal-IAS 36, fuq l-assi mhux kurrenti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kejl ta’ dan l-IFRS.

23 It-telf minn indeboliment (jew kwalunkwe qligħ sussegwenti) rikonoxxut għal grupp tad-disponiment għandu jnaqqas (jew iżid) l-ammont riportat tal-assi mhux kurrenti fil-grupp li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kejl ta’ dan l-IFRS, fl-ordni tal-allokazzjoni stabbilita fil-paragrafi 104(a) u (b) u 122 tal-IAS 36 (kif rivedut fl-2004).

24 Qligħ jew telf li ma kienx rikonoxxut preċedentement sad-data tal-bejgħ ta’ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) għandu jiġi rikonoxxut fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent. Rekwiżiti relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent jinsabu:

(a) 

fil-paragrafi 67-72 tal-IAS 16 (kif rivedut fl-2003) għal proprjetà, impjanti u tagħmir, u

(b) 

fil-paragrafi 112-117 tal-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004) għal assi intanġibbli.

25 Entità ma għandhiex tagħmel deprezzament (jew amortizzament) ta’ assi mhux kurrenti waqt li jkun klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew waqt li jkun parti minn grupp tad-disponiment klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ. Mgħax u spejjeż oħrajn attribwibbli għall-obbligazzjonijiet ta’ grupp tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti.

Bidliet għal pjan ta’ bejgħ jew għal pjan ta’ distribuzzjoni lis-sidien

26 Jekk entità tkun ikklassifikat assi (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien, iżda l-kriterji fil-paragrafi 7–9 (għal miżmum għall-bejgħ) jew fil-paragrafu 12A (għal miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien) ma jkunux għadhom issodisfati, l-entità għandha tieqaf tikklassifika l-assi (jew il-grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ jew miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien (rispettivament). F’każijiet bħal dawn entità għandha ssegwi l-gwida fil-paragrafi 27–29 biex tikkontabbilizza din il-bidla ħlief meta japplika l-paragrafu 26A.

26A Jekk entità tirriklassifika assi (jew grupp tad-disponiment) direttament milli jkun miżmum għall-bejgħ għal li jkun miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien, jew direttament milli jkun miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien għal li jkun miżmum għall-bejgħ, allura l-bidla fil-klassifikazzjoni titqies bħala kontinwazzjoni tal-pjan oriġinali tad-disponiment. L-entità:

(a) 

ma għandhiex issegwi l-gwida fil-paragrafi 27-29 biex tikkontabbilizza din il-bidla. L-entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni, il-preżentazzjoni u l-kejl f’dan l-IFRS li huma applikabbli għall-metodu l-ġdid tad-disponiment.

(b) 

għandha tkejjel l-assi mhux kurrenti (jew il-grupp tad-disponiment) billi ssegwi r-rekwiżiti fil-paragrafu 15 (jekk ikun riklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) jew 15A (jekk ikun riklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien) u tirrikonoxxi kwalunkwe tnaqqis jew żieda fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ/il-kostijiet tad-distribuzzjoni tal-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) billi ssegwi r-rekwiżiti fil-paragrafi 20-25.

(c) 

ma għandhiex tibdel id-data tal-klassifikazzjoni f’konformità mal-paragrafi 8 u 12A. Dan ma jipprekludix estensjoni tal-perjodu meħtieġ biex jitlesta l-bejgħ jew id-distribuzzjoni lis-sidien jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 9.

27 L-entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li ma jibqax jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien (jew li ma jibqax jiġi inklużi fi grupp tad-disponiment klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien) skont liema huwa l-inqas bejn:

(a) 

l-ammont riportat qabel ma l-assi (jew il-grupp tad-disponiment) kien klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien, aġġustat għal kwalunkwe deprezzament, amortizzament jew rivalutazzjoni li ma kienet tiġi rikonoxxuta li kieku l-assi (jew il-grupp tad-disponiment) ma kienx ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien, u

(b) 

l-ammont rekuperabbli tiegħu fid-data tad-deċiżjoni sussegwenti li ma jsirx il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ( 49 ).

28 L-entità għandha tinkludi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-ammont riportat ta’ assi mhux kurrenti li ma jibqax klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien fi profitt jew telf ( 50 ) milli jkomplu l-operazzjonijiet fil-perjodu li fih il-kriterji fil-paragrafi 7-9 jew 12A, rispettivament, ma jibqgħux issodisfati. Ir-rapporti finanzjarji għall-perjodi sa mill-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien għandhom jiġu emendati skont dan jekk il-grupp tad-disponiment jew l-assi mhux kurrenti li ma jibqax jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien ikun sussidjarja, operazzjoni konġunta, impriża konġunta, kumpanija assoċjata, jew porzjon minn interess f’impriża konġunta jew kumpanija assoċjata. L-entità għandha tippreżenta dak l-aġġustament fl-istess titolu fir-rapport tal-introjtu komprensiv użat biex jiġi ppreżentat qligħ jew telf, jekk ikun hemm, rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 37.

29 Jekk entità tneħħi assi jew obbligazzjoni individwali minn grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal tal-grupp tad-disponiment li jkunu se jinbiegħu għandhom ikomplu jitkejlu bħala grupp biss jekk il-grupp jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 7–9. Jekk entità tneħħi assi jew obbligazzjoni individwali minn grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal tal-grupp tad-disponiment li jkunu se jiġu distribwiti għandhom ikomplu jitkejlu bħala grupp biss jekk il-grupp jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 12A. Inkella, l-assi mhux kurrenti li jifdal tal-grupp li jissodisfaw individwalment il-kriterji li għandhom jiġu klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew bħala miżmuma għad-distribuzzjoni lis-sidien) għandhom jitkejlu b’mod individwali skont liema jkun l-inqas bejn l-ammonti riportati tagħhom u l-valuri ġusti mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ (jew il-kostijiet tad-distribuzzjoni) f’dik id-data. Kwalunkwe assi mhux kurrenti li ma jissodisfawx il-kriterji għal miżmuma għall-bejgħ ma għandux jibqa’ klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-paragrafu 26. Kwalunkwe assi mhux kurrenti li ma jissodisfax il-kriterji għal miżmuma għad-distribuzzjoni lis-sidien ma għandux jibqa’ klassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien f’konformità mal-paragrafu 26.

PREŻENTAZZJONI U DIVULGAZZJONI

30   Entità għandha tippreżenta u tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jevalwaw l-effetti finanzjarji ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx u disponimenti ta’ assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment).

Preżentazzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx

31  Komponent ta’ entità jinkludi operazzjonijiet u flussi ta’ flus li jistgħu jiġu distinti b’mod ċar, mil-lat operatorju u għall-finijiet ta’ rapportar finanzjarju, mill-bqija tal-entità. Fi kliem ieħor, komponent ta’ entità jkun unità li tiġġenera l-flus jew grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus waqt li jkunu qed jinżammu għall-użu.

32 Operazzjoni li ma tkomplietx hija komponent ta’ entità li jkun sar disponiment minnu, jew li huwa klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, u:

(a) 

jirrappreżenta linja ta’ negozju separata ewlenija jew żona ġeografika ta’ operazzjonijiet;

(b) 

ikun parti minn pjan koordinat wieħed biex isir disponiment minn linja ta’ negozju separata ewlenija jew żona ġeografika ta’ operazzjonijiet; jew

(c) 

ikun sussidjarja akkwistata esklużivament bil-għan li tinbiegħ mill-ġdid.

33 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

ammont wieħed fir-rapport tal-introjtu komprensiv li jinkludi t-total ta’:

(i) 

profitt jew telf wara t-taxxa ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx; u u

(ii) 

qligħ jew telf wara t-taxxa rikonoxxut mal-kejl tal-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ jew mad-disponiment tal-assi jew il-grupp(i) tad-disponiment li jikkostitwixxi/u l-operazzjoni li ma tkomplietx;

(b) 

analiżi tal-ammont wieħed f’(a) fi:

(i) 

id-dħul, l-ispejjeż u l-profitt jew telf qabel it-taxxa ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx;

(ii) 

l-ispiża relatata tat-taxxa fuq l-introjtu kif meħtieġ mill-paragrafu 81(h) tal-IAS 12;

(iii) 

il-qligħ jew telf rikonoxxut mal-kejl ta’ valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ jew mad-disponiment tal-assi jew grupp(i) tad-disponiment li jikkostitwixxi/u l-operazzjoni li ma tkomplietx; u

(iv) 

l-ispiża relatata tat-taxxa fuq l-introjtu kif meħtieġ mill-paragrafu 81(h) tal-IAS 12.

L-analiżi tista’ tiġi ppreżentata fin-noti jew fir-rapport tal-introjtu komprensiv. Jekk tiġi ppreżentata fir-rapport tal-introjtu komprensiv, din għandha tiġi ppreżentata f’taqsima identifikata bħala li hija relatata ma’ operazzjonijiet li ma tkomplewx, jiġifieri separatament minn operazzjonijiet kontinwi. L-analiżi mhijiex meħtieġa għal gruppi tad-disponiment li jkunu sussidjarji appena akkwistati li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ mal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 11);

(c) 

il-flussi ta’ flus netti attribwibbli għall-attivitajiet operatorji, ta’ investiment u ta’ finanzjament ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx. Dawn id-divulgazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fin-noti jew fir-rapporti finanzjarji. Dawn id-divulgazzjonijiet mhumiex meħtieġa għal gruppi tad-disponiment li jkunu sussidjarji appena akkwistati li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ mal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 11);

(d) 

l-ammont ta’ introjtu minn operazzjonijiet kontinwi u minn operazzjonijiet li ma tkomplewx attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija omm. Dawn id-divulgazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fin-noti jew fir-rapport tal-introjtu komprensiv.

33A Jekk entità tippreżenta l-entrati tal-profitt jew telf f’rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), f’dak ir-rapport tiġi ppreżentata taqsima identifikata bħala li tirreferi għal operazzjonijiet li ma tkomplewx.

34 Entità għandha terġa’ tippreżenta d-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 33 għal perjodi preċedenti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji biex id-divulgazzjonijiet ikunu relatati mal-operazzjonijiet kollha li ma tkomplewx sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar għall-aħħar perjodu ppreżentat.

35 Aġġustamenti fil-perjodu kurrenti għal ammonti ppreżentati preċedentement f’operazzjonijiet li ma tkomplewx li jkunu direttament relatati mad-disponiment ta’ operazzjoni li ma tkomplietx f’perjodu preċedenti għandhom jiġu klassifikati separatament f’operazzjonijiet li ma tkomplewx. In-natura u l-ammont ta’ aġġustamenti bħal dawn għandhom jiġu ddivulgati. Eżempji ta’ ċirkustanzi fejn dawn l-aġġustamenti jistgħu jinħolqu jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

ir-riżoluzzjoni ta’ inċertezzi li joriġinaw mit-termini tat-tranżazzjoni tad-disponiment, bħar-riżoluzzjoni ta’ aġġustamenti tal-prezz tal-bejgħ u kwistjonijiet ta’ indennifikazzjoni max-xerrej;

(b) 

ir-riżoluzzjoni ta’ inċertezzi li joriġinaw mill-operazzjonijiet tal-komponent, u li jkunu direttament relatati miegħu, qabel id-disponiment tiegħu, bħal obbligi ambjentali u obbligi tal-garanzija tal-prodott miżmuma mill-bejjiegħ;

(c) 

is-saldu ta’ obbligi relatati mal-pjan ta’ benefiċċji tal-impjegati, kemm-il darba s-saldu jkun direttament relatat mat-tranżazzjoni tad-disponiment.

36 Jekk entità ma tibqax tikklassifika komponent ta’ entità bħala miżmum għall-bejgħ, ir-riżultati ta’ operazzjonijiet tal-komponent ippreżentat preċedentement f’operazzjonijiet li ma tkomplewx f’konformità mal-paragrafi 33-35 għandhom jiġu riklassifikati u inklużi fl-introjtu minn operazzjonijiet kontinwi għall-perjodi kollha ppreżentati. L-ammonti għal perjodi preċedenti għandhom jiġu deskritti bħala li ġew ippreżentati mill-ġdid.

36A Entità li hija impenjata għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 33–36 meta s-sussidjarja tkun grupp tad-disponiment li jissodisfa d-definizzjoni ta’ operazzjoni li ma tkomplietx f’konformità mal-paragrafu 32.

Qligħ jew telf relatati ma’ operazzjonijiet kontinwi

37 Kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta mill-kejl mill-ġdid ta’ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ operazzjoni li ma tkomplietx għandu jiġu inkluż fil-profitt jew telf minn operazzjonijiet kontinwi.

Preżentazzjoni ta’ assi mhux kurrenti jew ta’ grupp tad-disponiment klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ

38 Entità għandha tippreżenta assi mhux kurrenti klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ u l-assi ta’ grupp tad-disponiment klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ separatament minn assi oħrajn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. L-obbligazzjonijiet ta’ grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ għandhom jiġu ppreżentati separatament minn obbligazzjonijiet oħrajn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Dawn l-assi u obbligazzjonijiet ma għandhomx jiġu paċuti u ppreżentati bħala ammont wieħed. Il-klassijiet ewlenin ta’ assi u obbligazzjonijiet klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu ddivulgati separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti, ħlief kif permess mill-paragrafu 39. Entità għandha tippreżenta separatament kwalunkwe introjtu jew spiża kumulattiva rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv relatat ma’ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ.

39 Jekk il-grupp tad-disponiment ikun sussidjarja appena akkwistata li tissodisfa l-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ (ara l-paragrafu 11), mhuwiex meħtieġ li ssir divulgazzjoni tal-klassijiet ewlenin ta’ assi u obbligazzjonijiet.

40 Entità ma għandhiex tirriklassifika jew tippreżenta mill-ġdid l-ammonti ppreżentati għal assi mhux kurrenti jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja għal perjodi preċedenti biex tirrifletti l-klassifikazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għall-aħħar perjodu ppreżentat.

Divulgazzjonijiet addizzjonali

41 Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja fin-noti fil-perjodu li fih assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) kien ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala mibjugħ:

(a) 

deskrizzjoni tal-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment);

(b) 

deskrizzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-bejgħ, jew li jwasslu għad-disponiment mistenni, u l-manjiera u l-għażla taż-żmien ta’ dak id-disponiment;

(c) 

il-qligħ jew telf rikonoxxuti f’konformità mal-paragrafi 20-22 u, jekk ma jkunux ippreżentati separatament fir-rapport tal-introjtu komprensiv, l-intestatura fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi dak il-qligħ jew telf;

(d) 

jekk applikabbli, is-segment soġġett għar-rapportar li fih l-assi mhux kurrenti (jew il-grupp tad-disponiment) ikun ippreżentat f’konformità mal-IFRS 8 Segmenti Operatorji.

42 Jekk ikun japplika l-paragrafu 26 jew il-paragrafu 29, entità għandha tiddivulga, fil-perjodu tad-deċiżjoni biex jinbidel il-pjan tal-bejgħ tal-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment), deskrizzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jwasslu għad-deċiżjoni u l-effett tad-deċiżjoni fuq ir-riżultati tal-operazzjonijiet għall-perjodu u kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

43 L-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv għal assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li jissodisfaw il-kriterji tal-klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ u operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala li ma tkomplewx wara d-data effettiva tal-IFRS. Entità tista’ tapplika r-rekwiżiti tal-IFRS għall-assi kollha mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ u operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu klassifikati bħala li ma tkomplewx wara kwalunkwe data qabel id-data effettiva tal-IFRS, kemm-il darba l-valwazzjonijiet u informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi applikat l-IFRS ikunu nkisbu fil-ħin meta dawk il-kriterji kienu ssodisfati oriġinarjament.

DATA EFFETTIVA

44 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-IFRS għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafi 3 u 38, u żied il-paragrafu 33A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

44B L-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008) żied il-paragrafu 33(d). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emenda għandha tkun applikata b’mod retrospettiv.

44C Il-paragrafi 8A u 36A żdiedu bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità ma għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew wara l-1 ta’ Lulju 2009 sakemm ma tapplikax ukoll l-IAS 27 (kif emendat f’Jannar 2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod prospettiv mid-data meta l-ewwel applikat l-IFRS 5, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu 45 tal-IAS 27 (emendat f’Jannar 2008).

44D Żdiedu l-paragrafi 5A, 12A u 15A u l-paragrafu 8 ġie emendat bl-IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien f’Novembru 2008. Dawk l-emendi għandhom jiġu applikati b’mod prospettiv għal assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li huma klassifikati bħala miżmuma għad-distribuzzjoni lis-sidien f’perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhijiex permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Jannar 2008) u l-IFRIC 17.

44E Il-paragrafu 5B żdied bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44F [Imħassar]

44G L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 28. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

44H L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

44I  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 33A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

44K L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 5 u ħassar il-paragrafi 44F u 44J. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

44L  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2012-2014, maħruġ f’Settembru 2014, emenda l-paragrafi 26–29 u żied il-paragrafu 26A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal bidliet f’metodu ta’ disponiment li jseħħ f’perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44M L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

IRTIRAR TAL-IAS 35

45 Dan l-IFRS jieħu post l-IAS 35 Operazzjonijiet Li Mhux se Jitkomplew.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Unità li tiġġenera l-flus

L-iżgħar grupp ta’ assi identifikabbli li jiġġenera influssi ta’ flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta’ flus minn assi jew gruppi ta’ assi oħrajn.

Komponent ta’ entità

Operazzjonijiet u flussi ta’ flus li jistgħu jiġu distinti b’mod ċar, mil-lat operazzjonali u għal skopijiet ta’ rapportar finanzjarju, mill-bqija tal-entità.

Kostijiet tal-bejgħ

Il-kostijiet inkrementali direttament attribwibbli għad-disponiment ta’ assi (jew grupp tad-disponiment), esklużi kostijiet tal-finanzjament u spiża tat-taxxa fuq l-introjtu.

Assi kurrenti

Entità għandha tikklassifika assi bħala kurrenti meta:

(a) 

tistenna li se tirrealizza l-assi, jew għandha l-intenzjoni li tbigħu jew tikkonsmah, fiċ-ċiklu operatorju normali tagħha;

(b) 

iżżomm l-assi primarjament bl-iskop li tinnegozjah;

(c) 

tistenna li tirrealizza l-assi fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar; jew

(d) 

l-assi jkun flus jew ekwivalenti ta’ flus (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk l-assi jkun ristrett milli jkun skambjat jew użat biex isir saldu ta’ obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.

Operazzjoni li ma tkomplietx

Komponent ta’ entità li jkun sar disponiment minnu jew li jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ u:

(a) 

jirrappreżenta linja ta’ negozju separata ewlenija jew żona ġeografika ta’ operazzjonijiet;

(b) 

ikun parti minn pjan koordinat wieħed biex isir disponiment minn linja ta’ negozju separata ewlenija jew żona ġeografika ta’ operazzjonijiet; jew

(c) 

ikun sussidjarja akkwistata esklużivament bil-għan li tinbiegħ mill-ġdid.

Grupp tad-disponiment

Grupp ta’ assi li jkun se jsir disponiment minnu, permezz ta’ bejgħ jew b’xi mod ieħor, flimkien bħala grupp fi tranżazzjoni waħda, u obbligazzjonijiet direttament assoċjati ma’ dawk l-assi li jkunu se jiġu trasferiti fit-tranżazzjoni. Il-grupp jinkludi l-avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji jekk il-grupp ikun unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat l-avvjament f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 80-87 tal-IAS 36 Indeboliment tal-Assi (kif rivedut fl-2004) jew jekk tkun operazzjoni f’unità bħal din li tiġġenera l-flus.

Valur ġust

Valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

Impenn sod ta’ xiri

Ftehim ma’ parti mhux relatata, vinkolanti għaż-żewġ partijiet u li normalment ikun legalment infurzabbli, li (a) jispeċifika t-termini sinifikanti kollha, inklużi l-prezz u l-għażla taż-żmien tat-tranżazzjonijiet, u (b) jinkludi disinċentiv għan-nuqqas ta’ prestazzjoni li jkun qawwi biżżejjed li jagħmel il-prestazzjoni probabbli ħafna.

Probabbli ħafna

Huwa aktar possibbli li jseħħ milli probabbli, b’mod sinifikanti.

Assi mhux kurrenti

Assi li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi kurrenti.

Probabbli

Huwa aktar probabbli li jseħħ milli ma jseħħx.

Ammont rekuperabbli

L-ogħla mill-valur ġust ta’ assi mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ u l-valur fl-użu.

Valur fl-użu

Il-valur preżenti tal-istima ta’ flussi futuri ta’ flus li huwa mistenni li tirriżulta mill-użu kontinwu ta’ assi u mid-disponiment tiegħu fit-tmiem tal-ħajja utli tiegħu.

Appendiċi B

Suppliment għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

ESTENSJONI TAL-PERJODU MEĦTIEĠ BIEX JITLESTA L-BEJGĦ

B1 Kif ġie innotat fil-paragrafu 9, estensjoni tal-perjodu meħtieġ biex jitlesta bejgħ ma jipprekludix lil assi (jew grupp tad-disponiment) milli jiġi klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jekk id-dewmien ikun ikkawżat minn eventi jew ċirkustanzi li ma jkunux taħt il-kontroll tal-entità u jkun hemm biżżejjed evidenza li l-entità għadha impenjata għall-pjan tagħha li jinbiegħ l-assi (jew il-grupp tad-disponiment). Għaldaqstant, għandha tapplika eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ sena fil-paragrafu 8 fis-sitwazzjonijiet li ġejjin li fihom jistgħu jseħħu eventi jew ċirkustanzi bħal dawn:

(a) 

fid-data meta l-entità timpenja ruħha li tbigħ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li hija tkun tistenna raġonevolment li ħaddieħor (mhux ix-xerrej) se jimponi kundizzjonijiet fuq it-trasferiment tal-assi (jew grupp tad-disponiment) li se jestendi l-perjodu meħtieġ biex jitwettaq il-bejgħ, u:

(i) 

l-azzjonijiet meħtieġa biex tirrispondi għal dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħux jinbdew qabel ma jinkiseb impenn sod ta’ xiri; u

(ii) 

impenn sod ta’ xiri jkun probabbli ħafna fi żmien sena;

(b) 

l-entità tikseb impenn sod ta’ xiri u, b’riżultat ta’ dan, xerrej jew ħaddieħor jimponi b’mod mhux mistenni kundizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li qabel kien ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, li se jestendu l-perjodu meħtieġ biex jitlesta l-bejgħ, u:

(i) 

ikunu ttieħdu azzjonijiet f’waqthom biex jirrispondu għall-kundizzjonijiet, u

(ii) 

riżoluzzjoni favorevoli tal-fatturi li jkunu qed jikkawżaw dewmien tkun mistennija;

(c) 

matul il-perjodu inizjali ta’ sena, iseħħu ċirkustanzi li qabel kienu meqjusa li x’aktarx ma kinux se jseħħu u, b’riżultat ta’ dan, assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li qabel kien ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ ma jinbiegħx sat-tmiem ta’ dak il-perjodu, u:

(i) 

matul il-perjodu inizjali ta’ sena, l-entità tkun ħadet l-azzjoni meħtieġa biex tirrispondi għall-bidla fiċ-ċirkustanzi;

(ii) 

l-assi mhux kurrenti (jew il-grupp tad-disponiment) ikun qed jiġi kummerċjalizzat attivament bi prezz li jkun raġonevoli, meta wieħed iqis il-bidla fiċ-ċirkustanzi; u

(iii) 

ikunu ssodisfati l-kriterji fil-paragrafi 7 u 8.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 6

Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’dan l-IFRS huwa li jispeċifika r-rapportar finanzjarju għall-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom.

2 B’mod partikulari, l-IFRS jeħtieġ:

(a) 

li jsir titjib limitat għall-prattiki kontabbilistiċi eżistenti għan-nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni;

(b) 

li entitajiet li jirrikonoxxu assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni jivvalutaw assi bħal dawn għal indeboliment f’konformità ma’ dan l-IFRS u jkejlu kwalunkwe indeboliment f’konformità mal-IAS 36 Indeboliment tal-Assi;

(c) 

li jkun hemm divulgazzjonijiet li jidentifikaw u jispjegaw l-ammonti fir-rapporti finanzjarji tal-entità li jirriżultaw mill-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom u li jgħinu lill-utenti ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji jifhmu l-ammont, it-twaqqit u ċ-ċertezza tal-flussi futuri ta’ flus minn kwalunkwe assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni rikonoxxuti.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3 Entità għandha tapplika l-IFRS għan-nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni li hija ġġarrab.

4 L-IFRS ma jindirizzax aspetti oħrajn tal-kontabbiltà minn entitajiet li huma impenjati fl-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u fl-evalwazzjoni tagħhom.

5 Entità ma għandhiex tapplika l-IFRS għan-nefqiet imġarrba:

(a) 

qabel l-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom, bħal pereżempju n-nefqiet imġarrba qabel ma l-entità tikseb id-drittijiet legali biex tesplora żona speċifika;

(b) 

wara li jkunu jistgħu jintwerew il-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà kummerċjali tal-estrazzjoni ta’ riżorsa minerali.

RIKONOXXIMENT TAL-ASSI TA’ ESPLORAZZJONI U EVALWAZZJONI

Eżenzjoni temporanja mill-IAS 8, il-paragrafi 11 u 12

6 Meta tkun qed tiżviluppa l-politiki tal-kontabbiltà tagħha, entità li tirrikonoxxi l-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni għandha tapplika l-paragrafu 10 tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

7 Il-paragrafi 11 u 12 tal-IAS 8 jispeċifikaw sorsi ta’ rekwiżiti awtoritattivi u gwida li l-maniġment jeħtieġ li jqis fl-iżvilupp ta’ politika tal-kontabbiltà għal entrata jekk l-ebda IFRS ma japplika speċifikament għal dik l-entrata. Bla ħsara għall-paragrafi 9 u 10 hawn taħt, dan l-IFRS jeżenta entità milli tapplika dawk il-paragrafi għall-politiki tal-kontabbiltà tagħha għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni.

KEJL TAL-ASSI TA’ ESPLORAZZJONI U EVALWAZZJONI

Kejl mar-Rikonoxximent

8   Assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni għandhom jitkejlu skont il-kost.

Elementi tal-kost ta’ assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni

9 Entità għandha tiddetermina politika tal-kontabbiltà li tispeċifika liema nefqiet huma rikonoxxuti bħala assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni u tapplika l-politika b’mod konsistenti. Meta tkun qed tagħmel din id-determinazzjoni, entità tqis il-grad li bih in-nefqa tista’ tiġi assoċjata mas-sejba ta’ riżorsi minerali speċifiċi. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ nefqiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kejl inizjali tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni (il-lista mhijiex eżawrjenti):

(a) 

akkwiżizzjoni ta’ drittijiet għall-esplorazzjoni;

(b) 

studji topografiċi, ġeoloġiċi, ġeokimiċi u ġeofiżiċi;

(c) 

tħaffir esploratorju;

(d) 

tħaffir tat-trinek;

(e) 

kampjunar; u

(f) 

attivitajiet relatati mal-evalwazzjoni tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà kummerċjali tal-estrazzjoni ta’ riżorsa minerali.

10 Nefqiet relatati mal-iżvilupp ta’ riżorsi minerali ma għandhomx ikunu rikonoxxuti bħala assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni. Il-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju u l-IAS 38 Assi Intanġibbli jipprovdu gwida fuq ir-rikonoxximent ta’ assi li jirriżultaw mill-iżvilupp.

11 F’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, entità tirrikonoxxi kwalunkwe obbligu għat-tneħħija u r-restawr imġarrab waqt perjodu partikulari b’konsegwenza tal-fatt li tkun qed twettaq esplorazzjoni għal riżorsi minerali u evalwazzjoni tagħhom.

Kejl wara r-rikonoxximent

12 Wara r-rikonoxximent, entità għandha tapplika l-mudell tal-kost jew il-mudell tar-rivalwazzjoni għall-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni. Jekk jiġi applikat il-mudell tar-rivalwazzjoni (il-mudell fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew il-mudell fl-IAS 38), dan għandu jkun konsistenti mal-klassifikazzjoni tal-assi (ara l-paragrafu 15).

Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà

13   Entità tista’ tibdel il-politiki tal-kontabbiltà tagħha għan-nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni, jekk il-bidla tagħmel ir-rapporti finanzjarji iktar rilevanti għall-ħtiġijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti u mhux inqas affidabbli, jew iktar affidabbli u mhux inqas rilevanti għal dawk il-ħtiġijiet. Entità għandha tiġġudika r-rilevanza u l-affidabbiltà billi tuża l-kriterji fl-IAS 8.

14 Biex tiġġustifika l-politiki tal-kontabbiltà tagħha għan-nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni, entità għandha turi li l-bidla twassal lir-rapporti finanzjarji tagħha aktar fil-qrib li jissodisfaw il-kriterji fl-IAS 8, iżda mhuwiex meħtieġ li l-bidla tissodisfa l-konformità sħiħa ma’ dawk il-kriterji.

PREŻENTAZZJONI

Klassifikazzjoni tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni

15 Entità għandha tikklassifika l-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni bħala tanġibbli jew intanġibbli skont in-natura tal-assi akkwistati u tapplika l-klassifikazzjoni b’mod konsistenti.

16 Xi assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni huma trattati bħala intanġibbli (eż. drittijiet għat-tħaffir), filwaqt li oħrajn huma tanġibbli (eż. vetturi u pjattaformi tat-tħaffir). Sakemm l-assi tanġibbli jkun ikkonsmat fl-iżvilupp ta’ assi intanġibbli, l-ammont li jirrifletti dak il-konsum ikun parti mill-kost tal-assi intanġibbli. Madankollu, l-użu ta’ assi tanġibbli biex tiżviluppa assi intanġibbli ma jbiddilx assi tanġibbli f’assi intanġibbli.

Riklassifikazzjoni tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni

17 Assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni ma għandux jibqa’ jiġi klassifikat bħala tali meta l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà kummerċjali tal-estrazzjoni ta’ riżorsa minerali jkunu jistgħu jintwerew. Assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni għandhom jiġu vvalutati għal indeboliment, u kwalunkwe telf minn indeboliment jiġi rikonoxxut, qabel ir-riklassifikazzjoni.

INDEBOLIMENT

Rikonoxximent u kejl

18   Assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni għandhom jiġu vvalutati għal indeboliment meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi jissuġġerixxu li l-ammont riportat tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni jista’ jaqbeż l-ammont rekuperabbli tiegħu. Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi jissuġġerixxu li l-ammont riportat jaqbeż l-ammont rekuperabbli, entità għandha tkejjel, tippreżenta u tiddivulga kwalunkwe telf minn indeboliment li jirriżulta f’konformità mal-IAS 36, ħlief meta l-każ ikun kif spjegat mil-paragrafu 21 hawn taħt.

19 Għall-iskopijiet tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni biss, għandu jiġi applikat il-paragrafu 20 ta’ dan l-IFRS minflok il-paragrafi 8–17 tal-IAS 36 meta jiġi identifikat assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni li jista’ jkun indebolit. Il-paragrafu 20 juża t-terminu “assi” iżda japplika ugwalment għal assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni separati jew unità li tiġġenera l-flus.

20 Wieħed mill-fatti u ċ-ċirkustanzi li ġejjin jew aktar jindikaw li jenħtieġ li entità tittestja assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni għal indeboliment (il-lista mhijiex eżawrjenti):

(a) 

il-perjodu li għalih l-entità jkollha d-dritt li tesplora f’żona speċifika jkun skada matul il-perjodu jew ikun se jiskadi fil-futur qarib, u ma jkunx mistenni li jiġġedded;

(b) 

nefqa sostantiva fuq esplorazzjoni ulterjuri għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom fiż-żona speċifika la tkun ibbaġitjata u lanqas ippjanata;

(c) 

esplorazzjoni għal riżorsi minerali u evalwazzjoni tagħhom fiż-żona speċifika ma tkunx wasslet għas-sejba ta’ kwantitajiet kummerċjalment vijabbli ta’ riżorsi minerali u l-entità tkun iddeċidiet li ma tkomplix b’dawn l-attivitajiet fiż-żona speċifika;

(d) 

teżisti data suffiċjenti li tindika li, għalkemm żvilupp fiż-żona speċifika aktarx li jkun se jkompli, l-ammont riportat tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni aktarx li mhux se jkun irkuprat b’mod sħiħ minn żvilupp li jirnexxi jew minn bejgħ.

Fi kwalunkwe każ bħal dan, jew każijiet simili, l-entità għandha twettaq test tal-indeboliment f’konformità mal-IAS 36. Kwalunkwe telf minn indeboliment ikun rikonoxxut bħala spiża f’konformità mal-IAS 36.

Speċifikazzjoni tal-livell li fih l-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni jiġi vvalutat għal indeboliment

21   Entità għandha tiddetermina politika tal-kontabbiltà għall-allokazzjoni tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni lill-unitajiet li jiġġeneraw il-flus jew kategoriji ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus għall-fini tal-valutazzjoni ta’ tali assi għal indeboliment. Kull unità jew grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus u li lilhom ikun allokat assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni ma għandhomx ikunu ikbar minn segment operatorju determinat f’konformità mal-IFRS 8 Segmenti Operatorji.

22 Il-livell identifikat mill-entità għall-finijiet ta’ ttestjar tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni għal indeboliment jista’ jinkludi unità waħda jew iżjed li jiġġeneraw il-flus.

DIVULGAZZJONI

23   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tidentifika u tispjega l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha li jirriżultaw mill-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom.

24 Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, entità għandha tiddivulga:

(a) 

il-politiki tal-kontabbiltà tagħha għan-nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni, inkluż ir-rikonoxximent tal-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni;

(b) 

l-ammonti ta’ assi, obbligazzjonijiet, introjtu u spejjeż u flussi ta’ flus operatorji u tal-investiment li jirriżultaw mill-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom.

25 Entità għandha tittratta l-assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni bħala klassi separata ta’ assi u tagħmel id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IAS 16 jew mill-IAS 38 b’mod konsistenti ma’ kif l-assi huma klassifikati.

DATA EFFETTIVA

26 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-IFRS għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2006, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

26A  Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ fl-2018, emenda l-paragrafu 10. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2020 jew wara. L-applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS. Entità għandha tapplika l-emenda fl-IFRS 6 b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Madankollu, jekk entità tiddetermina li applikazzjoni retrospettiva tkun imprattikabbli jew tkun tinvolvi kost jew sforz eċċessiv, din għandha tapplika l-emenda tal-IAS 6 b’referenza għall-paragrafi 23–28, 50–53 u 54F tal-IAS 8.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

27 Jekk ikun imprattikabbli li rekwiżit partikulari tal-paragrafu 18 jiġi applikat għal skop ta’ informazzjoni komparattiva li hija relatata ma’ perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2006, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt. L-IAS 8 jispjega t-terminu “imprattikabbli”.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Assi ta’ esplorazzjoni u evalwazzjoni

Nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni rikonoxxuti bħala assi f’konformità mal-politika tal-kontabbiltà tal-entità.

Nefqiet tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni

Nefqiet imġarrba minn entità b’konnessjoni mal-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom qabel jintwerew il-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà kummerċjali tal-estrazzjoni ta’ riżorsa minerali.

Esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom

It-tiftix għal riżorsi minerali, inklużi minerali, żejt, gass naturali u riżorsi simili mhux riġenerattivi wara li l-entità tkun kisbet drittijiet legali biex tesplora f’żona speċifika, kif ukoll id-determinazzjoni tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà kummerċjali tal-estrazzjoni tar-riżorsa minerali.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 7

Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li l-entitajiet jinħtieġu jipprovdu divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji tagħhom li jgħinu lill-utenti jevalwaw:

(a) 

is-sinifikat tal-istrumenti finanzjarji għall-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-entità; u

(b) 

in-natura u l-grad ta’ riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji li għalihom hija esposta l-entità matul il-perjodu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, u kif l-entità timmaniġġa dawn ir-riskji.

2 Il-prinċipji f’dan l-IFRS jikkumplimentaw il-prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl u l-preżentazzjoni tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, u l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:

(a) 

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li huma kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f'xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jirrikjedu jew jippermettu li entità tirrapporta interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta permezz tal-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS u, għal dawk imkejla fil-valur ġust, ir-rekwiżiti tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. L-entitajiet għandhom japplikaw ukoll dan l-IFRS għad-derivattivi kollha marbutin ma’ interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti sakemm id-derivattiv ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ strument ta’ ekwità fl-IAS 32.

(b) 

drittijiet u obbligi tal-impjegaturi li jirriżultaw minn pjanijiet ta’ benefiċċji tal-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

(d) 

kuntratti tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni jew kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Madankollu, dan l-IFRS japplika:

(i) 

għal derivattivi li huma inkorporati f’kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, jekk l-IFRS 9 jeħtieġ li l-entità tikkontabbilizzahom b’mod separat;

(ii) 

għal komponenti ta’ investiment li huma separati minn kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, jekk l-IFRS 17 jeħtieġ din is-separazzjoni, sakemm il-komponent ta’ investiment separat ma jkunx kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni;

(iii) 

għad-drittijiet u l-obbligi ta’ emittent li jirriżultaw taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, jekk l-emittent japplika l-IFRS 9 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti. Madankollu, l-emittent għandu japplika l-IFRS 17 jekk l-emittent, f’konformità mal-paragrafu 7(e) tal-IFRS 17, jagħżel li japplika l-IFRS 17 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti;

(iv) 

għad-drittijiet u l-obbligi ta’ entità li huma strumenti finanzjarji li jirriżultaw taħt kuntratti tal-karta tal-kreditu, jew kuntratti simili li jipprovdu arranġamenti ta’ kreditu u ta’ pagament, li entità toħroġ li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jekk l-entità tapplika l-IFRS 9 għal dawk id-drittijiet u l-obbligi f’konformità mal-paragrafu 7(h) tal-IFRS 17 u l-paragrafu 2.1(e)(iv) tal-IFRS 9;

(v) 

għad-drittijiet u l-obbligi ta’ entità li huma strumenti finanzjarji li jirriżultaw taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li entità toħroġ li jillimitaw il-kumpens għal eventi assigurati għall-ammont altrimenti meħtieġ biex jissalda l-obbligu tad-detentur tal-polza maħluq mill-kuntratt jekk, f’konformità mal-paragrafu 8A tal-IFRS 17, l-entità tagħżel li tapplika l-IFRS 9 minflok l-IFRS 17 għal tali kuntratti.

(e) 

strumenti finanzjarji, kuntratti u obbligi skont tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, ħlief li dan l-IFRS japplika għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9.

(f) 

strumenti li għandhom bżonn ikunu klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32.

4 Dan l-IFRS japplika għal strumenti finanzjarji rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti. Strumenti finanzjarji rikonoxxuti jinkludu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9. Strumenti finanzjarji mhux rikonoxxuti jinkludu xi strumenti finanzjarji li, għalkemm jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS.

5 Dan l-IFRS japplika għal kuntratti ta' xiri jew bejgħ ta' entrata mhux finanzjarja li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9.

5A Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fil-paragrafu 35A–35N japplikaw għal dawk id-drittijiet li jispeċifika l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, u li huma kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 9 għall-finijiet tar-rikonoxximent tal-qligħ jew telf minn indeboliment. Kwalunkwe referenza għal assi finanzjarji jew strumenti finanzjarji f’dawn il-paragrafi għandha tinkludi dawk id-drittijiet sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

KLASSIJIET TA’ STRUMENTI FINANZJARJI U LIVELL TA’ DIVULGAZZJONI

6 Meta dan l-IFRS jirrikjedi divulgazzjonijiet skont il-klassi ta’ strument finanzjarju, entità għandha tiġbor l-istrumenti finanzjarji fi klassijiet li jkunu xierqa għan-natura tal-informazzjoni ddivulgata u li jqisu l-karatteristiki ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Entità għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti li tippermetti rikonċiljazzjoni mal-entrati f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

SINIFIKAT TAL-ISTRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-PRESTAZZJONI

7   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw is-sinifikat tal-istrumenti finanzjarji għall-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

Kategoriji ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

8 L-ammonti riportati ta’ kull waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin, kif speċifikat fl-IFRS 9, għandhom jiġu ddivulgati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti:

(a) 

assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, li juru b’mod separat (i) dawk deżinjati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali jew sussegwentement f’konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9; (ii) dawk imkejla bħala tali f’konformità mal-għażla fil-paragrafu 3.3.5 tal-IFRS 9; (iii) dawk imkejla bħala tali f’konformità mal-għażla fil-paragrafu 33A tal-IAS 32 u (iv) dawk imkejla b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9.

(b)–(d) 

[imħassra]

(e) 

obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf li juru b’mod separat (i) dawk deżinjati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali jew sussegwentement f’konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9 u (ii) dawk li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9.

(f) 

assi finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat.

(g) 

obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat.

(h) 

assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, li juru b’mod separat (i) assi finanzjarji li huma mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS 9; u (ii) investimenti fi strumenti ta’ ekwità stabbiliti bħala tali mar-rikonoxximent inizjali f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9.

Assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

9 Jekk l-entità tkun iddeżinjat assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji) bħala mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf li kieku kien jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jew kost amortizzat, din għandha tiddivulga:

(a) 

l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu (ara l-paragrafu 36(a)) tal-assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji) fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

(b) 

l-ammont li bih kwalunkwe derivattiv ta' kreditu relatat jew strumenti simili jimmitigaw dik l-iskopertura massima għar-riskju ta' kreditu (ara l-paragrafu 36(b)).

(c) 

l-ammont ta’ bidla, matul il-perjodu u b’mod kumulattiv, fil-valur ġust tal-assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji) li huwa attribwibbli għall-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-assi finanzjarju ddeterminat:

(i) 

bħala l-ammont ta’ bidla fil-valur ġust tiegħu li ma jkunx attribwibbli għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għar-riskju tas-suq; jew

(ii) 

bl-użu ta’ metodu alternattiv li l-entità temmen li jirrappreżenta b’mod aktar leali l-ammont ta’ bidla fil-valur ġust tiegħu li huwa attribwibbli lil bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-assi.

Bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jagħtu lok għal riskju tas-suq jinkludu bidliet f’rata (referenzjarja) tal-imgħax osservata, prezz ta’ komodità, rata tal-kambju jew indiċi ta’ prezzijiet jew rati;

(d) 

l-ammont tal-bidla fil-valur ġust ta’ kwalunkwe derivattiv ta’ kreditu relatat jew strumenti simili li tkun seħħet matul il-perjodu u b’mod kumulattiv minn meta jkun deżinjat l-assi finanzjarju.

10 Jekk l-entità tkun iddeżinjat obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.2.2 tal-IFRS 9 u tkun meħtieġa tippreżenta l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 5.7.7. tal-IFRS 9), din għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont tal-bidla, b’mod kumulattiv, fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li tkun attribwibbli għall-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni (ara l-paragrafi B5.7.13–B5.7.20 tal-IFRS 9 għal gwida dwar id-determinazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni).

(b) 

id-differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun kuntrattwalment meħtieġa tħallas lid-detentur tal-obbligu meta dan jimmatura.

(c) 

kwalunkwe trasferiment tal-qligħ jew telf kumulattiv fl-ekwità matul il-perjodu inkluża r-raġuni għal tali trasferimenti.

(d) 

jekk jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni, l-ammont (jekk ikun hemm) ippreżentat f’introjtu ieħor komprensiv li jkun ġie realizzat bl-irtirar tar-rikonoxximent.

10A Jekk entità tkun iddeżinjat obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.2.2 tal-IFRS 9 u tkun meħtieġa tippreżenta l-bidliet kollha fil-valur ġust ta’ dik l-obbligazzjoni (inklużi l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni) fil-profitt jew telf (ara l-paragrafi 5.7.7. u 5.7.8 tal-IFRS 9), din għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont ta’ bidla, matul il-perjodu u b’mod kumulattiv, fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li jkun attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni (ara l-paragrafi B5.7.13–B5.7.20 tal-IFRS 9 għal gwida dwar id-determinazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju tal-kreditu tal-obbligazzjoni); u

(b) 

id-differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun kuntrattwalment meħtieġa tħallas lid-detentur tal-obbligu meta dan jimmatura.

11 L-entità għandha tiddivulga wkoll:

(a) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodi użati biex tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafi 9(c), 10(a) u 10A(a) u l-paragrafu 5.7.7(a) tal-IFRS 9, inkluża spjegazzjoni dwar għaliex il-metodu huwa adattat.

(b) 

jekk l-entità temmen li d-divulgazzjoni li għamlet, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew inkella fin-noti, sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu 9(c), 10(a) jew 10A(a) jew il-paragrafu 5.7.7(a) tal-IFRS 9 ma tirrappreżentax b’mod leali l-bidla fil-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja attribwibbli għall-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tagħha, ir-raġunijiet li għalihom waslet għal din il-konklużjoni u l-fatturi li temmen li huma rilevanti.

(c) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija jew metodoloġiji użati sabiex tiddetermina jekk il-preżentazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ obbligazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv toħloqx jew tkabbarx spariġġ kontabbilistiku fil-profitt jew telf (ara l-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8 tal-IFRS 9). Jekk entità tkun meħtieġa tippreżenta l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ obbligazzjoni fil-profitt jew telf (ara l-paragrafu 5.7.8 tal-IFRS9), id-divulgazzjoni trid tinkludi deskrizzjoni dettaljata tar-relazzjoni ekonomika deskritta fil-paragrafu B5.7.6 tal-IFRS 9.

Investimenti fi strumenti ta’ ekwità deżinjati fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv

11A Jekk entità tkun iddeżinjat investimenti fi strumenti ta’ ekwità li għandhom jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, kif inhu permess mill-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9, din għandha tiddivulga:

(a) 

liema investimenti fi strumenti ta’ ekwità ġew speċifikati sabiex jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv.

(b) 

ir-raġunijiet għaliex użat din il-preżentazzjoni alternattiva.

(c) 

il-valur ġust ta’ kull investiment bħal dan fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

(d) 

dividendi rikonoxxuti matul il-perjodu, li juru b’mod separat dawk relatati mal-investimenti li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom matul il-perjodu ta’ rapportar u dawk relatati mal-investimenti miżmuma fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

(e) 

kwalunkwe trasferiment tal-qligħ jew telf kumulattiv fl-ekwità matul il-perjodu inkluża r-raġuni għal tali trasferimenti.

11B Jekk entità tirtira r-rikonoxximent tal-investimenti fi strumenti ta’ ekwità fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu ta’ rapportar, din għandha tiddivulga:

(a) 

ir-raġunijiet għad-disponiment tal-investimenti.

(b) 

il-valur ġust tal-investimenti fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent.

(c) 

il-qligħ jew telf kumulattiv fuq id-disponiment.

Riklassifikazzjoni

12–12A [Imħassra]

12B Entità għandha tiddivulga jekk, fil-perjodi ta’ rapportar kurrenti jew preċedenti, tkunx irriklassifikat kwalunkwe assi finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 4.4.1 tal-IFRS 9. Għal kull event bħal dan, entità għandha tiddivulga:

(a) 

id-data tar-riklassifikazzjoni.

(b) 

spjegazzjoni dettaljata tal-bidla fil-mudell ta’ negozju u deskrizzjoni kwalitattiva tal-effett tagħha fuq ir-rapporti finanzjarji tal-entità.

(c) 

l-ammont riklassifikat f’kull kategorija u barra minnha.

12C Għal kull perjodu ta’ rapportar wara r-riklassifikazzjoni sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent, l-entità għandha tiddivulga għal assi riklassifikati barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf sabiex jitkejlu bil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.4.1 tal-IFRS 9:

(a) 

ir-rata effettiva tal-imgħax iddeterminata fid-data tar-riklassifikazzjoni; u

(b) 

id-dħul rikonoxxut mill-imgħax.

12D Jekk, mill-aħħar data tar-rapportar annwali tagħha, entità tkun irriklassifikat l-assi finanzjarji barra mill-valur ġust permezz ta’ kategorija ta’ introjtu ieħor komprensiv sabiex jitkejlu fil-kost amortizzat jew barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf sabiex jitkejlu fil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, din għandha tiddivulga:

(a) 

il-valur ġust tal-assi finanzjarji fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar; u

(b) 

il-qligħ jew telf fil-valur ġust li kien ikun rikonoxxut fi profitt jew telf jew introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu ta’ rapportar li kieku l-assi finanzjarji ma kinux ġew riklassifikati.

13 [Imħassar]

Tpaċija ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

13A Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafi 13B-13E jissupplimentaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ divulgazzjoni f’dan l-IFRS u huma meħtieġa għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti kollha li jkunu tpaċew f’konformità mal-paragrafu 42 tal-IAS 32. Dawn id-divulgazzjonijiet japplikaw ukoll għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li huma soġġetti għal arranġament qafas ta’ netting jew ftehim simili, irrispettivament minn jekk dawn jitpaċewx f’konformità mal-paragrafu 42 tal-IAS 32.

13B Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw l-effett jew l-effett potenzjali tal-arranġamenti ta’ netting fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Dan jinkludi l-effett jew l-effett potenzjali tad-drittijiet ta’ tpaċija assoċjati mal-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti tal-entità li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A.

13C Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 13B, entità għandha tiddivulga, fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, l-informazzjoni kwantitattiva li ġejja b’mod separat għall-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A:

(a) 

l-ammonti grossi ta’ dawk l-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti;

(b) 

l-ammonti li jkunu tpaċew f’konformità mal-kriterji fil-paragrafu 42 tal-IAS 32 meta jiġu ddeterminati l-ammonti netti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja;

(c) 

l-ammonti netti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja;

(d) 

l-ammonti soġġetti għal arranġamenti qafas ta’ netting infurzabbli jew ftehim simili li mhumiex inklużi mod ieħor fil-paragrafu 13C(b), inkluż:

(i) 

ammonti relatati mal-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ tpaċija kollha jew uħud minnhom fil-paragrafu 42 tal-IAS 32; u

(ii) 

ammonti relatati ma’ kollateral finanzjarju (inkluż kollateral fi flus); u

(e) 

l-ammont nett wara t-tnaqqis tal-ammonti f’(d) mill-ammonti f’(c) hawn fuq.

L-informazzjoni meħtieġa minn dan il-paragrafu għandha tiġi ppreżentata f’format tabulari, għall-assi finanzjarji u għall-obbligazzjonijiet finanzjarji b’mod separat, sakemm ma jkunx aktar xieraq xi format ieħor.

13D L-ammont totali ddivulgat f’konformità mal-paragrafu 13C(d) għal strument għandu jkun limitat għall-ammont fil-paragrafu 13C(c) għal dak l-istrument.

13E Entità għandha tinkludi deskrizzjoni fid-divulgazzjonijiet tad-drittijiet ta’ tpaċija assoċjati mal-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti tal-entità soġġetti għal arranġamenti qafas ta’ netting infurzabbli u ftehimiet simili li jkunu ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C(d), inkluża n-natura ta’ dawk id-drittijiet.

13F Jekk l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 13B–13E tkun iddivulgata f’aktar minn nota waħda mar-rapporti finanzjarji, entità għandha tagħmel kontroreferenza bejn dawk in-noti.

Kollateral

14 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont riportat tal-assi finanzjarji li rahnet bħala kollateral għall-obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti, inklużi ammonti li kienu riklassifikati b'konformità mal-paragrafu 3.2.23(a) tal-IFRS 9; u

(b) 

it-termini u l-kundizzjonijiet relatati ma’ dan ir-rahan.

15 Meta entità żżomm kollateral (ta’ assi finanzjarji jew mhux finanzjarji) u tkun permessa tbigħ jew tirhan mill-ġdid il-kollateral fin-nuqqas ta’ inadempjenza min-naħa tas-sid tal-kollateral, din għandha tiddivulga:

(a) 

il-valur ġust tal-kollateral miżmum;

(b) 

il-valur ġust ta’ kwalunkwe kollateral bħal dan li jinbiegħ jew li jiġi mirhun mill-ġdid, u jekk l-entità għandhiex obbligu li tirritornah; u

(c) 

it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati mal-użu tal-kollateral.

Kont ta’ provvediment għal telf ta’ kreditu

16 [Imħassar]

16A L-ammont riportat ta’ assi finanzjarji mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS 9 ma jitnaqqasx minn kopertura għal telf u entità ma għandiex tippreżenta il-provvediment għat-telf b’mod separat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja bħala tnaqqis tal-ammont riportat tal-assi finanzjarju. Madankollu, entità għandha tiddivulga l-kopertura għal telf fin-noti mar-rapporti finanzjarji.

Strumenti finanzjarji komposti ma’ derivattivi inkorporati multipli

17 Jekk entità tkun ħarġet strument li jkun fih kemm obbligazzjoni kif ukoll komponent ta’ ekwità (ara l-paragrafu 28 tal-IAS 32) u l-istrument ikollu diversi derivattivi inkorporati multipli li l-valuri tagħhom ma jkunux interdipendenti (bħal strument ta’ dejn konvertibbli li jista’ jinfeda), din għandha tiddivulga dawn l-aspetti.

Inadempjenzi u ksur

18 Għas-self pagabbli rikonoxxut fi tmiem id-data tar-rapportar, entità għandha tiddivulga:

(a) 

dettalji ta’ kwalunkwe inadempjenza matul il-perjodu ta’ kapital, mgħax, fond b’amortizzament progressiv, jew termini tat-tifdija ta’ dak is-self pagabbli;

(b) 

l-ammont riportat tas-self pagabbli inadempjenti fid-data tar-rapportar; u

(c) 

jekk l-inadempjenza ġietx rimedjata, jew it-termini tas-self pagabbli ġewx rinegozjati, qabel ma r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għall-pubblikazzjoni.

19 Jekk, matul il-perjodu, kien hemm ksur tat-termini tal-ftehim tas-self minbarra dak deskritt fil-paragrafu 18, entità għandha tiddivulga l-istess informazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu 18 jekk dak il-ksur ikun ippermetta li l-mutwanti jitlob ripagament aċċellerat (sakemm dak il-ksur ma jkunx ġie rimedjat, jew it-termini tas-self ma kinux ġew rinegozjati, fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jew qabel).

Rapport tal-introjtu komprensiv

Entrati ta’ introjtu, spiża, qligħ jew telf

20 Entità għandha tiddivulga l-entrati li ġejjin ta' introjtu, spiża, qligħ jew telf fir-rapport tal-introjtu komprensiv jew fin-noti:

(a) 

qligħ nett jew telf nett fuq:

(i) 

assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, li juru b’mod separat dawk dwar l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji li huma deżinjati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali jew sussegwentement f’konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9, u dawk dwar l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji li b’mod obbligatorju jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9 (eż. obbligazzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ miżmuma għan-negozju fl-IFRS 9). Għall-obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, entità għandha turi b’mod separat l-ammont ta’ qligħ jew telf rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv u l-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf.

(ii)–(iv) 

[imħassra]

(v) 

obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat.

(vi) 

assi finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat.

(vii) 

investimenti fi strumenti ta’ ekwità deżinjati fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9.

(viii) 

assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS 9, li juru b’mod separat l-ammont tal-qligħ jew telf rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu u l-ammont riklassifikat mal-irtirar tar-rikonoxximent minn introjtu ieħor komprensiv akkumulat għall-profitt jew telf għall-perjodu.

(b) 

dħul totali mill-imgħax u spiża totali tal-imgħax (ikkalkolati permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv) għal assi finanzjarji li jitkejlu fil-kost amortizzat jew li jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-IFRS 9 (li juri dawn l-ammonti b’mod separat); jew obbligazzjonijiet finanzjarji li ma jitkejlux fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

(c) 

introjtu mill-imposti u spiża (minbarra ammonti inklużi fid-determinazzjoni tar-rata effettiva tal-imgħax) li tirriżulta minn:

(i) 

assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li mhumiex fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; u

(ii) 

attivitajiet ta’ trust u attivitajiet fiduċjarji oħrajn li jirriżultaw fiż-żamma jew l-investiment ta’ assi f’isem individwi, trusts, pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar, u istituzzjonijiet oħra.

(d) 

[imħassar]

(e) 

[imħassar]

20A Entità għandha tiddivulga analiżi tal-qligħ jew telf rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu komprensiv li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat, u turi b’mod separat il-qligħ u t-telf li jirriżultaw mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dawk l-assi finanzjarji. Din id-divulgazzjoni għandha tinkludi r-raġunijiet għall-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dawk l-assi finanzjarji.

Divulgazzjonijiet oħrajn

Politiki tal-kontabbiltà

21 F’konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiddivulga informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà. L-informazzjoni dwar il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl għall-istrumenti finanzjarji użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji hija mistennija li tkun informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabilità.

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

21A Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 21B-24F għal dawk l-iskoperturi għar-riskju li entità tiħħeġġja u li għalihom tagħżel li tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Id-divulgazzjonijiet tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

(a) 

l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju ta’ entità u kif tiġi applikata għall-ġestjoni tar-riskju;

(b) 

kif l-attivitajiet għall-iħħeġġjar ta' entità jistgħu jaffettwaw l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza dwar il-flussi futuri ta’ flus tagħha; u

(c) 

l-effett li l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar kellha fuq ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-introjtu komprensiv u r-rapport tal-bidliet fl-ekwità tal-entità.

21B Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet meħtieġa f’nota waħda jew f’taqsima separata fir-rapporti finanzjarji tagħha. Madankollu, entità ma għandhiex għalfejn tidduplika informazzjoni li diġà ġiet ippreżentata xi mkien ieħor, sakemm dik l-informazzjoni tkun inkorporata b’kontroreferenza mir-rapporti finanzjarji għal xi rapport ieħor, bħall-kummentarju tal-maniġment jew ir-rapport tar-riskju, li huwa disponibbli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess termini bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess żmien. Mingħajr l-informazzjoni inkorporata permezz ta’ kontroreferenza, ir-rapporti finanzjarji huma inkompleti.

21C Meta l-paragrafi 22A–24F jirrikjedu li l-entità tissepara l-informazzjoni ddivulgata skont il-kategorija tar-riskju, l-entità għandha tiddetermina kull kategorija tar-riskju fuq il-bażi tal-iskoperturi għar-riskju li entità tiddeċiedi li tiħħeġġja u li għalihom tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Entità għandha tiddetermina l-kategoriji tar-riskju b’mod konsistenti għad-divulgazzjonijiet kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

21D Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-paragrafi 21A, entità (ħlief jekk jiġi speċifikat mod ieħor hawn taħt) għandha tiddetermina kemm jiġu ddivulgati dettalji, kemm għandha ssir enfasi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, il-livell xieraq tal-aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni, u jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji jeħtiġux spjegazzjonijiet addizzjonali sabiex jevalwaw l-informazzjoni kwantitattiva ddivulgata. Madankollu, entità għandha tuża l-istess livell ta’ aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni li tuża għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata f’dan l-IFRS u l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust.

L-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju

22 [Imħassar]

22A Entità għandha tispjega l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tagħha għal kull kategorija ta’ riskju tal-iskoperturi għar-riskju li tiddeċiedi li tiħħeġġja u għal liema kontabbiltà għall-iħħeġġjar tapplika. Jenħtieġ li din l-ispjegazzjoni tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jevalwaw (pereżempju):

(a) 

kif jinħoloq kull riskju.

(b) 

kif l-entità timmaniġġa kull riskju; dan jinkludi jekk l-entità tiħħeġġjax entrata kollha kemm hi għar-riskji kollha jew tiħħeġġjax komponent (jew komponenti) tar-riskju ta’ entrata u għaliex.

(c) 

il-limitu tal-iskoperturi għar-riskju li l-entità timmaniġġa.

22B Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-paragrafu 22A, jenħtieġ li l-informazzjoni tinkludi (iżda ma tkunx limitata għal) deskrizzjoni ta’:

(a) 

l-istrumenti għall-iħħeġġjar li jintużaw (u kif jintużaw) sabiex jiħħeġġjaw skoperturi għar-riskju;

(b) 

kif l-entità tiddetermina r-relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ; u

(c) 

kif l-entità tistabbilixxi l-proporzjon tal-ħeġġ u x’kienu s-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ.

22C Meta entità tiddeżinja komponent tar-riskju speċifiku bħala entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafu 6.3.7 tal-IFRS 9), apparti d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 22A u 22B, din għandha tipprovdi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar:

(a) 

kif l-entità ddeterminat il-komponent tar-riskju li huwa deżinjat bħala l-entrata ħħeġġjata (inkluż deskrizzjoni tan-natura tar-relazzjoni bejn il-komponent tar-riskju u l-entrata kollha kemm hi); u

(b) 

kif il-komponent tar-riskju jkun relatat mal-entrata fit-totalità tagħha (pereżempju, il-komponent tar-riskju deżinjat storikament kopra medja ta’ 80 fil-mija tal-bidliet fil-valur ġust tal-entrata fit-totalità tagħha).

L-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus

23 [Imħassar]

23A Sakemm ma tkunx eżentata mill-paragrafu 23C, entità għandha tiddivulga informazzjoni kwantitattiva skont il-kategorija tar-riskju li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-istrumenti għall-iħħeġġjar u kif dawn jaffettwaw l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus tal-entità.

23B Sabiex tissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 23A, entità għandha tipprovdi diżaggregazzjoni li tiddivulga:

(a) 

profil tat-twaqqit tal-ammont nominali tal-istrument għall-iħħeġġjar; u

(b) 

jekk applikabbli, il-prezz jew ir-rata medji (pereżempju l-prezz tal-eżerċitar jew il-prezz forward, eċċ.) tal-istrument għall-iħħeġġjar.

23C F’sitwazzjonijiet li fihom entità ta’ spiss tirrisettja (jiġifieri twaqqaf jew tibda mill-ġdid) relazzjonijiet tal-iħħeġġjar għaliex kemm l-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll l-entrata ħħeġġjata ta’spiss jinbidlu (jiġifieri l-entità tuża proċess dinamiku li fih kemm l-iskopertura kif ukoll l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati biex timmaniġġa dik l-iskopertura ma jibqgħux l-istess fit-tul — bħal fl-eżempju fil-paragrafu B6.5.24(b) tal-IFRS 9), l-entità:

(a) 

hija eżentata milli tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 23A u 23B.

(b) 

għandha tiddivulga:

(i) 

informazzjoni dwar x’inhi l-istrateġija aħħarija tal-ġestjoni tar-riskju b’rabta ma’ dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar;

(ii) 

deskrizzjoni dwar kif tirrifletti fl-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tagħha billi tuża l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar u billi tiddeżinja dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar partikulari; u

(iii) 

indikazzjoni dwar il-frekwenza li biha jitwaqqfu u jibdew mill-ġdid ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar bħala parti mill-proċess tal-entità fir-rigward ta’ dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar.

23D Entità għandha tiddivulga, skont il-kategorija tar-riskju, deskrizzjoni tas-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ li huma mistennija jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha.

23E Jekk jitfaċċaw sorsi oħra tal-ineffettività tal-ħeġġ f’relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità għandha tiddivulga dawk is-sorsi skont il-kategorija tar-riskju u tispjega l-ineffettività tal-ħeġġ li tirriżulta.

23F Għall-ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus, entità għandha tiddivulga deskrizzjoni ta’ kwalunkwe tranżazzjoni prevista li għaliha tkun intużat il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-perjodu preċedenti, iżda li ma għadhiex mistennija sseħħ.

L-effetti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni

24 [Imħassar]

24A Entità għandha tiddivulga, f’format tabulari, l-ammonti li ġejjin relatati mal-entrati deżinjati bħala strumenti għall-iħħeġġjar b’mod separat skont il-kategorija tar-riskju għal kull tip ta’ ħeġġ (ħeġġ fuq il-valur ġust, ħeġġ tal-fluss ta’ flus jew ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija):

(a) 

l-ammont riportat tal-istrumenti għall-iħħeġġjar (assi finanzjarji b’mod separat mill-obbligazzjonijiet finanzjarji);

(b) 

l-entrata f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li tinkludi l-istrument għall-iħħeġġjar;

(c) 

il-bidla fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar użat bħala l-bażi għar-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-perjodu; u

(d) 

l-ammonti nominali (inklużi kwantitajiet bħal tunnellati jew metri kubi) tal-istrumenti għall-iħħeġġjar.

24B Entità għandha tiddivulga, f’format tabulari, l-ammonti li ġejjin relatati mal-entrati ħħeġġjati b’mod separat skont ir-riskju tal-kategorija għat-tipi ta’ ħeġġijiet li ġejjin:

(a) 

għall-ħeġġijiet fuq il-valur ġust:

(i) 

l-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (li jippreżenta l-assi b’mod separat mill-obbligazzjonijiet);

(ii) 

l-ammont akkumulat tal-aġġustamenti tal-ħeġġ fuq il-valur ġust fuq l-entrata ħħeġġjata inkluża fl-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (li jippreżenta l-assi b’mod separat mill-obbligazzjonijiet);

(iii) 

l-entrata f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li tinkludi l-entrata ħħeġġjata;

(iv) 

il-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata użata bħala l-bażi għar-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-perjodu; u

(v) 

l-ammont akkumulat tal-aġġustamenti tal-ħeġġ fuq il-valur ġust li jifdal fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal kwalunkwe entrata ħħeġġjata li ma tkunx baqgħet tiġi aġġustata għall-qligħ u t-telf tal-iħħeġġjar f’konformità mal-paragrafu 6.5.10 tal-IFRS 9.

(b) 

għall-ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus u ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija:

(i) 

il-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata użata bħala l-bażi għar-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-perjodu (jiġifieri għall-ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus, il-bidla fil-valur użat sabiex tiġi determinata l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta f’konformità mal-paragrafu 6.5.11 (c) tal-IFRS9);

(ii) 

il-bilanċi fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus u r-riżerva tal-qlib tal-munita barranija għat-tkomplija ta’ ħeġġijiet li huma kontabbilizzati f’konformità mal-paragrafi 6.5.11 u 6.5.13(a) tal-IFRS 9; u

(iii) 

il-bilanċi li jibqa’ fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus u r-riżerva ta’ qlib tal-munita barranija minn kwalunkwe relazzjoni tal-iħħeġġjar li għaliha ma tibqax tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

24C Entità għandha tiddivulga, f’format tabulari, l-ammonti li ġejjin b’mod separat skont il-kategorija tar-riskju għat-tipi ta’ ħeġġijiet kif ġej:

(a) 

għall-ħeġġijiet fuq il-valur ġust:

(i) 

l-ineffettività tal-ħeġġ—jiġifieri d-differenza bejn il-qligħ u t-telf tal-iħħeġġjar tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata—rikonoxxut fi profitt jew telf (jew introjtu ieħor komprensiv għal ħeġġijiet ta’ strument ta’ ekwità li għalihom entità għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9); u

(ii) 

l-entrata f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta.

(b) 

għall-ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus u ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija:

(i) 

il-profitt jew telf tal-iħħeġġjar tal-perjodu ta’ rapportar li kienu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv;

(ii) 

l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta fi profitt jew telf;

(iii) 

l-entrata f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi l-ineffettività tal-ħeġġ rikonoxxuta;

(iv) 

l-ammont riklassifikat mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew ir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fi profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) (billi ssir distinzjoni bejn ammonti li għalihom preċedentement intużat il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, iżda li għalihom ma għadhomx mistennija li jseħħu flussi futuri ta’ flus ħħeġġjati, u l-ammonti li ġew trasferiti minħabba li l-entrata ħħeġġjata affettwat il-profitt jew telf);

(v) 

l-entrata f’linja fir-rapport tal-introjtu komprensiv li tinkludi l-aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1); u

(vi) 

għall-ħeġġijiet ta’ pożizzjonijiet netti, il-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar rikonoxxut f’entrata f’linja separata fir-rapport tal-introjtu komprensiv (ara l-paragrafu 6.6.4 tal-IFRS 9).

24D Meta l-volum tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar li għalihom tapplika l-eżenzjoni fil-paragrafu 23C ma jkunx jirrappreżenta l-valuri normali matul il-perjodu (jiġifieri l-volum fid-data tar-rapportar ma jirriflettix il-volumi matul il-perjodu), entità għandha tiddivulga dak il-fatt u r-raġuni għaliex temmen li l-volumi mhumiex rappreżentattivi.

24E Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni ta’ kull komponent ta’ ekwità u analiżi ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-IAS 1 li, flimkien:

(a) 

jagħmlu distinzjoni, tal-inqas, bejn l-ammonti li huma relatati mad-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 24C(b)(i) u (b)(iv) kif ukoll l-ammonti kontabbilizzati f’konformità mal-paragrafu 6.5.11(d)(i) u (d)(iii) tal-IFRS 9;

(b) 

jagħmlu distinzjoni bejn l-ammonti assoċjati mal-valur taż-żmien tal-opzjonijiet li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati mat-tranżazzjoni u l-ammonti assoċjati mal-valur taż-żmien tal-opzjonijiet li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati mal-perjodu taż-żmien meta entità tikkontabbilizza l-valur taż-żmien ta’ opzjoni f’konformità mal-paragrafu 6.5.15 tal-IFRS 9; u

(c) 

jagħmlu distinzjoni bejn l-ammonti assoċjati mal-elementi forward ta’ kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-munita barranija ta’ strumenti finanzjarji li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati mat-tranżazzjoni, u l-ammonti assoċjati mal-elementi forward ta’ kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-munita barranija ta’ strumenti finanzjarji li jiħħeġġjaw entrati ħħeġġjati relatati mal-perjodu taż-żmien meta entità tikkontabbilizza dawk l-ammonti f’konformità mal-paragrafu 6.5.16 tal-IFRS 9.

24F Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 24E b’mod separat skont il-kategorija ta’ riskju. Din id-diżaggregazzjoni skont ir-riskju tista’ tiġi pprovduta fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

Opzjoni għad-deżinjazzjoni ta’ skopertura għar-riskju bħala mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

24G Jekk entità tiddeżinja strument finanzjarju, jew proporzjon minnu, kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf għaliex tuża derivattiv ta’ kreditu biex timmaniġġa r-riskju ta’ kreditu ta’ dak l-istrument finanzjarju, din għandha tiddivulga:

(a) 

għal derivattivi ta’ kreditu li ntużaw biex jiġi mmaniġġat ir-riskju ta’ kreditu ta’ strumenti finanzjarji deżinjati kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9, rikonċiljazzjoni ta’ kull ammont nominali u l-valur ġust fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu;

(b) 

il-qligħ jew telf rikonoxxuti fi profitt jew telf fuq id-deżinjazzjoni ta’ strument finanzjarju, jew proporzjon minnu, kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 6.7.1 tal-IFRS 9; u

(c) 

għall-waqfien tal-kejl ta’ strument finanzjarju, jew proporzjon minnu, fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-valur ġust ta’ dak l-istrument finanzjarju li jkun sar l-ammont riportat ġdid f’konformità mal-paragrafu 6.7.4(b) tal-IFRS 9 u l-ammont nominali jew prinċipali relatat (ħlief għall-għoti ta’ informazzjoni komparattiva f’konformità mal-IAS 1, entità ma għandhiex bżonn tkompli din id-divulgazzjoni f’perjodi sussegwenti).

Inċertezza li tirriżulta mir-riforma tar-rata normattiva tal-imgħax

24H Għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li għalihom entità tapplika l-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 6.8.4–6.8.12 tal-IFRS 9 jew il-paragrafi 102D–102N tal-IAS 39, entità għandha tiddivulga:

(a) 

il-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax sinifikanti li għalihom ikunu esposti r-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar tal-entità;

(b) 

il-livell tal-iskopertura għar-riskju li l-entità timmaniġġa li tkun direttament affettwata mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax;

(c) 

kif l-entità qed timmaniġġa l-proċess biex issir tranżizzjoni għal parametri referenzjarji alternattivi;

(d) 

deskrizzjoni ta’ suppożizzjonijiet jew ġudizzji sinifikanti li l-entità għamlet fl-applikazzjoni ta’ dawn il-paragrafi (pereżempju, suppożizzjonijiet jew ġudizzji dwar meta l-inċertezza li tirriżulta minn riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq ir-rata tal-imgħax referenzjarja); u

(e) 

l-ammont nominali tal-istrumenti għall-iħħeġġjar f’dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar.

Divulgazzjonijiet addizzjonali relatati mar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax

24I Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-effett tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax fuq l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju ta’ entità, entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar:

(a) 

in-natura u l-firxa tar-riskji li għalihom hija esposta l-entità li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji soġġetti għal riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, u kif l-entità timmaniġġa dawn ir-riskji; u

(b) 

il-progress tal-entità fit-tlestija tat-tranżizzjoni għal parametri referenzjarji alternattivi, u kif l-entità qed timmaniġġa t-tranżizzjoni.

24J Biex jintlaħqu l-objettivi tal-paragrafu 24I, entità għandha tiddivulga:

(a) 

kif l-entità qed timmaniġġa t-tranżizzjoni għal parametri referenzjarji alternattivi, il-progress tagħha fid-data tar-rapportar u r-riskji li hija esposta għalihom li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji minħabba t-tranżizzjoni;

(b) 

diżaggregata mill-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax sinifikanti soġġett għal riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, informazzjoni kwantitattiva dwar strumenti finanzjarji li għadhom iridu jgħaddu għal parametru referenzjarju alternattiv fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, li turi b’mod separat:

(i) 

assi finanzjarji nonderivattivi;

(ii) 

obbligazzjonijiet finanzjarji nonderivattivi; u

(iii) 

derivattivi; u

(c) 

jekk ir-riskji identifikati fil-paragrafu 24J(a) irriżultawx f’bidliet fl-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità (ara l-paragrafu 22A), deskrizzjoni ta’ dawn il-bidliet.

Valur ġust

25 Apparti kif stipulat fil-paragrafu 29, għal kull klassi ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji (ara l-paragrafu 6), entità għandha tiddivulga l-valur ġust ta’ dik il-klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet b’tali mod li jippermetti li dan jitqabbel mal-ammont riportat tagħha.

26 Meta tiddivulga valuri ġusti, entità għandha tiġbor assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fi klassijiet, iżda għandha tpaċihom biss sal-punt li l-ammonti riportati jiġu paċuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

27-27B [Imħassra]

28 F’ċerti każijiet, entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja peress li l-valur ġust la jkun evidenzjat minn prezz ikkwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġifieri input tal-Livell 1) u lanqas ma jkun ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss data minn swieq osservabbli (ara l-paragrafu B5.1.2A tal-IFRS 9). F’dawn il-każijiet, l-entità għandha tiddivulga skont il-klassi ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja:

(a) 

il-politika tal-kontabbiltà tagħha sabiex tirrikonoxxi d-differenza fi profitt jew it-telf bejn il-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni sabiex tirrifletti bidla fil-fatturi (inkluż iż-żmien) li jqisu l-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni (ara l-paragrafu B5.1.2A(b) tal-IFRS 9).

(b) 

id-differenza aggregata li għad trid tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu u rikonċiljazzjoni tal-bidliet fil-bilanċ ta’ din id-differenza.

(c) 

ir-raġuni għaliex l-entità kkonkludiet li l-prezz tat-tranżazzjoni ma kienx l-aħjar evidenza fil-valur ġust, inkluża deskrizzjoni tal-evidenza li tappoġġa l-valur ġust.

29 Divulgazzjonijiet tal-valur ġust mhumiex meħtieġa:

(a) 

meta l-ammont riportat ikun approssimazzjoni raġonevoli tal-valur ġust, pereżempju, għall-istrumenti finanzjarji bħal riċevibbli u ammonti pagabbli tan-negozju fuq ta’ terminu qasir; jew

(b) 

[imħassar]

(c) 

[imħassar]

(d) 

għall-obbligazzjonijiet tal-lokazzjoni.

30 [Imħassar]

NATURA U FIRXA TAR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MINN STRUMENTI FINANZJARJI

31   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jevalwaw in-natura u l-firxa tar-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji li l-entità tkun esposta għalihom fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

32 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 33-42 jiffukaw fuq ir-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji u kif dawn jiġu ġestiti. Dawn ir-riskji tipikament jinkludu riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità u riskju tas-suq, iżda mhumiex limitati għalihom.

32A Il-provvediment ta’ divulgazzjonijiet kwalitattivi fil-kuntest ta’ divulgazzjonijiet kwantitattivi jippermetti li l-utenti jikkollegaw divulgazzjonijiet relatati u b’hekk jiffurmaw stampa globali tan-natura u l-firxa tar-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji. L-interazzjoni bejn divulgazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi tikkontribwixxi għad-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni b’mod li jippermetti aħjar li l-utenti jevalwaw l-iskopertura ta’ entità għar-riskji.

Divulgazzjonijiet kwalitattivi

33 Għal kull tip ta’ riskju li jirriżulta minn strumenti finanzjarji, entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-iskoperturi għar-riskju u kif dawn joriġinaw;

(b) 

l-objettivi, il-politiki u l-proċessi tagħha għall-ġestjoni tar-riskju u l-metodi użati sabiex jitkejjel ir-riskju; u

(c) 

kwalunkwe bidla f’(a) jew (b) mill-perjodu preċedenti.

Divulgazzjonijiet kwantitattivi

34 Għal kull tip ta’ riskju li jirriżulta minn strumenti finanzjarji, entità għandha tiddivulga:

(a) 

data kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għal dak ir-riskju fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Din id-divulgazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati), pereżempju l-bord tad-diretturi jew il-kap eżekuttiv tal-entità.

(b) 

id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 35A–42, sa fejn mhux ipprovdut f’konformità ma’ (a).

(c) 

il-konċentrazzjonijiet tar-riskju jekk ma jkunux evidenti mid-divulgazzjonijiet magħmula f’konformità ma’ (a) u (b).

35 Jekk id-data kwantitattiva ddivulgata fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ma tkunx tirrappreżenta l-iskopertura għar-riskju ta’ entità matul dak il-perjodu, entità għandha tipprovdi aktar informazzjoni li tkun rappreżentattiva.

Riskju ta’ kreditu

Kamp ta’ applikazzjoni u objettivi

35A Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 35F–35N għal strumenti finanzjarji li għalihom jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ indeboliment fl-IFRS 9. Madankollu:

(a) 

għal riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali u riċevibbli tal-lokazzjoni, japplika l-paragrafu 35J(a) għal dawk ir-riċevibbli tan-negozju, l-assi kuntrattwali u r-riċevibbli tal-lokazzjoni li għalihom it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jkun rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9, jekk dawk l-assi finanzjarji jiġu mmodifikati wara iktar minn 30 jum li jkunu dovuti; u

(b) 

il-paragrafu 35K(b) ma japplikax għal riċevibbli tal-lokazzjoni.

35B Id-divulgazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu li jsiru f’konformità mal-paragrafi 35F-35N għandhom jippermettu li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu l-effett tar-riskju ta’ kreditu fuq l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, id-divulgazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu għandhom jipprovdu:

(a) 

informazzjoni dwar prattiki tal-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ entità u kif dawn huma relatati mar-rikonoxximent u l-kejl ta’ telf ta’ kreditu mistenni, inklużi l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-informazzjoni użata sabiex jitkejjel it-telf tal-kreditu mistenni;

(b) 

informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jevalwaw l-ammonti fir-rapporti finanzjarji li jirriżultaw minn telf ta’ kreditu mistenni, inklużi bidliet fl-ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet u

(c) 

informazzjoni dwar l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu ta’ entità (jiġifieri riskju ta’ kreditu inerenti fl-assi finanzjarji ta’ entità u impenji sabiex jiġi estiż dak il-kreditu) inkluż konċentrazzjonijiet sinifikanti tar-riskju ta’ kreditu.

35C Entità ma għandhiex għalfejn tidduplika informazzjoni li diġà ġiet ippreżentata xi mkien ieħor, dment li dik l-informazzjoni tkun inkorporata f’kontroreferenza mir-rapporti finanzjarji għal rapporti oħra, bħal kummentarju tal-maniġment jew rapport tar-riskju li jkun disponibbli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess termini bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin. Mingħajr l-informazzjoni inkorporata permezz ta’ kontroreferenza, ir-rapporti finanzjarji huma inkompleti.

35D Sabiex jintlaħqu l-objettivi fil-paragrafu 35B, entità għandha (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) tqis kemm tiddivulga dettalji, kemm għandha titpoġġa enfasi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, il-livell xieraq ta’ aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni, u jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji jeħtiġux spjegazzjonijiet addizzjonali biex tiġi evalwata l-informazzjoni kwantitattiva ddivulgata.

35E Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti f’konformità mal-paragrafi 35F-35N ma jkunux biżżejjed sabiex jintlaħqu l-objettivi fil-paragrafu 35B, entità għandha tiddivulga informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Il-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu

35F Entità għandha tispjega l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tagħha u kif huma relatati mar-rikonoxximent u l-kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu u jevalwaw:

(a) 

kif entità ddeterminat jekk ir-riskju ta’ kreditu ta’ strumenti finanzjarji żdiedx b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali, inkluż, jekk u kif:

(i) 

strumenti finanzjarji jitqiesu li jkollhom riskju ta’ kreditu baxx f’konformità mal-paragrafu 5.5.10 tal-IFRS 9, inklużi l-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji li japplika għalihom; u

(ii) 

ġiet ikkonfutata s-suppożizzjoni fil-paragrafu 5.5.11 tal-IFRS 9, li kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali meta l-assi finanzjarji jkunu għaddewlhom 30 jum wara d-data tal-għeluq;

(b) 

definizzjonijiet ta’ inadempjenza ta’ entità, inklużi r-raġunijiet għall-għażla ta’ dawk id-definizzjonijiet;

(c) 

kif l-istrumenti ġew raggruppati jekk it-telf ta’ kreditu mistenni tkejjel fuq bażi kollettiva;

(d) 

kif entità ddeterminat li l-assi finanzjarji huma assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu;

(e) 

politika ta’ tħassir ta’ entità, inklużi l-indikaturi li ma hemmx aspettattiva raġonevoli ta’ rkupru u informazzjoni dwar il-politika għall-assi finanzjarji li jitħassru iżda li għadhom soġġetti għal attività ta’ infurzar; u

(f) 

kif ġew applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 5.5.12 tal-IFRS 9 għall-modifika għall-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarji, inkluż kif entità:

(i) 

tiddetermina jekk ir-riskju ta’ kreditu fuq assi finanzjarji li ġie mmodifikat filwaqt li kienet qed titkejjel il-kopertura għal telf f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja tjiebx b’tali mod li l-kopertura għal telf terġa’ lura biex titkejjel f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar f’konformità mal-paragrafu 5.5.5. tal-IFRS 9, u

(ii) 

tissorvelja kemm il-kopertura għal telf fuq assi finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji f’(i) jerġa’ jitkejjel sussegwentement f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja f’konformità mal-paragrafu 5.5.3. tal-IFRS 9.

35G Entità għandha tispjega l-inputs, is-suppożizzjonijiet u t-tekniki tal-istimi użati sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti fit-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9. Għal dan l-għan, entità għandha tiddivulga:

(a) 

il-bażi tal-inputs u s-suppożizzjonijiet u t-tekniki tal-istimi użati sabiex:

(i) 

jitkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar u tul il-ħajja;

(ii) 

jiġi determinat jekk ir-riskju ta' kreditu ta' strumenti finanzjarji żdiedx b'mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali; u

(iii) 

jiġi determinat jekk assi finanzjarju huwiex assi finanzjarju b’indeboliment fil-kreditu.

(b) 

kif informazzjoni ta’ natura prospettiva ġiet inkorporata fid-determinazzjoni ta’ telf ta’ kreditu mistenni, inkluż l-użu ta’ informazzjoni makroekonomika; u

(c) 

bidliet fit-tekniki tal-istimi jew suppożizzjonijiet sinifikanti li saru matul il-perjodu ta’ rapportar u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet.

Informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar ammonti li jirriżultaw minn telf ta’ kreditu mistenni

35H Sabiex tispjega l-bidliet fil-kopertura għal telf u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet, entità għandha tipprovdi, skont il-klassi tal-istrument finanzjarju, rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq tal-provvediment għat-telf, f’tabella li turi b’mod separat il-bidliet matul il-perjodu għal:

(a) 

il-kopertura għal telf imkejjel f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar;

(b) 

il-kopertura għal telf imkejjel f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja:

(i) 

strumenti finanzjarji li għalihom ir-riskju ta’ kreditu żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali iżda li mhumiex assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu;

(ii) 

assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rapportar (iżda li mhumiex mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu); u

(iii) 

riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali jew riċevibbli tal-lokazzjoni li għalihom il-koperturi għal telf jitkejlu f’konformità mal-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9.

(c) 

assi finanzjarji li jinxtraw jew li oriġinaw b’indeboliment fil-kreditu. Apparti r-rikonċiljazzjoni, entità għandha tiddivulga l-ammont totali tat-telf ta’ kreditu mistenni mhux skontat fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarji inizjalment rikonoxxuti matul il-perjodu ta’ rapportar.

35I Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-bidliet fil-koperturi għal telf iddivulgati f’konformità mal-paragrafu 35H, entità għandha tipprovdi spjegazzjoni dwar kif bidliet sinifikanti fl-ammont riportat gross ta’ strumenti finanzjarji matul il-perjodu kkontribwew għal bidliet fil-kopertura għal telf. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mod separat għal strumenti finanzjarji li jirrappreżentaw il-kopertura għal telf kif elenkati fil-paragrafu 35H(a)–(c) u għandha tinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva rilevanti. Eżempji ta’ bidliet fl-ammont riportat gross tal-istrumenti finanzjarji li kkontribwew għall-bidliet fil-kopertura għal telf jistgħu jinkludu:

(a) 

bidliet minħabba l-istrumenti finanzjarji li oriġinaw jew inxtraw matul il-perjodu ta’ rapportar;

(b) 

il-modifika tal-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq l-assi finanzjarji li ma jirriżultawx f’irtirar tar-rikonoxximent ta’ dawk l-assi finanzjarji f’konformità mal-IFRS 9;

(c) 

bidliet minħabba strumenti finanzjarji li ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom (inklużi dawk li tħassru) matul il-perjodu ta’ rapportar; u

(d) 

bidliet li jirriżultaw minn jekk il-kopertura għal telf titkejjilx fuq ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar jew tul il-ħajja.

35J Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu n-natura u l-effett tal-modifiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq l-assi finanzjarji li ma jkunux wasslu għal irtirar tar-rikonoxximent u l-effett tat-tali modifiki fuq il-kejl ta’ telf ta’ kreditu mistenni, entità għandha tiddivulga:

(a) 

il-kost amortizzat qabel il-modifika u l-qligħ jew it-telf nett rikonoxxut ta’ modifika għal assi finanzjarji li għalihom il-flussi ta’ flus kuntrattwali ġew modifikati matul il-perjodu ta’ rapportar filwaqt li kellhom kopertura għal telf imkejjel fuq ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja; u

(b) 

l-ammont riportat gross fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ta’ assi finanzjarji li ġew modifikati mir-rikonoxximent inizjali fi żmien meta l-kopertura għal telf tkejjel f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja u li għalihom il-kopertura għal telf inbidlet matul il-perjodu ta’ rapportar għal ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar.

35K Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu l-effett tal-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu fuq l-ammonti li jirriżultaw minn telf ta’ kreditu mistenni, entità għandha tiddivulga skont il-klassi ta’ strument finanzjarju:

(a) 

l-ammont li jirrappreżenta bl-aħjar mod l-iskopertura massima tagħha għar-riskju ta’ kreditu fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar mingħajr ma jitqies ebda kollateral miżmum jew titjib ieħor tal-kreditu (eż. ftehimiet ta’ netting li ma jikkwalifikawx għal tpaċija f’konformità mal-IAS 32).

(b) 

deskrizzjoni narrattiva tal-kollateral miżmum bħala garanzija u titjib ieħor tal-kreditu, inkluż:

(i) 

deskrizzjoni tan-natura u l-kwalità tal-kollateral miżmum;

(ii) 

spjegazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-kwalità ta’ dak il-kollateral jew titjib tal-kreditu b’riżultat ta’ deterjorament jew bidliet fil-politiki dwar il-kollateral tal-entità matul il-perjodu ta’ rapportar; u

(iii) 

informazzjoni dwar strumenti finanzjarji li għalihom entità ma tkunx irrikonoxxiet kopertura għal telf minħabba l-kollateral.

(c) 

informazzjoni kwantitattiva dwar il-kollateral miżmum bħala garanzija u titjib ieħor tal-kreditu (pereżempju, il-kwantifikazzjoni ta’ kemm il-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu jimmitigaw ir-riskju ta’ kreditu) għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rapportar.

35L Entità għandha tiddivulga l-ammont kuntrattwali pendenti fuq l-assi finanzjarji li tħassru matul il-perjodu ta’ rapportar u li għadhom soġġetti għal attività ta’ infurzar.

Skopertura għar-riskju ta’ kreditu

35M Sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jivvalutaw skopertura għar-riskju ta’ kreditu ta’ entità u jifhmu l-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu sinifikanti tagħha, permezz ta’ gradi tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, entità għandha tiddivulga l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarji u l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu fuq impenji ta’ self u kuntratti ta’ garanzija finanzjarja. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mod separat għall-istrumenti finanzjarji:

(a) 

li għalihom il-kopertura għal telf titkejjel f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar;

(b) 

li għalihom il-kopertura għal telf titkejjel f’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja u li huma:

(i) 

strumenti finanzjarji li għalihom ir-riskju ta’ kreditu żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali iżda li mhumiex assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu;

(ii) 

assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rapportar (iżda li mhumiex mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu); u

(iii) 

riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali jew riċevibbli tal-lokazzjoni li għalihom il-koperturi għal telf jitkejlu f’konformità mal-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9.

(c) 

li huma assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu.

35N Għal riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali u riċevibbli tal-lokazzjoni li għalihom entità tapplika l-paragrafu 5.5.15 tal-IFRS 9, l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu 35M tista’ tkun ibbażata fuq matriċi ta’ dispożizzjoni (ara l-paragrafu B5.5.35 tal-IFRS 9).

36 Għall-istrumenti finanzjarji kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, iżda li għalihom ma jiġux applikati r-rekwiżiti ta’ indeboliment fl-IFRS 9, entità għandha tiddivulga skont il-klassi ta’ strument finanzjarju:

(a) 

l-ammont li jirrappreżenta bl-aħjar mod l-iskopertura massima tagħha għar-riskju ta’ kreditu fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar mingħajr ma jitqies ebda kollateral miżmum jew titjib ieħor tal-kreditu (eż. ftehimiet ta’ netting li ma jikkwalifikawx għal tpaċija f’konformità mal-IAS 32); din id-divulgazzjoni mhijiex meħtieġa għal strumenti finanzjarji li l-ammont riportat tagħhom jirrappreżenta b-aħjar mod l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu.

(b) 

deskrizzjoni ta’ kollateral miżmum bħala garanzija u titjib ieħor tal-kreditu, u l-effett finanzjarju tagħhom (eż kwantifikazzjoni ta’ kemm il-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu jimmitigaw ir-riskju ta’ kreditu) fir-rigward tal-ammont li jirrappreżenta bl-aħjar mod l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu (kemm jekk divulgat f’konformità ma’ (a) kif ukoll jekk irrappreżentat mill-ammont riportat ta’ strument finanzjarju).

(c) 

[imħassar]

(d) 

[imħassar]

37 [Imħassar]

Kollateral u titjib ieħor tal-kreditu miksub

38 Meta entità tikseb assi finanzjarji jew mhux finanzjarji matul il-perjodu billi tieħu l-pussess ta’ kollateral li jkollha bħala titolu jew titlob titjib ieħor tal-kreditu (eż. garanziji), u dawn l-assi jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent f’IFRSs oħra, entità għandha tiddivulga għal dawn l-assi miżmuma fid-data tar-rapportar:

(a) 

in-natura u l-ammont riportat tal-assi; u

(b) 

meta l-assi ma jkunux faċilment konvertibbli fi flus, il-politiki tagħha biex tiddisponi minn dawk l-assi jew biex tużahom fl-operazzjonijiet tagħha.

Riskju ta’ likwidità

39 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji nonderivattivi (inklużi kuntratti maħruġa ta’ garanzija finanzjarja) li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal.

(b) 

analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji derivattivi. L-analiżi tal-maturità għandha tinkludi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal għal dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji derivattivi li għalihom il-maturitajiet kuntrattwali huma essenzjali sabiex jinftiehem it-twaqqit tal-flussi ta’ flus (ara l-paragrafu B11B).

(c) 

deskrizzjoni ta’ kif jirnexxilha ġġestixxi r-riskju ta’ likwidità inerenti f’(a) u (b).

Riskju tas-suq

Analiżi tas-sensittività

40 Sakemm entità ma tkunx tikkonforma mal-paragrafu 41, din għandha tiddivulga:

(a) 

analiżi tas-sensittività għal kull tip ta’ riskju tas-suq li l-entità tkun esposta għalih fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, li turi kif profitt jew telf u ekwità kienu jiġu affettwati b’bidliet fir-riskju varjabbli relevanti li kienu raġonevolment possibbli f’dik id-data;

(b) 

il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fil-preparament tal-analiżi tas-sensittività; u

(c) 

bidliet mill-perjodu preċedenti fil-metodi u s-suppożizzjonijiet, u r-raġunijiet għal tali bidliet.

41 Jekk entità tipprepara analiżi tas-sensittività, bħal valur fir-riskju, li tirrifletti interdipendenzi bejn varjabbli tar-riskju (eż. rati tal-imgħax u rati tal-kambju) u tużaha sabiex timmaniġġa riskji finanzjarji, din tista’ tuża dik l-analiżi tas-sensittività minflok l-analiżi speċifikata fil-paragrafu 40. L-entità għandha tiddivulga wkoll:

(a) 

spjegazzjoni tal-metodu użat fil-preparazzjoni ta’ tali analiżi tas-sensittività, u tal-parametri ewlenin u s-suppożizzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata d-data mogħtija; u

(b) 

spjegazzjoni tal-objettiv tal-metodu użat u tal-limitazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f’informazzjoni li ma tirriflettix bis-sħiħ il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet involuti.

Divulgazzjonijiet oħrajn tar-riskju tas-suq

42 Meta l-analiżijiet tas-sensittività ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 40 jew 41 ma jkunux rappreżentattivi tar-riskju inerenti fi strument finanzjarju (pereżempju għaliex l-iskopertura fi tmiem is-sena ma tkunx tirrifletti l-iskopertura matul is-sena), l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt u r-raġuni għaliex hija temmen li l-analiżijiet tas-sensittività mhumiex rappreżentattivi.

TRASFERIMENTI TAL-ASSI FINANZJARJI

42A Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 42B–42H marbuta mat-trasferimenti tal-assi finanzjarji jissupplimentaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni oħrajn ta’ dan l-IFRS. Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet rekwiżiti permezz tal-paragrafi 42B–42H f’nota waħda fir-rapporti finanzjarji tagħha. Entità għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet rekwiżiti għall-assi finanzjarji kollha ttrasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent u għal kwalunkwe involviment kontinwu f’assi trasferit, li jeżisti fid-data tar-rapportar, irrispettivament minn meta seħħet it-tranżazzjoni relatata tat-trasferiment. Għall-finijiet li jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni f’dawk il-paragrafi, entità tittrasferixxi l-assi finanzjarju kollu jew parti minnu (l-assi finanzjarju trasferit), jekk, u biss jekk:

(a) 

tittrasferixxi d-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta’ flus ta’ dak l-assi finanzjarju; jew

(b) 

iżżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta’ flus ta’ dak l-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi ta’ flus lil riċevitur wieħed jew aktar f’arranġament.

42B Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha:

(a) 

jifhmu r-relazzjoni bejn l-assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom u l-obbligazzjonijiet assoċjati; u

(b) 

jevalwaw in-natura tal-involviment kontinwu tal-entità f’assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u r-riskji assoċjati ma’ dan l-involviment.

42C Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, entità għandha involviment kontinwu f’assi finanzjarju trasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, l-entità żżomm kwalunkwe dritt jew obbligu kuntrattwali inerenti fl-assi finanzjarju trasferit jew tikseb xi dritt jew obbligu kuntrattwali ġdid b’rabta mal-assi finanzjarju trasferit. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, dawn li ġejjin ma jikkostitwux involviment kontinwu:

(a) 

rappreżentazzjonijiet u warranties normali marbuta ma’ trasferiment doluż u kunċetti ta’ raġonevolezza, bona fide u tranżazzjoni ġusta li b’riżultat ta’ azzjoni legali jistgħu jinvalidaw trasferiment;

(b) 

kuntratti forward, ta’ opzjoni u kuntratti oħrajn biex jerġgħu jakkwistaw l-assi finanzjarju trasferit li għalih il-prezz tal-kuntratt (jew il-prezz tal-eżerċitar) ikun il-valur ġust tal-assi finanzjarju trasferit; jew

(c) 

arranġament li bih entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta’ flus ta’ assi finanzjarju iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi ta’ flus lil entità waħda jew aktar minn waħda u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.5(a)–(c) tal-IFRS 9.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

42D Entità tista’ tkun ittrasferiet assi finanzjarji b’tali mod li parti mill-assi finanzjarji trasferiti jew l-assi finanzjarji trasferiti kollha ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent. Biex tilħaq l-objettivi stipulati fil-paragrafu 42B(a), l-entità għandha tiddivulga f’kull data tar-rapportar għal kull klassi ta’ assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom:

(a) 

in-natura tal-assi trasferiti;

(b) 

in-natura tar-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda li għalihom l-entità tkun skoperta;

(c) 

deskrizzjoni tan-natura tar-relazzjoni bejn l-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati, inklużi r-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-trasferiment fuq l-użu tal-assi trasferiti mill-entità relatriċi;

(d) 

meta kontroparti (kontropartijiet) għall-obbligazzjonijiet assoċjati tista’ ddur (jistgħu jduru) biss għall-assi trasferiti, skeda li tippreżenta l-valur ġust tal-assi trasferiti, il-valur ġust tal-obbligazzjonijiet assoċjati u l-pożizzjoni netta (id-differenza bejn il-valur ġust tal-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati);

(e) 

meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi kollha trasferiti, l-ammonti riportati tal-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati;

(f) 

meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi sa fejn tkompli bl-involviment tagħha (ara l-paragrafi 3.2.6(c)(ii) u 3.2.16 tal-IFRS 9), l-ammont riportat totali tal-assi oriġinali qabel it-trasferiment, l-ammont riportat tal-assi li l-entità tkompli tirrikonoxxi, u l-ammont riportat tal-obbligazzjonijiet assoċjati.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

42E Biex tilħaq l-objettivi stipulati fil-paragrafu 42B(b), meta entità tirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji trasferiti fl-intier tagħhom (ara l-paragrafu 3.2.6(a) u (c)(i) tal-IFRS 9) iżda tibqa’ involuta fihom, l-entità għandha tiddivulga, bħala minimu, għal kull tip ta’ involviment kontinwu f’kull data tar-rapportar:

(a) 

l-ammont riportat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u jirrappreżentaw l-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u l-entrati f’linja li fihom ikun rikonoxxut l-ammont riportat ta’ dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet;

(b) 

il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jirrappreżentaw l-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent;

(c) 

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għal telf mill-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u informazzjoni li turi kif tiġi determinata l-iskopertura massima għat-telf;

(d) 

il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus mhux skontati li jkunu jew li jistgħu jkunu meħtieġa jirriakkwistaw l-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent (eż. il-prezz tal-eżerċitar fi ftehim ta’ opzjoni) jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi trasferiti. Jekk il-fluss ta’ ħruġ tal-flus ikun varjabbli, jenħtieġ li l-ammont divulgat ikun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet li jeżistu f’kull data tar-rapportar;

(e) 

analiżi tal-maturità tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus mhux skontati li huma jew jistgħu jkunu meħtieġa jirriakkwistaw l-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi trasferiti, li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal tal-involviment kontinwu tal-entità;

(f) 

informazzjoni kwalitattiva li tispjega u tappoġġa d-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa f’(a)–(e).

42F Entità tista’ taggrega l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 42E fir-rigward ta’ assi partikulari jekk l-entità jkollha aktar minn tip wieħed ta’ involviment kontinwu f’dak l-assi finanzjarju li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent, u tirrapportah taħt tip wieħed ta’ involviment kontinwu.

42G Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga għal kull tip ta’ involviment kontinwu:

(a) 

il-qligħ jew telf rikonoxxut fid-data tat-trasferiment tal-assi;

(b) 

l-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti, kemm fil-perjodu ta’ rapportar kif ukoll b’mod kumulattiv, mill-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent (eż. bidliet ta’ valur ġust fl-istrumenti derivattivi);

(c) 

jekk l-ammont totali ta’ rikavati mill-attività tat-trasferiment (li tikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent) f’perjodu ta’ rapportar ma jkunx imqassam b’mod ekwu matul il-perjodu ta’ rapportar (eż. jekk proporzjon sostanzjali tal-ammont totali tal-attività tat-trasferiment iseħħ fil-ġranet tal-għeluq ta’ perjodu ta’ rapportar):

(i) 

meta l-ikbar attività tat-trasferiment isseħħ matul dak il-perjodu ta’ rapportar (eż l-aħħar ħamest ijiem qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar);

(ii) 

l-ammont (eż. qligħ jew telf relatati) rikonoxxut mill-attività tat-trasferiment f’dik il-parti tal-perjodu ta’ rapportar; u

(iii) 

l-ammont totali ta’ rikavati minn attività ta’ trasferiment f’dik il-parti tal-perjodu ta’ rapportar.

Entità għandha tipprovdi din l-informazzjoni għal kull perjodu li għalih ikun ippreżentat rapport tal-introjtu komprensiv.

Informazzjoni supplimentari

42H Entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis neċessarja biex tilħaq l-objettivi tad-divulgazzjoni fil-paragrafu 42B.

APPLIKAZZJONI INIZJALI TAL-IFRS 9

42I Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja għal kull klassi ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fid-data tal-applikazzjoni inizjali:

(a) 

il-kategorija tal-kejl oriġinali u l-ammont riportat determinat f’konformità mal-IAS 39, jew f’konformità ma’ verżjoni preċedenti tal-IFRS 9 (jekk l-approċċ magħżul mill-entità sabiex tapplika l-IFRS 9 jinvolvi iżjed minn data waħda ta’ applikazzjoni inizjali għal rekwiżiti differenti);

(b) 

il-kategorija tal-kejl ġdida u l-ammont riportat determinat f’konformità mal-IFRS 9;

(c) 

l-ammont ta’ kwalunkwe assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li kienu deżinjati preċedentement kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf iżda ma għadhomx deżinjati hekk aktar, b’distinzjoni bejn dawk li l-IFRS 9 jeħtieġ li entità tirrikklassifikahom u dawk li entità tagħżel li tirrikklassifikahom fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

F’konformità mal-paragrafu 7.2.2 tal-IFRS 9, skont l-approċċ li l entità għażlet sabiex tapplika l-IFRS 9, it-tranżizzjoni tista’ tinvolvi aktar minn data waħda ta’ applikazzjoni inizjali. Għaldaqstant, dan il-paragrafu jista’ jirriżulta f’divulgazzjoni f’iżjed minn data waħda ta’ applikazzjoni inizjali. Entità għandha tippreżenta dawn id-divulgazzjonijiet kwantitattivi f’tabella sakemm ma jkunx aktar xieraq format ieħor.

42J Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data ta’ applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva li tippermetti li l-utenti jifhmu:

(a) 

kif applikat ir-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni fl-IFRS 9 għal dawk l-assi finanzjarji li l-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet b’riżultat tal-applikazzjoni tal-IFRS 9.

(b) 

ir-raġunijiet għal kwalunkwe deżinjazzjoni jew irtirar tad-deżinjazzjoni ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

F’konformità mal-paragrafu 7.2.2 tal-IFRS 9, skont l-approċċ li l entità għażlet sabiex tapplika l-IFRS 9, it-tranżizzjoni tista’ tinvolvi aktar minn data waħda ta’ applikazzjoni inizjali. Għaldaqstant, dan il-paragrafu jista’ jirriżulta f’divulgazzjoni f’iżjed minn data waħda ta’ applikazzjoni inizjali.

42K Fil-perjodu ta’ rapportar li fih entità għandha tapplika għall-ewwel darba r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u kejl għall-assi finanzjarji fl-IFRS 9 (jiġifieri meta l-entità tagħmel tranżizzjonijiet mill-IAS 39 għall-IFRS 9 għal assi finanzjarji), din għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet stipulati fil-paragrafi 42L–42O ta’ dan l-IFRS kif meħtieġ skont il-paragrafu 7.2.15 tal-IFRS 9.

42L Meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-paragrafu 42K, entità għandha tiddivulga l-bidliet fil-klassifikazzjonijiet ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, billi turi b’mod separat:

(a) 

il-bidliet fl-ammonti riportati fuq il-bażi tal-kategoriji ta’ kejl tagħhom f’konformità mal-IAS 39 (jiġifieri li ma jirriżultawx minn bidla fl-attribut tal-kejl mat-tranżizzjoni għall-IFRS 9); u

(b) 

il-bidliet fl-ammonti riportati li jirriżultaw minn bidla fl-attribut tal-kejl mat-tranżizzjoni għall-IFRS 9.

Id-divulgazzjonijiet f’dan il-paragrafu ma għandhomx għalfejn isiru wara l-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità inizjalment tapplika r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u kejl għal assi finanzjarji fl-IFRS 9.

42M Meta tkun meħtieġa tagħmel dan skont il-paragrafu 42K, entità għandha tiddivulga dan li ġej għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li ġew riklassifikati sabiex jitkejlu fil-kost amortizzat u, fil-każ ta’ assi finanzjarji, li ġew riklassifikati barra mill-valur ġust permezz tal-profitt jew telf sabiex jitkejlu bil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, b’riżultat tat-tranżizzjoni għall-IFRS 9:

(a) 

il-valur ġust tal-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar; u

(b) 

il-qligħ jew telf fil-valur ġust li kieku kien jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf jew introjtu ieħor komprensiv matul il-perjodu ta’ rapportar li kieku l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji ma kinux ġew riklassifikati.

Id-divulgazzjonijiet f’dan il-paragrafu ma għandhomx għalfejn isiru wara l-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità inizjalment tapplika r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u kejl għal assi finanzjarji fl-IFRS 9.

42N Meta tkun meħtieġa tagħmel dan skont il-paragrafu 42K, entità għandha tiddivulga dan li ġej għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li ġew riklassifikati barra mill-valur ġust permezz ta’ kategorija ta’ profitt jew telf b’riżultat tat-tranżizzjoni għall-IFRS 9:

(a) 

ir-rata effettiva tal-imgħax determinata fid-data tal-applikazzjoni inizjali; u

(b) 

id-dħul tal-imgħax jew l-ispiża rikonoxxuta.

Jekk entità tittratta l-valur ġust ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala l-ammont riportat gross ġdid fid-data tal-applikazzjoni inizjali (ara l-paragrafu 7.2.11 tal-IFRS 9), id-divulgazzjonijiet f’dan il-paragrafu għandhom isiru għal kull perjodu ta’ rapportar sal-irtirar tar-rikonoxximent. Inkella, id-divulgazzjonijiet f’dan il-paragrafu ma jkollhomx għalfejn isiru wara l-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-entità inizjalment tapplika r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u ta’ kejl għal assi finanzjarji fl-IFRS 9.

42O Meta entità tippreżenta d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 42K–42N, dawn id-divulgazzjonijiet, u d-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 25 ta’ dan l-IFRS, iridu jippermettu li ssir rikonċiljazzjoni bejn:

(a) 

il-kategoriji tal-kejl ippreżentati f’konformità mal-IAS 39 u l-IFRS 9; u

(b) 

il-klassi tal-istrument finanzjarju

fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

42P Fid-data tal-applikazzjoni inizjali tat-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9, entità hija meħtieġa tiddivulga informazzjoni li tippermetti li ssir ir-rikonċiljazzjoni tal-provvedimenti tal-indeboliment tat-tmiem f’konformità mal-IAS 39 u d-dispożizzjonijiet f’konformità mal-IAS 37 għall-kopertura għal telf tal-ftuħ determinati f’konformità mal-IFRS 9. Għall-assi finanzjarji, din id-divulgazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-kategoriji relatati ta’ kejl tal-assi finanzjarji f’konformità mal-IAS 39 u l-IFRS 9, u għandha turi b’mod separat l-effett tal-bidliet fil-kategorija ta’ kejl fuq il-kopertura għal telf f’dik id-data.

42Q Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, entità mhijiex meħtieġa tiddivulga l-ammonti tal-entrati f’linja li kienu jiġu rrapportati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u kejl (li jinkludi r-rekwiżiti relatati mal-kejl tal-kost amortizzat tal-assi finanzjarji u l-indeboliment fit-Taqsimiet 5.4 u 5.5 tal-IFRS 9) ta’:

(a) 

l-IFRS 9 għall-perjodi preċedenti; u

(b) 

l-IAS 39 għall-perjodu kurrenti.

42R F’konformità mal-paragrafu 7.2.4 tal-IFRS 9, jekk ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8) fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9 għal entità li tivvaluta valur taż-żmien modifikat ta’ element ta’ flus f’konformità mal-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma jitqiesu r-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-valur taż-żmien tal-element tal-flus fil-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9. Entità għandha tiddivulga l-ammont riportat fid-data tar-rapportar tal-assi finanzjarji li l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tagħhom ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma jitqiesu r-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-valur taż-żmien tal-element tal-flus fil-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D tal-IFRS 9 sakemm dawk l-assi finanzjarji jiġi rtirat ir-rikonoxximent għalihom.

42S F’konformità mal-paragrafu 7.2.5 tal-IFRS 9, jekk ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8) fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal entità li tivvaluta jekk il-valur ġust ta’ aspett ta’ prepagament kienx insinifikanti f’konformità mal-paragrafi B4.1.12(d) tal-IFRS 9 fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma titqies l-eċċezzjoni għall-aspetti ta’ prepagament fil-paragrafu B4.1.12 tal-IFRS 9. Entità għandha tiddivulga l-ammont riportat fid-data tar-rapportar tal-assi finanzjarji li l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tagħhom ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma titqies l-eċċezzjoni għall-karatteristiki ta’ prepagament fil-paragrafu B4.1.12 tal-IFRS 9 sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ dawk l-assi finanzjarji.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

43 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2007 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44 Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2006, din ma għandhiex għalfejn tippreżenta informazzjoni komparattiva għad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 31-42 dwar in-natura u d-daqs tar-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji.

44A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafi 20, 21, 23(c) u (d), 27(c) u B5 tal-Appendiċi B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

44B L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) ħassar il-paragrafu 3(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jirriżulta minn kombinament ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni għalih tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tikkontabbilizza tali korrispettiv f’konformità mal-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

44C Entità għandha tapplika l-emenda fil-paragrafu 3 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġ fi Frar 2008, għal perjodu aktar bikri, l-emenda fil-paragrafu 3 għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

44D Il-paragrafu 3(a) kien emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar bikri l-emendi għall-paragrafu 1 tal-IAS 28, il-paragrafu 1 tal-IAS 31 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

44E [Imħassar]

44F [Imħassar]

44G  Titjib tad-Divulgazzjonijiet dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f’Marzu 2009, emenda l-paragrafi 27, 39 u B11 u żied il-paragrafi 27A, 27B, B10A u B11A-B11F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-emendi għal:

(a) 

kwalunkwe perjodu annwali jew interim, fosthom kwalunkwe rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ippreżentat f’perjodu annwali komparattiv li jintemm qabel il-31 ta’ Diċembru 2009, jew

(b) 

kwalunkwe rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri f’data qabel il-31 ta’ Diċembru 2009.

Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt ( 51 ).

44H–44J [Imħassra]

44K Il-paragrafu 44B ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

44L  Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2010 żied il-paragrafu 32A u emenda l-paragrafi 34 u 36–38. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44M  Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi fl-IFRS 7), maħruġ f’Ottubru 2010, ħassar il-paragrafu 13 u żied il-paragrafi 42A–42H u B29–B39. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi minn data aktar bikrija, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dawk l-emendi għal kwalunkwe perjodu ppreżentat li jibda qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi.

44N [Imħassar]

44O L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

44P L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 3, 28 u 29 u l-Appendiċi A u ħassar il-paragrafi 27–27B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

44Q  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Ieħor Komprensiv (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 27B. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f’Ġunju 2011.

44R  Divulgazzjonijiet—Tpaċija ta’ Assi Finanzjarji u Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi fl-IFRS 7), maħruġ f’Diċembru 2011, żied il-paragrafi 13A–13F u B40–B53. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Entità għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dawk l-emendi b’mod retrospettiv.

44S-44W [Imħassra]

44X  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija ta’ Entitajiet ta’ Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni, din għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

44Y [Imħassar]

44Z L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 2–5, 8–11, 14, 20, 28–30, 36, 42C–42E, l-Appendiċi A u l-paragrafi B1, B5, B9, B10, B22 u B27, ħassar il-paragrafi 12, 12A, 16, 22–24, 37, 44E, 44F, 44H–44J, 44N, 44S–44W, 44Y, B4 u l-Appendiċi D u żied il-paragrafi 5A, 10A, 11A, 11B, 12B–12D, 16A, 20A, 21A–21D, 22A–22C, 23A–23F, 24A–24G, 35A–35N, 42I–42S, 44ZA u B8A–B8J. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9. Dawk l-emendi ma għandhomx għalfejn jiġu applikati għal informazzjoni komparattiva pprovduta għal perjodi qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9.

44ZA F’konformità mal-paragrafu 7.1.2 tal-IFRS 9, għal perjodi ta’ rapportar annwali qabel l-1 ta’ Jannar 2018, entità tista’ tagħżel li tapplika kmieni biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u t-telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji ddeżinjati fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7-5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 tal-IFRS 9 mingħajr ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra fl-IFRS 9. Jekk entità tagħżel li tapplika biss dawk il-paragrafi tal-IFRS 9, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tipprovdi fuq bażi kontinwa d-divulgazzjonijiet relatati stabbiliti fil-paragrafi 10-11 ta’ dan l-IFRS (kif emendat bl-IFRS 9 (2010)).

44AA  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2012-2014, maħruġ f’Settembru 2014, emenda l-paragrafi 44R u B30 u żied il-paragrafu B30A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, ħlief li entità ma għandhiex għalfejn tapplika l-emendi għall-paragrafi B30 u B30A għal ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel il-perjodu annwali li għalih l-entità tapplika għall-ewwel darba dawk l-emendi. Applikazzjoni aktar bikrija tal-emendi għall-paragrafi 44R, B30 u B 30 A hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

44BB  Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni (Emendi fl-IAS 1), maħruġ f’Diċembru 2014, emenda l-paragrafi 21 u B5. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta’ dawk l-emendi.

44CC L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi 29 u B11D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

44DD L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 3, 8 u 29 u ħassar il-paragrafu 30. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, kompla jemenda l-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

44EE  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39 u l-IFRS 7, maħruġ f’Settembru 2019, żied il-paragrafi 24H u 44FF. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-emendi fl-IFRS 9 jew l-IAS 39.

44FF Fil-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax għall-ewwel darba, maħruġ f’Settembru 2019, entità mhijiex meħtieġa tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

44GG  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax - Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39, IFRS 7, IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 24I–24J u 44HH. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-emendi fl-IFRS 9, l-IAS 39, l-IFRS 4 jew l-IFRS 16.

44HH Fil-perjodu ta’ rapportar fejn entità tapplika Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax — Fażi 2 għall-ewwel darba, entità mhijiex meħtieġa tiddivulga l-informazzjoni li inkella tkun meħtieġa mill-paragrafu 28 (f) tal-IAS 8.

44II  Divulgazzjoni tal-Politika tal-Kontabbiltà, li jemenda l-IAS 1 u d-Dikjarazzjoni dwar il-Prassi IFRS 2 Teħid ta’ Ġudizzji dwar il-Materjalità, u li nħareġ fi Frar 2021, emenda l-paragrafi 21 u B5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M4

44JJ  Arranġamenti Finanzjarji tal-Fornituri, maħruġa f’Mejju 2023, li emendaw ukoll l-IAS 7, emenda fil-paragrafu B11F. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-emendi fl-IAS 7.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 30

45 Dan l-IFRS jieħu post l-IAS 30 Divulgazzjonijiet fir-Rapporti Finanzjarji tal-Banek u Istituzzjonijiet Finanzjarji Simili.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Riskju ta’ kreditu

Ir-riskju li parti waħda għal strument finanzjarju tikkawża telf finanzjarju lill-parti l-oħra billi ma tonorax obbligu.

Gradi ta’ klassifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Klassifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu bbażata fuq ir-riskju li sseħħ inadempjenza fuq l-istrument finanzjarju.

Riskju tal-kambju

Ir-riskju li l-valur ġust jew il-flussi futuri ta’ flus ta’ strument finanzjarju jvarjaw minħabba bidliet fir-rati tal-kambju.

Riskju tar-rata tal-imgħax

Ir-riskju li l-valur ġust jew il-flussi futuri ta’ flus ta’ strument finanzjarju jvarjaw minħabba bidliet fir-rati tal-imgħax tas-suq.

Riskju ta’ likwidità

Ir-riskju li entità tiltaqa’ ma’ diffikultà sabiex tissodisfa l-obbligi assoċjati ma’ obbligazzjonijiet finanzjarji li jiġu saldati bil-forniment ta’ flus jew ta’ assi finanzjarju ieħor.

Self pagabbli

Self pagabbli huwa obbligazzjonijiet finanzjarji, għajr pagabbli tan-negozju ta’ terminu qasir b’termini ta’ kreditu normali.

Riskju tas-suq

Ir-riskju li l-valur ġust jew flussi futuri ta’ flus ta’ strument finanzjarju jvarjaw minħabba bidliet fil-prezzijiet tas-suq. Riskju tas-suq jinkludi tliet tipi ta’ riskju: riskju tal-kambju, riskju tar-rata tal-imgħax u riskju ieħor tal-prezz.

Riskju ieħor tal-prezz

Ir-riskju li l-valur ġust jew il-flussi futuri ta’ flus ta’ strument finanzjarju jvarjaw minħabba bidliet fil-prezzijiet tas-suq (għajr dawk li jirriżultaw minn riskju tar-rata tal-imgħax jew riskju tal-kambju), kemm jekk dawk il-bidliet ikunu kkawżati minn fatturi speċifiċi għall-istrument finanzjarju individwali jew l-emittent tiegħu, kif ukoll jekk ikunu kkawżati minn fatturi li jaffettwaw l-istrumenti finanzjarji simili kollha nnegozjati fis-suq.

It-termini li ġejjin huma definiti fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, il-paragrafu 9 tal-IAS 39, l-Appendiċi A tal-IFRS 9 jew l-Appendiċi A tal-IFRS 13 u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsira speċifikata fl-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 9 u l-IFRS 13.

— 
kost amortizzat ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja
— 
assi kuntrattwali
— 
assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu
— 
irtirar tar-rikonoxximent
— 
derivattiv
— 
dividendi
— 
metodu tal-imgħax effettiv
— 
strument ta’ ekwità
— 
telf ta’ kreditu mistenni
— 
valur ġust
— 
assi finanzjarju
— 
kuntratt ta’ garanzija finanzjarja
— 
strument finanzjarju
— 
obbligazzjoni finanzjarja
— 
obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf
— 
tranżazzjoni prevista
— 
ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju
— 
strument għall-iħħeġġjar
— 
miżmum għan-negozju
— 
qligħ jew telf minn indeboliment
— 
kopertura għal telf
— 
skadut
— 
assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu
— 
data tar-riklassifikazzjoni
— 
bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari.

Appendiċi B

Gwida tal-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

KLASSIJIET TA’ STRUMENTI FINANZJARJI U LIVELL TA’ DIVULGAZZJONI (IL-PARAGRAFU 6)

B1 Il-paragrafu 6 jirrikjedi li entità tpoġġi l-istrumenti finanzjarji fi klassijiet li huma xierqa għan-natura tal-informazzjoni ddivulgata u li tqis il-karatteristiki ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Il-klassijiet deskritti fil-paragrafu 6 huma determinati mill-entità u, għalhekk, huma differenti mill-kategoriji ta’ strumenti finanzjarji speċifikati fl-IFRS 9 (li jiddeterminaw kif l-istrumenti finanzjarji jitkejlu u fejn bidliet fil-valur ġust huma rikonoxxuti).

B2 Fid-determinazzjoni ta’ klassijiet ta’ strumenti finanzjarji, entità għandha, mill-inqas:

(a) 

tiddistingwi bejn strumenti mkejla b’kost amortizzat u dawk imkejla fil-valur ġust;

(b) 

tittratta bħala klassi jew klassijiet separati dawk l-istrumenti finanzjarji barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS.

B3 Entità tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tagħha, kemm dettall tipprovdi biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS, kemm enfasi tpoġġi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti u kif tiġbor informazzjoni biex turi l-istampa sħiħa mingħajr ma tgħaqqad informazzjoni b’karatteristiki differenti. Huwa neċessarju li jintlaħaq bilanċ bejn li r-rapporti finanzjarji jitgħabbew iżżejjed b’dettalji eċċessivi li jistgħu ma jgħinux lill-utenti tar-rapporti finanzjarji u jostru informazzjoni importanti b’riżultat ta’ aggregazzjoni żejda. Pereżempju, entità ma għandhiex tostor informazzjoni importanti billi tinkludiha qalb ammont kbir ta’ dettall insinifikanti. Bl-istess mod, entità ma għandhiex tiddivulga informazzjoni li hija tant aggregata li tostor differenzi importanti bejn tranżazzjonijiet individwali jew riskji assoċjati.

B4 [Imħassar]

Divulgazzjoni oħra – politiki tal-kontabbiltà (il-paragrafu 21)

B5 Il-paragrafu 21 jirrikjedi d-divulgazzjoni tal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà, li hija mistennija li tinkludi informazzjoni dwar il-bażi (jew bażijiet) ta’ kejl użat fil-preparament tar-rapporti finanzjarji. Għall-istrumenti finanzjarji, tali divulgazzjoni jaf tinkludi:

(a) 

għal obbligazzjonijiet finanzjarji deżinjati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf:

(i) 

in-natura tal-obbligazzjonijiet finanzjarji li l-entità tkun iddeżinjat bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf;

(ii) 

il-kriterji għat-tali deżinjazzjoni ta' dawn l-obbligazzjonijiet finanzjarji fuq rikonoxximent inizjali; u

(iii) 

kif l-entità tkun issodisfat il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.2.2 tal-IFRS 9 għat-tali deżinjazzjoni.

(aa) għal assi finanzjarji deżinjati bħala mkejlin fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf:

(i) 

in-natura tal-assi finanzjarji li l-entità tkun iddeżinjat bħala mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; u

(ii) 

kif l-entità tkun issodisfat il-kriterji fil-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 għat-tali deżinjazzjoni.

(b) 

[imħassar]

(c) 

jekk il-bejgħ u xiri mħallsin fi żmien regolari ta’ assi finanzjarji humiex kontabilizzati fid-data tan-negozju jew id-data tas-saldu (ara l-paragrafu 3.1.2 tal-IFRS 9).

(d) 

[imħassar]

(e) 

kif jiġi determinat qligħ nett jew telf nett fuq kull kategorija ta’ strumenti finanzjarji (ara l-paragrafu 20(a)), pereżempju, jekk il-qligħ nett jew telf nett fuq entrati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jinkludux mgħax jew introjtu minn dividendi;

(f) 

[imħassar]

(g) 

[imħassar]

Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi wkoll li l-entitajiet jiddivulgaw, flimkien mal-informazzjoni materjali dwar il-politika tal-kontabbiltà jew noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

NATURA U FIRXA TAR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MINN STRUMENTI FINANZJARJI (IL-PARAGRAFI 31-42)

B6 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 31-42 għandhom jingħataw fir-rapporti finanzjarji jew inkella jkunu inkorporati permezz ta’ kontroreferenza mir-rapporti finanzjarji għal xi rapport ieħor, bħal kummentarju tal-maniġment jew rapport dwar ir-riskju, li jkun aċċessibbli mill-utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess termini bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin. Mingħajr l-informazzjoni inkorporata permezz ta’ kontroreferenza, ir-rapporti finanzjarji huma inkompleti.

Divulgazzjonijiet kwantitattivi (il-paragrafu 34)

B7 Il-paragrafu 34(a) jirrikjedi divulgazzjonijiet ta’ data kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura ta’ entità għar-riskju abbażi tal-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità. Meta entità tuża diversi metodi biex timmaniġġa skopertura għar-riskju, l-entità għandha tiddivulga informazzjoni billi tuża l-metodu jew il-metodi li jipprovdu l-aktar informazzjoni rilevanti u affidabbli. L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri jiddiskuti r-rilevanza u l-affidabbiltà.

B8 Il-paragrafu 34(c) jirrikjedi divulgazzjonijiet dwar il-konċentrazzjonijiet tar-riskju. Konċentrazzjonijiet tar-riskju jirriżultaw minn strumenti finanzjarji li għandhom karatteristiki simili u li huma affettwati b’mod simili minn bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi jew kundizzjonijiet oħrajn. L-identifikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet tar-riskju tirrikjedi ġudizzju għaqli li jikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-entità. Divulgazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet tar-riskju għandhom jinkludu:

(a) 

deskrizzjoni dwar kif il-maniġment jiddetermina l-konċentrazzjonijiet;

(b) 

deskrizzjoni tal-karatteristika komuni li tidentifika kull konċentrazzjoni (eż. kontroparti, żona ġeografika, munita jew suq); u

(c) 

l-ammont ta’ skopertura għar-riskju assoċjat mal-istrumenti finanzjarji kollha li jkollu dik il-karatteristika komuni.

Prattiki ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu (il-paragrafi 35F–35G)

B8A Il-paragrafu 35F(b) jeħtieġ id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar kif entità tkun iddefiniet inadempjenza għal strumenti finanzjarji differenti u r-raġunijiet għaliex għażlet dawk id-definizzjonijiet. F’konformità mal-paragrafu 5.5.9 tal-IFRS 9, id-determinazzjoni ta’ jekk jenħtieġx telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jiġi rikonoxxut hija bbażata fuq iż-żieda fir-riskju li sseħħ inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali. Informazzjoni dwar id-definizzjonijiet mill-entità ta’ inadempjenza li se jgħinu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu kif entità tkun applikat ir-rekwiżiti tat-telf ta’ kreditu mistenni fl-IFRS 9 tista’ tinkludi:

(a) 

il-fatturi kwalitattivi u kwantitattivi kkunsidrati fid-definizzjoni ta’ inadempjenza;

(b) 

jekk definizzjonijiet differenti ġewx applikati għal tipi differenti ta' strumenti finanzjarji; u

(c) 

suppożizzjonijiet dwar ir-rata ta’ rimedju (jiġifieri l-għadd ta’ assi finanzjarji li jirritornaw għal status ta’ twettiq) wara li tkun saret inadempjenza fuq l-assi finanzjarju.

B8B Sabiex jassisti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji fl-evalwazzjoni tal-politiki tar-ristrutturar u tal-modifika ta’ entità, il-paragrafu 35F(f)(i) jeħtieġ id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar kif entità tissorvelja l-firxa sa fejn il-kopertura għal telf fuq assi finanzjarji ddivulgati preċedentement f’konformità mal-paragrafu 35F(f)(i) jiġu sussegwentement imkejla b’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-IFRS 9. Informazzjoni kwantitattiva li se tgħin lill-utenti jifhmu ż-żieda sussegwenti fir-riskju ta’ kreditu tal-assi finanzjarji mmodifikati tista’ tinkludi informazzjoni dwar assi finanzjarji modifikati li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 35F(f)(i) li għalihom il-kopertura għal telf terġa’ titkejjel b’ammont ekwivalenti għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja (jiġifieri rata ta’ deterjorament).

B8C Il-paragrafu 35G(a) jeħtieġ id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-bażi tal-inputs u s-suppożizzjonijiet u t-tekniki ta’ stima użati biex jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ indeboliment fl-IFRS 9. Suppożizzjonijiet u inputs ta’ entità użati biex jitkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni jew tiġi determinata l-firxa ta’ żidiet fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali jista’ jinkludi informazzjoni miksuba minn informazzjoni storika interna jew rapporti ta’ klassifikazzjoni u suppożizzjonijiet dwar il-ħajja mistennija tal-istrumenti finanzjarji u t-twaqqit tal-bejgħ ta’ kollateral.

Bidliet fil-kopertura għal telf (il-paragrafu 35H)

B8D F’konformità mal-paragrafu 35H, entità hija meħtieġa tispjega r-raġunijiet għall-bidliet fil-kopertura għal telf matul il-perjodu. Minbarra r-rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ għall-bilanċ tal-għeluq tal-kopertura għal telf, jista’ jkun meħtieġ li tiġi pprovduta spjegazzjoni narrattiva tal-bidliet. Din l-ispjegazzjoni narrattiva tista’ tinkludi analiżi tar-raġunijiet għal bidliet fil-provvediment għat-telf matul il-perjodu, inklużi:

(a) 

il-kompożizzjoni tal-portafoll;

(b) 

il-volum ta' strumenti finanzjarji mixtrija jew oriġinati; u

(c) 

is-severità tat-telf ta’ kreditu mistenni

B8E Għal impenji ta’ self u kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, il-kopertura għal telf hija rikonoxxuta bħala provvediment. Jenħtieġ li entità tiddivulga informazzjoni dwar il-bidliet fil-kopertura għal telf għal assi finanzjarji b’mod separat minn dawk għall-impenji ta’ self u l-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja. Madankollu, jekk strument finanzjarju jinkludi kemm komponent ta’ self (jiġifieri assi finanzjarju) kif ukoll ta’ impenn mhux prelevat (jiġifieri impenn ta’ self) u l-entità ma tkunx tista’ tidentifika b’mod separat it-telf ta’ kreditu mistenni fuq il-komponent tal-impenn ta’ self minn dak fuq il-komponent tal-assi finanzjarju, jenħtieġ li t-telf ta’ kreditu mistenni fuq l-impenn ta’ self jiġi rikonoxxut flimkien mal-kopertura għal telf għall-assi finanzjarju. Sa fejn it-telf ta’ kreditu mistenni kkombinat jaqbeż l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju, jenħtieġ li t-telf ta’ kreditu mistenni jiġi rikonoxxut bħala provvediment.

Kollateral (il-paragrafu 35K)

B8F Il-paragrafu 35K jeħtieġ id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni li se tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu l-effett tal-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu fuq l-ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni. Entità la hija meħtieġa tiddivulga informazzjoni dwar il-valur ġust tal-kollateral u ta’ titjib ieħor tal-kreditu u lanqas ma hija meħtieġa tikkwantifika l-valur eżatt tal-kollateral li kien inkluż fil-kalkolu tat-telf ta’ kreditu mistenni (jiġifieri t-telf fil-każ ta’ inadempjenza).

B8G Deskrizzjoni narrattiva tal-kollateral u l-effett tiegħu fuq l-ammonti ta’ telf ta’ kreditu mistenni tista’ tinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

it-tipi ewlenin ta’ kollateral miżmum bħala garanzija u titjib ieħor tal-kreditu (eżempji ta’ dawn tal-aħħar huma garanziji, derivattivi ta’ kreditu u ftehimiet ta’ netting li ma jikkwalifikawx għal tpaċija f’konformità mal-IAS 32);

(b) 

il-volum tal-kollateral miżmum u ta’ titjib ieħor tal-kreditu u s-sinifikat tiegħu f’termini ta’ kopertura għal telf;

(c) 

il-politiki u l-proċessi għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu;

(d) 

it-tipi ewlenin ta’ kontropartijiet għall-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu u l-affidabbiltà kreditizja tagħhom; u

(e) 

informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju fil-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu.

Skopertura għar-riskju ta’ kreditu (il-paragrafi 35M–35N)

B8H Il-paragrafu 35M jeħtieġ id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar skopertura għar-riskju ta’ kreditu ta’ entità u l-konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ riskju ta’ kreditu fid-data tar-rapportar. Teżisti konċentrazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta għadd ta’ kontropartijiet ikunu jinsabu f’reġjun ġeografiku jew huma impenjati f’attivitajiet simili u jkollhom karatteristiki ekonomiċi simili li jikkawżaw li l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tiġi affettwata b’mod simili minn bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi jew kundizzjonijiet oħrajn. Jenħtieġ li entità tipprovdi informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu jekk hemmx gruppi jew portafolji ta’ strumenti finanzjarji b’aspetti partikulari li jistgħu jaffettwaw porzjon kbir ta’ dak il-grupp ta’ strumenti finanzjarji bħal konċentrazzjoni għal riskji partikolari. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, gruppi tas-self għall-valur, konċentrazzjonijiet ġeografiċi, tal-industrija jew tat-tip ta’ emittent.

B8I L-għadd ta’ gradi ta’ klassifikazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu użati biex tiġi ddivulgata informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 35M għandu jkun konsistenti mal-għadd li l-entità tirrapporta lill-membri kruċjali tal-maniġment għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu. Jekk l-informazzjoni skaduta tkun l-unika informazzjoni speċifika għall-mutwatarju disponibbli u entità tuża informazzjoni skaduta biex tivvaluta jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali f’konformità mal-paragrafu 5.5.11 tal-IFRS 9, entità għandha tipprovdi analiżi skont l-istatus skadut għal dawk l-assi finanzjarji.

B8J Meta entità tkun kejlet telf ta’ kreditu mistenni fuq bażi kollettiva, l-entità tista’ ma tkunx kapaċi talloka l-ammont riportat gross ta’ assi finanzjarji individwali jew l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu fuq impenji ta’ self u kuntratti ta’ garanzija finanzjarja għall-gradi ta’ klassifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu li għalihom it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jkun rikonoxxut. F'dak il-każ, jenħtieġ li entità tapplika r-rekwiżit fil-paragrafu 35M għal dawk l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu allokati direttament għal grad ta’ klassifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u tiddivulga b’mod separat l-ammont riportat gross tal-istrumenti finanzjarji li għalihom it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jkun tkejjel fuq bażi kollettiva.

Skopertura massima għar-riskju ta’ kreditu (il-paragrafu 36(a))

B9 Il-paragrafi 35K(a) u 36(a) jeħtieġu divulgazzjoni tal-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għar-riskju ta’ kreditu. Fil-każ ta’ assi finanzjarju, tipikament dan huwa l-ammont riportat gross, nett minn:

(a) 

kwalunkwe ammont paċut f’konformità mal-IAS 32; u

(b) 

kwalunkwe kopertura għal telf rikonoxxuta f’konformità mal-IFRS 9.

B10 Attivitajiet li jagħtu lok għal riskju ta’ kreditu u skopertura massima assoċjata ta’ riskju ta’ kreditu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

għoti ta’ self lill-konsumaturi u tqegħid ta’ depożiti ma’ entitajiet oħra. F’dawn il-każijiet, l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu tkun l-ammont riportat tal-assi finanzjarji relatati.

(b) 

iffirmar ta’ kuntratti tad-derivattivi eż. kuntratti ta’ kambju, swaps tar-rati tal-imgħax u derivattivi ta’ kreditu. Meta l-assi li jirriżulta jitkejjel fil-valur ġust, l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ikun ekwivalenti għall-ammont riportat;

(c) 

għoti ta’ garanziji finanzjarji. F’dan il-każ, l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu tkun l-ammont massimu li l-entità jkollha tħallas jekk il-garanzija tiġi eżegwita, li jista’ jkun ikbar b’mod sinifikanti mill-ammont rikonoxxut bħala obbligazzjoni;

(d) 

impenn ta’ self li jkun irrevokabbli tul il-ħajja tal-faċilità jew li jkun revokabbli biss b’rispons għal bidla materjali negattiva. Jekk l-emittent ma jistax isalda l-impenn ta’ self nett permezz ta’ flus jew permezz ta’ strument finanzjarju ieħor, l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu tkun l-ammont sħiħ tal-impenn. Dan għaliex mhuwiex ċert jekk l-ammont ta’ xi porzjon li ma jkunx maħruġ ikunx jista’ jinħareġ fil-futur. Dan jista’ jkun ikbar b’mod sinifikanti mill-ammont rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

Divulgazzjonijiet kwantitattivi tar-riskju ta’ likwidità (il-paragrafi 34(a) u 39(a) u (b))

B10A F’konformità mal-paragrafu 34(a), entità tiddivulga data kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għar-riskju ta’ likwidità fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment. Entità għandha tispjega kif ġiet iddeterminata dik id-data. Jekk il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus (jew assi finanzjarju ieħor) inklużi f’dik id-data jistgħu:

(a) 

iseħħu aktar kmieni b’mod sinifikanti milli indikat fid-data, jew

(b) 

ikunu għal ammonti li huma differenti b’mod sinifikanti minn dawk indikati fid-data (eż. għal derivattiv li jkun inkluż fid-data fuq bażi ta’ saldu nett iżda li għalih il-kontroparti jkollha l-għażla li titlob saldu gross),

l-entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tipprovdi informazzjoni kwantitattiva li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw il-firxa ta’ dan ir-riskju sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkluża fl-analiżijiet kuntrattwali tal-maturità meħtieġa mill-paragrafu 39(a) jew (b).

B11 Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-analiżijiet tal-maturità meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b), entità tuża l-ġudizzju tagħha biex tiddetermina għadd xieraq ta’ meded ta’ żmien. Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li dawn il-meded ta’ żmien li ġejjin ikunu xierqa:

(a) 

mhux iktar tard minn xahar;

(b) 

iktar tard minn xahar u mhux iktar tard minn tliet xhur;

(c) 

iktar tard minn tliet xhur iżda mhux iktar tard minn sena; u

(d) 

iktar tard minn sena u mhux iktar tard minn ħames snin.

B11A Meta tikkonforma mal-paragrafu 39(a) u (b), entità ma għandhiex tissepara derivattiv inkorporat minn strument finanzjarju ibridu (ikkombinat). Għal tali strument, entità għandha tapplika l-paragrafu 39(a).

B11B Il-paragrafu 39(b) jeħtieġ li entità tiddivulga analiżi kwantitattiva tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji derivattivi li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal jekk il-maturitajiet kuntrattwali jkunu essenzjali biex jinftiehem it-twaqqit tal-flussi ta’ flus. Pereżempju, dan ikun il-każ għal:

(a) 

swap ta’ rata tal-imgħax meta jkun fadal ħames snin għall-maturità f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus ta’ assi jew obbligazzjoni finanzjarja b’rata varjabbli.

(b) 

kull impenn ta’ self.

B11C Il-paragrafu 39(a) u (b) jeħtieġ li entità tiddivulga analiżijiet tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji li juru l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji. F’din id-divulgazzjoni:

(a) 

meta kontroparti jkollha għażla ta’ meta ammont jitħallas, l-obbligazzjoni tiġi allokata għall-aktar perjodu bikri li fih l-entità tista’ tkun meħtieġa tħallas. Pereżempju, obbligazzjonijiet finanzjarji li entità tista’ tintalab tħallas lura (eż. depożiti ta’ bla avviż) jiġu inklużi fl-iktar medda ta’ żmien bikrija.

(b) 

meta entità tkun impenjata li tagħmel ammonti disponibbli bħala pagamenti parzjali, kull pagament parzjali jiġi allokat għall-iktar perjodu bikri li fih l-entità tkun tista’ tintalab li tħallas. Pereżempju, impenn ta’ self mhux prelevat jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien li jkun fiha l-iktar data bikrija li fiha s-self ikun jista’ jinġibed.

(c) 

għal kuntratti maħruġa ta’ garanzija finanzjarja l-ammont massimu tal-garanzija jiġi allokat għall-iktar perjodu bikri li fih il-garanzija tista’ tiġi eżerċitata.

B11D L-ammonti kuntrattwali ddivulgati fl-analiżijiet tal-maturità kif meħtieġ mill-paragrafu 39(a) u (b) huma l-flussi ta’ flus kuntrattwali mhux skontati, pereżempju:

(a) 

obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni gross (qabel ma jitnaqqsu l-imposti finanzjarji);

(b) 

il-prezzijiet speċifikati fi ftehimiet forward biex jinxtraw assi finanzjarji bi flus;

(c) 

l-ammonti netti f’każijiet ta’ swaps ta’ rati tal-imgħax bil-pagament flessibbli/bir-riċevibbli fiss li għalihom huma skambjati flussi ta’ flus netti;

(d) 

l-ammonti kuntrattwali li jkunu se jiġu skambjati fi strument finanzjarju derivattiv (eż. swap tal-muniti) li għalihom jiġu skambjati flussi ta’ flus grossi; u

(e) 

l-impenji ta’ self grossi.

Dawn il-flussi ta’ flus mhux skontati huma differenti mill-ammont inkluż fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja peress li l-ammont f’dak ir-rapport huwa bbażat fuq flussi ta’ flus skontati. Meta l-ammont pagabbli ma jkunx wieħed fiss, l-ammont iddivulgat ikun determinat b’referenza għall-kundizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Pereżempju, meta l-ammont pagabbli jvarja skont bidliet f’indiċi, l-ammont divulgat jista’ jiġi bbażat fuq il-livell tal-indiċi fi tmiem il-perjodu.

B11E Il-paragrafu 39(c) jeħtieġ li entità tiddeskrivi kif hija ġġestixxi r-riskju ta’ likwidità inerenti fl-entrati divulgati fid-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa fil-paragrafu 39(a) u (b). Entità għandha tiddivulga analiżi tal-maturità ta’ assi finanzjarji li hija żżomm biex tikkontrolla r-riskju ta’ likwidità (eż. assi finanzjarji li jistgħu jinbiegħu faċilment jew li huma mistennija jiġġeneraw influssi ta’ flus biex jissodisfaw flussi ta’ ħruġ ta’ flus fuq obbligazzjonijiet finanzjarji), jekk dik l-informazzjoni tkun meħtieġa biex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jivvalutaw in-natura u l-firxa tar-riskju ta’ likwidità.

▼M4

B11F Fatturi oħrajn li entità tista’ tqis meta tagħmel id-divulgazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 39(c) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, jekk l-entità:

(a) 

tkunx intrabtet ma’ faċilitajiet ta’ self (eż. faċilitajiet ta’ karti kummerċjali) jew linji oħra ta’ kreditu (eż. faċilitajiet ta’ kreditu għal-lest) li hija tista’ taċċessa biex tissodisfa ħtiġijiet ta’ likwidità;

(b) 

iżżommx depożiti f’banek ċentrali biex tissodisfa ħtiġijiet ta’ likwidità;

(c) 

għandhiex sorsi ta’ fondi diversi ħafna;

(d) 

għandhiex konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ riskju ta’ likwidità fl-assi tagħha jew fis-sorsi ta’ fondi tagħha;

(e) 

għandhiex proċessi interni ta’ kontroll u pjanijiet ta’ kontinġenza għall-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità;

(f) 

għandhiex strumenti li jinkludu termini ta’ ripagament aċċellerat (eż. mat-tnaqqis fil-grad tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-entità);

(g) 

għandhiex strumenti li jistgħu jeħtieġu li jiddaħħal kollateral (eż. appelli għall-marġni għal derivattivi);

(h) 

għandhiex strumenti li jippermettu li l-entità tagħżel jekk issaldax l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha billi tikkunsinna flus (jew assi finanzjarju ieħor) jew billi tikkunsinna ishma proprji tagħha;

(i) 

għandhiex strumenti li huma soġġetti għal ftehimiet prinċipali ta’ netting. jew

(j) 

aċċessat, jew għandha aċċess għal, faċilitajiet taħt arranġamenti finanzjarji tal-fornituri (kif deskritt fil-paragrafu 44G tal-IAS 7) li jipprovdu lill-entità b’termini ta’ ħlas estiżi jew lill-fornituri tal-entità b’termini ta’ ħlas bikri.

▼B

Riskju tas-suq — analiżi tas-sensittività (il-paragrafi 40 u 41)

B17 Il-paragrafu 40(a) jirrikjedi analiżi tas-sensittività għal kull tip ta’ riskju tas-suq li għalih tkun esposta l-entità. F’konformità mal-paragrafu B3, entità tiddeċiedi kif taggrega l-informazzjoni biex tagħti stampa sħiħa mingħajr ma tgħaqqad informazzjoni b’karatteristiki differenti dwar skoperturi għal riskji minn ambjenti ekonomiċi differenti b’mod sinifikanti. Pereżempju:

(a) 

entità li tinnegozja strumenti finanzjarji tista’ tiddivulga din l-informazzjoni b’mod separat għal strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju u dawk li mhumiex miżmuma għan-negozju;

(b) 

entità ma taggregax l-iskopertura tagħha għal riskji tas-suq minn żoni ta’ iperinflazzjoni mal-iskopertura tagħha għall-istess riskji tas-suq minn żoni ta’ inflazzjoni baxxa ħafna.

Jekk entità jkollha skopertura għal tip wieħed biss ta’ riskju tas-suq f’ambjent ekonomiku wieħed biss, din ma turix informazzjoni diżaggregata.

B18 Il-paragrafu 40(a) jirrikjedi li l-analiżi tas-sensittività turi l-effett fuq il-profitt jew telf u l-ekwità ta’ bidliet raġonevolment possibbli fil-varjabbli relevanti tar-riskju (eż. rati tal-imgħax tas-suq prevalenti, rati tal-kambju, prezzijiet ta’ ekwità jew prezzijiet ta’ komoditajiet). Għal dan il-għan:

(a) 

l-entitajiet mhumiex meħtieġa jiddeterminaw x’kien ikun il-profitt jew telf għall-perjodu li kieku l-varjabbli rilevanti tar-riskju kienu differenti. Minflok, l-entitajiet għandhom jiddivulgaw l-effett fuq il-profitt jew telf u l-ekwità fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar waqt li jassumu il bidla raġonevolment possibbli fil-varjabbli tar-riskju rilevanti seħħet fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u ġiet applikata għall-iskoperturi tar-riskju eżistenti f’dik id-data. Jekk, pereżempju, entità kellha obbligazzjoni b’rata varjabbli fl-aħħar tas-sena, l-entità tiddivulga l-effett fuq il-profitt jew telf (jiġifieri spiża tal-imgħax) għas-sena kurrenti jekk ir-rati tal-imgħax ikunu varjaw b’ammonti raġonevolment possibbli;

(b) 

entitajiet li mhumiex meħtieġa jiddivulgaw l-effett fuq il-profitt jew telf u l-ekwità għal kull bidla f’sensiela ta’ bidliet raġonevolment possibbli tal-varjabbli tar-riskju rilevanti. Divulgazzjoni tal-effetti tal-bidliet fil-limiti tal-firxa raġonevolment possibbli tkun biżżejjed.

B19 Meta tiġi biex tiddetermina x’inhi bidla raġonevolment possibbli fil-varjabbli tar-riskju rilevanti, jenħtieġ li entità tqis:

(a) 

l-ambjenti ekonomiċi li fihom topera. Jenħtieġ li bidla raġonevolment possibbli ma tinkludix xenarji remoti jew “l-agħar xenarju possibbli” jew “testijiet tal-istress”. Barra minn hekk, jekk ir-rata ta’ bidla f’varjabbli ta’ riskju sottostanti tkun stabbli, l-entità ma għandhiex għalfejn tibdel il-bidla raġonevolment possibbli magħżula fil-varjabbli tar-riskju. Pereżempju, nassumu li r-rata tal-imgħax tkun ta’ 5 fil-mija u l-entità tiddetermina li varjazzjoni fir-rata tal-imgħax ta’ ± 50 punti bażi tkun raġonevolment possibbli. L-entità tiddivulga l-effett fuq il-profitt jew telf u l-ekwità jekk ir-rati tal-imgħax jinbidlu għal 4,5 fil-mija jew 5,5 fil-mija. Fil-perjodu li jmiss, ir-rati tal-imgħax ikunu żdiedu għal 5,5 fil-mija. L-entità tkompli temmen li r-rati tal-interess ikunu jistgħu jvarjaw b’± 50 punt bażi (jiġifieri li r-rata tal-bidla fir-rati tal-imgħax tkun stabbli). L-entità tiddivulga l-effett fuq il-profitt jew telf u l-ekwità jekk ir-rati tal-imgħax jinbidlu għal 5 fil-mija jew 6 fil-mija. L-entità ma jkollhiex għalfejn tirrevedi l-valutazzjoni tagħha li r-rati tal-imgħax ikunu jistgħu raġonevolment ivarjaw b’± 50 punt bażi, sakemm ma jkunx hemm xhieda li r-rati tal-imgħax ikunu saru ħafna iktar instabbli;

(b) 

it-terminu ta’ żmien li fuqu tkun qed tagħmel l-istima. L-analiżi tas-sensittività għandha turi l-effetti tal-bidliet li huma kkunsidrati li huma raġonevolment possibbli fil-perjodu sakemm l-entità tippreżenta dawn id-divulgazzjonijiet id-darba ta’ wara, li s-soltu jseħħ fil-perjodu ta’ rapportar annwali li jkun imiss.

B20 Il-paragrafu 41 jippermetti li entità tuża analiżi tas-sensittività li tirrifletti interdipendenzi bejn il-varjabbli tar-riskju, bħal metodoloġija tal-valur fir-riskju, jekk tuża din l-analiżi biex iġġestixxi l-iskopertura tagħha għar-riskji finanzjarji. Dan japplika anki jekk metodoloġija bħal din tkejjel biss il-potenzjal għal telf u ma tkejjilx il-potenzjal għal qligħ. Entità bħal din tista’ tikkonforma mal-paragrafu 41(a) billi tiddivulga t-tip tal-mudell użat tal-valur-fir-riskju (eż. jekk il-mudell ikunx ibbażat fuq simulazzjonijiet Monte Carlo), spjegazzjoni dwar kif jaħdem il-mudell u s-suppożizzjonijiet ewlenin (eż. il-perjodu ta’ żamma u l-livell ta’ kunfidenza). Entitajiet jistgħu jiddivulgaw ukoll il-perjodu storiku ta’ osservazzjoni u piżijiet mogħtija lil osservazzjonijiet f’dak il-perjodu, spjegazzjoni ta’ kif l-opzjonijiet huma ttrattati fil-kalkoli, u liema instabbiltajiet u korrelazzjonijiet (jew, alternattivament, simulazzjonijiet tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà Monte Carlo) jintużaw.

B21 Kull entità għandha tipprovdi analiżijiet tas-sensittività għall-kummerċ kollu tagħha, iżda tista’ tipprovdi tipi differenti ta’ analiżi tas-sensittività għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji.

Riskju tar-rata tal-imgħax

B22 Ir-riskju tar-rata tal-imgħax jinħoloq fuq strumenti finanzjarji bl-imgħax rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (eż. strumenti ta’ dejn akkwistati jew maħruġa) u fuq xi strumenti finanzjarji li mhumiex rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (eż. xi impenji ta’ self).

Riskju tal-kambju

B23 Riskju tal-kambju (jew riskju tal-munita barranija) jinħoloq f’dawk l-istrumenti finanzjarji li huma denominati f’munita barranija, jiġifieri f’munita differenti minn dik funzjonali li huma mkejlin biha. Għall-għan ta’ dan l-IFRS, ir-riskju tal-kambju ma jinħoloqx minn strumenti finanzjarji li huma entrati nonmonetarji jew minn strumenti finanzjarji denominati fil-munita funzjonali.

B24 Analiżi tas-sensittività tiġi ddivulgata għal kull munita li għaliha l-entità għandha skopertura sinifikanti.

Riskju ieħor tal-prezz

B25  Riskju ieħor tal-prezz jinħoloq fuq strumenti finanzjarji minħabba bidliet, pereżempju, fil-prezzijiet tal-komoditajiet jew prezzijiet tal-ekwità. Sabiex tkun konformi mal-paragrafu 40, entità tista’ tiddivulga l-effett ta’ tnaqqis fl-indiċi tal-borża speċifikata, prezz ta’ komodità, jew varjabbli ieħor tar-riskju. Pereżempju, jekk entità tagħti garanziji ta’ valur residwu li jkunu strumenti finanzjarji, l-entità tiddivulga żieda jew tnaqqis fil-valur tal-assi li għalihom tapplika dik il-garanzija.

B26 Żewġ eżempji ta’ strumenti finanzjarji li jagħtu lok għal żieda fir-riskju tal-prezz tal-ekwità huma (a) żamma ta’ ekwità f’entità oħra, u (b) investiment fi trust, liema trust ikollu investimenti fi strumenti ta’ ekwità. Eżempji oħra jinkludu kuntratti forward u opzjonijiet li tixtri jew tbigħ kwantitajiet speċifiċi ta’ strument ta’ ekwità u swaps li huma indiċjati ma’ prezzijiet tal-ekwità. Il-valuri ġusti ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji huma affettwati b’bidliet fil-prezz tas-suq tal-istrumenti ta’ ekwità sottostanti.

B27 F’konformità mal-paragrafu 40(a), is-sensittività tal-profitt jew telf (li tinħoloq, pereżempju, minn strumenti mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf) hija ddivulgata b’mod separat mis-sensittività ta’ introjtu ieħor komprensiv (li jinħoloq, pereżempju, minn investimenti fi strumenti ta’ ekwità li l-bidliet tagħhom fil-valur ġust huma ppreżentati f’introjtu ieħor komprensiv).

B28 Strumenti finanzjarji li entità tikklassifika bħala strumenti ta’ ekwità ma jerġgħux jitkejlu. La l-profitt u t-telf lanqas l-ekwità ma jiġu affettwati mir-riskju tal-prezz tal-ekwità ta’ dawk l-istrumenti. Għalhekk, l-ebda analiżi tas-sensittività ma hi meħtieġa.

IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (IL-PARAGRAFI 42C–42H)

Involviment kontinwu (il-paragrafu 42C)

B29 Il-valutazzjoni tal-involviment kontinwu f’assi finanzjarju trasferit għall-finijiet tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H issir fil-livell tal-entità relatriċi. Pereżempju, jekk sussidjarja tittrasferixxi assi finanzjarju, fejn il-kumpanija omm tas-sussidjarja jkollha involviment kontinwu, lil parti terza mhux relatata, is-sussidjarja ma tinkludix l-involviment tal-kumpanija omm fil-valutazzjoni ta’ jekk għandhiex involviment kontinwu fl-assi trasferit fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha (jiġifieri meta s-sussidjarja tkun l-entità relatriċi). Madankollu, kumpanija omm tkun tinkludi l-involviment kontinwu tagħha (jew dak ta’ membru ieħor tal-grupp) f’assi finanzjarju trasferit mis-sussidjarja tagħha fid-determinazzjoni dwar jekk ikollhiex involviment kontinwu f’assi trasferit fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha (jiġifieri meta l-entità relatriċi tkun il-grupp).

B30 Entità ma jkollhiex involviment kontinwu f’assi finanzjarju trasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, la żżomm xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi inerenti fl-assi finanzjarju trasferit u lanqas ma takkwista xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi ġodda marbuta mal-assi finanzjarju trasferit. Entità ma jkollhiex involviment kontinwu f’assi finanzjarju trasferit jekk la jkollha interess fil-prestazzjoni futura tal-assi finanzjarju trasferit u lanqas ma jkollha responsabbiltà taħt ebda ċirkustanza biex fil-futur tagħmel pagamenti fir-rigward tal-assi finanzjarju trasferit. It-terminu “pagament” f’dan il-kuntest ma jinkludix flussi ta’ flus tal-assi finanzjarju trasferit li entità tiġbor u hija meħtieġa tħallas lura liċ-ċessjonarju.

B30A Meta entità tittrasferixxi assi finanzjarju, l-entità tista’ żżomm id-dritt tas-servizzjar ta’ dak l-assi finanzjarju għal tariffa li tkun inkluża, pereżempju, f’kuntratt tas-servizzjar. L-entità tanalizza l-kuntratt tas-servizzjar f’konformità mal-gwida fil-paragrafi 42C u B30 biex tiddeċiedi jekk l-entità jkollhiex involviment kontinwu b’riżultat tal-kuntratt tas-servizzjar għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni. Pereżempju, servizzjant se jkollu involviment kontinwu fl-assi finanzjarju trasferit għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni jekk it-tariffa tas-servizzjar tkun dipendenti fuq l-ammont jew it-twaqqit tal-flussi ta’ flus miġbura mill-assi finanzjarju trasferit. Bl-istess mod, servizzjant ikollu involviment kontinwu għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni jekk tariffa fissa ma titħallasx b’mod sħiħ minħabba nuqqas ta’ prestazzjoni tal-assi finanzjarju trasferit. F’dawn l-eżempji, is-servizzjant għandu interess fil-prestazzjoni futura tal-assi finanzjarju trasferit. Din il-valutazzjoni hija indipendenti mill-kwistjoni dwar jekk it-tariffa li trid tiġi riċevuta hijiex mistennija tikkumpensa lill-entità b’mod adegwat għat-twettiq tas-servizzjar.

B31 L-involviment kontinwu f’assi finanzjarju trasferit jista’ jirriżulta minn dispożizzjonijiet kuntrattwali fil-ftehim tat-trasferiment jew fi ftehim separat maċ-ċessjonarju jew parti terza mdaħħla f’konnessjoni mat-trasferiment.

Assi finanzjarji ttrasferiti li għalihom ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom (il-paragrafu 42D)

B32 Il-paragrafu 42D jirrikjedi divulgazzjonijiet meta parti mill-assi finanzjarji trasferiti jew l-assi finanzjarji trasferiti kollha ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent. Dawk id-divulgazzjonijiet huma meħtieġa f’kull data tar-rapportar li fiha l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi finanzjarji trasferiti, irrispettivament minn meta jkunu saru t-trasferimenti.

Tipi ta’ involviment kontinwu (il-paragrafi 42E–42H)

B33 Il-paragrafi 42E–42H jirrikjedu divulgazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi għal kull tip ta' involviment kontinwu fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent. Entità għandha taggrega l-involviment kontinwu tagħha f’tipi li jkunu rappreżentattivi tal-iskopertura tal-entità għar-riskji. Pereżempju, entità tista’ taggrega l-involviment kontinwu tagħha skont it-tip ta’ strument finanzjarju (eż. garanziji jew opzjonijiet call) jew skont it-tip ta’ trasferiment (eż. il-fatturament tar-riċevibbli, titolizzazzjonijiet u għoti b’self ta’ titoli).

Analiżi tal-maturità għall-flussi ta’ ħruġ ta’ flus mhux skontati għar-riakkwist tal-assi trasferiti (il-paragrafu 42E(e))

B34 Il-paragrafu 42E(e) jirrikjedi li entità tiddivulga analiżi tal-maturità tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus mhux skontati għar-riakkwist tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent, li juri l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal tal-involviment kontinwu tal-entità. Din l-analiżi tiddistingwi l-flussi ta’ flus li huma meħtieġa jitħallsu (eż. il-kuntratti forward), flussi ta’ flus li l-entità tista’ tkun meħtieġa tħallas (eż. opzjonijiet put mibjugħa) u flussi ta’ flus li l-entità tista’ tagħżel li tħallas (eż. opzjonijiet call mixtrija).

B35 Entità għandha tuża l-ġudizzju tagħha biex tiddetermina għadd xieraq ta’ meded ta’ żmien meta tipprepara l-analiżi tal-maturità meħtieġa skont il-paragrafu 42E(e). Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li l-meded ta’ żmien tal-maturità li ġejjin huma xierqa:

(a) 

mhux iktar tard minn xahar;

(b) 

iktar tard minn xahar u mhux iktar tard minn tliet xhur;

(c) 

iktar tard minn tliet xhur u mhux iktar tard minn sitt xhur;

(d) 

iktar tard minn sitt xhur u mhux iktar tard minn sena;

(e) 

iktar tard minn sena u mhux iktar tard minn tliet snin;

(f) 

iktar tard minn tliet snin iżda mhux iktar tard minn ħames snin; u

(g) 

iktar tard minn ħames snin.

B36 Jekk ikun hemm firxa ta’ maturitajiet possibbli, il-flussi ta’ flus jiġu inklużi abbażi tal-iktar data bikrija li fiha l-entità tista’ tkun meħtieġa jew permessa tħallas.

Informazzjoni kwalitattiva (il-paragrafu 42E(f))

B37 L-informazzjoni kwalitattiva meħtieġa mill-paragrafu 42E(f) tinkludi deskrizzjoni tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent u n-natura u l-iskop tal-involviment kontinwu miżmum wara t-trasferiment ta’ dawk l-assi. Tinkludi wkoll deskrizzjoni tar-riskji li għalihom hija skoperta l-entità, inkluż:

(a) 

deskrizzjoni ta’ kif l-entità ġġestixxi r-riskju inerenti fl-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent;

(b) 

jekk l-entità hijiex meħtieġa ġġarrab telf qabel partijiet oħrajn, u l-gradazzjoni u l-ammonti ta’ telf imġarrba mill-partijiet li l-interessi tagħhom jiggradaw aktar ’l isfel mill-interess tal-entità fl-assi (jiġifieri l-involviment kontinwu tagħha fl-assi);

(c) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe skattatur assoċjat mal-obbligi biex jipprovdi appoġġ finanzjarju jew biex jirriakkwista assi finanzjarju trasferit.

Qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent (il-paragrafu 42G(a))

B38 Il-paragrafu 42G(a) jirrikjedi li entità tiddivulga l-qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent marbut ma’ assi finanzjarji li għalihom l-entità jkollha involviment kontinwu. L-entità għandha tiddivulga jekk qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent irriżultax minħabba l-valuri ġusti tal-komponenti tal-assi rikonoxxut preċedentement (jiġifieri l-interess fl-assi li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent u l-interess miżmum mill-entità) kienu differenti mill-valur ġust tal-assi rikonoxxut preċedentement kollu kemm hu. F’dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddivulga wkoll jekk il-kejl tal-valur ġust kienx jinkludi inputs sinifikanti li ma kinux ibbażati fuq data tas-swieq osservabbli, kif deskritt fil-paragrafu 27A.

Informazzjoni supplimentari (il-paragrafu 42H)

B39 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 42D–42G jistgħu ma jkunux suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tad-divulgazzjoni fil-paragrafu 42B. Jekk dan ikun il-każ, l-entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tilħaq l-objettivi ta’ divulgazzjoni. L-entità għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tagħha, kemm għandha bżonn tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-utenti u kemm għandha tagħmel enfasi fuq aspetti differenti tal-informazzjoni addizzjonali. Huwa neċessarju li jinstab bilanċ bejn li r-rapporti finanzjarji jitgħabbew b’dettalji eċċessivi li jistgħu ma jgħinux lill-utenti tar-rapporti finanzjarji u joskuraw informazzjoni b’riżultat ta’ aggregazzjoni żejda.

Tpaċija ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji (il-paragrafi 13A–13F)

Kamp ta’ applikazzjoni (il-paragrafu 13A)

B40 Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafi 13B-13E huma meħtieġa għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti kollha li jkunu tpaċew f’konformità mal-paragrafu 42 tal-IAS 32. Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 13B–13E jekk dawn ikunu soġġetti għal arranġament qafas ta’ netting infurzabbli jew ftehim simili li jkopri strumenti finanzjarji u tranżazzjonijiet simili, irrispettivament minn jekk l-istrumenti finanzjarji jitpaċewx f’konformità mal-paragrafu 42 tal-IAS 32.

B41 Il-ftehimiet simili msemmija fil-paragrafi 13A u B40 jinkludu ftehimiet tal-ikklerjar tad-derivattivi, ftehimiet prinċipali globali ta’ riakkwist, ftehimiet prinċipali globali ta’ għoti b’self ta’ titoli, u kwalunkwe dritt relatat mal-kollateral finanzjarju. L-istrumenti finanzjarji u t-tranżazzjonijiet simili msemmija fil-paragrafu B40 jinkludu derivattivi, ftehimiet ta’ bejgħ u riakkwist, ftehimiet ta’ bejgħ b’lura u retroriakkwist, teħid b’self u ftehimiet ta’ għoti b’self ta’ titoli. Eżempji ta’ strumenti finanzjarji li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A huma s-selfiet u d-depożiti tal-konsumaturi fl-istess istituzzjoni (sakemm dawk ma jkunux tpaċew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja), u strumenti finanzjarji li jkunu soġġetti biss għal ftehim ta’ kollateral.

Divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwantitattiva għall-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A (il-paragrafu 13C)

B42 L-istrumenti finanzjarji ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kejl differenti (pereżempju, pagabbli relatat ma’ ftehim ta’ riakkwist jista’ jitkejjel fil-kost amortizzat, filwaqt li derivattiv jitkejjel fil-valur ġust). Entità għandha tinkludi l-istrumenti fl-ammonti rikonoxxuti tagħhom u tiddeskrivi kwalunkwe differenza fil-kejl li tirriżulta fid-divulgazzjonijiet relatati.

Divulgazzjoni tal-ammonti grossi tal-assi finanzjarji rikonoxxuti u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 13A (il-paragrafu 13C(a))

B43 L-ammonti meħtieġa mill-paragrafu 13C(a) huma dwar l-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li jkunu tpaċew f’konformità mal-paragrafu 42 tal-IAS 32. L-ammonti rikjesti mill-paragrafu 13C(a) huma wkoll dwar l-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li huma soġġetti għal arranġament qafas ta’ netting infurzabbli jew ftehim simili, irrispettivament minn jekk dawn jissodisfawx il-kriterji tat-tpaċija. Madankollu, id-divulgazzjonijiet rikjesti mill-paragrafu 13C(a) ma jikkonċernaw ebda ammont rikonoxxut b’riżultat ta’ ftehimiet ta’ kollateral li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji tat-tpaċija fil-paragrafu 42 tal-IAS 32. Minflok, tali ammonti huma rikjesti li jiġu ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C(d).

Divulgazzjoni tal-ammonti li jkunu tpaċew f’konformità mal-kriterji fil-paragrafu 42 tal-IAS 32(il-paragrafu 13C(b))

B44 Il-paragrafu 13C(b) jeħtieġ li l-entitajiet jiddivulgaw l-ammonti li jkunu tpaċew f’konformità mal-paragrafu 42 tal-IAS 32 meta jiġu ddeterminati l-ammonti netti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Kemm l-ammonti tal-assi finanzjarji rikonoxxuti kif ukoll dawk tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti li jkunu soġġetti għal tpaċija skont l-istess arranġament jiġu ddivulgati kemm fid-divulgazzjonijiet tal-assi finanzjarji kif ukoll dawk tal-obbligazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-ammonti ddivulgati (pereżempju, f’tabella) huma limitati għall-ammonti li jkunu soġġetti għal tpaċija. Pereżempju, entità jista’ jkollha assi derivattiv rikonoxxut u obbligazzjoni derivattiva rikonoxxuta li jissodisfaw il-kriterji tat-tpaċija fil-paragrafu 42 tal-IAS 32. Jekk l-ammont gross tal-assi derivattiv ikun akbar mill-ammont gross tal-obbligazzjoni derivattiva, it-tabella tad-divulgazzjoni tal-assi finanzjarji tinkludi l-ammont sħiħ tal-assi derivattiv (f’konformità mal-paragrafu 13C(a)) u l-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni derivattiva (f’konformità mal-paragrafu 13C(b)). Madankollu, filwaqt li t-tabella tad-divulgazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji tinkludi l-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni derivattiva (f’konformità mal-paragrafu 13C(a)), din tinkludi biss l-ammont tal-assi derivattiv (f’konformità mal-paragrafu 13C(b)) li jkun daqs l-ammont tal-obbligazzjoni derivattiva.

Divulgazzjoni tal-ammonti netti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (il-paragrafu 13C(c))

B45 Jekk entità jkollha strumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-divulgazzjonijiet (kif speċifikat fil-paragrafu 13A), imma li ma jissodisfawx il-kriterji tat-tpaċija fil-paragrafu 42 tal-IAS 32, l-ammonti rikjesti li jiġu ddivulgati mill-paragrafu 13C(c) ikunu daqs l-ammonti rikjesti li jiġu ddivulgati mill-paragrafu 13C(a).

B46 L-ammonti rikjesti li jiġu ddivulgati mill-paragrafu 13C(c) iridu jiġu rrikonċiljati mal-ammonti tal-entrati f’linja individwali ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Pereżempju, jekk entità tiddetermina li l-aggregazzjoni jew id-diżaggregazzjoni ta’ ammonti tal-entrati f’linja individwali tar-rapporti finanzjarji tipprovdi aktar informazzjoni relevanti, din trid tirrikonċilja l-ammonti aggregati jew diżaggregati ddivulgati fil-paragrafu 13C(c) mal-ammonti tal-entrati f’linja individwali ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

Divulgazzjoni tal-ammonti soġġetti għal arranġament qafas ta’ netting infurzabbli jew ftehim simili li mhumiex inklużi mod ieħor fil-paragrafu 13C(b) (il-paragrafu 13C(d))

B47 Il-paragrafu 13C(d) jeħtieġ li l-entitajiet jiddivulgaw l-ammonti li jkunu soġġetti għal arranġament qafas ta’ netting infurzabbli jew ftehim simili li mhumiex inklużi mod ieħor fil-paragrafu 13C(b). Il-paragrafu 13C(d)(i) jirreferi għall-ammonti relatati mal-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li ma jissodisfawx il-kriterji tat-tpaċija kollha, jew uħud minnhom, fil-paragrafu 42 tal-IAS 32 (pereżempju, drittijiet kurrenti ta’ tpaċija li ma jissodisfawx il-kriterju fil-paragrafu 42(b) tal-IAS 32, jew drittijiet kundizzjonali ta’ tpaċija li jkunu infurzabbli u eżerċitabbli biss fil-każ ta’ inadempjenza, jew fil-każ biss ta’ insolvenza jew falliment ta’ kwalunkwe kontroparti).

B48 Il-paragrafu 13C(d)(ii) jirreferi għall-ammonti relatati ma’ kollateral finanzjarju, inkluż kollateral fi flus, kemm riċevuti kif ukoll mirhuna. Entità għandha tiddivulga l-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji li jkunu ntrahnu jew ġew riċevuti bħala kollateral. Jenħtieġ li l-ammonti ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C(d)(ii) jikkonċernaw il-kollateral attwali riċevut jew mirhun u l-ebda pagabbli jew riċevibbli li jirriżulta rikonoxxut li jirritorna jew li jirċievi lura tali kollateral.

Limiti għall-ammonti ddivulgati fil-paragrafu 13C(d) (il-paragrafu 13D)

B49 Meta tiddivulga l-ammonti f’konformità mal-paragrafu 13C(d), entità trid tqis l-effetti tas-sovrakollateralizzazzjoni mill-istrument finanzjarju. Biex tagħmel dan, l-entità trid l-ewwel tnaqqas l-ammonti ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C(d)(i) mill-ammont iddivulgat f’konformità mal-paragrafu 13C(c). L-entità mbagħad għandha tillimita l-ammonti ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C(d)(ii) għall-bqija tal-ammont fil-paragrafu 13C(c) għall-istrument finanzjarju relatat. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ kollateral ikunu jistgħu jiġu infurzati fl-istrumenti finanzjarji kollha, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu inklużi fid-divulgazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu 13D.

Deskrizzjoni tad-drittijiet ta’ tpaċija soġġetti għal arranġamenti qafas ta’ netting infurzabbli u ftehimiet simili (il-paragrafu 13E)

B50 Entità għandha tiddeskrivi t-tipi ta’ drittijiet ta’ tpaċija u arranġamenti simili ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 13C(d), inkluż in-natura ta’ dawk id-drittijiet. Pereżempju, entità għandha tiddeskrivi d-drittijiet kundizzjonali tagħha. Għall-istrumenti soġġetti għal drittijiet ta’ tpaċija li ma jkunux kontinġenti fuq event futur iżda li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji li jifdal fil-paragrafu 42 tal-IAS 32, l-entità għandha tiddeskrivi r-raġuni(jiet) għaliex il-kriterji ma ġewx issodisfati. Għal kwalunkwe kollateral finanzjarju riċevut jew mirhun, l-entità għandha tiddeskrivi t-termini tal-ftehim ta’ kollateral (pereżempju, meta l-kollateral ikun ristrett).

Divulgazzjoni skont it-tip ta’ strument finanzjarju jew skont il-kontroparti

B51 Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa skont il-paragrafu 13C(a)–(e) jistgħu jiġu ggruppati skont it-tip ta’ strument finanzjarju jew it-tranżazzjoni (pereżempju, derivattivi, ftehimiet ta’ riakkwist u ta’ retroriakkwist jew ftehimiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli).

B52 Alternattivament, entità tista’ tiġbor flimkien id-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa skont il-paragrafu 13C(a)–(c) skont it-tip ta’ strument finanzjarju, u d-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa mill-paragrafu 13C(c)–(e) skont il-kontroparti. Jekk entità tipprovdi l-informazzjoni rikjesta skont il-kontroparti, l-entità ma tkunx meħtieġa tidentifika l-kontropartijiet bl-isem. Madankollu, id-deżinjazzjoni tal-kontropartijiet (il-Kontroparti A, il-Kontroparti B, il-Kontroparti C, eċċ) għandha tibqa’ konsistenti minn sena għall-oħra għas-snin ippreżentati biex tinżamm il-komparabbiltà. Id-divulgazzjonijiet kwalitattivi għandhom jitqiesu sabiex tkun tista’ tingħata aktar informazzjoni dwar it-tipi ta’ kontropartijiet. Meta d-divulgazzjoni tal-ammonti fil-paragrafu 13C(c)–(e) tkun ipprovduta skont il-kontroparti, l-ammonti li jkunu individwalment sinifikanti f’termini ta’ ammonti totali tal-kontroparti għandhom jiġu ddivulgati b’mod separat u l-bqija tal-ammonti tal-kontroparti individwalment insinifikanti għandhom jiġu aggregati f’entrata f’linja waħda.

Oħrajn

B53 Id-divulgazzjonijiet speċifiċi meħtieġa mill-paragrafi 13C–13E huma rekwiżiti minimi. Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 13B, entità tista’ tkun meħtieġa tissupplimentahom b’divulgazzjonijiet (kwalitattivi) addizzjonali, skont it-termini tal-arranġamenti qafas ta’ netting infurzabbli u ftehimiet relatati, inkluż in-natura tad-drittijiet ta’ tpaċija, u l-effett jew l-effett potenzjali tagħhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 8

Segmenti Operatorji

PRINĊIPJU FUNDAMENTALI

1   Entità għandha tiddivulga informazzjoni biex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji tal-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-ambjenti ekonomiċi li fihom topera.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Dan l-IFRS għandu japplika:

(a) 

għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta’ entità:

(i) 

li l-istrumenti ta' dejn jew ta’ ekwità tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża, inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) 

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ kummissjoni tat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħareġ kwalunkwe sett ta’ strumenti f’suq pubbliku; u

(b) 

għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ grupp ma’ kumpanija omm:

(i) 

li l-istrumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità tagħha jiġu nnegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew suq finanzjarju barra l-borża, inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) 

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha ma’ kummissjoni tat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħareġ kwalunkwe sett ta’ strumenti f’suq pubbliku.

3 Jekk entità li ma tkunx meħtieġa tapplika dan l-IFRS tagħżel li tiddivulga informazzjoni dwar segmenti li ma jikkonformawx ma’ dan l-IFRS, din ma għandhiex tiddeskrivi l-informazzjoni bħala informazzjoni dwar is-segmenti.

4 Jekk rapport finanzjarju jkun fih kemm ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ kumpanija omm li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS kif ukoll bħala r-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija omm, informazzjoni dwar is-segmenti tkun meħtieġa biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

SEGMENTI OPERATORJI

5 Segment operatorju huwa komponent ta’ entità:

(a) 

li jidħol f’attivitajiet tan-negozju li minnhom jista’ jaqla’ dħul u jġarrab spejjeż (inkluż dħul u spejjeż b’rabta ma’ tranżazzjonijiet ma’ komponenti oħra tal-istess entità);

(b) 

li r-redditi operatorji tiegħu jiġu rieżaminati regolarment mid-deċiżur kap tal-operat tal-entità biex jieħu deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(c) 

li għalih hemm disponibbli informazzjoni finanzjarja diskreta.

Segment operatorju jista’ jidħol f’attivitajiet tan-negozju li minnhom għad irid ikollu dħul, pereżempju, operazzjonijiet ġodda jistgħu jkunu segmenti operatorji qabel ma jaqilgħu dħul.

6 Mhux kull parti ta’ entità hija neċessarjament segment operatorju jew parti minn segment operatorju. Pereżempju, kwartieri ġenerali tal-kumpanija jew xi dipartimenti funzjonali jistgħu ma jkunux qed jaqilgħu dħul jew jistgħu jaqilgħu dħul li huwa biss inċidentali għall-attivitajiet tal-entità u ma jkunux segmenti operatorji. Għall-finijiet ta’dan l-IFRS, il-pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impieg ta’ entità mhumiex segmenti operatorji.

7 It-terminu “deċiżur kap tal-operat” jidentifika funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b’titlu speċifiku. Dik il-funzjoni hija li jalloka riżorsi lis-segmenti operatorji ta’ entità, u jivvaluta r-rendiment tagħhom. Spiss id-deċiżur kap tal-operat ta’ entità huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv jew l-uffiċjal kap operattiv iżda, pereżempju, jista’ jkun grupp ta’ diretturi eżekuttivi jew oħrajn.

8 Għal bosta entitajiet, it-tliet karatteristiki ta’ segmenti operatorji deskritti fil-paragrafu 5 jidentifikaw b’mod ċar is-segmenti operatorji tagħhom. Madankollu, entità tista’ tipproduċi rapporti fejn l-attivitajiet tan-negozju ġew ippreżentati b’modi diversi. Jekk id-deċiżur kap tal-operat juża aktar minn sett wieħed ta’ informazzjoni dwar is-segmenti, fatturi oħrajn jistgħu jidentifikaw sett uniku ta’ komponenti li jikkostitwixxu s-segmenti operatorji ta’ entità, inkluż in-natura tal-attivitajiet tan-negozju ta’ kull komponent, l-eżistenza ta’ maniġers responsabbli għalihom, u informazzjoni ppreżentata lill-bord tad-diretturi.

9 Ġeneralment, segment operatorju jkollu maniġer tas-segment li jkun iwieġeb direttament lid-deċiżur kap tal-operat u li jżomm kuntatt regolari miegħu biex jiddiskutu attivitajiet operatorji, riżultati finanzjarji, previżjonijiet jew pjanijiet għas-segment. It-terminu “maniġer tas-segment” jidentifika funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b’titlu speċifiku. Id-deċiżur kap tal-operat jista’ jkun ukoll il-maniġer tas-segment għal xi segmenti operatorji. Maniġer wieħed jista’ jkun il-maniġer tas-segment għal aktar minn segment operatorju wieħed. Jekk il-karatteristiki fil-paragrafu 5 japplikaw għal aktar minn sett wieħed ta’ komponenti f’organizzazzjoni iżda jkun hemm biss sett wieħed li għalihom il-maniġers tas-segmenti jridu jwieġbu, dan is-sett ta’ komponenti jikkostitwixxi s-segmenti operatorji.

10 Il-karatteristiki fil-paragrafu 5 jistgħu japplikaw għal żewġ settijiet ta’ komponenti li jikkoinċidu jew aktar, li għalihom il-maniġers jinżammu responsabbli. Din l-istruttura xi drabi tissejjaħ forma matriċi ta’ organizzazzjoni. Pereżempju, f’ċerti entitajiet, xi maniġers ikunu responsabbli għal linji ta’ prodotti u servizzi differenti madwar id-dinja, filwaqt li maniġers oħra jkunu responsabbli għal żoni ġeografiċi speċifiċi. Id-deċiżur kap tal-operat regolarment jirrieżamina r-redditi operatorji taż-żewġ settijiet ta’ komponenti, u l-informazzjoni finanzjarja tkun disponibbli għat-tnejn. F’dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddetermina liema sett ta’ komponenti jikkostitwixxi s-segmenti operatorji b’referenza għall-prinċipju fundamentali.

SEGMENTI RAPPORTABBLI

11 Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar kull segment operatorju li:

(a) 

ikun ġie identifikat f’konformità mal-paragrafi 5-10 jew jirriżulta minn aggregazzjoni ta’ tnejn minn dawk is-segmenti jew aktar f’konformità mal-paragrafu 12; u

(b) 

jeċċedi l-limiti kwantitattivi fil-paragrafu 13.

Il-paragrafi 14-19 jispeċifikaw sitwazzjonijiet oħra li fihom għandha tiġi rrapportata informazzjoni separata dwar segment operatorju.

Kriterji tal-aggregazzjoni

12 Segmenti operatorji bosta drabi juru prestazzjoni finanzjarja fit-tul simili jekk dawn ikollhom karatteristiki ekonomiċi simili. Pereżempju, ikunu mistennija marġnijiet grossi medji fit-tul simili għal żewġ segmenti operatorji jekk il-karatteristiki ekonomiċi tagħhom ikunu simili. Żewġ segmenti operatorji jew aktar jistgħu jiġu aggregati f’segment operatorju wieħed jekk l-aggregazzjoni tkun konsistenti mal-prinċipji fundamentali ta’ dan l-IFRS, is-segmenti jkollhom karatteristiki ekonomiċi simili, u s-segmenti jkunu simili f’kull wieħed minn dan li ġej:

(a) 

in-natura tal-prodotti u s-servizzi;

(b) 

in-natura tal-proċessi tal-produzzjoni;

(c) 

it-tip jew il-klassi ta’ konsumaturi għall-prodotti jew is-servizzi tagħhom;

(d) 

il-metodi użati għad-distribuzzjoni tal-prodotti tagħhom jew għall-provvediment tas-servizzi tagħhom; u

(e) 

jekk applikabbli, in-natura tal-ambjent regolatorju, pereżempju, l-operazzjonijiet bankarji, l-assigurazzjoni jew l-utilitajiet pubbliċi.

Limiti kwantitattivi

13 Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar segment operatorju li jilħaq xi wieħed mil-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a) 

Id-dħul irrapportat tagħha, inkluż kemm il-bejgħ lill-konsumaturi esterni kif ukoll il-bejgħ jew trasferimenti intersegmentali, ikun 10 fil-mija jew aktar mid-dħul ikkombinat, intern u estern, tas-segmenti operatorji kollha.

(b) 

L-ammont assolut tal-profitt jew telf irrapportat tagħha jkun inqas minn 10 fil-mija jew aktar mill-akbar ammont, f’ammont assolut, minn (i) il-profitt rapportat ikkombinat tas-segmenti operatorji kollha li ma jkunux irrapportaw telf, u (ii) it-telf irrapportat ikkombinat tas-segmenti operatorji kollha li jkunu rrapportaw telf.

(c) 

L-assi tagħha jkunu 10 fil-mija jew aktar tal-assi kkombinati kollha tas-segmenti operatorji kollha.

Is-segmenti operatorji li ma jilħqu l-ebda wieħed mil-limiti kwantitattivi jistgħu jitqiesu rapportabbli, u jiġu divulgati separatament, jekk il-maniġment jemmen li l-informazzjoni dwar is-segment tista’ tkun utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji.

14 Entità tista’ tikkombina informazzjoni dwar segmenti operatorji li ma jilħqux il-limiti kwantitattivi ma’ informazzjoni dwar segmenti operatorji oħrajn li ma jilħqux il-limiti kwantitattivi biex jipproduċu segment rapportabbli, biss jekk is-segmenti operatorji jkollhom karatteristiki ekonomiċi simili u jikkondividu l-biċċa l-kbira tal-kriterji tal-aggregazzjoni elenkati fil-paragrafu 12.

15 Jekk it-total tad-dħul estern irrapportat mis-segmenti operatorji jkun inqas minn 75 fil-mija tad-dħul tal-entità, segmenti operatorji addizzjonali għandhom jiġu identifikati wkoll bħala segmenti rapportabbli (anki jekk dawn ma jilħqux il-kriterji fil-paragrafu 13) sakemm tal-anqas 75 fil-mija tad-dħul tal-entità jiġi inkluż fis-segmenti rapportabbli.

16 Informazzjoni dwar attivitajiet tan-negozju oħrajn u segmenti operatorji li mhumiex rapportabbli għandha tiġi kkombinata u divulgata f’kategorija dwar “is-segmenti l-oħra kollha” separatament minn entrati ta’ rikonċiljazzjoni oħra fir-rikonċiljazzjonijiet rekwiżiti mill-paragrafu 28. Is-sorsi tad-dħul inklużi fil-kategorija “s-segmenti l-oħrajn kollha” għandhom ikunu deskritti.

17 Jekk il-maniġment jiddeċiedi li segment operatorju identifikat bħala segment rapportabbli fil-perjodu immedjatament preċedenti jkun ta’ importanza kontinwa, l-informazzjoni dwar dak is-segment għandha tibqa’ tiġi rrapportata separatament fil-perjodu kurrenti anki jekk ma għadhiex tilħaq il-kriterji għar-rapportabbiltà fil-paragrafu 13.

18 Jekk segment operatorju jiġi identifikat bħala segment rapportabbli fil-perjodu kurrenti f’konformità mal-limiti kwantitattivi, data dwar is-segmenti għal perjodu preċedenti ppreżentata għal skopijiet komparattivi għandha tiġi riformulata biex tirrifletti s-segment rapportabbli l-ġdid bħala segment separat, anki jekk dak is-segment ma ssodisfax il-kriterji għar-rapportabbiltà fil-paragrafu 13 fil-perjodu preċedenti, dment li l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata jkun eċċessiv.

19 Jista’ jkun hemm limitu prattiku għall-għadd ta’ segmenti rapportabbli li entità tiddivulga separatament, li meta jinqabeż l-informazzjoni dwar is-segmenti tista’ tkun dettaljata żżejjed. Għalkemm ma ġie determinat l-ebda limitu preċiż, meta l-għadd ta’ segmenti rapportabbli f’konformità mal-paragrafi 13-18 jaqbeż l-għaxra, jenħtieġ li l-entità tikkunsidra jekk intlaħaqx limitu prattiku.

DIVULGAZZJONI

20   Entità għandha tiddivulga informazzjoni biex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji tal-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-ambjenti ekonomiċi li fihom topera.

21 Biex jitwettaq il-prinċipju fil-paragrafu 20, entità għandha tiddivulga dan li ġej għal kull perjodu li għalih ikun ippreżentat rapport tal-introjtu komprensiv:

(a) 

informazzjoni ġenerali kif deskritt fil-paragrafu 22;

(b) 

informazzjoni dwar il-profitt jew telf irrapportat tas-segment, inkluż id-dħul u l-spejjeż speċifikati inklużi fil-profitt jew telf irrapportati tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligazzjonijiet tas-segment u l-bażi tal-kejl, kif deskritt fil-paragrafi 23-27; u

(c) 

ir-rikonċiljazzjonijiet tat-totali tad-dħul tas-segment, il-profitt jew telf irrapportat tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligazzjonijiet tas-segment u entrati materjali oħra tas-segment ma’ ammonti korrispondenti tal-entità kif deskritt fil-paragrafu 28.

Rikonċiljazzjonijiet tal-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal segmenti rapportabbli mal-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità huma meħtieġa għal kull data li fiha jkun ippreżentat rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Informazzjoni għal perjodi preċedenti għandha tkun ridikjarata kif deskritt fil-paragrafi 29 u 30.

Informazzjoni ġenerali

22 Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

(a) 

il-fatturi użati biex jiġu identifikati s-segmenti rapportabbli tal-entità, inkluż il-bażi tal-organizzazzjoni (pereżempju, jekk il-maniġment ikunx għażel li jorganizza l-entità skont id-differenzi bejn il-prodotti u s-servizzi, skont iż-żoni ġeografiċi, il-kuntesti regolatorji, jew skont taħlita ta’ fatturi u jekk is-segmenti operatorji ġewx aggregati);

(aa) 

id-deċiżjonijiet meħuda mill-maniġment fl-applikazzjoni tal-kriterji tal-aggregazzjoni fil-paragrafu 12. Dan jinkludi deskrizzjoni qasira tas-segmenti operatorji li ġew aggregati b’dan il-mod u l-indikaturi ekonomiċi li ġew ivvalutati għad-determinazzjoni li s-segmenti operatorji aggregati jikkondividu karatteristiki ekonomiċi simili; u

(b) 

it-tipi ta’ prodotti u servizzi li kull segment rapportabbli jkollu dħul minnhom.

Informazzjoni dwar profitt jew telf, assi u obbligazzjonijiet

23 Entità għandha tirrapporta miżura ta’ profitt jew telf għal kull segment rapportabbli. Entità għandha tirrapporta miżura tal-assi u l-obbligazzjonijiet totali għal kull segment rapportabbli jekk tali ammonti jkunu pprovduti regolarment lid-deċiżur kap tal-operat. Entità għandha tiddivulga wkoll dan li ġej dwar kull segment rapportabbli jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-miżura tal-profitt jew telf tas-segment rieżaminat mid-deċiżur kap tal-operat, jew b’xi mod ieħor ikunu regolarment ipprovduti lid-deċiżur kap tal-operat, anki jekk ma jkunux inklużi f’dik il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment:

(a) 

id-dħul minn konsumaturi esterni;

(b) 

id-dħul minn tranżazzjonijiet ma’ segmenti operatorji oħrajn tal-istess entità;

(c) 

id-dħul mill-imgħax;

(d) 

l-ispiża tal-imgħax;

(e) 

id-deprezzament u l-amortizzament;

(f) 

entrati materjali ta’ introjtu u spiża divulgati f’konformità mal-paragrafu 97 tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007);

(g) 

l-interess tal-entità fil-profitt jew it-telf ta’ kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti kontabbilizzati bil-metodu tal-ekwità;

(h) 

spiża jew introjtu mit-taxxa fuq l-introjtu; u

(i) 

l-entrati materjali mhux fi flus minbarra d-deprezzament u l-amortizzament.

Entità għandha tirrapporta d-dħul mill-imgħax separatament mill-ispiża tal-imgħax għal kull segment rapportabbli ħlief jekk il-parti l-kbira tad-dħul tas-segment ikun mill-imgħax u d-deċiżur kap tal-operat primarjament joqgħod fuq id-dħul mill-imgħax nett biex jivvaluta r-rendiment tas-segment u jieħu deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment. F’dik is-sitwazzjoni, entità tista’ tirrapporta dak id-dħul mill-imgħax ta’ dak is-segment nett mill-ispiża tal-imgħax u tiddivulga li għamlet dan.

24 Entità għandha tiddivulga dan li ġej dwar kull segment rapportabbli jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kejl tal-assi tas-segment rieżaminati mid-deċiżur kap tal-operat, jew li mod ieħor ikunu regolarment ipprovduti lid-deċiżur kap tal-operat, anki jekk ma jkunux inklużi fil-kejl tal-assi tas-segment:

(a) 

l-ammont ta’ investiment f’kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti kontabbilizzati bil-metodu tal-ekwità; u

(b) 

l-ammonti ta’ żidiet għall-assi mhux kurrenti ( 52 ) apparti l-istrumenti finanzjarji, l-assi ta’ taxxa differita, l-assi ta’ benefiċċji definiti netti (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati) u d-drittijiet li joriġinaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni.

KEJL

25 L-ammont għal kull entrata ta’ segment irrapportata għandu jkun il-kejl irrapportat lid-deċiżur kap tal-operat bl-iskop li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi għas-segment u jivvaluta r-rendiment tiegħu. Aġġustamenti u eliminazzjonijiet li jsiru fil-preparament tar-rapporti finanzjarji ta’ entità u l-allokazzjonijiet ta’ dħul, spejjeż, u qligħ jew telf għandhom jiġu inklużi biex jiġi determinat il-profitt jew telf irrapportat tas-segment biss fil-każ li dawn ikunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment użat mid-deċiżur kap tal-operat. Bl-istess mod, dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet biss li huma inklużi fil-kalkoli tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment użati mill-kap li jiddeċiedi l-operat għandhom jiġu rrapportati għal dak is-segment. Jekk jiġu allokati ammonti għall-profitt jew telf, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ta’ segment irrapportat, dawn l-ammonti għandhom jiġu allokati b’mod raġonevoli.

26 Jekk id-deċiżur kap tal-operat juża biss kejl wieħed ta’ profitt jew telf ta’ segment operatorju, l-assi tas-segment jew l-obbligazzjonijiet tas-segment fil-valutazzjoni tar-rendiment tas-segment u fid-deċiżjoni dwar kif jiġu allokati r-riżorsi, il-profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għandhom jiġu rrapportati skont dak il-kejl. Jekk id-deċiżur kap tal-operat juża aktar minn kejl wieħed ta’ profitt jew telf ta’ segment operatorju, l-assi tas-segment jew l-obbligazzjonijiet tas-segment, il-miżuri rrapportati għandhom jkunu dawk li l-maniġment jemmen li huma determinati f’konformità mal-prinċipji tal-kejl l-aktar konsistenti ma’ dawk użati fil-kejl tal-ammonti korrispondenti fir-rapporti finanzjarji tal-entità.

27 Entità għandha tagħti spjegazzjoni tal-kejl tal-profitt jew telf tas-segment, l-assi tas-segment u l-obbligazzjonijiet tas-segment għal kull segment rapportabbli. Bħala minimu, entità għandha tiddivulga dan li ġej:

(a) 

il-bażi tal-kontabbiltà għal kwalunkwe tranżazzjoni bejn segmenti rapportabbli;

(b) 

in-natura ta’ kwalunkwe differenza bejn il-kalkoli tal-profitti jew telf tas-segmenti rapportabbli u l-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża jew l-introjtu mit-taxxa fuq l-introjtu u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki tal-kontabbiltà u politiki għall-allokazzjoni ta’ kostijiet imġarrba ċentralment li jkunu meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni dwar is-segmenti rrapportata;

(c) 

it-tip ta’ kwalunkwe differenza bejn il-kalkoli tal-assi tas-segmenti rapportabbli u l-assi tal-entità (jekk ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki tal-kontabbiltà u politiki għall-allokazzjoni ta’ assi ta’ użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni dwar is-segmenti rrapportata;

(d) 

in-natura ta’ kwalunkwe differenza bejn il-kalkoli tal-obbligazzjonijiet tas-segmenti rapportabbli u l-obbligazzjonijiet tal-entità (jekk ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki tal-kontabbiltà u politiki għall-allokazzjoni ta’ obbligazzjonijiet ta’ użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni dwar is-segmenti rrapportata;

(e) 

in-natura ta’ kwalunkwe bidla minn perjodi preċedenti fil-metodi tal-kejl użati biex jiddeterminaw il-profitt jew telf irrapportat tas-segment u l-effett, jekk ikun hemm, ta’ dawn il-bidliet fuq il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment;

(f) 

in-natura u l-effett ta’ kwalunkwe allokazzjoni asimetrika għas-segmenti rapportabbli. Pereżempju, entità tista’ talloka spiża ta’ deprezzament għal segment mingħajr ma talloka l-assi deprezzabbli relatati għal dak is-segment.

Rikonċiljazzjonijiet

28 Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjonijiet għal dan kollu li ġej:

(a) 

it-total tad-dħul tas-segmenti rapportabbli fid-dħul tal-entità;

(b) 

it-total tal-kejl tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (introjtu mit-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka entrati bħal spiża tat-taxxa (introjtu mit-taxxa) għas-segmenti rapportabbli, l-entità tista’ tirrikonċilja t-total tal-kejl tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf tal-entità wara li jkunu ddaħħlu dawk l-entrati;

(c) 

it-total tal-assi tas-segmenti rapportabbli għall-assi tal-entità jekk l-assi tas-segment ikunu rapportati f’konformità mal-paragrafu 23;

(d) 

it-total tal-obbligazzjonijiet tas-segmenti rapportabbli mill-obbligazzjonijiet tal-entità jekk l-obbligazzjonijiet tas-segment ikunu rrapportati f’konformità mal-paragrafu 23;

(e) 

it-total tal-ammonti tas-segmenti rapportabbli għal kull entrata materjali ta’ informazzjoni divulgata fl-ammont korrispondenti għall-entità.

L-entrati materjali kollha ta’ rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament. Pereżempju, l-ammont ta’ kull aġġustament materjali meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni tal-profitt jew telf ta’ segment rapportabbli mal-profitt jew telf ta’ entità li joriġina minn politiki tal-kontabbiltà differenti għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament.

Ridikjarazzjoni ta’ informazzjoni rrapportata preċedentement

29 Jekk entità tbiddel l-istruttura tal-organizzazzjoni interna tagħha b’mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli tagħha, l-informazzjoni korrispondenti għall-perjodi preċedenti, inkluż għall-perjodi interim, għandhom ikunu ridikjarati sakemm l-informazzjoni ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata ma jkunx eċċessiv. Id-determinazzjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli u jekk il-kost biex tiġi żviluppata huwiex eċċessiv għandha tittieħed għal kull entrata individwali ta’ divulgazzjoni. Wara bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli tagħha, entità għandha tiddivulga jekk hija tkunx irridikjarat l-entrati korrispondenti tal-informazzjoni dwar is-segmenti għall-perjodi preċedenti.

30 Jekk entità tkun biddlet l-istruttura tal-organizzazzjoni interna tagħha b’mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli tagħha u jekk l-informazzjoni dwar is-segmenti għall-perjodi preċedenti, inklużi l-perjodi interim, ma tkunx ġiet irridikjarata biex tirrifletti l-bidla, l-entità għandha tiddivulga, fis-sena li fiha seħħet il-bidla, l-informazzjoni dwar is-segmenti għall-perjodu kurrenti kemm dwar il-bażi l-antika kif ukoll dwar il-bażi l-ġdida tas-segmentazzjoni, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata ma jkunx eċċessiv.

DIVULGAZZJONIJIET FL-ENTITÀ KOLLHA

31 Il-paragrafi 32-34 japplikaw għall-entitajiet kollha soġġetti għal dan l-IFRS, inkluż dawk l-entitajiet li għandhom segment rapportabbli wieħed. Xi attivitajiet ta’ negozju ta’ entitajiet mhumiex organizzati abbażi tad-differenzi fi prodotti u servizzi relatati jew tad-differenzi fiż-żoni ġeografiċi tal-operazzjonijiet. Tali segmenti rapportabbli ta’ entità jistgħu jirrapportaw dħul minn firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi essenzjalment differenti, jew aktar minn wieħed mis-segmenti rapportabbli tagħha jista’ jipprovdi essenzjalment l-istess prodotti u servizzi. Bl-istess mod, segmenti rapportabbli ta’ entità jistgħu jżommu assi differenti f’żoni ġeografiċi differenti u jirrapportaw dħul minn konsumaturi f’żoni ġeografiċi differenti, jew aktar minn wieħed mis-segmenti rapportabbli tagħha jista’ jopera fl-istess żona ġeografika. L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 32-34 għandha tingħata biss jekk ma tkunx ingħatat bħala parti mill-informazzjoni tas-segment rapportabbli kif meħtieġa minn dan l-IFRS.

Informazzjoni dwar prodotti u servizzi

32 Entità għandha tirrapporta d-dħul minn konsumaturi esterni għal kull prodott u servizz, jew kull grupp ta’ prodotti u servizzi simili, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata ma jkunx eċċessiv, u f’dan il-każ dak il-fatt għandu jiġi ddivulgat. L-ammonti ta’ dħul irrapportati għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jiġu ppreparati r-rapporti finanzjarji tal-entità.

Informazzjoni dwar żoni ġeografiċi

33 Entità għandha tirrapporta l-informazzjoni ġeografika li ġejja, ħlief jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata jkun eċċessiv:

(a) 

id-dħul mill-konsumaturi esterni (i) attribwit skont il-pajjiż tad-domiċilju tal-entità, u (ii) attribwit f’total skont il-pajjiżi barranin kollha li minnhom l-entità jkollha dħul. Jekk id-dħul minn konsumaturi esterni attribwit lil pajjiż barrani individwali jkun sostanzjali, dan id-dħul għandu jiġi divulgat separatament. Entità għandha tiddivulga l-bażi għall-attribuzzjoni tad-dħul minn konsumaturi esterni lill-pajjiżi individwali;

(b) 

assi mhux kurrenti ( 53 ) barra l-istrumenti finanzjarji, assi ta’ taxxa differita, assi tal-benefiċċji ta’ wara l-impieg, u drittijiet li joriġinaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni (i) li jinsabu fil-pajjiż tad-domiċilju tal-entità u (ii) li jinsabu fil-pajjiżi barranin kollha bħala total fejn l-entità għandha l-assi. Jekk l-assi minn pajjiż barrani individwali jkunu materjali, dawn l-assi għandhom ikunu ddivulgati separatament.

L-ammonti rrapportati għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jiġu prodotti r-rapporti finanzjarji tal-entità. Jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata ma jkunx eċċessiv, dak il-fatt għandu ddivulgat. Entità tista’ tipprovdi, barra l-informazzjoni meħtieġa f’dan il-paragrafu, is-subtotali tal-informazzjoni ġeografika dwar gruppi ta’ pajjiżi.

Informazzjoni dwar konsumaturi ewlenin

34 Entità għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-firxa tad-dipendenza tagħha fuq il-konsumaturi ewlenin tagħha. Jekk id-dħul minn tranżazzjonijiet minn konsumatur estern wieħed jammonta għal 10 fil-mija jew aktar tad-dħul ta’ entità, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt, l-ammont totali tad-dħul minn kull konsumatur bħal dan, u l-identità tas-segment jew segmenti li qed jirrapportaw dan id-dħul. L-entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga l-identità ta’ konsumatur ewlieni jew l-ammont tad-dħul li kull segment jirrapporta mingħand dak il-konsumatur. Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, grupp ta’ entitajiet magħruf għal entità relatriċi li jkun taħt kontroll komuni għandu jitqies bħala konsumatur wieħed. Madankollu, huwa meħtieġ ġudizzju biex ikun ivvalutat jekk gvern (inklużi l-aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali kif ukoll jekk internazzjonali) u entitajiet magħrufa għall-entità relatriċi li jkunu taħt il-kontroll ta’ dak il-gvern għandhom jitqiesu bħal konsumatur wieħed. F’din il-valutazzjoni, l-entità relatriċi għandha tqis il-firxa ta’ integrazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

35 Entità għandha tapplika dan l-IFRS fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha għal perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS fir-rapporti finanzjarji għal perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

35A Il-paragrafu 23 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

36 Informazzjoni dwar is-segmenti għal snin preċedenti li tkun irrapportata bħala informazzjoni komparattiva għall-ewwel sena tal-applikazzjoni (inkluża applikazzjoni tal-emenda fil-paragrafu 23 li saret f’April 2009) għandha tiġi riformulata biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS, ħlief jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata jkun eċċessiv.

36A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 23(f). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

36B L-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati (kif rivedut fl-2009) emenda l-paragrafu 34 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 24 (emendat fl-2009) għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 34 għal dak il-perjodu aktar bikri.

36C  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010-2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 22 u 28. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 14

37 Dan l-IFRS jieħu post l-IAS 14 Rapportar fuq is-Segment.

Appendiċi A

Terminu definit

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

Segment operatorju

Segment operatorju huwa komponent ta’ entità:

(a) 

li jidħol f’attivitajiet tan-negozju li minnhom jista’ jaqla’ dħul u jġarrab spejjeż (inkluż dħul u spejjeż b’rabta ma’ tranżazzjonijiet ma’ komponenti oħra tal-istess entità);

(b) 

li r-redditi operatorji tiegħu jiġu rieżaminati regolarment mid-deċiżur kap tal-operat tal-entità biex jieħu deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(c) 

li għalih hemm disponibbli informazzjoni finanzjarja diskreta.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 9

Strumenti Finanzjarji

KAPITOLU 1    Objettiv

1.1 L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi prinċipji għar-rapportar finanzjarju ta’ assi finanzjarji u ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji li se jippreżentaw informazzjoni rilevanti u utli lill-utenti tar-rapporti finanzjarji għall-valutazzjoni tagħhom tal-ammonti, it-twaqqit u l-inċertezza dwar il-flussi futuri ta’ flus ta’ entità.

KAPITOLU 2    Kamp ta’ applikazzjoni

2.1   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a) 

dawk l-interessi f’sussidjarji, f’kumpaniji assoċjati u f’impriżi konġunti li huma kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jitolbu jew jippermettu li entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta f’konformità mar-rekwiżiti kollha, jew uħud minnhom, ta’ dan l-Istandard. L-entitajiet għandhom japplikaw dan l-Istandard ukoll għal derivattivi fuq interess f’sussidjarja, f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta sakemm id-derivattiv ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ strument ta’ ekwità tal-entità fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni.

(b) 

drittijiet u obbligi taħt lokazzjonijiet li għalihom japplika l-IFRS 16 Lokazzjonijiet. Madankollu:

(i) 

riċevibbli ta’ lokazzjoni finanzjarja (jiġifieri investimenti netti f’lokazzjonijiet finanzjarji) u riċevibbli ta’ lokazzjoni operatorja rikonoxxuta minn lokatur huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent u ta’ indeboliment ta’ dan l-Istandard;

(ii) 

obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni rikonoxxuti minn lokatarju huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafu 3.3.1 ta’ dan l-Istandard; u

(iii) 

derivattivi inkorporati f’lokazzjonijiet huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ derivattivi inkorporati ta’ dan l-Istandard.

(c) 

id-drittijiet u l-obbligi tal-impjegaturi taħt il-pjanijiet ta’ benefiċċju tal-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

(d) 

l-istrumenti finanzjarji maħruġa mill-entità li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ strument ta’ ekwità fl-IAS 32 (inklużi opzjonijiet u warrants) jew li jkunu meħtieġa jiġu kklassifikati bħala strument ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew mal-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Madankollu, id-detentur ta’ dawn l-istrumenti ta’ ekwità għandu japplika dan l-Istandard għal dawk l-istrumenti, sakemm ma jissodisfawx l-eċċezzjoni f’(a).

(e) 

drittijiet u obbligi li jirriżultaw taħt kuntratt ta’ assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, jew kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Madankollu, dan l-Istandard japplika:

(i) 

għad-derivattivi inkorporati f’kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 jekk minnhom infushom id-derivattiv ma jkunux kuntratt li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17.

(ii) 

għall-komponenti ta’ investiment li huma separati minn kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, jekk l-IFRS 17 jeħtieġ tali separazzjoni, sakemm il-komponent ta’ investiment separat ma jkunx kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17.

(iii) 

għad-drittijiet u l-obbligi ta’ emittent taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ garanzija finanzjarja. Madankollu, jekk emittent ta’ kuntratti ta’ garanzija finanzjarja preċedentement ikun asserixxa b’mod espliċitu li huwa jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u uża kontabbiltà li hija applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista’ jagħżel li japplika dan l-Istandard jew l-IFRS 17 għal dawn il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja (ara l-paragrafi B2.5–B2.6). L-emittent jista’ jagħmel dik l-għażla kuntratt b’kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli.

(iv) 

id-drittijiet u l-obbligi ta’ entità li huma strumenti finanzjarji li jirriżultaw taħt kuntratti ta’ karti tal-kreditu, jew kuntratti simili li jipprovdu arranġamenti ta’ kreditu jew ta’ pagament, li entità toħroġ li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni iżda li l-paragrafu 7(h) tal-IFRS 17 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Madankollu, jekk, u biss jekk, il-kopertura tal-assigurazzjoni tkun terminu kuntrattwali ta’ tali strumenti finanzjarju, l-entità għandha tissepara dak il-komponent u tapplika l-IFRS 17 għalih (ara l-paragrafu 7(h) tal-IFRS 17).

(v) 

id-drittijiet u l-obbligi ta’ entità li huma strumenti finanzjarji li jirriżultaw taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li entità toħroġ li jillimitaw il-kumpens għal eventi assigurati għall-ammont altrimenti meħtieġ biex jissalda l-obbligu tad-detentur tal-polza maħluq mill-kuntratt jekk, f’konformità mal-paragrafu 8A tal-IFRS 17, l-entità tagħżel li tapplika l-IFRS 9 minflok l-IFRS 17 għal tali kuntratti.

(f) 

kwalunkwe kuntratt forward bejn akkwirent u azzjonist bejjiegħ għax-xiri jew il-bejgħ ta’ akkwiżit li se jwassal f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji f’data ta’ akkwiżizzjoni fil-futur. Jenħtieġ li t-terminu tal-kuntratt forward ma jaqbiżx perjodu raġonevoli li normalment huwa neċessarju sabiex tinkiseb kwalunkwe approvazzjoni meħtieġa u titlesta t-tranżazzjoni.

(g) 

l-impenji ta’ self minbarra dawk l-impenji ta’ self deskritti fil-paragrafu 2.3. Madankollu, emittent ta’ impenji ta’ self għandu japplika r-rekwiżiti ta’ indeboliment ta’ dan l-Istandard għal impenji ta’ self li altrimenti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Barra minn hekk, l-impenji kollha ta’ self huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dan l-Istandard.

(h) 

l-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti u l-obbligi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma, ħlief għal kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 2.4-2.7 ta’ dan l-Istandard li għalihom japplika dan l-Istandard.

(i) 

id-drittijiet għal pagamenti biex l-entità tiġi rimborżata għan-nefqa li teħtieġ tagħmel biex issalda obbligazzjoni li tirrikonoxxi bħala provvediment f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, jew li għalihom, f’perjodu preċedenti, tkun irrikonoxxiet bħala provvediment f’konformità mal-IAS 37.

(j) 

id-drittijiet u l-obbligi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi li huma strumenti finanzjarji, ħlief għal dawk li l-IFRS 15 jispeċifika li huma kontabbilizzati skont dan l-Istandard.

2.2   Ir-rekwiżiti tal-indeboliment ta’ dan l-Istandard għandhom jiġu applikati għal dawk id-drittijiet li l-IFRS 15 jispeċifika li huma kontabbilizzati f’konformità ma’ dan l-Istandard għall-finijiet tar-rikonoxximent ta’ qligħ jew telf minn indeboliment.

2.3   L-impenji ta’ self li ġejjin jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard:

(a) 

l-impenji ta’ self li l-entità tiddeżinja bħala obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (ara l-paragrafu 4.2.2). Entità li fil-passat kellha prattika ta’ bejgħ ta’ assi li tirriżulta mill-impenji ta’ self tagħha ftit wara li jkunu bdew, għandha tapplika dan l-Istandard għall-impenji ta’ self kollha tagħha f’din l-istess klassi.

(b) 

l-impenji ta’ self li jistgħu jiġu saldati netti fi flus jew b’għoti jew bi ħruġ ta’ strument finanzjarju ieħor. Dawn l-impenji ta’ self huma derivattivi. Impenn ta’ self ma jitqiesx saldat nett sempliċiment għaliex is-self ikun qed jitħallas f’pagamenti parzjali (pereżempju, self ipotekarju għall-kostruzzjoni li jitħallas f’pagamenti parzjali f’konformità mal-progress tal-kostruzzjoni).

(c) 

l-impenji biex jingħata self f’rata tal-imgħax li tkun inqas minn dik tas-suq (ara l-paragrafu 4.2.1(d)).

2.4   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja li tista’ tiġi saldata netta fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta’ strumenti finanzjarji, daqslikieku l-kuntratti kienu strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti li kienu saru u li għadhom qed jinżammu għall-fini tar-riċeviment jew il-kunsinna ta’ entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità. Madankollu, dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li entità tkun iddeżinjat li jkunu tkejlu f’valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 2.5.

2.5   Kuntratt għall-bejgħ jew ix-xiri ta’ entrata mhux finanzjarja li tista’ tiġi saldata netta fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta’ strumenti finanzjarji, daqslikieku l-kuntratt kien strument finanzjarju, jista’ jiġi deżinjat b’mod irrevokabbli li jkun tkejjel f’valur ġust permezz tal-profitt jew telf anki jekk ikun sar għall-fini tar-riċeviment jew il-kunsinna ta’ entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità. Din id-deżinjazzjoni hija disponibbli biss fil-bidu tal-kuntratt u biss f’każ li telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti inkonsistenza fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “spariġġ kontabbilistiku”) li kienet tinħoloq kieku dak il-kuntratt ma jiġix rikonoxxut minħabba li kien eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard (ara l-paragrafu 2.4).

2.6 Hemm diversi modi kif kuntratt biex tinxtara jew tinbiegħ entrata mhux finanzjarja jista’ jissalda b’mod nett fi flus jew bi strument finanzjarju jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji. Dawn jinkludu:

(a) 

meta t-termini tal-kuntratt jippermettu lil parti waħda jew l-oħra ssaldah nett bi flus jew strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta’ strumenti finanzjarji;

(b) 

meta l-abbiltà li s-saldu nett fi flus jew strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji, ma tkunx espliċita fit-termini tal-kuntratt, iżda l-entità jkollha l-prattika li tagħmel saldu ta’ kuntratti simili b’mod nett fi flus jew strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji (kemm jekk mal-kontroparti, bi dħul f’kuntratti li jpaċu jew billi jinbiegħ il-kuntratt qabel ma jiġi eżerċitat jew jiskadi);

(c) 

meta, għal kuntratti simili, l-entità jkollha prattika li tieħu l-kunsinna tas-sottostanti u tbigħha fi żmien qasir wara l-kunsinna bl-iskop li tiġġenera profitt minn varjazzjonijiet fi żmien qasir fil-prezz jew fil-marġni tan-negozjant; u

(d) 

meta l-entrata mhux finanzjarja li tkun is-suġġett tal-kuntratt tkun konvertibbli faċilment fi flus.

Wieħed ma jidħolx għal kuntratt li għalih japplikaw (b) jew (c) bl-iskop li jirċievi jew biex tiġi pprovduta lilu l-entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità, u b’hekk, il-kuntratt ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Kuntratti oħra li għalihom japplika l-paragrafu 2.4 jiġu evalwati biex jiġi ddeterminat jekk kinux ġew konklużi u għadhomx qed jinżammu għall-fini tar-riċevuta jew il-kunsinna ta’ entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità u, għalhekk, jekk humiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

2.7 Opzjoni mixtrija għax-xiri jew il-bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja li tista’ tiġi saldata netta fi flus jew strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta’ strumenti finanzjarji, f’konformità mal-paragrafu 2.6(a) jew 2.6(d) hija fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Wieħed ma jistax jidħol għal dan il-kuntratt bl-iskop li jirċievi jew biex tiġi pprovduta lilu l-entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija mill-entità.

KAPITOLU 3    Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent

3.1   RIKONOXXIMENT INIZJALI

3.1.1   Entità għandha tirrikonoxxi assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha meta, u biss meta, l-entità ssir parti għall-provvedimenti kuntrattwali tal-istrument (ara l-paragrafi B3.1.1 u B3.1.2). Meta entità tirrikonoxxi assi finanzjarju għall-ewwel darba, din għandha tikklassifikah f’konformità mal-paragrafi 4.1.1–4.1.5 u tkejlu f’konformità mal-paragrafi 5.1.1–5.1.3. Meta entità tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għall-ewwel darba, din għandha tikklassifikaha f’konformità mal-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2 u tkejjilha f’konformità mal-paragrafu 5.1.1.

Xiri jew bejgħ imħallas ta’ assi finanzjarji fi żmien regolari

3.1.2   Xiri jew bejgħ imħallas ta’ assi finanzjarji fi żmien regolari għandu jiġi rikonoxxut u rtirat mir-rikonoxximent, kif applikabbli, bl-użu ta’ kontabbiltà skont id-data tan-negozju jew ta’ kontabbiltà skont id-data tas-saldu (ara l-paragrafi B3.1.3–B3.1.6).

3.2   IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT TA’ ASSI FINANZJARJI

3.2.1 F’rapporti finanzjarji konsolidati, il-paragrafi 3.2.2–3.2.9, B3.1.1, B3.1.2 u B3.2.1–B3.2.17 jiġu applikati f’livell konsolidat. Għalhekk, entità l-ewwel tikkonsolida s-sussidjarji kollha f’konformità mal-IFRS 10 u mbagħad tapplika dawk il-paragrafi għall-grupp li jirriżulta.

3.2.2   Qabel ma tevalwa jekk, u sa fejn, l-irtirar tar-rikonoxximent huwa xieraq skont il-paragrafi 3.2.3–3.2.9, entità tiddetermina jekk jenħtieġx li dawk il-paragrafi jiġu applikati għal parti minn assi finanzjarju (jew għal parti minn grupp ta’ assi finanzjarji simili) jew għal assi finanzjarju (jew għal grupp ta’ assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu, kif ġej.

(a) 

Il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għal parti minn assi finanzjarju (jew għal parti minn grupp ta’ assi finanzjarji simili) jekk, u biss jekk, il-parti li tkun qed tiġi kkunsidrata għall-irtirar tar-rikonoxximent tissodisfa waħda mit-tliet kundizzjonijiet li ġejjin.

(i) 

Il-parti tikkonsisti biss minn flussi ta’ flus identifikati speċifikament minn assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol fi strip tar-rata tal-imgħax li biha l-kontroparti tikseb id-dritt għall-flussi ta’ flus tal-imgħax, iżda mhux għall-flussi ta’ flus fuq il-kapital minn strument ta’ dejn, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għall-flussi ta’ flus tal-imgħax.

(ii) 

Il-parti tikkonsisti biss f’sehem kompletament proporzjonali (pro rata) tal-flussi ta’ flus minn assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol f’arranġament li bih il-kontroparti tikseb id-drittijiet għal 90 fil-mija tal-flussi ta’ flus kollha ta’ strument ta’ dejn, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għal 90 fil-mija ta’ dawk il-flussi ta’ flus. Jekk ikun hemm aktar minn kontroparti waħda, mhuwiex meħtieġ li kull kontroparti jkollha sehem proporzjonali tal-flussi ta’ flus sakemm l-entità li qed tittrasferixxi jkollha sehem kompletament proporzjonali.

(iii) 

Il-parti tikkonsisti biss f’sehem kompletament proporzjonali (pro rata) ta’ flussi ta’ flus identifikati speċifikament minn assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol f’arranġament li bih il-kontroparti tikseb id-drittijiet għal sehem ta’ 90 fil-mija mill-flussi ta’ flus tal-imgħax minn assi finanzjarju, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għal 90 fil-mija ta’ dawk il-flussi ta’ flus tal-imgħax. Jekk ikun hemm aktar minn kontroparti waħda, mhuwiex meħtieġ li kull kontroparti jkollha sehem proporzjonali tal-flussi ta’ flus identifikati speċifikament sakemm l-entità li qed tittrasferixxi jkollha sehem kompletament proporzjonali.

(b) 

Fil-każijiet kollha l-oħra, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għall-assi finanzjarju fit-totalità tiegħu (jew għal grupp ta’ assi finanzjarji simili fit-totalità tagħhom). Pereżempju, meta entità tittrasferixxi (i) id-drittijiet lill-ewwel jew lill-aħħar 90 fil-mija tal-ġabriet ta’ flus minn assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji), jew (ii) id-drittijiet għal 90 fil-mija tal-flussi ta’ flus minn grupp ta’ riċevibbli, iżda tipprovdi garanzija biex tikkumpensa lix-xerrej għal kwalunkwe telf ta’ kreditu sa 8 fil-mija tal-ammont ta’ kapital tar-riċevibbli, il-paragrafi 3.2.3–3.2.9 jiġu applikati għall-assi finanzjarju (jew għal grupp ta’ assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu.

Fil-paragrafi 3.2.3–3.2.12, it-terminu “assi finanzjarju” jirreferi għal parti minn assi finanzjarju (jew parti minn grupp ta’ assi finanzjarji simili) kif identifikat f’(a) hawn fuq jew, inkella, għal assi finanzjarju (jew grupp ta’ assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu.

3.2.3   Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarju meta, u biss meta:

(a) 

jiskadu d-drittijiet kuntrattwali għall-flussi ta’ flus mill-assi finanzjarju, jew

(b) 

din titrasferixxi l-assi finanzjarju kif stabbilit fil-paragrafi 3.2.4 u 3.2.5 u t-trasferiment jikkwalifika għal irtirar tar-rikonoxximent f’konformità mal-paragrafu 3.2.6.

(Ara l-paragrafu 3.1.2 għal bejgħ ta’ assi finanzjarji mħallas fi żmien regolari.)

3.2.4   Entità tittrasferixxi assi finanzjarju jekk, u biss jekk:

(a) 

din tittrasferixxi d-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta’ flus tal-assi finanzjarju; jew

(b) 

din iżżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta’ flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi ta’ flus lil riċevitur wieħed jew aktar fi ftehim li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.5.

3.2.5   Meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta’ flus ta’ assi finanzjarju (l-“assi oriġinali”), iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas dawk il-flussi ta’ flus lil entità waħda jew aktar (ir-“riċevituri eventwali”), l-entità tqis it-tranżazzjoni bħala trasferiment ta’ assi finanzjarju jekk, u biss jekk, ikunu ssodisfati t-tliet kundizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a) 

L-entità ma jkollha l-ebda obbligu li tħallas ammonti lir-riċevituri eventwali sakemm ma tiġborx l-ammonti ekwivalenti mill-assi oriġinali. Avvanzi ta’ terminu qasir mill-entità bid-dritt ta’ rkupru sħiħ tal-ammont mogħti b’self flimkien mal-imgħax dovut bir-rati tas-suq ma jmorrux kontra din il-kundizzjoni.

(b) 

Skont it-termini tal-kuntratt ta’ trasferiment, l-entità ma tistax tbigħ jew twiegħed l-assi oriġinali ħlief bħala garanzija għar-riċevituri eventwali għall-obbligu li tħallashom bi flussi ta’ flus.

(c) 

L-entità hija obbligata tgħaddi kwalunkwe fluss ta’ flus li tiġbor f’isem ir-riċevituri eventwali mingħajr dewmien materjali. Barra minn hekk, l-entità mhijiex intitolata terġa’ tinvesti dawn il-flussi ta’ flus, ħlief għal investimenti fi flus jew f’ekwivalenti ta’ flus (kif definit fl-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus) matul il-perjodu qasir ta’ saldu mid-data tal-ġbir sad-data tar-rimessa meħtieġa lir-riċevituri eventwali, u l-imgħax iggwadanjat minn dawn l-investimenti jingħadda lir-riċevituri eventwali.

3.2.6   Meta entità tittrasferixxi assi finanzjarju (ara l-paragrafu 3.2.4), din għandha tevalwa sa fejn iġġorr ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda tal-assi finanzjarju. F’dan il-każ:

(a) 

jekk l-entità tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarju, l-entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarju u tirrikonoxxi b’mod separat bħala assi jew obbligi kwalunkwe dritt u obbligazzjoni maħluq jew miżmum fit-trasferiment.

(b) 

jekk l-entità żżomm b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarju, l-entità għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi finanzjarju.

(c) 

jekk l-entità la tittrasferixxi u lanqas iżżomm b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi finanzjarju, l-entità għandha tiddetermina jekk baqgħetx iżżomm kontroll tal-assi finanzjarju. F’dan il-każ:

(i) 

jekk l-entità ma baqgħetx iżżomm kontroll, din għandha tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarju u tirrikonoxxi b’mod separat bħala assi jew obbligi kwalunkwe dritt u obbligu maħluq jew miżmum fit-trasferiment.

(ii) 

jekk l-entità baqgħet iżomm kontroll, din għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi finanzjarju sal-punt tal-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarju (ara l-paragrafu 3.2.16).

3.2.7 It-trasferiment tar-riskji u l-benefiċċji (ara l-paragrafu 3.2.6) jiġi evalwat billi titqabbel l-iskopertura tal-entità, qabel u wara t-trasferiment, mal-varjabbiltà fl-ammonti u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus netti tal-assi ttrasferit. Entità tkun żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda ta’ strument finanzjarju jekk l-iskopertura tagħha għall-varjabbiltà fil-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus netti mill-assi finanzjarju ma tinbidilx b’mod sinifikanti b’riżultat tat-trasferiment (eż. għax l-entità tkun biegħet assi finanzjarju soġġett għal ftehim biex tixtrih lura bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ flimkien ma’ redditu għall-mutwanti). Entità tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda ta’ assi finanzjarju jekk l-iskopertura tagħha għal varjabbiltà bħal din ma tibqax iktar sinifikanti fir-rigward tal-varjabbiltà totali fil-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus netti assoċjati mal-assi finanzjarju (eż. għax l-entità tkun biegħet assi finanzjarju soġġett biss għal opzjoni biex tixtrih lura fil-valur ġust tiegħu fiż-żmien tar-riakkwist jew għax tkun ittrasferiet sehem proporzjonat sħiħ tal-flussi ta’ flus minn assi finanzjarju akbar b’arranġament, bħal sottoparteċipazzjoni f’selfa, li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.5).

3.2.8 Ta’ spiss ikun jidher ċar jekk l-entità tkunx ittrasferiet jew żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda u ma jkunx hemm bżonn li ssir xi komputazzjoni. F’każijiet oħrajn, ikun hemm bżonn li tiġi kkomputata u titqabbel l-iskopertura tal-entità għall-varjabbiltà fil-valur preżenti tal-flussi ta’ flus netti futuri qabel u wara t-trasferiment. Il-komputazzjoni u t-tqabbil isiru billi tintuża rata tal-imgħax tas-suq kurrenti xierqa bħala rata ta’ skont. Kull varjabbiltà raġonevolment possibbli fil-flussi ta’ flus netti tiġi kkunsidrata, b’ponderazzjoni akbar mogħtija lil dawk l-eżiti li għandhom probabbiltà ikbar li jseħħu.

3.2.9 Jekk l-entità tkunx żammet kontroll (ara l-paragrafu 3.2.6(c)) tal-assi ttrasferit jiddependi mill-kapaċità taċ-ċessjonarju li jbigħ l-assi. Jekk iċ-ċessjonarju jkollu l-ħila prattika li jbigħ l-assi fit-totalità tiegħu lil parti terza mhux relatata u jkun jista’ jagħmel hekk b’mod unilaterali u mingħajr il-bżonn li jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment, l-entità ma tkunx żammet kontroll. Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-entità tkun żammet kontroll.

Trasferimenti li jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent

3.2.10   Jekk entità tittrasferixxi assi finanzjarju fi trasferiment li jikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent fit-totalità tiegħu u żżomm id-dritt li tħaddem l-assi finanzjarju bi ħlas, din għandha tirrikonoxxi assi ta’ servizzjar jew obbligazzjoni ta’ servizzjar għal dak il-kuntratt ta’ servizzjar. Jekk il-miżata li trid tiġi riċevuta mhijiex mistennija li tikkumpensa lill-entità b’mod adegwat għas-servizzjar, għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni ta’ servizzjar għall-obbligu ta’ servizzjar fil-valur ġust tiegħu. Jekk il-miżata li trid tiġi riċevuta hija mistennija li tkun kumpens aktar minn adegwat għas-servizzjar, assi ta’ servizzjar għandu jiġi rikonoxxut għad-dritt tas-servizzjar f’ammont determinat abbażi ta’ allokazzjoni tal-ammont riportat tal-akbar assi finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 3.2.13.

3.2.11   Jekk, b’riżultat ta’ trasferiment, ir-rikonoxximent ta’ assi finanzjarju jiġi rtirat fit-totalità tiegħu iżda t-trasferiment iwassal biex l-entità tikseb assi finanzjarju ġdid jew biex tassumi obbligazzjoni finanzjarja ġdida, jew obbligazzjoni ta’ servizzjar, l-entità għandha tirrikonoxxi l-assi finanzjarju ġdid, l-obbligazzjoni finanzjarja jew l-obbligazzjoni ta’ servizzjar fil-valur ġust.

3.2.12   Mal-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarju fit-totalità tiegħu, id-differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat (imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent) u

(b) 

il-korrispettiv riċevut (inkluż kwalunkwe assi ġdid miksub mingħajr ebda obbligazzjoni ġdida assunta)

għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

3.2.13   Jekk l-assi trasferit jagħmel parti minn assi finanzjarju akbar (eż. meta entità tittrasferixxi flussi ta’ flus tal-imgħax li huma parti minn strument ta’ dejn, ara l-paragrafu 3.2.2(a)) u l-parti trasferita tikkwalifika għal irtirar tar-rikonoxximent fit-totalità tagħha, l-ammont riportat preċedenti tal-assi finanzjarju akbar għandu jiġi allokat bejn il-parti li tkompli tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat, abbażi tal-valuri ġusti relattivi ta’ dawk il-partijiet fid-data tat-trasferiment. Għal dan l-iskop, assi ta’ servizzjar miżmum għandu jibqa’ jiġi trattat bħala parti li tkompli tiġi rikonoxxuta. Id-differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat (imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent) allokat għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat u

(b) 

il-korrispettiv riċevut għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat (inkluż kwalunkwe assi ġdid miksub mingħajr ebda obbligazzjoni ġdida assunta)

għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

3.2.14 Meta entità talloka l-ammont riportat preċedenti ta’ assi finanzjarju akbar bejn il-parti li tkompli tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat, il-valur ġust tal-parti li tkompli tiġi rikonoxxuta jrid jitkejjel. Meta fl-imgħoddi l-entità tkun biegħet partijiet simili għall-parti li tkun għadha qed tiġi rikonoxxuta jew jekk ikunu jeżistu tranżazzjonijiet oħrajn fis-suq għal partijiet bħal dawn, il-prezzijiet riċenti tat-tranżazzjonijiet attwali jipprovdu l-aħjar stima tal-valur ġust tagħha. Meta ma jkunx hemm prezzijiet ikkwotati jew tranżazzjonijiet tas-suq riċenti li jsostnu l-valur ġust tal-parti li tkompli tiġi rikonoxxuta, l-aħjar stima tal-valur tkun id-differenza bejn il-valur ġust tal-assi finanzjarju akbar fit-totalità tiegħu u l-korrispettiv riċevut miċ-ċessjonarju għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat.

Trasferimenti li ma jikkwalifikawx għal irtirar tar-rikonoxximent

3.2.15   Jekk trasferiment ma jirriżultax fl-irtirar tar-rikonoxximent minħabba li l-entità tkun żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, l-entità għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi trasferit fit-totalità tiegħu u għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għall-korrispettiv riċevut. Fil-perjodi sussegwenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe introjtu fuq l-assi ttrasferit u kwalunkwe spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni finanzjarja.

Involviment kontinwu f’assi ttrasferiti

3.2.16   Jekk entità la titrasferixxi u lanqas iżżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda ta’ assi ttrasferit, u żżomm kontroll tal-assi ttrasferit, l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit sakemm ikun hemm l-involviment kontinwu tagħha. Il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità fl-assi ttrasferit hija l-firxa ta’ kemm hija esposta għal bidliet fil-valur tal-assi ttrasferit. Pereżempju:

(a) 

Meta l-involviment kontinwu tal-entità jieħu l-forma li jiggarantixxi l-assi ttrasferit, il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità jkun l-inqas bejn (i) l-ammont tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv riċevut li l-entità tkun meħtieġa li tħallas mill-ġdid (“l-ammont garantit”).

(b) 

Meta l-involviment kontinwu tal-entità jieħu l-forma ta’ opzjoni mibjugħa jew mixtrija (jew it-tnejn) fuq l-assi trasferit, il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità jkun l-ammont tal-assi trasferit li l-entità tista’ tixtri mill-ġdid. Madankollu, f’każ ta’ opzjoni put mibjugħa fuq assi li jitkejjel fil-valur ġust, il-firxa tal-involviment kontinwu tkun ristretta għall-inqas valur ġust tal-assi bejn l-assi trasferit u l-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni (ara l-paragrafu B3.2.13).

(c) 

Meta l-involviment kontinwu tal-entità jieħu l-forma ta’ opzjoni saldata bi flus jew provvediment simili fuq l-assi ttrasferit, il-firxa tal-involviment kontinwu tal-entità jitkejjel bl-istess mod bħal dak li jirriżulta minn opzjonijiet saldati mhux bi flus kif stabbilit f’(b) hawn fuq.

3.2.17   Meta entità tkompli tirrikonoxxi assi sal-punt tal-involviment kontinwu tagħha, l-entità tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni assoċjata. Minkejja r-rekwiżiti l-oħrajn ta’ kejl f’dan l-Istandard, l-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata jitkejlu fuq bażi li tirrifletti d-drittijiet u l-obbligi li l-entità tkun żammet. L-obbligazzjoni assoċjata titkejjel b’tali mod li l-ammont riportat nett tal-assi ttrasferit u tal-obbligazzjoni assoċjata ikun:

(a) 

il-kost amortizzat tad-drittijiet u l-obbligi miżmuma mill-entità, jekk l-assi ttrasferit jitkejjel f’kost amortizzat; jew

(b) 

ekwivalenti għall-valur ġust tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet miżmuma mill-entità meta jitkejlu fuq bażi awtonoma, jekk l-assi ttrasferit jitkejjel fil-valur ġust.

3.2.18   L-entità għandha tkompli tirrikonoxxi kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-assi ttrasferit sal-firxa tal-involviment kontinwu tagħha u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni assoċjata.

3.2.19   Għall-fini tal-kejl sussegwenti, bidliet rikonoxxuti fil-valur ġust tal-assi ttrasferit u tal-obbligazzjoni assoċjata jiġu kontabbilizzati b’mod konsistenti ma’ xulxin f’konformità mal-paragrafu 5.7.1, u ma għandhomx jitpaċew.

3.2.20   Jekk l-involviment kontinwu tal-entità jkun biss f’parti minn assi finanzjarju (eż. meta entità żżomm opzjoni li tirriakkwista parti minn assi ttrasferit, jew iżżomm interess residwu li ma jirriżultax fiż-żamma ta’ sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda u l-entità żżomm kontroll), l-entità talloka l-ammont riportat preċedenti tal-assi finanzjarju bejn il-parti li tkompli tirrikonoxxi skont l-involviment kontinwu, u l-parti li ma għadhiex tirrikonoxxi fuq il-bażi tal-valuri ġusti relattivi għal dawk il-partijiet fid-data tat-trasferiment. Għal dan l-iskop, japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.14. Id-differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat (imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent) allokat għall-parti li ma għadhiex rikonoxxuta u

(b) 

il-korrispettiv riċevut għall-parti li ma għadhiex rikonoxxuta

għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

3.2.21 Jekk l-assi ttrasferit jitkejjel f’kost amortizzat, l-opzjoni f’dan l-Istandard biex obbligazzjoni finanzjarja tiġi deżinjata fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ma tapplikax għall-obbligazzjoni assoċjata.

It-trasferimenti kollha

3.2.22   Jekk assi ttrasferit ikompli jiġi rikonoxxut, l-assi u l-obbligazzjoni assoċjata ma għandhomx jiġu paċuti. Bl-istess mod, l-entità ma għandha tpaċi l-ebda introjtu li jiġi mill-assi ttrasferit b’xi spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni assoċjata (ara l-paragrafu 42 tal-IAS 32).

3.2.23   Jekk ċedent jipprovdi kollateral mhux fi flus (bħal strumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità) liċ-ċessjonarju, il-kontabbiltà għall-kollateral miċ-ċedent u miċ-ċessjonarju tiddependi minn jekk iċ-ċessjonarju għandux id-dritt li jbigħ jew li jirhan mill-ġdid il-kollateral u jekk iċ-ċedent ikunx inadempjenti. Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju għandhom jikkontabbilizzaw il-kollateral kif ġej:

(a) 

Jekk iċ-ċessjonarju jkollu d-dritt b’kuntratt jew drawwa li jbigħ jew jirhan mill-ġdid il-kollateral, f’dak il-każ iċ-ċedent għandu jirriklassifika dak l-assi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu (eż. bħala assi misluf, strumenti ta’ekwità mirhuna jew riċevibbli ta’ riakkwist) separatament minn assi oħrajn.

(b) 

Jekk iċ-ċedent ibigħ il-kollateral mirhun lilu, dan għandu jirrikonoxxi r-rikavati mill-bejgħ u obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust għall-obbligu tiegħu li jirritorna l-kollateral.

(c) 

Jekk iċ-ċedent isir inadempjenti skont it-termini tal-kuntratt u ma jibqax intitolat li jifdi l-kollateral, dan għandu jirtira r-rikonoxximent tal-kollateral, u ċ-ċessjonarju jirrikonoxxi l-kollateral bħala l-assi tiegħu inizjalment imkejjel fil-valur ġust jew, jekk diġà biegħ il-kollateral, jirtira r-rikonoxximent tal-obbligu tiegħu biex jirritorna l-kollateral.

(d) 

Ħlief kif stipulat f’(c), iċ-ċedent għandu jkompli jirriporta l-kollateral bħala l-assi tiegħu, u ċ-ċessjonarju ma għandux jirrikonoxxi l-kollateral bħala assi.

3.3   IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT TA’ OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI

3.3.1   Entità għandha tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha meta, u biss meta, tiġi eżawrita—jiġifieri meta l-obbligu speċifikat fil-kuntratt jiġi rilaxxat jew ikkanċellat jew jiskadi.

3.3.2   Skambju bejn mutwatarju u mutwanti eżistenti ta’ strumenti ta’ dejn b’termini sostanzjalment differenti għandu jiġi kontabbilizzat bħala eżawriment tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali u r-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni finanzjarja ġdida. Bl-istess mod, modifika sostanzjali fit-termini ta’ obbligazzjoni finanzjarja eżistenti jew parti minnha (kemm jekk attribwibbli għad-diffikultà finanzjarja tad-debitur kif ukoll jekk le) għandha tiġi kontabbilizzata bħala eżawriment tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali u r-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni finanzjarja ġdida.

3.3.3   Id-differenza bejn l-ammont riportat ta’ obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) eżawrita jew trasferita lil parti oħra u l-korrispettiv imħallas, inkluż kwalunkwe assi mhux flus trasferit jew obbligazzjoni assunta, għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

3.3.4 Jekk entità tirriakkwista parti minn obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha talloka l-ammont riportat preċedenti tal-obbligazzjoni finanzjarja bejn il-parti li tkompli tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat abbażi tal-valuri ġusti relattivi ta’ dawk il-partijiet fid-data tar-riakkwist. Id-differenza bejn (a) l-ammont riportat allokat lill-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat u (b) il-korrispettiv imħallas, inkluż kwalunkwe assi mhux flus trasferit jew obbligazzjoni assunta, għall-parti li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

3.3.5 Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji ddeterminati minn unitajiet fil-fond u jirrikonoxxu obbligazzjonijiet finanzjarji għall-ammonti li għandhom jitħallsu lil dawk l-investituri. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni u dawk l-entitajiet iżommu l-entrati sottostanti. Xi fondi bħal dawn jew entrati sottostanti jinkludu l-obbligazzjoni finanzjarja tal-entità (pereżempju bond korporattiv maħruġ). Minkejja r-rekwiżiti l-oħra f’dan l-Istandard għall-irtirar tar-rikonoxximent ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tista’ tagħżel li ma tirtirax ir-rikonoxximent tal-obbligazzjoni finanzjarja tagħha li hija inkluża f’tali fond jew hija entrata sottostanti meta, u biss meta, l-entità tirriakkwista l-obbligazzjoni finanzjarja tagħha għal skopijiet bħal dawn. Minflok, l-entità tista’ tagħżel li tkompli tikkontabbilizza dak l-istrument bħala obbligazzjoni finanzjarja u tikkontabbilizza l-istrument riakkwistat daqslikieku l-istrument kien assi finanzjarju, u tkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità ma’ dan l-Istandard. Dik l-għażla hija irrevokabbli u ssir fuq bażi ta’ strument bi strument. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni. (Ara l-IFRS 17 għal termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard.)

KAPITOLU 4    Klassifikazzjoni

4.1   KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI FINANZJARJI

4.1.1   Sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5, entità għandha tikklassifika assi finanzjarji kif imkejla sussegwentement f’kost amortizzat, f’valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jew f’valur ġust permezz tal-profitt jew telf abbażi ta’:

(a) 

il-mudell ta’ negozju tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji u

(b) 

il-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-assi finanzjarju.

4.1.2   Assi finanzjarju għandu jitkejjel f’kost amortizzat jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-assi finanzjarju jinżamm f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu huwa li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali u

(b) 

f’dati speċifikati t-termini kuntrattwali tal-assi finanzjarju jwasslu għal flussi ta’ flus li huma unikament pagamenti tal-kapital u l-imgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Il-paragrafi B4.1.1–B4.1.26 jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet.

4.1.2A   Assi finanzjarju għandu jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-assi finanzjarju jinżamm f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jinkiseb kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ ta’ assi finanzjarji u

(b) 

f’dati speċifikati t-termini kuntrattwali tal-assi finanzjarju jwasslu għal flussi ta’ flus li huma unikament pagamenti tal-kapital u l-imgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Il-paragrafi B4.1.1–B4.1.26 jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet.

4.1.3   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b):

(a) 

il-kapital huwa l-valur ġust tal-assi finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali. Il-paragrafu B4.1.7B jipprovdi gwida addizzjonali dwar it-tifsira ta’ kapital.

(b) 

l-imgħax jikkonsisti f’korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus, għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-ammont ta’ kapital pendenti tul perjodu partikulari ta’ żmien u għal ►C2  riskji u kostijiet oħrajn marbuta mal-għoti b’self bażiku ◄ , kif ukoll marġni ta’ profitt. Il-paragrafi B4.1.7A u B4.1.9A–B4.1.9E jipprovdu gwida addizzjonali dwar it-tifsira ta’ mgħax, inkluża t-tifsira tal-valur taż-żmien tal-flus.

4.1.4   Assi finanzjarju għandu jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf sakemm ma jitkejjilx fil-kost amortizzat f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A. Madankollu, entità tista’ tagħmel għażla irrevokabbli fir-rikonoxximent inizjali għal investimenti partikulari fi strumenti ta’ ekwità li altrimenti jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biex tippreżenta bidliet sussegwenti fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafi 5.7.5-5.7.6).

Opzjoni biex assi finanzjarju jiġi deżinjat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

4.1.5   Minkejja l-paragrafi 4.1.1–4.1.4, fir-rikonoxximent inizjali, entità tista’ tiddeżinja b’mod irrevokabbli assi finanzjarju bħala li tkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk permezz ta’ dan telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “spariġġ kontabbilistiku”) li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta’ assi jew ta’ obbligazzjonijiet jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf fuqhom skont bażijiet differenti (ara l-paragrafi B4.1.29–B4.1.32).

4.2   KLASSIFIKAZZJONI TAL-OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI

4.2.1   Entità għandha tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha bħala li tkejlu sussegwentement fil-kost amortizzat, ħlief għal:

(a) 

obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Dawn l-obbligazzjonijiet, fosthom derivattivi li huma obbligazzjonijiet, għandhom sussegwentement jitkejlu fil-valur ġust.

(b) 

obbligazzjonijiet finanzjarji li jinqalgħu meta trasferiment ta’ assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent jew meta japplika l-approċċ ta’ involviment kontinwu. Il-paragrafi 3.2.15 u 3.2.17 japplikaw għall-kejl ta’ dawn l-obbligazzjonijiet finanzjarji.

(c) 

kuntratti ta’ garanziji finanzjarji. Wara r-rikonoxximent inizjali, emittent ta’ tali kuntratt (sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.2.1(a) jew (b)) għandu sussegwentement ikejlu skont l-ogħla ammont bejn:

(i) 

l-ammont tal-kopertura għal telf li jiġi determinat f’konformità mat-Taqsima 5.5 u

(ii) 

l-ammont inizjalment rikonoxxut (ara l-paragrafu 5.1.1) mingħajr, meta jkun xieraq, l-ammont kumulattiv tal-introjtu rikonoxxut f’konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15.

(d) 

impenji biex jingħata self b’rata tal-imgħax li tkun inqas minn dik tas-suq. Emittent ta’ tali impenn (sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.2.1(a)) għandu sussegwentement ikejlu skont l-ogħla ammont bejn:

(i) 

l-ammont tal-kopertura għal telf li jiġi determinat f’konformità mat-Taqsima 5.5 u

(ii) 

l-ammont inizjalment rikonoxxut (ara l-paragrafu 5.1.1) mingħajr, meta jkun xieraq, l-ammont kumulattiv tal-introjtu rikonoxxut f’konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15.

(e) 

korrispettiv kontinġenti rikonoxxut minn akkwirent f’kombinament ta’ negozji li għalih japplika l-IFRS 3. Sussegwentement, dan il-korrispettiv kontinġenti għandu jitkejjel fil-valur ġust bil-bidliet rikonoxxuti fi profitt jew telf.

Opzjoni biex obbligazzjoni finanzjarja tiġi deżinjata fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

4.2.2   Mar-rikonoxximent inizjali, entità tista’ tiddeżinja b’mod irrevokabbli obbligazzjoni finanzjarja bħala mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk dan ikun permess mill-paragrafu 4.3.5, jew jekk, meta tagħmel dan, jirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti, minħabba li:

(a) 

telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “spariġġ kontabbilistiku”) li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta’ assi jew ta’ obbligazzjonijiet jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf fuqhom skont bażijiet differenti (ara l-paragrafi B4.1.29–B4.1.32); jew

(b) 

il-ġestjoni ta’ grupp ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji jew ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu jsiru fuq bażi ta’ valur ġust, f’konformità ma’ strateġija dokumentata tal-ġestjoni tar-riskju jew ta’ investiment, u l-informazzjoni dwar il-grupp tiġi pprovduta internament fuq dik il-bażi lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati), pereżempju, il-bord tad-diretturi tal-entità u l-uffiċjal kap eżekuttiv (ara l-paragrafi B4.1.33–B4.1.36).

4.3   DERIVATTIVI INKORPORATI

4.3.1 Derivattiv inkorporat huwa komponent ta’ kuntratt ibridu li jinkludi wkoll ospitant nonderivattiv—bl-effett li wħud mill-flussi ta’ flus tal-istrument kombinat ivarjaw b’mod simili għal derivattiv awtonomu. Derivattiv inkorporat iwassal biex il-flussi ta’ flus kollha jew uħud minnhom li f’ċirkustanzi oħra jkunu meħtieġa mill-kuntratt, ikunu modifikati skont ir-rata tal-imgħax speċifika, il-prezz tal-istrument finanzjarju, il-prezz ta’ komodità, ir-rata tal-kambju, l-indiċi tal-prezzijiet jew rati, il-klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-indiċi tal-kreditu, jew varjabbli ieħor, bil-kundizzjoni li, fil-każ ta’ varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli ma jkunx speċifiku għal parti fil-kuntratt. Derivattiv marbut ma’ strument finanzjarju iżda li jkun kuntrattwalment trasferibbli b’mod indipendenti minn dak l-istrument, jew għandu kontroparti differenti minn dak l-istrument, mhuwiex derivattiv inkorporat, iżda strument finanzjarju separat.

Kuntratti ibridi b’assi finanzjarji ospitanti

4.3.2   Jekk kuntratt ibridu jkun fih ospitant li jkun assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 4.1.1–4.1.5 għall-kuntratt ibridu kollu.

Kuntratti ibridi oħra

4.3.3   Jekk kuntratt ibridu jkun fih ospitant li ma jkunx assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, derivattiv inkorporat għandu jiġi separat mill-ospitant u jiġi kontabbilizzat bħala derivattiv taħt dan l-Istandard jekk, u biss jekk:

(a) 

il-karatteristiki u r-riskji ekonomiċi tad-derivattiv inkorporat ma jkunux relatati mill-qrib mal-karatteristiki u r-riskji ekonomiċi tal-ospitant (ara l-paragrafi B4.3.5 u B4.3.8);

(b) 

strument separat bl-istess termini bħad-derivattiv inkorporat ikun konformi mad-definizzjoni ta’ derivattiv; u

(c) 

il-kuntratt ibridu ma jitkejjilx fil-valur ġust b’bidliet fil-valur ġust li jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf (jiġifieri derivattiv inkorporat f’obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf ma jkunx separat).

4.3.4   Jekk derivattiv inkorporat jiġi separat, il-kuntratt ospitanti għandu jiġi kontabbilizzat f’konformità mal-Istandards xierqa. Dan l-Istandard ma jindirizzax jekk derivattiv inkorporat għandux jiġi ppreżentat separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

4.3.5   Minkejja l-paragrafi 4.3.3 u 4.3.4, jekk kuntratt ikun fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar u l-ospitant ma jkunx assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, entità tista’ tiddeżinja l-kuntratt ibridu kollu bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ħlief jekk:

(a) 

id-derivattiv(i) inkorporati(i) ma jbiddilx/jbiddlux b’mod sinifikanti l-flussi ta’ flus li kieku jkunu meħtieġa mill-kuntratt; jew

(b) 

ikun jidher ċar bi ftit jew mingħajr analiżi meta strument ibridu simili jiġi kkunsidrat għall-ewwel darba li dik is-separazzjoni tad-derivattiv(i) inkorporat(i) tkun ipprojbita, bħal opzjoni ta’ prepagament inkorporata f’self li tippermetti li d-detentur jagħmel prepagament għas-self għal madwar il-kost amortizzat tiegħu.

4.3.6   Jekk permezz ta’ dan l-Istandard entità tkun meħtieġa tissepara derivattiv inkorporat mill-ospitant tiegħu, iżda ma tkunx tista’ tkejjel id-derivattiv inkorporat separatament, kemm jekk mal-akkwiżizzjoni tiegħu kif ukoll jekk fi tmiem il-perjodu tar-rapportar finanzjarju sussegwenti, din għandha tiddeżinja l-kuntratt ibridu kollu bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

4.3.7 Jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivattiv inkorporat fuq il-bażi tat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, il-valur ġust tad-derivattiv inkorporat ikun id-differenza bejn il-valur ġust tal-kuntratt ibridu u l-valur ġust tal-ospitant. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tad-derivattiv inkorporat b’dan il-metodu, japplika l-paragrafu 4.3.6 u l-kuntratt ibridu jiġi deżinjat bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

4.4   RIKLASSIFIKAZZJONI

4.4.1   F’konformità mal-paragrafi 4.1.1–4.1.4, entità tbiddel il-mudell ta’ negozju tagħha għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji meta, u biss meta, din għandha tirriklassifika l-assi finanzjarji kollha affettwati. Għal gwida addizzjonali dwar ir-riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji ara l-paragrafi 5.6.1–5.6.7, B4.4.1–B4.4.3 u B5.6.1–B5.6.2.

4.4.2   Entità ma għandha tirriklassifika l-ebda obbligazzjoni finanzjarja.

4.4.3 Il-bidliet li ġejjin fiċ-ċirkustanzi mhumiex riklassifikazzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 4.4.1–4.4.2:

(a) 

entrata li qabel kienet strument speċifikat u effettiv għall-iħħeġġjar f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew f’ħeġġ ta’ investiment nett ma tibqax tikkwalifika bħala tali;

(b) 

entrata ssir strument deżinjat u effettiv għall-iħħeġġjar f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew f’ħeġġ ta’ investiment nett; u

(c) 

bidliet fil-kejl f’konformità mat-Taqsima 6.7.

KAPITOLU 5    Kejl

5.1   KEJL INIZJALI

5.1.1  Ħlief fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 5.1.3, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust tagħhom flimkien ma’ jew mingħajr, fil-każ ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mhux fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, kostijiet tat-tranżazzjoni li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni jew għall-ħruġ tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja.

5.1.1A   Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafu B5.1.2A.

5.1.2 Meta entità tuża kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal assi li sussegwentement jitkejjel f’kost amortizzat, l-assi jiġi inizjalment rikonoxxut fil-valur ġust tiegħu fid-data tan-negozju (ara l-paragrafi B3.1.3–B3.1.6).

5.1.3 Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel ir-riċevibbli tan-negozju fil-prezz tat-tranżazzjoni tagħhom (kif definit fl-IFRS 15) jekk ir-riċevibbli tan-negozju ma jkunx fihom komponent ta’ finanzjament sinifikanti f’konformità mal-IFRS 15 (jew meta l-entità tapplika l-espedjent prattiku f’konformità mal-paragrafu 63 tal-IFRS 15).

5.2   KEJL SUSSEGWENTI TA’ ASSI FINANZJARJI

5.2.1   Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju f’konformità mal-paragrafi 4.1.1–4.1.5:

(a) 

fil-kost amortizzat;

(b) 

valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv; jew

(c) 

fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

5.2.2   Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ indeboliment fit-Taqsima 5.5 għal assi finanzjarji li jitkejlu f’kost amortizzat f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 u għal assi finanzjarji li jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A.

5.2.3   Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-paragrafi 6.5.8–6.5.14 (u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għal assi finanzjarju li jkun deżinjat bħala entrata ħħeġġjata ( 54 ).

5.3   KEJL SUSSEGWENTI TA’ OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI

5.3.1   Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel obbligazzjoni finanzjarja f’konformità mal-paragrafi 4.2.1–4.2.2.

5.3.2   Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-paragrafi 6.5.8–6.5.14 (u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għal obbligazzjoni finanzjarja li tkun deżinjata bħala entrata ħħeġġjata.

5.4   KEJL TAL-KOST AMORTIZZAT

Assi finanzjarji

Metodu tal-imgħax effettiv

5.4.1   Id-dħul mill-imgħax għandu jiġi kkalkulat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv (ara l-Appendiċi A u l-paragrafi B5.4.1–B5.4.7). Dan għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata effettiva tal-imgħax għall-ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju ħlief għal:

(a) 

assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu. Għal dawk l-assi finanzjarji, l-entità għandha tapplika r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għall-kost amortizzat tal-assi finanzjarju mir-rikonoxximent inizjali.

(b) 

assi finanzjarji li mhumiex assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu iżda li mbagħad saru assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu. Għal dawk l-assi finanzjarji, f’perjodi ta’ rapportar sussegwenti l-entità għandha tapplika r-rata effettiva tal-imgħax għall-kost amortizzat tal-assi finanzjarju.

5.4.2 Entità li, f’perjodu ta’ rapportar, tikkalkula d-dħul mill-imgħax billi tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv għall-kost amortizzat ta’ assi finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 5.4.1(b), f’perjodi ta’ rapportar sussegwenti, għandha tikkalkula d-dħul mill-imgħax billi tapplika r-rata effettiva tal-imgħax għall-ammont riportat gross jekk ir-riskju ta’ kreditu fuq l-istrument finanzjarju jitjieb biex b’hekk l-assi finanzjarju ma jibqax b’indeboliment fil-kreditu u t-titjib ikun jista’ jiġi relatat b’mod oġġettiv ma’ event li jseħħ wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 5.4.1(b) (bħal titjib fil-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarju).

Modifika tal-flussi ta’ flus kuntrattwali

5.4.3 Meta l-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jiġu nnegozjati mill-ġdid jew inkella jiġu mmodifikati u n-negozjar mill-ġdid jew il-modifika ma jwasslux għall-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dak l-assi finanzjarju f’konformità ma’ dan l-Istandard, entità għandha terġa’ tikkalkula l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju u għandha tirrikonoxxi qligħ jew telf mill-modifika fil-profitt jew telf. L-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid bħala l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus kuntrattwali nnegozjati mill-ġdid jew modifikati li jiġu skontati bir-rata effettiva tal-imgħax oriġinali (jew bir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu) tal-assi finanzjarju jew, fejn applikabbli, ir-rata effettiva tal-imgħax riveduta kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 6.5.10. Kwalunkwe kost jew tariffa mġarrba taġġusta l-ammont riportat tal-assi finanzjarju mmodifikat u tiġi amortizzata fuq it-terminu li jifdal tal-assi finanzjarju mmodifikat.

Tħassir

5.4.4   Entità għandha tnaqqas direttament l-ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju meta l-entità ma jkollha l-ebda aspettattiva raġonevoli li tirkupra assi finanzjarju fit-totalità tiegħu jew porzjon minnu. Tħassir jikkostitwixxi event ta’ rtirar tar-rikonoxximent (ara l-paragrafu B3.2.16(r)).

Bidliet fil-bażi għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax

5.4.5 Entità għandha tapplika l-paragrafi 5.4.6–5.4.9 għal assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja jekk, u biss jekk, il-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja tinbidel b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax. Għal dan l-iskop, it-terminu “riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax” jirreferi għal riforma fis-suq kollu tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax kif deskritt fil-paragrafu 6.8.2.

5.4.6 Il-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja tista’ tinbidel:

(a) 

billi jiġu emendati t-termini kuntrattwali speċifikati fir-rikonoxximent inizjali tal-istrument finanzjarju (pereżempju, it-termini kuntrattwali jiġu emendati biex jissostitwixxu l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li ssir referenza għalih b’parametru referenzjarju alternattiv);

(b) 

b’mod li ma kienx meqjus mit-termini kuntrattwali - jew ikkontemplat fihom - fir-rikonoxximent inizjali tal-istrument finanzjarju, mingħajr ma jiġu emendati t-termini kuntrattwali (pereżempju, il-metodu għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax jinbidel mingħajr ma jiġu emendati t-termini kuntrattwali); u/jew

(c) 

minħabba l-attivazzjoni ta’ terminu kuntrattwali eżistenti (pereżempju, tiġi skattata klawsola ta’ riżerva eżistenti).

5.4.7 Bħala espedjent prattiku, entità għandha tapplika l-paragrafu B5.4.5 biex tikkontabbilizza bidla fil-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li hija meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax. Dan l-espedjent prattiku japplika biss għal bidliet bħal dawn u biss sa fejn il-bidla tkun meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax (ara wkoll il-paragrafu 5.4.9). Għal dan l-iskop, bidla fil-bażi għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali hija meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax jekk, u biss jekk, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfati:

(a) 

il-bidla tkun meħtieġa bħala konsegwenza diretta tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax; u

(b) 

il-bażi l-ġdida biex jiġu ddeterminati l-flussi ta’ flus kuntrattwali tkun ekonomikament ekwivalenti għall-bażi preċedenti (jiġifieri l-bażi immedjatament qabel il-bidla).

5.4.8 Eżempji ta’ bidliet li jwasslu għal bażi ġdida għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali li hija ekonomikament ekwivalenti għall-bażi preċedenti (jiġifieri l-bażi immedjatament qabel il-bidla) huma:

(a) 

is-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax eżistenti użat biex jiġu determinati l-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’parametru referenzjarju alternattiv – jew l-implimentazzjoni ta’ tali riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax billi jinbidel il-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax – flimkien ma’ firxa fissa meħtieġa biex tikkumpensa għad-differenza tal-bażi bejn il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax eżistenti u l-parametru referenzjarju alternattiv;

(b) 

bidliet fil-perjodu ta’ risettjar, dati ta’ risettjar jew l-għadd ta’ jiem bejn id-dati ta’ pagament ta’ kupuni sabiex tiġi implimentata r-riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax; u

(c) 

iż-żieda ta’ dispożizzjoni ta’ riżerva għat-termini kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja li tippermetti li tiġi implimentata kwalunkwe bidla deskritta f’(a) u (b) hawn fuq.

5.4.9 Jekk isiru bidliet għal assi finanzjarju jew għal obbligazzjoni finanzjarja flimkien ma’ bidliet fil-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, entità għandha l-ewwel tapplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 5.4.7 għall-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax. L-entità għandha mbagħad tapplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard għal kwalunkwe bidla addizzjonali li għalihom l-espedjent prattiku ma japplikax. Jekk il-bidla addizzjonali ma tirriżultax fl-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tapplika l-paragrafu 5.4.3 jew il-paragrafu B5.4.6, kif applikabbli, biex tikkontabbilizza dik il-bidla addizzjonali. Jekk il-bidla addizzjonali tirriżulta fl-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent.

5.5   INDEBOLIMENT

Rikonoxximent ta’ telf ta’ kreditu mistenni

Approċċ ġenerali

5.5.1   Entità għandha tirrikonoxxi kopertura għal telf għal telf ta’ kreditu mistenni fuq assi finanzjarju li jitkejjel f’konformità mal-paragrafi 4.1.2 jew 4.1.2A, fuq riċevibbli ta’ lokazzjoni, fuq assi kuntrattwali jew fuq impenn ta’ self u fuq kuntratt ta’ garanzija finanzjarja li għalih japplikaw ir-rekwiżiti ta’ indeboliment f’konformità mal-paragrafi 2.1(g), 4.2.1(c) jew 4.2.1(d).

5.5.2 Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ indeboliment għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ kopertura għal telf għal assi finanzjarji li jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A. Madankollu, il-kopertura għal telf għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv u ma għandhiex tnaqqas l-ammont riportat tal-assi finanzjarju fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

5.5.3   Soġġetta għall-paragrafi 5.5.13–5.5.16, f’kull data ta’ rapportar, entità għandha tkejjel il-kopertura għal telf għal strument finanzjarju f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jekk ir-riskju ta’ kreditu fuq dak l-istrument finanzjarju jkun żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali.

5.5.4 L-objettiv tar-rekwiżiti tal-indeboliment huwa li jiġi rikonoxxut telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għall-istrumenti finanzjarji kollha li għalihom kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu sa mir-rikonoxximent inizjali — kemm jekk jiġu vvalutati fuq bażi individwali kif ukoll jekk fuq dik kollettiva — meta wieħed iqis l-informazzjoni kollha raġonevoli u sostnuta, inkluża dik ta’ natura prospettiva.

5.5.5   Soġġetta għall-paragrafi 5.5.13–5.5.16, jekk, fid-data ta’ rapportar, ir-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju ma jkunx żdied b’mod sinifikanti sa mir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel il-kopertura għal telf għal dak l-istrument finanzjarju f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar.

5.5.6 Għal impenji ta’ self u kuntratti ta’ garanziji finanzjarji, id-data li fiha l-entità ssir parti għall-impenn irrevokabbli għandha titqies li hija d-data tar-rikonoxximent inizjali għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-indeboliment.

5.5.7 Jekk entità tkun kejlet il-kopertura għal telf għal strument finanzjarju f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti, iżda fid-data tar-rapportar kurrenti tiddetermina li l-paragrafu 5.5.3 ma għadux issodisfat, l-entità għandha tkejjel il-kopertura għal telf f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar fid-data tar-rapportar kurrenti.

5.5.8 Entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf, bħala qligħ jew telf minn indeboliment, l-ammont tat-telf ta’ kreditu (jew riversjar) mistenni li huwa meħtieġ biex tiġi aġġustata l-kopertura għal telf fid-data tar-rapportar għall-ammont li huwa meħtieġ li jiġi rikonoxxut f’konformità ma’ dan l-Istandard.

Determinazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu

5.5.9 F’kull data tar-rapportar, entità għandha tivvaluta jekk ir-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali. Meta tkun qed tagħmel il-valutazzjoni, entità għandha tuża l-bidla fir-riskju ta’ inadempjenza matul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju minflok il-bidla fl-ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni. Sabiex tagħmel dik il-valutazzjoni, entità għandha tqabbel ir-riskju ta’ inadempjenza li jseħħ fuq l-istrument finanzjarju fid-data tar-rapportar mar-riskju ta’ inadempjenza li jseħħ fuq l-istrument finanzjarju fid-data tar-rikonoxximent inizjali u tqis informazzjoni raġonevoli u sostnuta, li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv, li tindika żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu sa mir-rikonoxximent inizjali.

5.5.10 Entità tista’ tassumi li r-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju ma jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali jekk fid-data tar-rapportar l-istrument finanzjarju jiġi determinat li jkollu riskju ta’ kreditu baxx (ara l-paragrafi B5.5.22-B5.5.24).

5.5.11 Jekk ikun hemm informazzjoni raġonevoli u sostnuta ta’ natura prospettiva disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv, entità ma tistax tibbaża ruħha biss fuq informazzjoni skaduta meta tkun qed tiddetermina jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali. Madankollu, meta l-informazzjoni li tkun ta’ natura aktar prospettiva minn dik bi stat skadut (fuq bażi individwali jew kollettiva) ma tkunx disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv, entità tista’ tuża l-informazzjoni skaduta biex tiddetermina jekk kienx hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali. Irrispettivament mill-mod li bih entità tivvaluta żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu, hemm suppożizzjoni konfutabbli li r-riskju ta’ kreditu fuq assi finanzjarju jkun żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali meta l-pagamenti kuntrattwali jkunu skadew b’aktar minn 30 jum. Entità tista’ tirribatti din is-suppożizzjoni jekk ikollha informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv li turi li r-riskju ta’ kreditu ma jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali anki jekk il-pagamenti kuntrattwali jkunu skadew b’aktar minn 30 jum. Meta entità tiddetermina li kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu qabel ma l-pagamenti kuntrattwali jkunu skadew b’aktar minn 30 jum, is-suppożizzjoni konfutabbli ma tapplikax.

Assi finanzjarji modifikati

5.5.12 Jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq assi finanzjarju jkunu ġew innegozjati mill-ġdid jew modifikati u ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 billi tqabbel:

(a) 

ir-riskju ta’ inadempjenza fid-data tar-rapportar (abbażi tat-termini kuntrattwali modifikati); u

(b) 

ir-riskju ta’ inadempjenza li jseħħ fir-rikonoxximent inizjali (abbażi tat-termini kuntrattwali oriġinali mhux modifikati).

Assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu

5.5.13   Minkejja l-paragrafi 5.5.3 u 5.5.5, fid-data tar-rapportar, entità għandha tirrikonoxxi biss il-bidliet kumulattivi f’telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja mir-rikonoxximent inizjali bħala kopertura għal telf għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu.

5.5.14 F’kull data tar-rapportar, entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf l-ammont tal-bidla fit-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja bħala qligħ jew telf minn indeboliment. Entità għandha tirrikonoxxi bidliet favorevoli fit-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja bħala qligħ minn indeboliment, anki jekk it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jkun inqas mill-ammont tat-telf ta’ kreditu mistenni li kien inkluż fl-istima tal-flussi ta’ flus fir-rikonoxximent inizjali.

Approċċ simplifikat għal riċevibbli tan-negozju, assi kuntrattwali u riċevibbli ta’ lokazzjoni

5.5.15   Minkejja l-paragrafi 5.5.3 u 5.5.5, entità għandha dejjem tkejjel il-kopertura għal telf f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal:

(a) 

riċevibbli tan-negozju jew assi kuntrattwali li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 15, u li:

(i) 

ma jkunx fihom komponent ta’ finanzjament sinifikanti f’konformità mal-IFRS 15 (jew meta l-entità tapplika l-espedjent prattiku f’konformità mal-paragrafu 63 tal-IFRS 15); jew

(ii) 

ikun fihom komponent ta’ finanzjament sinifikanti f’konformità mal-IFRS 15, jekk l-entità tagħżel bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha li tkejjel il-provvediment għat-telf f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja. Din il-politika tal-kontabbiltà għandha tiġi applikata għar-riċevibbli tan-negozju jew għall-assi kuntrattwali kollha bħal dawn iżda tista’ tiġi applikata b’mod separat għal riċevibbli tan-negozju u għal assi kuntrattwali.

(b) 

riċevibbli ta’ lokazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 16, jekk l-entità tagħżel bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha li tkejjel il-kopertura għal telf għal ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja. Dik il-politika tal-kontabbiltà għandha tiġi applikata għar-riċevibbli ta’ lokazzjoni kollha iżda tista’ tiġi applikata b’mod separat għal riċevibbli ta’ finanzi u ta’ lokazzjoni operatorja.

5.5.16 Entità tista’ tagħżel il-politika tal-kontabbiltà tagħha għal riċevibbli tan-negozju, riċevibbli ta’ lokazzjoni u assi kuntrattwali b’mod indipendenti minn xulxin.

Kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni

5.5.17   Entità għandha tkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni ta’ strument finanzjarju b’mod li jirrifletti:

(a) 

ammont imparzjali u ponderat għall-probabbiltà li jiġi determinat billi tevalwa firxa ta’ eżiti possibbli;

(b) 

il-valur taż-żmien tal-flus; u

(c) 

informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv fid-data tar-rapportar dwar eventi passati, kundizzjonijiet kurrenti u previżjonijiet ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi futuri.

5.5.18 Meta tkun qed tkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni, entità mhux bilfors trid tidentifika kull xenarju possibbli. Madankollu, għandha tqis ir-riskju jew il-probabbiltà li jseħħ telf ta’ kreditu billi tirrifletti dwar il-possibbiltà li jseħħ telf ta’ kreditu u l-possibbiltà li ma jseħħ l-ebda telf ta’ kreditu, anki jekk il-possibbiltà li jseħħ telf ta’ kreditu tkun baxxa ħafna.

5.5.19 Il-perjodu massimu li għandu jitqies waqt il-kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni huwa l-perjodu kuntrattwali massimu (inklużi l-opzjonijiet ta’ estensjoni) li matulu l-entità tkun esposta għal riskju ta’ kreditu u mhux għal perjodu itwal, anki jekk dak il-perjodu itwal ikun konsistenti mal-prattika tan-negozju.

5.5.20 Madankollu, xi strumenti finanzjarji jinkludu kemm self kif ukoll komponent ta’ impenn mhux prelevat u l-kapaċità kuntrattwali tal-entità li titlob ripagament u tikkanċella l-impenn mhux prelevat ma tillimitax l-iskopertura tal-entità għal telf ta’ kreditu għall-perjodu ta’ notifika kuntrattwali. Għal strumenti finanzjarji bħal dawn, u għal dawk l-istrumenti finanzjarji biss, l-entità għandha tkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni matul il-perjodu li fih l-entità tkun esposta għal riskju ta’ kreditu u t-telf ta’ kreditu mistenni ma jiġix immitigat permezz ta’ azzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ riskju ta’ kreditu, anki jekk dak il-perjodu jkun jaqbeż il-perjodu kuntrattwali massimu.

5.6   RIKLASSIFIKAZZJONI TAL-ASSI FINANZJARJI

5.6.1   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 4.4.1, din għandha tapplika r-riklassifikazzjoni b’mod prospettiv mid-data tar-riklassifikazzjoni. L-entità ma għandha tirridikjara ebda qligħ, telf (inkluż qligħ jew telf minn indeboliment) jew mgħax li jkun ġie rikonoxxut qabel. Il-paragrafi 5.6.2–5.6.7 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-riklassifikazzjonijiet.

5.6.2   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl ta’ kost amortizzat u fil-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-valur ġust tiegħu jitkejjel fid-data tar-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta mid-differenza bejn il-kost amortizzat preċedenti tal-assi finanzjarju u l-valur ġust jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

5.6.3   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz tal-profitt jew telf u fil-kategorija ta’ kejl ta’ kost amortizzat, il-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni jsir l-ammont riportat gross ġdid tiegħu. (Ara l-paragrafu B5.6.2 għal gwida dwar id-determinazzjoni ta’ rata effettiva tal-imgħax u kopertura għal telf fid-data tar-riklassifikazzjoni.)

5.6.4   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl ta’ kost amortizzat u fil-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, il-valur ġust tiegħu jitkejjel fid-data tar-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta mid-differenza bejn il-kost amortizzat preċedenti tal-assi finanzjarju u l-valur ġust jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv. Ir-rata effettiva tal-imgħax u l-kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni ma jiġux aġġustati b’riżultat tar-riklassifikazzjoni. (Ara l-paragrafu B5.6.1.)

5.6.5   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv u fil-kategorija ta’ kejl ta’ kost amortizzat, l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Madankollu, il-qligħ jew it-telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut preċedentement f’introjtu ieħor komprensiv jitneħħa mill-ekwità u jiġi aġġustat fil-valur ġust tal-assi finanzjarju fid-data tar-riklassifikazzjoni. Bħala riżultat, l-assi finanzjarju jitkejjel fid-data tar-riklassifikazzjoni daqslikieku dejjem kien jitkejjel fil-kost amortizzat. Dan l-aġġustament jaffettwa introjtu ieħor komprensiv iżda ma jaffettwax il-profitt jew telf u għaldaqstant mhuwiex aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji). Ir-rata effettiva tal-imgħax u l-kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni ma jiġux aġġustati b’riżultat tar-riklassifikazzjoni. (Ara l-paragrafu B5.6.1.)

5.6.6   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u fil-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, l-assi finanzjarju jkompli jitkejjel fil-valur ġust. (Ara l-paragrafu B5.6.2 għal gwida dwar id-determinazzjoni ta’ rata effettiva tal-imgħax u kopertura għal telf fid-data tar-riklassifikazzjoni.)

5.6.7   Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv u fil-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, l-assi finanzjarju jkompli jitkejjel fil-valur ġust. Il-qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut preċedentement f’introjtu ieħor komprensiv jiġi riklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) fid-data tar-riklassifikazzjoni.

5.7   QLIGĦ U TELF

5.7.1   Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju jew fuq obbligazzjoni finanzjarja li jitkejjel fil-valur ġust għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf, ħlief jekk:

(a) 

dan ikun jagħmel parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax);

(b) 

dan ikun investiment fi strument ta’ ekwità u l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-qligħ u t-telf minn fuq dak l-investiment f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5;

(c) 

dan ikun obbligazzjoni finanzjarja deżinjata fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u l-entità tkun mitluba tippreżenta l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.7; jew

(d) 

dan ikun assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A u l-entità tkun mitluba tirrikonoxxi xi bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.10.

5.7.1A  Dividendi jiġu rikonoxxuti fi profitt jew f’telf biss meta:

(a) 

jiġi stabbilit id-dritt tal-entità li tirċievi pagament tad-dividend;

(b) 

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mad-dividend ikunu se jgħaddu lill-entità; u

(c) 

l-ammont tad-dividend ikun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

5.7.2   Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju li jitkejjel f’kost amortizzat u ma jkunx parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, meta dan jiġi riklassifikat f’konformità mal-paragrafu 5.6.2, permezz tal-proċess ta’ amortizzament jew sabiex jiġi rikonoxxut qligħ jew telf minn indeboliment. Entità għandha tapplika l-paragrafi 5.6.2 u 5.6.4 jekk tirriklassifika assi finanzjarji barra mill-kategorija ta’ kejl ta’ kost amortizzat. Qligħ jew telf fuq obbligazzjoni finanzjarja li jitkejjel f’kost amortizzat u ma jkunx parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, il-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax) għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-obbligazzjoni finanzjarja u permezz tal-proċess ta’ amortizzament. (Ara l-paragrafu B5.7.2 għal gwida dwar qligħ jew telf mill-kambju.)

5.7.3   Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji jew fuq obbligazzjonijiet finanzjarji li huma entrati ħħeġġjati f’relazzjoni tal-iħħeġġjar għandu jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafi 6.5.8–6.5.14 u, jekk applikabbli, mal-paragrafi 89–94 tal-IAS 39 għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax.

5.7.4   Jekk entità tirrikonoxxi assi finanzjarji permezz tal-kontabbiltà skont id-data tas-saldu (ara l-paragrafi 3.1.2, B3.1.3 u B3.1.6), kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-assi li jrid jiġi riċevut matul il-perjodu li tkopri mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu ma tiġix rikonoxxuta għal assi mkejla f’kost amortizzat. Madankollu, għal assi mkejla fil-valur ġust, il-bidla fil-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf jew f’introjtu ieħor komprensiv, kif xieraq f’konformità mal-paragrafu 5.7.1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ indeboliment, id-data tan-negozju għandha titqies bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali.

Investimenti fi strumenti ta’ ekwità

5.7.5   Mar-rikonoxximent inizjali, entità tista’ tagħmel għażla irrevokabbli li tippreżenta f’introjtu ieħor komprensiv bidliet sussegwenti fil-valur ġust ta’ investiment fi strument ta’ ekwità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard li la hu miżmum għan-negozju u lanqas korrispettiv kontinġenti rikonoxxut minn akkwirent f’kombinament ta’ negozji li għalih japplika l-IFRS 3. (Ara l-paragrafu B5.7.3 għal gwida dwar qligħ jew telf mill-kambju.)

5.7.6 Jekk entità tagħmel l-għażla fil-paragrafu 5.7.5, din għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf dividendi minn dak l-investiment f’konformità mal-paragrafu 5.7.1 A.

Obbligazzjonijiet deżinjati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

5.7.7   Entità għandha tippreżenta qligħ jew telf fuq obbligazzjoni finanzjarja li hija deżinjata bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.2.2 jew mal-paragrafu 4.3.5 kif ġej:

(a) 

L-ammont tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li huwa attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni għandu jiġi ppreżentat f’introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafi B5.7.13–B5.7.20), u

(b) 

l-ammont li jifdal tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni għandu jiġi ppreżentat fil-profitt jew telf

sakemm it-trattament tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni deskritt f’(a) mhuwiex se joħloq jew ikabbar spariġġ kontabbilistiku fil-profitt jew telf (f’liema każ japplika l-paragrafu 5.7.8). Il-paragrafi B5.7.5–B5.7.7 u B5.7.10–B5.7.12 jipprovdu gwida dwar kif jiġi determinat jekk huwiex se jinħoloq jew jitkabbar spariġġ kontabbilistiku.

5.7.8   Jekk ir-rekwiżiti fil-paragrafu 5.7.7 joħolqu jew ikabbru spariġġ kontabbilistiku fil-profitt jew telf, entità għandha tippreżenta l-qligħ jew it-telf kollu fuq dik l-obbligazzjoni (fosthom l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni) fil-profitt jew telf.

5.7.9 Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8, entità għandha tippreżenta fil-profitt jew telf kull qligħ u telf fuq impenji ta’ self u kuntratti ta’ garanziji finanzjarji deżinjati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

Assi mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv

5.7.10   Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A għandu jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv, ħlief għal qligħ jew telf minn indeboliment (ara t-Taqsima 5.5) u qligħ u telf mill-kambju (ara l-paragrafi B5.7.2–B5.7.2 A), sakemm l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu. Meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, il-qligħ jew it-telf kumulattiv li qabel kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv ieħor jiġi riklassifikat minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1). Jekk l-assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, l-entità għandha tikkontabbilizza l-qligħ jew it-telf kumulattiv li preċedentement kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafi 5.6.5 u 5.6.7. L-imgħax ikkalkulat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

5.7.11   Kif deskritt fil-paragrafu 5.7.10, jekk assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A, l-ammonti rikonoxxuti fi profitt jew telf ikunu l-istess bħall-ammonti li kieku kienu jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf kieku l-assi finanzjarju kien tkejjel f’kost amortizzat.

KAPITOLU 6    Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

6.1   OBJETTIV U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

6.1.1 L-objettiv tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar huwa li, fir-rapporti finanzjarji, jiġi rappreżentat l-effett tal-attivitajiet tal-ġestjoni tar-riskju ta’ entità li jużaw strumenti finanzjarji biex jimmaniġġaw skoperturi li jirriżultaw minn riskji partikulari li jistgħu jaffettwaw il-profitt jew telf (jew introjtu ieħor komprensiv, fil-każ ta’ investimenti fi strumenti ta’ ekwità li għalihom entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5). Dan l-approċċ għandu l-għan li jippreżenta l-kuntest ta’ strumenti għall-iħħeġġjar li għalihom tkun ġiet applikata kontabbiltà għall-iħħeġġjar sabiex jiġi permess fehim tal-iskop u l-effett tagħhom.

6.1.2 Entità tista’ tagħżel li tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn strument għall-iħħeġġjar u entrata ħħeġġjata f’konformità mal-paragrafi 6.2.1–6.3.7 u B6.2.1–B6.3.25. Għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni, entità għandha tikkontabbilizza l-qligħ jew it-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata f’konformità mal-paragrafi 6.5.1–6.5.14 u B6.5.1–B6.5.28. Meta l-entrata ħħeġġjata tkun grupp ta’ entrati, entità għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali fil-paragrafi 6.6.1–6.6.6 u B6.6.1–B6.6.16.

6.1.3 Għal ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura għar-rata tal-imgħax ta’ portafoll ta’ assi finanzjarji jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (u biss għal ħeġġ bħal dan), entità tista’ tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IAS 39 minflok dawk f’dan l-Istandard. F’dak il-każ, l-entità trid tapplika wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust għal ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tiddeżinja porzjon li jkun ammont monetarju bħala l-entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafi 81A, 89A u AG114–AG132 tal-IAS 39).

6.2   STRUMENTI GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

Strumenti kwalifikanti

6.2.1   Derivattiv imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jista’ jiġi deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar, ħlief għal xi opzjonijiet mibjugħa (ara l-paragrafu B6.2.4).

6.2.2   Assi finanzjarju nonderivattiv jew obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf tista’ tiġi deżinjata bħala strument għall-iħħeġġjar sakemm ma tkunx obbligazzjoni finanzjarja deżinjata bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf li għaliha l-ammont tal-bidla tagħha fil-valur ġust li huwa attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni jiġi ppreżentat f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.7. Għal ħeġġ ta’ riskju tal-munita barranija, il-komponent tar-riskju tal-munita barranija ta’ assi finanzjarju nonderivattiv jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva jista’ jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar dment li ma jkunx investiment fi strument ta’ ekwità li għalih entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5.

6.2.3   Għall-finijiet ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar, kuntratti li jkollhom parti esterna għall-entità relatriċi (jiġifieri esterna għall-grupp jew għall-entità individwali li dwarha jkun qed isir ir-rapport) biss jistgħu jiġu deżinjati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

Deżinjazzjoni ta’ strumenti għall-iħħeġġjar

6.2.4 Strument kwalifikanti jrid jiġi deżinjat fit-totalità tiegħu bħala strument għall-iħħeġġjar. L-uniċi eċċezzjonijiet permessi huma:

(a) 

is-separazzjoni tal-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u d-deżinjazzjoni tal-bidla fil-valur intrinsiku ta’ opzjoni biss bħala l-istrument għall-iħħeġġjar u mhux il-bidla fil-valur taż-żmien tagħha (ara l-paragrafi 6.5.15 u B6.5.29–B6.5.33);

(b) 

is-separazzjoni tal-element forward u l-element spot ta’ kuntratt forward u d-deżinjazzjoni tal-bidla fil-valur tal-element spot ta’ kuntratt forward biss bħala l-istrument għall-iħħeġġjar u mhux l-element forward; bl-istess mod, il-firxa bażi tal-munita barranija tista’ tiġi separata u eskluża mis-deżinjazzjoni ta’ strument finanzjarju bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.16 u B6.5.34–B6.5.39); u

(c) 

proporzjon tal-istrument kollu għall-iħħeġġjar, bħal 50 fil-mija tal-ammont nominali, jista’ jiġi deżinjat bħala l-istrument għall-iħħeġġjar f’relazzjoni tal-iħħeġġjar. Madankollu, strument għall-iħħeġġjar ma jistax jiġi deżinjat għal parti mill-bidla tiegħu fil-valur ġust li tirriżulta minn porzjon biss tal-perjodu taż-żmien li matulu l-istrument għall-iħħeġġjar jibqa’ pendenti.

6.2.5 Entità tista’ tqis f’daqqa, u tiddeżinja b’mod konġunt bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, kwalunkwe taħlita ta’ dawn li ġejjin (inklużi dawk iċ-ċirkustanzi li fihom ir-riskju jew ir-riskji li jirriżultaw minn xi strumenti għall-iħħeġġjar ipaċu dawk li jirriżultaw minn oħrajn):

(a) 

derivattivi jew proporzjon minnhom; u

(b) 

nonderivattivi jew proporzjon minnhom.

6.2.6 Madankollu, strument derivattiv li jgħaqqad opzjoni mibjugħa u opzjoni mixtrija (pereżempju, collar ta’ rati tal-imgħax) ma jikkwalifikax bħala strument għall-iħħeġġjar jekk, fid-data tad-deżinjazzjoni, fil-fatt ikun opzjoni mibjugħa netta (sakemm ma jikkwalifikax f’konformità mal-paragrafu B6.2.4). Bl-istess mod, żewġ strumenti jew aktar (jew proporzjonijiet minnhom) jistgħu jiġu deżinjati flimkien bħala l-istrument għall-iħħeġġjar biss jekk, flimkien, fil-fatt ma jkunux opzjoni mibjugħa netta fid-data tad-deżinjazzjoni (sakemm ma jikkwalifikawx f’konformità mal-paragrafu B6.2.4).

6.3   ENTRATI ĦĦEĠĠJATI

Entrati kwalifikanti

6.3.1   Entrata ħħeġġjata tista’ tkun assi rikonoxxut jew obbligazzjoni rikonoxxuta, impenn sod mhux rikonoxxut, tranżazzjoni prevista jew investiment nett f’operazzjoni barranija. L-entrata ħħeġġjata tista’ tkun:

(a) 

entrata waħda; jew

(b) 

grupp ta’ entrati (soġġetti għall-paragrafi 6.6.1–6.6.6 u B6.6.1–B6.6.16).

Entrata ħħeġġjata tista’ tkun ukoll komponent ta’ din l-entrata jew grupp ta’ entrati (ara l-paragrafi 6.3.7 u B6.3.7–B6.3.25).

6.3.2   L-entrata ħħeġġjata trid tkun tista’ titkejjel b’mod affidabbli.

6.3.3   Jekk entrata ħħeġġjata tkun tranżazzjoni prevista (jew komponent tagħha), dik it-tranżazzjoni trid tkun probabbli ħafna.

6.3.4   Skopertura aggregata li tkun taħlita ta’ skopertura li tista’ tikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata f’konformità mal-paragrafu 6.3.1 u derivattiv tista’ tiġi deżinjata bħala entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafi B6.3.3–B6.3.4). Din tinkludi tranżazzjoni prevista ta’ skopertura aggregata (jiġifieri tranżazzjonijiet futuri mhux impenjati iżda antiċipati li jwasslu għal skopertura u derivattiv) jekk dik l-iskopertura aggregata tkun probabbli ħafna u, ladarba tkun seħħet u għaldaqstant ma għadhiex aktar prevista, tkun eliġibbli bħala entrata ħħeġġjata.

6.3.5   Għall-finijiet ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar, assi, obbligazzjonijiet, impenji sodi jew tranżazzjonijiet previsti probabbli ħafna b’parti esterna għall-entità relatriċi biss jistgħu jiġu deżinjati bħala entrati ħħeġġjati. Il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tista’ tiġi applikata għal tranżazzjonijiet bejn entitajiet fl-istess grupp biss fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta’ dawk l-entitajiet u mhux fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp, ħlief għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità ta’ investiment, kif definit fl-IFRS 10, fejn tranżazzjonijiet bejn entità ta’ investiment u s-sussidjarji tagħha mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf ma jiġux eliminati fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

6.3.6 Madankollu, bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 6.3.5, ir-riskju tal-munita barranija ta’ entrata monetarja intragrupp (pereżempju, pagabbli/riċevibbli bejn żewġ sussidjarji) jista’ jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata fir-rapporti finanzjarji konsolidati jekk jirriżulta fi skopertura għal qligħ jew telf fir-rati tal-kambju li ma ġewx kompletament eliminati mal-konsolidazzjoni f’konformità mal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju. F’konformità mal-IAS 21, il-qligħ u t-telf mir-rati tal-kambju fuq entrati monetarji intragrupp ma jiġux eliminati kompletament mal-konsolidazzjoni meta l-entrata monetarja intragrupp tkun innegozjata bejn żewġ entitajiet tal-gruppi li għandhom muniti funzjonali differenti. Barra minn hekk, ir-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista probabbli ħafna jista’ jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata f’rapporti finanzjarji konsolidati dment li t-tranżazzjoni tkun denominata f’munita li mhijiex dik funzjonali tal-entità li tkun daħlet f’dik it-tranżazzjoni u r-riskju tal-munita barranija jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat.

Deżinjazzjoni ta’ entrati ħħeġġjati

6.3.7 Entità tista’ tiddeżinja entrata fit-totalità tagħha jew komponent ta’ entrata bħala l-entrata ħħeġġjata f’relazzjoni tal-iħħeġġjar. Entrata sħiħa tinkludi l-bidliet kollha fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust ta’ entrata. Komponent jinkludi inqas mill-bidla sħiħa fil-valur ġust jew fil-varjabilità fil-fluss ta’ flus ta’ entrata. F’dak il-każ, entità tista’ tiddeżinja biss it-tipi ta’ komponenti li ġejjin (inklużi kombinazzjonijiet) bħala entrati ħħeġġjati:

(a) 

bidliet biss fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust ta’ entrata attribwibbli għal riskju jew riskji speċifiċi (komponent tar-riskju), dment li, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni fil-kuntest tal-istruttura partikolari tas-suq, il-komponent tar-riskju jkun jista’ jiġi identifikat b’mod separat u jitkejjel b’mod affidabbli (ara l-paragrafi B6.3.8–B6.3.15). Il-komponenti tar-riskju jinkludu deżinjazzjoni ta’ bidliet biss fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust ta’ entrata ħħeġġjata f’livell ogħla jew inqas minn prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (riskju unilaterali).

(b) 

fluss ta’ flus kuntrattwali magħżul wieħed jew aktar.

(c) 

komponenti ta’ ammont nominali, jiġifieri parti speċifikata tal-ammont ta’ entrata (ara l-paragrafi B6.3.16–B6.3.20).

6.4   KRITERJI KWALIFIKANTI GĦAL KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

6.4.1   Relazzjoni tal-iħħeġġjar tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar jekk ikunu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin biss:

(a) 

ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tikkonsisti biss fi strumenti għall-iħħeġġjar eliġibbli u entrati ħħeġġjati eliġibbli.

(b) 

fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar ikun hemm deżinjazzjoni formali u dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u l-objettiv u l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità għal impenn ta’ ħeġġ. Dik id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar, l-entrata ħħeġġjata, in-natura tar-riskju li qed jiġi ħħeġġjat u l-mod kif l-entità se tivvaluta jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ (inkluż l-analiżi tagħha tas-sorsi ta’ ineffettività tal-ħeġġ u l-mod kif tiddetermina l-proporzjon tal-ħeġġ).

(c) 

ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-effettività tal-ħeġġ li ġejjin:

(i) 

ikun hemm relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.4–B6.4.6);

(ii) 

l-effett tar-riskju ta’ kreditu ma jiddominax il-bidliet fil-valur li jirriżultaw minn dik ir-relazzjoni ekonomika (ara l-paragrafi B6.4.7–B6.4.8); u

(iii) 

il-proporzjon tal-ħeġġ tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar ikun l-istess bħal dak li jirriżulta mill-kwantità tal-entrata ħħeġġjata li l-entità effettivament tiħħeġġja u l-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità effettivament tuża biex tiħħeġġja dik il-kwantità tal-entrata ħħeġġjata. Madankollu, dik id-deżinjazzjoni ma għandhiex tirrifletti żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li kieku joħloq ineffettività tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk ikunx rikonoxxut jew le) li tista’ twassal għal eżitu kontabbilistiku li jkun inkonsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.9–B6.4.11).

6.5   KONTABBILTÀ GĦAL RELAZZJONIJIET KWALIFIKANTI TA’ ĦĦEĠĠJAR

6.5.1   Entità tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li jissodisfaw il-kriterji kwalifikanti fil-paragrafu 6.4.1 (li jinkludu d-deċiżjoni tal-entità li tiddeżinja r-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

6.5.2   Hemm tliet tipi ta’ relazzjonijiet tal-iħħeġġjar:

(a) 

ħeġġ fuq il-valur ġust: ħeġġ tal-iskopertura għal bidliet fil-valur ġust ta’ assi rikonoxxut jew obbligazzjoni rikonoxxuta jew impenn sod mhux rikonoxxut, jew komponent minn entrata bħal din, attribwibbli għal riskju partikulari u li jista’ jaffettwa l-profitt jew telf.

(b) 

ħeġġ tal-flussi ta’ flus: ħeġġ tal-iskopertura għal varjabilità fil-flussi ta’ flus attribwibbli għal riskju partikulari assoċjat ma’ assi jew obbligazzjoni sħiħa rikonoxxuta, jew komponent minnhom (bħal kull pagament tal-imgħax futuri fuq dejn f’rata varjabbli, jew uħud minnhom) jew tranżazzjoni prevista probabbli ħafna, u li tista’ taffettwa l-profitt jew it-telf.

(c) 

ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija kif definit fl-IAS 21.

6.5.3 Jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument ta’ ekwità li għaliha entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5, l-iskopertura ħħeġġjata msemmija fil-paragrafu 6.5.2(a) trid tkun waħda li tista’ taffettwa introjtu ieħor komprensiv. F’dak il-każ, u biss f’dak il-każ, l-ineffettività rikonoxxuta tal-ħeġġ tiġi ppreżentata f’introjtu ieħor komprensiv.

6.5.4 Ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta’ impenn sod jista’ jiġi kontabbilizzat bħala ħeġġ fuq il-valur ġust jew bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

6.5.5   Jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit ta’ effettività tal-ħeġġ relatat mal-proporzjon tal-ħeġġ (ara l-paragrafu 6.4.1(c)(iii)) iżda l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar deżinjata jibqa’ l-istess, entità għandha taġġusta l-proporzjon tal-ħeġġ tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar sabiex terġa’ tissodisfa l-kriterji kwalifikanti (f’dan l-Istandard dan jissejjaħ “riekwilibriju”—ara l-paragrafi B6.5.7–B6.5.21).

6.5.6   Entità ma għandhiex tkompli tuża l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv biss meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar (jew parti minn relazzjoni tal-iħħeġġjar) ma tibqax tissodisfa l-kriterji kwalifikanti (wara li jitqies kwalunkwe riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, jekk applikabbli). Dan jinkludi każijiet meta l-istrument għall-iħħeġġjar jiskadi jew jinbiegħ, jiġi terminat jew eżerċitat. Għal dan l-iskop, is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ta’ strument għall-iħħeġġjar fi strument għall-iħħeġġjar ieħor ma jfissirx li l-istrument għall-iħħeġġjar ikun skada jew ġie terminat jekk din is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ikunu parti mill-objettiv dokumentat tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità, u konsistenti miegħu. Barra minn hekk, għal dan l-għan l-istrument għall-iħħeġġjar ma jiskadix jew ma jiġix terminat jekk:

(a) 

b’konsegwenza ta’ liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jaqblu li kontroparti waħda jew aktar ta’ kklirjar jissostitwixxu l-kontroparti oriġinali tagħhom biex issir il-kontroparti l-ġdida għal kull parti. Għal dan l-iskop, kontroparti tal-ikklirjar hija kontroparti ċentrali (kultant imsejħa “organizzazzjoni tal-ikklirjar” jew “aġenzija tal-ikklirjar”) jew entità jew entitajiet, pereżempju, membru tal-ikklirjar ta’ organizzazzjoni tal-ikklirjar jew klijent ta’ membru tal-ikklirjar ta’ organizzazzjoni tal-ikklirjar, li qed jaġixxu bħala kontroparti sabiex jeffettwaw ikklirjar minn kontroparti ċentrali. Madankollu, meta l-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jissostitwixxu l-kontropartijiet oriġinali tagħhom b’kontropartijiet differenti, ir-rekwiżiti f’dan is-subparagrafu jiġu ssodisfati biss jekk kull waħda minn dawk il-partijiet teffettwa l-ikklirjar mal-istess kontroparti ċentrali.

(b) 

bidliet oħra, jekk ikun hemm, fl-istrument għall-iħħeġġjar jiġu limitati għal dawk li huma meħtieġa biex issir din is-sostituzzjoni tal-kontroparti. Dawn il-bidliet huma limitati għal dawk li huma konsistenti mat-termini li kienu jkunu mistennija kieku l-istrument għall-iħħeġġjar oriġinarjament kien ikklirjat mal-kontroparti tal-ikklirjar. Dawn il-bidliet jinkludu bidliet f’rekwiżiti tal-kollateral, drittijiet biex jitpaċew il-bilanċi tar-riċevibbli u tal-pagabbli, u l-miżati imposti.

Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar jista’ jaffettwa relazzjoni tal-iħħeġġjar fit-totalità tagħha jew inkella f’parti minnha biss (f’liema każ il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli għall-bqija tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

6.5.7 Entità għandha tapplika:

(a) 

il-paragrafu 6.5.10 meta tieqaf tuża kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal ħeġġ fuq il-valur ġust li għalih l-entrata ħħeġġjata tkun (jew tkun komponent minn) strument finanzjarju mkejjel f’kost amortizzat; u

(b) 

il-paragrafu 6.5.12 meta tieqaf tuża kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

Ħeġġijiet fuq il-valur ġust

6.5.8   Dment li ħeġġ fuq il-valur ġust jissodisfa l-kriterji kwalifikanti fil-paragrafu 6.4.1, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi kontabbilizzata kif ġej:

(a) 

il-qligħ jew it-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf (jew f’introjtu ieħor komprensiv, jekk l-istrument għall-iħħeġġjar jiħħeġġja strument ta’ ekwità li għalih entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5).

(b) 

il-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar fuq l-entrata ħħeġġjata għandu jaġġusta l-ammont riportat tal-entrata ħħeġġjata (jekk applikabbli) u jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Jekk l-entrata ħħeġġjata tkun assi finanzjarju (jew komponent tiegħu) li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A, il-qligħ jew telf tal-iħħeġġjar fuq l-entrata ħħeġġjata għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument ta’ ekwità li għalih entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5, dawk l-ammonti għandhom jibqgħu f’introjtu ieħor komprensiv. Meta entrata ħħeġġjata tkun impenn sod mhux rikonoxxut (jew komponent tiegħu), il-bidla kumulattiva fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata wara d-deżinjazzjoni tagħha tiġi rikonoxxuta bħala assi jew obbligazzjoni u l-qligħ jew telf korrispondenti jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

6.5.9 Meta entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust tkun impenn sod (jew komponent tiegħu) biex jiġi akkwistat assi jew biex tiġi supponuta obbligazzjoni, l-ammont riportat inizjali tal-assi jew l-obbligazzjoni li jirriżulta mill-entità li tissodisfa l-impenn sod jiġi aġġustat biex jinkludi l-bidla kumulattiva fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata li kienet rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

6.5.10 Kwalunkwe aġġustament li jirriżulta mill-paragrafu 6.5.8(b) għandu jiġi amortizzat għall-profitt jew telf jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument finanzjarju (jew komponent tiegħu) imkejjel f’kost amortizzat. L-amortizzament jista’ jibda minn meta jkun hemm aġġustament u għandu jibda mhux aktar tard minn meta l-entrata ħħeġġjata ma tibqax tiġi aġġustata għall-qligħ u telf tal-iħħeġġjar. L-amortizzament huwa bbażat fuq rata effettiva tal-imgħax ikkalkolata mill-ġdid fid-data li fiha jibda l-amortizzament. Fil-każ ta’ assi finanzjarju (jew komponent tiegħu) li jkun entrata ħħeġġjata u li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A, l-amortizzament japplika bl-istess mod iżda għall-ammont li jirrappreżenta l-qligħ jew it-telf kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut preċedentement f’konformità mal-paragrafu 6.5.8(b) minflok billi jiġi aġġustat l-ammont riportat.

Ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus

6.5.11   Dment li ħeġġ tal-flussi ta’ flus jissodisfa l-kriterji kwalifikanti fil-paragrafu 6.4.1, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi kontabbilizzata kif ġej:

(a) 

il-komponent separat tal-ekwità assoċjat mal-entrata ħħeġġjata (riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus) jiġi aġġustat għall-aktar ammont baxx minn dawn li ġejjin (f’ammonti assoluti):

(i) 

il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar mill-bidu tal-ħeġġ; u

(ii) 

il-bidla kumulattiva fil-valur ġust (valur preżenti) tal-entrata ħħeġġjata (jiġifieri l-valur preżenti tal-bidla kumulattiva fil-flussi futuri ta’ flus mistennija ħħeġġjati) mill-bidu tal-ħeġġ.

(b) 

il-porzjon tal-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li huwa determinat li jkun ħeġġ effettiv (jiġifieri l-porzjon li jiġi paċut bil-bidla fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus ikkalkolat f’konformità ma’ (a)) għandu jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv.

(c) 

kwalunkwe qligħ jew telf li jifdal fuq l-istrument għall-iħħeġġjar (jew kwalunkwe qligħ jew telf meħtieġ biex tiġi bbilanċjata l-bidla fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus ikkalkolat f’konformità ma’ (a)) huwa ineffettività tal-ħeġġ li għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

(d) 

l-ammont li ġie akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus f’konformità ma’ (a) għandu jiġi kontabbilizzat kif ġej:

(i) 

jekk tranżazzjoni prevista ħħeġġjata sussegwentement tirriżulta fir-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni mhux finanzjarja, jew tranżazzjoni prevista ħħeġġjata għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja ssir impenn sod li għalih tiġi applikata kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust, l-entità għandha tneħħi dak l-ammont mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus u tinkludih direttament fil-kost inizjali jew f’ammont riportat ieħor tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Dan mhuwiex aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) u għalhekk ma jaffettwax introjtu ieħor komprensiv.

(ii) 

għal ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus għajr dawk koperti minn (i), dak l-ammont għandu jiġi riklassifikat mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom il-flussi futuri ta’ flus mistennija ħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf (pereżempju, fil-perjodi li fihom jiġi rikonoxxut introjtu mill-imgħax jew spejjeż tal-imgħax jew meta jseħħ bejgħ previst).

(iii) 

madankollu, jekk dak l-ammont ikun telf u entità tistenna li t-telf kollu jew porzjon minnu ma jiġix irkuprat f’xi perjodu jew perjodi fil-futur, din għandha minnufih tirriklassifika l-ammont li mhux mistenni jiġi rkuprat fil-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

6.5.12 Meta entità tieqaf tuża kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal ħeġġ tal-flussi ta’ flus (ara l-paragrafi 6.5.6 u 6.5.7(b)), din għandha tikkontabbilizza l-ammont li ġie akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus f’konformità mal-paragrafu 6.5.11(a) kif ġej:

(a) 

jekk il-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati xorta jibqgħu mistennija li jseħħu, dak l-ammont għandu jibqa’ fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus sakemm iseħħu l-flussi futuri ta’ flus jew sakemm japplika l-paragrafu 6.5.11(d)(iii). Meta l-flussi futuri ta’ flus iseħħu, japplika l-paragrafu 6.5.11(d).

(b) 

jekk il-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati ma jkunux għadhomx mistennija jseħħu, dak l-ammont għandu minnufih jiġi riklassifikat mir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1). Fluss futur ta’ flus iħħeġġjat li ma jibqax probabbli ħafna li jseħħ xorta jista’ jkun mistenni li jseħħ.

Ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija

6.5.13   Ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija, li jinkludu ħeġġ ta’ entrata monetarja li jiġi kontabbilizzat bħala parti mill-investiment nett (ara l-IAS 21), għandhom jiġu kontabbilizzati b’mod simili għal ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus:

(a) 

il-porzjon tal-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li jiġi determinat li jkun ħeġġ effettiv għandu jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 6.5.11); u

(b) 

il-porzjon ineffettiv għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

6.5.14   Il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument għall-iħħeġġjar relatat mal-porzjon effettiv tal-ħeġġ li jkun ġie akkumulat fir-riżerva ta’ qlib tal-munita barranija għandu jiġi riklassifikat minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) f’konformità mal-paragrafi 48–49 tal-IAS 21 dwar id-disponiment jew id-disponiment parzjali tal-operazzjoni barranija.

Kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta’ opzjonijiet

6.5.15 Meta entità tissepara l-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u tiddeżinja l-bidla fil-valur intrinsiku tal-opzjoni biss bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu 6.2.4(a)), din għandha tikkontabbilizza l-valur taż-żmien tal-opzjoni kif ġej (ara l-paragrafi B6.5.29–B6.5.33):

(a) 

entità għandha tiddistingwi l-valur taż-żmien tal-opzjonijiet skont it-tip ta’ entrata ħħeġġjata li l-opzjoni tiħħeġġja (ara l-paragrafu B6.5.29):

(i) 

entrata ħħeġġjata relatata ma' tranżazzjoni; jew

(ii) 

entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu ta’ żmien.

(b) 

il-bidla fil-valur ġust tal-valur taż-żmien ta’ opzjoni li tiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata ma’ tranżazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv sa fejn tkun relatata mal-entrata ħħeġġjata u għandha tiġi akkumulata f’komponent separat tal-ekwità. Il-bidla kumulattiva fil-valur ġust li tirriżulta mill-valur taż-żmien tal-opzjoni li tkun ġiet akkumulata f’komponent separat tal-ekwità (l-“ammont”) għandha tiġi kontabbilizzata kif ġej:

(i) 

jekk l-entrata ħħeġġjata sussegwentement tirriżulta fir-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni mhux finanzjarja, jew impenn sod għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja li għalihom tiġi applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq il-valur ġust, l-entità għandha tneħħi l-ammont mill-komponent separat tal-ekwità u tinkludih direttament fil-kost inizjali jew f’ammont riportat ieħor tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Dan mhuwiex aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) u għalhekk ma jaffettwax introjtu ieħor komprensiv.

(ii) 

għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar minbarra dawk koperti minn (i), l-ammont għandu jiġi riklassifikat mill-komponent separat tal-ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom il-flussi futuri ta’ flus mistennija ħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf (pereżempju, iseħħ bejgħ previst).

(iii) 

madankollu, jekk dak l-ammont kollu jew porzjon minnu mhux mistenni li jiġi rkuprat f’xi perjodu jew perjodi fil-futur, l-ammont li ma jkunx mistenni jiġi rkuprat għandu jiġi riklassifikat minnufih fil-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

(c) 

il-bidla fil-valur ġust tal-valur taż-żmien ta’ opzjoni li tiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu ta’ żmien għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv sa fejn tkun relatata mal-entrata ħħeġġjata u għandha tiġi akkumulata f’komponent separat tal-ekwità. Il-valur taż-żmien fid-data tad-deżinjazzjoni tal-opzjoni bħala strument għall-iħħeġġjar, sa fejn ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata, għandu jiġi amortizzat fuq bażi sistematika u razzjonali tul il-perjodu li matulu l-aġġustament tal-ħeġġ għall-valur intrinsiku tal-opzjoni jista’ jaffettwa l-profitt jew telf (jew introjtu ieħor komprensiv, jekk l-entrata ħħeġġjata tkun strument ta’ ekwità li għalih l-entità tkun għażlet li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5). Għalhekk, f’kull perjodu ta’ rapportar, l-ammont tal-amortizzament għandu jiġi riklassifikat mill-komponent separat tal-ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1). Madankollu, jekk il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ma tibqax tintuża bħala l-istrument għall-iħħeġġjar għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar li tinkludi l-bidla fil-valur intrinsiku tal-opzjoni, l-ammont nett (jiġifieri li jinkludi l-amortizzament kumulattiv) li jkun ġie akkumulat fil-komponent separat tal-ekwità għandu immedjatament jiġi riklassifikat fi profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

Kontabbiltà għall-element forward ta’ kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-munita barranija ta’ strumenti finanzjarji

6.5.16 Meta entità tissepara l-element forward u l-element spot ta’ kuntratt forward u tiddeżinja l-bidla fil-valur tal-element spot tal-kuntratt forward biss bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, jew meta entità tissepara l-firxa bażi ta’ munita barranija minn strument finanzjarju u teskludiha mid-deżinjazzjoni ta’ dak l-istrument finanzjarju bħala l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu 6.2.4(b)), l-entità tista’ tapplika l-paragrafu 6.5.15 għall-element forward tal-kuntratt forward jew għall-firxa bażi ta’ munita barranija bl-istess mod li jiġi applikat għall-valur taż-żmien ta’ opzjoni. F’dak il-każ, l-entità għandha tapplika l-gwida għall-applikazzjoni fil-paragrafi B6.5.34–B6.5.39.

6.6   ĦEĠĠIJIET TA’ GRUPP TA’ ENTRATI

Eliġibbiltà ta’ grupp ta’ entrati bħala l-entrata ħħeġġjata

6.6.1   Grupp ta’ entrati (inkluż grupp ta’ entrati li jikkostitwixxu pożizzjoni netta; ara l-paragrafi B6.6.1–B6.6.8) huwa entrata ħħeġġjata eliġibbli biss jekk:

(a) 

jikkonsisti f’entrati (inklużi l-komponenti ta’ entrati) li, individwalment, huma entrati ħħeġġjati eliġibbli;

(b) 

l-entrati fil-grupp jiġu ġestiti flimkien fuq bażi ta’ grupp għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju; u

(c) 

fil-każ ta’ ħeġġ tal-flussi ta’ flus ta’ grupp ta’ entrati li l varjabbiltajiet tagħhom fil-flussi ta’ flus mhumiex mistennija li jkunu bejn wieħed u ieħor proporzjonali għall-varjabbiltà totali fil-flussi ta’ flus tal-grupp tant li jinħolqu pożizzjonijiet ta’ tpaċija tar-riskju:

(i) 

huwa ħeġġ ta' riskju tal-munita barranija; u

(ii) 

id-deżinjazzjoni ta’ dik il-pożizzjoni netta tispeċifika l-perjodu ta’ rapportar li fih it-tranżazzjonijiet previsti jkunu mistennija li jaffettwaw il-profitt jew telf, kif ukoll in-natura u l-volum tagħhom (ara l-paragrafi B6.6.7–B6.6.8).

Deżinjazzjoni ta’ komponent ta’ ammont nominali

6.6.2 Komponent li huwa proporzjon ta’ grupp ta’ entrati eliġibbli huwa entrata ħħeġġjata eliġibbli dment li dik id-deżinjazzjoni tkun konsistenti mal-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità.

6.6.3 Komponent bis-saffi ta’ grupp ġenerali ta’ entrati (pereżempju, saff tal-qiegħ) huwa eliġibbli għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar biss jekk:

(a) 

jista’ jiġi identifikat b’mod separat u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli;

(b) 

l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju jkun li jiħħeġġja komponent bis-saffi;

(c) 

l-entrati fil-grupp ġenerali li minnu s-saff jiġi identifikat ikunu esposti għall-istess riskju ħħeġġjat (sabiex il-kejl tas-saff iħħeġġjat ma jkunx affettwat b’mod sinifikanti minn liema entrati partikulari mill-grupp ġenerali jiffurmaw parti mis-saff iħħeġġjat);

(d) 

għal ħeġġ ta’ entrati eżistenti (pereżempju, impenn sod mhux rikonoxxut jew assi rikonoxxut) entità tista’ tidentifika u ssegwi l-grupp ġenerali ta’ entrati li minnu s-saff iħħeġġjat jiġi definit (sabiex l-entità tkun tista’ tikkonforma mar-rekwiżiti għall-kontabbiltà għal relazzjonijiet kwalifikanti ta’ ħħeġġjar); u

(e) 

kwalunkwe entrata fil-grupp li fiha opzjonijiet ta’ prepagament tissodisfa r-rekwiżiti għal komponenti ta’ ammont nominali (ara l-paragrafu B6.3.20).

Preżentazzjoni

6.6.4 Għal ħeġġ ta’ grupp ta’ entrati li jkollu pożizzjonijiet għat-tpaċija tar-riskju (jiġifieri f’ħeġġ ta’ pożizzjoni netta) li r-riskju ħħeġġjat tiegħu jaffettwa entrati f’linja differenti fir-rapport ta’profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, kwalunkwe qligħ jew telf mill-iħħeġġjar f’dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat f’entrata separata minn dawk affettwati mill-entrati ħħeġġjati. Għalhekk, f’dak ir-rapport, l-ammont fl-entrata f’linja li huwa relatat mal-entrata ħħeġġjata nnifisha (pereżempju, dħul jew kost tal-bejgħ) jibqa’ mhux affettwat.

6.6.5 Għal assi u obbligazzjonijiet li huma ħħeġġjati flimkien bħala grupp f’ħeġġ fuq il-valur ġust, il-qligħ jew telf fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet individwali għandu jiġi rikonoxxut bħala aġġustament tal-ammont riportat tal-entrati individwali rispettivi li jifformaw il-grupp f’konformità mal-paragrafu 6.5.8(b).

Pożizzjonijiet netti żero

6.6.6 Meta l-entrata ħħeġġjata tkun grupp li l-pożizzjoni netta tiegħu tkun żero (jiġifieri bejniethom l-entrati ħħeġġjati jpaċu kompletament ir-riskju li jiġi ġestit fuq bażi ta’ grupp), entità tkun permessa tiddeżinjaha f’relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tinkludix strument għall-iħħeġġjar, dment li:

(a) 

il-ħeġġ ikun parti minn strateġija ta’ ħħeġġjar tar-riskju ta’ rifinanzjament nett, li fiha biż-żmien l-entità regolarment tiħħeġġja pożizzjonijiet ġodda tal-istess tip (pereżempju, meta tranżazzjonijiet jgħaddu f’perjodu ta’ żmien li għalih l-entità tiħħeġġja);

(b) 

il-pożizzjoni netta ħħeġġjata tibdel id-daqs tul il-ħajja tal-istrateġija ta’ ħħeġġjar tar-riskju ta’ rifinanzjament nett u l-entità tuża strumenti eliġibbli ta’ ħħeġġjar eliġibbli biex tiħħeġġja r-riskju nett (jiġifieri meta l-pożizzjoni netta ma tkunx żero);

(c) 

normalment il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tiġi applikata għal dawn il-pożizzjonijiet netti meta l-pożizzjoni netta ma tkunx żero u tiġi ħħeġġjata bi strumenti ta’ ħħeġġjar eliġibbli u

(d) 

jekk ma tiġix applikata l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għall-pożizzjoni netta żero, dan iwassal għal eżiti inkonsistenti ta’ kontabbiltà, għaliex il-kontabbiltà ma tirrikonoxxix il-pożizzjonijiet ta’ tpaċija tar-riskju li kieku jiġu rikonoxxuti f’ħeġġ ta’ pożizzjoni netta.

6.7   OPZJONI BIEX SKOPERTURA TA’ KREDITU TIĠI DEŻINJATA KIF IMKEJLA FIL-VALUR ĠUST PERMEZZ TAL-PROFITT JEW TELF

Eliġibbiltà ta’ skoperturi ta’ kreditu għal deżinjazzjoni fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

6.7.1   Jekk entità tuża derivattiv ta’ kreditu li jitkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf biex timmaniġġa r-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju (skopertura ta’ kreditu) sħiħ, jew parti minnu, din tista’ tiddeżinja dak l-istrument finanzjarju b’tali mod li jiġi ġestit b’dan il-mod (jiġifieri kollu jew proporzjon minnu) kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk:

(a) 

l-isem tal-iskopertura ta’ kreditu (pereżempju, il-mutwatarju, jew id-detentur ta’ impenn ta’ self) jaqbel mal-entità referenzjarja tad-derivattiv ta’ kreditu (“tqabbil tal-isem”); u

(b) 

is-superjorità tal-istrument finanzjarju taqbel ma’ dik tal-istrumenti li jistgħu jiġu forniti f’konformità mad-derivattiv ta’ kreditu.

Entità tista’ tagħmel din id-deżinjazzjoni irrispettivament minn jekk l-istrument finanzjarju li huwa ġestit għar-riskju ta’ kreditu huwiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard (pereżempju, entità tista’ tiddeżinja impenji ta’ self li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard). L-entità tista’ tiddeżinja dak l-istrument finanzjarju mar-rikonoxximent inizjali, jew wara dan, jew inkella meta ma jkunx rikonoxxut. L-entità għandha tiddokumenta d-deżinjazzjoni fl-istess ħin.

Kontabbiltà għal skoperturi ta’ kreditu deżinjati fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

6.7.2 Jekk strument finanzjarju jiġi deżinjat f’konformità mal-paragrafu 6.7.1 kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf wara r-rikonoxximent inizjali tiegħu, jew ma kienx rikonoxxut preċedentement, id-differenza fiż-żmien tad-deżinjazzjoni bejn l-ammont riportat, jekk ikun hemm, u l-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta immedjatament fi profitt jew telf. Għal assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A, il-qligħ jew it-telf kumulattiv rikonoxxut preċedentement f’introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi riklassifikat immedjatament minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1).

6.7.3 Entità għandha tieqaf tkejjel l-istrument finanzjarju li wassal għar-riskju ta’ kreditu, jew proporzjon minn dak l-istrument finanzjarju, fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk:

(a) 

il-kriterji kwalifikanti fil-paragrafu 6.7.1 ma jibqgħux issodisfati, pereżempju:

(i) 

id-derivattiv ta’ kreditu jew l-istrument finanzjarju relatat li jwassal għar-riskju ta’ kreditu jkun skada jew inbiegħ, ġie terminat jew saldat; jew

(ii) 

ir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju ma jibqax ġestit permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu. Pereżempju, dan jista’ jseħħ minħabba titjib fil-kwalità tal-kreditu tal-mutwatarju jew tad-detentur tal-impenn tas-self jew bidliet fir-rekwiżiti ta’ kapital imposti fuq entità u

(b) 

l-istrument finanzjarju li jwassal għar-riskju ta’ kreditu ma jkollux bżonn jitkejjel fil-valur ġust b’xi mod ieħor permezz tal-profitt jew telf (jiġifieri sadanittant il-mudell ta’ negozju tal-entità ma jkunx inbidel b’tali mod li kienet meħtieġa riklassifikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 4.4.1).

6.7.4 Meta entità ma tibqax tkejjel l-istrument finanzjarju li jwassal għar-riskju ta’ kreditu, jew proporzjon minn dak l-istrument finanzjarju, fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-valur ġust ta’ dak l-istrument finanzjarju fid-data tal-waqfien isir l-ammont riportat ġdid tiegħu. Sussegwentement, għandu jiġi applikat l-istess kejl li kien jintuża qabel id-deżinjazzjoni tal-istrument finanzjarju fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf (inkluż amortizzament li jirriżulta mill-ammont riportat ġdid). Pereżempju, assi finanzjarju li oriġinarjament kien ikklassifikat bħala mkejjel f’kost amortizzat jerġa’ jmur lura għal dak il-kejl u r-rata effettiva tal-imgħax tiegħu terġa’ tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-ammont gross riportat ġdid tiegħu fid-data tal-waqfien tal-kejl fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

6.8   EĊĊEZZJONIJIET TEMPORANJI MILL-APPLIKAZZJONI TA’ REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR

6.8.1 Entità għandha tapplika l-paragrafi 6.8.4–6.8.12 u l-paragrafi 7.1.8 u 7.2.26(d) għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha direttament affettwati mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax. Dawn il-paragrafi japplikaw biss għal tali relazzjonijiet tal-iħħeġġjar. Relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi affettwata direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax biss jekk ir-riforma tagħti lok għal inċertezzi dwar:

(a) 

il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax (speċifikat f’kuntratt jew mhux speċifikat f’kuntratt) deżinjat bħala riskju iħħeġġjat: u/jew

(b) 

it-twaqqit jew l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata jew tal-istrument għall-iħħeġġjar.

6.8.2 Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafi 6.8.4–6.8.12, it-terminu “riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax” jirreferi għar-riforma fis-suq kollu ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, inkluża s-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax b’parametru referenzjarju alternattiv bħal dik li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ta’ Lulju 2014 “Reforming Major Interest Rate Benchmarks” ( 55 ).

6.8.3 Il-paragrafi 6.8.4–6.8.12 jipprovdu eċċezzjonijiet biss għar-rekwiżiti speċifikati f’dawn il-paragrafi. Entità għandha tkompli tapplika r-rekwiżiti l-oħrajn kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Rekwiżit probabbli ħafna għal ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus

6.8.4 Għall-fini tad-determinazzjoni ta’ jekk tranżazzjoni prevista (jew komponent tagħha) hijiex probabbli ħafna kif meħtieġ mill-paragrafu 6.3.3, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqha huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (speċifikati f’kuntratt jew mhux speċifikati f’kuntratt) ma jinbidlux b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Riklassifikazzjoni tal-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus

6.8.5 Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 6.5.12 sabiex jiġi determinat jekk il-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati humiex mistennija li jseħħu, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (speċifikati f’kuntratt jew mhux speċifikati f’kuntratt) ma jinbidlux b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Valutazzjoni tar-relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar

6.8.6 Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafi 6.4.1(c)(i) u B6.4.4–B6.4.6, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati u/jew ir-riskju ħħeġġjat (speċifikati f’kuntratt jew mhux speċifikati f’kuntratt), jew il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus tal-istrument għall-iħħeġġjar, ma tinbidilx b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Deżinjazzjoni ta’ komponent ta’ entrata bħala entrata ħħeġġjata

6.8.7 Sakemm ma japplikax il-paragrafu 6.8.8 għal ħeġġ ta’ komponent tar-riskju tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax mhux speċifikat f’kuntratt, entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8—li l-komponent tar-riskju għandu jkun identifikat separatament—biss fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar.

6.8.8 Meta entità, konsistenti mad-dokumentazzjoni tal-ħeġġ tagħha, ta’ spiss tirrisettja (jiġifieri twaqqaf u terġa’ tibda) relazzjoni tal-iħħeġġjar minħabba li kemm l-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll l-entrata ħħeġġjata jinbidlu b’mod frekwenti (jiġifieri l-entità tuża proċess dinamiku li fih kemm l-entrati ħħeġġjati kif ukoll l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati biex timmaniġġa dik l-iskopertura ma jibqgħux l-istess għal żmien twil), l-entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8—li l-komponent tar-riskju jkun identifikabbli separatament—biss meta inizjalment tiddeżinja entrata ħħeġġjata f’dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Entrata ħħeġġjata li tkun ġiet ivvalutata fiż-żmien tad-deżinjazzjoni inizjali tagħha fir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, sew jekk kien fiż-żmien tal-bidu tal-ħeġġ kif ukoll jekk sussegwentement, ma tiġix ivvalutata mill-ġdid f’ebda rideżinjazzjoni sussegwenti fl-istess relazzjoni tal-iħħeġġjar.

Tmiem tal-applikazzjoni

6.8.9 Entità għandha tieqaf tapplika b’mod prospettiv il-paragrafu 6.8.4 għal entrata ħħeġġjata skont liema tiġi l-aktar kmieni bejn:

(a) 

meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata; u

(b) 

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li l-entrata ħħeġġjata tkun parti minnha titwaqqaf.

6.8.10 Entità għandha tieqaf tapplika b’mod prospettiv il-paragrafu 6.8.5 skont liema tiġi l-aktar kmieni bejn:

(a) 

meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi futuri ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata; u

(b) 

meta l-ammont kollu akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus fir-rigward ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkunx tkompliet ikun ġie riklassifikat għal profitt jew telf.

6.8.11 Entità għandha tieqaf tapplika b’mod prospettiv il-paragrafu 6.8.6:

(a) 

għal entrata ħħeġġjata, meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat jew tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-entrata ħħeġġjata; u

(b) 

għal strument għall-iħħeġġjar, meta l-inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq il-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax tal-istrument għall-iħħeġġjar.

Jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar ikunu parti minnha titwaqqaf qabel id-data speċifikata fil-paragrafu 6.8.11(a) jew id-data speċifikata fil-paragrafu 6.8.11(b), l-entità għandha tieqaf b’mod prospettiv milli tapplika l-paragrafu 6.8.6 għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar fid-data li titwaqqaf.

6.8.12 Meta tkun qed tiddeżinja grupp ta’ entrati bħala entrata ħħeġġjata jew kombinazzjoni ta’ strument finanzjarji bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, entità għandha tieqaf b’mod prospettiv milli tapplika l-paragrafi 6.8.4–6.8.6 għal entrata individwali jew strument finanzjarju f’konformità mal-paragrafi 6.8.9, 6.8.10, jew 6.8.11, kif rilevanti, meta l-inċertezza li tirriżulta minn riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat u/jew tat-twaqqit u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax ta’ dik l-entrata jew strument finanzjarju.

6.8.13 Entità għandha tieqaf b’mod prospettiv milli tapplika l-paragrafi 6.8.7 u 6.8.8 skont liema tiġi l-aktar kmieni bejn:

(a) 

meta jsiru bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax lill-komponent tar-riskju mhux speċifikat f’kuntratt li japplika l-paragrafu 6.9.1; jew

(b) 

meta r-relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha l-komponent tar-riskju mhux speċifikat f’kuntratt jkun ġie deżinjat titwaqqaf.

6.9   EĊĊEZZJONIJIET TEMPORANJI ADDIZZJONALI LI JIRRIŻULTAW MIR-RIFORMA TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU TAR-RATI TAL-IMGĦAX

6.9.1 Kif u meta r-rekwiżiti fil-paragrafi 6.8.4–6.8.8 ma jibqgħux japplikaw għal relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.8.9–6.8.13), entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif dokumentat preċedentement biex tirrifletti l-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, jiġifieri l-bidliet huma konsistenti mar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8. F’dan il-kuntest, id-deżinjazzjoni tal-ħeġġ għandha tiġi emendata biss biex issir waħda minn dawn il-bidliet jew aktar:

(a) 

id-deżinjazzjoni ta’ parametru referenzjarju alternattiv (speċifikat f’kuntratt jew mhux speċifikat f’kuntratt) bħala riskju ħħeġġjat;

(b) 

l-emenda tad-deskrizzjoni tal-entrata ħħeġġjata, inkluża d-deskrizzjoni tal-porzjon iddeżinjat tal-flussi ta’ flus jew tal-valur ġust li jkun qed jiġi ħħeġġjat; jew

(c) 

l-emenda tad-deskrizzjoni ġenerali tal-istrument għall-iħħeġġjar;

6.9.2 Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.9.1(c) jekk jiġu ssodisfati dawn it-tliet kundizzjonijiet:

(a) 

l-entità tagħmel bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax billi tuża approċċ ieħor għajr il-bidla tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafu 5.4.6);

(b) 

ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tal-istrument għall-iħħeġġjar oriġinali; u

(c) 

l-approċċ magħżul ikun ekonomikament ekwivalenti għall-bidla tal-bażi għad-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument għall-iħħeġġjar oriġinali (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.7 u 5.4.8).

6.9.3 Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 6.8.4–6.8.8 jistgħu jieqfu japplikaw fi żminijiet differenti. Għaldaqstant, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6.9.1, entità tista’ tkun meħtieġa temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar tagħha fi żminijiet differenti, jew tista’ tkun meħtieġa temenda d-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar aktar minn darba. Meta, u biss meta, issir tali bidla lid-deżinjazzjoni tal-ħeġġ, entità għandha tapplika l-paragrafi 6.9.7–6.9.12 kif applikabbli. Entità għandha tapplika wkoll il-paragrafu 6.5.8 (għal ħeġġ fuq il-valur ġust) jew il-paragrafu 6.5.11 (għal ħeġġ tal-flussi ta’ flus) biex tikkontabbilizza kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata jew tal-istrument għall-iħħeġġjar.

6.9.4 Entità għandha temenda relazzjoni tal-iħħeġġjar kif meħtieġ fil-paragrafu 6.9.1 sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar li matulu tkun saret bidla meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax lir-riskju ħħeġġjat, lill-entrata ħħeġġjata jew lill-istrument għall-iħħeġġjar. Biex jiġi evitat kull dubju, tali emenda għad-deżinjazzjoni formali ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar la tikkostitwixxi l-waqfien tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u lanqas id-deżinjazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida.

6.9.5 Jekk isiru bidliet minbarra dawk il-bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax għall-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja deżinjati f’relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif deskritt fil-paragrafi 5.4.6–5.4.8) jew għad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar (kif meħtieġ mill-paragrafu 6.9.1), entità għandha l-ewwel tapplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard biex tiddetermina jekk dawk il-bidliet addizzjonali jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk il-bidliet addizzjonali ma jirriżultawx fil-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, entità għandha temenda d-deżinjazzjoni formali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kif speċifikat fil-paragrafu 6.9.1.

6.9.6 Il-paragrafi 6.9.7-6.9.13 jipprovdu eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti speċifikati f’dawk il-paragrafi biss. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’dan l-Istandard, inklużi l-kriterji kwalifikanti fil-paragrafu 6.4.1, għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu affettwati direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Kontabbiltà għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kwalifikanti

Ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus

6.9.7 Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 6.5.11, fil-punt meta entità temenda d-deskrizzjoni ta’ entrata ħħeġġjata kif meħtieġ fil-paragrafu 6.9.1(b), l-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-fluss ta’ flus għandu jitqies bħala bbażat fuq il-parametru referenzjarju alternattiv li fuqu jiġu ddeterminati l-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati.

6.9.8 Għal relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx, meta l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax li fuqu kienu bbażati l-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati jinbidel kif meħtieġ mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 6.5.12 sabiex jiġi ddeterminat jekk il-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati humiex mistennija li jseħħu, l-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandu jitqies bħala bbażat fuq il-parametru referenzjarju alternattiv li fuqu se jkunu bbażati l-flussi futuri ta’ flus iħħeġġjati.

Gruppi ta’ entrati

6.9.9 Meta entità tapplika l-paragrafu 6.9.1 għal gruppi ta’ entrati deżinjati bħala entrati ħħeġġjati f’valur ġust jew ħeġġ tal-flussi ta’ flus, l-entità għandha talloka l-entrati ħħeġġjati lil sottogruppi abbażi tal-parametru referenzjarju li qed ikun iħħeġġjat u tiddeżinja l-parametru referenzjarju bħala r-riskju ħħeġġjat għal kull sottogrupp. Pereżempju, f’relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha grupp ta’ entrati jkun iħħeġġjat għal bidliet f’parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax soġġett għar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, il-flussi ta’ flus iħħeġġjati jew il-valur ġust ta’ xi entrati fil-grupp jistgħu jinbidlu biex issir referenza għal parametru referenzjarju alternattiv qabel ma jinbidlu entrati oħra fil-grupp. F’dan l-eżempju, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6.9.1, l-entità tiddeżinja l-parametru referenzjarju alternattiv bħala r-riskju ħħeġġjat għal dak is-sottogrupp rilevanti ta’ entrati ħħeġġjati. L-entità tkompli tiddeżinja l-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax eżistenti bħala r-riskju ħħeġġjat għas-sottogrupp l-ieħor ta’ entrati ħħeġġjati sakemm il-flussi ta’ flus iħħeġġjati jew il-valur ġust ta’ dawk l-entrati jinbidlu biex issir referenza għall-parametru referenzjarju alternattiv jew l-entrati jiskadu u jiġu sostitwiti b’entrati ħħeġġjati li jagħmlu referenza għall-parametru referenzjarju alternattiv.

6.9.10 Entità għandha tivvaluta b’mod separat jekk kull sottogrupp jissodisfax ir-rekwiżiti fil-paragrafu 6.6.1 biex ikun entrata ħħeġġjata eliġibbli. Jekk xi sottogrupp jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 6.6.1, l-entità għandha twaqqaf il-kontabbiltà tal-iħħeġġjar b’mod prospettiv għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi. Entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti fil-paragrafi 6.5.8 u 6.5.11 biex tikkontabbilizza l-ineffettività relatata mar-relazzjoni tal-iħħeġġjar kollha kemm hi.

Deżinjazzjoni ta’ komponenti ta’ riskju

6.9.11 Parametru referenzjarju alternattiv iddeżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt li mhuwiex identifikabbli separatament (ara l-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8) fid-data li fiha jiġi ddeżinjat għandu jitqies li jkun issodisfat dak ir-rekwiżit f’dik id-data, jekk, u biss jekk, l-entità tistenna b’mod raġonevoli li l-parametru referenzjarju alternattiv ikun identifikabbli b’mod separat fi żmien 24 xahar. Il-perjodu ta’ 24 xahar japplika għal kull parametru referenzjarju alternattiv separatament u jibda mid-data li fiha l-entità tiddeżinja l-parametru referenzjarju alternattiv bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt għall-ewwel darba (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar japplika fuq bażi ta’ rata b’rata).

6.9.12 Jekk sussegwentement entità raġonevolment tistenna li l-parametru referenzjarju alternattiv ma jkunx identifikabbli separatament fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-entità tkun iddeżinjatu bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt għall-ewwel darba, l-entità għandha tieqaf tapplika r-rekwiżit fil-paragrafu 6.9.11 għal dak il-parametru referenzjarju alternattiv u twaqqaf il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv mid-data ta’ dik ir-rivalutazzjoni għar-relazzjonijiet kollha tal-iħħeġġjar li fihom il-parametru referenzjarju alternattiv ġie deżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt.

6.9.13 Minbarra dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar speċifikati fil-paragrafu 6.9.1, entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 6.9.11 u 6.9.12 għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar ġodda li fihom parametru referenzjarju alternattiv jiġi deżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt (ara l-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8) meta, minħabba r-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, dak il-komponent tar-riskju ma jkunx identifikabbli separatament fid-data deżinjata.

KAPITOLU 7    Data effettiva u tranżizzjoni

7.1   DATA EFFETTIVA

7.1.1 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard qabel din id-data, din trid tiddivulga dak il-fatt u tapplika r-rekwiżiti kollha f’dan l-Istandard fl-istess ħin (iżda ara wkoll il-paragrafi 7.1.2, 7.2.21 u 7.3.2). Għandha wkoll, fl-istess ħin, tapplika l-emendi fl-Appendiċi C.

7.1.2 Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 7.1.1, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2018, entità tista’ tagħżel li tapplika kmieni biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji deżinjati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fil-paragrafi 5.7.1(c), 5.7.7–5.7.9, 7.2.14 u B5.7.5–B5.7.20 mingħajr ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra f’dan l-Istandard. Jekk entità tagħżel li tapplika biss dawk il-paragrafi, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tipprovdi fuq bażi kontinwa d-divulgazzjonijiet relatati stabbiliti fil-paragrafi 10–11 tal-IFRS 7 Strumenti finanzjarji: Divulgazzjonijiet (kif emendat bl-IFRS 9 (2010)). (Ara wkoll il-paragrafi 7.2.2 u 7.2.15.)

7.1.3  Titjib Annwali fl-IFRSs Ċiklu 2010–2012, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafi 4.2.1 u 5.7.5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda fl-IFRS 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għall-kombinamenti ta’ negozji li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha.

7.1.4 L-IFRS 15, maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3.1.1, 4.2.1, 5.1.1, 5.2.1, 5.7.6, B3.2.13, B5.7.1, C5 u C42 u ħassar il-paragrafu C16 u l-intestatura relatata tiegħu. Żdiedu l-paragrafi 5.1.3 u 5.7.1 A, u definizzjoni fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

7.1.5 L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi 2.1, 5.5.15, B4.3.8, B5.5.34 u B5.5.46. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

7.1.6 L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 2.1, B2.1, B2.4, B2.5 u B4.1.30 u żied il-paragrafu 3.3.5. Emendi fl-IFRS 17, maħruġ f’Ġunju 2020, kompla jemenda l-paragrafu 2.1 u żied il-paragrafi 7.2.36–7.2.42. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.

7.1.7  Karatteristiki ta’ Prepagament b’Kumpens Negattiv (Emendi fl-IFRS 9), maħruġ f’Ottubru 2017, żied il-paragrafi 7.2.29–7.2.34 u B4.1.12A u emenda l-paragrafi B4.1.11(b) u B4.1.12(b). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

7.1.8  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39 u l-IFRS 7, maħruġ f’Settembru 2019, żied it-Taqsima 6.8 u emenda l-paragrafu 7.2.26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

7.1.9  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRSs Ċiklu 2018-2020, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafi 7.2.35 u B3.3.6A u emenda l-paragrafu B3.3.6. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

7.1.10  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax — Fażi 2, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39, l-IFRS 7, l-IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġ f’Awwissu 2020, żied il-paragrafi 5.4.5–5.4.9, 6.8.13, it-Taqsima 6.9 u l-paragrafi 7.2.43–7.2.46. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

7.2   TRANŻIZZJONI

7.2.1 Entità għandha tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.4–7.2.26 u 7.2.28. Dan l-Istandard ma għandux jiġi applikat għal entrati li fid-data tal-applikazzjoni inizjali r-rikonoxximent tagħhom ikun diġà ġie rtirat.

7.2.2 Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi 7.2.1, 7.2.3–7.2.28 u 7.3.2, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija d-data li fiha entità tapplika dawk ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard għall-ewwel darba u trid tkun il-bidu ta’ perjodu ta’ rapportar wara l-ħruġ ta’ dan l-Istandard. Skont l-approċċ li l-entità tagħżel biex tapplika l-IFRS 9, it-tranżizzjoni tista’ tinvolvi data tal-applikazzjoni inizjali waħda jew aktar għal rekwiżiti differenti.

Tranżizzjoni għal klassifikazzjoni u kejl (il-Kapitoli 4 u 5)

7.2.3 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tivvaluta jekk assi finanzjarju jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(a) jew 4.1.2A(a) fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu f’dik id-data. Il-klassifikazzjoni li tirriżulta għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv irrispettivament mill-mudell ta’ negozju tal-entità f’perjodi ta’ rapportar preċedenti.

7.2.4 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8) li entità tivvaluta element modifikat tal-valur taż-żmien fuq il-flus f’konformità mal-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma tqis ir-rekwiżiti relatati mal-modifika tal-element tal-valur taż-żmien fuq il-flus fil-paragrafi B4.1.9B–B4.1.9D. (Ara wkoll il-paragrafu 42R tal-IFRS 7.)

7.2.5 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8) li entità tivvaluta jekk il-valur ġust ta’ karatteristika ta’ prepagament kienx insinifikanti f’konformità mal-paragrafu B4.1.12(c) fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu waqt ir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju, entità għandha tivvaluta l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ dak l-assi finanzjarju fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fir-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju mingħajr ma tqis l-eċċezzjoni għal karatteristiki ta’ prepagamenti fil-paragrafu B4.1.12. (Ara wkoll il-paragrafu 42S tal-IFRS 7.)

7.2.6 Jekk entità tkejjel kuntratt ibridu fil-valur ġust f’konformità mal-paragrafi 4.1.2A, 4.1.4 jew 4.1.5 iżda l-valur ġust tal-kuntratt ibridu ma jkunx tkejjel f’perjodi ta’ rapportar komparattivi, il-valur ġust tal-kuntratt ibridu fil-perjodi ta’ rapportar komparattivi għandu jkun is-somma tal-valuri ġusti tal-komponenti (jiġifieri l-ospitant nonderivattiv u d-derivattiv inkorporat) fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ rapportar komparattiv jekk l-entità tirridikjara perjodi preċedenti (ara l-paragrafu 7.2.15).

7.2.7 Jekk fid-data tal-applikazzjoni inizjali entità tkun applikat il-paragrafu 7.2.6, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn il-valur ġust tal-kuntratt ibridu kollu fid-data tal-applikazzjoni inizjali u s-somma tal-valuri ġusti tal-komponenti tal-kuntratt ibridu fid-data tal-applikazzjoni inizjali fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew komponent ieħor tal-ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.8 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali entità tista’ tiddeżinja:

(a) 

assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.1.5; jew

(b) 

investiment fi strument ta’ ekwità bħala fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5.

Din id-deżinjazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

7.2.9 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità:

(a) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk dak l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5.

(b) 

tista’ tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk dak l-assi finanzjarju jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5.

Din ir-revoka għandha ssir fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

7.2.10 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità:

(a) 

tista’ tiddeżinja obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.2.2(a).

(b) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk fir-rikonoxximent inizjali din id-deżinjazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni li issa tinsab fil-paragrafu 4.2.2(a) u din id-deżinjazzjoni ma tissodisfax dik il-kundizzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c) 

tista’ tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk fir-rikonoxximent inizjali din id-deżinjazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni li issa tinsab fil-paragrafu 4.2.2(a) u din id-deżinjazzjoni tissodisfa dik il-kundizzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Tali deżinjazzjoni u revoka għandhom isiru fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

7.2.11 Jekk ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8) li entità tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv b’mod retrospettiv, l-entità għandha tittratta:

(a) 

il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu komparattiv ppreżentat bħala l-ammont riportat gross ta’ dak l-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ta’ dik l-obbligazzjoni finanzjarja jekk l-entità tirridikjara perjodi preċedenti; u

(b) 

il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali bħala l-ammont riportat gross ġdid ta’ dak l-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ġdid ta’ dik l-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard.

7.2.12 Jekk entità tkun preċedentement ikkontabbilizzat skont il-kost (f’konformità mal-IAS 39) investiment fi strument ta’ ekwità li ma għandux prezz ikkwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) (jew assi derivattiv li huwa marbut ma’ strument ta’ ekwità bħal dan u li jrid jiġi saldat sal-kunsinna tiegħu), din għandha tkejjel dak l-istrument fil-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor tal-ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.13 Jekk entità tkun preċedentement ikkontabbilizzat obbligazzjoni derivattiva li tkun marbuta ma’ strument ta’ ekwità li ma għandux prezz ikkwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input fil-Livell 1), u trid tiġi saldata sal-kunsinna tiegħu skont il-kost f’konformità mal-IAS 39, din għandha tkejjel dik l-obbligazzjoni derivattiva fil-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust għandha tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ tal-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.14 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tiddetermina jekk it-trattament fil-paragrafu 5.7.7 huwiex se joħloq jew ikabbar spariġġ kontabbilistiku fil-profitt jew telf fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Dan l-Istandard għandu jiġi applikat b’mod retrospettiv fuq il-bażi ta’ dik id-determinazzjoni.

7.12.14A Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tkun permessa tagħmel id-deżinjazzjoni fil-paragrafu 2.5 għal kuntratti li diġà jeżistu fid-data iżda biss jekk tiddeżinja l-kuntratti simili kollha. Il-bidla fl-assi netti li jirriżultaw minn tali deżinjazzjonijiet għandha tiġi rikonoxxuta fi qligħ imfaddal fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

7.2.15 Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 7.2.1, entità li tadotta r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u ta’ kejl ta’ dan l-Istandard (li jinkludu r-rekwiżiti relatati mal-kejl tal-kost amortizzat għal assi finanzjarji u tal-indeboliment fit-Taqsimiet 5.4 u 5.5) għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 42L–42O tal-IFRS 7 iżda ma għandhiex bżonn tirridikjara perjodi preċedenti. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti jekk, u biss jekk, dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali. Madankollu, jekk entità tirridikjara perjodi preċedenti, ir-rapporti finanzjarji rridikjarati jridu jirriflettu r-rekwiżiti kollha f’dan l-Istandard. Jekk l-approċċ magħżul mill-entità biex tapplika l-IFRS 9 jirriżulta f’aktar minn data waħda ta’ applikazzjoni inizjali għal rekwiżiti differenti, dan il-paragrafu japplika f’kull data ta’ applikazzjoni inizjali (ara l-paragrafu 7.2.2). Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk entità tagħżel li tapplika kmieni biss ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-qligħ u telf fuq obbligazzjonijiet finanzjarji deżinjati bħala fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 7.1.2 qabel ma tapplika r-rekwiżiti l-oħra f’dan l-Istandard.

7.2.16 Jekk entità tipprepara rapporti finanzjarji interim f’konformità mal-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim, l-entità ma għandhiex għalfejn tapplika r-rekwiżiti f’dan l-Istandard għal perjodi interim qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali jekk dan ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8).

Indeboliment (it-Taqsima 5.5)

7.2.17 Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ indeboliment fit-Taqsima 5.5 b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 soġġetta għall-paragrafi 7.2.15 u 7.2.18–7.2.20.

7.2.18 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tuża informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv biex tiddetermina r-riskju ta’ kreditu fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ strument finanzjarju (jew għal impenji ta’ self u kuntratti ta’ garanziji finanzjarji fid-data li fiha l-entità tkun saret parti għall-impenn irrevokabbli f’konformità mal-paragrafu 5.5.6) u tqabblu mar-riskju ta’ kreditu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard.

7.2.19 Meta jiġi determinat jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu minn meta seħħ ir-rikonoxximent inizjali, entità tista’ tapplika:

(a) 

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.5.10 u B5.5.22–B5.5.24; u

(b) 

is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 5.5.11 għal pagamenti kuntrattwali li jkunu skadew b’aktar minn 30 jum jekk entità se tapplika r-rekwiżiti tal-indeboliment billi tidentifika żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali għal dawk l-istrumenti finanzjarji fuq il-bażi ta’ informazzjoni skaduta.

7.2.20 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, id-determinazzjoni ta’ jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu minn żmien ir-rikonoxximent inizjali tkun tirrikjedi kost jew sforz eċċessiv, entità għandha tirrikonoxxi kopertura għal telf f’ammont ekwivalenti għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja f’kull data tar-rapportar sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ dak l-istrument finanzjarju (sakemm dak l-istrument finanzjarju ma jkunx riskju ta’ kreditu baxx f’data tar-rapportar, li f’dak il-każ japplika l-paragrafu 7.2.19(a)).

Tranżizzjoni għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar (il-Kapitolu 6)

7.2.21 Meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba, bħala l-politika tal-kontabbiltà tagħha tista’ tagħżel li tkompli tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar tal-IAS 39 minflok ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 ta’ dan l-Istandard. Entità għandha tapplika dik il-politika għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha tagħha. Entità li tagħżel dik il-politika għandha tapplika wkoll l-IFRIC 16 Ħeġġijiet ta’ Investiment Nett f’Operazzjoni Barranija mingħajr l-emendi li jikkonformaw dik l-Interpretazzjoni mar-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 ta’ dan l-Istandard.

7.2.22 Ħlief kif previst fil-paragrafu 7.2.26, entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard b’mod prospettiv.

7.2.23 Biex il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tiġi applikata mid-data tal-applikazzjoni inizjali tar-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard, f’dik id-data għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji kwalifikanti kollha.

7.2.24 Relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kkwalifikaw għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’konformità mal-IAS 39 li jikkwalifikaw ukoll għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’konformità mal-kriterji ta’ dan l-Istandard (ara l-paragrafu 6.4.1), wara li jitqies kwalunkwe riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar fuq it-tranżizzjoni (ara l-paragrafu 7.2.25(b), għandhom jitqiesu bħala relazzjonijiet kontinwi tal-iħħeġġjar.

7.2.25 Mal-applikazzjoni inizjali tar-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard, entità:

(a) 

tista’ tibda tapplika dawk ir-rekwiżiti mill-istess mument li fih tieqaf tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar tal-IAS 39; u

(b) 

għandha tqis il-proporzjon ta’ ħħeġġjar f’konformità mal-IAS 39 bħala l-punt tat-tluq għar-riekwilibriju tal-proporzjon ta’ ħħeġġjar ta’ relazzjoni ta’ ħħeġġjar kontinwa, jekk applikabbli. Kwalunkwe qligħ jew telf minn dan ir-riekwilibriju għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

7.2.26 Bħala eċċezzjoni għall-applikazzjoni prospettiva tar-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard, entità:

(a) 

għandha tapplika l-kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta’ opzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 6.5.15 b’mod retrospettiv jekk, f’konformità mal-IAS 39, il-bidla fil-valur intrinsiku ta’ opzjoni biss kienet deżinjata bħala strument għall-iħħeġġjar f’relazzjoni tal-iħħeġġjar. Din l-applikazzjoni retrospettiva tapplika biss għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri jew li ġew deżinjati wara.

(b) 

tista’ tapplika l-kontabbiltà għall-element forward ta’ kuntratti forward f’konformità mal-paragrafu 6.5.16 b’mod retrospettiv jekk, f’konformità mal-IAS 39, il-bidla fl-element spot ta’ kuntratt forward biss kienet deżinjata bħala strument għall-iħħeġġjar f’relazzjoni tal-iħħeġġjar. Din l-applikazzjoni retrospettiva tapplika biss għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri jew li ġew deżinjati wara. Barra minn hekk, jekk entità tagħżel l-applikazzjoni retrospettiva ta’ din il-kontabbiltà, din għandha tiġi applikata għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha li jikkwalifikaw għal din l-għażla (jiġifieri mat-tranżizzjoni din l-għażla ma tkunx disponibbli fuq bażi ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar b’relazzjoni tal-iħħeġġjar). Il-kontabbiltà għal firxiet bażi tal-muniti barranin (ara l-paragrafu 6.5.16) tista’ tiġi applikata b’mod retrospettiv għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-aktar perjodu bikri komparattiv jew li ġew deżinjati wara.

(c) 

għandha tapplika b’mod retrospettiv ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.5.6 li mhux se jkun hemm skadenza jew terminazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar jekk:

(i) 

b’konsegwenza ta’ liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument għall-iħħeġġjar jaqblu li kontroparti waħda jew aktar ta’ kklirjar jissostitwixxu l-kontroparti oriġinali tagħhom biex issir il-kontroparti l-ġdida għal kull parti; u

(ii) 

bidliet oħra, jekk ikun hemm, fl-istrument għall-iħħeġġjar jiġu limitati għal dawk li huma meħtieġa biex issir din is-sostituzzjoni tal-kontroparti.

(d) 

għandha tapplika r-rekwiżiti fit-Taqsima 6.8 b’mod retrospettiv. Din l-applikazzjoni retrospettiva tapplika biss għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawk ir-rekwiżiti għall-ewwel darba jew li kienu ddeżinjati wara, u għall-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus li kienet teżisti fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawk ir-rekwiżiti għall-ewwel darba.

Entitajiet li applikaw l-IFRS 9 (2009), l-IFRS 9 (2010) jew l-IFRS 9 (2013) kmieni

7.2.27 Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tranżizzjonali fil-paragrafi 7.2.1–7.2.26 fid-data rilevanti tal-applikazzjoni inizjali. Entità għandha tapplika kull dispożizzjoni tranżizzjonali fil-paragrafi 7.2.3–7.2.14 u 7.2.17–7.2.26 darba biss (jiġifieri jekk entità tagħżel approċċ li tapplika l-IFRS 9 li jinvolvi aktar minn data ta’ applikazzjoni inizjali waħda, din ma tista’ terġa’ tapplika l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet jekk diġà kienet applikathom qabel). (Ara l-paragrafi 7.2.2 u 7.3.2.)

7.2.28 Entità li applikat l-IFRS 9 (2009), l-IFRS 9 (2010) jew l-IFRS 9 (2013) u sussegwentement tapplika dan l-Istandard:

(a) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti ta’ assi finanzjarju tagħha kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk, qabel, dik id-deżinjazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 iżda, minħabba l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni ma għadhiex issodisfata;

(b) 

tista’ tiddeżinja assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik id-deżinjazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata;

(c) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik l-ispeċifikazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda, minħabba l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni ma għadhiex issodisfata; u

(d) 

tista’ tiddeżinja obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik id-deżinjazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata.

Tali deżinjazzjoni u revoka għandha ssir fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

Tranżizzjoni għal Karatteristiki ta’ Prepagament b’Kumpens Negattiv

7.2.29 Entità għandha tapplika Karatteristiki ta’ Prepagament b’Kumpens Negattiv (Emendi fl-IFRS 9) b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.30–7.2.34.

7.2.30 Entità li tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba fl-istess ħin li tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba għandha tapplika l-paragrafi 7.2.1–7.2.28 minflok il-paragrafi 7.2.31–7.2.34.

7.2.31 Entità li tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba wara li tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba għandha tapplika l-paragrafi 7.2.32–7.2.34. L-entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni oħra f’dan l-Istandard meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. Għal dak l-iskop, ir-referenzi għad-data tal-applikazzjoni inizjali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi).

7.2.32 Fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, entità:

(a) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk, qabel, dik id-deżinjazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 iżda, minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi, dik il-kundizzjoni ma għadhiex issodisfata;

(b) 

tista’ tiddeżinja assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik l-ispeċifikazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata;

(c) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk, qabel, dik id-deżinjazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda, minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi, dik il-kundizzjoni ma għadhiex issodisfata; u

(d) 

tista’ tiddeżinja obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik id-deżinjazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata.

Tali deżinjazzjoni u revoka għandhom isiru fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

7.2.33 Entità mhijiex meħtieġa tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti jekk, u biss jekk, ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara u ta’ ridikjarazzjonijiet ta’ rapporti finanzjarji tirrifletti r-rekwiżiti kollha f’dan l-Istandard. Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

7.2.34 Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja f’dik id-data tal-applikazzjoni inizjali għal kull klassi ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li kienu affettwati minn dawn l-emendi:

(a) 

il-kategorija tal-kejl preċedenti u l-ammont riportat determinat immedjatament qabel ma tapplika dawn l-emendi;

(b) 

il-kategorija tal-kejl ġdida u l-ammont riportat determinat immedjatament wara li tapplika dawn l-emendi;

(c) 

l-ammont riportat ta’ kwalunkwe assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li kienu deżinjati preċedentement bħala mkejlin fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, iżda ma għadhomx deżinjati hekk; u

(d) 

ir-raġunijiet għal kwalunkwe deżinjazzjoni jew irtirar tad-deżinjazzjoni ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

Tranżizzjoni għal Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS

7.2.35 Entità għandha tapplika Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRSs Ċiklu 2018-2020 għal obbligazzjonijiet finanzjarji li huma modifikati jew skambjati fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali, jew wara, fejn l-entità tapplìka l-emenda għall-ewwel darba.

Tranżizzjoni għall-IFRS 17 kif emendat f'Ġunju 2020

7.2.36 Entità għandha tapplika l-emendi fl-IFRS 9 li saru bl-IFRS 17 kif emendat f’Ġunju 2020 b’ mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.37–7.2.42.

7.2.37 Entità li tapplika dawn l-IFRS 17 kif emendat f’Ġunju 2020 għall-ewwel darba fl-istess ħin li tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba għandha tapplika l-paragrafi 7.2.1–7.2.28 minflok il-paragrafi 7.2.38–7.2.42.

7.2.38 Entità li tapplika l-IFRS 17 kif emendat f’Ġunju 2020 għall-ewwel darba wara li tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba għandha tapplika l-paragrafi 7.2.39–7.2.42. L-entità għandha tapplika wkoll ir-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni oħra f’dan l-Istandard meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. Għal dak l-iskop, ir-referenzi għad-data tal-applikazzjoni inizjali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi).

7.2.39 Fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, entità:

(a) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk, qabel, dik id-deżinjazzjoni kienet saret f’konformità mal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda, minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi, dik il-kundizzjoni ma għadhiex issodisfata; u

(b) 

tista’ tiddeżinja obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jekk qabel dik id-deżinjazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 4.2.2(a) iżda issa, minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi, dik il-kundizzjoni hija ssodisfata.

Tali deżinjazzjoni u revoka għandhom isiru fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

7.2.40 Entità mhijiex meħtieġa tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli li jsir mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Madankollu, jekk entità tirridikjara perjodi preċedenti, ir-rapporti finanzjarji rridikjarati jridu jirriflettu r-rekwiżiti kollha f’dan l-Istandard għall-istrumenti finanzjarji affettwati. Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

7.2.41 Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi, entità mhijiex meħtieġa tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8.

7.2.42 Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja f’dik id-data tal-applikazzjoni inizjali għal kull klassi ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li kienu affettwati minn dawn l-emendi:

(a) 

il-klassifikazzjoni preċedenti, inkluż il-kategorija tal-kejl preċedenti meta applikabbli, u l-ammont riportat determinat immedjatament qabel ma tapplika dawn l-emendi;

(b) 

il-kategorija tal-kejl ġdida u l-ammont riportat determinat immedjatament wara li tapplika dawn l-emendi;

(c) 

l-ammont riportat ta’ kwalunkwe obbligazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li kienet deżinjata preċedentement bħala mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, iżda ma għadhomx deżinjati hekk; u

(d) 

ir-raġunijiet għal kwalunkwe deżinjazzjoni jew irtirar tad-deżinjazzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji kif imkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

Tranżizzjoni għar-Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax – Fażi 2

7.2.43 Entità għandha tapplika Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax – Fażi 2 b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.44–7.2.46.

7.2.44 Entità għandha tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida (pereżempju, kif deskritt fil-paragrafu 6.9.13) b’mod prospettiv biss (jiġifieri entità tkun ipprojbita milli tiddeżinja relazzjoni ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ġdida f’perjodi preċedenti). Madankollu, entità għandha terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx jekk, u biss jekk, dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a) 

l-entità kienet waqqfet dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar biss minħabba bidliet meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax u l-entità ma kinitx tkun meħtieġa li ma tkomplix dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jekk dawn l-emendi kienu applikati f’dak iż-żmien; u

(b) 

fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi), dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li ma tkomplietx tissodisfa l-kriterji kwalifikanti għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (wara li jitqiesu dawn l-emendi).

7.2.45 Jekk, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 7.2.44, entità terġa’ ddaħħal relazzjoni ta’ ħħeġġjar li ma tkomplietx, l-entità għandha tifhem ir-referenzi fil-paragrafi 6.9.11 u 6.9.12 tad-data meta l-parametru referenzjarju alternattiv jiġi deżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt għall-ewwel darba bħala li jirreferu għad-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi (jiġifieri l-perjodu ta’ 24 xahar għal dak il-parametru referenzjarju alternattiv deżinjat bħala komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt jibda mid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi).

7.2.46 Entità mhijiex meħtieġa tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti jekk, u biss jekk, dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

7.3   IRTIRAR TAL-IFRIC 9, L-IFRS 9 (2009), L-IFRS 9 (2010) U L-IFRS 9 (2013)

7.3.1 Dan l-Istandard jieħu post l-IFRIC 9 Rivalutazzjoni ta’ Derivattivi Inkorporati. Ir-rekwiżiti miżjuda mal-IFRS 9 f’Ottubru 2010 inkorporaw ir-rekwiżiti li qabel kienu stabbiliti fil-paragrafi 5 u 7 tal-IFRIC 9. Bħala emenda konsegwenzjali, l-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju inkorpora r-rekwiżiti li qabel kienu stabbiliti fil-paragrafu 8 tal-IFRIC 9.

7.3.2 Dan l-Istandard jieħu post l-IFRS 9 (2009), l-IFRS 9 (2010) u l-IFRS 9 (2013). Madankollu, għal perjodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2018, entità tista’ tagħżel li tapplika dawk il-verżjonijiet preċedenti tal-IFRS 9 minflok ma tapplika dan l-Istandard, iżda biss jekk id-data rilevanti tal-applikazzjoni inizjali tal-entità tkun qabel l-1 ta’ Frar 2015.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard.

telf ta’ kreditu mistenni fuq perjodu ta’ 12-il xahar

Il-porzjon tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja li jirrappreżenta t-telf ta’ kreditu mistenni li jirriżulta minn eventi ta’ inadempjenza fuq strument finanzjarju li huma possibbli fi żmien it-12-il xahar wara d-data tar-rapportar.

kost amortizzat ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja

L-ammont li bih l-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja titkejjel fir-rikonoxximent inizjali mingħajr ir-ripagamenti tal-kapital, bl-amortizzament kumulattiv jew mingħajru permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv ta’ kwalunkwe differenza bejn dak l-ammont inizjali u l-ammont fil-maturità u, għal assi finanzjarji, aġġustat għal kwalunkwe kopertura għal telf.

assi kuntrattwali

Dawk id-drittijiet li l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi jispeċifika li jiġu kontabbilizzati f’konformità ma’ dan l-Istandard għall-finijiet tar-rikonoxximent u l-kejl tal-qligħ jew tat-telf minn indeboliment.

assi finanzjarju b’indeboliment fil-kreditu

Assi finanzjarju jkollu indeboliment fil-kreditu meta jkun seħħ event wieħed jew aktar li jkollhom impatt detrimentali fuq il-flussi futuri ta’ flus mistennija ta’ dak l-assi finanzjarju. Evidenza li assi finanzjarju jkollu indeboliment fil-kreditu tinkludi data li tista’ tiġi osservata dwar l-eventi li ġejjin:

(a) 

diffikultà finanzjarja sinifikanti tal-emittent jew tal-mutwatarju;

(b) 

ksur ta’ kuntratt, bħal inadempjenza jew event skadut;

(c) 

il-mutwant(i) tal-mutwatarju, għal raġunijiet ekonomiċi jew kuntrattwali marbutin mad-diffikultà finanzjarja tal-mutwatarju, ikunu taw konċessjoni(jiet) lill-mutwatarju/mutwatarji li f’ċirkustanzi oħrajn il-mutwanti ma kinux jikkunsidraw;

(d) 

qed isir probabbli li l-mutwatarju se jfalli jew jidħol f’riorganizzazzjoni finanzjarja oħra;

(e) 

l-għajbien ta’ suq attiv għal dak l-assi finanzjarju minħabba diffikultajiet finanzjarji; jew

(f) 

ix-xiri jew l-oriġini ta’ assi finanzjarju bi skont kbir li jirrifletti t-telf ta’ kreditu mġarrab.

Jista’ ma jkunx possibbli li jiġi identifikat event diskret uniku—minflok, l-effett ikkombinat ta’ diversi eventi jista’ jkun ikkawża li l-assi finanzjarji jkollhom indeboliment fil-kreditu.

telf tal-kreditu

Id-differenza bejn il-flussi ta’ flus kuntrattwali kollha li huma dovuti lil entità f’konformità mal-kuntratt u l-flussi ta’ flus kollha li l-entità tistenna li tirċievi (jiġifieri n-nuqqasijiet kollha ta’ flus), skontati bir-rata effettiva tal-imgħax oriġinali (jew fir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu). Entità għandha tagħmel stima tal-flussi ta’ flus billi tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-istrument finanzjarju (pereżempju, prepagament, estensjoni, opzjoni ta’ xiri u opzjonijiet simili) permezz tal-ħajja mistennija ta’ dak l-istrument finanzjarju. Il-flussi ta’ flus li jitqiesu għandhom jinkludu flussi ta’ flus mill-bejgħ ta’ kollateral miżmum jew titjib ieħor tal-kreditu li huma integrali għat-termini kuntrattwali. Huwa preżunt li l-ħajja mistennija ta’ strument finanzjarju tista’ tiġi stmata b’mod affidabbli. Madankollu, f’dawk il-każijiet rari li fihom ma jkunx possibbli li tiġi stmata b’mod affidabbli l-ħajja mistennija ta’ strument finanzjarju, l-entità għandha tuża t-terminu kuntrattwali li fadal tal-istrument.

rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu

Ir-rata li tiskonta b’mod preċiż il-pagamenti jew ir-riċevuti fi flus futuri stmati tul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju għall-kost amortizzat ta’ assi finanzjarju li huwa assi finanzjarju mixtri jew oriġinat b’indeboliment fil-kreditu. Meta tkun qed tikkalkula r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu, entità għandha tagħti stima tal-flussi ta’ flus mistennija billi tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-assi finanzjarju (pereżempju, prepagament, estensjoni, opzjoni ta’ xiri u opzjonijiet simili) u t-telf ta’ kreditu mistenni. Il-kalkolu jinkludi t-tariffi u l-punti kollha mħallsa jew riċevuti bejn il-partijiet għall-kuntratt li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax (ara l-paragrafi B5.4.1–B5.4.3), il-kostijiet tat-tranżazzjoni, u l-primjums jew l-iskontijiet l-oħrajn kollha. Huwa preżunt li l-flussi ta’ flus u l-ħajja mistennija ta’ grupp ta’ strumenti finanzjarji simili jistgħu jiġu stmati b’mod affidabbli. Madankollu, f’dawk il-każijiet rari li fihom ma jkunx possibbli li ssir stima affidabbli tal-flussi ta’ flus jew tal-ħajja li jkun għad fadal ta’ strument finanzjarju (jew ta’ grupp ta’ strumenti finanzjarji), l-entità għandha tuża l-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq it-terminu kuntrattwali sħiħ tal-istrument finanzjarju (jew tal-grupp ta’ strumenti finanzjarji).

irtirar tar-rikonoxximent

It-tneħħija ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja li ġiet rikonoxxuta preċedentement mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

derivattiv

Strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard li jissodisfa t-tliet karatteristiki li ġejjin.

(a) 

il-valur tiegħu jinbidel b’reazzjoni għall-bidla fir-rata tal-imgħax speċifika, il-prezz ta’ strument finanzjarju, il-prezz ta’ komodità, ir-rata tal-kambju, l-indiċi jew ir-rati ta’ prezzijiet, il-klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-indiċi tal-kreditu, jew varjabbli ieħor, dment li, fil-każ ta’ varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli ma jkunx speċifiku għall-kuntratt (xi kultant imsejjaħ is-“sottostanti”).

(b) 

ma jenħtieġ l-ebda investiment inizjali nett jew investiment inizjali nett li jkun inqas minn dak li jkun meħtieġ għal tipi oħra ta’ kuntratti li jkun mistenni li jkollhom rispons simili għal bidliet fil-fatturi tas-suq.

(c) 

jiġi saldat f’data futura.

dividendi

Distribuzzjonijiet ta’ profitti lil detenturi ta’ strumenti ta’ ekwità b’mod proporzjonat għall-holdings tagħhom fi klassi partikulari ta’ kapital.

metodu tal-imgħax effettiv

Il-metodu li jintuża fil-kalkolu tal-kost amortizzat ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja u fl-allokazzjoni u r-rikonoxximent tad-dħul mill-imgħax jew tal-ispejjeż tal-imgħax fil-profitt jew telf fuq il-perjodu rilevanti.

rata effettiva tal-imgħax

Ir-rata li tiskonta b’mod preċiż pagamenti jew riċevuti fi flus futuri stmati tul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja għall-ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju jew għall-kost amortizzat ta’ obbligazzjoni finanzjarja. Meta tkun qed tikkalkula r-rata effettiva tal-imgħax, entità għandha tagħti stima tal-flussi ta’ flus mistennija billi tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-istrument finanzjarju (pereżempju, prepagament, estensjoni, opzjoni ta’ xiri u opzjonijiet simili) iżda ma għandiex tqis it-telf ta’ kreditu mistenni. Il-kalkolu jinkludi t-tariffi u l-punti kollha mħallsa jew riċevuti bejn il-partijiet għall-kuntratt li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax (ara l-paragrafi B5.4.1–B5.4.3), il-kostijiet tat-tranżazzjoni, u l-primjums jew l-iskontijiet l-oħrajn kollha. Huwa preżunt li l-flussi ta’ flus u l-ħajja mistennija ta’ grupp ta’ strumenti finanzjarji simili jistgħu jiġu stmati b’mod affidabbli. Madankollu, f’dawk il-każijiet rari li fihom ma jkunx possibbli li jiġu stmati b’mod affidabbli l-flussi ta’ flus jew il-ħajja mistennija ta’ strument finanzjarju (jew ta’ grupp ta’ strumenti finanzjarji), l-entità għandha tuża l-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq it-terminu kuntrattwali sħiħ tal-istrument finanzjarju (jew tal-grupp ta’ strumenti finanzjarji).

telf ta’ kreditu mistenni

Il-medja ponderata tat-telf ta’ kreditu bir-riskji rispettivi ta’ inadempjenza bħala l-ponderazzjonijiet.

kuntratt ta’ garanzija finanzjarja

Kuntratt li jeħtieġ li l-emittent jagħmel pagamenti speċifiċi biex jirrimborża lid-detentur għal telf li jġarrab għaliex debitur speċifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dovut f’konformità mat-termini oriġinali jew modifikati ta’ strument ta’ dejn.

obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

Obbligazzjoni finanzjarja li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a) 

tissodisfa d-definizzjoni ta’ miżmum għan-negozju.

(b) 

mar-rikonoxximent inizjali tiġi deżinjata mill-entità bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 4.2.2 jew 4.3.5.

(c) 

mar-rikonoxximent inizjali jew sussegwentement tiġi deżinjata bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 6.7.1.

impenn sod

Impenn vinkolanti għall-iskambju ta’ kwantità speċifikata ta’ riżorsi bi prezz speċifikat f’data jew dati futuri speċifikati.

tranżazzjoni prevista

Tranżazzjoni futura mhux impenjata iżda antiċipata.

ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju

Il-kost amortizzat ta’ assi finanzjarju, qabel l-aġġustament għal kwalunkwe kopertura għal telf.

proporzjon tal-ħeġġ

Ir-relazzjoni bejn il-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-kwantità tal-entrata ħħeġġjata f’termini tal-ponderazzjoni relattiva tagħhom.

miżmum għan-negozju

Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li:

(a) 

tinkiseb jew tiġġarab prinċipalment għall-fini tal-bejgħ jew tar-riakkwist tagħha fil-futur qarib;

(b) 

mar-rikonoxximent inizjali tkun parti minn portafoll ta’ strumenti finanzjarji identifikati li jiġu ġestiti flimkien u li għalihom ikun hemm evidenza ta’ mudell attwali riċenti ta’ teħid ta’ profitti għal żmien qasir; jew

(c) 

hija derivattiv (għajr għal derivattiv li jkun kuntratt ta’ garanzija finanzjarja jew strument speċifikat u effettiv għall-iħħeġġjar).

qligħ jew telf minn indeboliment

Qligħ jew telf li jiġi rikonoxxut bħala profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 5.5.8 u li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-indeboliment fit-Taqsima 5.5.

telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja

It-telf ta’ kreditu mistenni li jirriżulta mill-eventi ta’ inadempjenza kollha possibbli tul il-ħajja mistennija ta’ strument finanzjarju.

kopertura għal telf

Il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni fuq l-assi finanzjarji mkejla f’konformità mal-paragrafu 4.1.2, ir-riċevibbli ta’ lokazzjoni u l-assi kuntrattwali, l-ammont ta’ indeboliment akkumulat għall-assi finanzjarji mkejla f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A u l-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni fuq l-impenji tas-self u l-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja.

qligħ jew telf tal-modifika

L-ammont li jirriżulta mill-aġġustament tal-ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju sabiex jirrifletti l-flussi ta’ flus kuntrattwali modifikati jew innegozjati mill-ġdid. L-entità tikkalkula mill-ġdid l-ammont riportat gross ta’ assi finanzjarju bħala l-valur preżenti tal-pagamenti jew tar-riċevuti fi flus futuri stmati tul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju modifikat jew innegozjat mill-ġdid, li jiġu skontati bir-rata effettiva tal-imgħax oriġinali tal-assi finanzjarju (jew ir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata skont il-kreditu oriġinali għall-assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu) jew, meta applikabbli, ir-rata effettiva tal-imgħax riveduta kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 6.5.10. Meta tiġi biex tistma l-flussi ta’ flus mistennija ta’ assi finanzjarju, entità għandha tqis it-termini kuntrattwali kollha tal-assi finanzjarju (pereżempju, prepagament, opzjoni ta’ xiri u opzjonijiet simili), iżda ma tqisx it-telf ta’ kreditu mistenni, sakemm l-assi finanzjarju ma jkunx assi finanzjarju mixtri jew oriġinat b’indeboliment fil-kreditu, f’liema każ entità għandha tqis ukoll it-telf ta’ kreditu inizjali mistenni li kien ikkunsidrat meta ġiet ikkalkulata r-rata effettiva tal-imgħax oriġinali aġġustata għall-kreditu.

skadut

Assi finanzjarju jkun skadut meta kontroparti tkun naqset milli tagħmel pagament meta dak il-pagament kien kuntrattwalment dovut.

assi finanzjarju mixtri jew oriġinat b’indeboliment fil-kreditu

Assi finanzjarju/finanzjarji mixtri(ja) jew oriġinat(i) b’indeboliment fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali.

data tar-riklassifikazzjoni

L-ewwel jum tal-ewwel perjodu ta’ rapportar wara l-bidla fil-mudell ta’ negozju li tirriżulta f’entità li tirriklassifika l-assi finanzjarji.

xiri jew bejgħ imħallas fi żmien regolari

Xiri jew bejgħ ta’ assi finanzjarju taħt kuntratt li t-termini tiegħu jitolbu l-kunsinna tal-assi fil-limitu ta’ żmien stabbilit b’mod ġenerali mir-regolament jew mill-konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.

kostijiet tat-tranżazzjoni

Kostijiet inkrementali li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, għall-ħruġ jew għad-disponiment ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja (ara l-paragrafu B5.4.8). Kost inkrementali huwa wieħed li ma kienx jiġġarrab li kieku l-entità ma akkwistatx, ma ħarġitx jew ma ddisponietx mill-istrument finanzjarju.

It-termini li ġejjin huma definiti fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, l-Appendiċi A tal-IFRS 7, l-Appendiċi A tal-IFRS 13 jew l-Appendiċi A tal-IFRS 15 u jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-IAS 32, fl-IFRS 7, fl-IFRS 13 jew fl-IFRS 15:

(a) 

riskju ta’ kreditu ( 56 );

(b) 

strument ta’ ekwità;

(c) 

valur ġust;

(d) 

assi finanzjarju;

(e) 

strument finanzjarju;

(f) 

obbligazzjoni finanzjarja;

(g) 

prezz tat-tranżazzjoni.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI (KAPITOLU 2)

B2.1 Xi kuntratti jeħtieġu pagament ibbażat fuq varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew varjabbli fiżiċi oħrajn. (Dawk ibbażati fuq varjabbli klimatiċi xi kultant jissejħu “derivattivi marbutin mat-temp”.) Jekk dawk il-kuntratti ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, dawn ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

B2.2 Dan l-Istandard ma jbiddilx ir-rekwiżiti relatati mal-pjanijiet ta’ benefiċċju tal-impjegati li jikkonformaw mal-IAS 26 Kontabbiltà u Rapportar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċju tal-Irtirar u l-ftehimiet ta’ royalties ibbażati fuq il-volum tal-bejgħ jew id-dħul mis-servizzi li jiġu kontabbilizzati skont l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi.

B2.3 Xi drabi, entità tagħmel dak li hija tara bħala “investiment strateġiku” fi strumenti ta’ ekwità maħruġa minn entità oħra, bl-intenzjoni li tistabbilixxi jew iżżomm relazzjoni operattiva fit-tul mal-entità fejn isir l-investiment. L-investitur jew l-imprenditur konġunt jużaw l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti sabiex jiddetermina jekk il-metodu kontabbilistiku tal-ekwità għandux jiġi applikat għal investiment bħal dan.

B2.4 Dan l-Istandard japplika għall-assi finanzjarji u għall-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-assiguraturi, għajr id-drittijiet u l-obbligi li l-paragrafu 2.1(e) jeskludi minħabba li dawn jirriżultaw minn kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17.

B2.5 Kuntratti ta’ garanziji finanzjarji jistgħu jieħdu forom ġuridiċi differenti, bħal garanzija, xi tipi ta’ ittri ta’ kreditu, kuntratt ta’ inadempjenza ta’ kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. It-trattament kontabbilistiku tagħhom ma jiddependix fuq il-forma ġuridika tagħhom. Dawn huma xi eżempji tat-trattament xieraq (ara l-paragrafu 2.1 (e)):

(a) 

Għalkemm kuntratt ta’ garanzija finanzjarja jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni fl-IFRS 17 (ara l-paragrafu 7(e) tal-IFRS 17), jekk ir-riskju ttrasferit ikun sinifikanti, l-emittent japplika dan l-Istandard. Madankollu, jekk l-emittent ikun diġà asserixxa b’mod espliċitu li huwa jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u jkun uża l-kontabbiltà li hija applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista’ jagħżel li japplika dan l-Istandard jew l-IFRS 17 għal dawn il-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja. Jekk jiġi applikat dan l-Istandard, il-paragrafu 5.1.1 jitlob lill-emittent sabiex jirrikonoxxi kuntratt ta’ garanzija finanzjarja inizjalment fil-valur ġust. Jekk il-kuntratt ta’ garanzija finanzjarja jkun inħareġ lil parti mhux relatata fi tranżazzjoni distakkata waħidha, il-valur ġust tiegħu fil-bidu aktarx li jkun ekwivalenti għall-primjum riċevut, sakemm ma jkunx hemm xi evidenza li turi l-kuntrarju. Sussegwentement, sakemm il-kuntratt ta’ garanzija finanzjarja ma jkunx ġie speċifikat fil-bidu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew sakemm ma japplikawx il-paragrafi 3.2.15–3.2.23 u B3.2.12–B3.2.17 (meta trasferiment ta’ assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent jew meta japplika l-approċċ ta’ involviment kontinwu), l-emittent iqisu bħala l-ogħla minn:

(i) 

l-ammont determinat f'konformità mat-Taqsima 5.5; u

(ii) 

l-ammont inizjalment rikonoxxut mingħajr, fejn xieraq, l-ammont kumulattiv tal-introjtu rikonoxxut f’konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15 (ara l-paragrafu 4.2.1(c)).

(b) 

Xi garanziji relatati mal-kreditu, bħal prekundizzjoni għal pagament, ma jeħtiġux li d-detentur ikun espost għan-nuqqas tad-debitur li jagħmel pagamenti fuq l-assi garantit meta dovut, u jkun ġarrab telf fuqu. Eżempju ta’ tali garanzija hija waħda li teħtieġ pagamenti b’rispons għal bidliet fi klassifikazzjoni tal-kreditu jew f’indiċi ta’ kreditu speċifikata. Tali garanziji mhumiex kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, kif definit f’dan l-Istandard, u mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17. Tali garanziji huma derivattivi u l-emittent japplika dan l-Istandard għalihom.

(c) 

Jekk kuntratt ta’ garanzija finanzjarja jkun inħareġ b’konnessjoni mal-bejgħ ta’ oġġetti, l-emittent japplika l-IFRS 15 sabiex jiddetermina meta jirrikonoxxi d-dħul mill-garanzija u mill-bejgħ tal-oġġetti.

B2.6 Dikjarazzjonijiet li emittent iqis kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni tipikament jinstabu fil-komunikazzjonijiet tal-emittent mal-konsumaturi u mar-regolaturi, kuntratti, dokumentazzjoni kummerċjali u rapporti finanzjarji. Barra minn hekk, il-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ spiss ikunu soġġetti għal rekwiżiti kontabbilistiċi li huma distinti mir-rekwiżiti għal tipi oħrajn ta’ tranżazzjoni, bħal kuntratti maħruġin minn banek jew kumpaniji kummerċjali. F’każijiet bħal dawn, ir-rapporti finanzjarji ta’ emittent tipikament jinkludu rapport li l-emittent ikun uża dawk ir-rekwiżiti kontabbilistiċi.

RIKONOXXIMENT U RTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (KAPITOLU 3)

Rikonoxximent inizjali (Taqsima 3.1)

B3.1.1 B’konsegwenza tal-prinċipju fil-paragrafu 3.1.1, entità tirrikonoxxi d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali kollha tagħha skont id-derivattivi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha bħala assi u obbligazzjonijiet, rispettivament, għajr għad-derivattivi li jipprevjenu trasferiment tal-assi finanzjarji milli jiġi kontabbilizzat bħala bejgħ (ara l-paragrafu B3.2.14). Jekk trasferiment ta’ assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, iċ-ċessjonarju ma jirrikonoxxix l-assi trasferit bħala l-assi tiegħu (ara l-paragrafu B3.2.15).

B3.1.2 Dawn li ġejjin huma eżempji tal-applikazzjoni tal-prinċipju fil-paragrafu 3.1.1:

(a) 

Riċevibbli u pagabbli mingħajr kundizzjoni huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet meta l-entità ssir parti għall-kuntratt u, b’konsegwenza ta’ dan, ikollha dritt legali li tirċievi jew obbligazzjoni legali li tħallas fi flus.

(b) 

Assi li għandhom jiġu akkwistati u obbligazzjonijiet li għandhom jiġġarrbu b’riżultat ta’ impenn sod għal xiri jew bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi huma ġeneralment mhux rikonoxxuti sakemm mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ħadmet taħt il-ftehim. Pereżempju, entità li tirċievi ordni fis-sod ġeneralment ma tirrikonoxxix assi (u l-entità li tagħmel l-ordni ma tirrikonoxxix obbligazzjoni) fil-mument tal-impenn iżda, minflok, iddewwem ir-rikonoxximent sakemm il-prodotti jew is-servizzi ordnati jkunu ġew trasportati bil-baħar, ikkunsinnati jew mogħtija. Jekk impenn sod li jinxtraw jew jinbiegħu entrati mhux finanzjarji jkun jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard f’konformità mal-paragrafi 2.4–2.7, il-valur ġust nett tiegħu jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fid-data tal-impenn (ara l-paragrafu B4.1.30(c)). Barra minn hekk, jekk impenn sod preċedentement mhux rikonoxxut jiġi deżinjat bħala entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust, kwalunkwe bidla fil-valur ġust nett attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni wara l-bidu tal-ħeġġ (ara l-paragrafi 6.5.8(b) u 6.5.9).

(c) 

Kuntratt forward li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard (ara l-paragrafu 2.1) jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fid-data tal-impenn, minflok fid-data meta jseħħ is-saldu. Meta entità ssir parti minn kuntratt forward, il-valuri ġusti tad-dritt u tal-obbligazzjoni ta’ spiss ikunu ugwali, biex il-valur ġust nett tal-forward ikun żero. Jekk il-valur ġust nett tad-dritt u tal-obbligazzjoni ma jkunx żero, il-kuntratt jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni.

(d) 

Il-kuntratti ta’ opzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard (ara l-paragrafu 2.1) jiġu rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet meta d-detentur jew il-bejjiegħ isir parti mill-kuntratt.

(e) 

It-tranżazzjonijiet futuri ppjanati, irrispettivament minn kemm ikunu probabbli, mhumiex assi u obbligazzjonijiet minħabba li l-entità ma saritx parti minn kuntratt.

Xiri jew bejgħ imħallas ta’ assi finanzjarji fi żmien regolari

B3.1.3 Ix-xiri jew il-bejgħ imħallas ta’ assi finanzjarji fi żmien regolari huwa rikonoxxut bl-użu ta’ kontabbiltà skont id-data tan-negozju jew kontabbiltà skont id-data tas-saldu kif deskritt fil-paragrafi B3.1.5 u B3.1.6. Entità għandha tapplika l-istess metodu b’mod konsistenti għall-bejgħ u x-xiri kollu tal-assi finanzjarji li huma kklassifikati bl-istess mod f’konformità ma’ dan l-Istandard. Għal dan l-iskop, l-assi li jitkejlu b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jiffurmaw klassifikazzjoni separata mill-assi deżinjati kif imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Barra minn hekk, l-investimenti fl-istrumenti ta’ ekwità kontabbilizzati bl-użu tal-opzjoni pprovduta fil-paragrafu 5.7.5 jiffurmaw klassifikazzjoni separata.

B3.1.4 Kuntratt li jeħtieġ jew li jippermetti saldu nett tal-bidla fil-valur tal-kuntratt mhuwiex kuntratt fi żmien regolari. Minflok, kuntratt bħal dan jiġi kontabbilizzat bħala derivattiv fil-perjodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu.

B3.1.5 Id-data tan-negozju hija d-data li fiha entità timpenja ruħha li tixtri jew tbigħ assi. Il-kontabbiltà skont id-data tan-negozju tirreferi għal (a) ir-rikonoxximent ta’ assi li għandu jiġi riċevut u l-obbligazzjoni li għandha titħallas għaliha fid-data tan-negozju, u (b) l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi li jinbiegħ, rikonoxximent ta’ kwalunkwe qligħ jew telf mad-disponiment u r-rikonoxximent ta’ riċevibbli mix-xerrej għal pagament fid-data tan-negozju. Ġeneralment, l-imgħax ma jibdiex jakkumula fuq l-assi u l-obbligazzjoni korrispondenti sad-data tas-saldu meta t-titolu jgħaddi.

B3.1.6 Id-data tas-saldu hija d-data li fiha assi jiġi kkunsinnat għal jew minn entità. Il-kontabbiltà skont id-data tas-saldu tirreferi għal (a) ir-rikonoxximent ta’ assi fid-data li fiha jiġi riċevut mill-entità, u (b) l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u r-rikonoxximent ta’ kwalunkwe qligħ jew telf mad-disponiment fil-jum li dan jiġi kkunsinnat mill-entità. Meta tiġi applikata l-kontabbiltà skont id-data tas-saldu, entità tikkontabbilizza kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-assi li għandu jiġi riċevut matul il-perjodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu bl-istess mod kif tikkontabbilizza l-assi akkwistat. Fi kliem ieħor, il-bidla fil-valur mhijiex rikonoxxuta għall-assi mkejla fil-kost amortizzat; hija rikonoxxuta fi profitt jew telf għall-assi kklassifikati bħala assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; u hija rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv għall-assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A u għall-investimenti fl-istrumenti ta’ ekwità kontabbilizzati f’konformità mal-paragrafu 5.7.5.

Irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarji (it-Taqsima 3.2)

B3.2.1 Id-dijagrammma sekwenzjali li ġejja turi l-evalwazzjoni ta’ jekk u sa liema punt jiġi rtirat rikonoxximent ta’ assi finanzjarju.

image

Arranġamenti li permezz tagħhom entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali li tirċievi l-flussi ta “ flus ta’ assi finanzjarju,iżda tassumi obbligu kuntrattwali l itħallas il-flussi ta ” flus lil riċevent wieħed jew aktar (il-paragrafu 3.2.4(b))

B3.2.2 Is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 3.2.4(b) (meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali li tirċievi l-flussi ta’ flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali li tħallas il-flussi ta’ flus lil riċevitur wieħed jew aktar) isseħħ, pereżempju, jekk l-entità tkun waħda fiduċjarja, u toħroġ għall-investituri interessi ta’ benefiċċju fl-assi finanzjarji sottostanti li hija tippossjedi u tipprovdi servizzjar ta’ dawk l-assi finanzjarji. F’dak il-każ, l-assi finanzjarji jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3.2.5 u 3.2.6.

B3.2.3 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.5, l-entità tista’ tkun, pereżempju, l-oriġinatur tal-assi finanzjarju, jew tista’ tkun grupp li jinkludi sussidjarja li tkun akkwistat l-assi finanzjarju u tgħaddi l-flussi ta’ flus lil investituri mhux relatati ta’ partijiet terzi.

Evalwazzjoni tat-trasferiment tar-riskji u tal-benefiċċji tas-sjieda (il-paragrafu 3.2.6)

B3.2.4 Eżempji ta’ meta entità tkun ittrasferiet b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda huma:

(a) 

bejgħ mhux kondizzjonat ta’ assi finanzjarju;

(b) 

bejgħ ta’ assi finanzjarju flimkien ma’ opzjoni li l-assi finanzjarju jiġi riakkwistat fil-valur ġust tiegħu fil-mument tar-riakkwist; u

(c) 

bejgħ ta’ assi finanzjarju flimkien ma’ opzjoni put jew opzjoni call li tkun profondament sfavorevoli (jiġifieri opzjoni li sa issa hija sfavorevoli u li huwa improbabbli ħafna li ssir favorevoli qabel l-iskadenza).

B3.2.5 Eżempji ta’ meta entità tkun żammet b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda huma:

(a) 

tranżazzjoni ta’ bejgħ u riakkwist fejn il-prezz tar-riakkwist ikun prezz fiss jew il-prezz tal-bejgħ flimkien ma’ redditu tal-mutwanti;

(b) 

ftehim ta’ għoti b’self ta’ titoli;

(c) 

bejgħ ta’ assi finanzjarju flimkien ma’ swap tar-redditu totali li jittrasferixxi l-iskopertura tar-riskju tas-suq lura lill-entità;

(d) 

bejgħ ta’ assi finanzjarju flimkien ma’ opzjoni put jew opzjoni call profondament favorevoli (jiġifieri opzjoni li sa issa hija favorevoli u li huwa improbabbli ħafna li ssir sfavorevoli qabel l-iskadenza); u

(e) 

bejgħ ta’ riċevibbli għal żmien qasir fejn l-entità tiggarantixxi li tikkumpensa liċ-ċessjonarju għat-telf tal-kreditu li x’aktarx iseħħ.

B3.2.6 Jekk entità tiddetermina li, b’riżultat tat-trasferiment, hija tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, hija ma terġax tirrikonoxxi l-assi ttrasferit f’perjodu fil-futur, sakemm hija ma tirriakkwistax l-assi ttrasferit fi tranżazzjoni ġdida.

Evalwazzjoni tat-trasferiment tal-kontroll

B3.2.7 Entità ma żżommx il-kontroll ta’ assi ttrasferit jekk iċ-ċessjonarju jkollu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit. Entità żżomm il-kontroll ta’ assi ttrasferit jekk iċ-ċessjonarju ma jkollux il-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit. Iċ-ċessjonarju jkollu l-ħila prattika li jbigħ l-assi trasferit jekk dan jiġi kkummerċjalizzat f’suq attiv minħabba li ċ-ċessjonarju jista’ jirriakkwista l-assi ttrasferit fis-suq jekk ikollu bżonn jirritorna l-assi lill-entità. Pereżempju, ċessjonarju jista’ jkollu l-ħila prattika li jbigħ assi ttrasferit jekk l-assi ttrasferit ikun soġġett għal opzjoni li tippermetti li l-entità tirriakkwistah, iżda ċ-ċessjonarju jista’ jikseb l-assi trasferit fis-suq minnufih jekk tiġi eżerċitata l-opzjoni. Ċessjonarju ma għandux il-ħila prattika li jbigħ assi ttrasferit jekk l-entità żżomm opzjoni bħal din u ċ-ċessjonarju ma jkunx jista’ jikseb minnufih l-assi ttrasferit fis-suq jekk l-entità teżerċita din l-opzjoni.

B3.2.8 Iċ-ċessjonarju għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit biss jekk iċ-ċessjonarju jkun jista’ jbigħ l-assi ttrasferit fl-intier tiegħu lil parti terza mhux relatata u jkun jista’ jeżerċita dik il-ħila b’mod unilaterali u mingħajr ma jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment. Il-mistoqsija kritika hija x’inhu kapaċi jagħmel fil-prattika ċ-ċessjonarju, mhux liema drittijiet kuntrattwali għandu ċ-ċessjonarju fir-rigward ta’ x’jista’ jagħmel bl-assi ttrasferit jew liema projbizzjonijiet kuntrattwali jeżistu. B’mod partikulari:

(a) 

dritt kuntrattwali li tiddisponi mill-assi ttrasferit ma tantx ikollu effett prattiku jekk ma jkun hemm ebda suq għall-assi ttrasferit, u

(b) 

ħila li tiddisponi mill-assi ttrasferit ma tantx ikollha effett prattiku jekk din ma tkunx tista’ tiġi eżerċitata liberament. Għal dik ir-raġuni:

(i) 

il-ħila taċ-ċessjonarju li jiddisponi mill-assi ttrasferit għandha tkun indipendenti mill-azzjonijiet tal-oħrajn (jiġifieri għandha tkun ħila unilaterali), u

(ii) 

iċ-ċessjonarju jrid ikollu l-ħila li jiddisponi mill-assi ttrasferit mingħajr ma jkollu l-ħtieġa li jehmeż kundizzjonijiet restrittivi jew kundizzjonijiet mat-trasferiment (eż. kundizzjonijiet dwar kif jiġi servizzjat assi ta’ self jew opzjoni li tagħti liċ-ċessjonarju d-dritt li jirriakkwista l-assi).

B3.2.9 Li ċ-ċessjonarju aktarx li ma jbigħx l-assi ttrasferit ma tfissirx, fiha nnifisha, li ċ-ċedent ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit. Madankollu, jekk opzjoni put jew garanzija tillimita liċ-ċessjonarju milli jbigħ l-assi ttrasferit, allura ċ-ċedent ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit. Pereżempju, jekk opzjoni put jew garanzija tiswa biżżejjed, din tillimita liċ-ċessjonarju milli jbigħ l-assi ttrasferit minħabba li ċ-ċessjonarju jista’, fil-prattika, ma jbigħx l-assi ttrasferit lil parti terza mingħajr ma jkun ehmeż opzjoni simili jew kundizzjonijiet restrittivi oħrajn. Minflok, iċ-ċessjonarju jżomm l-assi ttrasferit biex jikseb pagamenti taħt il-garanzija jew opzjoni put. Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, iċ-ċedent ikun żamm il-kontroll tal-assi trasferit.

Trasferimenti li jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent

B3.2.10 Entità tista’ żżomm id-dritt għal parti mill-pagamenti tal-imgħax fuq assi ttrasferiti bħala kumpens għas-servizzjar ta’ dawk l-assi. Il-parti tal-pagamenti tal-imgħax li l-entità tkun lesta titlef mat-terminazzjoni jew mat-trasferiment tal-kuntratt ta’ servizzjar tiġi allokata għall-assi tas-servizzjar jew għall-obbligazzjoni tas-servizzjar. Il-parti tal-pagamenti tal-imgħax li l-entità ma tkunx lesta titlef hija riċevibbli ta’ strip tal-imgħax biss. Pereżempju, jekk l-entità ma tkunx lesta titlef mgħax mat-terminazzjoni jew mat-trasferiment tal-kuntratt ta’ manutenzjoni, il-firxa kollha tal-imgħaxijiet hija riċevibbli ta’ strip tal-imgħax biss. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.13, jintużaw il-valuri ġusti tal-assi tas-servizzjar u r-riċevibbli ta’ strip tal-imgħax biss għall-allokazzjoni tal-ammont riportat tar-riċevibbli bejn il-parti tal-assi li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha u l-parti li tibqa’ tiġi rikonoxxuta. Jekk ma jkun hemm ebda tariffa għas-servizzjar speċifikata jew it-tariffa li għandha tiġi riċevuta mhijiex mistennija li tikkumpensa lill-entità b’mod adegwat għat-twettiq tas-servizzjar, tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni għall-obbligu tas-servizzjar fil-valur ġust.

B3.2.11 Meta tiġi biex tkejjel il-valuri ġusti tal-parti li tibqa’ tiġi rikonoxxuta u l-parti li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħha għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.13, entità tapplika r-rekwiżiti tal-kejl tal-valur ġust fl-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust apparti l-paragrafu 3.2.14.

Trasferimenti li ma jikkwalifikawx għal irtirar tar-rikonoxximent

B3.2.12 Din li ġejja hija applikazzjoni tal-prinċipju deskritt fil-paragrafu 3.2.15. Jekk garanzija pprovduta mill-entità għal telf minħabba inadempjenza fuq l-assi ttrasferit timpedixxi assi ttrasferit milli jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu minħabba li l-entità tkun żammet b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, l-assi ttrasferit jibqa’ jiġi rikonoxxut fl-intier tiegħu u l-korrispettiv riċevut jiġi rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

Involviment kontinwu f’assi ttrasferiti

B3.2.13 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ kif entità tkejjel assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata skont il-paragrafu 3.2.16.

L-assi kollha

(a) Jekk garanzija pprovduta minn entità biex tħallas għat-telf minħabba inadempjenza fuq assi ttrasferit timpedixxi l-assi ttrasferit milli jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu sakemm idum l-involviment kontinwu, l-assi ttrasferit fid-data tat-trasferiment jitkejjel skont l-aktar baxx minn fost (i) l-ammont riportat tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv riċevut fit-trasferiment li l-entità tista’ tintalab terġa’ tħallas (“l-ammont tal-garanzija”). Fil-bidu, l-obbligazzjoni assoċjata titkejjel skont l-ammont tal-garanzija miżjud bil-valur ġust tal-garanzija (li normalment ikun il-korrispettiv riċevut għall-garanzija). Sussegwentement, il-valur ġust inizjali tal-garanzija jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf meta (jew hekk kif) jiġi ssodisfat l-obbligu (f’konformità mal-prinċipji tal-IFRS 15) u l-valur riportat tal-assi jitnaqqas bi kwalunkwe kopertura għal telf.

Assi mkejla f’kostamortizzat

(b) Jekk obbligu ta’ opzjoni put mixtri minn entità jew dritt għal opzjoni call miżmum minn entità jimpedixxi assi ttrasferit milli jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit fil-kost amortizzat, l-obbligazzjoni assoċjata titkejjel skont il-kost tagħha (jiġifieri l-korrispettiv riċevut) aġġustat għall-amortizzament ta’ kwalunkwe differenza bejn dak il-kost u l-ammont riportat gross tal-assi ttrasferit fid-data tal-iskadenza tal-opzjoni. Pereżempju, nassumu li l-ammont riportat gross tal-assi fid-data tat-trasferiment ikun CU 98 u li l-korrispettiv riċevut ikun CU 95. L-ammont riportat gross tal-assi fid-data tal-eżerċizzju tal-opzjoni se jkun CU 100. L-ammont riportat inizjali tal-obbligazzjoni assoċjata jkun CU 95 u d-differenza bejn CU 95 u CU 100 tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf billi jintuża l-metodu tal-imgħax effettiv. Jekk l-opzjoni tiġi eżerċitata, kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni assoċjata u l-prezz tal-eżerċitar ikun rikonoxxut fi profitt jew telf.

Assi mkejla fil-valur ġust

(c) Jekk dritt għal opzjoni call miżmum minn entità jimpedixxi assi ttrasferit milli jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit fil-valur ġust, l-assi jkompli jitkejjel fil-valur ġust tiegħu. L-obbligazzjoni assoċjata titkejjel fi (i) il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni mingħajr il-valur taż-żmien tal-opzjoni jekk l-opzjoni tkun favorevoli, jew (ii) il-valur ġust tal-assi ttrasferit mingħajr il-valur taż-żmien tal-opzjoni jekk l-opzjoni tkun sfavorevoli. L-aġġustament għall-kejl tal-obbligazzjoni assoċjat jiżgura li l-ammont riportat nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjata jkun il-valur ġust tad-dritt ta’ opzjoni call. Pereżempju, jekk il-valur ġust tal-assi sottostanti jkun CU 80, il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni jkun CU 95 u l-valur taż-żmien tal-opzjoni jkun CU 5, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni assoċjata jkun CU 75 (CU 80 – CU 5) u l-ammont riportat tal-assi ttrasferit ikun CU 80 (jiġifieri l-valur ġust tiegħu).

(d) Jekk opzjoni put mibjugħa minn entità timpedixxi assi ttrasferit milli jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-entità tkejjel l-assi trasferit fil-valur ġust, l-obbligazzjoni assoċjata titkejjel fil-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni miżjud bil-valur taż-żmien tal-opzjoni. Il-kejl tal-assi fil-valur ġust huwa limitat għall-aktar ammont baxx bejn il-valur ġust u l-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni minħabba li l-entità ma għandha l-ebda dritt għal żidiet fil-valur ġust tal-assi ttrasferit ’il fuq mill-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni. Dan jiżgura li l-ammont riportat nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjata huwa l-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-opzjoni put. Pereżempju, jekk il-valur ġust tal-assi sottostanti jkun CU 120, il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni jkun CU 100 u l-valur taż-żmien tal-opzjoni jkun CU 5, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni assoċjata jkun CU 105 (CU 100 + CU 5) u l-ammont riportat tal-assi jkun CU 100 (f’dan il-każ il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni).

(e) Jekk collar, fil-forma ta’ opzjoni ta’ xiri mixtrija u opzjoni put mixtrija, jimpedixxi assi ttrasferit milli jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-entità tkejjel l-assi fil-valur ġust, din tkompli tkejjel l-assi fil-valur ġust. L-obbligazzjoni assoċjata titkejjel fi (i) it-total tal-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni call u l-valur ġust tal-opzjoni put mingħajr il-valur taż-żmien tal-opzjoni call, jekk l-opzjoni call tkun favorevoli, jew (ii) it-total tal-valur ġust tal-assi u l-valur ġust tal-opzjoni put mingħajr il-valur taż-żmien tal-opzjoni call jekk l-opzjoni call tkun sfavorevoli. L-aġġustament għall-obbligazzjoni assoċjata jiżgura li l-ammont riportat nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjata jkun il-valur ġust tal-opzjonijiet miżmuma u mibjugħa mill-entità. Pereżempju, nassumu li entità tittrasferixxi assi finanzjarju li jitkejjel fil-valur ġust filwaqt li fl-istess ħin tixtri opzjoni ta’ xiri bi prezz tal-eżerċitar ta’ CU 120 u tbigħ opzjoni put bi prezz tal-eżerċitar ta’ CU 80. Nassumu wkoll li dak il-valur ġust tal-assi jkun CU 100 fid-data tat-trasferiment. Il-valur taż-żmien tal-opzjoni put u tal-opzjoni ta’ xiri jkunu CU 1 u CU 5 rispettivament. F’dan il-każ, l-entità tirrikonoxxi assi ta’ CU 100 (il-valur ġust tal-assi) u obbligazzjoni ta’ CU 96 [(CU 100 + CU 1) – CU 5]. Dan jagħti valur tal-assi nett ta’ CU 4, li huwa l-valur ġust tal-opzjonijiet miżmuma u mibjugħa mill-entità.

It-trasferimenti kollha

B3.2.14 Sal-punt li trasferiment ta’ assi finanzjarju ma jikkwalifikax għall-irtirar tar-rikonoxximent, id-drittijiet jew l-obbligi kuntrattwali taċ-ċedent relatati mat-trasferiment ma jiġux kontabbilizzati b’mod separat bħala derivattivi jekk ir-rikonoxximent kemm tad-derivattiv kif ukoll tal-assi ttrasferit jew tal-obbligazzjoni li tirriżulta mit-trasferiment jirriżulta fir-rikonoxximent tal-istess drittijiet jew obbligi darbtejn. Pereżempju, opzjoni call miżmuma miċ-ċedent tista’ timpedixxi trasferiment ta’ assi finanzjarji milli jiġu kontabbilizzati bħala bejgħ. F’dan il-każ, l-opzjoni call ma tiġix rikonoxxuta separatament bħala assi derivattiv.

B3.2.15 Sal-punt li trasferiment ta’ assi finanzjarju ma jikkwalifikax għall-irtirar tar-rikonoxximent, iċ-ċessjonarju ma jirrikonoxxix l-assi ttrasferit bħala l-assi tiegħu. Iċ-ċessjonarju jirtira r-rikonoxximent tal-flus jew korrispettiv ieħor imħallas u jirrikonoxxi riċevibbli mingħand iċ-ċedent. Jekk iċ-ċessjonarju jkollu kemm dritt kif ukoll obbligu li jirriakkwista l-kontroll tal-assi ttrasferit kollu għal ammont fiss (bħal taħt ftehim ta’ riakkwist), iċ-ċessjonarju jista’ jkejjel ir-riċevibbli tiegħu fil-kost amortizzat jekk dan jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 4.1.2.

Eżempji

B3.2.16 L-eżempji li ġejjin juru l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dan l-Istandard.

(a) 

Ftehimiet ta’ riakkwist u ta’ għoti b’self ta’ titoli. Jekk assi finanzjarju jinbiegħ taħt ftehim li dan jiġi riakkwistat bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b’redditu għas-sellief jew jekk dan jiġi misluf taħt ftehim li dan jiġi rritornat liċ-ċedent, dan ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tiegħu minħabba li ċ-ċedent iżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda. Jekk iċ-ċessjonarju jikseb id-dritt li jbigħ jew jirhan l-assi, iċ-ċedent jirriklassifika l-assi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu, pereżempju, bħala assi misluf jew riċevibbli riakkwistat.

(b) 

Ftehimiet ta’ riakkwist u għoti b’self ta’ titoli — assi li huma sostanzjalment l-istess. Jekk assi finanzjarju jinbiegħ taħt ftehim li jiġi riakkwistat l-istess jew sostanzjalment l-istess assi bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b’redditu għas-sellief jew jekk l-assi finanzjarju jittieħed b’self taħt ftehim li jiġi ritornat l-istess jew sostanzjalment l-istess assi liċ-ċedent, dan ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tiegħu minħabba li ċ-ċedent iżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda.

(c) 

Ftehimiet ta' riakkwist u għoti b’self ta' titoli — dritt ta’ sostituzzjoni. Jekk ftehim ta’ riakkwist bi prezz fiss ta’ riakkwist jew prezz ugwali għall-prezz tal-bejgħ miżjud b’redditu għall-mutwanti, jew tranżazzjoni ta’ għoti b’self ta’ titoli simili, jipprovdi liċ-ċessjonarju bi dritt li jissostitwixxi l-assi li huma simili u li għandhom valur ġust ugwali għall-assi ttrasferit fid-data tar-riakkwist, l-assi mibjugħ jew mogħti b’self taħt tranżazzjoni ta’ riakkwist jew ta’ għoti b’self ta’ titoli ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tiegħu minħabba li ċ-ċedent iżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda.

(d) 

Riakkwist tad-dritt tal-ewwel rifjut fil-valur ġust. Jekk entità tbigħ assi finanzjarju u żżomm biss dritt tal-ewwel rifjut biex tirriakkwista l-assi ttrasferit fil-valur ġust jekk iċ-ċessjonarju sussegwentement ibigħu, l-entità tirtira r-rikonoxximent tal-assi minħabba li hi tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda.

(e) 

Tranżazzjoni ta’ wash sale. Ir-riakkwist ta’ assi finanzjarju ftit wara li dan jinbiegħ kultant jissejjaħ wash sale. Riakkwist bħal dan ma jipprekludi l-ebda rtirar tar-rikonoxximent dment li t-tranżazzjoni oriġinali tkun issodisfat ir-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent. Madankollu, jekk wieħed jidħol fi ftehim biex jinbiegħ assi finanzjarju fl-istess ħin ta’ ftehim ta’ riakkwist tal-istess assi bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b’redditu għas-sellief, allura l-assi ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

(f) 

Opzjonijiet put u opzjonijiet call li huma profondament favorevoli. Jekk assi finanzjarju ttrasferit ikun jista’ jissejjaħ lura miċ-ċedent u l-opzjoni call tkun profondament favorevoli, iċ-ċedent ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent minħabba li ċ-ċedent ikun żamm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda. Bl-istess mod, jekk l-assi finanzjarju jista’ jitpoġġa lura miċ-ċessjonarju u l-opzjoni put tkun profondament favorevoli, iċ-ċedent ma jikkwalifikax għall-irtirar tar-rikonoxximent minħabba li ċ-ċedent ikun sostanzjalment żamm ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda.

(g) 

Opzjonijiet put u opzjonijiet call li huma profondament sfavorevoli. Assi finanzjarju li huwa trasferit soġġett biss għal opzjoni put profondament sfavorevoli miżmuma miċ-ċessjonarju jew opzjoni call profondament sfavorevoli miżmuma miċ-ċedent jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu. Dan iseħħ minħabba li ċ-ċedent ikun sostanzjalment ittrasferixxa r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda.

(h) 

Assi li jistgħu jinkisbu minnufih soġġetti għal opzjoni call li la hija profondament favorevoli u lanqas profondament sfavorevoli. Jekk entità żżomm opzjoni call fuq assi li tista’ tinkiseb minnufih fis-suq u l-opzjoni la tkun profondament favorevoli u lanqas profondament sfavorevoli, l-assi jiġi rtirat mir-rikonoxximent. Dan jiġri minħabba li l-entità (i) la tkun żammet u lanqas sostanzjalment ittrasferiet ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda, u (ii) ma tkunx żammet il-kontroll. Madankollu, jekk l-assi ma jkunx jista’ jinkiseb minnufih fis-suq, l-irtirar tar-rikonoxximent ikun prekluż sal-ammont tal-assi li jkun soġġett għall-opzjoni call minħabba li l-entità tkun żammet il-kontroll tal-assi.

(i) 

Assi li ma jistax jinkiseb minnufih soġġett għal opzjoni put mibjugħa minn entità li la tkun profondament favorevoli u lanqas profondament sfavorevoli. Jekk entità tittrasferixxi assi finanzjarju li ma jkunx jista’ jinkiseb minnufih fis-suq, u tbigħ opzjoni put li ma tkunx profondament sfavorevoli, l-entità la żżomm u lanqas tittrasferixxi b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda minħabba l-opzjoni put mibjugħa. L-entità żżomm kontroll tal-assi jekk l-opzjoni put tkun tiswa biżżejjed biex tipprevjeni liċ-ċessjonarju milli jbigħ l-assi, f’liema każ l-assi jkompli jiġi rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu taċ-ċedent (ara l-paragrafu B3.2.9). L-entità tittrasferixxi l-kontroll tal-assi jekk l-opzjoni put ma tiswiex biżżejjed biex tipprevjeni liċ-ċedent milli jbigħ l-assi, f’liema każ l-assi jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

(j) 

Assi soġġetti għal opzjoni put jew call fil-valur ġust jew għal ftehim ta’ riakkwist forward. Trasferiment ta’ assi finanzjarju li jkun soġġett biss għal opzjoni put jew call jew ftehim ta’ riakkwist forward li jkollu prezz tal-eżerċitar jew ta’ riakkwist ugwali għall-valur ġust tal-assi finanzjarju fil-ħin tar-riakkwist jirriżulta fl-irtirar tar-rikonoxximent minħabba t-trasferiment ta’ sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda.

(k) 

Opzjonijiet ta’ xiri jew put saldati bi flus. Entità tevalwa t-trasferiment ta’ assi finanzjarju li jkun soġġett għal opzjoni put jew call jew għal ftehim ta’ riakkwist forward li jkun se jissalda nett fi flus biex jiġi determinat jekk tkunx żammet jew ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda. Jekk l-entità ma tkunx żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, din tiddetermina jekk tkunx żammet il-kontroll tal-assi trasferit. Li l-opzjoni put jew ta’ xiri jew il-ftehim ta’ riakkwist forward jiġi saldat nett fi flus ma jfissirx awtomatikament li l-entità tkun ittrasferiet il-kontroll (ara l-paragrafi B3.2.9 u (g), (h) u (i) hawn fuq).

(l) 

Tneħħija tad-dispożizzjoni tal-kontabbiltà. Tneħħija tad-dispożizzjoni tal-kontabbiltà hija opzjoni (call) ta’ riakkwist bla kundizzjoni li tagħti lill-entità d-dritt li titlob mill-ġdid assi ttrasferiti soġġetti għal xi restrizzjonijiet. Dment li opzjoni bħal din tirriżulta fl-entità li la żżomm u lanqas titrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda, din tipprekludi l-irtirar tar-rikonoxximent biss sal-punt tal-ammont soġġett għar-riakkwist (meta wieħed jassumi li ċ-ċessjonarju ma jistax ibigħ l-assi). Pereżempju, jekk l-ammont riportat u r-rikavati mit-trasferiment tal-assi ta’ self ikun ta’ CU 100,000 u kwalunkwe self individwali jista’ jissejjaħ lura iżda l-ammont ta’ self aggregat li jista’ jiġi riakkwistat ma jaqbiżx CU 10,000, CU 90,000 tas-self jikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent.

(m) 

Opzjonijiet clean-up. Entità, li tista’ tkun ċedent, li tisservizzja l-assi ttrasferiti, jista’ jkollha opzjoni call clean-up sabiex tixtri l-bqija tal-assi ttrasferiti meta l-ammont ta’ assi pendenti jaqa’ f’livell speċifikat fejn il-kost tas-servizzjar ta’ dawk l-assi jsir ta’ piż fir-rigward tal-benefiċċji tas-servizzjar. Dment li tali opzjoni call clean-up tirriżulta fl-entità li la żżomm u lanqas tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda u ċ-ċessjonarju ma jkunx jista jbigħ l-assi, din tipprekludi l-irtirar tar-rikonoxximent biss sal-punt tal-ammont tal-assi li jkun soġġett għall-opzjoni ta’ xiri.

(n) 

Interessi miżmuma subordinati u garanziji ta’ kreditu. Entità tista’ tipprovdi liċ-ċessjonarju titjib tal-kreditu billi tissubordina wħud mill-interessi jew l-interessi kollha tagħha miżmuma fl-assi trasferit. Inkella, entità tista’ tipprovdi liċ-ċessjonarju titjib tal-kreditu fil-forma ta’ garanzija ta’ kreditu li tista’ tkun bla limitu jew limitata għal ammont speċifiku. Jekk entità żżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda tal-assi ttrasferit, l-assi jibqa’ jiġi rikonoxxut fl-intier tiegħu. Jekk entità żżomm ftit, iżda mhux sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tas-sjieda u tkun żammet kontroll, l-irtirar tar-rikonoxximent jiġi prekluż sal-punt tal-ammont ta’ flus jew assi oħra li l-entità tkun tista’ tintalab tħallas.

(o) 

Swaps tar-redditu totali. Entità tista’ tbigħ assi finanzjarju lil ċessjonarju u tidħol fi swap tar-redditu totali maċ-ċessjonarju, fejn il-flussi ta’ flus kollha tal-pagamenti tal-imgħax mill-assi sottostanti jiġu rimessi lill-entità bi skambju għal pagament fiss jew pagament b’rata varjabbli u kwalunkwe żieda jew tnaqqis fil-valur ġust tal-assi sottostanti jiġi assorbit mill-entità. F’każ bħal dan, l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi kollu huwa pprojbit.

(p) 

Swaps tar-rati tal-imgħax. Entità tista’ tittrasferixxi assi finanzjarju b’rata fissa lil ċessjonarju u tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax maċ-ċessjonarju sabiex tirċievi rata tal-imgħax fissa u tħallas rata tal-imgħax varjabbli bbażata fuq ammont nozzjonali li jkun ugwali għall-ammont ta’ kapital tal-assi finanzjarju trasferit. Is-swap tar-rati tal-imgħax ma tipprekludix l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi ttrasferit dment li l-pagamenti fuq l-iswap ma jkunux kundizzjonali fuq li jsiru pagamenti fuq l-assi trasferit.

(q) 

Amortizzament tal-iswaps tar-rati tal-imgħax. Entità tista’ titrasferixxi assi finanzjarju b’rata fissa li jitħallas maż-żmien lil ċessjonarju, u tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax amortizzanti maċ-ċessjonarju biex tirċievi rata tal-imgħax fissa u tħallas rata tal-imgħax varjabbli bbażata fuq ammont nozzjonali. Jekk l-ammont nozzjonali tal-iswap jamortizza biex ikun ugwali għall-ammont ta’ kapital tal-assi finanzjarju ttrasferit pendenti f’kull ħin, ġeneralment l-iswap tirriżulta fl-entità li żżomm riskju ta’ prepagament sostanzjali, f’liema każ l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi trasferit kollu jew tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit sal-punt tal-involviment kontinwu tiegħu. Min-naħa l-oħra, jekk l-amortizzament tal-ammont nozzjonali tal-iswap ma jkunx marbut mal-ammont ta’ kapital pendenti tal-assi ttrasferit, swap bħal din ma tirriżultax fl-entità li żżomm ir-riskju ta’ prepagament fuq l-assi. Għalhekk, ma tipprekludix l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi trasferit dment li l-pagamenti fuq l-iswap ma jkunux kundizzjonali li jsiru pagamenti tal-imgħax fuq l-assi trasferit u l-iswap ma tirriżultax f’li l-entità żżomm xi riskju jew benefiċċju tas-sjieda sinifikanti ieħor fuq l-assi trasferit.

(r) 

Tħassir. Entità ma jkollha ebda aspettattiva raġonevoli li tirkupra l-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq assi finanzjarju kollu kemm hu jew porzjon tiegħu.

B3.2.17 Dan il-paragrafu juri l-applikazzjoni tal-approċċ tal-involviment kontinwu meta l-involviment kontinwu tal-entità jkun f’parti minn assi finanzjarju.

Nassumu li entità jkollha portafoll ta’ self prepagabbli li r-rata tal-kupun u r-rata effettiva tal-imgħax tiegħu tkun ta’ 10 fil-mija u li l-ammont ta’ kapital u l-kost amortizzat tiegħu jkun ta’ CU 10,000. Din tidħol fi tranżazzjoni li fiha, għal pagament ta’ CU 9,115, iċ-ċessjonarju jikseb id-dritt għal CU 9,000 ta’ kwalunkwe ġbir tal-kapital miżjud bl-imgħax fuqhom ta’ 9,5 fil-mija. L-entità żżomm drittijiet sa CU 1,000 ta’ kwalunkwe ġbir tal-kapital miżjud bl-imgħax fuqhom ta’ 10 fil-mija, miżjud bil-marġni pożittiv ta’ 0,5 fil-mija fuq il-bqija ta’ CU 9,000 tal-kapital. Ġbir minn prepagamenti huwa allokat bejn l-entità u ċ-ċessjonarju b’mod proporzjonali fil-proporzjon ta’ 1:9, iżda kwalunkwe inadempjenza titnaqqas mill-interess tal-entità ta’ CU 1,000 sakemm dak l-interess jiġi eżawrit. Il-valur ġust tas-self fid-data tat-tranżazzjoni huwa ta’ CU 10,100 u l-valur ġust tal-marġni pożittiva ta’ 0,5 fil-mija huwa ta’ CU 40.

L-entità tiddetermina li hija ttrasferiet xi riskji u benefiċċji sinifikanti tas-sjieda (pereżempju, riskju sinifikanti ta’ prepagament) iżda żammet ukoll xi riskji u benefiċċji sinifikanti tas-sjieda (minħabba l-interess miżmum subordinat tagħha) u li żammet il-kontroll. Għaldaqstant tapplika l-approċċ ta’ involviment kontinwu.

Biex tapplika dan l-Istandard, l-entità tanalizza t-tranżazzjoni bħala (a) żamma ta’ interess miżmum proporzjonat għalkollox ta’ CU 1,000, flimkien ma’ (b) is-subordinazzjoni ta’ dak l-interess miżmum biex jipprovdi titjib fil-kreditu liċ-ċessjonarju għal telf fil-kreditu.

L-entità tikkalkula li CU 9,090 (90 % × CU 10,100) tal-korrispettiv riċevut ta’ CU 9,115 jirrappreżenta l-korrispettiv għal sehem ta’ 90 fil-mija proporzjonat għalkollox. Il-bqija tal-korrispettiv riċevut (CU 25) jirrappreżenta korrispettiv riċevut biex l-interess miżmum tagħha jiġi subordinat biex jipprovdi titjib fil-kreditu liċ-ċessjonarju għal telf fil-kreditu. Barra minn hekk, il-marġni pożittiv ta’ 0,5 fil-mija jirrappreżenta korrispettiv riċevut għal titjib fil-kreditu. B’hekk, il-korrispettiv totali riċevut għal titjib fil-kreditu huwa ta’ CU 65 (CU 25 + CU 40).

L-entità tikkalkula l-qligħ jew it-telf fuq il-bejgħ tas-sehem ta’ 90 fil-mija tal-flussi ta’ flus. Jekk nassumu li l-valuri ġusti separati tal-parti ta’ 90 fil-mija tal-ammont trasferit u tal-parti ta’ 10 fil-mija tal-ammont miżmum mhumiex disponibbli fid-data tat-trasferiment, l-entità talloka l-ammont riportat tal-assi f’konformità mal-paragrafu 3.2.14 tal-IFRS 9 kif ġej:



 

Valur ġust

Persentaġġ

Ammont riportat allokat

Porzjon trasferit

9,090

90  %

9,000

Porzjon miżmum

1,010

10  %

1,000

Total

10,100

 

10,000

L-entità tikkalkula l-qligħ jew it-telf tagħha fuq il-bejgħ tas-sehem tad-90 fil-mija tal-flussi ta’ flus billi tnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba allokat għall-porzjon ittrasferit mill-korrispettiv irċevut, jiġifieri CU 90 (CU 9,090 — CU 9,000). L-ammont riportat tal-porzjon miżmum mill-entità hu CU 1,000.

Barra minn hekk, l-entità tirrikonoxxi l-involviment li jkompli li jirriżulta mis-subordinazzjoni tal-interess miżmum tagħha għal telf fil-kreditu. B’hekk, tirrikonoxxi assi ta’ CU 1,000 (l-ammont massimu rikonoxxut tal-flussi ta’ flus li ma tirċevix taħt is-subordinazzjoni), u obbligazzjoni assoċjata ta’ CU 1,065 (li huwa l-ammont massimu tal-flussi ta’ flus li ma tirċevix taħt is-subordinazzjoni, jiġifieri CU 1,000 miżjud bil-valur ġust tas-subordinazzjoni ta’ CU 65).

L-entità tuża l-informazzjoni kollha msemmija fuq biex tippreżenta t-tranżazzjoni kif ġej:



 

Debitu

Kreditu

Assi oriġinali

9,000

Assi rikonoxxut għas-subordinazzjoni jew għall-interess residwu

1,000

Assi għall-korrispettiv riċevut fil-forma ta’ marġni pożittiv

40

Profitt jew telf (qligħ mat-trasferiment)

90

Responsabbiltà

1,065

Flus riċevuti

9,115

Total

10,155

10,155

Immedjatament wara t-tranżazzjoni, l-ammont riportat tal-assi huwa ta’ CU 2,040 li jinkludi CU 1,000, li jirrappreżenta l-kost allokat tal-porzjon miżmum, u CU 1,040, li jirrappreżenta l-involviment kontinwu addizzjonali tal-entità mis-subordinazzjoni tal-interess residwu tiegħu għal telf tal-kreditu (li jinkludi l-marġni pożittiv ta’ CU 40).

Fil-perjodi sussegwenti, l-entità tirrikonoxxi l-korrispettiv riċevut għat-titjib fil-kreditu (CU 65) fuq bażi ta’ proporzjon ta’ żmien, takkumula l-imgħax fuq l-assi rikonoxxut bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment fuq l-assi rikonoxxuti. Bħala eżempju ta’ dan tal-aħħar, nassumu li fis-sena ta’ wara jkun hemm telf minn indeboliment fuq is-self sottostanti ta’ CU 300. L-entità tnaqqas l-assi rikonoxxut tagħha b’CU 600 (CU 300 relatati mal-imgħax miżmum minnha u CU 300 relatati mal-involviment kontinwu addizzjonali li jirriżulta mis-subordinazzjoni tal-interess miżmum minnha għat-telf minn indeboliment), u tnaqqas l-obbligazzjoni rikonoxxuta tagħha bi CU 300. Ir-riżultat nett huwa imposta għal profitt jew telf għal telf minn indeboliment ta’ CU 300.

Irtirar tar-rikonoxximent ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (Taqsima 3.3)

B3.3.1 Obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minnha) tintemm meta d-debitur:

(a) 

jeħles mill-obbligazzjoni (jew parti minnha) billi jħallas lill-kreditur, normalment fi flus, assi finanzjarji oħrajn, oġġetti jew servizzi; jew

(b) 

ikun legalment rilaxxat mir-responsabbiltà primarja għall-obbligazzjoni (jew parti minnha) permezz tal-proċess tal-liġi jew mill-kreditur. (Jekk id-debitur ikun ta garanzija din il-kundizzjoni għad tista’ tiġi ssodisfata.)

B3.3.2 Jekk emittent ta’ strument ta’ dejn jirriakkwista dak l-istrument, id-dejn jinfeda anki jekk l-emittent ikun ġeneratur tas-suq f’dak l-istrument jew ikun beħsiebu jbigħu mill-ġdid f’perjodu ta’ żmien qasir.

B3.3.3 Pagament lil parti terza, inkluż trust (xi kultant imsejjaħ “annullament in sostanza”), ma jeħlisx, minnu nnifsu, lid-debitur mill-obbligu primarju tiegħu lill-kreditur, fin-nuqqas ta’ rilaxx legali.

B3.3.4 Jekk debitur iħallas lil parti terza sabiex tassumi obbligu u jinnotifika lill-kreditur tiegħu li l-parti terza assumiet l-obbligu tad-dejn tagħha, id-debitur ma jirtirax ir-rikonoxximent tal-obbligu tad-dejn, sakemm ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni fil-paragrafu B3.3.1(b). Jekk id-debitur iħallas lil parti terza biex tassumi obbligu u jikseb rilaxx legali mill-kreditur tiegħu, id-debitur ikun feda d-dejn. Madankollu, jekk id-debitur jaqbel li jagħmel pagamenti fuq id-dejn lil parti terza jew direttament lill-kreditur oriġinali tiegħu, id-debitur jirrikonoxxi obbligu ta’ dejn ġdid lill-parti terza.

B3.3.5 Għalkemm rilaxx legali, kemm jekk b’mod ġudizzjarju kif ukoll jekk mill-kreditur, jirriżulta fl-irtirar tar-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni, l-entità tista’ tirrikonoxxi obbligazzjoni ġdida jekk il-kriterji tal-irtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafi 3.2.1–3.2.23 ma jiġux issodisfati għall-assi finanzjarji trasferiti. Jekk dawk il-kriterji ma jiġux issodisfati, ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tal-assi trasferiti, u l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ġdida marbuta mal-assi ttrasferiti.

B3.3.6 Għall-fini tal-paragrafu 3.3.2, it-termini jkunu sostanzjalment differenti jekk il-valur preżenti skontat tal-flussi ta’ flus taħt it-termini l-ġodda, inklużi kwalunkwe miżati mħallsin netti minn kwalunkwe miżati riċevuti u skontati bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva oriġinali, ikun mill-inqas 10 fil-mija differenti mill-valur preżenti skontat tal-bqija tal-flussi ta’ flus tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali. Fid-determinazzjoni ta’ dawk it-tariffi mħallsa netti mit-tariffi riċevuti, mutwatarju jinkludi biss tariffi mħallsa jew riċevuti bejn il-mutwatarju u l-mutwanti, inkluż tariffi mħallsa jew riċevuti mill-mutwatarju jew il-mutwanti f’isem l-ieħor.

B3.3.6A Jekk skambju ta’ strumenti ta’ dejn jew modifika fit-termini tiġi kontabbilizzata bħala eżawriment, kwalunkwe kost jew tariffa mġarrba tkun rikonoxxuta bħala parti mill-qligħ jew telf marbut mal-eżawriment. Jekk l-iskambju jew il-modifika ma tiġix kontabbilizzata bħala eżawriment, kwalunkwe kost jew tariffa mġarrba taġġusta l-ammont riportat tal-obbligazzjoni u tiġi amortizzata fuq il-bqija tat-terminu tal-obbligazzjoni modifikata.

B3.3.7 F’xi każijiet, kreditur jeħles debitur mill-obbligu preżenti tiegħu li jagħmel pagamenti, iżda d-debitur jassumi obbligu ta’ garanzija li jħallas jekk il-parti li tassumi r-responsabilità primarja ssir inadempjenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-debitur:

(a) 

jirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja ġdida bbażata fuq il-valur ġust tal-obbligu tiegħu għall-garanzija, u

(b) 

jirrikonoxxi qligħ jew telf abbażi tad-differenza bejn (i) kwalunkwe rikavat imħallas u (ii) l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali mingħajr il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja l-ġdida.

KLASSIFIKAZZJONI (KAPITOLU 4)

Klassifikazzjoni tal-assi finanzjarji (Taqsima 4.1)

Il-mudell ta’ negozju tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji

B4.1.1 Il-paragrafu 4.1.1(a) jitlob entità sabiex tikklassifika l-assi finanzjarji abbażi tal-mudell ta’ negozju tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji, sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5. Entità tivvaluta jekk l-assi finanzjarji tagħha jissodisfawx il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2A(a) abbażi tal-mudell ta’ negozju kif determinat mill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati).

B4.1.2 Mudell ta’ negozju ta’ entità jiġi determinat f’livell li jirrifletti kif il-gruppi ta’ assi finanzjarji jiġu ġestiti flimkien sabiex jintlaħaq objettiv kummerċjali partikulari. Il-mudell ta’ negozju tal-entità ma jiddependix fuq l-intenzjonijiet tal-maniġment għal strument individwali. Għaldaqstant, din il-kundizzjoni mhijiex approċċ ta’ strument bi strument għall-klassifikazzjoni u jenħtieġ li tiġi determinata fuq livell ogħla ta’ aggregazzjoni. Madankollu, entità waħda jista’ jkollha aktar minn mudell ta’ negozju wieħed għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħha. Konsegwentement, ma hemmx bżonn li l-klassifikazzjoni tiġi determinata fil-livell tal-entità relatriċi. Pereżempju, entità tista’ żżomm portafoll ta’ investimenti li hija timmaniġġa sabiex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali u portafoll ieħor ta’ investimenti li hija timmaniġġa sabiex tinnegozja bil-għan li timplimenta bidliet fil-valur ġust. Bl-istess mod, f’xi ċirkustanzi, jista’ jkun xieraq li portafoll ta’ assi finanzjarji jiġi separat f’subportafolji sabiex ikun rifless il-livell li fih entità timmaniġġa dawk l-assi finanzjarji. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk entità toriġina jew tixtri portafoll ta’ self ipotekarju u timmaniġġa parti mis-self bl-objettiv li tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali u timmaniġġa s-self l-ieħor bl-objettiv li tbigħu.

B4.1.2A Mudell ta’ negozju ta’ entità jirreferi għal kif entità timmaniġġa l-assi finanzjarji tagħha sabiex tiġġenera flussi ta’ flus. Dan ifisser li l-mudell ta’ negozju tal-entità jiddetermina jekk il-flussi ta’ flus jirriżultawx mill-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali, mill-bejgħ tal-assi finanzjarji jew mit-tnejn. Konsegwentement, il-valutazzjoni ma titwettaqx abbażi tax-xenarji li l-entità ma tistenniex b’mod raġonevoli li jseħħu, bħall-hekk imsejħa “l-agħar xenarju possibbli” jew xenarju “f’każ ta’ stress”. Pereżempju, jekk entità tistenna li hija se tbigħ portafoll partikulari ta’ assi finanzjarji biss f’xenarju f’każ ta’ stress, dak ix-xenarju ma jaffettwax il-valutazzjoni mill-entità tal-mudell ta’ negozju għal dawk l-assi, jekk l-entità tistenna b’mod raġonevoli li tali xenarju mhux se jseħħ. Jekk il-flussi ta’ flus jiġu realizzati b’tali mod li jkun differenti mill-aspettattivi tal-entità fid-data li fiha l-entità tkun ivvalutat il-mudell ta’negozju (pereżempju, jekk l-entità tbigħ aktar jew inqas assi finanzjarji milli kienet stenniet meta kklassifikat l-assi), dan ma jagħtix lok għal errur fil-perjodu preċedenti fir-rapporti finanzjarji tal-entità (ara l-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri) u lanqas ma jbiddel il-klassifikazzjoni tal-bqija tal-assi finanzjarji miżmuma f’dak il-mudell kummerċjali (jiġifieri dawk l-assi li l-entità rrikonoxxiet f’perjodi preċedenti u li għadha żżomm) sakemm l-entità tkun ikkunsidrat l-informazzjoni rilevanti kollha li kienet disponibbli f’dak iż-żmien li għamlet il-valutazzjoni tal-mudell kummerċjali. Madankollu, meta entità tivvaluta l-mudell ta’ negozju għal assi finanzjarji li jkunu għadhom kif ġew oriġinati jew mixtrija, hija trid tqis l-informazzjoni dwar kif il-flussi ta’ flus kienu realizzati fil-passat, flimkien mal-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha.

B4.1.2B Mudell ta’ negozju ta’ entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji huwa stat ta’ fatt u mhux biss affermazzjoni. Dan huwa tipikament osservabbli permezz tal-attivitajiet li twettaq l-entità sabiex tilħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju. Entità jkollha bżonn tuża l-ġudizzju tagħha meta tiġi biex tivvaluta l-mudell ta’ negozju tagħha għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji u dik il-valutazzjoni ma tiġix determinata minn fattur wieħed jew attività waħda. Minflok, l-entità trid tqis l-evidenza rilevanti kollha li tkun disponibbli fid-data tal-valutazzjoni. Tali evidenza rilevanti tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:

(a) 

kif il-prestazzjoni tal-mudell ta’ negozju u l-assi finanzjarji miżmuma f’dak il-mudell ta’ negozju jiġu evalwati u rapportati lill-membru kruċjali tal-maniġment tal-entità;

(b) 

ir-riskji li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-mudell ta’ negozju (u l-assi finanzjarji miżmuma f’dak il-mudell ta’ negozju) u, b’mod partikulari, il-mod kif jiġu ġestiti dawk ir-riskji; u

(c) 

kif jiġu kkumpensati l-maniġers tan-negozju (pereżempju, jekk il-kumpens huwiex ibbażat fuq il-valur ġust tal-assi ġestiti jew fuq il-flussi ta’ flus kuntrattwali miġbura).

Mudell ta “negozju li l-objettiv tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi ta” flus kuntrattwali

B4.1.2C L-assi finanzjarji li jinżammu f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali jiġu ġestiti sabiex jirrealizzaw il-flussi ta’ flus permezz tal-ġbir tal-pagamenti kuntrattwali tul il-ħajja tal-istrument. Dan ifisser li l-entità timmaniġġa l-assi miżmuma fil-portafoll sabiex tiġbor dawk il-flussi ta’ flus kuntrattwali partikulari (minflok timmaniġġa r-redditu globali fuq il-portafoll permezz taż-żamma u l-bejgħ tal-assi). Meta tiġi biex tiddetermina jekk il-flussi ta’ flus humiex se jiġu realizzati permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-assi finanzjarji, huwa neċessarju li tqis il-frekwenza, il-valur u ż-żmien tal-bejgħ fil-perjodi preċedenti, ir-raġunijiet għal dak il-bejgħ u l-aspettattivi dwar l-attività tal-bejgħ fil-futur. Madankollu, il-bejgħ minnu nnifsu ma jiddeterminax il-mudell ta’ negozju u, għaldaqstant, ma jistax jitqies f’iżolament. Minflok, l-informazzjoni dwar il-bejgħ fil-passat u l-aspettattivi dwar il-bejgħ fil-futur jipprovdu evidenza relatata ma’ kif jintlaħaq l-objettiv iddikjarat tal-entità għall-ġestjoni tal-assi finanzjarji u, speċifikament, kif jiġu realizzati l-flussi ta’ flus. Entità trid tqis l-informazzjoni dwar il-bejgħ fil-passat fil-kuntest tar-raġunijiet għal dak il-bejgħ u l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu f’dak iż-żmien meta mqabbla mal-kundizzjonijiet attwali.

B4.1.3 Għalkemm l-objettiv ta’ mudell ta’ negozju ta’ entità jista’ jkun li hija żżomm l-assi finanzjarji sabiex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali, l-entità ma għandhiex bżonn iżżomm dawk l-istrumenti kollha sal-maturità tagħhom. B’hekk, l-għan ta’ mudell ta’ negozju ta’ entità jista’ jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali, anki meta jseħħ il-bejgħ tal-assi finanzjarji jew meta dan ikun mistenni jseħħ fil-futur.

B4.1.3A L-għan tal-mudell ta’ negozju jista’ jkun li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali, anki jekk l-entità tbigħ l-assi finanzjarji meta jkun hemm żieda fir-riskju ta’ kreditu tal-assi. Sabiex tiddetermina jekk kienx hemm żieda fir-riskju ta’ kreditu tal-assi, l-entità tqis l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta, inkluża informazzjoni ta’ natura prospettiva. Irrispettivament mill-frekwenza u l-valur tiegħu, bejgħ minħabba żieda fir-riskju ta’ kreditu tal-assi mhuwiex inkonsistenti ma’ mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu huwa li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali minħabba li l-kwalità tal-kreditu tal-assi finanzjarji hija rilevanti għall-ħila tal-entità li tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali. L-attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu li huma mmirati biex inaqqsu t-telf ta’ kreditu potenzjali minħabba d-deterjorament tal-krediti huma integrali għal mudell ta’ negozju bħal dan. Il-bejgħ ta’ assi finanzjarju minħabba li ma għadux jissodisfa l-kriterji kreditizji speċifikati fil-politika ta’ investiment iddokumentata mill-entità huwa eżempju ta’ bejgħ li seħħ minħabba żieda fir-riskju ta’ kreditu. Madankollu, fin-nuqqas ta’ politika bħal din, l-entità tista’ turi b’modi oħrajn li l-bejgħ seħħ minħabba żieda fir-riskju ta’ kreditu.

B4.1.3B Bejgħ li seħħ għal raġunijiet oħrajn, bħal bejgħ magħmul għall-ġestjoni ta’ riskju tal-konċentrazzjoni tal-kreditu (mingħajr żieda fir-riskju ta’ kreditu tal-assi) jista’ jkun konsistenti wkoll ma’ mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali. B’mod partikulari, tali bejgħ jista’ jkun konsistenti ma’ mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali jekk dak il-bejgħ ikun infrekwenti (anki jekk sinifikanti fil-valur) jew insinifikanti fil-valur kemm individwalment kif ukoll b’mod aggregat (anki jekk frekwenti). Jekk isir aktar minn għadd infrekwenti ta’ tali bejgħ minn portafoll u dak il-bejgħ ikun aktar minn insinifikanti fil-valur (individwalment jew b’mod aggregat), jeħtieġ li l-entità tivvaluta jekk u kif tali bejgħ huwa konsistenti ma’ objettiv li jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali. Jekk parti terza timponix ir-rekwiżit li jinbiegħu l-assi finanzjarji, jew li dik l-attività tkun fid-diskrezzjoni tal-entità, mhuwiex rilevanti għal din il-valutazzjoni. Żieda fil-frekwenza jew fil-valur tal-bejgħ f’perjodu partikulari mhux bilfors tkun inkonsistenti ma’ objettiv li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali, jekk entità tkun tista’ tispjega r-raġunijiet wara dak il-bejgħ u turi għaliex dak il-bejgħ ma jirrifletti ebda bidla fil-mudell ta’ negozju tal-entità. Barra minn hekk, il-bejgħ jista’ jkun konsistenti mal-objettiv li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali jekk il-bejgħ isir qrib il-maturità tal-assi finanzjarji u r-rikavati mill-bejgħ japprossimizzaw il-ġbir tal-bqija tal-flussi ta’ flus kuntrattwali.

B4.1.4 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ meta l-objettiv ta’ mudell ta’ negozju ta’ entità jista’ jkun li jinbiegħu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali. Din il-lista ta’ eżempji mhijiex eżawrjenti. Barra minn hekk, l-eżempji mhumiex intiżi biex jiddiskutu l-fatturi kollha li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-mudell ta’ negozju tal-entità u lanqas ma jispeċifikaw l-importanza relattiva tal-fatturi.



Eżempju

Analiżi

Eżempju 1

Entità għandha investimenti li trid tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali tagħhom. Il-ħtiġijiet marbuta mal-finanzjament tal-entità huma prevedibbli u l-maturità tal-assi finanzjarji tagħha titqabbel mal-ħtiġijiet tal-finanzjament stmati tal-entità.

L-entità twettaq attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu bl-objettiv li tnaqqas it-telf ta’ kreditu. Fil-passat, il-bejgħ tipikament seħħ meta r-riskju ta’ kreditu tal-assi finanzjarji żdied b’tali mod li l-assi ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji kreditizji speċifikati fil-politika ta’ investiment iddokumentata tal-entità. Barra minn hekk, il-bejgħ infrekwenti seħħ b’riżultat tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament mhux antiċipati.

Ir-rapporti lill-membri kruċjali tal-maniġment jiffukaw fuq il-kwalità tal-kreditu tal-assi finanzjarji u fuq ir-redditu kuntrattwali. L-entità timmonitorja wkoll il-valuri ġusti tal-assi finanzjarji, fost informazzjoni oħra.

Għalkemm l-entità tqis, fost informazzjoni oħra, il-valuri ġusti tal-assi finanzjarji minn perspettiva ta’ likwidità (jiġifieri l-ammont ta’ flus li jiġi realizzat jekk l-entità jkollha bżonn tbigħ l-assi), l-objettiv tal-entità huwa li żżomm l-assi finanzjarji sabiex tkun tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali. Il-bejgħ ma jikkontradix dak l-objettiv jekk isir b’rispons għal żieda fir-riskju ta’ kreditu tal-assi, pereżempju jekk l-assi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji kreditizji speċifikati fil-politika ta’ investiment iddokumentata tal-entità. Il-bejgħ infrekwenti li jirriżulta minn ħtiġijiet ta’ finanzjament mhux antiċipati (pereżempju f’xenarju f’każ ta’ stress) lanqas ma jikkontradixxi dak l-objettiv, anki jekk tali bejgħ ikun sinifikanti fil-valur.

Eżempju 2

Mudell ta’ negozju ta’ entità huwa li jinxtraw portafolji ta’ assi finanzjarji, bħal self. Dawk il-portafolji jistgħu jinkludu jew ma jinkludux assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu.

Jekk il-pagament fuq is-self ma jsirx f’waqtu, l-entità tipprova tirrealizza l-flussi ta’ flus kuntrattwali permezz ta’ diversi mezzi — pereżempju, billi tikkuntattja lid-debitur bil-posta, bit-telefon jew b’metodi oħrajn. L-objettiv tal-entità huwa li tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali u l-entità ma timmaniġġa ebda self f’dan il-portafoll bl-objettiv li tirrealizza l-flussi ta’ flus permezz tal-bejgħ tagħhom.

F’xi każijiet, l-entità tidħol fi swaps ta’ rati tal-imgħax biex tbiddel ir-rata tal-imgħax fuq assi finanzjarji partikulari f’portafoll minn rata tal-imgħax flessibbli għal rata tal-imgħax fissa.

L-objettiv tal-mudell ta’ negozju tal-entità huwa li din iżżomm l-assi finanzjarji sabiex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali.

L-istess analiżi tapplika anki jekk l-entità ma tkunx qiegħda tistenna li tirċievi l-flussi ta’ flus kuntrattwali kollha (eż. uħud mill-assi finanzjarji jkollhom indeboliment fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali).

Barra minn hekk, il-fatt li l-entità tidħol f’derivattivi biex timmodifika l-flussi ta’ flus tal-portafoll minnu nnifsu ma jbiddilx il-mudell ta’ negozju tal-entità.

Eżempju 3

Entità għandha mudell ta’ negozju bl-objettiv li toriġina s-self lill-konsumaturi u sussegwentement tbigħ tali self lil entità tat-titolizzazzjoni. L-entità tat-titolizzazzjoni joħroġ strumenti lill-investituri.

L-entità tal-oriġini tikkontrolla l-entità tat-titolizzazzjoni u b’hekk tikkonsolidaha.

L-entità tat-titolizzazzjoni tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali mis-self u tgħaddihom lill-investituri tagħha.

Għall-finijiet ta’ dan l-eżempju, huwa preżunt li s-self ikompli jiġi rikonoxxut fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja minħabba li dan ma jibqax jiġi rikonoxxut mill-entità tat-titolizzazzjoni.

Il-grupp konsolidat oriġina s-self bl-objettiv li jżommu biex jiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali.

Madankollu, l-entità tal-oriġini għandha objettiv li tirrealizza l-flussi ta’ flus fuq il-portafoll tas-self billi tbigħ is-self lill-entità tat-titolizzazzjoni, għalhekk, għall-finijiet tar-rapporti finanzjarji separati tagħha, hija ma titqiesx bħala li qiegħda timmaniġġa dan il-portafoll sabiex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali.

Eżempju 4

Istituzzjoni finanzjarja żżomm l-assi finanzjarji sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ likwidità f’xenarju “f’każ ta’ stress” (eż. ħruġ ta’ depożiti mill-bank). L-entità ma tantiċipax li tbigħ dawn l-assi għajr f’xenarji bħal dawn.

L-entità timmonitorja l-kwalità tal-kreditu tal-assi finanzjarji u l-objettiv tagħha fil-ġestjoni tal-assi finanzjarji huwa li tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali. L-entità tevalwa l-prestazzjoni tal-assi abbażi tad-dħul mill-imgħax miksub u tat-telf ta’ kreditu realizzat.

Madankollu, l-entità timmonitorja wkoll il-valur ġust tal-assi finanzjarji minn perspettiva ta’ likwidità sabiex tiżgura li l-ammont ta’ flus li jiġi realizzat jekk l-entità jkollha bżonn tbigħ l-assi f’xenarju f’każ ta’ stress ikun biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet ta’ likwidità tal-entità. Perjodikament, l-entità tagħmel bejgħ li huwa insinifikanti fil-valur sabiex turi l-likwidità.

L-objettiv tal-mudell ta’ negozju tal-entità huwa li din iżżomm l-assi finanzjarji sabiex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali.

L-analiżi ma tinbidilx, anki jekk matul xenarju f’każ ta’ stress preċedenti, l-entità kellha bejgħ li kien sinifikanti fil-valur sabiex hija tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha. Bl-istess mod, attività tal-bejgħ rikorrenti insinifikanti fil-valur mhijiex inkonsistenti maż-żamma tal-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali.

B’kuntrast ma’ dan, jekk entità żżomm l-assi finanzjarji biex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha ta’ kuljum u l-issodisfar ta’ dak l-objettiv jinvolvi bejgħ frekwenti li jkun sinifikanti fil-valur, l-objettiv tal-mudell ta’ negozju tal-entità ma jkunx li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali.

Bl-istess mod, jekk l-entità tintalab mir-regolatur tagħha sabiex tbigħ b’rutina l-assi finanzjarji biex turi li l-assi huma likwidi, u l-valur tal-assi mibjugħa jkun sinifikanti, l-għan tal-mudell ta’ negozju tal-entità ma jkunx li jinżammu l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali. Mhuwiex rilevanti għall-analiżi jekk parti terza timponix ir-rekwiżit li jinbiegħu l-assi finanzjarji, jew jekk l-attività taqax taħt id-diskrezzjoni tal-entità.

Mudell ta “ negozju li l-objettiv tiegħu jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta ” flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji

B4.1.4A Entità tista’ żżomm l-assi finanzjarji f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. F’dan it-tip ta’ mudell ta’ negozju, il-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità jkunu ħadu deċiżjoni li kemm il-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji jkunu integrali sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju. Hemm diversi objettivi li jistgħu jkunu konsistenti ma’ dan it-tip ta’ mudell ta’ negozju. Pereżempju, l-objettiv tal-mudell ta’ negozju jista’ jkun li jġestixxi l-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ kuljum, li jżomm profil partikulari ta’ rendiment mill-imgħaxijiet jew li jqabbel id-durata tal-assi finanzjarji mad-durata tal-obbligazzjonijiet li dawk l-assi qegħdin jiffinanzjaw. Bil-għan li tilħaq dan l-objettiv, l-entità se tiġbor kemm il-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll tbigħ l-assi finanzjarji.

B4.1.4B Imqabbel ma’ mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jkun li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali, dan il-mudell ta’ negozju tipikament jinvolvi frekwenza u valur akbar ta’ bejgħ. Dan minħabba li l-bejgħ tal-assi finanzjarji huwa integrali sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju minflok ikun biss inċidentali għalih. Madankollu, ma hemm ebda limitu massimu għall-frekwenza jew għall-valur tal-bejgħ li għandu jkun hemm f’dan il-mudell ta’ negozju, minħabba li kemm il-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-objettiv tiegħu.

B4.1.4C Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ meta l-objettiv tal-mudell ta’ negozju tal-entità jista’ jinkiseb kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. Din il-lista ta’ eżempji mhijiex eżawrjenti. Barra minn hekk, l-eżempji mhumiex intiżi biex jiddeskrivu l-fatturi kollha li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-mudell ta’ negozju tal-entità u lanqas biex jispeċifikaw l-importanza relattiva tal-fatturi.



Eżempju

Analiżi

Eżempju 5

Entità tantiċipa nefqa kapitali fi ftit snin. L-entità tinvesti l-flus żejda tagħha f’assi finanzjarji għal perjodu ta’ żmien qasir jew twil sabiex b’hekk tkun tista’ tiffinanzja n-nefqa meta jkun hemm il-ħtieġa. Ħafna mill-assi finanzjarji għandhom ħajjiet kuntrattwali li jeċċedu l-perjodu ta’ investiment antiċipat tal-entità.

L-entità se żżomm l-assi finanzjarji sabiex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali u, meta tinqala’ opportunità, din tbigħ l-assi finanzjarji sabiex terġa’ tinvesti l-flus f’assi finanzjarji b’redditu ogħla.

Il-maniġers responsabbli għall-portafoll jiġu rrimunerati abbażi tar-redditu globali ġġenerat mill-portafoll.

L-objettiv tal-mudell ta’ negozju jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. L-entità tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fuq bażi kontinwa dwar jekk il-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali jew il-bejgħ tal-assi finanzjarji huwiex se jimmassimizza r-redditu fuq il-portafoll sakemm tinħass il-ħtieġa għall-flus investiti.

B’kuntrast ma’ dan, ikkunsidra entità li tantiċipa fluss ta’ ħruġ ta’ flus fi żmien ħames snin sabiex tiffinanzja n-nefqa kapitali u tinvesti l-flus żejda f’assi finanzjarji għal perjodu ta’ żmien qasir. Meta l-investimenti jimmaturaw, l-entità terġa’ tinvesti l-flus f’assi finanzjarji ġodda għal perjodu ta’ żmien qasir. L-entità tibqa’ tħaddan din l-istrateġija sakemm il-fondi jkunu meħtieġa, f’liema żmien l-entità tuża r-rikavati mill-assi finanzjarji li jimmaturaw biex tiffinanzja n-nefqa kapitali. Huwa biss il-bejgħ li huwa insinifikanti fil-valur li jseħħ qabel il-maturità (sakemm ma jkunx hemm żieda fir-riskju ta’ kreditu). L-objettiv ta’ dan il-mudell ta’ negozju kontrastanti huwa li jżomm l-assi finanzjarji sabiex jiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali.

Eżempju 6

Istituzzjoni finanzjarja żżomm l-assi finanzjarji biex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha ta’ kuljum. L-entità tfittex li tnaqqas il-kostijiet tal-ġestjoni ta’ dawk il-bżonnijiet ta’ likwidità u, għaldaqstant, timmaniġġa b’mod attiv ir-redditu fuq il-portafoll. Dak ir-redditu jikkonsisti fil-ġbir tal-pagamenti kuntrattwali kif ukoll fil-qligħ u t-telf mill-bejgħ tal-assi finanzjarji.

B’riżultat ta’ dan, l-entità żżomm l-assi finanzjarji biex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali u tbigħ l-assi finanzjarji biex terġa’ tinvesti f’assi finanzjarji ta’ rendiment ogħla jew biex tqabbel aħjar id-durata tal-obbligazzjonijiet tagħha. Fil-passat, din l-istrateġija rriżultat f’attività ta’ bejgħ frekwenti u tali bejgħ kien sinifikanti fil-valur. Din l-attività mistennija tkompli fil-futur.

L-objettiv tal-mudell ta’ negozju huwa li jimmassimizza r-redditu fuq il-portafoll sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ kuljum u l-entità tilħaq dak l-objettiv kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji. Fi kliem ieħor, kemm il-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju.

Eżempju 7

Assiguratur iżomm l-assi finanzjarji sabiex jiffinanzja l-obbligazzjonijiet ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. L-assiguratur juża r-rikavati mill-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq l-assi finanzjarji biex isalda l-obbligazzjonijiet ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni hekk kif dawn isiru dovuti. Bil-għan li jiżgura li l-flussi ta’ flus kuntrattwali mill-assi finanzjarji jkunu biżżejjed sabiex jiġu saldati dawk l-obbligazzjonijiet, l-assiguratur iwettaq attività ta’ bejgħ u xiri sinifikanti fuq bażi regolari sabiex jerġa’ jibbilanċja l-portafoll tal-assi tiegħu u jissodisfa l-bżonnijiet tal-fluss ta’ flus hekk kif jinqalgħu.

L-objettiv tal-mudell ta’ negozju huwa li jiffinanzja l-obbligazzjonijiet ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. Sabiex tilħaq dan l-objettiv, l-entità tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali hekk kif dawn isiru dovuti u tbigħ l-assi finanzjarji biex iżżomm il-profil mixtieq tal-portafoll tal-assi. B’hekk, kemm il-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll il-bejgħ tal-assi finanzjarji huma integrali sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju.

Mudelli ta’ negozju oħrajn

B4.1.5 L-assi finanzjarji jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk dawn ma jinżammux f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jkun li jżomm l-assi sabiex jiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali jew f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji (iżda ara wkoll il-paragrafu 5.7.5). Mudell ta’ negozju li jirriżulta f’kejl fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf huwa wieħed fejn l-entità timmaniġġa l-assi finanzjarji bl-objettiv li tirrealizza l-flussi ta’ flus permezz tal-bejgħ tal-assi. L-entità tieħu d-deċiżjonijiet tagħha abbażi tal-valuri ġusti tal-assi u timmaniġġa l-assi biex tirrealizza dawk il-valuri ġusti. F’dan il-każ, l-objettiv tal-entità tipikament jirriżulta f’xiri u bejgħ attiv. Anki jekk l-entità tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali filwaqt li żżomm l-assi finanzjarji, l-objettiv ta’ mudell ta’ negozju bħal dan ma jintlaħaqx permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali u l-bejgħ tal-assi finanzjarji. Dan minħabba li l-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali mhuwiex integrali sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju; minflok, huwa inċidentali għalih.

B4.1.6 Portafoll tal-assi finanzjarji li jiġi ġestit u li l-prestazzjoni tiegħu tiġi evalwata fuq bażi ta’ valur ġust (kif deskritt fil-paragrafu 4.2.2(b)) la jinżamm sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali u lanqas jinżamm sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali u jinbiegħu l-assi finanzjarji. L-entità hija primarjament iffukata fuq informazzjoni fil-valur ġust u tuża dik l-informazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-assi u tieħu deċiżjonijiet. Barra minn hekk, portafoll ta’ assi finanzjarji li jissodisfa d-definizzjoni ta’ miżmum għan-negozju ma jinżammx sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali jew ma jinżammx sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali u biex jinbiegħu l-assi finanzjarji. Għal portafolji bħal dawn, il-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali huwa inċidentali biss sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-mudell ta’ negozju. Konsegwentement, tali portafolji ta’ assi finanzjarji jridu jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Flussi ta’ flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti

B4.1.7 Il-paragrafu 4.1.1(b) jitlob entità sabiex tikklassifika ammont finanzjarju fuq il-bażi tal-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tagħha jekk l-assi finanzjarju jinżamm f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu huwa li jżomm l-assi sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali jew f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jintlaħaq kemm permezz tal-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll permezz tal-bejgħ tal-assi finanzjarji, sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5. Sabiex ikun jista’ jsir dan, il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b) titlob li entità tiddetermina jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-assi humiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

B4.1.7A Il-flussi ta’ flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti huma konsistenti mal-arranġament ta’ għoti b’self bażiku. F’arranġament ta’ għoti b’self bażiku, il-korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus (ara l-paragrafi B4.1.9–B4.1.9E) u r-riskju ta’ kreditu huma tipikament l-aktar elementi sinifikanti ta’ interess. Madankollu, f’arranġament bħal dan, l-interess jista’ jinkludi wkoll korrispettiv għal riskji oħrajn ta’ għoti b’self bażiku (pereżempju, riskju ta’ likwidità) u kostijiet (pereżempju, kostijiet amministrattivi) assoċjati maż-żamma tal-assi finanzjarju għal perjodu ta’ żmien partikulari. Barra minn hekk, l-interess jista’ jinkludi marġni ta’ profitt li jkun konsistenti ma’ arranġament ta’ għoti b’self bażiku. F’ċirkustanzi ekonomiċi estremi, l-interess jista’ jkun negattiv jekk, pereżempju, id-detentur ta’ assi finanzjarju jħallas espliċitament jew impliċitament għad-depożitu tal-flus tiegħu għal perjodu ta’ żmien partikulari (u dak il-ħlas jeċċedi l-korrispettiv li d-detentur jirċievi għall-valur taż-żmien tal-flus, għar-riskju ta’ kreditu u għal ►C2  riskji u kostijiet oħrajn marbuta mal-għoti b’self bażiku ◄ ). Madankollu, it-termini kuntrattwali li jintroduċu l-iskopertura għar-riskji jew il-volatilità fil-flussi ta’ flus kuntrattwali li mhijiex relatata ma’ arranġament ta’ għoti b’self bażiku, bħal skopertura għal bidliet fil-prezzijiet tal-ekwità jew fil-prezzijiet ta’ komodità, ma jagħtux lok għal flussi ta’ flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Assi finanzjarju oriġinat jew mixtri jista’ jkun arranġament ta’ għoti b’self bażiku, irrispettivament minn jekk dan huwiex self fil-forma ġuridika tiegħu.

B4.1.7B F’konformità mal-paragrafu 4.1.3(a), kapital huwa l-valur ġust tal-assi finanzjarju mar-rikonoxximent inizjali. Madankollu, dak l-ammont ta’ kapital jista’ jinbidel tul il-ħajja tal-assi finanzjarju (pereżempju, jekk ikun hemm ripagamenti ta’ kapital).

B4.1.8 Entità għandha tivvaluta jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali humiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti għall-munita li fiha jkun denominat l-assi finanzjarju.

B4.1.9 L-ingranaġġ huwa fluss ta’ flus kuntrattwali karatteristiku ta’ xi assi finanzjarji. L-ingranaġġ iżid il-varjabbiltà tal-flussi ta’ flus kuntrattwali bir-riżultat li dawn ma jkollhomx il-karatteristiki ekonomiċi ta’ mgħax. Opzjoni awtonoma, forward u kuntratti swap huma eżempji ta’ assi finanzjarji li jinkludu tali ingranaġġ. B’hekk, kuntratti bħal dawn ma jissodisfawx il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b) u ma jistgħux sussegwentement jitkejlu fil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv.

Korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus

B4.1.9A Il-valur taż-żmien tal-flus huwa l-element tal-imgħax li jipprovdi korrispettiv għall-mogħdija taż-żmien biss. Dan ifisser li l-element tal-valur taż-żmien tal-flus ma jipprovdi ebda korrispettiv għal riskji jew kostijiet oħrajn assoċjati maż-żamma tal-assi finanzjarju. Sabiex tivvaluta jekk l-element jipprovdix korrispettiv għall-mogħdija taż-żmien biss, entità tapplika l-ġudizzju u tqis fatturi rilevanti bħall-munita li fiha jiġi denominat l-assi finanzjarju u l-perjodu li għalih tiġi stabbilita r-rata tal-imgħax.

B4.1.9B Madankollu, f’xi każijiet, l-element tal-valur taż-żmien tal-flus jista’ jiġi modifikat (jiġifieri imperfett). Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk ir-rata tal-imgħax ta’ assi finanzjarju tiġi risettjata perjodikament, iżda l-frekwenza ta’ dak ir-risettjar ma tkunx taqbel mal-maturità tar-rata tal-imgħax (pereżempju, ir-rata tal-imgħax tirrisettja kull xahar għal rata ta’ sena) jew jekk ir-rata tal-imgħax ta’ assi finanzjarju tiġi risettjata perjodikament għal medja tar-rati tal-imgħax partikulari fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil. F’każijiet bħal dawn, entità trid tivvaluta l-modifika sabiex tiddetermina jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali jirrappreżentawx biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. F’xi ċirkustanzi, l-entità tkun tista’ tiddetermina dan billi twettaq valutazzjoni kwalitattiva tal-element tal-valur taż-żmien tal-flus, filwaqt li, f’ċirkustanzi oħrajn, jista’ jkun meħtieġ li hija twettaq valutazzjoni kwantitattiva.

B4.1.9C Meta tiġi biex tivvaluta element modifikat tal-valur taż-żmien tal-flus, l-objettiv huwa li tiddetermina kemm jistgħu jkunu differenti l-flussi ta’ flus kuntrattwali (mhux skontati) mill-flussi ta’ flus (mhux skontati) li jirriżultaw jekk l-element tal-valur taż-żmien tal-flus ma jkunx ġie modifikat (il-flussi ta’ flus referenzjarji). Pereżempju, jekk l-assi finanzjarju taħt valutazzjoni jkun fih rata tal-imgħax varjabbli li tiġi risettjata kull xahar għal rata tal-imgħax ta’ sena, l-entità tqabbel dak l-assi finanzjarju ma’ strument finanzjarju b’termini kuntrattwali identiċi u r-riskju ta’ kreditu identiku, għajr ir-rata tal-imgħax varjabbli li tiġi risettjata kull xahar għal rata tal-imgħax ta’ xahar. Jekk l-element modifikat tal-valur taż-żmien tal-flus jista’ jirriżulta fi flussi ta’ flus kuntrattwali (mhux skontati) li jkunu differenti b’mod sinifikanti mill-flussi ta’ flus referenzjarji (mhux skontati), l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b). Sabiex tkun tista’ tiddetermina dan, l-entità trid tqis l-effett tal-element modifikat tal-valur taż-żmien tal-flus f’kull perjodu ta’ rapportar u b’mod kumulattiv tul il-ħajja tal-istrument finanzjarju. Ir-raġuni għaliex ir-rata tal-imgħax tiġi stabbilita b’dan il-mod mhijiex rilevanti għall-analiżi. Jekk ikun jidher b’mod ċar, bi ftit jew mingħajr ebda analiżi, jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali (mhux skontati) fuq l-assi finanzjarju taħt il-valutazzjoni jistgħux (jew ma jistgħux) ikunu differenti b’mod sinifikanti mill-flussi ta’ flus referenzjarji (mhux skontati), entità ma jkollhiex bżonn twettaq valutazzjoni dettaljata.

B4.1.9D Meta tivvaluta element modifikat tal-valur taż-żmien tal-flus, entità trid tqis fatturi li jistgħu jaffettwaw il-flussi ta’ flus kuntrattwali fil-futur. Pereżempju, jekk entità qiegħda tivvaluta bond b’terminu ta’ ħames snin u r-rata tal-imgħax varjabbli tiġi risettjata kull sitt xhur għal rata ta’ ħames snin, l-entità ma tistax tikkonkludi li l-flussi ta’ flus kuntrattwali huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti sempliċiment minħabba li l-kurva tar-rata tal-imgħax fiż-żmien meta ssir il-valutazzjoni tkun tali li d-differenza bejn rata tal-imgħax ta’ ħames snin u rata tal-imgħax ta’ sitt xhur ma tkunx waħda sinifikanti. Minflok, l-entità trid tqis ukoll jekk ir-relazzjoni bejn ir-rata tal-imgħax ta’ ħames snin u r-rata tal-imgħax ta’ sitt xhur tistax tinbidel tul il-ħajja tal-istrument b’tali mod li l-flussi ta’ flus kuntrattwali (mhux skontati) tul il-ħajja tal-istrument jistgħu jkunu differenti ħafna mill-flussi ta’ flus referenzjarji (mhux skontati). Madankollu, entità trid tqis biss ix-xenarji li jkunu raġonevolment possibbli minflok kull xenarju possibbli. Jekk entità tikkonkludi li l-flussi ta’ flus kuntrattwali (mhux skontati) jistgħu jkunu differenti b’mod sinifikanti mill-flussi tal-flus referenzjarji (mhux skontati), l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b) u, għaldaqstant, ma jkunx jista’ jitkejjel fil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv.

B4.1.9E F’xi ġuriżdizzjonijiet, ikun il-gvern jew xi awtorità regolatorja li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax. Pereżempju, din ir-regolamentazzjoni tar-rati tal-imgħax mill-gvern tista’ tkun parti minn politika makroekonomika wiesgħa jew tista’ tiġi introdotta sabiex tħeġġeġ lill-entitajiet jinvestu f’settur partikulari tal-ekonomija. F’xi wħud minn dawn il-każijiet, l-objettiv tal-element tal-valur taż-żmien tal-flus ma jkunx li jipprovdi korrispettiv għall-mogħdija taż-żmien biss. Madankollu, minkejja l-paragrafi B4.1.9–B4.1.9D, rata tal-imgħax irregolata għandha titqies bħala indikatur għall-element tal-valur taż-żmien tal-flus għall-fini tal-applikazzjoni tal-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b), jekk dik ir-rata tal-imgħax irregolata tipprovdi korrispettiv li jkun konsistenti b’mod wiesa’ mal-mogħdija taż-żmien u ma tipprovdi ebda skopertura għar-riskji jew volatilità fil-flussi ta’ flus kuntrattwali li huma inkonsistenti ma’ arranġament ta’ għoti b’self bażiku.

Termini kuntrattwali li jbiddlu t-twaqqit jew l-ammont tal-flussi ta’ flus kuntrattwali

B4.1.10 Jekk assi finanzjarju jkun fih terminu kuntrattwali li jista’ jbiddel it-twaqqit jew l-ammont tal-flussi ta’ flus kuntrattwali (pereżempju, jekk ikun jista’ jsir prepagament tal-assi qabel tkun tista’ ssir estensjoni tal-maturità jew tat-terminu tiegħu), l-entità trid tiddetermina jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali li jistgħu jirriżultaw tul il-ħajja tal-istrument minħabba dak it-terminu kuntrattwali humiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Sabiex tiddetermina dan, l-entità trid tivvaluta l-flussi ta’ flus kuntrattwali li jistgħu jirriżultaw kemm qabel kif ukoll wara l-bidla fil-flussi ta’ flus kuntrattwali. L-entità jista’ jkollha bżonn tivvaluta wkoll in-natura ta’ kwalunkwe event kontinġenti (jiġifieri l-iskattatur) li jbiddel it-twaqqit jew l-ammont tal-flussi ta’ flus kuntrattwali. Filwaqt li n-natura tal-event kontinġenti minnha nnifisha mhijiex fattur determinanti fil-valutazzjoni ta’ jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali humiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax, din tista’ tkun indikatur. Pereżempju, qabbel strument finanzjarju ma’ rata tal-imgħax li hija risettjata għal rata ogħla jekk id-debitur jonqos milli jagħmel għadd partikulari ta’ pagamenti għal strument finanzjarju b’rata tal-imgħax li hija risettjata għal rata ogħla jekk indiċi tal-ekwità speċifikat jilħaq livell partikulari. Fil-każ tal-ewwel, huwa aktar probabbli li l-flussi ta’ flus kuntrattwali tul il-ħajja tal-istrument ikunu biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti, minħabba r-relazzjoni bejn il-pagamenti li ma sarux u żieda fir-riskju ta’ kreditu. (Ara wkoll il-paragrafu B4.1.18.)

B4.1.11 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ termini kuntrattwali li jirriżultaw fi flussi ta’ flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti:

(a) 

rata tal-imgħax varjabbli li tikkonsisti f’korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus, ir-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-ammont ta’ kapital pendenti tul perjodu ta’ żmien partikulari (il-korrispettiv għar-riskju ta’ kreditu jista’ jiġi determinat mar-rikonoxximent inizjali biss, u hekk jista’ jiġi ffissat) u ►C2  riskji u kostijiet oħrajn marbuta mal-għoti b’self bażiku ◄ , kif ukoll marġni ta’ profitt;

(b) 

terminu kuntrattwali li jippermetti lill-emittent (jiġifieri d-debitur) jagħmel prepagament għal strument ta’ dejn jew li jippermetti lid-detentur (jiġifieri l-kreditur) jagħti strument ta’ dejn lura lill-emittent qabel il-maturità u l-ammont ta’ prepagament jirrappreżenta sostanzjalment l-ammonti ta’ kapital u mgħax mhux imħallsin fuq l-ammont ta’ kapital pendenti, li jistgħu jinkludu kumpens raġonevoli għat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt; u

(c) 

terminu kuntrattwali li jippermetti li l-emittent jew id-detentur jestendi t-terminu kuntrattwali ta’ strument ta’ dejn (jiġifieri opzjoni ta’ estensjoni) u t-termini tal-opzjoni ta’ estensjoni jirriżultaw fi flussi ta’ flus kuntrattwali matul il-perjodu ta’ estensjoni li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti, li jistgħu jinkludu kumpens addizzjonali raġonevoli għall-estensjoni tal-kuntratt.

B4.1.12 Minkejja l-paragrafu B4.1.10, assi finanzjarju li inkella jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b) iżda ma jagħmilx dan biss b’riżultat ta’ terminu kuntrattwali li jippermetti (jew jitlob) lill-emittent iħallas bil-quddiem strument ta’ dejn jew jippermetti (jew jitlob) lid-detentur jagħti strument ta’ dejn lura lill-emittent qabel ma l-maturità tkun eliġibbli sabiex titkejjel fil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv (soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew tal-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2A(a)) jekk:

(a) 

l-entità tikseb jew toriġina l-assi finanzjarju bi primjum jew skont għall-ammont f’parità kuntrattwali;

(b) 

l-ammont ta’ prepagament jirrappreżenta sostanzjalment l-ammont f’parità kuntrattwali u l-imgħax kuntrattwali akkumulat (iżda mhux imħallas), li jista’ jinkludi kumpens raġonevoli għat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt; u

(c) 

meta l-entità tirrikonoxxi inizjalment l-assi finanzjarju, il-valur ġust tal-karatteristika tal-prepagament ikun insinifikanti.

B4.1.12A Għall-fini li jiġu applikati l-paragrafi B4.1.11(b) u B4.1.12(b), irrispettivament mill-event jew iċ-ċirkustanza li tikkawża t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, parti tista’ tħallas jew tirċievi kumpens raġonevoli għal dik it-terminazzjoni bikrija. Pereżempju, parti tista’ tħallas jew tirċievi kumpens raġonevoli meta tagħżel li ttemm il-kuntratt qabel (jew inkella tikkawża terminazzjoni bikrija).

B4.1.13 L-eżempji li ġejjin juru l-flussi ta’ flus kuntrattwali li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Din il-lista ta’ eżempji mhijiex eżawrjenti.



Strument

Analiżi

Strument A

L-Istrument A huwa bond b’data ta’ maturità ddikjarata. Il-pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti huma marbuta ma’ indiċi tal-inflazzjoni tal-munita li fiha jinħareġ l-istrument. Il-konnessjoni tal-inflazzjoni mhijiex soġġetta għal ingranaġġ u l-kapital huwa protett.

Il-flussi ta’ flus kuntrattwali huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Il-konnessjoni bejn il-pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti u indiċi ta’ inflazzjoni mhux soġġett għal ingranaġġ tirrisettja l-valur taż-żmien tal-flus għal livell kurrenti. Fi kliem ieħor, ir-rata tal-imgħax fuq l-istrument tirrifletti l-imgħax “reali”. B’hekk, l-ammonti tal-imgħax huma korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Madankollu, jekk il-pagamenti tal-imgħax jiġu indiċizzati għal varjabbli ieħor, bħar-rendiment tad-debitur (eż. l-introjtu nett tad-debitur) jew indiċi ta’ ekwità, il-flussi ta’ flus kuntrattwali ma jkunux pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti (sakemm l-indiċizzar għar-rendiment tad-debitur ma jirriżultax f’aġġustament li jikkumpensa biss lid-detentur għall-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument, b’tali mod li l-flussi ta’ flus kuntrattwali jkunu biss pagamenti ta’ kapital u mgħax). Dan minħabba li l-flussi ta’ flus kuntrattwali jirriflettu redditu li huwa inkonsistenti ma’ arranġament ta’ għoti b’self bażiku (ara l-paragrafu B4.1.7A).

Strument B

L-Istrument B huwa strument ta’ rata tal-imgħax varjabbli b’data ta’ maturità ddikjarata li tippermetti lill-mutwatarju jagħżel ir-rata tal-imgħax tas-suq fuq bażi kontinwa. Pereżempju, f’kull data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax, il-mutwatarju jista’ jagħżel li jħallas tliet xhur LIBOR għal terminu ta’ tliet xhur jew xahar LIBOR għal terminu ta’ xahar.

Il-flussi ta’ flus kuntrattwali huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti sakemm l-imgħax imħallas tul il-ħajja tal-istrument ikun jirrifletti l-korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus, għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-istrument u għal riskji u kostijiet ta’ għoti b’self bażiċi oħrajn, kif ukoll marġni ta’ profitt (ara l-paragrafu B4.1.7A). Il-fatt li r-rata tal-imgħax LIBOR tiġi risettjata tul il-ħajja tal-istrument minnu nnifsu ma jiskwalifikax l-istrument.

Madankollu, jekk il-mutwatarju jkun jista’ jagħżel li jħallas rata tal-imgħax ta’ xahar li tiġi risettjata kull tliet xhur, ir-rata tal-imgħax tiġi risettjata bi frekwenza li ma taqbilx mal-maturità tar-rata tal-imgħax. Konsegwentement, l-element tal-valur taż-żmien jiġi modifikat. Bl-istess mod, jekk strument ikollu rata tal-imgħax kuntrattwali li tkun ibbażata fuq terminu li jista’ jeċċedi l-bqija tal-ħajja tal-istrument (pereżempju, jekk strument b’maturità ta’ ħames snin iħallas rata varjabbli li tiġi risettjata perjodikament, iżda li dejjem tirrifletti maturità ta’ ħames snin), l-element tal-valur taż-żmien tal-flus jiġi modifikat. Dan minħabba li l-imgħax pagabbli f’kull perjodu jiġi skonnettjat mill-perjodu tal-imgħax.

F’każijiet bħal dawn, l-entità trid tivvaluta b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv il-flussi ta’ flus kuntrattwali ma’ dawk fuq strument li jkun identiku fl-aspetti kollha, għajr fil-maturità tar-rata tal-imgħax li taqbel mal-perjodu tal-imgħax, sabiex tiddetermina jekk il-flussi ta’ flus humiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. (Iżda ara l-paragrafu B4.1.9E għal gwida dwar ir-rati tal-imgħax irregolati.)

Pereżempju, fil-valutazzjoni ta’ bond b’terminu ta’ ħames snin li jħallas rata varjabbli li tiġi risettjata kull sitt xhur iżda li dejjem tirrifletti maturità ta’ ħames snin, entità tqis il-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq strument li jirrisettja kull sitt xhur għal rata tal-imgħax ta’ sitt xhur, iżda li altrimenti huwa identiku.

L-istess analiżi tapplika jekk il-mutwatarju jkun jista’ jagħżel bejn id-diversi rati tal-imgħax ippubblikati tal-mutwanti (eż. il-mutwatarju jista’ jagħżel bejn ir-rata tal-imgħax varjabbli ta’ xahar ippubblikata tal-mutwanti u r-rata tal-imgħax varjabbli ta’ tliet xhur ippubblikata tal-mutwanti).

Strument C

L-Istrument C huwa bond b’data ta’ maturità ddikjarata u jħallas rata tal-imgħax tas-suq varjabbli. Dik ir-rata tal-imgħax varjabbli hija limitata.

Il-flussi ta’ flus kuntrattwali:

(a)  ta’ strument li għandu rata tal-imgħax fissa, u

(b)  ta’ strument li għandu rata tal-imgħax varjabbli

huma pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti, sakemm l-imgħax ikun jirrifletti l-korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus, għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-istrument matul it-terminu tal-istrument u għal riskji u kostijiet ta’ għoti b’self bażiċi oħrajn, kif ukoll marġni ta’ profitt. (Ara l-paragrafu B4.1.7A.)

Konsegwentement, strument li huwa kombinazzjoni ta’ (a) u (b) (eż. bond b’limitu massimu tar-rata tal-imgħax) jista’ jkollu flussi ta’ flus li jkunu biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Terminu kuntrattwali bħal dan jista’ jnaqqas il-varjabbiltà tal-flussi ta’ flus billi jissettja limitu fuq rata tal-imgħax varjabbli (eż. limitu massimu jew minimu fuq ir-rata tal-imgħax) jew iżid il-varjabbiltà tal-flussi ta’ flus minħabba li rata fissa ssir varjabbli.

Strument D

L-Istrument D huwa self b’garanzija sħiħa u huwa garantit minn kollateral.

Il-fatt li self b’garanzija sħiħa huwa kollateralizzat minnu nnifsu ma jaffettwax l-analiżi ta’ jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali humiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Strument E

L-Istrument E jinħareġ minn bank irregolat u għandu data ta’ maturità ddikjarata. L-istrument iħallas rata tal-imgħax fissa u l-flussi ta’ flus kuntrattwali kollha mhumiex diskrezzjonarji.

Madankollu, l-emittent huwa soġġett għal leġiżlazzjoni li tippermetti jew titlob lil awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali sabiex timponi t-telf fuq id-detenturi ta’ strumenti partikulari, inkluż l-Istrument E, f’ċirkustanzi partikulari. Pereżempju, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandha s-setgħa li tniżżel il-valur tal-ammont f’parità tal-Istrument E jew li tikkonvertih f’għadd fiss tal-ishma ordinarji tal-emittent, jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali tiddetermina li l-emittent qed ikollu diffikultajiet finanzjarji severi, jeħtieġ kapital regolatorju addizzjonali jew qiegħed “ifalli”.

Id-detentur janalizza t-termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju sabiex jiddetermina jekk dawn jagħtux lok għal flussi ta’ flus li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti u, b’hekk, huma konsistenti ma’ arranġament ta’ self bażiku.

Dik l-analiżi ma tqisx il-pagamenti li jirriżultaw biss b’riżultat tas-setgħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali li timponi t-telf fuq id-detenturi tal-Istrument E. Dan minħabba li s-setgħa, u l-pagamenti li jirriżultaw, mhumiex termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju.

B’kuntrast ma’ dan, il-flussi ta’ flus kuntrattwali ma jkunux biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti jekk it-termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju jippermettu jew jitolbu lill-emittent jew lil entità oħra jimponu t-telf fuq id-detentur (eż. permezz ta’ tniżżil fil-valur tal-ammont f’parità jew permezz tal-konverżjoni tal-istrument f’għadd fiss tal-ishma ordinarji tal-emittent) sakemm dawk it-termini kuntrattwali jkunu ġenwini, anki jekk il-probabbiltà li tali telf jiġi impost tkun waħda remota.

B4.1.14 L-eżempji li ġejjin juru l-flussi ta’ flus kuntrattwali li mhumiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Din il-lista ta’ eżempji mhijiex eżawrjenti.



Strument

Analiżi

Strument F

L-Istrument F huwa bond li huwa konvertibbli f’għadd fiss ta’ strumenti ta’ ekwità tal-emittent.

Id-detentur janalizza l-bond konvertibbli kollu kemm hu.

Il-flussi ta’ flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti, minħabba li jirriflettu redditu li huwa inkonsistenti ma’ arranġament ta’ għoti b’self bażiku (ara l-paragrafu B4.1.7A); jiġifieri, ir-redditu huwa marbut mal-valur tal-ekwità tal-emittent.

Strument G

L-Istrument G huwa self li jħallas rata tal-imgħax varjabbli inversa (jiġifieri r-rata tal-imgħax għandha relazzjoni inversa mar-rati tal-imgħax fis-suq).

Il-flussi ta’ flus kuntrattwali mhumiex biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

L-ammonti tal-imgħax mhumiex korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Strument H

L-Istrument H huwa strument perpetwu, iżda l-emittent jista’ jifdi l-istrument fi kwalunkwe punt u jħallas lid-detentur l-ammont f’parità flimkien mal-imgħax akkumulat dovut.

L-Istrument H iħallas rata tal-imgħax fis-suq, iżda l-pagament tal-imgħax ma jistax isir sakemm l-emittent ma jkunx jista’ jibqa’ solventi immedjatament wara.

L-imgħax differit ma jakkumulax mgħax addizzjonali.

Il-flussi ta’ flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Dan minħabba li l-emittent jista’ jintalab jiddiferixxi l-pagamenti tal-imgħax u ma jakkumulax mgħax addizzjonali fuq dawk l-ammonti ta’ mgħax differit. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti tal-imgħax mhumiex korrispettiv għall-valur taż-żmien tal-flus fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Jekk jakkumula l-imgħax fuq l-ammonti differiti, il-flussi ta’ flus kuntrattwali jistgħu jkunu pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

Il-fatt li l-Istrument H huwa perpetwu minnu nnifsu ma jfissirx li l-flussi ta’ flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Fil-fatt, strument perpetwu għandu opzjonijiet (multipli) ta’ estensjoni kontinwa. Dawn l-opzjonijiet jistgħu jirriżultaw fi flussi ta’ flus kuntrattwali li huma pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti jekk il-pagamenti tal-imgħax ikunu obbligatorji u għandhom jitħallsu b’mod perpetwu.

Barra minn hekk, il-fatt li l-Istrument H jista’ jinxtara ma jfissirx li l-flussi ta’ flus kuntrattwali mhumiex pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti, sakemm dan ma jkunx jista’ jinfeda f’ammont li ma jirriflettix b’mod sostanzjali l-pagament ta’ kapital u mgħax pendenti fuq dak l-ammont ta’ kapital pendenti. Anki jekk l-ammont li jista’ jinfeda jinkludi ammont li jikkumpensa b’mod raġonevoli lid-detentur għat-terminazzjoni bikrija tal-istrument, il-flussi ta’ flus kuntrattwali jistgħu jkunu pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. (Ara wkoll il-paragrafu B4.1.12.)

B4.1.15 F’xi każijiet, assi finanzjarju jista’ jkollu l-flussi ta’ flus kuntrattwali li huma deskritti bħala kapital u mgħax, iżda dawk il-flussi ta’ flus ma jirrappreżentawx il-pagament ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti kif deskritt fil-paragrafi 4.1.2(b), 4.1.2A(b) u 4.1.3 ta’ dan l-Istandard.

B4.1.16 Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi finanzjarju jirrappreżenta investiment f’assi jew flussi ta’ flus partikulari u, b’hekk, il-flussi ta’ flus kuntrattwali ma jkunux biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Pereżempju, jekk it-termini kuntrattwali jistipulaw li l-flussi ta’ flus tal-assi finanzjarju jiżdiedu hekk kif aktar karozzi jużaw pedaġġ tat-toroq partikulari, dawk il-flussi ta’ flus kuntrattwali jkunu inkonsistenti ma’ arranġament ta’ għoti b’self bażiku. B’riżultat ta’ dan, l-istrument ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b). Dan jista’ jkun il-każ meta pretensjoni ta’ kreditur tkun limitata għall-assi speċifikati tad-debitur jew għall-flussi ta’ flus minn assi speċifikati (pereżempju, assi finanzjarju “b’garanzija limitata”).

B4.1.17 Madankollu, il-fatt li assi finanzjarju huwa b’garanzija limitata minnu nnifsu mhux bilfors jipprekludi lill-assi finanzjarju milli jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b). F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-kreditur jintalab jivvaluta (“jinvestiga”) l-assi jew il-flussi ta’ flus sottostanti partikolari sabiex jiddetermina jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-assi finanzjarju li jkun qed jiġi kklassifikat humiex pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Jekk it-termini tal-assi finanzjarju jagħtu lok għal kwalunkwe flussi ta’ flus oħrajn jew jillimitaw il-flussi ta’ flus b’mod li jkun inkonsistenti mal-pagamenti li jirrappreżentaw il-kapital u l-imgħax, l-assi finanzjarju ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafi 4.1.2(b) u 4.1.2A(b). Jekk l-assi sottostanti humiex assi finanzjarji jew assi mhux finanzjarji minnu nnifsu ma jaffettwax din il-valutazzjoni.

B4.1.18 Karatteristika ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali ma taffettwax il-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarju jekk din jista’ jkollha biss effett de minimis fuq il-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-assi finanzjarju. Sabiex tiddetermina dan, entità trid tqis l-effett possibbli tal-karatteristika tal-flussi ta’ flus kuntrattwali f’kull perjodu ta’ rapportar u b’mod kumulattiv tul il-ħajja tal-istrument finanzjarju. Barra minn hekk, jekk karatteristika ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali jista’ jkollha effett fuq il-flussi ta’ flus kuntrattwali li jkun aktar minn de minimis (f’perjodu ta’ rapportar wieħed jew b’mod kumulattiv), iżda dik il-karatteristika tal-flussi ta’ flus ma tkunx ġenwina, din ma taffettwax il-klassifikazzjoni ta’ assi finanzjarju. Karatteristika ta’ flussi ta’ flus ma tkunx ġenwina jekk taffettwa l-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-istrument biss malli jseħħ event li jkun estremament rari, anormali ħafna u improbabbli ħafna li jseħħ.

B4.1.19 Kważi f’kull tranżazzjoni ta’ għoti b’self, l-istrument tal-kreditur ikun ikklassifikat bħala relattiv għall-istrumenti tal-kredituri l-oħrajn tad-debitur. Strument li jkun subordinat għal strumenti oħrajn jista’ jkollu flussi ta’ flus kuntrattwali li jkunu pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti jekk in-nuqqas ta’ pagament tad-debitur ikun qed jikser il-kuntratt u d-detentur ikollu dritt kuntrattwali għall-ammonti mhux imħallsin ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti anki f’każ ta’ falliment tad-debitur. Pereżempju, riċevibbli tan-negozju li jikklassifika lill-kreditur tiegħu bħala kreditur ġenerali jikkwalifika bħala li għandu pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti. Dan ikun il-każ anki jekk id-debitur ikun ħareġ self li jiġi kollateralizzat, li f’każ ta’ falliment jagħti lil dak id-detentur tas-self prijorità fuq il-pretensjonijiet tal-kreditur ġenerali fir-rigward tal-kollateral, iżda ma jaffettwax id-dritt kuntrattwali tal-kreditur ġenerali għall-kapital mhux imħallas u għal ammonti oħrajn dovuti.

Strument ikonnessi kuntrattwalment

B4.1.20 F’xi tipi ta’ tranżazzjonijiet, emittent jista’ jipprijoritizza l-pagamenti lid-detenturi tal-assi finanzjarji billi juża strumenti multipli konnessi kuntrattwalment li joħolqu konċentrazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu (segmenti). Kull segment għandu klassifikazzjoni ta’ subordinazzjoni li tispeċifika l-ordni li fiha kwalunkwe flussi ta’ flus iġġenerati mill-emittent jiġu allokati lis-segment. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, id-detenturi ta’ segment ikollhom id-dritt għal pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti biss jekk l-emittent jiġġenera biżżejjed flussi ta’ flus biex jissodisfa segmenti fi klassifikazzjoni ogħla.

B4.1.21 Fi tranżazzjonijiet bħal dawn, segment ikollu karatteristiki ta’ flussi ta’ flus li jkunu pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti biss jekk:

(a) 

it-termini kuntrattwali tas-segment li jiġi vvalutat għall-klassifikazzjoni (mingħajr ma tiġi mistħarrġa l-ġabra sottostanti ta’ strumenti finanzjarji) jagħtu lok għal flussi ta’ flus li huma biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti (eż. ir-rata tal-imgħax tas-segment mhijiex marbuta ma’ indiċi tal-komodità);

(b) 

il-ġabra sottostanti ta’ strumenti finanzjarji jkollha l-karatteristiki tal-flussi ta’ flus stabbiliti fil-paragrafi B4.1.23 u B4.1.24; u

(c) 

l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu fil-ġabra sottostanti ta’ strumenti finanzjarji inerenti fis-segment hija ugwali għal jew aktar baxxa mill-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-ġabra sottostanti ta’ strumenti finanzjarji (pereżempju, il-klassifikazzjoni tal-kreditu tas-segment li jiġi vvalutat għall-klassifikazzjoni hija ugwali għal jew ogħla mill-klassifikazzjoni tal-kreditu li tapplika għal segment wieħed li ffinanzja l-ġabra sottostanti ta’ strumenti finanzjarji).

B4.1.22 Entità trid tistħarreġ sakemm tkun tista’ tidentifika l-ġabra sottostanti ta’ strumenti li qegħdin joħolqu (minflok jgħaddu) l-flussi ta’ flus. Din hija l-ġabra sottostanti ta’ strumenti finanzjarji.

B4.1.23 Il-ġabra sottostanti jrid ikun fiha strument wieħed jew aktar li jkollhom flussi ta’ flus kuntrattwali li jkunu biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti.

B4.1.24 Il-ġabra sottostanti ta’ strumenti tista’ tinkludi wkoll strumenti li:

(a) 

inaqqsu l-varjabbiltà tal-flussi ta’ flus tal-istrumenti fil-paragrafu B4.1.23 u, meta jiġu kkombinati mal-istrumenti fil-paragrafu B4.1.23, jirriżultaw fi flussi ta’ flus li jkunu biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti (eż. limitu massimu jew minimu tar-rata tal-imgħax jew kuntratt li jnaqqas ir-riskju ta’ kreditu fuq uħud mill-istrumenti jew fuq l-istrumenti kollha fil-paragrafu B4.1.23); jew

(b) 

jallinjaw il-flussi ta’ flus tas-segmenti mal-flussi ta’ flus tal-ġabra ta’ strumenti sottostanti fil-paragrafu B4.1.23 sabiex jiġu indirizzati biss id-differenzi fir-rigward ta’:

(i) 

jekk ir-rata tal-imgħax hijiex fissa jew varjabbli;

(ii) 

il-munita li fiha huma denominati l-flussi ta’ flus, inkluża l-inflazzjoni f’dik il-munita; jew

(iii) 

it-twaqqit tal-flussi ta’ flus.

B4.1.25 Jekk kwalunkwe strument fil-ġabra ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B4.1.23 jew fil-paragrafu B4.1.24, il-kundizzjoni fil-paragrafu B4.1.21(b) ma tiġix issodisfata. Fit-twettiq ta’ din il-valutazzjoni, tista’ ma tkunx meħtieġa analiżi dettaljata strument bi strument tal-ġabra. Madankollu, entità trid tuża l-ġudizzju tagħha u twettaq analiżi suffiċjenti sabiex tiddetermina jekk l-istrumenti fil-ġabra jissodisfawx il-kundizzjoni fil-paragrafi B4.1.23–B4.1.24. (Ara wkoll il-paragrafu B4.1.18 għal gwida dwar il-karatteristiki tal-flussi ta’ flus kuntrattwali li għandhom biss effett de minimis.)

B4.1.26 Jekk id-detentur ma jkunx jista’ jivvaluta l-kundizzjonijiet fil-paragrafu B4.1.21 mar-rikonoxximent inizjali, is-segment irid jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Jekk il-ġabra sottostanti ta’ strumenti tista’ tinbidel wara r-rikonoxximent inizjali b’tali mod li l-ġabra ma tkunx tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafi B4.1.23–B4.1.24, is-segment ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B4.1.21 u jrid jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Madankollu, jekk il-ġabra sottostanti tinkludi strumenti li huma kollateralizzati permezz ta’ assi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fil-paragrafi B4.1.23–B4.1.24, l-abbiltà li jittieħed pussess ta’ tali assi għandha tiġi injorata għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, sakemm l-entità ma tkunx akkwistat is-segment bl-intenzjoni li tikkontrolla l-kollateral.

Opzjoni li tiddeżinja assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (Taqsimiet 4.1 u 4.2)

B4.1.27 Soġġett għall-kundizzjonijiet fil-paragrafi 4.1.5 u 4.2.2, dan l-Istandard jippermetti li entità tiddeżinja assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta’ strumenti finanzjarji (assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma) fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, sakemm dan iwassal għal aktar informazzjoni rilevanti.

B4.1.28 Id-deċiżjoni ta’ entità li tiddeżinja assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf hija simili għal għażla tal-politika tal-kontabbiltà (għalkemm, bil-kontra ta’ għażla tal-politika tal-kontabbiltà, mhuwiex meħtieġ li tkun applikata b’mod konsistenti għat-tranżazzjonijiet simili kollha). Meta entità tagħmel għażla bħal din, il-paragrafu 14(b) tal-IAS 8 jitlob li l-politika magħżula tirriżulta fir-rapporti finanzjarji li jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, eventi oħrajn u l-kundizzjonijiet fuq il-pożizzjoni finanzjarja, ir-rendiment finanzjarju jew il-flussi ta’ flus tal-entità. Pereżempju, fil-każ ta’ deżinjazzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, il-paragrafu 4.2.2 jistabbilixxi ż-żewġ ċirkustanzi meta r-rekwiżit għal informazzjoni aktar rilevanti jiġi ssodisfat. Għaldaqstant, bil-għan li tagħżel tali deżinjazzjoni f’konformità mal-paragrafu 4.2.2, l-entità trid turi li din taqa’ f’waħda minn dawn iż-żewġ ċirkustanzi (jew fit-tnejn li huma).

Deżinjazzjoni telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti spariġġ kontabbilistiku

B4.1.29 Il-kejl ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja u l-klassifikazzjoni tal-bidliet rikonoxxuti fil-valur tiegħu jew tagħha jiġu determinati permezz tal-klassifikazzjoni tal-entrata u jekk l-entrata hijiex parti minn relazzjoni ta’ ħħeġġjar deżinjata. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu joħolqu inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (li xi drabi tissejjaħ “spariġġ kontabbilistiku”) meta, pereżempju, fin-nuqqas ta’ deżinjazzjoni fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, assi finanzjarju jiġi kklassifikat bħala wieħed li sussegwentement tkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u obbligazzjoni li l-entità tqis bħala li hija relatata tiġi kklassifikata bħala waħda li sussegwentement tkejlet fil-kost amortizzat (bil-bidliet fil-valur ġust ma jiġux rikonoxxuti). F’ċirkustanzi bħal dawn, entità tista’ tikkonkludi li r-rapporti finanzjarji tagħha jipprovdu informazzjoni aktar rilevanti jekk kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjoni jkunu tkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

B4.1.30 L-eżempji li ġejjin juru meta din il-kundizzjoni tista’ tiġi ssodisfata. Fil-każijiet kollha, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni sabiex tiddeżinja l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk din tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 4.1.5 jew 4.2.2(a):

(a) 

entità għandha kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 (li l-kejl tagħhom jinkorpora informazzjoni kurrenti) u assi finanzjarji li hija tqis li huma relatati u li altrimenti jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jew kost amortizzat.

(b) 

entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji, jew it-tnejn li huma, li jikkondividu riskju, bħal riskju tar-rata tal-imgħax, u li jagħtu lok għal bidliet opposti fil-valur ġust li għandhom it-tendenza li jpaċu lil xulxin. Madankollu, huma biss uħud mill-istrumenti li jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (pereżempju, dawk li huma derivattivi jew li huma kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju). Jista’ jkun il-każ ukoll li r-rekwiżiti għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ma jiġux issodisfati minħabba li, pereżempju, ir-rekwiżiti għall-effettività tal-iħħeġġjar fil-paragrafu 6.4.1 ma jiġux issodisfati.

(c) 

entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji, jew it-tnejn li huma, li jikkondividu riskju, bħal riskju tar-rata tal-imgħax, u li jagħtu lok għal bidliet opposti fil-valur ġust li għandhom it-tendenza li jpaċu lil xulxin u ebda wieħed jew waħda mill-assi finanzjarji jew mill-obbligazzjonijiet finanzjarji ma jikkwalifika jew tikkwalifika għal deżinjazzjoni bħala strument għall-iħħeġġjar minħabba li dawn ma jitkejlux fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar hemm inkonsistenza sinifikanti fir-rikonoxximent ta’ qligħ u telf. Pereżempju, l-entità ffinanzjat grupp speċifikat ta’ self billi ħarġet bonds innegozjati li l-bidliet tagħhom fil-valur ġust għandhom it-tendenza li jpaċu lil xulxin. Barra minn hekk, jekk l-entità tixtri u tbigħ il-bonds b’mod regolari iżda rari tixtri u tbigħ is-self, jekk qatt tagħmel dan, ir-rapportar kemm tas-self kif ukoll tal-bonds fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jelimina l-inkonsistenza fit-twaqqit tar-rikonoxximent tal-qligħ u tat-telf li altrimenti jirriżultaw mill-kejl tagħhom it-tnejn fil-kost amortizzat u b’rikonoxximent ta’ qligħ jew telf kull darba li jerġa’ jinxtara bond.

B4.1.31 F’każijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu preċedenti, li tiddeżinja, fir-rikonoxximent inizjali, l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li ma jitkejlux b’mod ieħor fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jista’ jelimina jew inaqqas b’mod sinifikanti l-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent u jipproduċi aktar informazzjoni rilevanti. Għal skopijiet prattiċi, l-entità ma għandhiex bżonn tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jwasslu għall-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent eżattament fl-istess ħin. Huwa permess dewmien raġonevoli bil-kundizzjoni li kull tranżazzjoni tiġi deżinjata fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf mar-rikonoxximent inizjali tagħha u, f’dak il-ħin, kwalunkwe tranżazzjoni li għad fadal li mistennija ssir.

B4.1.32 Ma jkunx aċċettabbli li tiddeżinja biss xi wħud mill-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li joħolqu l-inkonsistenza fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk meta tagħmel hekk ma jeliminax jew ma jnaqqasx b’mod sinifikanti l-inkonsistenza u għaldaqstant ma jirriżultax f’aktar informazzjoni rilevanti. Madankollu, ikun aċċettabbli li jkunu deżinjati biss xi wħud minn għadd ta’ assi finanzjarji simili jew obbligazzjonijiet finanzjarji simili jekk billi jsir dan jinkiseb tnaqqis sinifikanti (u possibbilment tnaqqis akbar minn deżinjazzjonijiet oħra permessi) fl-inkonsistenza. Pereżempju, nassumu li entità għandha għadd ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji simili li jlaħħqu għal CU 100 u għadd ta’ assi finanzjarji simili li jlaħħqu għal CU 50 iżda li jitkejlu fuq bażi differenti. L-entità tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-inkonsistenza fil-kejl billi tiddeżinja fir-rikonoxximent inizjali l-assi kollha iżda xi wħud biss mill-obbligazzjonijiet (pereżempju obbligazzjonijiet individwali b’total ikkombinat ta’ CU 45) fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Madankollu, minħabba li d-deżinjazzjoni fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf tista’ tiġi applikata biss lil strument finanzjarju sħiħ, l-entità f’dan l-eżempju trid tiddeżinja obbligazzjoni waħda jew aktar fl-intier tagħhom. Ma tistax tiddeżinja la komponent ta’ obbligazzjoni (eż. bidliet fil-valur attribwibbli għal riskju wieħed biss, bħal fil-każ ta’ bidliet f’parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax) u lanqas proporzjon (jiġifieri persentaġġ) ta’ obbligazzjoni.

Grupp ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji jew assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jiġi ġestit u l-prestazzjoni tiegħu tiġi evalwata fuq bażi ta’ valur ġust

B4.1.33 Entità tista’ timmaniġġa u tevalwa l-prestazzjoni ta’ grupp ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji jew assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’tali mod li l-kejl ta’ dak il-grupp fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti. F’dan il-każ, l-enfasi tkun fuq il-mod kif l-entità timmaniġġa u tevalwa l-prestazzjoni, minflok fuq in-natura tal-istrumenti finanzjarji tagħha.

B4.1.34 Pereżempju, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni sabiex tiddeżinja l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk din tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 4.2.2(b) u l-entità jkollha assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jikkondividu riskju wieħed jew aktar u dawk ir-riskji jiġu ġestiti u evalwati fuq bażi ta’ valur ġust f’konformità mal-politika ddokumentata ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Eżempju ta’ dan jista’ jkun entità li ħarġet “prodotti strutturati” li fihom derivattivi inkorporati multipli u li timmaniġġa r-riskji li jirriżultaw minnhom fuq bażi ta’ valur ġust permezz ta’ taħlita ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u nonderivattivi.

B4.1.35 Kif innotat hawn fuq, din il-kundizzjoni tiddependi fuq il-mod kif l-entità timmaniġġa u tevalwa l-prestazzjoni tal-grupp ta’ strumenti finanzjarji li qed ikunu kkunsidrati. Għaldaqstant, (soġġetta għar-rekwiżit ta’ deżinjazzjoni mar-rikonoxximent inizjali) entità li tiddeżinja l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf abbażi ta’ din il-kundizzjoni għandha b’hekk tiddeżinja l-obbligazzjonijiet finanzjarji eliġibbli kollha li jiġu ġestiti u evalwati flimkien.

B4.1.36 Id-dokumentazzjoni tal-istrateġija tal-entità ma għandhiex bżonn tkun estensiva, iżda jenħtieġ li tkun biżżejjed biex turi l-konformità mal-paragrafu 4.2.2(b). Dokumentazzjoni bħal din mhijiex meħtieġa għal kull entrata individwali, iżda tista’ tkun fuq bażi ta’ portafoll. Pereżempju, jekk is-sistema ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni għal dipartiment—kif approvata mill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità—turi b’mod ċar li l-prestazzjoni tagħha tiġi evalwata fuq din il-bażi, ma tkun meħtieġa ebda dokumentazzjoni ulterjuri biex turi l-konformità mal-paragrafu 4.2.2(b).

Derivattivi inkorporati (Taqsima 4.3)

B4.3.1 Meta entità ssir parti minn kuntratt ibridu b’kuntratt ospitanti li ma jkunx assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, il-paragrafu 4.3.3 jitlob lill-entità tidentifika kwalunkwe derivattiv inkorporat, tivvaluta jekk hemmx bżonn li dan jiġi separat mill-kuntratt ospitanti u, għal dawk li huma mitluba jkunu separati, tkejjel id-derivattivi fil-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali u sussegwentement fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

B4.3.2 Jekk kuntratt ospitanti ma jkollu ebda maturità ddikjarata jew predeterminata u jkun jirrappreżenta interess residwu fl-assi netti ta’ entità, allura l-karatteristiki u r-riskji ekonomiċi tiegħu jkunu dawk ta’ strument ta’ ekwità, u derivattiv inkorporat ikollu bżonn jippossjedi karatteristiki ta’ ekwità relatati mal-istess entità sabiex ikun jista’ jitqies li huwa relatat mill-qrib. Jekk il-kuntratt ospitanti ma jkunx strument ta’ ekwità u jissodisfa d-definizzjoni ta’ strument finanzjarju, allura l-karatteristiki ekonomiċi tiegħu jkunu dawk ta’ strument ta’ dejn.

B4.3.3 Derivattiv inkorporat mhux ibbażat fuq opzjoni (bħal opzjoni forward jew swap inkorporata) jiġi separat mill-kuntratt ospitanti tiegħu fuq il-bażi tat-termini sostantivi ddikjarati jew implikati tiegħu, sabiex b’hekk iwassal biex ikollu valur ġust ta’ żero mar-rikonoxximent inizjali. Derivattiv inkorporat ibbażat fuq opzjoni (bħal opzjoni put, call, massima, minima jew swapzjoni inkorporata) jiġi separat mill-kuntratt ospitanti tiegħu fuq il-bażi tat-termini ddikjarati tal-karatteristika tal-opzjoni. L-ammont riportat inizjali tal-istrument ospitanti huwa l-ammont residwu wara li jiġu sseparati d-derivattivi inkorporati.

B4.3.4 Ġeneralment, derivattivi inkorporati multipli f’kuntratt ibridu uniku jiġu ttrattati bħala derivattiv inkorporat kompost uniku. Madankollu, derivattivi inkorporati li huma klassifikati bħala ekwità (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni) huma kontabbilizzati separatament minn dawk klassifikati bħala assi jew obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, jekk kuntratt ibridu jkollu aktar minn derivattiv inkorporat wieħed u dawk id-derivattivi jkunu relatati ma’ skoperturi għal riskji differenti u jkunu faċilment separabbli u indipendenti minn xulxin, dawn jiġu kontabbilizzati separatament minn xulxin.

B4.3.5 Il-karatteristiki u r-riskji ekonomiċi ta’ derivattiv inkorporat mhumiex relatati mill-qrib mal-kuntratt ospitant (il-paragrafu 4.3.3(a)) fl-eżempji li ġejjin. F’dawn l-eżempji, jekk nassumu li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4.3.3(b) u (c) huma ssodisfati, entità tikkontabbilizza d-derivattiv inkorporat separatament mill-kuntratt ospitanti.

(a) 

Opzjoni put inkorporata fi strument li tippermetti li d-detentur jitlob li l-emittent jirriakkwista l-istrument għal ammont ta’ flus jew assi oħra li jvarja abbażi tal-bidla fil-prezz jew fl-indiċi ta’ ekwità jew ta’ komodità mhijiex relatata mill-qrib ma’ strument ta’ dejn ospitanti.

(b) 

Opzjoni jew provvediment awtomatiku għall-estensjoni tat-terminu li jifdal sal-maturità ta’ strument ta’ dejn mhijiex relatata mill-qrib mal-istrument ta’ dejn ospitanti sakemm ma jkunx hemm aġġustament simultanju fir-rata tal-imgħax tas-suq approssimattiva kurrenti fil-ħin tal-estensjoni. Jekk entità toħroġ strument ta’ dejn u d-detentur ta’ dak l-istrument ta’ dejn ibigħ opzjoni call fuq l-istrument ta’ dejn lil parti terza, l-emittent iqis l-opzjoni call bħala li testendi l-perjodu ta’ maturità tal-istrument ta’ dejn sakemm l-emittent ikun meħtieġ jipparteċipa fil-kummerċjalizzazzjoni mill-ġdid tal-istrument ta’ dejn, jew jiffaċilitaha, b’riżultat tal-eżerċitar tal-opzjoni call.

(c) 

Mgħax indiċizzat għall-ekwità jew pagamenti tal-kapital inkorporati fi strument ta’ dejn jew kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti—li bihom, l-ammont ta’ mgħax jew kapital huwa indiċizzat għall-valur tal-istrument ta’ ekwità—mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitanti minħabba li r-riskji inerenti fl-istrument ospitanti u d-derivattiv inkorporat mhumiex simili.

(d) 

Mgħax indiċizzat għall-komodità jew pagamenti tal-kapital inkorporati fi strument ta’ dejn jew kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti—li bihom, l-ammont ta’ mgħax jew kapital huwa indiċizzat għall-prezz ta’ komodità (bħad-deheb)—mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitanti minħabba li r-riskji inerenti fl-istrument ospitanti u d-derivattiv inkorporat mhumiex simili.

(e) 

Opzjoni call, put, jew ta’ prepagament inkorporata f’kuntratt ta’ dejn ospitanti jew f’kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti ma tkunx relatata mill-qrib mal-kuntratt ospitanti sakemm:

(i) 

il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni ma jkunx bejn wieħed u ieħor ugwali f’kull data tal-eżerċizzju għall-kost amortizzat tal-istrument ta’ dejn ospitanti jew għall-ammont riportat tal-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti; jew

(ii) 

il-prezz tal-eżerċitar ta’ opzjoni ta’ prepagament jirrimborża lill-mutwanti għal ammont li jlaħħaq sal-valur preżenti approssimattiv ta’ mgħax mitluf għat-terminu li jifdal tal-kuntratt ospitanti. L-imgħax mitluf huwa l-prodott tal-ammont ta’ kapital imħallas bil-quddiem immultiplikat bid-differenzjali tar-rata tal-imgħax. Id-differenzjali tar-rata tal-imgħax hija l-eċċess tar-rata effettiva tal-imgħax tal-kuntratt ospitanti fuq ir-rata effettiva tal-imgħax li l-entità kienet tirċievi fid-data tal-prepagament kieku hija tkun investiet mill-ġdid l-ammont ta’ kapital imħallas bil-quddiem f’kuntratt simili għat-terminu li jkun fadal tal-kuntratt ospitanti.

Il-valutazzjoni ta’ jekk l-opzjoni ta’ xiri jew l-opzjoni put tkunx relatata mill-qrib mal-kuntratt ta’ dejn ospitanti ssir qabel ma jiġi sseparat l-element ta’ ekwità ta’ strument ta’ dejn konvertibbli f’konformità mal-IAS 32.

(f) 

Id-derivattivi ta’ kreditu li jkunu inkorporati fi strument ta’ dejn ospitanti u jippermettu li parti (il-“benefiċjarju”) tittrasferixxi r-riskju ta’ kreditu ta’ assi ta’ referenza partikulari, li jista’ ma jkunx tagħha, lil parti oħra (il-“garanti”) mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ta’ dejn ospitanti. Derivattivi ta’ kreditu bħal dawn jippermettu li l-garanti jassumi r-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-assi ta’ referenza mingħajr ma jkun jippossedih direttament.

B4.3.6 Eżempju ta’ kuntratt ibridu huwa strument finanzjarju li jagħti lid-detentur id-dritt li jpoġġi l-istrument finanzjarju lura lill-emittent għal ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħra li jvarja abbażi tal-bidla fl-indiċi ta’ ekwità jew ta’ komodità li jista’ jiżdied jew jonqos (“strument puttable”). Sakemm l-emittent mar-rikonoxximent inizjali ma jiddeżinjax l-istrument puttable bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, huwa meħtieġ li jissepara derivattiv inkorporat (jiġifieri l-pagament ta’ kapital indiċizzat) skont il-paragrafu 4.3.3 minħabba li l-kuntratt ospitanti jkun strument ta’ dejn skont il-paragrafu B4.3.2 u l-pagament ta’ kapital indiċizzat ma jkunx relatat mill-qrib ma’ strument ta’ dejn ospitanti skont il-paragrafu B4.3.5(a). Minħabba li l-pagament ta’ kapital jista’ jiżdied u jonqos, id-derivattiv inkorporat huwa derivattiv mhux ibbażat fuq opzjoni li l-valur tiegħu huwa indiċizzat għall-varjabbli sottostanti.

B4.3.7 Fil-każ ta’ strument puttable li jista’ jitpoġġa lura fi kwalunkwe ħin għal ammont ta’ flus ekwivalenti għal sehem proporzjonat tal-valur nett tal-assi ta’ entità (bħal unitajiet ta’ fond mutwu mingħajr limiti jew xi prodotti ta’ investiment marbuta ma’ unitajiet), l-effett tas-separazzjoni ta’ derivattiv inkorporat u l-kontabbiltà għal kull komponent huwa li jitkejjel il-kuntratt ibridu fl-ammont ta’ tifdija li jkun pagabbli fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jekk id-detentur ikun eżerċita d-dritt tiegħu li jirritorna l-istrument lill-emittent.

B4.3.8 Il-karatteristiki ekonomiċi u r-riskji ta’ derivattiv inkorporat huma relatati mill-qrib mal-karatteristiki ekonomiċi u r-riskji tal-kuntratt ospitanti fl-eżempji li ġejjin. F’dawn l-eżempji, entità ma tikkontabbilizzax id-derivattiv inkorporat separatament mill-kuntratt ospitanti.

(a) 

Derivattiv inkorporat li fih il-bażi jkun rata tal-imgħax jew indiċi tar-rata tal-imgħax li jista’ jibdel l-ammont tal-imgħax li kieku jitħallas jew jiġi riċevut fuq kuntratt ta’ dejn jew kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti bl-imgħax li jkun relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitanti ħlief jekk l-istrument ibridu jista’ jiġi saldat b’tali mod li d-detentur ma jirkuprax sostanzjalment l-investiment rikonoxxut kollu tiegħu jew id-derivattiv inkorporat jista’ tal-anqas jirdoppja r-rata ta’ ritorn inizjali tad-detentur fuq il-kuntratt ospitanti u jista’ jirriżulta f’rata ta’ ritorn li hija tal-anqas id-doppju ta’ xi jkun fis-suq għal kuntratt bl-istess termini bħal kuntratt ospitanti.

(b) 

Limitu minimu jew massimu tar-rata tal-imgħax inkorporat fuq kuntratt ta’ dejn jew kuntratt tal-assigurazzjoni huwa relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitanti, bil-kundizzjoni li l-limitu massimu jkun daqs jew ogħla mir-rata tal-imgħax tas-suq u l-limitu minimu jkun daqs jew aktar baxx mir-rata tal-imgħax tas-suq meta jinħareġ il-kuntratt, u l-limitu massimu jew minimu ma jkunx ingranat fir-rigward tal-kuntratt ospitanti. Bl-istess mod, il-provvedimenti inklużi f’kuntratt għax-xiri jew bejgħ ta’ assi (eż. komodità), li jistabbilixxu limitu massimu u minimu fuq il-prezz li jrid jitħallas jew jiġi riċevut għall-assi, ikunu relatati mill-qrib mal-kuntratt ospitanti jekk kemm il-limitu massimu kif ukoll il-limitu minimu kienu sfavorevoli fil-bidu u ma jkunux ingranati.

(c) 

Derivattiv inkorporat ibbażat fuq munita barranija li jipprovdi fluss ta’ pagamenti ta’ kapital jew ta’ mgħax li jkunu denominati f’munita barranija, u li jkun inkorporat fi strument ta’ dejn ospitanti (pereżempju bond f’munita doppja) huwa relatat mill-qrib mal-istrument ta’ dejn ospitanti. Tali derivattiv mhuwiex separat mill-istrument ospitant minħabba li l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju jeħtieġ li l-qligħ u t-telf ibbażati fuq munita barranija fuq entrati monetarji jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf.

(d) 

Derivattiv inkorporat ibbażat fuq munita barranija f’kuntratt ospitanti li jkun kuntratt tal-assigurazzjoni jew strument mhux finanzjarju (bħal kuntratt għax-xiri jew il-bejgħ ta’ entrata mhux finanzjarja fejn il-prezz ikun denominat f’munita barranija) huwa relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitanti bil-kundizzjoni li ma jkunx ingranat, ma jkunx fih karatteristika ta’ opzjoni, u jeħtieġ pagamenti denominati f’waħda mill-muniti li ġejjin:

(i) 

il-munita funzjonali ta’ kwalunkwe parti sostanzjali għal dak il-kuntratt;

(ii) 

il-munita li fiha l-prezz tal-oġġett jew is-servizz relatat li jiġu akkwistati jew konsenjati jiġi denominat regolarment fi tranżazzjonijiet kummerċjali madwar id-dinja (bħad-dollaru Amerikan għat-tranżazzjonijiet fiż-żejt mhux maħdum); jew

(iii) 

munita li tintuża regolarment f’kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta’ entrati mhux finanzjarji fl-ambjent ekonomiku li fih issir it-tranżazzjoni (eż. munita relattivament stabbli u likwida li tintuża regolarment fi tranżazzjonijiet ta’ negozju lokali jew fil-kummerċ barrani).

(e) 

Opzjoni ta’ prepagament inkorporata fi strip tal-imgħax biss jew tas-somma kapitali biss hija relatata mill-qrib mal-kuntratt ospitant bil-kundizzjoni li l-kuntratt ospitanti (i) inizjalment ikun irriżulta mis-separazzjoni tad-dritt għar-riċeviment ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ strument finanzjarju li, fih innifsu, ma kienx fih derivattiv inkorporat, u (ii) ma jinkludix termini mhux preżenti fil-kuntratt ta’ dejn ospitanti oriġinali.

(f) 

Derivattiv inkorporat f’kuntratt ta’ lokazzjoni ospitanti huwa marbut mill-qrib mal-kuntratt ospitanti jekk id-derivattiv inkorporat ikun (i) indiċi relatat mal-inflazzjoni bħal indiċi ta’ pagamenti ta’ lokazzjoni ma’ indiċi tal-prezz għall-konsumatur (sakemm il-lokazzjoni ma tkunx ingranata u l-indiċi jkollu x’jaqsam mal-inflazzjoni fl-ambjent ekonomiku stess tal-entità), (ii) pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli bbażati fuq bejgħ relatat jew (iii) pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli bbażati fuq rati tal-imgħax varjabbli.

(g) 

Karatteristika li tikkollega l-unitajiet inkorporati fi strument finanzjarju ospitanti jew f’kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti, tkun relatata mill-qrib mal-istrument ospitanti jew mal-kuntratt ospitanti jekk il-pagamenti denominati fl-unità jitkejlu f’valuri tal-unità kurrenti li jirriflettu l-valuri ġusti tal-assi tal-fond. Karatteristika li tikkollega l-unitajiet hija terminu kuntrattwali li jeħtieġ pagamenti denominati f’unitajiet ta’ fond tal-investiment intern jew estern.

(h) 

Derivattiv inkorporat f’kuntratt tal-assigurazzjoni jkun relatat mill-qrib mal-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti jekk id-derivattiv inkorporat u l-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti jkunu tant interdipendenti li entità ma tkunx tista’ tkejjel id-derivattiv inkorporat separatament (jiġifieri mingħajr ma jitqies il-kuntratt ospitanti).

Strumenti li fihom derivattivi inkorporati

B4.3.9 Kif innotat fil-paragrafu B4.3.1, meta entità ssir parti f’kuntratt ibridu ma’ ospitant li ma jkunx assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard u b’derivattiv inkorporat wieħed jew aktar, il-paragrafu 4.3.3 jitlob li l-entità tidentifika kwalunkwe derivattiv inkorporat minn dawn, tivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jiġi separat mill-kuntratt ospitanti u, għal dawk li jkunu meħtieġa li jiġu separati, tkejjel id-derivattivi fil-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u sussegwentement. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu aktar kumplessi, jew iwasslu għal miżuri anqas affidabbli, mill-kejl tal-istrument kollu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Għal din ir-raġuni, dan l-Istandard jippermetti li l-kuntratt ibridu sħiħ jiġi deżinjat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

B4.3.10 Tali deżinjazzjoni tista’ tintuża kemm jekk il-paragrafu 4.3.3 jitlob li d-derivattivi inkorporati jiġu separati mill-kuntratt ospitanti kif ukoll jekk jipprojbixxi tali separazzjoni. Madankollu, il-paragrafu 4.3.5 ma jiġġustifikax id-deżinjazzjoni tal-kuntratt ibridu bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.5(a) u (b) minħabba li dan ma jnaqqasx il-kumplessità jew iżid l-affidabbiltà.

Rivalutazzjoni ta’ derivattivi inkorporati

B4.3.11 F’konformità mal-paragrafu 4.3.3, entità għandha tivvaluta jekk ikunx meħtieġ li derivattiv inkorporat jiġi separat mill-kuntratt ospitanti u jiġi kontabbilizzat bħala derivattiv meta l-entità ssir parti għall-kuntratt l-ewwel darba. Rivalutazzjoni sussegwenti hija pprojbita sakemm ma jkunx hemm bidla fit-termini tal-kuntratt li timmodifika b’mod sinifikanti l-flussi ta’ flus li altrimenti jkunu meħtieġa bil-kuntratt, f’liema każ tkun meħtieġa rivalutazzjoni. Entità tiddetermina jekk modifika fil-flussi ta’ flus tkunx sinifikanti billi tqis il-punt sa fejn il-flussi futuri ta’ flus mistennija assoċjati mad-derivattiv inkorporat, mal-kuntratt ospitanti jew mat-tnejn li huma jkunu nbidlu, u jekk il-bidla tkunx sinifikanti meta mqabbla mal-flussi ta’ flus mistennija preċedentement fil-kuntratt.

B4.3.12 Il-paragrafu B4.3.11 ma japplikax għal derivattivi inkorporati f’kuntratti akkwistati:

(a) 

f’kombinament ta’ negozji (kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji);

(b) 

f’kombinament ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni kif deskritt fil-paragrafi B1–B4 tal-IFRS 3; jew

(c) 

fil-formazzjoni ta’ impriża konġunta kif definita fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti

jew ir-rivalutazzjoni possibbli tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni ( 57 ).

Riklassifikazzjoni tal-assi finanzjarji (it-Taqsima 4.4)

Riklassifikazzjoni tal-assi finanzjarji

B4.4.1 Il-paragrafu 4.4.1 jitlob li entità tirriklassifika l-assi finanzjarji jekk l-entità tibdel il-mudell ta’ negozju tagħha biex timmaniġġa dawk l-assi finanzjarji. Bidliet bħal dawn huma mistennija li jkunu infrekwenti ħafna. Tali bidliet jiġu determinati mill-maniġment superjuri tal-entità b’riżultat ta’ bidliet esterni jew interni u jridu jkunu sinifikanti għall-operazzjonijiet tal-entità u dimostrabbli għal partijiet esterni. Għalhekk, bidla fil-mudell ta’ negozju ta’ entità sseħħ biss meta entità tibda jew tieqaf twettaq attività li tkun sinifikanti għall-operazzjonijiet tagħha; pereżempju, meta l-entità tkun akkwistat, iddisponiet minn linja operazzjonali jew itterminatha. Eżempji ta’ bidla fil-mudell ta’ negozju jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Entità jkollha portafoll ta’ selfiet kummerċjali li hija żżomm biex tbigħ fuq terminu qasir. L-entità takkwista kumpanija li timmaniġġa selfiet kummerċjali u għandha mudell ta’ negozju li jżomm is-selfiet biex tiġbor il-flussi ta’ flus kuntrattwali. Il-portafoll ta’ selfiet kummerċjali ma għadux għall-bejgħ, u l-portafoll issa huwa ġestit flimkien mas-selfiet kummerċjali akkwistati u kollha jinżammu sabiex jinġabru l-flussi ta’ flus kuntrattwali.

(b) 

Ditta ta’ servizzi finanzjarji tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju ipotekarju għall-konsumatur tagħha. Dak in-negozju ma għadux jaċċetta negozju ġdid u d-ditta ta’ servizzi finanzjarji qiegħda tikkummerċjalizza attivament il-portafoll ta’ self ipotekarju tagħha għall-bejgħ.

B4.4.2 Bidla fl-objettiv tal-mudell ta’ negozju tal-entità trid tiġi effettwata qabel id-data tar-riklassifikazzjoni. Pereżempju, jekk ditta ta’ servizzi finanzjarji fil-15 ta’ Frar tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju ipotekarju għall-konsumatur tagħha u b’hekk trid tirriklassifika l-assi finanzjarji affettwati kollha fl-1 ta’ April (jiġifieri l-ewwel jum tal-perjodu ta’ rapportar li jmiss tal-entità), l-entità ma tridx taċċetta negozju ipotekarju għall-konsumatur ġdid jew inkella tinvolvi ruħha f’attivitajiet konsistenti mal-mudell ta’ negozju preċedenti tagħha wara l-15 ta’ Frar.

B4.4.3 Dawn li ġejjin mhumiex bidliet fil-mudell ta’ negozju:

(a) 

bidla fl-intenzjoni relatata ma’ assi finanzjarji partikulari (anki f’ċirkustanzi ta’ bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq).

(b) 

l-għajbien temporanju ta’ suq partikulari għall-assi finanzjarji.

(c) 

trasferiment ta’ assi finanzjarji bejn partijiet tal-entità b’mudelli ta’ negozju differenti.

KEJL (KAPITOLU 5)

Kejl inizjali (Taqsima 5.1)

B5.1.1 Il-valur ġust ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment huwa l-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara wkoll il-paragrafu B5.1.2A u l-IFRS 13). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti jew riċevut tkun għal xi ħaġa oħra għajr l-istrument finanzjarju, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju. Pereżempju, il-valur ġust ta’ self fit-tul jew riċevibbli li ma jġorr l-ebda mgħax jista’ jitkejjel bħala l-valur preżenti tar-riċevuti ta’ flus futuri kollha skontati permezz tar-rata/i tal-imgħax tas-suq prevalenti għal strument simili (simili fir-rigward tal-munita, it-terminu, it-tip ta’ rata tal-imgħax u fatturi oħrajn) bi klassifikazzjoni ta’ kreditu simili. Kwalunkwe ammont addizzjonali mogħti b’self ikun spiża jew tnaqqis fl-introjtu sakemm ma jikkwalifikax għal rikonoxximent bħala tip ieħor ta’ assi.

B5.1.2 Jekk entità toriġina selfa li jkollha rata tal-imgħax mhux tas-suq (eż. 5 fil-mija meta r-rata tas-suq għal selfiet simili tkun 8 fil-mija), u tirċievi tariffa bil-quddiem bħala kumpens, l-entità tirrikonoxxi s-selfa fil-valur ġust tagħha, jiġifieri netta mit-tariffa li tirċievi.

B5.1.2A L-aħjar evidenza tal-valur ġust ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment hija l-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara wkoll l-IFRS 13). Jekk entità tiddetermina li l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5.1.1A, l-entità għandha tikkontabbilizza dak l-istrument f’dik id-data kif ġej:

(a) 

fil-kejl mitlub mill-paragrafu 5.1.1 jekk dak il-valur ġust ikun ippruvat bi prezz ikkwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identiċi (jiġifieri input fil-Livell 1) jew ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss data minn swieq osservabbli. Entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni bħala qligħ jew telf.

(b) 

fil-każijiet l-oħra kollha, fil-kejl mitlub mill-paragrafu 5.1.1, aġġustat biex tiġi differita d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni. Wara r-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi dik id-differenza differita bħala qligħ jew telf biss sa fejn din tirriżulta minn bidla f’fattur (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni.

Kejl sussegwenti (Taqsimiet 5.2 u 5.3)

B5.2.1 Jekk strument finanzjarju li qabel kien rikonoxxut bħala assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u l-valur ġust tiegħu jonqos għal anqas minn żero, din tkun obbligazzjoni finanzjarja mkejla f’konformità mal-paragrafu 4.2.1. Madankollu, kuntratti ibridi b’ospitanti li jkunu assi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, dejjem jitkejlu f’konformità mal-paragrafu 4.3.2.

B5.2.2 L-eżempju li ġej juri l-kontabbiltà għall-kostijiet tat-tranżazzjoni fil-kejl inizjali u sussegwenti ta’ assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust b’bidliet permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 jew 4.1.2A. Entità takkwista assi finanzjarju għal CU 100 flimkien ma’ kummissjoni fuq ix-xiri ta’ CU 2. Fil-bidu, l-entità tirrikonoxxi l-assi f’CU 102. Il-perjodu ta’ rapportar jintemm jum wara, meta l-prezz tas-suq ikkwotat fis-suq tal-assi jkun CU 100. Li kieku l-assi kellu jinbiegħ, ikollha titħallas kummissjoni ta’ CU 3. F’dik id-data, l-entità tkejjel l-assi f’CU 100 (mingħajr ma tqis il-kummissjoni possibbli mal-bejgħ) u tirrikonoxxi telf ta’ CU 2 f’introjtu ieħor komprensiv. Jekk l-assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2A, il-kostijiet tat-tranżazzjoni jiġu amortizzati għall-profitt jew it-telf bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv.

B5.2.2A Il-kejl sussegwenti ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti tal-profitt u t-telf deskritt fil-paragrafu B5.1.2A għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard.

Investimenti fi strumenti ta’ ekwità u kuntratti fuq dawk l-investimenti

B5.2.3 L-investimenti kollha fi strumenti ta’ ekwità u l-kuntratti fuq dawk l-istrumenti jridu jitkejlu fil-valur ġust. Madankollu, f’ċirkustanzi limitati, il-kost jista’ jkun stima xierqa tal-valur ġust. Dan jista’ jkun il-każ jekk ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni aktar riċenti disponibbli biex jitkejjel il-valur ġust, jew jekk ikun hemm medda wiesgħa ta’ kejl tal-valur ġust possibbli u l-kost jirrappreżenta l-aħjar stima tal-valur ġust f’dik il-medda.

B5.2.4 L-indikaturi li l-kost jista’ ma jkunx rappreżentattiv tal-valur ġust jinkludu:

(a) 

bidla sinifikanti fil-prestazzjoni tad-destinatarja ta’ investiment meta mqabbel mal-baġits, mal-pjanijiet jew mal-miri.

(b) 

bidliet fl-istennija li l-objettivi intermedji tal-prodott tad-destinatarja ta’ investiment se jintlaħqu.

(c) 

bidla sinifikanti fis-suq għall-ekwità tad-destinatarja ta’ investiment jew il-prodotti jew il-prodotti potenzjali tagħha.

(d) 

bidla sinifikanti fl-ekonomija globali jew fl-ambjent ekonomiku li fih jopera d-destinatarja ta’ investiment.

(e) 

bidla sinifikanti fil-prestazzjoni ta’ entitajiet komparabbli, jew fil-valwazzjonijiet implikati mis-suq globali.

(f) 

kwistjonijiet interni tad-destinatarja ta’ investiment bħal frodi, tilwim kummerċjali, tilwim legali, bidliet fil-maniġment jew fl-istrateġija.

(g) 

evidenza minn tranżazzjonijiet esterni fl-ekwità tad-destinatarja ta’ investiment, jew mid-destinatarja ta’ investiment (bħall-ħruġ ġdid ta’ ekwità), jew bit-trasferimenti ta’ strumenti ta’ ekwità bejn partijiet terzi.

B5.2.5 Il-lista fil-paragrafu B5.2.4 mhijiex eżawrjenti. Entità għandha tuża l-informazzjoni kollha dwar il-prestazzjoni u l-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment li ssir disponibbli wara d-data tar-rikonoxximent inizjali. Sa fejn jeżistu fatturi rilevanti bħal dawn, dawn jistgħu jindikaw li l-kost jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust. F’każijiet bħal dawn, l-entità trid tkejjel il-valur ġust.

B5.2.6 Il-kost qatt ma huwa l-aħjar stima tal-valur ġust għall-investimenti fi strumenti ta’ ekwità kkwotati (jew kuntratti fuq strumenti ta’ ekwità kkwotati).

Kejl tal-kost amortizzat (Taqsima 5.4)

Metodu tal-imgħax effettiv

B5.4.1 Meta tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv, entità tidentifika tariffi li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta’ strument finanzjarju. Id-deskrizzjoni tat-tariffi għas-servizzi finanzjarji tista’ ma tkunx indikattiva tan-natura u s-sustanza tas-servizzi pprovduti. It-tariffi li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta’ strument finanzjarju jiġu ttrattati bħala aġġustament fir-rata effettiva tal-imgħax, sakemm l-istrument finanzjarju ma jitkejjilx fil-valur ġust, bil-bidla fil-valur ġust tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. F’dawn il-każijiet, it-tariffi jiġu rikonoxxuti bħala dħul jew spiża meta l-istrument jiġi rikonoxxut inizjalment.

B5.4.2 Tariffi li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta’ strument finanzjarju jinkludu:

(a) 

it-tariffi tal-oriġini riċevuti mill-entità b’rabta mal-ħolqien jew l-akkwiżizzjoni ta’ assi finanzjarju. Tali tariffi jistgħu jinkludu l-kumpens għal attivitajiet bħall-evalwazzjoni tal-kundizzjoni finanzjarja tal-mutwatarju, l-evalwazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ garanziji, kollateral jew arranġamenti oħra ta’ sigurtà, in-negozjar tat-termini tal-istrument, il-preparazzjoni u l-ipproċessar tad-dokumenti u l-għeluq tat-tranżazzjoni. Dawn it-tariffi huma parti integrali mill-ġenerazzjoni ta’ involviment fl-istrument finanzjarju li jirriżulta.

(b) 

tariffi ta’ impenn riċevuti mill-entità sabiex toriġina selfa meta l-impenn ta’ self ma jitkejjilx f’konformità mal-paragrafu 4.2.1(a) u jkun probabbli li l-entità se tidħol f’arranġament ta’ għoti b’self speċifiku. Dawn it-tariffi jitqiesu bħala kumpens għal involviment kontinwu fl-akkwiżizzjoni ta’ strument finanzjarju. Jekk l-impenn jiskadi mingħajr ma l-entità tagħmel is-selfa, it-tariffa tiġi rikonoxxuta bħala dħul mal-iskadenza.

(c) 

tariffi tal-oriġini mħallsa mal-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla fil-kost amortizzat. Dawn it-tariffi huma parti integrali mill-ġenerazzjoni ta’ involviment f’obbligazzjoni finanzjarja. Entità tiddistingwi t-tariffi u l-kostijiet li jkunu parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax għall-obbligazzjoni finanzjarja mit-tariffi tal-oriġini u l-kostijiet tat-tranżazzjoni li jirrigwardaw id-dritt għall-għoti ta’ servizzi, bħas-servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolji.

B5.4.3 Tariffi li mhumiex parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta’ strument finanzjarju u huma kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 15 jinkludu:

(a) 

tariffi imposti għas-servizzjar ta’ selfa;

(b) 

tariffi ta’ impenn sabiex tiġi oriġinata selfa meta l-impenn ta’ self ma jitkejjilx f’konformità mal-paragrafu 4.2.1(a) u ma jkunx probabbli arranġament ta’ għoti b’self speċifiku; u

(c) 

tariffi għas-sindikazzjoni tas-selfa riċevuti minn entità li tirranġa selfa u ma żżomm l-ebda parti tal-pakkett tas-selfa għaliha nnifisha (jew iżżomm parti bl-istess rata effettiva tal-imgħax għar-riskju komparabbli bħal parteċipanti oħra).

B5.4.4 Meta tapplika l-metodu tal-imgħax effettiv, entità ġeneralment tamortizza kwalunkwe tariffa, punti mħallsa jew riċevuti, kostijiet tat-tranżazzjoni u primjums jew skontijiet oħra li jiġu inklużi fil-kalkolu tar-rata effettiva tal-imgħax tul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju. Madankollu, jintuża perjodu iqsar jekk dan ikun il-perjodu li għalih għandhom x’jaqsmu d-drittijiet, punti mħallsa jew riċevuti, kostijiet tat-tranżazzjoni, primjums jew skontijiet. Dan se jkun il-każ meta l-varjabbli li miegħu għandhom x’jaqsmu t-tariffi, il-punti mħallsa jew riċevuti, il-kostijiet tat-tranżazzjoni, il-primjums jew l-iskontijiet, jiġi prezzat mill-ġdid skont ir-rati tas-suq qabel il-maturità mistennija tal-istrument finanzjarju. F’każ bħal dan, il-perjodu ta’ amortizzament adattat huwa l-perjodu sad-data ta’ prezzar mill-ġdid li jmiss. Pereżempju, jekk primjum jew skont fuq strument finanzjarju b’rata flessibbli jirrifletti l-imgħax dovut fuq dak l-istrument finanzjarju minn mindu tħallas l-aħħar l-imgħax, jew il-bidliet fir-rati tas-suq minn mindu r-rata tal-imgħax varjabbli tkun reġgħet ġiet irrisettjata għar-rati tas-suq, dan jiġi amortizzat għad-data li jmiss meta l-imgħax flessibbli jiġi risettjat għar-rati tas-suq. Dan minħabba li l-primjum jew l-iskont jirrigwarda l-perjodu sad-data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss billi, f’dik id-data, il-varjabbli li jirrigwarda l-primjum jew l-iskont (jiġifieri r-rati tal-imgħax) jiġi risettjat għar-rati tas-suq. Madankollu, jekk il-primjum jew l-iskont jirriżulta minn bidla fil-firxa tal-kreditu fuq ir-rata flessibbli speċifikata fl-istrument finanzjarju, jew varjabbli oħrajn li ma jiġux risettjati għar-rati tas-suq, dan jiġi amortizzat fuq il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju.

B5.4.5 Għal assi finanzjarji b’rati flessibbli u obbligazzjonijiet finanzjarji b’rati flessibbli, stima mill-ġdid perjodika tal-flussi ta’ flus biex tirrifletti l-movimenti fir-rati tas-suq tal-imgħax tbiddel ir-rata effettiva tal-imgħax. Jekk assi finanzjarju b’rata flessibbli jew obbligazzjoni finanzjarja b’rata flessibbli tiġi rikonoxxuta inizjalment f’ammont ugwali għas-somma kapitali riċevibbli jew pagabbli fil-maturità, l-istima mill-ġdid tal-pagamenti tal-imgħax futuri normalment ma jkollha l-ebda effett fuq l-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni.

B5.4.6 Jekk entità tirrevedi l-istimi tagħha tal-pagamenti jew riċevuti (esklużi l-modifiki f’konformità mal-paragrafu 5.4.3 u l-bidliet fl-istimi tat-telf mistenni ta’ kreditu), din għandha taġġusta l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat ta’ obbligazzjoni finanzjarja (jew grupp ta’ strumenti finanzjarji) biex tirrifletti l-flussi ta’ flus kuntrattwali attwali u riveduti. L-entità terġa’ tikkalkula l-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju jew il-kost amortizzat tal-obbligazzjoni finanzjarja bħala l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus kuntrattwali futuri stmati li jiġu skontati bir-rata effettiva oriġinali tal-imgħax tal-istrument finanzjarju (jew ir-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu) jew, meta jkun applikabbli, ir-rata effettiva riveduta tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-paragrafu 6.5.10. L-aġġustament jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf bħala introjtu jew spiża.

B5.4.7 F’xi każijiet, assi finanzjarju jitqies li għandu indeboliment fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali minħabba li r-riskju ta’ kreditu jkun għoli ħafna, u fil-każ ta’ xiri dan jiġi akkwistat bi skont kbir. Entità hija meħtieġa tinkludi t-telf ta’ kreditu inizjali mistenni fil-flussi ta’ flus stmati meta tkun qiegħda tikkalkula r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu għal assi finanzjarji li jitqiesu li huma mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali. Madankollu, dan ma jfissirx li jenħtieġ li rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu tiġi applikata biss minħabba li l-assi finanzjarju jkollu riskju ta’ kreditu għoli mar-rikonoxximent inizjali.

Kostijiet tat-tranżazzjoni

B5.4.8 Kostijiet tat-tranżazzjoni jinkludu tariffi u kummissjonijiet imħallsa lill-aġenti (inkluż impjegati li jaġixxu bħala aġenti tal-bejgħ), konsulenti, sensara u kummerċjanti, imposti minn aġenziji regolatorji u kambji tat-titoli, u trasferiment ta’ taxxi u dazji. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jinkludux primjums jew skontijiet ta’ djun, kostijiet ta’ finanzjament jew il-kostijiet tal-amministrazzjoni jew ta’ investiment interni.

Tħassir

B5.4.9 It-tħassir jista’ jirrigwarda assi finanzjarju kollu kemm hu jew parti minnu. Pereżempju, entità tippjana li tinforza l-kollateral fuq assi finanzjarju u tistenna li ma tirkuprax aktar minn 30 fil-mija tal-assi finanzjarju mill-kollateral. Jekk l-entità ma jkollha l-ebda prospett raġonevoli li tirkupra xi flussi ta’ flus ulterjuri mill-assi finanzjarju, jenħtieġ li tħassar is-70 fil-mija li jifdal tal-assi finanzjarju.

Indeboliment (Taqsima 5.5)

Bażi ta’ valutazzjoni kollettiva u individwali

B5.5.1 Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali, jista’ jkun meħtieġ li l-valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir-riskju tal-kreditu ssir fuq bażi kollettiva billi titqies informazzjoni li tindika żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu, pereżempju fuq grupp jew sottogrupp ta’ strumenti finanzjarji. Dan jiżgura li entità tilħaq l-objettiv li tirrikonoxxi t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja meta jkun hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu, anki jekk l-evidenza ta’ tali żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu fil-livell tal-istrument individwali tkun għadha mhix disponibbli.

B5.5.2 It-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ġeneralment huwa mistenni li jiġi rikonoxxut qabel ma strument finanzjarju jiskadi. Ġeneralment, ir-riskju ta’ kreditu jiżdied b’mod sinifikanti qabel ma strument finanzjarju jiskadi jew jiġu osservati fatturi tardivi oħra speċifiċi għall-mutwatarju (pereżempju, modifika jew ristrutturar). Konsegwentement, meta informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun aktar prospettiva mill-informazzjoni skaduta tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv, din trid tintuża biex jiġu vvalutati l-bidliet fir-riskju ta’ kreditu.

B5.5.3 Madankollu, skont in-natura tal-istrumenti finanzjarji u l-informazzjoni dwar ir-riskju ta’ kreditu disponibbli għal gruppi partikulari ta’ strumenti finanzjarji, entità tista’ ma tkunx kapaċi tidentifika bidliet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu għal strumenti finanzjarji individwali qabel ma jiskadi l-istrument finanzjarju. Dan jista’ jkun il-każ għal strumenti finanzjarji bħal selfiet għall-konsumatur li għalihom ikun hemm ftit jew l-ebda informazzjoni aġġornata dwar ir-riskju ta’ kreditu li tinkiseb u tiġi mmonitorjata b’mod regolari dwar strument individwali sakemm konsumatur jikser it-termini kuntrattwali. Jekk il-bidliet fir-riskju ta’ kreditu għal strumenti finanzjarji individwali ma jinqabdux qabel ma jiskadu, kopertura għal telf ibbażata biss fuq informazzjoni dwar il-kreditu f’livell tal-istrument finanzjarju individwali ma tirrappreżentax fedelment il-bidliet fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.4 F’xi ċirkustanzi, entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv biex tkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja fuq bażi tal-istrument individwali. F’dak il-każ, it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għandu jiġi rikonoxxut fuq bażi kollettiva li tqis informazzjoni komprensiva dwar ir-riskju ta’ kreditu. Din l-informazzjoni komprensiva dwar ir-riskju ta’ kreditu trid tinkorpora mhux biss l-informazzjoni skaduta iżda wkoll l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kreditu, inkluża informazzjoni makroekonomika ta’ natura prospettiva, sabiex jiġi approssimat ir-riżultat tar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja meta jkun hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali f’livell tal-istrument individwali.

B5.5.5 Sabiex tiddetermina ż-żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu u tirrikonoxxi kopertura għal telf fuq bażi kollettiva, entità tista’ tiġbor flimkien l-istrumenti finanzjarji abbażi ta’ karatteristiki kondiviżi ta’ riskju ta’ kreditu bl-objettiv li tiffaċilita analiżi li tkun imfassla sabiex tippermetti li żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu jiġu identifikati fil-ħin. Jenħtieġ li l-entità ma tostorx din l-informazzjoni billi tiġbor flimkien strumenti finanzjarji b’karatteristiki ta’ riskju differenti. L-eżempji ta’ karatteristiki kondiviżi tar-riskju ta’ kreditu jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

it-tip ta’ strument;

(b) 

il-klassifikazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu;

(c) 

it-tip ta’ kollateral;

(d) 

id-data tar-rikonoxximent inizjali;

(e) 

il-perjodu ta’ maturità li jifdal;

(f) 

l-industrija;

(g) 

il-pożizzjoni ġeografika tal-mutwatarju; u

(h) 

il-valur tal-kollateral meta mqabbel mal-assi finanzjarju jekk dan ikollu impatt fuq il-probabbiltà ta’ inadempjenza (pereżempju, self b’garanzija limitata f’xi ġuriżdizzjonijiet jew il-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur).

B5.5.6 Il-paragrafu 5.5.4 jitlob li t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jiġi rikonoxxut fuq l-istrumenti finanzjarji kollha li għalihom kien hemm żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jekk entità ma tkunx kapaċi tiġbor flimkien l-istrumenti finanzjarji li r-riskju ta’ kreditu tagħhom jitqies li żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali abbażi ta’ karatteristiki kondiviżi tar-riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l-entità tirrikonoxxi t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja fuq porzjon tal-assi finanzjarji li r-riskju ta’ kreditu tagħhom ikun meqjus li żdied b’mod sinifikanti. L-aggregazzjoni tal-istrumenti finanzjarji sabiex jiġi vvalutat jekk hemmx bidliet fir-riskju ta’ kreditu fuq bażi kollettiva tista’ tinbidel maż-żmien hekk kif issir disponibbli informazzjoni ġdida dwar gruppi ta’ strumenti finanzjarji, jew strumenti finanzjarji individwali.

Twaqqit tar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja

B5.5.7 Il-valutazzjoni ta’ jekk jenħtieġx li t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jiġi rikonoxxut hija bbażata fuq iż-żidiet sinifikanti fil-probabbiltà jew fir-riskju ta’ inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali (irrispettivament minn jekk strument finanzjarju jkunx ġie rivedut biex jirrifletti żieda fir-riskju ta’ kreditu) minflok fuq evidenza ta’ assi finanzjarju li jkollu indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rapportar jew li sseħħ inadempjenza proprja. Ġeneralment, se jkun hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu qabel ma assi finanzjarju jġarrab indeboliment fil-kreditu jew isseħħ inadempjenza proprja.

B5.5.8 Għall-impenji ta’ self, entità tqis il-bidliet fir-riskju ta’ inadempjenza fuq is-self li dwarha jkun hemm impenn ta’ self. Għall-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, entità tqis il-bidliet fir-riskju li d-debitur speċifikat isir inadempjenti fuq il-kuntratt.

B5.5.9 Il-portata ta’ bidla fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali tiddependi fuq ir-riskju li sseħħ inadempjenza bħal fir-rikonoxximent inizjali. Għalhekk, bidla partikulari, f’termini assoluti, fir-riskju ta’ inadempjenza se tkun aktar sinifikanti għal strument finanzjarju b’riskju inizjali ta’ inadempjenza aktar baxx meta mqabbel ma’ strument finanzjarju li jkollu riskju inizjali ta’ inadempjenza ogħla.

B5.5.10 Ir-riskju ta’ inadempjenza fuq strumenti finanzjarji li jkollhom riskju ta’ kreditu komparabbli jkun ogħla iktar ma tkun twila l-ħajja mistennija tal-istrument; pereżempju, ir-riskju ta’ inadempjenza fuq bond bi klassifikazzjoni ta’ AAA b’ħajja mistennija ta’ 10 snin huwa ogħla minn dak fuq bond bi klassifikazzjoni ta’ AAA li jkollu ħajja mistennija ta’ ħames snin.

B5.5.11 Minħabba r-relazzjoni bejn il-ħajja mistennija u r-riskju ta’ inadempjenza, il-bidla fir-riskju ta’ kreditu ma tistax tiġi vvalutata sempliċement bit-tqabbil tal-bidla fir-riskju assolut ta’ inadempjenza maż-żmien. Pereżempju, jekk ir-riskju ta’ inadempjenza għal strument finanzjarju b’ħajja mistennija ta’ 10 snin fir-rikonoxximent inizjali jkun l-istess bħar-riskju ta’ inadempjenza fuq dak l-istrument finanzjarju meta l-ħajja mistennija tiegħu f’perjodu suċċessiv tkun biss ta’ ħames snin, dak jista’ jindika żieda fir-riskju ta’ kreditu. Dan minħabba li r-riskju ta’ inadempjenza tul il-ħajja mistennija ġeneralment jonqos mal-mogħdija taż-żmien jekk ir-riskju ta’ kreditu ma jinbidilx u l-istrument finanzjarju jkun eqreb għall-maturità. Madankollu, għal strumenti finanzjarji li jkollhom biss obbligi ta’ pagament sinifikanti qrib il-maturità tal-istrument finanzjarju, ir-riskju ta’ inadempjenza mhux bilfors jonqos mal-mogħdija taż-żmien. F’każ bħal dan, jenħtieġ li entità tqis ukoll fatturi kwalitattivi oħra li juru jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.12 Entità tista’ tapplika diversi approċċi meta tivvaluta jekk ir-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali jew meta tkun qiegħda tkejjel it-telf mistenni ta’ kreditu. Entità tista’ tapplika approċċi differenti għal strumenti finanzjarji differenti. Approċċ li ma jinkludix probabbiltà espliċita ta’ inadempjenza bħala input per se, bħal approċċ ibbażat fuq ir-rata ta’ telf tal-kreditu, jista’ jkun konsistenti mar-rekwiżiti f’dan l-Istandard, bil-kundizzjoni li entità tkun kapaċi tifred il-bidliet fir-riskju ta’ inadempjenza mill-bidliet f’fatturi oħra ta’ telf ta’ kreditu mistenni, bħall-kollateral, u tqis dan li ġej meta tagħmel il-valutazzjoni:

(a) 

il-bidla fir-riskju ta’ inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali;

(b) 

il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju; u

(c) 

informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv li tista’ taffettwa r-riskju ta’ kreditu.

B5.5.13 Jenħtieġ li l-metodi użati sabiex jiġi determinat jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti fuq strument finanzjarju mir-rikonoxximent inizjali jqisu l-karatteristiki tal-istrument finanzjarju (jew grupp ta’ strumenti finanzjarji) u l-mudelli ta’ inadempjenza fil-passat għal strumenti finanzjarji komparabbli. Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 5.5.9, għal strumenti finanzjarji li l-mudelli ta’ inadempjenza tagħhom ma jkunux ikkonċentrati f’punt speċifiku tul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju, il-bidliet fir-riskju ta’ inadempjenza matul it-12-il xahar ta’ wara jistgħu jkunu approssimazzjoni raġonevoli tal-bidliet fir-riskju ta’ inadempjenza tul il-ħajja. F’każijiet bħal dawn, entità tista’ tuża l-bidliet fir-riskju ta’ inadempjenza tul it-12-il xahar ta’ wara sabiex tiddetermina jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jindikawx li tkun meħtieġa valutazzjoni tul il-ħajja.

B5.5.14 Madankollu, għal xi strumenti finanzjarji, jew f’xi ċirkustanzi, jista’ ma jkunx xieraq li jintużaw il-bidliet fir-riskju ta’ inadempjenza tul it-12-il xahar li jmiss sabiex jiġi determinat jekk jenħtieġx li t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jiġi rikonoxxut. Pereżempju, il-bidla fir-riskju ta’ inadempjenza fit-12-il xahar li jmiss tista’ ma tkunx bażi xierqa sabiex jiġi determinat jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied fuq strument finanzjarju b’maturità ta’ aktar minn 12-il xahar meta:

(a) 

l-istrument finanzjarju jkollu biss obbligi ta’ pagament sinifikanti lil hinn mit-12-il xahar li jmiss;

(b) 

iseħħu bidliet f’fatturi makroekonomiċi rilevanti jew f’fatturi oħra relatati mal-kreditu li ma jkunux riflessi b’mod xieraq fir-riskju ta’ inadempjenza fit-12-il xahar li jmiss; jew

(c) 

il-bidliet f’fatturi relatati mal-kreditu jkollhom impatt fuq ir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju biss (jew ikollhom effett iżjed evidenti) lil hinn minn 12-il xahar.

Determinazzjoni ta’ jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali

B5.5.15 Meta tiddetermina jekk ikunx meħtieġ ir-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja, entità għandha tqis l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv u li tista’ taffettwa r-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 5.5.17(c). Entità ma għandhiex għalfejn tagħmel tfittxija eżawrjenti għall-informazzjoni meta tiddetermina jekk ir-riskju ta’ kreditu jkunx żdied b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.16 L-analiżi tar-riskju ta’ kreditu hija analiżi olistika u ta’ diversi fatturi; jekk fattur speċifiku jkunx rilevanti, u l-piż tiegħu meta mqabbel ma’ fatturi oħra, jiddependu fuq it-tip ta’ prodott, il-karatteristiki tal-istrumenti finanzjarji u l-mutwatarju kif ukoll ir-reġjun ġeografiku. Entità għandha tqis l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv u li tkun rilevanti għall-istrument finanzjarju partikulari li jkun qed jiġi vvalutat. Madankollu, xi fatturi jew indikaturi jistgħu ma jkunux identifikabbli f’livell tal-istrument finanzjarju individwali. F’każ bħal dan, jenħtieġ li l-fatturi jew l-indikaturi jiġu vvalutati għal portafolji xierqa, gruppi ta’ portafolji jew porzjonijiet ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji sabiex jiġi determinat jekk ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.5.3 għar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jkunx intlaħaq.

B5.5.17 Il-lista ta’ informazzjoni mhux eżawrjenti li ġejja tista’ tkun rilevanti fil-valutazzjoni ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu:

(a) 

bidliet sinifikanti fl-indikaturi interni tal-prezzijiet tar-riskju ta’ kreditu b’riżultat ta’ bidla fir-riskju ta’ kreditu mill-bidu, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għall-firxa tal-kreditu li tirriżulta f’każ li strument finanzjarju partikulari jew strument finanzjarju simili bl-istess termini u l-istess kontroparti ikun oriġina jew inħareġ ġdid fid-data tar-rapportar.

(b) 

bidliet oħra fir-rati jew fit-termini ta’ strument finanzjarju eżistenti li jkunu konsiderevolment differenti kieku l-istrument kellu joriġina jew jinħareġ ġdid fid-data tar-rapportar (bħal ftehimiet aktar stretti, żieda fl-ammonti ta’ kollateral jew tal-garanziji, jew kopertura ta’ introjtu akbar) minħabba l-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju mir-rikonoxximent inizjali.

(c) 

bidliet sinifikanti fl-indikaturi tas-suq esterni tar-riskju ta’ kreditu għal strument finanzjarju partikulari jew strumenti finanzjarji simili bl-istess ħajja mistennija. Il-bidliet fl-indikaturi tas-suq tar-riskju ta’ kreditu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i) 

il-firxa tal-kreditu;

(ii) 

il-prezzijiet tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu għall-mutwatarju;

(iii) 

it-tul ta' żmien jew il-punt sa fejn il-valur ġust ta’ assi finanzjarju kien anqas mill-kost amortizzat tiegħu; u

(iv) 

informazzjoni oħra tas-suq relatata mal-mutwatarju, bħal bidliet fil-prezz tal-istrumenti ta’ dejn u ekwità ta’ mutwatarju.

(d) 

bidla sinifikanti attwali jew mistennija fil-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna tal-istrument finanzjarju.

(e) 

tnaqqis attwali jew mistenni fil-klassifikazzjoni interna tal-kreditu għall-mutwatarju jew tnaqqis fl-evalwazzjoni tal-imġiba użat għall-valutazzjoni interna tar-riskju ta’ kreditu. Il-klassifikazzjonijiet interni tal-kreditu u l-evalwazzjoni interna tal-imġiba jkunu iżjed affidabbli meta jkunu mmappjati ma’ klassifikazzjonijiet esterni jew appoġġati bi studji dwar l-inadempjenza.

(f) 

bidliet avversi eżistenti jew previsti fil-kundizzjonijiet tan-negozju, finanzjarji jew ekonomiċi li jkunu mistennija li jikkawżaw bidla sinifikanti fl-abbiltà tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tad-dejn tiegħu, bħal żieda attwali jew mistennija fir-rati tal-imgħax jew żieda sinifikanti attwali jew mistennija fir-rati tal-qgħad.

(g) 

bidla sinifikanti attwali jew mistennija fir-redditi operatorji tal-mutwatarju. L-eżempji jinkludu tnaqqis attwali jew mistenni fid-dħul jew fil-marġini, żieda fir-riskji operatorji, defiċjenzi fil-kapital operatorju, tnaqqis fil-kwalità tal-assi, żieda fl-ingranaġġ tal-karta tal-bilanċi, likwidità, problemi ta’ ġestjoni jew bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istruttura kummerċjali jew organizzazzjonali (bħat-twaqqif ta’ segment tan-negozju) li jwassal għal bidla sinifikanti fil-ħila tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tad-dejn tiegħu.

(h) 

żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu fuq strumenti finanzjarji oħra tal-istess mutwatarju.

(i) 

bidla avversa sinifikanti attwali jew mistennija fl-ambjent regolatorju, ekonomiku jew teknoloġiku tal-mutwatarju li tirriżulta f’bidla sinifikanti fil-ħila tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tad-dejn tiegħu, bħal tnaqqis fid-domanda għall-prodott tal-bejgħ tal-mutwatarju minħabba bidla fit-teknoloġija.

(j) 

bidliet sinifikanti fil-valur tal-kollateral li jappoġġa l-obbligu jew fil-kwalità tal-garanziji jew tat-titjib tal-kreditu ta’ parti terza, li jkunu mistennija jnaqqsu l-inċentiv ekonomiku tal-mutwatarju biex jagħmel il-pagamenti kuntrattwali skedati jew li jkollhom effett fuq il-probabbiltà li sseħħ inadempjenza. Pereżempju, jekk il-valur tal-kollateral jonqos minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar, il-mutwatarji f’xi ġuriżdizzjonijiet ikollhom inċentiv akbar għal inadempjenza fuq l-ipoteki tagħhom.

(k) 

bidla sinifikanti fil-kwalità tal-garanzija pprovduta minn azzjonist (jew il-kumpaniji omm ta’ individwu) jekk l-azzjonist (jew il-kumpaniji omm) ikollu inċentiv u l-abbiltà finanzjarja li jipprevjeni l-inadempjenza permezz ta’ infużjoni ta’ kapital jew ta’ flus.

(l) 

bidliet sinifikanti, bħal tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju minn entità omm jew affiljat ieħor jew bidla sinifikanti attwali jew mistennija fil-kwalità tat-titjib tal-kreditu, li jkunu mistennija li jnaqqsu l-inċentiv ekonomiku tal-mutwatarju biex jagħmel il-pagamenti kuntrattwali skedati. It-titjib tal-kwalità tal-kreditu jew l-appoġġ jinkludu l-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-garanti u/jew, għall-interessi maħruġa f’titolizzazzjonijiet, jekk l-interessi subordinati jkunux mistennija li jkunu kapaċi jassorbu t-telf ta’ kreditu mistenni (pereżempju, fuq is-self sottostanti għat-titolu).

(m) 

bidliet mistennija fid-dokumentazzjoni tas-self, inkluż il-ksur ta’ kuntratt mistenni li jista’ jwassal għal rinunzji jew emendi fil-ftehimiet, perjodi ta’ waqfien mill-pagamenti tal-imgħax, żidiet fir-rati tal-imgħax, li jeħtieġu kollateral jew garanziji addizzjonali, jew bidliet oħra fil-qafas kuntrattwali tal-istrument.

(n) 

bidliet sinifikanti fil-prestazzjoni u l-imġiba mistennija tal-mutwatarju, inkluż bidliet fl-istatus ta’ pagament tal-mutwatarji fil-grupp (pereżempju, żieda fl-għadd jew grad mistenni ta’ pagamenti kuntrattwali ttardjati jew żidiet sinifikanti fl-għadd mistenni ta’ mutwatarji bil-karti tal-kreditu li jkunu mistennija li joqorbu lejn jew jaqbżu l-limitu ta’ kreditu tagħhom jew li jkunu mistennija li qegħdin iħallsu l-ammont minimu ta’ kull xahar).

(o) 

bidliet fl-approċċ tal-entità għall-ġestjoni tal-kreditu fir-rigward tal-istrument finanzjarju; jiġifieri fuq il-bażi ta’ indikaturi emerġenti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju, il-prattika ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-entità tkun mistennija li ssir aktar attiva jew li tkun iffukata fuq il-ġestjoni tal-istrument, inkluż li l-istrument jiġi mmonitorjat jew ikkontrollat aktar mill-qrib, jew l-entità tintervjeni speċifikament mal-mutwatarju.

(p) 

informazzjoni skaduta, inkluża s-suppożizzjoni konfutabbli kif stabbilita fil-paragrafu 5.5.11.

B5.5.18 F’xi każijiet, l-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mhux statistika disponibbli tista’ tkun suffiċjenti sabiex jiġi determinat li strument finanzjarju jkun laħaq il-kriterju għar-rikonoxximent ta’ kopertura għal telf f’ammont ugwali għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja. Jiġifieri, l-informazzjoni ma għandhiex għalfejn tgħaddi minn mudell statistiku jew proċess ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju. F’każijiet oħra, entità jista’ jkollha bżonn tqis informazzjoni oħra, inkluża informazzjoni mill-mudelli statistiċi tagħha jew proċessi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Alternattivament, l-entità tista’ tibbaża l-valutazzjoni fuq iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni, jiġifieri fatturi kwalitattivi li ma jinqabdux mill-proċess ta’ klassifikazzjonijiet interni u kategorija speċifika ta’ klassifikazzjoni interna fid-data tar-rapportar, filwaqt li tqis il-karatteristiki tar-riskju ta’ kreditu fir-rikonoxximent inizjali, jekk iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni jkunu rilevanti.

Suppożizzjoni konfutabbli skaduta b’aktar minn 30 jum

B5.5.19 Is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 5.5.11 mhijiex indikatur assolut li t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jenħtieġ li jiġi rikonoxxut, iżda hija preżunta li hija l-aħħar punt li fih it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jenħtieġ li jiġi rikonoxxut anki meta tintuża informazzjoni ta’ natura prospettiva (inklużi fatturi makroekonomiċi fuq livell ta’ portafoll).

B5.5.20 Entità tista’ tirribatti din is-suppożizzjoni. Madankollu, din tista’ tagħmel dan biss meta jkollha informazzjoni raġonevoli u sostnuta li turi li anki jekk il-pagamenti kuntrattwali jkunu qabżu b’aktar minn 30 jum, dan ma jirrappreżentax żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju. Pereżempju meta n-nuqqas ta’ pagament ikun żvista amministrattiva, minflok irriżulta minn diffikultà finanzjarja tal-mutwatarju, jew l-entità jkollha aċċess għal evidenza storika li turi li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn iż-żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ inadempjenza u l-assi finanzjarji li l-pagamenti fuqhom ikunu qabżu b’aktar minn 30 jum, iżda dik l-evidenza fil-fatt tidentifika tali korrelazzjoni meta l-pagamenti jkunu qabżu b’aktar minn 60 jum.

B5.5.21 Entità ma tistax tallinja t-twaqqit ta’ żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu u r-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ma’ meta assi finanzjarju jitqies li għandu indeboliment fil-kreditu jew ma’ definizzjoni interna ta’ entità ta’ x’inhi inadempjenza.

Strumenti finanzjarji li għandhom kreditu ta’ riskju aktar baxx fid-data tar-rapportar

B5.5.22 Ir-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju jitqies bħala baxx għall-finijiet tal-paragrafu 5.5.10, jekk l-istrument finanzjarju jkollu riskju ta’ inadempjenza baxx, il-mutwatarju jkollu kapaċità b’saħħitha biex jissodisfa l-obbligi tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tiegħu fuq terminu qasir u bidliet avversi fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali fuq perjodu ta’ żmien aktar fit-tul jistgħu, iżda mhux neċessarjament, inaqqsu l-abbiltà tal-mutwatarju li jissodisfa l-obbligi tal-flussi ta’ flus kuntrattwali tiegħu. L-istrumenti finanzjarji ma jitqisux li għandhom riskju ta’ kreditu baxx meta jitqiesu li għandhom riskju baxx ta’ telf sempliċement minħabba l-valur tal-kollateral u l-istrument finanzjarju mingħajr dak il-kollateral ma jkunx meqjus bħala riskju ta’ kreditu baxx. L-istrumenti finanzjarji wkoll ma jitqisux li għandhom riskju ta’ kreditu baxx sempliċement minħabba li jkollhom riskju aktar baxx ta’ inadempjenza mill-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-entità jew meta mqabbel mar-riskju ta’ kreditu tal-ġuriżdizzjoni li fi ħdanha topera entità.

B5.5.23 Sabiex tiddetermina jekk strument finanzjarju jkollux riskju ta’ kreditu baxx, entità tista’ tuża l-klassifikazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu interni tagħha jew metodoloġiji oħra li jkunu konsistenti ma’ definizzjoni ta’ riskju ta’ kreditu baxx mifhuma b’mod globali u li jqisu r-riskji u t-tip ta’ strumenti finanzjarji li jkunu qegħdin jiġu vvalutati. Klassifikazzjoni esterna tal-“grad ta’ investiment” hija eżempju ta’ strument finanzjarju li jista’ jitqies bħala li għandu riskju ta’ kreditu baxx. Madankollu, l-istrumenti finanzjarji mhumiex meħtieġa li jiġu kklassifikati esternament sabiex jitqiesu li għandhom riskju ta’ kreditu baxx. Madankollu, jenħtieġ li dawn jitqiesu li għandhom riskju ta’ kreditu baxx mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq meta wieħed iqis it-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-istrument finanzjarju.

B5.5.24 It-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ma jiġix rikonoxxut fuq strument finanzjarju sempliċement minħabba li dan ikun tqies li għandu riskju ta’ kreditu baxx fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti u ma jkunx ikkunsidrat li għandu riskju ta’ kreditu baxx fid-data tar-rapportar. F’każ bħal dan, entità għandha tiddetermina jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali u għalhekk jekk it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja jkunx meħtieġ li jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 5.5.3.

Modifiki

B5.5.25 F’xi ċirkustanzi, l-innegozjar mill-ġdid jew il-modifika tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ assi finanzjarju jista’ jwassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju eżistenti f’konformità ma’ dan l-Istandard. Meta l-modifika ta’ assi finanzjarju twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju eżistenti u r-rikonoxximent sussegwenti tal-assi finanzjarju modifikat, l-assi modifikat jitqies bħala assi finanzjarju “ġdid” għall-finijiet ta’ dan l-Istandard.

B5.5.26 Għalhekk id-data tal-modifika għandha tiġi ttrattata bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ dak l-assi finanzjarju meta jiġu applikati r-rekwiżiti tal-indeboliment għall-assi finanzjarju modifikat. Dan ġeneralment ifisser li l-kopertura għal telf titkejjel f’ammont ugwali għat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja msemmija fil-paragrafu 5.5.3. Madankollu, f’xi ċirkustanzi mhux tas-soltu wara modifika li twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju oriġinali, jista’ jkun hemm evidenza li l-assi finanzjarju modifikat ikollu l-kreditu indebolit fir-rikonoxximent inizjali, u għalhekk, jenħtieġ li l-assi finanzjarju jiġi rikonoxxut bħala assi finanzjarju oriġinat b’indeboliment fil-kreditu. Dan jista’ jseħħ, pereżempju, f’sitwazzjoni li fiha kien hemm modifika sostanzjali ta’ assi f’diffikultà li wasslet għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarju oriġinali. F’każ bħal dan, jista’ jkun possibbli li l-modifika tirriżulta f’assi finanzjarju ġdid li jkollu indeboliment fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali.

B5.5.27 Jekk il-flussi ta’ flus kuntrattwali fuq assi finanzjarju jkunu reġgħu ġew innegozjati jew modifikati mod ieħor, iżda ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju, dak l-assi finanzjarju ma jitqiesx awtomatikament li għandu riskju ta’ kreditu aktar baxx. Entità għandha tivvaluta jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali fuq il-bażi tal-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv. Dan jinkludi informazzjoni storika u prospettiva u valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tul il-ħajja mistennija tal-assi finanzjarju, li tinkludi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-modifika. L-evidenza li l-kriterji għar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ma jkunux aktar milħuqa tista’ tinkludi storja tal-prestazzjoni ta’ pagamenti aġġornati u f’waqthom kontra t-termini kuntrattwali modifikati. Konsumatur ġeneralment irid juri mġiba konsistentement tajba ta’ pagament fuq perjodu ta’ żmien qabel ma r-riskju ta’ kreditu jitqies li naqas. Pereżempju, storja ta’ pagamenti maqbuża jew inkompleti ġeneralment ma titħassarx sempliċement billi jsir pagament wieħed fil-ħin wara modifika fit-termini kuntrattwali.

Kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni

Telf ta’ kreditu mistenni

B5.5.28 It-telf ta’ kreditu mistenni huwa stima ponderata għall-probabbiltà tat-telf ta’ kreditu (jiġifieri l-valur preżenti tan-nuqqasijiet kollha ta’ flus) tul il-ħajja mistennija tal-istrument finanzjarju. Nuqqas ta’ flus huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus li jkunu dovuti lil entità f’konformità mal-kuntratt u l-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tirċievi. Minħabba li t-telf ta’ kreditu mistenni jqis l-ammont u t-twaqqit tal-pagamenti, jirriżulta telf ta’ kreditu anki jekk l-entità tistenna li titħallas b’mod sħiħ iżda aktar tard minn meta jkun kuntrattwalment dovut.

B5.5.29 Għall-assi finanzjarji, telf ta’ kreditu huwa l-valur preżenti tad-differenza bejn:

(a) 

il-flussi tal-flus kuntrattwali li jkunu dovuti lil entità skont il-kuntratt; u

(b) 

il-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tirċievi.

B5.5.30 Għall-impenji ta’ self mhux prelevati, telf ta’ kreditu huwa l-valur preżenti tad-differenza bejn:

(a) 

il-flussi ta' flus kuntrattwali li jkunu dovuti lil entità jekk id-detentur tal-impenn ta’ self jiġbed is-self; u

(b) 

il-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tirċievi jekk jinġibed is-self.

B5.5.31 Stima min-naħa ta’ entità, tat-telf ta’ kreditu mistenni fuq l-impenji ta’ self, għandha tkun konsistenti mal-istennija tagħha ta’ ġbid fuq dak l-impenn ta’ self, jiġifieri għandha tqis il-porzjon mistenni tal-impenn ta’ self li jkun se jinġibed fi żmien 12-il xahar mid-data tar-rapportar meta jkun qed jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar, u l-porzjon mistenni tal-impenn ta’ self li jkun se jinġibed tul il-ħajja mistennija tal-impenn ta’ self meta jkun qed jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja.

B5.5.32 Għal kuntratt ta’ garanzija finanzjarja, l-entità hija meħtieġa tagħmel pagamenti biss f’każ ta’ inadempjenza mid-debitur f’konformità mat-termini tal-istrument li jkun garantit. Għalhekk, in-nuqqasijiet ta’ flus huma l-pagamenti mistennija sabiex id-detentur jiġi rimborżat għal telf ta’ kreditu li huwa jġarrab, mingħajr ebda ammont li l-entità tistenna li tirċievi mingħand id-detentur, id-debitur jew kwalunkwe parti oħra. Jekk l-assi jkun garantit b’mod sħiħ, l-istima tan-nuqqas ta’ flus għal kuntratt ta’ garanzija finanzjarja tkun konsistenti mal-istimi tan-nuqqasijiet ta’ flus għall-assi soġġett għall-garanzija.

B5.5.33 Għal assi finanzjarju b’indeboliment fil-kreditu fid-data tar-rapportar, iżda li ma jkunx assi finanzjarju mixtri jew oriġinat b’indeboliment fil-kreditu, entità għandha tkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni bħala d-differenza bejn l-ammont riportat gross tal-assi u l-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus stmati skontati bir-rata effettiva tal-imgħax oriġinali tal-assi finanzjarju. Kwalunkwe aġġustament jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf bħala qligħ jew telf tal-indeboliment.

B5.5.34 Fil-kejl ta’ kopertura għal telf għal riċevibbli ta’ lokazzjoni, jenħtieġ li l-flussi ta’ flus użati għad-determinazzjoni ta’ telf ta’ kreditu mistenni jkunu konsistenti mal-flussi ta’ flus użati fil-kejl tar-riċevibbli ta’ lokazzjoni f’konformità mal-IFRS 16 Lokazzjonijiet.

B5.5.35 Entità tista’ tuża espedjenti prattiċi meta tkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji fil-paragrafu 5.5.17. Eżempju ta’ espedjent prattiku huwa l-kalkolu tat-telf ta’ kreditu mistenni fuq ir-riċevibbli tan-negozju bl-użu ta’ matriċi tal-provvediment. L-entità tuża l-esperjenza tat-telf ta’ kreditu storika tagħha (aġġustata kif meħtieġ f’konformità mal-paragrafi B5.5.51–B5.5.52) għar-riċevibbli tan-negozju biex tistma t-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar jew it-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja fuq l-assi finanzjarji kif rilevanti. Matriċi ta’ provvediment tista’, pereżempju, tispeċifika rati ta’ provvediment fissi fuq l-għadd ta’ jiem li riċevibbli tan-negozju jkun skada (pereżempju, 1 fil-mija jekk ma jkunx skada, 2 fil-mija jekk ikun skada b’anqas minn 30 jum, 3 fil-mija jekk ikun skada b’aktar minn 30 jum iżda b’anqas minn 90 jum, 20 fil-mija jekk ikun skada b’90–180 jum, eċċ.). Skont id-diversità tal-klijentela tagħha, l-entità tuża raggruppamenti xierqa jekk l-esperjenza tat-telf ta’ kreditu storika tagħha turi mudelli ta’ telf konsiderevolment differenti għal segmenti ta’ konsumaturi differenti. Eżempji tal-kriterji li jistgħu jintużaw biex jiġu raggruppati l-assi jinkludu r-reġjun ġeografiku, it-tip ta’ prodott, il-klassifikazzjoni tal-konsumaturi, il-kollateral jew l-assigurazzjoni kummerċjali tal-kreditu u t-tip ta’ konsumatur (bħal operatur jew konsumatur).

Definizzjoni ta’ inadempjenza

B5.5.36 Il-paragrafu 5.5.9 jitlob li meta jiġi determinat jekk ir-riskju ta’ kreditu fuq strument finanzjarju jkunx żdied b’mod sinifikanti, entità għandha tqis il-bidla fir-riskju ta’ inadempjenza mir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.37 Meta tkun qiegħda tiddefinixxi inadempjenza sabiex jiġi determinat ir-riskju ta’ inadempjenza, entità għandha tapplika definizzjoni ta’ inadempjenza li tkun konsistenti mad-definizzjoni użata għal skopijiet ta’ ġestjoni interna tar-riskju ta’ kreditu għall-istrument finanzjarju rilevanti u tqis indikaturi kwalitattivi (pereżempju, ftehimiet finanzjarji) meta jkun xieraq. Madankollu, hemm suppożizzjoni konfutabbli li inadempjenza ma sseħħx aktar tard minn meta assi finanzjarju jkun skada b’90 jum sakemm entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u sostnuta biex turi li kriterju ta’ inadempjenza aktar tardiva jkun iżjed xieraq. Id-definizzjoni ta’ inadempjenza użata għal dawn l-għanijiet għandha tiġi applikata b’mod konsistenti għall-istrumenti finanzjarji kollha sakemm ma ssirx disponibbli informazzjoni li turi li definizzjoni oħra ta’ inadempjenza tkun iżjed adattata għal strument finanzjarju partikulari.

Perjodu li fuqu għandu jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni

B5.5.38 F’konformità mal-paragrafu 5.5.19, il-perjodu massimu li fuqu għandu jitkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni huwa l-perjodu kuntrattwali massimu li matulu l-entità tkun esposta għar-riskju ta’ kreditu. Għall-impenji ta’ self u l-kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, dan huwa l-perjodu kuntrattwali massimu li matulu entità jkollha obbligu kuntrattwali preżenti sabiex testendi l-kreditu.

B5.5.39 Madankollu, f’konformità mal-paragrafu 5.5.20, xi strumenti finanzjarji jinkludu kemm self kif ukoll komponent ta’ impenn mhux prelevat u l-abbiltà kuntrattwali tal-entità biex titlob ripagament u tikkanċella l-impenn mhux prelevat ma tillimitax l-iskopertura tal-entità għat-telf ta’ kreditu sal-perjodu ta’ avviż kuntrattwali. Pereżempju, il-faċilitajiet ta’ kreditu rotanti, bħall-karti tal-kreditu u l-faċilitajiet ta’ self kurrenti, jistgħu jiġu rtirati kuntrattwalment mill-mutwanti b’avviż anki ta’ jum biss qabel. Fil-prattika, madankollu, il-mutwanti jkomplu jestendu l-kreditu għal perjodu itwal u jistgħu jirtiraw il-faċilità biss wara li r-riskju ta’ kreditu tal-mutwatarju jiżdied, li jista’ jkun tard wisq biex jiġi evitat parti mit-telf ta’ kreditu mistenni jew kollu kemm hu. Dawn l-istrumenti finanzjarji ġeneralment ikollhom il-karatteristiki li ġejjin b’riżultat tan-natura tal-istrument finanzjarju, il-mod li bih jiġu ġestiti l-istrumenti finanzjarji, u n-natura tal-informazzjoni disponibbli dwar iż-żidiet sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu:

(a) 

l-istrumenti finanzjarji ma jkollhomx terminu fiss jew struttura ta’ ripagament u ġeneralment ikollhom perjodu ta’ kanċellazzjoni kuntrattwali qasir (pereżempju, jum);

(b) 

l-abbiltà kuntrattwali sabiex jiġi kanċellat il-kuntratt ma tkunx infurzata fil-ġestjoni normali ta’ kuljum tal-istrument finanzjarju u l-kuntratt jista’ jiġi kanċellat biss meta l-entità ssir konxja ta’ żieda fir-riskju ta’ kreditu fil-livell tal-faċilità; u

(c) 

l-istrumenti finanzjarji jkunu ġestiti fuq bażi kollettiva.

B5.5.40 Meta tiddetermina l-perjodu li matulu l-entità tkun mistennija li tkun esposta għar-riskju ta’ kreditu, iżda li matulu t-telf ta’ kreditu mistenni ma jkunx mitigat bl-azzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu normali tal-entità, jenħtieġ li entità tqis fatturi bħall-informazzjoni storika u l-esperjenza dwar:

(a) 

il-perjodu li matulu l-entità kienet esposta għal riskju ta’ kreditu fuq strumenti finanzjarji simili;

(b) 

it-tul taż-żmien biex iseħħu inadempjenzi relatati fuq strumenti finanzjarji simili wara żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu; u

(c) 

l-azzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu li entità tistenna li tieħu ladarba jiżdied ir-riskju ta’ kreditu fuq l-istrument finanzjarju, bħat-tnaqqis jew it-tneħħija tal-limiti mhux prelevati.

Eżitu ponderat għall-probabbiltà

B5.5.41 L-iskop li jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni la huwa li jiġi stmat l-agħar xenarju possibbli u lanqas li jiġi stmat l-aħjar xenarju possibbli. Minflok, stima tat-telf ta’ kreditu mistenni dejjem għandha tirrifletti l-possibbiltà li jseħħ telf ta’ kreditu u l-possibbiltà li ma jseħħ l-ebda telf ta’ kreditu anki jekk l-eżitu l-aktar probabbli ma jkun l-ebda telf ta’ kreditu.

B5.5.42 Il-paragrafu 5.5.17(a) jitlob li l-istima tat-telf ta’ kreditu mistenni tirrifletti ammont mhux preġudikat u ponderat għall-probabbiltà li jiġi determinat bl-evalwazzjoni ta’ firxa ta’ eżiti possibbli. Fil-prattika, din mhux bilfors trid tkun analiżi kumplessa. F’xi każijiet, jista’ jkun suffiċjenti mudellar relattivament sempliċi, mingħajr il-ħtieġa għal għadd kbir ta’ simulazzjonijiet dettaljati ta’ xenarji. Pereżempju, it-telf medju ta’ kreditu ta’ grupp kbir ta’ strumenti finanzjarji b’karatteristiki kondiviżi tar-riskju jista’ jkun stima raġonevoli tal-ammont ponderat għall-probabbiltà. F’sitwazzjonijiet oħra, x’aktarx li tkun meħtieġa l-identifikazzjoni ta’ xenarji li jispeċifikaw l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus għal eżiti partikulari u l-probabbiltà stmata ta’ dawk ir-riżultati. F’dawk is-sitwazzjonijiet, it-telf ta’ kreditu mistenni għandu jirrifletti mill-inqas żewġ eżiti f’konformità mal-paragrafu 5.5.18.

B5.5.43 Għat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja, entità għandha tistma r-riskju ta’ inadempjenza fuq l-istrument finanzjarju tul il-ħajja mistennija tiegħu. It-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar huwa porzjon tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja u jirrappreżenta n-nuqqas ta’ flus tul il-ħajja li jirriżulta jekk inadempjenza sseħħ fit-12-il xahar wara d-data tar-rapportar (jew perjodu iqsar jekk il-ħajja mistennija ta’ strument finanzjarju tkun anqas minn 12-il xahar), ponderata għall-probabbiltà li sseħħ dik l-inadempjenza. Għalhekk, it-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar la huwa t-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja li entità se ġġarrab fuq l-istrumenti finanzjarji li hija tipprevedi li se jsiru inadempjenti fit-12-il xahar li jmiss u lanqas in-nuqqasijiet ta’ flus li jkunu previsti tul it-12-il xahar li jmiss.

Valur taż-żmien tal-flus

B5.5.44 It-telf ta’ kreditu mistenni għandu jiġi skontat sad-data tar-rapportar, mhux sal-inadempjenza mistennija jew xi data oħra, billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax determinata fir-rikonoxximent inizjali jew approssimazzjoni tagħha. Jekk strument finanzjarju jkollu rata tal-imgħax varjabbli, it-telf ta’ kreditu mistenni għandu jiġi skontat billi tintuża r-rata effettiva kurrenti tal-imgħax determinata f’konformità mal-paragrafu B5.4.5.

B5.5.45 Għall-assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu, it-telf ta’ kreditu mistenni għandu jiġi skontat billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu determinata fir-rikonoxximent inizjali.

B5.5.46 It-telf ta’ kreditu mistenni fuq riċevibbli ta’ lokazzjoni għandu jiġi skontat bl-użu tal-istess rata ta’ skont użata fil-kejl ta’ riċevibbli ta’ lokazzjoni f’konformità mal-IFRS 16.

B5.5.47 It-telf ta’ kreditu mistenni fuq impenn ta’ self għandu jiġi skontat billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax, jew approssimazzjoni tagħha, li tiġi applikata meta jiġi rikonoxxut l-assi finanzjarju li jirriżulta mill-impenn ta’ self. Dan minħabba li sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ indeboliment, assi finanzjarju li jiġi rikonoxxut wara ġbid fuq impenn ta’ self għandu jiġi trattat bħala kontinwazzjoni ta’ dak l-impenn minflok bħala strument finanzjarju ġdid. Għaldaqstant, it-telf ta’ kreditu mistenni fuq l-assi finanzjarju għandu jitkejjel billi jitqies ir-riskju ta’ kreditu inizjali tal-impenn ta’ self mid-data li fiha l-entità tkun saret parti għall-impenn irrevokabbli.

B5.5.48 It-telf ta’ kreditu mistenni fuq kuntratti ta’ garanzija finanzjarja jew fuq impenji ta’ self li għalihom ma tkunx tista’ tiġi determinata r-rata effettiva tal-imgħax għandu jiġi skontat billi tiġi applikata rata ta’ skont li tirrifletti l-valutazzjoni kurrenti tas-suq tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji li jkunu speċifiċi għall-flussi ta’ flus iżda biss jekk, u sakemm, ir-riskji jitqiesu billi tiġi aġġustata r-rata ta’ skont minflok ma jiġu aġġustati n-nuqqasijiet ta’ flus li jkunu qed jiġu skontati.

Informazzjoni raġonevoli u sostnuta

B5.5.49 Għall-fini ta’ dan l-Istandard, informazzjoni raġonevoli u sostnuta hija dik li tkun raġonevolment disponibbli fid-data tar-rapportar mingħajr kost jew sforz eċċessiv, inkluża informazzjoni dwar eventi passati, il-kundizzjonijiet kurrenti u previżjonijiet ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi futuri. L-informazzjoni li tkun disponibbli għal skopijiet ta’ rapportar finanzjarju titqies li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv.

B5.5.50 Entità mhijiex meħtieġa tinkorpora previżjonijiet tal-kundizzjonijiet futuri tul il-ħajja mistennija sħiħa ta’ strument finanzjarju. Il-grad ta’ ġudizzju li huwa meħtieġ sabiex jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni jiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dettaljata. Hekk kif il-perjodu tal-previżjoni jiżdied, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dettaljata tonqos u l-grad ta’ ġudizzju meħtieġ sabiex jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni jonqos. L-istima tat-telf ta’ kreditu mistenni ma teħtieġx stima dettaljata għal perjodi li jkunu ’l bogħod fil-futur—għal perjodi bħal dawn, entità tista’ testrapola projezzjonijiet minn informazzjoni disponibbli u dettaljata.

B5.5.51 Entità ma għandhiex għalfejn twettaq riċerka eżawrjenti għall-informazzjoni iżda għandha tqis l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv u li tkun rilevanti għall-istima tat-telf ta’ kreditu mistenni, inkluż l-effett tal-prepagamenti mistennija. L-informazzjoni użata għandha tinkludi fatturi li jkunu speċifiċi għall-mutwatarju, il-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali u valutazzjoni tad-direzzjoni kemm kurrenti kif ukoll dik prevista tal-kundizzjonijiet fid-data tar-rapportar. Entità tista’ tuża diversi sorsi ta’ data, li jistgħu jkunu kemm interni (speċifiċi għall-entità) kif ukoll esterni. Is-sorsi possibbli ta’ data jinkludu l-esperjenza storika interna ta’ telf ta’ kreditu, il-klassifikazzjonijiet interni, l-esperjenza ta’ telf ta’ kreditu ta’ entitajiet oħra u klassifikazzjonijiet, rapporti u statistiki esterni. L-entitajiet li ma jkollhomx, jew li jkollhom sorsi insuffiċjenti ta’ data speċifika għall-entità, jistgħu jużaw l-esperjenza ta’ pari għall-istrument finanzjarju (jew gruppi ta’ strumenti finanzjarji) komparabbli.

B5.5.52 L-informazzjoni storika hija ankra jew bażi importanti minn fejn jitkejjel it-telf ta’ kreditu mistenni. Madankollu, entità għandha taġġusta d-data storika, bħall-esperjenza ta’ telf ta’ kreditu, fuq il-bażi tad-data osservabbli f’dak il-mument sabiex tirrifletti l-effetti tal-kundizzjonijiet kurrenti u l-previżjonijiet tagħha ta’ kundizzjonijiet futuri li ma affettwawx il-perjodu li fuqu tkun ibbażata d-data storika, u biex tneħħi l-effetti tal-kundizzjonijiet fil-perjodu storiku li ma jkunux rilevanti għall-flussi ta’ flus kuntrattwali futuri. F’xi każijiet, l-aħjar informazzjoni raġonevoli u sostnuta tista’ tkun l-informazzjoni storika mhux aġġustata, skont in-natura tal-informazzjoni storika u meta kienet ikkalkulata, ipparagunata maċ-ċirkustanzi fid-data tar-rapportar u l-karatteristiki tal-istrument finanzjarju li jkun qed jiġi kkunsidrat. Jenħtieġ li l-istimi tal-bidliet fit-telf ta’ kreditu mistenni jirriflettu, u jkunu direzzjonalment konsistenti mal-bidliet fid-data relatata osservabbli minn perjodu għall-ieħor (bħall-bidliet fir-rati tal-qgħad, il-prezzijiet tal-proprjetà, il-prezzijiet tal-komoditajiet, l-istatus tal-pagament jew fatturi oħra li jkunu indikattivi ta’ telf ta’ kreditu fuq l-istrument finanzjarju jew fil-grupp ta’ strumenti finanzjarji u fid-daqs ta’ dawk il-bidliet). Entità għandha teżamina regolarment il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati sabiex jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni biex tnaqqas kwalunkwe differenza bejn l-istimi u l-esperjenza attwali ta’ telf ta’ kreditu.

B5.5.53 Meta tintuża l-esperjenza storika ta’ telf ta’ kreditu biex jiġi stmat it-telf ta’ kreditu mistenni, huwa importanti li l-informazzjoni dwar ir-rati storiċi ta’ telf ta’ kreditu jiġu applikati għal gruppi li jkunu definiti b’mod li jkun konsistenti mal-gruppi li għalihom kienu osservati r-rati storiċi ta’ telf ta’ kreditu. Konsegwentement, il-metodu użat għandu jippermetti li kull grupp ta’ assi finanzjarji jiġi assoċjat ma’ informazzjoni dwar l-esperjenza passata ta’ telf ta’ kreditu fi gruppi ta’ assi finanzjarji b’karatteristiki ta’ riskju simili u ma’ data osservabbli rilevanti li tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti.

B5.5.54 It-telf ta’ kreditu mistenni jirrifletti l-istennija ta’ telf ta’ kreditu proprja tal-entità. Madankollu, meta tqis l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv biex tistma t-telf ta’ kreditu mistenni, jenħtieġ li entità tqis ukoll l-informazzjoni tas-suq osservabbli dwar ir-riskju ta’ kreditu tal-istrument finanzjarju partikulari jew ta’ strumenti finanzjarji simili.

Kollateral

B5.5.55 Għall-iskopijiet ta’ kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni, l-istima tan-nuqqasijiet ta’ flus mistennija għandha tirrifletti l-flussi ta’ flus mistennija mill-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu li jkunu parti mit-termini kuntrattwali u ma jkunux rikonoxxuti separatament mill-entità. L-istima tan-nuqqasijiet ta’ flus mistennija fuq strument finanzjarju kollateralizzat tirrifletti l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li jkunu mistennija mill-preklużjoni fuq il-kollateral mingħajr il-kostijiet għall-ksib u l-bejgħ tal-kollateral, irrispettivament minn jekk il-preklużjoni tkunx probabbli (jiġifieri l-istima tal-flussi ta’ flus tqis il-probabbiltà ta’ preklużjoni u l-flussi ta’ flus li jirriżultaw minnha). Konsegwentement, jenħtieġ li kwalunkwe fluss ta’ flus li jkun mistenni mir-realizzazzjoni tal-kollateral wara l-maturità kuntrattwali tal-kuntratt jiġi inkluż f’din l-analiżi. Kwalunkwe kollateral miksub b’riżultat ta’ preklużjoni ma jiġix rikonoxxut bħala assi separat mill-istrument finanzjarju kollateralizzat sakemm dan ma jissodisfax il-kriterji rilevanti tar-rikonoxximent għal assi f’dan l-Istandard jew fi Standards oħra.

Riklassifikazzjoni tal-assi finanzjarji (Taqsima 5.6)

B5.6.1 Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 4.4.1, il-paragrafu 5.6.1 jitlob li r-riklassifikazzjoni tiġi applikata b’mod prospettiv mid-data tar-riklassifikazzjoni. Kemm il-kategorija tal-kejl tal-kost amortizzat kif ukoll il-kategorija tal-kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jitolbu li r-rata effettiva tal-imgħax tiġi determinata fir-rikonoxximent inizjali. Dawn iż-żewġ kategoriji ta’ kejl jitolbu wkoll li r-rekwiżiti ta’ indeboliment jiġu applikati bl-istess mod. Konsegwentement, meta entità tirriklassifika assi finanzjarju bejn il-kategorija ta’ kejl tal-kost amortizzat u l-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv:

(a) 

ir-rikonoxximent tad-dħul mill-imgħax ma jinbidilx u għaldaqstant l-entità tkompli tuża l-istess rata effettiva tal-imgħax.

(b) 

il-kejl tat-telf ta’ kreditu mistenni ma jinbidilx għax iż-żewġ kategoriji ta’ kejl japplikaw l-istess approċċ ta’ indeboliment. Madankollu, jekk assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv u fil-kategorija ta’ kejl tal-kost amortizzat, kopertura għal telf tiġi rikonoxxuta bħala aġġustament fl-ammont riportat gross tal-assi finanzjarju mid-data tar-riklassifikazzjoni. Jekk assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija tal-kejl tal-kost amortizzat u fil-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-kopertura għal telf (u b’hekk ma jibqax rikonoxxut bħala aġġustament fl-ammont riportat gross) iżda jiġi minflok rikonoxxut bħala ammont ta’ indeboliment akkumulat (ta’ ammont ugwali) f’introjtu ieħor komprensiv u jiġi divulgat mid-data tar-riklassifikazzjoni.

B5.6.2 Madankollu, entità mhijiex meħtieġa tirrikonoxxi separatament id-dħul mill-imgħax jew il-profitti jew telf tal-indeboliment għal assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Konsegwentement, meta entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-kategorija ta’ kejl tal-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, ir-rata effettiva tal-imgħax tiġi determinata abbażi tal-valur ġust tal-assi fid-data tar-riklassifikazzjoni. Barra minn hekk, għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tat-Taqsima 5.5 għall-assi finanzjarju mid-data tar-riklassifikazzjoni, id-data tar-riklassifikazzjoni hija ttrattata bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali.

Qligħ u telf (Taqsima 5.7)

B5.7.1 Il-paragrafu 5.7.5 jippermetti li entità tagħmel għażla irrevokabbli biex tippreżenta f’introjtu ieħor komprensiv bidliet fil-valur ġust ta’ investiment fi strument ta’ ekwità li ma jkunx miżmum għan-negozju. Din l-għażla ssir fuq bażi ta’ strument bi strument (jiġifieri sehem b’sehem). L-ammonti ppreżentati f’introjtu ieħor komprensiv ma għandhomx jiġu ttrasferiti sussegwentement għal profitt jew telf. Madankollu, l-entità tista’ tittrasferixxi l-qligħ jew telf kumulattiv fl-ekwità. Id-dividendi fuq tali investimenti jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 5.7.6 sakemm id-dividend ma jirrappreżentax b’mod ċar irkupru ta’ parti mill-kost tal-investiment.

B5.7.1A Sakemm ma japplikax il-paragrafu 4.1.5, il-paragrafu 4.1.2A jitlob li assi finanzjarju jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jekk it-termini kuntrattwali tal-assi finanzjarju jwasslu għal flussi ta’ flus li jkunu biss pagamenti ta’ kapital u mgħax fuq l-ammont ta’ kapital pendenti u l-assi jinżamm f’mudell ta’ negozju li l-objettiv tiegħu jintlaħaq kemm bil-ġbir tal-flussi ta’ flus kuntrattwali kif ukoll bil-bejgħ ta’ assi finanzjarji. Din il-kategorija ta’ kejl tirrikonoxxi l-informazzjoni fi profitt jew telf daqslikieku l-assi finanzjarju jitkejjel fil-kost amortizzat, filwaqt li l-assi finanzjarju jitkejjel fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-valur ġust. Qligħ jew telf, għajr dak li jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf f’konformità mal-paragrafi 5.7.10–5.7.11, jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv. Meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ dawn l-assi finanzjarji, il-qligħ jew telf kumulattiv rikonoxxut qabel f’introjtu ieħor komprensiv jiġi riklassifikat għal profitt jew telf. Dan jirrifletti l-qligħ jew telf li jkun ġie rikonoxxut fi profitt jew telf mal-irtirar tar-rikonoxximent jekk l-assi finanzjarju jkun tkejjel fil-kost amortizzat.

B5.7.2 Entità tapplika l-IAS 21 għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li huma entrati monetarji f’konformità mal-IAS 21 u denominati f’munita barranija. L-IAS 21 jitlob li kwalunkwe qligħ jew telf mill-kambju fuq assi monetarji u obbligazzjonijiet monetarji jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Eċċezzjoni hija entrata monetarja li tkun deżinjata bħala strument għall-iħħeġġjar f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus (ara l-paragrafu 6.5.11), ħeġġ ta’ investiment nett (ara l-paragrafu 6.5.13) jew ħeġġ fuq il-valur ġust ta’ strument ta’ ekwità li għalih entità tkun għażlet li tippreżenta bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 (ara l-paragrafu 6.5.8).

B5.7.2A Għall-iskop ta’ rikonoxximent tal-qligħ u t-telf mill-kambju f’konformità mal-IAS 21, assi finanzjarju mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A huwa ttrattat bħala entrata monetarja. Għalhekk, tali assi finanzjarju jiġi ttrattat bħala assi mkejjel fil-kost amortizzat fil-munita barranija. Id-differenzi tal-kambju fuq il-kost amortizzat jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf u bidliet oħra fl-ammont riportat jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-paragrafu 5.7.10.

B5.7.3 Il-paragrafu 5.7.5 jippermetti li entità tagħmel għażla irrevokabbli li tippreżenta f’introjtu ieħor komprensiv bidliet sussegwenti fil-valur ġust ta’ investimenti partikulari fi strumenti ta’ ekwità. Investiment bħal dan mhuwiex entrata monetarja. Għalhekk, il-qligħ jew it-telf li jiġi ppreżentat f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.5 jinkludi kwalunkwe komponent relatat tal-kambju.

B5.7.4 Jekk ikun hemm relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn assi monetarju nonderivattiv u obbligazzjoni monetarja nonderivattiva, il-bidliet fil-komponent tal-munita barranija ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jiġu ppreżentati fi profitt jew telf.

Obbligazzjonijiet deżinjati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf

B5.7.5 Meta entità tiddeżinja obbligazzjoni finanzjarja bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, din trid tiddetermina jekk il-preżentazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni toħloqx jew tkabbarx spariġġ kontabbilistiku fil-profitt jew telf. Spariġġ kontabbilistiku jinħoloq jew jitkabbar jekk il-preżentazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv tirriżulta fi spariġġ akbar fi profitt jew telf milli kieku dawk l-ammonti kienu ppreżentati fi profitt jew telf.

B5.7.6 Biex tagħmel dik id-determinazzjoni, entità trid tivvaluta jekk hija tistenniex li l-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni se jiġu paċuti fi profitt jew telf b’bidla fil-valur ġust ta’ strument finanzjarju ieħor imkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Tali stennija trid tkun ibbażata fuq relazzjoni ekonomika bejn il-karatteristiki tal-obbligazzjoni u l-karatteristiki tal-istrument finanzjarju l-ieħor.

B5.7.7 Dik id-determinazzjoni ssir fir-rikonoxximent inizjali u ma tiġix rivalutata. Għal skopijiet prattiċi, l-entità ma għandhiex għalfejn tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jwasslu għal spariġġ kontabbilistiku fl-istess ħin eżatt. Huwa permess dewmien raġonevoli bil-kundizzjoni li kwalunkwe tranżazzjoni li jifdal tkun mistennija li sseħħ. Entità trid tapplika b’mod konsistenti l-metodoloġija tagħha sabiex tiddetermina jekk il-preżentazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv tal-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni toħloqx jew tkabbarx spariġġ kontabbilistiku fi profitt jew telf. Madankollu, entità tista’ tuża metodoloġiji differenti meta jkun hemm relazzjonijiet ekonomiċi differenti bejn il-karatteristiki tal-obbligazzjonijiet deżinjati bħala fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u l-karatteristiki tal-istrumenti finanzjarji l-oħra. L-IFRS 7 jitlob li entità tipprovdi divulgazzjonijiet kwalitattivi fin-noti għar-rapporti finanzjarji dwar il-metodoloġija tagħha biex tagħmel dik id-determinazzjoni.

B5.7.8 Jekk ikun se jinħoloq jew jitkabbar tali spariġġ, l-entità hija meħtieġa tippreżenta l-bidliet kollha fil-valur ġust (inklużi l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni) fi profitt jew telf. Jekk ma jkunx se jinħoloq jew jitkabbar tali spariġġ, l-entità hija meħtieġa tippreżenta l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni f’introjtu ieħor komprensiv.

B5.7.9 L-ammonti ppreżentati f’introjtu ieħor komprensiv ma għandhomx jiġu ttrasferiti sussegwentement għal profitt jew telf. Madankollu, l-entità tista’ tittrasferixxi l-qligħ jew telf kumulattiv fl-ekwità.

B5.7.10 L-eżempju li ġej jiddeskrivi sitwazzjoni li fiha jinħoloq spariġġ kontabbilistiku fi profitt jew telf kieku l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni kienu ppreżentati f’introjtu ieħor komprensiv. Bank ipotekarju jiffinanzja self lill-konsumaturi u jiffinanzja dak is-self billi jbigħ bonds b’karatteristiki li jaqblu (eż. l-ammont pendenti, il-profil tar-ripagament, it-terminu u l-munita) fis-suq. It-termini kuntrattwali tas-self jippermettu li l-konsumatur ipotekarju jagħmel prepagament għas-self tiegħu (jiġifieri jissodisfa l-obbligu tiegħu mal-bank) billi jixtri l-bond korrispondenti fil-valur ġust fis-suq u jikkonsenja dak il-bond lill-bank ipotekarju. B’riżultat ta’ dak id-dritt ta’ prepagament kuntrattwali, jekk il-kwalità tal-kreditu tal-bond tmur għall-agħar (u, għalhekk, il-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-bank ipotekarju jonqos), il-valur ġust tal-assi ta’ self tal-bank ipotekarju jonqos ukoll. Il-bidla fil-valur ġust tal-assi tirrifletti d-dritt kuntrattwali tal-konsumatur ipotekarju li jagħmel prepagament għas-self ipotekarju billi jixtri l-bond sottostanti fil-valur ġust (li, f’dan l-eżempju, naqas) u jikkonsenja l-bond lill-bank ipotekarju. Konsegwentement, l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni (il-bond) se jiġu paċuti fi profitt jew telf minn bidla korrispondenti fil-valur ġust ta’ assi finanzjarju (is-self). Jekk l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni jiġu ppreżentati f’introjtu ieħor komprensiv, ikun hemm spariġġ kontabbilistiku fi profitt jew telf. Konsegwentement, il-bank ipotekarju huwa meħtieġ jippreżenta l-bidliet kollha fil-valur ġust tal-obbligazzjoni (inklużi l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni) fi profitt jew telf.

B5.7.11 Fl-eżempju fil-paragrafu B5.7.10, hemm rabta kuntrattwali bejn l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni u bidliet fil-valur ġust tal-assi finanzjarju (jiġifieri b’riżultat tad-dritt kuntrattwali tal-konsumatur ipotekarju li jagħmel prepagament għas-self billi jixtri l-bond fil-valur ġust u jikkonsenja l-bond lill-bank ipotekarju). Madankollu, spariġġ kontabbilistiku jista’ jseħħ ukoll fin-nuqqas ta’ rabta kuntrattwali.

B5.7.12 Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8, spariġġ kontabbilistiku ma jiġix ikkawżat biss mill-metodu ta’ kejl li entità tuża sabiex tiddetermina l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ obbligazzjoni. Spariġġ kontabbilistiku fi profitt jew telf jinħoloq biss meta l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni (kif definiti fl-IFRS 7) ikunu mistennija li jiġu paċuti b’bidliet fil-valur ġust ta’ strument finanzjarju ieħor. Spariġġ li jinħoloq biss b’riżultat tal-metodu tal-kejl (jiġifieri minħabba li entità ma tiżolax il-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ obbligazzjoni minn xi bidliet oħra fil-valur ġust tagħha), ma jaffettwax id-determinazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8. Pereżempju, entità ma tistax tiżola l-bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ obbligazzjoni mill-bidliet fir-riskju ta’ likwidità. Jekk l-entità tippreżenta l-effett kombinat taż-żewġ fatturi f’introjtu ieħor komprensiv, jista’ jseħħ spariġġ minħabba li l-bidliet fir-riskju ta’ likwidità jistgħu jiġu inklużi fil-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji tal-entità u l-bidla sħiħa tal-valur ġust ta’ dak l-assi tiġi ppreżentata fi profitt jew telf. Madankollu, tali spariġġ huwa kkawżat minn impreċiżjoni fil-kejl, mhux ir-relazzjoni ta’ tpaċija deskritta fil-paragrafu B5.7.6 u, għaldaqstant, ma jaffettwax id-determinazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 5.7.7 u 5.7.8.

It-tifsirata“ “ riskjuta”kreditu”(il-paragrafi5.7.7.u5.7.8)

B5.7.13 L-IFRS 7 jiddefinixxi riskju ta’ kreditu bħala “r-riskju li parti waħda għal strument finanzjarju tikkawża telf finanzjarju lill-parti l-oħra billi ma tonorax obbligu”. Ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.7.7(a) jirrigwarda r-riskju li l-emittent ma jkunx produttiv fuq dik l-obbligazzjoni partikulari. Dan mhux bilfors jirrigwarda l-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Pereżempju, jekk entità toħroġ obbligazzjoni kollateralizzata u obbligazzjoni mhux kollateralizzata li apparti minn hekk ikunu identiċi, ir-riskju ta’ kreditu ta’ dawk iż-żewġ obbligazzjonijiet se jkun differenti, minkejja li jkunu maħruġa mill-istess entità. Ir-riskju ta’ kreditu fuq l-obbligazzjoni kollateralizzata se jkun anqas mir-riskju ta’ kreditu fuq l-obbligazzjoni mhux kollateralizzata. Ir-riskju ta’ kreditu għal obbligazzjoni kollateralizzata jista’ jkun qrib iż-żero.

B5.7.14 Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 5.7.7(a), riskju ta’ kreditu huwa differenti minn riskju ta’ prestazzjoni speċifiku għall-assi. Ir-riskju ta’ prestazzjoni speċifiku għall-assi mhuwiex relatat mar-riskju li entità ma tonorax obbligu partikulari iżda minflok huwa relatat mar-riskju li assi wieħed jew grupp ta’ assi jkollhom rendiment fqir (jew l-ebda rendiment).

B5.7.15 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ riskju ta’ prestazzjoni speċifiku għall-assi:

(a) 

obbligazzjoni b’karatteristika li tikkollega l-unitajiet li biha l-ammont dovut lill-investituri jiġi kuntrattwalment determinat abbażi tar-rendiment ta’ assi speċifikati. L-effett ta’ dik il-karatteristika li tikkollega l-unitajiet fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni huwa riskju ta’ prestazzjoni speċifiku għall-assi u mhux riskju ta’ kreditu.

(b) 

obbligazzjoni maħruġa minn entità strutturata bil-karatteristiki li ġejjin. L-entità tkun legalment iżolata sabiex l-assi fl-entità jkunu iżolati biss għall-benefiċċju tal-investituri tagħha, anki f’każ ta’ falliment. L-entità ma tidħol fl-ebda tranżazzjoni oħra u l-assi fl-entità ma jistgħux jiġu ipotekati. L-ammonti huma dovuti lill-investituri tal-entità biss jekk l-assi iżolati jiġġeneraw flussi ta’ flus. Għalhekk, il-bidliet fil-valur ġust tal-obbligazzjoni jirriflettu prinċipalment il-bidliet fil-valur ġust tal-assi. L-effett tal-prestazzjoni tal-assi fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni huwa riskju ta’ prestazzjoni speċifiku għall-assi, u mhux riskju ta’ kreditu.

Determinazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu

B5.7.16 Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 5.7.7(a), entità għandha tiddetermina l-ammont ta’ bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li jkun attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu ta’ dik l-obbligazzjoni:

(a) 

bħala l-ammont ta’ bidla fil-valur ġust tagħha li ma jkunx attribwibbli għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għar-riskju tas-suq (ara l-paragrafi B5.7.17 u B5.7.18); jew

(b) 

billi tuża metodu alternattiv li l-entità tħoss li jirrappreżenta b’mod aktar leali l-ammont ta’ bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni li jkun attribwibbli għall-bidliet fir-riskju ta’ kreditu tagħha.

B5.7.17 Il-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għal riskju tas-suq jinkludu bidliet f’parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, il-prezz ta’ strument finanzjarju ta’ entità oħra, il-prezz ta’ komodità, ir-rata tal-kambju jew indiċi tal-prezzijiet jew ir-rati.

B5.7.18 Jekk l-uniċi bidliet rilevanti sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq għal obbligazzjoni jkunu bidliet f’rata (referenzjarja) tal-imgħax osservata, l-ammont fil-paragrafu B5.7.16(a) jista’ jiġi stmat kif ġej:

(a) 

L-ewwel, l-entità tikkalkula r-rata ta’ redditu interna tal-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu billi tuża l-valur ġust tal-obbligazzjoni u l-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu. Minn din ir-rata ta’ redditu tnaqqas ir-rata (referenzjarja) tal-imgħax osservata fil-bidu tal-perjodu, biex tasal għal komponent speċifiku għall-istrumenti tar-rata ta’ redditu interna.

(b) 

Imbagħad, l-entità tikkalkula l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus assoċjati mal-obbligazzjoni billi tuża l-flussi ta’ flus kuntrattwali tal-obbligazzjoni fi tmiem il-perjodu u rata ta’ skont ugwali għat-total ta’ (i) ir-rata (referenzjarja) tal-imgħax osservata fl-aħħar tal-perjodu u (ii) il-komponent speċifiku għall-istrument tar-rata ta’ redditu interna kif determinata f’(a).

(c) 

Id-differenza bejn il-valur ġust tal-obbligazzjoni fl-aħħar tal-perjodu u l-ammont determinat f’(b) hija l-bidla fil-valur ġust li ma tkunx attribwibbli għall-bidliet fir-rata (referenzjarja) tal-imgħax osservata. Dan huwa l-ammont li għandu jiġi ppreżentat f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.7(a).

B5.7.19 L-eżempju fil-paragrafu B5.7.18 jassumi li l-bidliet fil-valur ġust li jirriżultaw minn fatturi għajr bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument jew bidliet fir-rati (referenzjarji) tal-imgħax osservati mhumiex sinifikanti. Dan il-metodu ma jkunx adattat jekk il-bidliet fil-valur ġust li jirriżultaw minn fatturi oħra jkunu sinifikanti. F’dawk il-każijiet, entità tkun meħtieġa tuża metodu alternattiv li jkejjel b’mod aktar leali l-effetti ta’ bidliet fir-riskju ta’ kreditu tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu B5.7.16(b)). Pereżempju, jekk l-istrument fl-eżempju jkun fih derivattiv inkorporat, il-bidla fil-valur ġust tad-derivattiv inkorporat tiġi eskluża biex jiġi determinat l-ammont li għandu jiġi ppreżentat f’introjtu ieħor komprensiv f’konformità mal-paragrafu 5.7.7(a).

B5.7.20 Bħall-kejl kollu tal-valur ġust, il-metodu ta’ kejl ta’ entità sabiex tiddetermina l-porzjon tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni li jkun attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu tagħha jrid jagħmel użu massimu mill-inputs osservabbli rilevanti u użu minimu ta’ inputs mhux osservabbli.

KONTABBILTÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR (KAPITOLU 6)

Strumenti għall-iħħeġġjar (Taqsima 6.2)

Strumenti kwalifikanti

B6.2.1 Derivattivi li jkunu inkorporati f’kuntratti ibridi, iżda li ma jkunux ikkontabbilizzati separatament, ma jistgħux jiġu deżinjati bħala strumenti għall-iħħeġġjar separati.

B6.2.2 Strumenti ta’ ekwità proprji tal-entità mhumiex assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità u għaldaqstant ma jistgħux jiġu deżinjati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

B6.2.3 Għal ħeġġijiet tar-riskju tal-munita barranija, il-komponent tar-riskju tal-munita barranija ta’ strument finanzjarju nonderivattiv huwa determinat f’konformità mal-IAS 21.

Opzjonijiet mibjugħa

B6.2.4 Dan l-Istandard ma jillimitax iċ-ċirkustanzi li fihom derivattiv li jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jista’ jiġi derivat bħala strument għall-iħħeġġjar, ħlief għal xi opzjonijiet mibjugħa. Opzjoni mibjugħa ma tikkwalifikax bħala strument għall-iħħeġġjar sakemm ma tkunx deżinjata bħala tpaċija għal opzjoni mixtrija, inkluża waħda li tkun inkorporata fi strument finanzjarju ieħor (pereżempju, opzjoni call mibjugħa użata sabiex tiħħeġġja obbligazzjoni li tista’ tinfeda).

Deżinjazzjoni ta’ strumenti għall-iħħeġġjar

B6.2.5 Għal ħeġġijiet għajr ħeġġijiet tar-riskju tal-munita barranija, meta entità tiddeżinja assi finanzjarju nonderivattiv jew obbligazzjoni finanzjarja nonderivattiva mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bħala strument għall-iħħeġġjar, din tista’ tiddeżinja biss l-istrument finanzjarju nonderivattiv fl-intier tiegħu jew proporzjon tiegħu.

B6.2.6 Strument uniku għall-iħħeġġjar jista’ jiġi deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar ta’ aktar minn tip ta’ riskju wieħed, bil-kundizzjoni li jkun hemm deżinjazzjoni speċifika tal-istrument għall-iħħeġġjar u tal-pożizzjonijiet tar-riskju differenti bħala entrati ħħeġġjati. Dawk l-entrati ħħeġġjati jistgħu jkunu f’relazzjonijiet tal-iħħeġġjar differenti.

Entrati ħħeġġjati (Taqsima 6.3)

Entrati kwalifikanti

B6.3.1 Impenn sod sabiex jiġi akkwistat negozju f’kombinament ta’ negozji ma jistax ikun entrata ħħeġġjata, ħlief għar-riskju tal-munita barranija, minħabba li r-riskji l-oħra li jkunu qed jiġu ħħeġġjati ma jistgħux jiġu identifikati u mkejla b’mod speċifiku. Dawk ir-riskji l-oħra huma riskji ġenerali tan-negozju.

B6.3.2 Investiment bil-metodu tal-ekwità ma jistax ikun entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust. Dan minħabba li l-metodu ta’ ekwità jirrikonoxxi fi profitt jew telf is-sehem tal-investitur fil-profitt jew telf tad-destinatarja ta’ investiment, minflok il-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Għal raġuni simili, investiment f’sussidjarja konsolidata ma jistax ikun entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust. Dan minħabba li l-konsolidazzjoni tirrikonoxxi fi profitt jew telf il-profitt jew telf tas-sussidjarja, minflok il-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija huwa differenti minħabba li huwa ħeġġ tal-iskopertura għall-munita barranija, mhux ħeġġ fuq il-valur ġust tal-bidla fil-valur tal-investiment.

B6.3.3 Il-paragrafu 6.3.4 jippermetti li entità tiddeżinja bħala entrati ħħeġġjati skoperturi aggregati li jkunu kombinazzjoni ta’ skopertura u derivattiv. Meta tiddeżinja tali entrata ħħeġġjata, entità tivvaluta jekk l-iskopertura aggregata tikkombinax skopertura ma’ derivattiv biex toħloq skopertura aggregata differenti li tiġi ġestita bħala skopertura waħda għal riskju (jew riskji) partikulari. F’dak il-każ, l-entità tista’ tiddeżinja l-entrata ħħeġġjata fuq il-bażi tal-iskopertura aggregata. Pereżempju:

(a) 

entità tista’ tiħħeġġja kwantità partikulari ta’ xirjiet probabbli ħafna ta’ kafè fi żmien 15-il xahar kontra r-riskju taċ-ċaqliq fil-prezzijiet (ibbażat fuq id-dollari Amerikani) billi tuża kuntratt futures fuq 15-il xahar għall-kafè. Ix-xirjiet probabbli ħafna tal-kafè u l-kuntratt futures għall-kafè flimkien jistgħu jitqiesu bħala skopertura għar-riskju tal-munita barranija fid-dollaru Amerikan b’ammont fiss għal 15-il xahar għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riskju (jiġifieri bħal kwalunkwe fluss ta’ ħruġ ta’ flus b’ammont fiss fid-dollaru Amerikan fi żmien 15-il xahar).

(b) 

entità tista’ tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija għat-terminu sħiħ ta’ dejn b’rata fissa għal 10 snin denominat f’munita barranija. Madankollu, l-entità teħtieġ biss skopertura b’rata fissa fil-munita funzjonali tagħha għal terminu qasir sa medju (pereżempju sentejn) u skopertura b’rata varjabbli fil-munita funzjonali tagħha għat-terminu li jifdal sal-maturità. Fit-tmiem ta’ kull wieħed mill-intervalli ta’ sentejn (jiġifieri fuq bażi rikorrenti ta’ sentejn), l-entità tiffissa l-iskopertura għar-rata tal-imgħax tas-sentejn li jmiss (jekk il-livell tal-imgħax ikun tali li l-entità tkun trid tiffissa r-rati tal-imgħax). F’sitwazzjoni bħal din, entità tista’ tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax bejn il-valuti minn fissi għal flessibbli għal 10 snin li taqleb id-dejn b’rata fissa f’munita barranija fi skopertura b’rata varjabbli fil-munita funzjonali. Din hija koperta bi swap tar-rati tal-imgħax għal sentejn li—fuq il-bażi tal-munita funzjonali—taqleb dejn b’rata varjabbli f’dejn b’rata fissa. Fil-fatt, id-dejn b’rata fissa f’munita barranija u l-iswap tar-rati tal-imgħax bejn il-valuti minn fissi għal flessibbli għal 10 snin, flimkien jitqiesu bħala skopertura b’rata varjabbli ta’ 10 snin għall-munita funzjonali tad-dejn għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riskju.

B6.3.4 Meta tiddeżinja l-entrata ħħeġġjata fuq il-bażi tal-iskopertura aggregata, entità tqis l-effett kombinat tal-entrati li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata sabiex tivvaluta l-effettività tal-ħeġġ u tkejjel l-ineffettività tal-ħeġġ. Madankollu, l-entrati li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata jibqgħu kontabbilizzati separatament. Dan ifisser li, pereżempju:

(a) 

id-derivattivi li jkunu parti minn skopertura aggregata jiġu rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati mkejla fil-valur ġust; u

(b) 

jekk tiġi deżinjata relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn l-entrati li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata, il-mod li bih derivattiv jiġi inkluż bħala parti minn skopertura aggregata jrid ikun konsistenti mad-deżinjazzjoni ta’ dak id-derivattiv bħala l-istrument għall-iħħeġġjar fil-livell tal-iskopertura aggregata. Pereżempju, jekk entità teskludi l-element forward ta’ derivattiv mid-deżinjazzjoni tiegħu bħala l-istrument għall-iħħeġġjar għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn l-entrati li jikkostitwixxu l-iskopertura aggregata, din trid teskludi wkoll l-element forward meta tinkludi dak id-derivattiv bħala entrata ħħeġġjata bħala parti mill-iskopertura aggregata. Inkella, l-iskopertura aggregata għandha tinkludi derivattiv, fl-intier tiegħu jew proporzjon minnu.

B6.3.5 Il-paragrafu 6.3.6 jiddikjara li, f’rapporti finanzjarji konsolidati, ir-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista probabbli ħafna jista’ jikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus, bil-kundizzjoni li t-tranżazzjoni tkun denominata f’munita għajr il-munita funzjonali tal-entità li tidħol f’dik it-tranżazzjoni u li r-riskju tal-munita barranija ma jaffettwax il-profitt jew telf konsolidat. Għal dan il-għan, entità tista’ tkun kumpanija omm, sussidjarja, kumpanija assoċjata, arranġament konġunt jew fergħa. Jekk ir-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista ma jaffettwax il-qligħ jew it-telf ikkonsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp ma tistax tikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata. Normalment, dan ikun il-każ għal pagamenti tar-royalties, pagamenti tal-imgħax jew imposti tal-ġestjoni bejn membri tal-istess grupp sakemm ma jkunx hemm tranżazzjoni esterna relatata. Madankollu, meta r-riskju tal-munita barranija ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista se jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp tista’ tikkwalifika bħala entrata ħħeġġjata. Eżempju ta’ dan huwa l-bejgħ jew ix-xiri previst ta’ inventarji bejn il-membri tal-istess grupp jekk ikun hemm bejgħ sussegwenti tal-inventarju lil parti esterna għall-grupp. Bl-istess mod, bejgħ intragrupp previst tal-impjanti u t-tagħmir mill-entità tal-grupp li tkun immanifatturathom lil entità tal-grupp li se tagħmel użu mill-impjanti u t-tagħmir fl-operazzjonijiet tagħha jista’ jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat. Dan jista’ jseħħ, pereżempju, minħabba li l-impjanti u t-tagħmir ikunu se jiġu deprezzati mill-entità li qed tixtri u l-ammont inizjalment rikonoxxut għall-impjanti u t-tagħmir jista’ jinbidel jekk it-tranżazzjoni intragrupp prevista tkun denominata f’munita li ma tkunx il-munita funzjonali tal-entità li qed tixtri.

B6.3.6 Jekk ħeġġ ta’ tranżazzjoni intragrupp prevista tikkwalifika għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar, kwalunkwe qligħ jew telf jiġi rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv, u jinħareġ minnu, f’konformità mal-paragrafu 6.5.11. Il-perjodu jew perjodi rilevanti li matulhom ir-riskju tal-munita barranija tat-tranżazzjoni ħħeġġjata jaffettwa l-profitt jew telf huwa meta jaffettwa l-profitt jew telf konsolidat.

Deżinjazzjoni ta’ entrati ħħeġġjati

B6.3.7 Komponent huwa entrata ħħeġġjata li tkun anqas mill-entrata sħiħa. Konsegwentement, komponent jirrifletti biss xi wħud mir-riskji tal-entrata li tiegħu jkun parti jew jirrifletti r-riskji biss sa ċertu punt (pereżempju, fid-deżinjazzjoni ta’ proporzjon ta’ entrata).

Komponenti tar-riskju

B6.3.8 Sabiex ikun eliġibbli għal deżinjazzjoni bħala entrata ħħeġġjata, komponent tar-riskju jrid ikun komponent identifikabbli separatament tal-entrata finanzjarja jew mhux finanzjarja, u l-bidliet fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust tal-entrata attribwibbli għal bidliet f’dak il-komponent tar-riskju jridu jkunu jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli.

B6.3.9 Meta tkun qiegħda tidentifika liema komponenti tar-riskju jikkwalifikaw għal deżinjazzjoni bħala entrata ħħeġġjata, entità tivvaluta tali komponenti tar-riskju fil-kuntest tal-istruttura tas-suq partikulari li magħha jkun relatat ir-riskju u li fiha sseħħ l-attività tal-iħħeġġjar. Tali determinazzjoni teħtieġ evalwazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti, li jvarjaw skont ir-riskju u s-suq.

B6.3.10 Fid-deżinjazzjoni ta’ komponenti tar-riskju bħala entrati ħħeġġjati, entità tqis jekk il-komponenti ta’ riskju jkunux speċifikati espliċitament f’kuntratt (komponenti ta’ riskju speċifikati f’kuntratt) jew jekk ikunux impliċiti fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus ta’ entrata li tiegħu jkunu parti (komponenti ta’ riskju mhux speċifikati f’kuntratt). Il-komponenti ta’ riskju mhux speċifikati f’kuntratt jistgħu jirrigwardaw entrati li ma jkunux kuntratt (pereżempju, tranżazzjonijiet previsti) jew kuntratti li ma jispeċifikawx espliċitament il-komponent (pereżempju, impenn sod li jinkludi biss prezz uniku wieħed minflok formula tal-ipprezzar li tagħmel referenza għal sottostanti differenti). Pereżempju:

(a) 

L-Entità A jkollha kuntratt ta’ provvista fit-tul għall-gass naturali li jkun ipprezzat bl-użu ta’ formula speċifikata f’kuntratt li tagħmel referenza għal komoditajiet u fatturi oħra (pereżempju, żejt tal-gass, żejt tal-fjuwil u komponenti oħra bħall-ħlasijiet tat-trasport). L-Entità A tiħħeġġja l-komponent taż-żejt tal-gass f’dak il-kuntratt ta’ provvista billi tuża kuntratt forward għaż-żejt tal-gass. Minħabba li l-komponent taż-żejt tal-gass huwa speċifikat bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ provvista, dan huwa komponent tar-riskju speċifikat f’kuntratt. Għalhekk, minħabba l-formula tal-ipprezzar, l-Entità A tikkonkludi li l-iskopertura għall-prezz taż-żejt tal-gass hija identifikabbli separatament. Fl-istess ħin, hemm suq għal kuntratti forward għaż-żejt tal-gass. Għalhekk, l-Entità A tikkonkludi li l-iskopertura għall-prezz taż-żejt tal-gass tista’ titkejjel b’mod affidabbli. Konsegwentement, l-iskopertura għall-prezz taż-żejt tal-gass fil-kuntratt ta’ provvista hija komponent tar-riskju li huwa eliġibbli għal deżinjazzjoni bħala entrata ħħeġġjata.

(b) 

L-Entità B tiħħeġġja x-xirjiet tal-kafè futuri tagħha abbażi tat-tbassir tal-produzzjoni tagħha. L-iħħeġġjar jibda sa 15-il xahar qabel il-konsenja ta’ parti mill-volum previst tax-xiri. L-Entità B iżżid il-volum iħħeġġjat maż-żmien (hekk kif toqrob id-data tal-konsenja). L-Entità B tuża żewġ tipi differenti ta’ kuntratti biex timmaniġġa r-riskju tagħha fuq iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kafè:

(i) 

kuntratti futures għall-kafè nnegozjati fil-borża; u

(ii) 

kuntratti ta’ provvista għall-kafè għal kafè Arabica mill-Kolombja kkonsenjat f’sit speċifiku tal-manifattura. Dawn il-kuntratti jipprezzaw tunnellata kafè abbażi tal-prezz tal-kuntratt futures għall-kafè nnegozjat fil-borża flimkien ma’ differenzjali tal-prezz fiss flimkien ma’ imposta varjabbli għas-servizzi loġistiċi billi tintuża formula tal-ipprezzar. Il-kuntratt ta’ provvista għall-kafè huwa kuntratt eżekutorju li bih l-Entità B tieħu l-konsenja attwali tal-kafè.

Għall-konsenji li jirrigwardaw il-ħsad kurrenti, id-dħul fil-kuntratti ta’ provvista għall-kafè jippermetti li l-Entità B tiffissa d-differenzjali tal-prezz bejn il-kwalità attwali mixtrija tal-kafè (il-kafè Arabica mill-Kolombja) u l-kwalità referenzjarja li hija s-sottostanti tal-kuntratt futures innegozjat fil-borża. Madankollu, għal konsenji li jirrigwardaw il-ħsad li jmiss, il-kuntratti ta’ provvista għall-kafè għadhom mhumiex disponibbli, u għalhekk id-differenzjali tal-prezzijiet ma jistax jiġi ffissat. L-Entità B tuża kuntratti futures għall-kafè nnegozjati fil-borża sabiex tiħħeġġja l-komponent tal-kwalità referenzjarja tar-riskju tagħha fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-kafè għall-konsenji li jirrigwardaw il-ħsad kurrenti kif ukoll il-ħsad li jmiss. L-Entità B tiddetermina li hija esposta għal tliet riskji differenti: riskju tal-prezz tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja, riskju tal-prezz tal-kafè li jirrifletti d-differenza (firxa) bejn il-prezz għall-kafè tal-kwalità referenzjarja u l-kafè Arabica partikolari mill-Kolombja li fil-fatt tirċievi, u l-kostijiet loġistiċi varjabbli. Għall-konsenji relatati mal-ħsad kurrenti, wara li l-Entità B tidħol f’kuntratt ta’ provvista għall-kafè, ir-riskju tal-prezz tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja huwa komponent ta’ riskju speċifikat f’kuntratt minħabba li l-formula tal-ipprezzar tinkludi indiċizzar mal-prezz tal-kuntratt futures għall-kafè nnegozjat fil-borża. L-Entità B tikkonkludi li dan il-komponent ta’ riskju huwa identifikabbli separatament u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Għall-konsenji relatati mal-ħsad li jmiss, l-Entità B għadha ma daħlet fl-ebda kuntratt ta’ provvista għall-kafè (jiġifieri dawk il-konsenji huma tranżazzjonijiet previsti). Għalhekk, ir-riskju tal-prezz tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja huwa komponent ta’ riskju mhux speċifikat f’kuntratt. L-analiżi tal-istruttura tas-suq min-naħa tal-Entità B tqis kif inhuma pprezzati l-konsenji eventwali tal-kafè partikulari li tirċievi. Għalhekk, fuq il-bażi ta’ din l-analiżi tal-istruttura tas-suq, l-Entità B tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet previsti jinvolvu wkoll ir-riskju tal-prezz tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja bħala komponent tar-riskju li huwa identifikabbli separatament u li jista’ jitkejjel b’mod affidabbli anki jekk mhuwiex speċifikat f’kuntratt. Konsegwentement, l-Entità B tista’ tiddeżinja relazzjonijiet għall-iħħeġġjar fuq bażi tal-komponenti tar-riskju (għar-riskju tal-prezz tal-kafè li jirrifletti l-kwalità referenzjarja) għall-kuntratti ta’ provvista għall-kafè kif ukoll tranżazzjonijiet previsti.

(c) 

L-Entità C tiħħeġġja parti mix-xirjiet futuri tagħha ta’ fjuwil tal-ġettijiet fuq il-bażi tal-previżjoni tal-konsum tagħha sa 24 xahar qabel il-konsenja u żżid il-volum li tiħħeġġja maż-żmien. L-Entità C tiħħeġġja din l-iskopertura billi tuża tipi differenti ta’ kuntratti skont il-perjodu tal-ħeġġ, li jaffettwa l-likwidità fis-suq tad-derivattivi. Għall-perjodi itwal (12–24 xahar), l-Entità C tuża kuntratti għaż-żejt mhux maħdum minħabba li dawn biss għandhom likwidità fis-suq suffiċjenti. Għal perjodi ta’ 6–12-il xahar, l-Entità C tuża derivattivi taż-żejt tal-gass minħabba li dawn huma suffiċjentement likwidi. Għal perjodi sa sitt xhur, l-Entità C tuża kuntratti għall-fjuwil tal-ġettijiet. L-analiżi tal-istruttura tas-suq li għamlet l-Entità C għaż-żejt u l-prodotti taż-żejt u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti hija kif ġej:

(i) 

l-Entità C topera f’żona ġeografika li fiha Brent huwa ż-żejt mhux maħdum referenzjarju. Iż-żejt mhux maħdum huwa materja prima referenzjarja li taffettwa l-prezz ta’ diversi prodotti taż-żejt raffinat bħala l-iżjed input bażiku tagħhom. Iż-żejt tal-gass huwa parametru referenzjarju għall-prodotti taż-żejt raffinat, li jintuża bħala referenza tal-ipprezzar għad-distillati taż-żejt b’mod aktar ġenerali. Dan huwa rifless ukoll fit-tipi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi għas-swieq taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti taż-żejt raffinat tal-ambjent li topera fih l-Entità C, bħal:

— 
il-kuntratt futures għaż-żejt mhux maħdum referenzjarju, li huwa għaż-żejt mhux maħdum Brent;
— 
il-kuntratt futures għaż-żejt tal-gass referenzjarju, li jintuża bħala r-referenza tal-ipprezzar għad-distillati—pereżempju, id-derivattivi tal-firxa tal-fjuwil tal-ġettijiet ikopru d-differenzjal fil-prezz bejn il-fjuwil tal-ġettijiet u dak iż-żejt tal-gass referenzjarju; u
— 
id-derivattiv għall-firxa tal-ikkrekkjar taż-żejt tal-gass referenzjarju (jiġifieri d-derivattiv għad-differenzjal fil-prezz bejn iż-żejt mhux maħdum u ż-żejt tal-gass—marġini tar-raffinar), li huwa indiċizzat maż-żejt mhux maħdum Brent.
(ii) 

l-ipprezzar tal-prodotti taż-żejt raffinat ma jiddependix fuq liema żejt mhux maħdum partikulari jiġi proċessat minn raffinerija partikulari minħabba li dawk il-prodotti taż-żejt raffinat (bħaż-żejt tal-gass jew il-fjuwil tal-ġettijiet) huma prodotti standardizzati.

Għalhekk, l-Entità C tikkonkludi li r-riskju tal-prezz tax-xirjiet tagħha ta’ fjuwil tal-ġettijiet jinkludi komponent tar-riskju tal-prezz taż-żejt mhux maħdum fuq iż-żejt mhux maħdum Brent u komponent tar-riskju tal-prezz taż-żejt tal-gass, minkejja li ż-żejt mhux maħdum u ż-żejt tal-gass ma huma speċifikati fl-ebda arranġament kuntrattwali. L-Entità C tikkonkludi li dawn iż-żewġ komponenti tar-riskju huma identifikabbli separatament u jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli minkejja li mhumiex speċifikati f’kuntratt. Konsegwentement, l-Entità C tista’ tiddeżinja relazzjonijiet tal-iħħeġġjar għax-xirjiet previsti ta’ fjuwil tal-ġettijiet fuq bażi tal-komponenti tar-riskju (għaż-żejt mhux maħdum jew iż-żejt tal-gass). Din l-analiżi tfisser ukoll li kieku, pereżempju, l-Entità C użat derivattivi taż-żejt mhux maħdum ibbażati fuq iż-żejt mhux maħdum ta’ West Texas Intermediate (WTI), il-bidliet fid-differenzjal fil-prezz bejn iż-żejt mhux maħdum Brent u ż-żejt mhux maħdum WTI jikkawżaw ineffettività tal-ħeġġ.

(d) 

L-Entità D għandha strument ta’ dejn b’rata fissa. Dan l-istrument huwa maħruġ f’ambjent b’suq li fih jitqabblu varjetà kbira ta’ strumenti ta’ dejn simili bil-firxiet tagħhom ma’ parametru referenzjarju (pereżempju, LIBOR) u l-istrumenti b’rata varjabbli f’dak l-ambjent ġeneralment jiġu indiċizzati ma’ dak il-parametru referenzjarju. L-iswaps tar-rati tal-imgħax ta’ spiss jintużaw biex jiġi ġestit ir-riskju tar-rata tal-imgħax fuq il-bażi ta’ dak il-parametru referenzjarju, irrispettivament mill-firxa ta’ strumenti ta’ dejn ma’ dak il-parametru referenzjarju. Il-prezz tal-istrumenti ta’ dejn b’rata fissa jvarja b’rispons dirett għall-bidliet fil-parametru referenzjarju hekk kif iseħħu. L-Entità D tikkonkludi li l-parametru referenzjarju huwa komponent li jista’ jiġi identifikat separatament u jitkejjel b’mod affidabbli. Konsegwentement, l-Entità D tista’ tiddeżinja relazzjonijiet tal-iħħeġġjar għall-istrumenti ta’ dejn b’rata fissa fuq bażi tal-komponent tar-riskju għar-riskju tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

B6.3.11 Meta komponent tar-riskju jiġi deżinjat bħala entrata ħħeġġjata, ir-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar japplikaw għal dak il-komponent tar-riskju bl-istess mod kif japplikaw għal entrati ħħeġġjati oħra li ma jkunux komponenti tar-riskju. Pereżempju, japplikaw il-kriterji kwalifikanti, inkluż li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ, u kwalunkwe ineffettività tal-ħeġġ trid titkejjel u tiġi rikonoxxuta.

B6.3.12 Entità tista’ tiddeżinja wkoll il-bidliet biss fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust ta’ entrata ħħeġġjata ogħla jew inqas minn prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (“riskju unilaterali”). Il-valur intrinsiku ta’ strument għall-iħħeġġjar għal opzjoni mixtrija (jekk wieħed jassumi li għandu l-istess termini prinċipali bħar-riskju deżinjat), iżda mhux il-valur taż-żmien tiegħu, jirrifletti riskju unilaterali f’entrata ħħeġġjata. Pereżempju, entità tista’ tiddeżinja l-varjabbiltà tal-eżiti tal-flussi futuri ta’ flus li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ta’ xiri previst ta’ komodità. F’sitwazzjoni bħal din, l-entità tiddeżinja biss telf ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ogħla mil-livell speċifikat. Ir-riskju ħħeġġjat ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni mixtrija, minħabba li l-valur taż-żmien mhuwiex komponent tat-tranżazzjoni prevista li taffettwa l-profitt jew it-telf.

B6.3.13 Hemm suppożizzjoni konfutabbli li sakemm ir-riskju ta’ inflazzjoni ma jkunx speċifikat f’kuntratt, dan ma jkunx identifikabbli separatament u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli u għalhekk ma jistax jiġi ddeżinjat bħala komponent tar-riskju ta’ strument finanzjarju. Madankollu, f’każijiet limitati, huwa possibbli li jiġi identifikat komponent ta’ riskju għar-riskju tal-inflazzjoni li jkun identifikabbli separatament u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari tal-ambjent tal-inflazzjoni u s-suq tad-dejn rilevanti.

B6.3.14 Pereżempju, entità toħroġ dejn f’ambjent fejn il-bonds marbuta mal-inflazzjoni jkollhom volum u struttura ta’ terminu li tirriżulta f’suq likwidu biżżejjed li jippermetti l-kostruzzjoni ta' struttura ta’ terminu ta’ rata tal-imgħax reali bla kupun. Dan ifisser li għall-munita rispettiva, l-inflazzjoni hija fattur rilevanti li jitqies separatament mis-swieq tad-dejn. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-komponent tar-riskju tal-inflazzjoni jista’ jiġi determinat billi l-flussi ta’ flus tal-istrument ta’ dejn iħħeġġjat jiġu skontati billi tintuża l-istruttura ta’ terminu tar-rati tal-imgħax reali bla kupun (jiġifieri b’mod simili għal kif jista’ jiġi determinat il-komponent tar-rata tal-imgħax (nominali) mingħajr riskju). Mill-banda l-oħra, f’bosta każijiet, komponent tar-riskju tal-inflazzjoni ma jkunx identifikabbli separatament u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Pereżempju, entità toħroġ biss dejn b’rata tal-imgħax nominali f’ambjent b’suq għal bonds marbuta mal-inflazzjoni li ma jkunx likwidu biżżejjed biex jippermetti li tinbena struttura ta’ terminu ta’ rati tal-imgħax reali bla kupun. F’dan il-każ, l-analiżi tal-istruttura tas-suq u tal-fatti u ċ-ċirkustanzi ma tappoġġax il-konklużjoni tal-entità li l-inflazzjoni hija fattur rilevanti li jitqies separatament mis-swieq tad-dejn. Għalhekk, l-entità ma tistax tegħleb is-suppożizzjoni konfutabbli li riskju tal-inflazzjoni li ma jkunx speċifikat f’kuntratt mhuwiex identifikabbli separatament u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Konsegwentement, komponent tar-riskju tal-inflazzjoni ma jkunx eliġibbli sabiex jiġi deżinjat bħala l-entrata ħħeġġjata. Dan japplika irrispettivament minn kwalunkwe strument għall-iħħeġġjar kontra l-inflazzjoni li l-entità tkun daħlet fih. B’mod partikulari, l-entità ma tistax sempliċement timputa t-termini u l-kundizzjonijiet tal-istrument għall-iħħeġġjar attwali kontra l-inflazzjoni billi tipproġetta t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu fuq id-dejn b’rata tal-imgħax nominali.

B6.3.15 Komponent tar-riskju tal-inflazzjoni speċifikat f’kuntratt, tal-flussi ta’ flus ta’ bond rikonoxxut marbut mal-inflazzjoni (jekk nassumu li ma hemm l-ebda rekwiżit biex derivattiv inkorporat jiġi kontabbilizzat separatament), huwa identifikabbli separatament u jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, sakemm flussi ta’ flus oħra tal-istrument ma jkunux affettwati mill-komponent tar-riskju tal-inflazzjoni.

Komponenti ta’ ammont nominali

B6.3.16 Hemm żewġ tipi ta’ komponenti ta’ ammonti nominali li jistgħu jiġu deżinjati bħala l-entrata ħħeġġjata f’relazzjoni tal-iħħeġġjar: komponent li jkun proporzjon ta’ entrata sħiħa jew komponent bis-saffi. It-tip ta’ komponent jibdel l-eżitu kontabbilistiku. Entità għandha tiddeżinja l-komponent għal skopijiet kontabbilistiċi b’mod konsistenti mal-objettiv tagħha ta’ ġestjoni tar-riskju.

B6.3.17 Eżempju ta’ komponent li huwa proporzjon huwa 50 fil-mija tal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ self.

B6.3.18 Komponent bis-saffi jista’ jiġi speċifikat minn popolazzjoni definita, iżda miftuħa, jew minn ammont nominali definit. Eżempji jinkludu:

(a) 

parti minn volum ta’ tranżazzjoni monetarja, pereżempju l-flussi ta’ flus FC 10 li jmiss minn bejgħ denominat f’munita barranija wara l-ewwel FC 20 f’Marzu 201X ( 58 );

(b) 

parti minn volum fiżiku, pereżempju, is-saff tal-qiegħ, b’daqs ta’ 5 miljun metru kubu, tal-gass naturali maħżun fil-post XYZ;

(c) 

parti minn volum fiżiku jew volum ieħor ta’ tranżazzjoni, pereżempju, l-ewwel 100 barmil mix-xirjiet taż-żejt f’Ġunju 201X jew l-ewwel 100 MWh ta’ bejgħ tal-elettriku f’Ġunju 201X; jew

(d) 

saff mill-ammont nominali tal-entrata ħħeġġjata, pereżempju, l-aħħar CU 80 miljun minn impenn sod ta’ CU 100 miljun, is-saff tal-qiegħ ta’ CU 20 miljun minn bond b’rata fissa ta’ CU 100 miljun jew is-saff ta’ fuq ta’ CU 30 miljun minn ammont totali ta’ CU 100 miljun ta’ dejn b’rata fissa li jista’ jitħallas qabel fil-valur ġust (l-ammont nominali definit huwa CU 100 miljun).

B6.3.19 Jekk komponent bis-saffi jiġi deżinjat f’ħeġġ fuq il-valur ġust, entità għandha tispeċifikah minn ammont nominali definit. Sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti għal ħeġġijiet fuq il-valur ġust kwalifikanti, entità għandha terġa’ tkejjel l-entrata ħħeġġjata għal bidliet fil-valur ġust (jiġifieri terġa’ tkejjel l-entrata għal bidliet fil-valur ġust attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat). L-aġġustament tal-ħeġġ fuq il-valur ġust irid jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf sa mhux aktar tard minn meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-entrata. Konsegwentement, huwa neċessarju li tiġi traċċata l-entrata li miegħu jkollu x’jaqsam l-aġġustament tal-ħeġġ fuq il-valur ġust. Għal komponent bis-saffi f’ħeġġ fuq il-valur ġust, dan jeħtieġ li l-entità tittraċċa l-ammont nominali li minnu jkun definit. Pereżempju, fil-paragrafu B6.3.18(d), irid jiġi traċċat l-ammont nominali definit totali ta’ CU 100 miljun sabiex jiġi traċċat is-saff tal-qiegħ ta’ CU 20 miljun jew is-saff ta’ fuq ta’ CU 30 miljun.

B6.3.20 Komponent bis-saffi li jinkludi opzjoni ta’ prepagament ma jkunx eliġibbli sabiex jiġi deżinjat bħala entrata ħħeġġjata f’ħeġġ fuq il-valur ġust jekk il-valur ġust tal-opzjoni ta’ prepagament ikun affettwat minn bidliet fir-riskju ħħeġġjat, sakemm is-saff deżinjat ma jinkludix l-effett tal-opzjoni ta’ prepagament relatata meta tiġi determinata l-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata.

Relazzjoni bejn il-komponenti u l-flussi ta “flus totali ta” entrata

B6.3.21 Jekk komponent tal-flussi ta’ flus ta’ entrata finanzjarja jew mhux finanzjarja jiġi deżinjat bħala l-entrata ħħeġġjata, dak il-komponent irid ikun anqas minn jew ugwali għall-flussi ta’ flus totali tal-entrata sħiħa. Madankollu, il-flussi ta’ flus kollha tal-entrata sħiħa jistgħu jiġu deżinjati bħala l-entrata ħħeġġjata u ħħeġġjati għal riskju partikulari wieħed biss (pereżempju, għal dawk il-bidliet biss li jkunu attribwibbli għal bidliet f’LIBOR jew prezz ta’ komodità referenzjarju).

B6.3.22 Pereżempju, fil-każ ta’ obbligazzjoni finanzjarja li r-rata effettiva tal-imgħax tagħha tkun anqas minn LIBOR, entità ma tistax tiddeżinja:

(a) 

komponent tal-obbligazzjoni ugwali għall-imgħax f’LIBOR (flimkien mal-ammont ta’ kapital fil-każ ta’ ħeġġ fuq il-valur ġust); u

(b) 

komponent residwu negattiv.

B6.3.23 Madankollu, fil-każ ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’rata fissa li r-rata effettiva tal-imgħax tagħha tkun (pereżempju) 100 punt bażi taħt LIBOR, entità tista’ tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata l-bidla fil-valur ta’ dik l-obbligazzjoni sħiħa (jiġifieri l-kapital flimkien mal-imgħax f’LIBOR, imnaqqas b’100 punt bażi) li tkun attribwibbli għall-bidliet f’LIBOR. Jekk strument finanzjarju b’rata fissa jiġi ħħeġġjat xi żmien wara l-oriġini tiegħu u r-rati tal-imgħax sadanittant ikunu nbidlu, l-entità tista’ tiddeżinja komponent tar-riskju ugwali għal parametru referenzjarju li jkun ogħla mir-rata kuntrattwali mħallsa fuq l-entrata. L-entità tista’ tagħmel dan bil-kundizzjoni li l-parametru referenzjarju jkun anqas mir-rata effettiva tal-imgħax ikkalkulata bis-suppożizzjoni li l-entità kienet xtrat l-istrument dakinhar li tiddeżinja l-entrata ħħeġġjata għall-ewwel darba. Pereżempju, nassumu li entità toriġina assi finanzjarju b’rata fissa ta’ CU 100 li jkollu rata effettiva tal-imgħax ta’ 6 fil-mija fi żmien meta l-LIBOR tkun 4 fil-mija. Din tibda tiħħeġġja dak l-assi ftit aktar tard meta l-LIBOR tkun żdiedet għal 8 fil-mija u l-valur ġust tal-assi jkun naqas għal CU 90. L-entità tikkalkula li kieku kienet xtrat l-assi fid-data meta hija tiddeżinja r-riskju tar-rata tal-imgħax LIBOR relatat bħala l-entrata ħħeġġjata għall-ewwel darba, ir-rendiment effettiv tal-assi bbażat fuq il-valur ġust f’dak iż-żmien ta’ CU 90, kien ikun ta’ 9,5 fil-mija. Minħabba li l-LIBOR hija anqas minn dan ir-rendiment effettiv, l-entità tista’ tiddeżinja komponent LIBOR ta’ 8 fil-mija li jikkonsisti parzjalment mill-flussi ta’ flus kuntrattwali mill-imgħax u parzjalment mid-differenza bejn il-valur ġust kurrenti (jiġifieri CU 90) u l-ammont ripagabbli fil-maturità (jiġifieri CU 100).

B6.3.24 Jekk obbligazzjoni finanzjarja b’rata varjabbli jkollha mgħax (pereżempju) ta’ tliet xhur LIBOR imnaqqas b’20 punt bażi (b’livell minimu għal żero punti bażi), entità tista’ tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata l-bidla fil-flussi ta’ flus ta’ dik l-obbligazzjoni sħiħa (jiġifieri tliet xhur LIBOR imnaqqas b’20 punt bażi—inkluż il-livell minimu) li tkun attribwibbli għall-bidliet fil-LIBOR. Għalhekk, sakemm il-kurva ’l quddiem tat-tliet xhur LIBOR għall-ħajja li jifdal ta’ dik l-obbligazzjoni ma tinżilx għal anqas minn 20 punt bażi, l-entrata ħħeġġjata jkollha l-istess varjabbiltà fil-flussi ta’ flus bħal obbligazzjoni li jkollha mgħax fit-tliet xhur LIBOR b’firxa ta’ żero jew firxa pożittiva. Madankollu, jekk il-kurva ’l quddiem tat-tliet xhur LIBOR għall-ħajja li jifdal ta’ dik l-obbligazzjoni (jew parti minnha) tinżel għal anqas minn 20 punt bażi, l-entrata ħħeġġjata jkollha varjabbiltà aktar baxxa ta’ flussi ta’ flus minn obbligazzjoni li jkollha mgħax fit-tliet xhur LIBOR b’firxa ta’ żero jew firxa pożittiva.

B6.3.25 Eżempju simili ta’ entrata mhux finanzjarja huwa tip speċifiku ta’ żejt mhux maħdum minn medda taż-żejt partikulari li ma jkunx ipprezzat maż-żejt mhux maħdum referenzjarju rilevanti. Jekk entità tbigħ dak iż-żejt mhux maħdum b’kuntratt billi tuża formola tal-ipprezzar kuntrattwali li tistabbilixxi l-prezz għal kull barmil fil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju tnaqqas minnu CU 10 b’livell minimu ta’ CU 15, l-entità tista’ tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata l-varjabbiltà sħiħa tal-fluss ta’ flus taħt il-kuntratt ta’ bejgħ li tkun attribwibbli għall-bidla fil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju. Madankollu, l-entità ma tistax tiddeżinja komponent li jkun ugwali għall-bidla sħiħa fil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju. Għalhekk, sakemm il-prezz forward (għal kull konsenja) ma jinżilx taħt CU 25, l-entrata ħħeġġjata jkollha l-istess varjabbiltà ta’ fluss ta’ flus bħal bejgħ ta’ żejt mhux maħdum bil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju (jew b’firxa pożittiva). Madankollu, jekk il-prezz forward għal kwalunkwe konsenja jinżel taħt CU 25, l-entrata ħħeġġjata jkollha varjabbiltà aktar baxxa fil-fluss ta’ flus minn bejgħ ta’ żejt mhux maħdum bil-prezz taż-żejt mhux maħdum referenzjarju (jew b’firxa pożittiva).

Kriterji kwalifikanti għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar (Taqsima 6.4)

Effettività tal-ħeġġ

B6.4.1 L-effettività tal-ħeġġ hija l-punt sa fejn il-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-istrument għall-iħħeġġjar ipaċu l-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata (pereżempju, meta l-entrata ħħeġġjata tkun komponent tar-riskju, il-bidla rilevanti fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus ta’ entrata tkun dik attribwibbli għar-riskju ħħeġġjat). L-ineffettività tal-ħeġġ hija l-punt sa fejn il-bidliet fil-valur ġust jew fil-flussi ta’ flus tal-istrument għall-iħħeġġjar ikunu akbar jew inqas minn dawk fuq l-entrata ħħeġġjata.

B6.4.2 Meta tiddeżinja relazzjoni ta’ ħħeġġjar u fuq bażi kontinwa, entità għandha tanalizza s-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ li jkunu mistennija jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha. Din l-analiżi (inkluż kwalunkwe aġġornament f’konformità mal-paragrafu B6.5.21 li jirriżulta minn riekwilibriju ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar) hija l-bażi tal-valutazzjoni tal-entità dwar jekk ikunux qegħdin jintlaħqu r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ.

B6.4.3 Sabiex jiġi evitat kull dubju, l-effetti tas-sostituzzjoni tal-kontroparti oriġinali b’kontroparti tal-ikklerjar u tal-bidliet assoċjati li jsiru kif deskritt fil-paragrafu 6.5.6 għandhom ikunu riflessi fil-kejl tal-istrument għall-iħħeġġjar u għaldaqstant fil-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ u l-kejl tal-effettività tal-ħeġġ.

Relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar

B6.4.4 Ir-rekwiżit li tkun teżisti relazzjoni ekonomika jfisser li l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jkollhom valuri li ġeneralment jiċċaqalqu fid-direzzjoni opposta minħabba l-istess riskju, li huwa r-riskju ħħeġġjat. Għalhekk, irid ikun hemm stennija li l-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-valur tal-entrata ħħeġġjata se jinbidlu sistematikament b’rispons għal movimenti fl-istess sottostanti jew f’sottostanti li jkunu ekonomikament relatati b’tali mod li jirrispondu b’mod simili għar-riskju li jkun qed jiġi ħħeġġjat (pereżempju, żejt mhux maħdum Brent u WTI).

B6.4.5 Jekk is-sottostanti ma jkunux l-istess iżda jkunu ekonomikament relatati, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom il-valuri tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jiċċaqalqu fl-istess direzzjoni, pereżempju, minħabba li d-differenza fil-prezz bejn iż-żewġ sottostanti relatati tinbidel filwaqt li s-sottostanti nfushom ma jiċċaqalqux b’mod sinifikanti. Dan xorta huwa konsistenti ma’ relazzjoni ekonomika bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jekk il-valuri tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata xorta jkunu mistennija li tipikament jiċċaqalqu fid-direzzjoni opposta meta jiċċaqalqu s-sottostanti.

B6.4.6 Il-valutazzjoni ta’ jekk teżistix relazzjoni ekonomika tinkludi analiżi tal-imġiba possibbli tar-relazzjoni għall-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha sabiex jiġi aċċertat jekk tistax tkun mistennija li tilħaq l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju. Is-sempliċi eżistenza ta’ korrelazzjoni statistika bejn żewġ varjabbli, fiha nnifisha ma tappoġġax konklużjoni valida li teżisti relazzjoni ekonomika.

L-effett ta’ riskju ta’ kreditu

B6.4.7 Minħabba li l-mudell ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar huwa bbażat fuq nozzjoni ġenerali ta’ tpaċija bejn il-qligħ u t-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata, l-effettività tal-ħeġġ hija determinata mhux biss mir-relazzjoni ekonomika bejn dawk l-entrati (jiġifieri l-bidliet fis-sottostanti tagħhom) iżda wkoll mill-effett tar-riskju ta’ kreditu fuq il-valur kemm tal-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll tal-entrata ħħeġġjata. L-effett tar-riskju ta’ kreditu jfisser li anki jekk ikun hemm relazzjoni ekonomika bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata, il-livell ta’ tpaċija jista’ jsir erratiku. Dan jista’ jirriżulta minn bidla fir-riskju ta’ kreditu tal-istrument għall-iħħeġġjar jew tal-entrata ħħeġġjata, li tkun ta’ daqs tali li l-riskju ta’ kreditu jiddomina l-bidliet fil-valur li jirriżultaw mir-relazzjoni ekonomika (jiġifieri l-effett tal-bidliet fis-sottostanti). Livell ta’ daqs li jwassal għal dominanza huwa wieħed li jirriżulta fit-telf (jew qligħ) mir-riskju ta’ kreditu u b’hekk ifixkel l-effett tal-bidliet fis-sottostanti fuq il-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata, anki jekk dawk il-bidliet kienu sinifikanti. Mill-banda l-oħra, jekk matul perjodu partikulari ftit ikun hemm bidla fis-sottostanti, il-fatt li anki bidliet żgħar relatati mar-riskju ta’ kreditu, fil-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar jew tal-entrata ħħeġġjata, jistgħu jaffettwaw il-valur aktar mis-sottostanti, ma joħloqx dominanza.

B6.4.8 Eżempju ta’ riskju ta’ kreditu li jiddomina relazzjoni tal-iħħeġġjar huwa meta entità tiħħeġġja skopertura għar-riskju fil-prezz ta’ komodità billi tuża derivattiv mhux kollateralizzat. Jekk il-kontroparti għal dak id-derivattiv tesperjenza deterjorament sever fl-affidabbiltà kreditizja tagħha, l-effett tal-bidliet fl-affidabbiltà kreditizja tal-kontroparti għandhom mnejn jegħlbu l-effett tal-bidliet fil-prezz tal-komodità fuq il-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar, filwaqt li l-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata jiddependu prinċipalment fuq il-bidliet fil-prezzijiet tal-komodità.

Proporzjon tal-ħeġġ

B6.4.9 F’konformità mar-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ, il-proporzjon tal-ħeġġ tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar irid ikun l-istess bħal dik li tirriżulta mill-kwantità tal-entrata ħħeġġjata li l-entità fil-fatt tiħħeġġja u l-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża sabiex tiħħeġġja dik il-kwantità tal-entrata ħħeġġjata. Għalhekk, jekk entità tiħħeġġja anqas minn 100 fil-mija tal-iskopertura fuq entrata, bħal 85 fil-mija, din għandha tiddeżinja r-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tuża proporzjon tal-ħeġġ li jkun l-istess bħal dak li jirriżulta minn 85 fil-mija tal-iskopertura u l-kwantità tal-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża sabiex tiħħeġġja dawk il-85 fil-mija. Bl-istess mod, jekk, pereżempju, entità tiħħeġġja skopertura billi tuża ammont nominali ta’ 40 unità ta’ strument finanzjarju, din għandha tiddeżinja r-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tuża proporzjon tal-ħeġġ li jkun l-istess bħal dak li jirriżulta minn dik il-kwantità ta’ 40 unità (jiġifieri l-entità ma tridx tuża proporzjon tal-ħeġġ ibbażat fuq kwantità ogħla ta’ unitajiet li jista’ jkollha b’kollox jew kwantità aktar baxx ta’ unitajiet) u l-kwantità tal-entrata ħħeġġjata li din fil-fatt tiħħeġġja b’dawk l-40 unità.

B6.4.10 Madankollu, id-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar bl-użu tal-istess proporzjon tal-ħeġġ bħal dak li jirriżulta mill-kwantitajiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża, ma għandhiex tirrifletti żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li mbagħad joħloq ineffettività tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk tkunx rikonoxxuta jew le) li tista’ twassal għal eżitu kontabbilistiku li ma jkunx konsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Għalhekk, għall-fini ta’ deżinjazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità trid taġġusta l-proporzjon tal-ħeġġ li jirriżulta mill-kwantitajiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li l-entità fil-fatt tuża jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġi evitat tali żbilanċ.

B6.4.11 Eżempji ta’ kunsiderazzjonijiet rilevanti meta jiġi vvalutat jekk eżitu kontabbilistiku jkunx inkonsistenti mal-iskop ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar huma:

(a) 

jekk il-proporzjon tal-ħeġġ maħsub ikunx stabbilit sabiex jiġi evitat ir-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ għall-ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus, jew sabiex jinkisbu aġġustamenti tal-ħeġġ fuq il-valur ġust għal iżjed entrati ħħeġġjati bil-għan li jiżdied l-użu tal-kontabbiltà abbażi tal-valur ġust, iżda mingħajr ma jiġu paċuti l-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar; u

(b) 

jekk ikunx hemm raġuni kummerċjali għall-ponderazzjonijiet partikulari tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar, minkejja li dan joħloq ineffettività tal-ħeġġ. Pereżempju, entità tidħol fi strument għall-iħħeġġjar u tiddeżinja kwantità tiegħu li ma tkunx il-kwantità li hija tkun iddeterminat bħala l-aqwa ħeġġ tal-entrata ħħeġġjata minħabba li l-volum standard tal-istrumenti għall-iħħeġġjar ma jippermettilhiex li tidħol f’dik il-kwantità eżatta tal-istrument għall-iħħeġġjar (“kwistjoni ta’ daqs tal-lott”). Eżempju huwa entità li tiħħeġġja 100 tunnellata ta’ xirjiet ta’ kafè b’kuntratti futures standard għall-kafè li jkollhom daqs tal-kuntratt ta’ 37 500 libbra. L-entità tista’ tuża biss ħames jew sitt kuntratti (ekwivalenti għal 85,0 u 102,1 tunnellati rispettivament) sabiex tiħħeġġja l-volum ta’ xiri ta’ 100 tunnellata. F’dak il-każ, l-entità tiddeżinja r-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi tuża l-proporzjon tal-ħeġġ li jirriżulta mill-għadd ta’ kuntratti futures għall-kafè li fil-fatt tuża, minħabba li l-ineffettività tal-ħeġġ li tirriżulta mill-ispariġġ fil-ponderazzjonijiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar ma twassalx għal eżitu kontabbilistiku li ma jkunx konsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

Frekwenza tal-valutazzjoni ta’ jekk ikunux qed jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ

B6.4.12 Entità għandha tivvaluta fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, u fuq bażi kontinwa, jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ. Bħala minimu, entità għandha twettaq il-valutazzjoni kontinwa f’kull data tar-rapportar u ma’ bidla sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li taffettwa r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ, skont liema tiġi l-ewwel. Il-valutazzjoni tirrigwarda l-aspettattivi dwar l-effettività tal-ħeġġ u għaldaqstant tħares biss ’il quddiem.

Metodi għall-valutazzjoni ta’ jekk ikunux qed jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ

B6.4.13 Dan l-Istandard ma jispeċifikax metodu għall-valutazzjoni ta’ jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ. Madankollu, entità għandha tuża metodu li jaqbad il-karatteristiki rilevanti tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, inklużi s-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ. Skont dawk il-fatturi, il-metodu jista’ jkun valutazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva.

B6.4.14 Pereżempju, meta t-termini kritiċi (bħall-ammont nominali, il-maturità u s-sottostanti) tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jaqblu jew ikunu allinjati mill-qrib, dan jista’ jkun possibbli għal entità li tikkonkludi abbażi ta’ valutazzjoni kwalitattiva ta’ dawk it-termini kritiċi, li l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jkollhom valuri li ġeneralment jiċċaqalqu fid-direzzjoni opposta minħabba l-istess riskju u għalhekk li teżisti relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.4–B6.4.6).

B6.4.15 Il-fatt li derivattiv ikun favorevoli jew sfavorevoli meta jiġi deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar, fih innifsu ma jfissirx li valutazzjoni kwalitattiva ma tkunx xierqa. Jiddependi miċ-ċirkustanzi jekk ineffettività tal-ħeġġ li tirriżulta minn dak il-fatt tistax tkun ta’ daqs li valutazzjoni kwalitattiva ma taqbdux b’mod adegwat.

B6.4.16 Mill-banda l-oħra, jekk it-termini kritiċi tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata ma jkunux allinjati mill-qrib, ikun hemm żieda fil-livell ta’ inċertezza dwar il-grad ta’ tpaċija. Konsegwentement, l-effettività tal-ħeġġ matul it-terminu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar hija iżjed diffiċli biex tiġi mbassra. F’sitwazzjoni bħal din jista’ jkun possibbli biss li entità tikkonkludi, abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva, li teżisti relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi B6.4.4–B6.4.6). F’xi sitwazzjonijiet tista’ tkun meħtieġa wkoll valutazzjoni kwantitattiva sabiex jiġi vvalutat jekk il-proporzjon tal-ħeġġ użat għad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ (ara l-paragrafi B6.4.9–B6.4.11). Entità tista’ tuża l-istess metodu jew metodi differenti għal dawk iż-żewġ għanijiet differenti.

B6.4.17 Jekk ikun hemm bidliet fiċ-ċirkustanzi li jaffettwaw l-effettività tal-ħeġġ, entità jista’ jkollha tibdel il-metodu għall-valutazzjoni ta’ jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ sabiex tassigura li l-karatteristiki rilevanti tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, inklużi s-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ, xorta jinqabdu.

B6.4.18 Il-ġestjoni tar-riskju ta’ entità hija s-sors ewlieni ta’ informazzjoni sabiex issir il-valutazzjoni ta’ jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ. Dan ifisser li l-informazzjoni (jew l-analiżi) ta’ ġestjoni, użata għal skopijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, tista’ tintuża bħala bażi sabiex jiġi vvalutat jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ.

B6.4.19 Id-dokumentazzjoni ta’ entità dwar ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tinkludi kif din se tivvaluta r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ, inkluż il-metodu jew il-metodi użati. Id-dokumentazzjoni dwar ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi aġġornata għal kwalunkwe bidla fil-metodi (ara l-paragrafu B6.4.17).

Kontabbiltà għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kwalifikanti (Taqsima 6.5)

B6.5.1 Eżempju ta’ ħeġġ fuq il-valur ġust huwa ħeġġ tal-iskopertura għal bidliet fil-valur ġust ta’ strument ta’ dejn b’rata fissa li jirriżultaw minn bidliet fir-rati tal-imgħax. Kemm l-emittent kif ukoll id-detentur jistgħu jidħlu għal ħeġġ bħal dan.

B6.5.2 L-għan ta’ ħeġġ tal-flussi ta’ flus huwa li jipposponi l-qligħ jew it-telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar għal perjodu jew perjodi li fihom il-flussi ta’ flus mistennija ħħeġġjati futuri jaffettwaw il-profitt jew telf. Eżempju ta’ ħeġġ għall-fluss ta’ flus huwa l-użu ta’ swap sabiex dejn b’rata flessibbli (kemm jekk imkejjel fil-kost amortizzat kif ukoll jekk fil-valur ġust) jinbidel għal dejn b’rata fissa (jiġifieri ħeġġ ta’ tranżazzjoni futura li fiha l-flussi futuri ta’ flus li jkunu qed jiġu ħħeġġjati jkunu l-pagamenti tal-imgħax futuri). Mill-banda l-oħra, xiri previst ta’ strument ta’ ekwità li, ladarba jiġi akkwiżit, jiġi kontabbilizzat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, huwa eżempju ta’ entrata li ma tistax tkun l-entrata ħħeġġjata f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus, minħabba li kwalunkwe qligħ jew telf fuq l-istrument tal-iħħeġġjar li jiġi differit ma jistax jiġi riklassifikat b’mod xieraq għal profitt jew telf matul perjodu li fih jikseb tpaċija. Għall-istess raġuni, xiri previst ta’ strument ta’ ekwità li, ladarba jiġi akkwiżit, jiġi kontabbilizzat fil-valur ġust bil-bidliet fil-valur ġust ippreżentati f’introjtu ieħor komprensiv, ukoll ma jistax ikun l-entrata ħħeġġjata f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

B6.5.3 Ħeġġ ta’ impenn sod (pereżempju, ħeġġ tal-bidla fil-prezz tal-fjuwil relatata ma’ impenn kuntrattwali mhux rikonoxxut minn utilità tal-elettriku biex tixtri l-fjuwil bi prezz fiss) huwa ħeġġ ta’ skopertura għal bidla fil-valur ġust. Għaldaqstant, ħeġġ bħal dan huwa ħeġġ fuq il-valur ġust. Madankollu, f’konformità mal-paragrafu 6.5.4, ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta’ impenn sod jista’ alternattivament jiġi kontabbilizzat bħala ħeġġ tal-flussi ta’ flus.

Kejl tal-ineffettività ta’ ħeġġ

B6.5.4 Meta tkejjel l-ineffettività ta’ ħeġġ, entità għandha tqis il-valur taż-żmien tal-flus. Konsegwentement, l-entità tiddetermina l-valur tal-entrata ħħeġġjata fuq bażi tal-valur preżenti u għaldaqstant il-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata tinkludi wkoll l-effett tal-valur taż-żmien tal-flus.

B6.5.5 Sabiex tikkalkula l-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata għall-fini tal-kejl tal-ineffettività tal-ħeġġ, entità tista’ tuża derivattiv li jkollu termini li jaqblu mat-termini kritiċi tal-entrata ħħeġġjata (dan sikwit jissejjaħ “derivattiv ipotetiku”), u, pereżempju għal ħeġġ ta’ tranżazzjoni prevista, jiġi kalibrat billi jintuża l-livell tal-prezz (jew ir-rata) iħħeġġjati. Pereżempju, kieku l-ħeġġ kien għal riskju bilaterali fil-livell tas-suq preżenti, id-derivattiv ipotetiku jkun jirrappreżenta kuntratt forward ipotetiku li jiġi kalibrat għal valur ta’ żero fiż-żmien tad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Kieku l-ħeġġ, pereżempju, kien għal riskju unilaterali, id-derivattiv ipotetiku jkun jirrappreżenta l-valur intrinsiku ta’ opzjoni ipotetika li fiż-żmien tad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun favorevoli jekk il-livell tal-prezz iħħeġġjat ikun il-livell tas-suq preżenti, jew sfavorevoli jekk il-livell tal-prezz iħħeġġjat ikun ogħla (jew, għal ħeġġ ta’ pożizzjoni twila, taħt) il-livell tas-suq preżenti. L-użu ta’ derivattiv ipotetiku huwa mod wieħed possibbli sabiex tiġi kkalkulata l-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata. Id-derivattiv ipotetiku jirreplika l-entrata ħħeġġjata u b’hekk iwassal għall-istess eżitu daqslikieku dik il-bidla fil-valur kienet determinata b’approċċ differenti. Għalhekk, l-użu ta’ “derivattiv ipotetiku” mhuwiex metodu fih innifsu iżda espedjent matematiku li jista’ jintuża biss sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-entrata ħħeġġjata. Konsegwentement, ma jistax jintuża “derivattiv ipotetiku” sabiex jiġu inklużi karatteristiki fil-valur tal-entrata ħħeġġjata li jkunu jeżistu biss fl-istrument għall-iħħeġġjar (iżda mhux fl-entrata ħħeġġjata). Eżempju huwa dejn denominat f’munita barranija (irrispettivament minn jekk ikunx dejn b’rata fissa jew b’rata varjabbli). Meta jintuża derivattiv ipotetiku sabiex tiġi kkalkulata l-bidla fil-valur ta’ dak id-dejn jew il-valur preżenti tal-bidla kumulattiva fil-flussi ta’ flus tiegħu, id-derivattiv ipotetiku ma jistax sempliċement jimputa imposta għall-kambju ta’ muniti differenti anki jekk id-derivattivi attwali li bihom jiġu skambjati muniti differenti jistgħu jinkludu tali imposta (pereżempju, swaps tar-rati tal-imgħax bejn il-valuti).

B6.5.6 Il-bidla fil-valur tal-entrata ħħeġġjata, determinata permezz ta’ derivattiv ipotetiku, tista’ tintuża wkoll sabiex jiġi vvalutat jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tissodisfax ir-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ.

Riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u bidliet fil-proporzjon tal-ħeġġ

B6.5.7 Ir-riekwilibriju jirreferi għall-aġġustamenti magħmula fil-kwantitajiet deżinjati tal-entrata ħħeġġjata jew fl-istrument għall-iħħeġġjar ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar diġà eżistenti sabiex jinżamm proporzjon tal-ħeġġ li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ. Bidliet fil-kwantitajiet deżinjati ta’ entrata ħħeġġjata jew ta’ strument għall-iħħeġġjar għal skop differenti, ma jikkostitwux riekwilibriju għall-fini ta’ dan l-Istandard.

B6.5.8 Ir-riekwilibriju huwa kontabbilizzat bħala kontinwazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar f’konformità mal-paragrafi B6.5.9–B6.5.21. Mar-riekwilibriju, l-ineffettività tal-ħeġġ tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi determinata u rikonoxxuta immedjatament qabel ma tiġi aġġustata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar.

B6.5.9 L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ jippermetti li entità tirrispondi għall-bidliet fir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li jirriżultaw mis-sottostanti jew il-varjabbli tar-riskju tagħhom. Pereżempju, relazzjoni tal-iħħeġġjar li fiha l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata jkollhom sottostanti differenti iżda relatati, tinbidel b’rispons għal bidla fir-relazzjoni bejn dawk iż-żewġ sottostanti (pereżempju, indiċijiet, rati jew prezzijiet ta’ referenza differenti iżda relatati). Għalhekk, ir-riekwilibriju jippermetti l-kontinwazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar f’sitwazzjonijiet fejn ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata tinbidel b’mod li jista’ jiġi kkumpensat billi jiġi aġġustat il-proporzjon tal-ħeġġ.

B6.5.10 Pereżempju, entità tiħħeġġja skopertura għall-Munita Barranija A billi tuża derivattiv ibbażat fuq munita li jagħmel referenza għall-Munita Barranija B u l-Muniti Barranin A u B jiġu ffissati (jiġifieri r-rata tal-kambju tagħhom tinżamm fi ħdan faxxa jew b’rata tal-kambju stabbilita minn bank ċentrali jew awtorità oħra). Kieku r-rata tal-kambju bejn il-Munita Barranija A u l-Munita Barranija B inbidlet (jiġifieri kienet stabbilita faxxa jew rata ġdida), ir-riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar biex jirrifletti r-rata l-ġdida tal-kambju jassigura li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkompli tissodisfa r-rekwiżit tal-effettività tal-ħeġġ għall-proporzjon tal-ħeġġ fiċ-ċirkustanzi l-ġodda. B’kuntrast ma’ dan, kieku kien hemm inadempjenza fuq id-derivattiv tal-munita, il-bdil tal-proporzjon tal-ħeġġ ma jistax jassigura li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkompli tissodisfa r-rekwiżit tal-effettività tal-ħeġġ. Għalhekk, ir-riekwilibriju ma jiffaċilitax il-kontinwazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar f’sitwazzjonijiet fejn ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata tinbidel b’mod li ma jistax jiġi kkumpensat bl-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ.

B6.5.11 Mhux kull bidla fil-grad ta’ tpaċija bejn il-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata tikkostitwixxi bidla fir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata. Entità tanalizza s-sorsi ta’ ineffettività tal-ħeġġ li hija kienet tistenna li jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu tagħha u tevalwa jekk il-bidliet fil-grad ta’ tpaċija jkunux:

(a) 

varjazzjonijiet madwar il-proporzjon tal-ħeġġ, li tibqa’ valida (jiġifieri tkompli tirrifletti b’mod xieraq ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata); jew

(b) 

indikazzjoni li l-proporzjon tal-ħeġġ ma jkunx għadu jirrifletti b’mod xieraq ir-relazzjoni bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata.

Entità twettaq din l-evalwazzjoni mar-rekwiżit tal-effettività tal-ħeġġ għall-proporzjon tal-ħeġġ, jiġifieri biex tassigura li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tirriflettix żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li toħloq ineffettività tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk tkunx rikonoxxuta jew le) li tista’ twassal għal eżitu kontabbilistiku li ma jkunx konsistenti mal-għan tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Għalhekk, din l-evalwazzjoni teħtieġ ġudizzju.

B6.5.12 Il-varjazzjoni madwar proporzjon tal-ħeġġ kostanti (u għalhekk l-ineffettività relatata tal-ħeġġ) ma tistax titnaqqas bl-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ bi tweġiba għal kull eżitu partikulari. Għalhekk, f’ċirkustanzi bħal dawn, il-bidla fil-grad ta’ tpaċija hija kwistjoni ta’ kejl u rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ iżda ma teħtieġx riekwilibriju.

B6.5.13 Mill-banda l-oħra, jekk il-bidliet fil-grad ta’ tpaċija jindikaw li l-varjazzjoni tkun madwar proporzjon tal-ħeġġ li jkun differenti mill-proporzjon tal-ħeġġ li attwalment ikun użat għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, jew li hemm xejra lil hinn minn dak il-proporzjon tal-ħeġġ, l-ineffettività tal-ħeġġ tista’ titnaqqas billi jiġi aġġustat il-proporzjon tal-ħeġġ, filwaqt li ż-żamma tal-proporzjon tal-ħeġġ tipproduċi aktar ineffettività tal-ħeġġ. Għalhekk, f’ċirkustanzi bħal dawn, entità trid tevalwa jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tirriflettix żbilanċ bejn il-ponderazzjonijiet tal-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar li joħloq ineffettività tal-ħeġġ (irrispettivament minn jekk tkunx rikonoxxuta jew le) li tista’ twassal għal eżitu kontabbilistiku li ma jkunx konsistenti mal-għan tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk jiġi aġġustat il-proporzjon tal-ħeġġ, dan jaffettwa wkoll il-kejl u r-rikonoxximent tal-ineffettività tal-ħeġġ minħabba li, meta jsir ir-riekwilibriju, l-ineffettività tal-ħeġġ tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar trid tiġi determinata u rikonoxxuta minnufih qabel ma tiġi aġġustata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar f’konformità mal-paragrafu B.6.5.8.

B6.5.14 Riekwilibriju jfisser li, għall-finijiet tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, wara li tibda relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità taġġusta l-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata b’rispons għall-bidliet fiċ-ċirkustanzi li jaffettwaw il-proporzjon tal-ħeġġ ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Tipikament, dak l-aġġustament jenħtieġ li jirrifletti aġġustamenti fil-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li fil-fatt tintuża. Madankollu, entità trid taġġusta l-proporzjon tal-ħeġġ li tirriżulta mill-kwantitajiet tal-entrata ħħeġġjata jew l-istrument għall-iħħeġġjar li fil-fatt tuża jekk:

(a) 

il-proporzjon tal-ħeġġ li jirriżulta mill-bidliet għall-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata li l-entità fil-fatt tuża, tkun tirrifletti żbilanċ li joħloq ineffettività tal-ħeġġ li tista’ tirriżulta f’eżitu kontabbilistiku li jkun inkonsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar; jew

(b) 

entità żżomm il-kwantitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li fil-fatt tuża, li jirriżultaw fi proporzjon tal-ħeġġ li, f’ċirkustanzi ġodda, tkun tirrifletti żbilanċ li jkun joħloq ineffettività tal-ħeġġ li tista’ tirriżulta f’eżitu kontabbilistiku li ma jkunx konsistenti mal-iskop tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (jiġifieri entità ma tridx toħloq żbilanċ billi tonqos milli taġġusta l-proporzjon tal-ħeġġ).

B6.5.15 Ir-riekwilibriju ma japplikax jekk ikun inbidel l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju għal relazzjoni tal-iħħeġġjar. Minflok, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha titwaqqaf (minkejja li entità tista’ tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida li tinvolvi l-istrument għall-iħħeġġjar jew entrata ħħeġġjata tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar preċedenti kif deskritt fil-paragrafu B6.5.28).

B6.5.16 Jekk relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi riekwilibrata, l-aġġustament għall-proporzjon tal-ħeġġ jista’ jiġi affettwat b’modi differenti:

(a) 

il-ponderazzjoni tal-entrata ħħeġġjata tista’ tiżdied (u fl-istess ħin din tnaqqas il-ponderazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar) billi:

(i) 

jiżdied il-volum tal-entrata ħħeġġjata; jew

(ii) 

jonqos il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar.

(b) 

il-ponderazzjoni tal-istrument għall-iħħeġġjar tista’ tiżdied (u fl-istess ħin din tnaqqas il-ponderazzjoni tal-entrata ħħeġġjata) billi:

(i) 

jiżdied il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar; jew

(ii) 

jonqos il-volum tal-entrata ħħeġġjata.

Il-bidliet fil-volum jirreferu għall-kwantitajiet li huma parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Għaldaqstant, tnaqqis fil-volumi mhux bilfors ifissru li l-entrati jew it-tranżazzjonijiet ma għadhomx jeżistu, jew ma għadhomx mistennija li jseħħu, iżda li mhumiex parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, tnaqqis fil-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar jista’ jwassal sabiex l-entità żżomm derivattiv, iżda parti minnu biss tista’ tibqa’ strument għall-iħħeġġjar tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Dan jista’ jseħħ jekk ir-riekwilibriju jkun jista’ jiġi affettwat biss mit-tnaqqis tal-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar fir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, filwaqt li l-entità żżomm il-volum li ma jibqax meħtieġ. F’dak il-każ, il-parti mhux deżinjata tad-derivattiv tiġi kontabbilizzata fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf (sakemm ma kenitx deżinjata bħala strument għall-iħħeġġjar f’relazzjoni tal-iħħeġġjar differenti).

B6.5.17 L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ billi jiżdied il-volum tal-entrata ħħeġġjata ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata relatata mal-volum deżinjat qabel ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata jinkludu wkoll il-bidla fil-valur tal-volum addizzjonali tal-entrata ħħeġġjata. Dawn il-bidliet jitkejlu mid-data tar-riekwilibriju, u b’referenza għaliha, u mhux mid-data li fiha ġiet deżinjata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat volum ta’ 100 tunnellata ta’ komodità bi prezz forward ta’ CU 80 (il-prezz forward fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar) u żiedet volum ta’ 10 tunnellati fuq ir-riekwilibriju meta l-prezz forward kien ta’ CU 90, l-entrata ħħeġġjata wara r-riekwilibriju tkun tikkonsisti f’żewġ saffi: 100 tunnellata ħħeġġjati fil-livell ta’ CU 80 u 10 tunnellati ħħeġġjati fil-livell ta’ CU 90.

B6.5.18 L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ billi jitnaqqas il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar b’rabta mal-volum li jkompli jiġi deżinjat ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-volum li bih tnaqqas l-istrument għall-iħħeġġjar ma jibqax parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat ir-riskju tal-prezz ta’ komodità permezz ta’ volum derivattiv ta’ 100 tunnellata bħala l-istrument għall-iħħeġġjar u tnaqqas dak il-volum b’10 tunnellati mar-riekwilibriju, jifdal ammont nominali ta’ 90 tunnellata tal-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu B6.5.16 għall-konsegwenzi tal-volum derivattiv (jiġifieri l-10 tunnellati) li ma jibqax jagħmel parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

B6.5.19 L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ billi jiżdied il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar marbut mal-volum speċifikat qabel ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar jinkludu wkoll il-bidliet fil-valur tal-volum addizzjonali tal-istrument għall-iħħeġġjar. Il-bidliet jitkejlu mid-data tar-riekwilibriju, u b’referenza għaliha, u mhux mid-data li fiha ġiet deżinjata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat ir-riskju tal-prezz ta’ komodità bl-użu ta’ volum derivattiv ta’ 100 tunnellata bħala l-istrument għall-iħħeġġjar u żiedet volum ta’ 10 tunnellati fir-riekwilibriju, l-istrument għall-iħħeġġjar wara r-ribilanċjar ikun jikkonsisti f’volum derivattiv totali ta’ 110 tunnellati. Il-bidla fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar hija l-bidla totali fil-valur ġust tad-derivattivi li jikkostitwixxu l-volum totali ta’ 110 tunnellati. Dawn id-derivattivi jistgħu (u aktarx) ikollhom termini kritiċi differenti, bħar-rati forward tagħhom, minħabba li daħlu fis-seħħ f’punti ta’ żmien differenti (inkluża l-possibbiltà li jiġu speċifikati derivattivi f’relazzjonijiet tal-iħħeġġjar wara r-rikonoxximent inizjali tagħhom).

B6.5.20 L-aġġustament tal-proporzjon tal-ħeġġ billi jitnaqqas il-volum tal-entrata ħħeġġjata ma jaffettwax il-mod li bih jitkejlu l-bidliet fil-valur ġust tal-istrument għall-iħħeġġjar. Lanqas il-kejl tal-bidliet fil-valur tal-entrata ħħeġġjata b’rabta mal-volum li jibqa’ jiġi deżinjat ma jiġi affettwat. Madankollu, mid-data tar-riekwilibriju, il-volum li bih tnaqqset l-entrata ħħeġġjata ma jibqax jagħmel parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk oriġinarjament entità ħħeġġjat volum ta’ 100 tunnellata ta’ komodità bi prezz forward ta’ CU 80 u tnaqqas dak il-volum b’10 tunnellati fir-riekwilibriju, l-entrata ħħeġġjata wara r-riekwilibriju tkun ta’ 90 tunnellata ħħeġġjati bil-prezz ta’ CU 80. L-10 tunnellati tal-entrata ħħeġġjata li ma jibqgħux jagħmlu parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jiġu kontabbilizzati f’konformità mar-rekwiżiti għall-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafi 6.5.6–6.5.7 u B6.5.22–B6.5.28).

B6.5.21 Meta tirriekwilibra r-relazzjoni tal-iħħeġġjar, entità għandha taġġorna l-analiżi tagħha tas-sorsi tal-ineffettività tal-ħeġġ li huma mistennija jaffettwaw ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar matul it-terminu (li jifdal) tagħha (ara l-paragrafu B6.4.2). Id-dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandha tiġi aġġornata kif ikun xieraq.

Waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar

B6.5.22 Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar japplika b’mod prospettiv mid-data li fiha ma jibqgħux issodisfati l-kriterji ta’ kwalifikazzjoni.

B6.5.23 Entità ma għandhiex tirtira d-deżinjazzjoni u għaldaqstant ittemm relazzjoni tal-iħħeġġjar li:

(a) 

tkun għadha tissodisfa l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju li fuq il-bażi tiegħu kkwalifikat għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (jiġifieri l-entità għadha ssegwi dak l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju); u

(b) 

tkompli tissodisfa l-kriterji kwalifikanti l-oħrajn kollha (wara li jitqies kull riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, jekk applikabbli).

B6.5.24 Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard, issir distinzjoni bejn l-istrateġija tal-entità għall-ġestjoni tar-riskju u dik tal-objettivi tal-ġestjoni tar-riskju. L-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju hija stabbilita fl-ogħla livell li fih entità tiddetermina kif timmaniġġa r-riskju tagħha. L-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskju tipikament jidentifikaw ir-riskji li għalihom hija esposta l-entità u jistabbilixxu kif l-entità tirrispondi għalihom. Tipikament, strateġija tal-ġestjoni tar-riskju tiġi implimentata għal perjodu itwal u tista’ tinkludi xi flessibbiltà sabiex entità tirreaġixxi għal bidliet fiċ-ċirkustanzi li jseħħu meta tkun għadha fis-seħħ dik l-istrateġija (pereżempju, rata tal-imgħax differenti jew livelli tal-prezz tal-komodità differenti li jirriżultaw f’firxa ta’ ħħeġġjar differenti). Normalment dan jiġi stabbilit f’dokument ġenerali li jissaħħaħ fl-entità permezz ta’ politiki li jinkludu linji gwida iktar speċifiċi. Għall-kuntrarju, l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju għal relazzjoni tal-iħħeġġjar japplika fil-livell ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar partikulari. Huwa marbut mal-mod kif l-istrument għall-iħħeġġjar partikulari li ġie deżinjat jintuża biex tiġi ħħeġġjata l-iskopertura partikulari li ġiet deżinjata bħala l-entrata ħħeġġjata. B’hekk, strateġija tal-ġestjoni tar-riskju tista’ tinvolvi ħafna relazzjonijiet tal-iħħeġġjar differenti li l-objettivi tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom huma marbutin mal-eżekuzzjoni ta’ dik l-istrateġija ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju. Pereżempju:

(a) 

entità għandha strateġija tal-ġestjoni tal-iskopertura tagħha tar-rata tal-imgħax fil-finanzjament tad-dejn li tfassal meded għall-entità kumplessiva għat-tħallit bejn finanzjament b’rata varjabbli u b’rata fissa. L-istrateġija hija li jinżamm bejn 20 u 40 fil-mija tad-dejn b’rati fissi. Minn żmien għal żmien, l-entità tiddeċiedi kif teżegwixxi din l-istrateġija (jiġifieri fejn tpoġġi lilha nnifisha fil-medda ta’ bejn 20 u 40 fil-mija għal skopertura tar-rata tal-imgħax fissa) skont il-livell tar-rati tal-imgħax. Jekk ir-rati tal-imgħax ikunu baxxi, l-entità tistabbilixxi l-imgħax għal iktar dejn milli meta r-rati tal-imgħax ikunu għoljin. Id-dejn tal-entità huwa ta’ CU 100 f’dejn b’rata varjabbli li CU 30 minnu jiġu swappjati fi skopertura tar-rata fissa. L-entità tisfrutta r-rati tal-imgħax baxxi sabiex toħroġ CU 50 addizzjonali f’dejn sabiex tiffinanzja investiment kbir, li l-entità twettaq billi toħroġ bond b’rata fissa. Fid-dawl tar-rati tal-imgħax baxxi, l-entità tiddeċiedi li tistabbilixxi l-iskopertura tar-rata tal-imgħax fissa tagħha għal 40 fil-mija tad-dejn totali billi tnaqqas b’CU 20 il-limitu sa fejn qabel iħħeġġjat l-iskopertura tar-rata varjabbli tagħha, li jirriżulta fi skopertura tar-rata fissa ta’ CU 60. F’din is-sitwazzjoni, l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju nnifisha tibqa’ l-istess. Iżda għall-kuntrarju, l-eżekuzzjoni mill-entità ta’ dik l-istrateġija inbidlet u dan ifisser li, għal CU 20 fi skopertura tar-rata varjabbli li qabel kien iħħeġġjata, l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju nbidel (jiġifieri fil-livell tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar). Konsegwentement, f’din is-sitwazzjoni, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar trid titwaqqaf għal CU 20 tal-iskopertura tar-rata varjabbli ħħeġġjata qabel. Dan jista’ jinvolvi t-tnaqqis tal-pożizzjoni ta’ swap b’ammont nominali ta’ CU 20 iżda, skont iċ-ċirkustanzi, entità tista’ żżomm dak il-volum tal-iswap u, pereżempju, tużah biex tiħħeġġja skopertura differenti jew inkella dan jista’ jsir parti minn portafoll tan-negozjar. Għall-kuntrarju, jekk, minflok, entità għamlet swap ta’ parti mid-dejn ġdid tagħha b’rata fissa ma’ skopertura tar-rata varjabbli, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar ikollha tissokta għall-iskopertura ħħeġġjata qabel tar-rata varjabbli.

(b) 

ċerti skoperturi jirriżultaw minn pożizzjonijiet li jinbidlu ta’ spiss, pereżempju, ir-riskju tar-rata tal-imgħax ta’ portafoll miftuħ ta’ strumenti ta’ dejn. Iż-żieda ta’ strumenti ta’ dejn ġodda u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ strumenti ta’ dejn jibdlu dik l-iskopertura kontinwament (jiġifieri hija differenti minn sempliċi likwidazzjoni ta’ pożizzjoni li timmatura). Dan huwa proċess dinamiku li fih la l-iskopertura u lanqas l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati sabiex jiġi ġestit ma jibqgħu l-istess għal ħafna żmien. Konsegwentement, entità bit-tali skopertura spiss taġġusta l-istrumenti għall-iħħeġġjar li tuża sabiex timmaniġġa r-riskju tar-rata tal-imgħax hekk kif l-iskopertura tinbidel. Pereżempju, l-istrumenti tad-dejn li baqgħalhom 24 xahar sabiex jimmaturaw jiġu deżinjati bħala entrata ħħeġġjata għar-riskju tar-rata tal-imgħax għal 24 xahar. L-istess proċedura tiġi applikata għal taqsimiet tal-ħin jew perjodi ta’ maturità oħrajn. Wara perjodu ta’ żmien qasir, l-entità twaqqaf ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha, xi wħud minnhom jew parti minnhom li kienu deżinjati qabel għall-perjodi ta’ maturità u tiddeżinja relazzjonijiet tal-iħħeġġjar ġodda għall-perjodi ta’ maturità fuq il-bażi tad-daqs tagħhom u l-istrumenti għall-iħħeġġjar li jkunu jeżistu f’dak iż-żmien. Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’din is-sitwazzjoni jirrifletti li dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar jiġu stabbiliti b’tali mod li l-entità tħares lejn strument għall-iħħeġġjar ġdid u entrata ħħeġġjata ġdida minflok l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata li kienu deżinjati preċedentement. L-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tibqa’ l-istess, iżda ma hemm ebda objettiv tal-ġestjoni tar-riskju li jibqa’ għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar deżinjati preċedentement, li fil-fatt ma jibqgħux jeżistu. F’sitwazzjoni bħal din, il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar japplika sa fejn ikun inbidel l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju. Dan jiddependi mis-sitwazzjoni ta’ entità u, pereżempju, jista’ jaffettwa r-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha jew xi wħud minnhom biss li għandhom perjodu ta’ maturità, jew parti biss minn relazzjoni tal-iħħeġġjar.

(c) 

entità għandha strateġija tal-ġestjoni tar-riskju li permezz tagħha timmaniġġa r-riskju tal-munita barranija tal-bejgħ previst u r-riċevibbli li jirriżultaw. F’dik l-istrateġija, l-entità timmaniġġa r-riskju tal-munita barranija bħala relazzjoni tal-iħħeġġjar partikulari sal-punt tar-rikonoxximent tar-riċevibbli. Wara, l-entità ma tibqax timmaniġġa r-riskju tal-munita barranija fuq il-bażi ta’ dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar partikulari. Minflok, timmaniġġa f’daqqa r-riskju tal-munita barranija mir-riċevibbli, pagabbli u derivattivi (li mhumiex relatati mat-tranżazzjonijiet previsti li għadhom pendenti) denominati fl-istess munita barranija. Għall-finijiet tal-kontabbiltà, dan jaħdem bħala ħeġġ “naturali” minħabba li l-qligħ u t-telf mir-riskju tal-munita barranija fuq dawk l-entrati kollha minnufih jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf. Konsegwentement, għall-finijiet tal-kontabbiltà, jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi deżinjata għall-perjodu sad-data tal-pagament, għandha titwaqqaf meta jiġi rikonoxxut ir-riċevibbli għaliex l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar oriġinali ma jibqax japplika. Ir-riskju tal-munita barranija issa huwa ġestit fl-istess strateġija iżda fuq bażi differenti. Għall-kuntrarju, jekk entità kellha objettiv tal-ġestjoni tar-riskju differenti u ġestiet ir-riskju tal-munita barranija bħala relazzjoni tal-iħħeġġjar kontinwa speċifikament għal dak l-ammont ta’ bejgħ previst u r-riċevibbli li jirriżulta sad-data tas-saldu, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli sa dik id-data.

B6.5.25 Il-waqfien tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar jista’ jaffettwa:

(a) 

relazzjoni tal-iħħeġġjar fit-totalità kollha tagħha; jew

(b) 

parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar (li tfisser li l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli għall-bqija tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar).

B6.5.26 Relazzjoni tal-iħħeġġjar titwaqqaf għalkollox meta, b’mod ġenerali, ma tibqax tissodisfa l-kriterji kwalifikanti. Pereżempju:

(a) 

ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tibqax tissodisfa l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju li fuq il-bażi tiegħu kkwalifikat għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar (jiġifieri entità ma tibqax issegwi dak l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju);

(b) 

l-istrument jew l-istrumenti għall-iħħeġġjar inbiegħu jew ġew terminati (b’rabta mal-volum kollu li kien parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar); jew

(c) 

ma jibqax ikun hemm relazzjoni ekonomika bejn l-entrata ħħeġġjata u l-istrument għall-iħħeġġjar jew l-effett tar-riskju tal-kreditu jibda jiddomina l-bidliet fil-valur li jirriżultaw minn dik ir-relazzjoni ekonomika.

B6.5.27 Parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar titwaqqaf (u l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tkompli għall-kumplament) meta parti biss tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar ma tibqax tissodisfa l-kriterji kwalifikanti. Pereżempju:

(a) 

mar-riekwilibriju tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, il-proporzjon tal-ħeġġ tista’ tiġi aġġustata b’tali mod li parti mill-volum tal-entrata ħħeġġjata ma tibqax parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar (ara l-paragrafu B6.5.20); għaldaqstant, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar titwaqqaf biss għall-volum tal-entrata ħħeġġjata li ma tibqax tagħmel parti mir-relazzjoni tal-iħħeġġjar; jew

(b) 

meta l-okkorrenza ta’ parti mill-volum tal-entrata ħħeġġjata li hija (jew hija komponent ta’) tranżazzjoni prevista ma tibqax probabbli ħafna, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar titwaqqaf biss għall-volum tal-entrata ħħeġġjata li l-okkorrenza tagħha ma tkunx għadha wisq probabbli. Madankollu, jekk entità jkollha storja li jkollha ħeġġijiet deżinjati ta’ tranżazzjonijiet previsti u sussegwentement tkun iddeterminat li t-tranżazzjonijiet previsti ma jibqgħux mistennija li jseħħu, jinxteħet dubju fuq il-kapaċità tal-entità li tipprevedi tranżazzjonijiet previsti b’mod preċiż meta tipprevedi tranżazzjonijiet previsti simili. Dan jaffettwa l-valutazzjoni dwar jekk tranżazzjonijiet previsti simili humiex probabbli ħafna (ara l-paragrafu 6.3.3) u, għaldaqstant, jekk humiex eliġibbli bħala entrati ħħeġġjati.

B6.5.28 Entità tista’ tiddeżinja relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida li tinvolvi l-istrument għall-iħħeġġjar jew l-entrata ħħeġġjata ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar preċedenti li għalihom twaqqfet (għalkollox jew għal parti minnha) il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Dan ma jikkostitwix kontinwazzjoni ta’ relazzjoni tal-iħħeġġjar iżda bidu mill-ġdid. Pereżempju:

(a) 

strument għall-iħħeġġjar tant jesperjenza deterjorament sever tal-kreditu li l-entità tibdlu ma’ strument għall-iħħeġġjar ġdid. Dan ifisser li r-relazzjoni tal-iħħeġġjar oriġinali naqset milli tilħaq l-objettiv tal-ġestjoni tar-riskju u, għaldaqstant, twaqqfet għalkollox. L-istrument għall-iħħeġġjar il-ġdid huwa deżinjat bħala l-ħeġġ tal-istess skopertura li kienet ġiet iħħeġġjata preċedentement u jifforma relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida. Għaldaqstant, il-bidliet fil-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata jitkejlu mid-data tad-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, u b’referenza għaliha, minflok fid-data li fiha ġiet deżinjata r-relazzjoni tal-iħħeġġjar oriġinali.

(b) 

relazzjoni tal-iħħeġġjar titwaqqaf qabel it-tmiem tat-terminu tagħha. L-istrument għall-iħħeġġjar f’dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar jista’ jiġi deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar f’relazzjoni tal-iħħeġġjar oħra (pereżempju, meta jiġi aġġustat il-proporzjon tal-ħeġġ fir-riekwilibriju billi jiżdied il-volum tal-istrument għall-iħħeġġjar jew meta tiġi deżinjata relazzjoni tal-iħħeġġjar ġdida għalkollox).

Kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta’ opzjonijiet

B6.5.29 Opzjoni tista’ titqies relatata ma’ perjodu ta’ żmien għaliex il-valur taż-żmien tagħha jirrappreżenta tariffa għall-forniment ta’ protezzjoni lid-detentur tal-opzjoni tul perjodu ta’ żmien. Madankollu, l-aspett rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni ta’ jekk opzjoni tiħħeġġjax tranżazzjoni jew entrata ħħeġġjata marbuta ma’ perjodu ta’ żmien huma l-karatteristiki ta’ dik l-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta taffettwa l-profitt jew telf. B’hekk, entità għandha tivvaluta t-tip ta’ entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafu 6.5.15(a)) fuq il-bażi tan-natura tal-entrata ħħeġġjata (irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar hijiex ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew ħeġġ fuq il-valur ġust):

(a) 

il-valur taż-żmien ta’ opzjoni huwa marbut ma’ entrata ħħeġġjata relatata ma’ tranżazzjoni jekk in-natura tal-entrata ħħeġġjata tkun tranżazzjoni li għaliha l-valur taż-żmien għandu l-karattru tal-kostijiet ta’ dik it-tranżazzjoni. Eżempju huwa meta l-valur taż-żmien ta’ opzjoni jkun relatat ma’ entrata ħħeġġjata li tirriżulta fir-rikonoxximent ta’ entrata li l-kejl inizjali tagħha jinkludi kostijiet tat-tranżazzjoni (pereżempju, entità tiħħeġġja x-xiri ta’ komodità, kemm jekk hija tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk hija impenn sod, kontra r-riskju tal-prezz tal-komodità u tinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjoni u fil-kejl inizjali tal-inventarju). B’konsegwenza tal-inklużjoni tal-valur taż-żmien tal-opzjoni fil-kejl inizjali ta’ entrata ħħeġġjata partikulari, il-valur taż-żmien jaffettwa l-profitt jew telf fl-istess żmien bħall-entrata ħħeġġjata. B’mod simili, entità li tiħħeġġja l-bejgħ ta’ komodità, kemm jekk huwa tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk impenn sod, tinkludi l-valur taż-żmien tal-opzjoni bħala parti mill-kost relatat ma’ dak il-bejgħ (b’hekk, il-valur taż-żmien ikun rikonoxxut fi profitt jew telf fl-istess perjodu bħad-dħul mill-bejgħ iħħeġġjat).

(b) 

il-valur taż-żmien ta’ opzjoni huwa relatat ma’ entrata ħħeġġjata relatata mal-perjodu taż-żmien jekk in-natura tal-entrata ħħeġġjata tkun tali li l-valur taż-żmien ikollu karattru ta’ kost għall-kisba ta’ protezzjoni kontra riskju tul perjodu ta’ żmien partikulari (iżda l-entrata ħħeġġjata ma tirriżultax fi tranżazzjoni li tinvolvi l-kunċett ta’ kost ta’ tranżazzjoni f’konformità ma’ (a)). Pereżempju, jekk inventarju tal-komoditajiet jiġi ħħeġġjat kontra tnaqqis fil-valur ġust għal sitt xhur bl-użu tal-opzjoni ta’ komodità b’ħajja korrispondenti, il-valur taż-żmien tal-opzjoni jiġi allokat għall-profitt jew telf (jiġifieri jiġi amortizzat fuq bażi sistematika u razzjonali) matul dak il-perjodu ta’ sitt xhur. Eżempju ieħor huwa ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija li jiġi ħħeġġjat għal 18-il xahar bl-użu tal-opzjoni tal-kambju, li jirriżulta fl-allokazzjoni tal-valur taż-żmien tal-opzjoni matul dak il-perjodu ta’ 18-il xahar.

B6.5.30 Il-karatteristiki tal-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta l-entrata ħħeġġjata taffettwa l-profitt jew telf, jaffettwaw ukoll il-perjodu li matulu jiġi amortizzat il-valur taż-żmien ta’ opzjoni li tiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata mal-perjodu taż-żmien, li huwa konsistenti mal-perjodu li matulu l-valur intrinsiku tal-opzjoni jista’ jaffettwa l-profitt jew telf f’konformità mal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Pereżempju, jekk tintuża opzjoni tar-rati tal-imgħax (limitu massimu) biex tforni protezzjoni kontra żidiet fl-ispiża tal-imgħax fuq bond b’rata tal-imgħax flessibbli, il-valur taż-żmien ta’ dak il-limitu massimu jiġi amortizzat għall-profitt jew telf matul l-istess perjodu li fih kwalunkwe valur intrinsiku tal-limitu massimu jaffettwa l-profitt jew telf:

(a) 

jekk il-limitu massimu jiħħeġġja żidiet fir-rati tal-imgħax fl-ewwel tliet snin mill-ħajja totali tal-bond b’rata tal-imgħax flessibbli ta’ ħames snin, il-valur taż-żmien ta’ dak il-limitu massimu jiġi amortizzat matul l-ewwel tliet snin; jew

(b) 

jekk il-limitu massimu jkun opzjoni ta’ bidu forward li jiħħeġġja żidiet fir-rati tal-imgħax għal sentejn u tlieta minn ħajja totali tal-bond b’rata tal-imgħax flessibbli ta’ ħames snin, il-valur taż-żmien ta’ dak il-limitu massimu jiġi amortizzat matul it-tieni u t-tielet sena.

B6.5.31 Il-kontabbiltà għall-valur taż-żmien ta’ opzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 6.5.15 tapplika wkoll għal taħlita ta’ opzjoni mixtrija u mibjugħa (waħda tkun opzjoni put u l-oħra tkun opzjoni call li fid-data tad-deżinjazzjoni bħala strument għall-iħħeġġjar ikollha valur taż-żmien nett ta’ żero (komunement magħrufa bħala “collar mingħajr kostijiet”). F’dak il-każ, entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur taż-żmien f’introjtu ieħor komprensiv, għalkemm il-bidla kumulattiva fil-valur taż-żmien tul il-perjodu totali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar hija żero. Għaldaqstant, jekk il-valur taż-żmien tal-opzjoni hija relatata ma’:

(a) 

entrata ħħeġġjata relatata ma’ tranżazzjoni, l-ammont tal-valur taż-żmien fi tmiem ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li jaġġusta l-entrata ħħeġġjata jew li jerġa’ jiġi klassifikat għall-profitt jew telf (ara l-paragrafu 6.5.15(b) ikun żero.

(b) 

entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu taż-żmien, l-ispiża tal-amortizzament relatata mal-valur taż-żmien hija żero.

B6.5.32 Il-kontabbiltà għall-valur taż-żmien tal-opzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 6.5.15 tapplika biss sa fejn il-valur taż-żmien ikun marbut mal-entrata ħħeġġjata (valur taż-żmien allinjat). Il-valur taż-żmien tal-opzjoni huwa marbut mal-entrata ħħeġġjata jekk it-termini kritiċi tal-opzjoni (bħall-ammont nominali, il-ħajja u s-sottostanti) ikunu allinjati mal-entrata ħħeġġjata. B’hekk, jekk it-termini kritiċi tal-opzjoni u l-entrata ħħeġġjata ma jkunux allinjati għalkollox, entità għandha tiddetermina l-valur taż-żmien allinjat, jiġifieri kemm mill-valur taż-żmien inkluż fil-primjum (valur taż-żmien attwali) huwa marbut mal-entrata ħħeġġjata (u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi trattat f’konformità mal-paragrafu 6.5.15). Entità tiddetermina l-valur taż-żmien allinjat permezz tal-użu tal-valwazzjoni tal-opzjoni li jista’ jkollha termini kritiċi li jaqblu perfettament mal-entrata ħħeġġjata.

B6.5.33 Jekk il-valur taż-żmien attwali u l-valur taż-żmien allinjat ikunu differenti, entità għandha tiddetermina l-ammont akkumulat f’komponent separat ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafu 6.5.15 kif ġej:

(a) 

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, il-valur taż-żmien attwali jkun ogħla mill-valur taż-żmien allinjat, l-entità għandha:

(i) 

tiddetermina l-ammont li huwa akkumulat f’komponent separat ta’ ekwità fuq il-bażi tal-valur taż-żmien allinjat; u

(ii) 

tikkontabbilizza d-differenzi fil-bidliet fil-valur ġust bejn iż-żewġ valuri taż-żmien fil-profitt jew telf.

(b) 

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, il-valur taż-żmien attwali jkun inqas mill-valur taż-żmien allinjat, l-entità għandha tiddetermina l-ammont akkumulat f’komponent separat ta’ ekwità b’referenza għall-inqas bidla kumulattiva fil-valur ġust ta’:

(i) 

il-valur taż-żmien attwali; u

(ii) 

il-valur taż-żmien allinjat.

Il-kumplament kollu li jifdal tal-bidla fil-valur ġust tal-valur taż-żmien attwali għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

Kontabbiltà għall-element forward ta’ kuntratti forward u l-firxiet bażi tal-munita barranija ta’ strumenti finanzjarji

B6.5.34 Kuntratt forward jista’ jitqies li huwa relatat ma’ perjodu ta’ żmien għaliex l-element forward tiegħu jirrappreżenta miżati għal perjodu ta’ żmien (li huwa l-perjodu ta’ maturità li għalih ġie ddeterminat). Madankollu, l-aspett rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni ta’ jekk strument għall-iħħeġġjar jiħħeġġjax tranżazzjoni jew entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu ta’ żmien huma l-karatteristiki ta’ dik l-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta taffettwa l-profitt jew telf. B’hekk, l-entità għandha tivvaluta t-tip ta’ entrata ħħeġġjata (ara l-paragrafi 6.5.16 u 6.5.15(a)) fuq il-bażi tan-natura tal-entrata ħħeġġjata (irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar hijiex ħeġġ tal-flussi ta’ flus jew ħeġġ fuq il-valur ġust):

(a) 

l-element forward ta’ kuntratt forward huwa relatat ma’ entrata ħħeġġjata relatata ma’ tranżazzjoni jekk in-natura tal-entrata ħħeġġjata tkun tranżazzjoni li għaliha l-element forward ikollu l-karattru ta’ kostijiet ta’ dik it-tranżazzjoni. Eżempju huwa meta l-element forward ikun relatat ma’ entrata ħħeġġjata li tirriżulta fir-rikonoxximent ta’ entrata li l-kejl inizjali tagħha jinkludi kostijiet tat-tranżazzjoni (pereżempju, entità tiħħeġġja x-xiri ta’ inventarju denominat f’munita barranija, kemm jekk hija tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk hija impenn sod, kontra r-riskju tal-munita barranija u jinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjoni fil-kejl inizjali tal-inventarju). B’konsegwenza tal-inklużjoni tal-element forward fil-kejl inizjali ta’ entrata ħħeġġjata partikulari, l-element forward jaffettwa l-profitt jew telf fl-istess ħin bħal dik l-entrata ħħeġġjata. B’mod simili, entità li tiħħeġġja l-bejgħ ta’ komodità denominata f’munita barranija kontra r-riskju tal-munita barranija, kemm jekk hija tranżazzjoni prevista kif ukoll jekk impenn sod, tinkludi l-element forward bħala parti mill-kost li huwa relatat ma’ dak il-bejgħ (għaldaqstant, l-element forward jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf fl-istess perjodu bħala dħul mill-bejgħ iħħeġġjat).

(b) 

l-element forward ta’ kuntratt forward huwa relatat ma’ entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu ta’ żmien jekk in-natura tal-entrata ħħeġġjata tkun tali li l-element forward ikollu l-karattru ta’ kost għall-kisba ta’ protezzjoni kontra riskju tul perjodu ta’ żmien partikulari (iżda l-entrata ħħeġġjata ma tirriżultax fi tranżazzjoni li tinvolvi l-kunċett ta’ kost ta’ tranżazzjoni f’konformità ma’ (a)). Pereżempju, jekk inventarju ta’ komodità jiġi ħħeġġjat kontra bidliet fil-valur ġust għal sitt xhur permezz tal-użu ta’ kuntratt forward ta’ komodità b’ħajja korrispondenti, l-element forward tal-kuntratt forward jiġi allokat għall-profitt jew telf (jiġifieri, jiġi amortizzat fuq bażi sistematika u razzjonali) tul perjodu ta’ sitt xhur. Eżempju ieħor huwa ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija li jiġi ħħeġġjat għal 18-il xahar bl-użu ta’ kuntratt forward tal-kambju, li jirriżulta fl-allokazzjoni tal-element forward tal-kuntratt forward tul dak il-perjodu ta’ 18-il xahar.

B6.5.35 Il-karatteristiki tal-entrata ħħeġġjata, inkluż kif u meta l-entrata ħħeġġjata taffettwa l-profitt jew telf, jaffettwaw ukoll il-perjodu li matulu l-element forward ta’ kuntratt forward li jiħħeġġja entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu ta’ żmien jiġi amortizzat, jiġifieri matul il-perjodu li huwa relatat miegħu l-element forward. Pereżempju, jekk kuntratt forward jiħħeġġja l-iskopertura għall-varjabbiltà f’rati tal-imgħax ta’ tliet xhur għal perjodu ta’ tliet xhur li jibda fi żmien sitt xhur, l-element forward jiġi amortizzat matul il-perjodu ta’ bejn is-seba’ u d-disa’ xahar.

B6.5.36 Il-kontabbiltà għall-element forward ta’ kuntratt forward f’konformità mal-paragrafu 6.5.16 japplika wkoll jekk, fid-data li fiha l-kuntratt forward ġie deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar, l-element forward ikun żero. F’dak il-każ, entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur ġust attribwibbli għall-element forward f’introjtu ieħor komprensiv, minkejja li l-bidla kumulattiva fil-valur ġust attribwibbli għall-element forward tul il-perjodu totali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun żero. Għaldaqstant, jekk l-element forward ta’ kuntratt forward ikun relatat ma’:

(a) 

entrata ħħeġġjata relatata ma’ tranżazzjoni, l-ammont fir-rigward tal-element forward fi tmiem ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li jaġġusta l-entrata ħħeġġjata jew li huwa riklassifikat għall-profitt jew telf (ara l-paragrafi 6.5.15(b) u 6.5.16) ikun żero.

(b) 

entrata ħħeġġjata relatata ma’ perjodu ta’ żmien, l-ammont tal-amortizzament relatat mal-element forward ikun żero.

B6.5.37 Il-kontabbiltà tal-element forward ta’ kuntratti forward f’konformità mal-paragrafu 6.5.16 tapplika biss sakemm l-element forward ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata (element forward allinjat). L-element forward ta’ kuntratt forward ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata jekk it-termini kritiċi tal-kuntratt forward (bħall-ammont nominali, il-ħajja u s-sottostanti) ikunu allinjati mal-entrata ħħeġġjata. Għaldaqstant, jekk it-termini kritiċi tal-kuntratt forward u l-entrata ħħeġġjata ma jkunux allinjati għalkollox, entità għandha tiddetermina l-element forward allinjat, jiġifieri kemm mill-element forward inkluż fil-kuntratt forward (element forward attwali) ikun relatat mal-entrata ħħeġġjata (u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi trattat f’konformità mal-paragrafu 6.5.16). Entità tiddetermina l-element forward allinjat billi tuża l-valwazzjoni tal-kuntratt forward li jkollu termini kritiċi li jaqblu perfettament mal-entrata ħħeġġjata.

B6.5.38 Jekk l-element forward attwali u l-element forward allinjat ikunu differenti, entità għandha tiddetermina l-ammont li jakkumula f’komponent separat ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafu 6.5.16 kif ġej:

(a) 

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, l-ammont assolut tal-element forward attwali jkun ogħla minn dak tal-element forward allinjat, l-entità għandha:

(i) 

tiddetermina l-ammont li jkun akkumulat f’komponent separat ta’ ekwità fuq il-bażi tal-element forward allinjat; u

(ii) 

tikkontabbilizza d-differenzi fil-bidliet fil-valur ġust bejn iż-żewġ elementi forward fil-profitt jew telf.

(b) 

jekk, fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar, l-ammont assolut tal-element forward attwali jkun inqas minn dak tal-element forward allinjat, l-entità għandha tistabbilixxi l-ammont li jkun akkumulat f’komponent separat ta’ ekwità b’referenza għall-inqas bidla kumulattiva fil-valur ġust ta’:

(i) 

l-ammont assolut tal-element forward attwali; u

(ii) 

l-ammont assolut tal-element forward allinjat.

Dak kollu li jifdal mill-bidla fil-valur ġust tal-element forward propju għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

B6.5.39 Meta entità tissepara l-firxa bażi tal-munita barranija minn strument finanzjarju u teskludiha mid-deżinjazzjoni ta’ dak l-istrument finanzjarju bħala strument għall-iħħeġġjar (ara l-paragrafu 6.2.4(b)), il-gwida dwar l-applikazzjoni fil-paragrafi B6.5.34-B6.5.38 tapplika għall-firxa bażi tal-munita barranija bl-istess mod li tiġi applikata għall-element forward ta’ kuntratt forward.

Ħeġġ ta’ grupp ta’ entrati (Taqsima 6.6)

Ħeġġ ta’ pożizzjoni netta

Eliġibbiltà għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar u deżinjazzjoni ta’ pożizzjoni netta

B6.6.1 Pożizzjoni netta hija eliġibbli għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar biss jekk entità tiħħeġġja fuq bażi netta għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju. Jekk entità tiħħeġġjax b’dan il-mod huwa kwistjoni ta’ fatt (mhux sempliċi dikjarazzjoni jew dokumentazzjoni). B’hekk, entità ma tistax tapplika l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fuq bażi netta biss sabiex tikseb eżitu kontabbilistiku partikulari jekk dan ma jkunx jirrifletti l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tagħha. Ħeġġjar tal-pożizzjoni netta għandu jifforma parti minn strateġija stabbilita ta’ ġestjoni tar-riskju. Normalment, dan jiġi approvat minn membri kruċjali tal-maniġment kif definit fl-IAS 24.

B6.6.2 Pereżempju, l-Entità A, li l-munita funzjonali tagħha hija l-munita lokali, ħadet impenn sod li tħallas FC 150 000 għal spejjeż ta’ reklamar fi żmien disa’ xhur u impenn sod li tbigħ oġġetti lesti għal FC 150 000 fi żmien 15-il xahar. L-Entità A tidħol f’derivattiv ibbażat fuq munita barranija li jiġi saldat fi żmien disa’ xhur u li minnu tirċievi FC 100 u tħallas CU 70. L-Entità A ma għandhiex skoperturi oħra għall-FC. L-Entità A ma timmaniġġax ir-riskju tal-munita barranija fuq bażi netta. B’hekk, l-Entità A ma tistax tapplika kontabbiltà għall-iħħeġġjar għal relazzjoni tal-iħħeġġjar bejn id-derivattiv ibbażat fuq munita barranija u pożizzjoni netta ta’ FC 100 (li tikkonsisti f’FC 150 000 tal-impenn sod ta’ xiri—jiġifieri servizzi ta’ reklamar—u FC 149 900 (mill-FC 150 000) tal-impenn sod ta’ bejgħ) għal perjodu ta’ disa’ xhur.

B6.6.3 Jekk l-Entità A rnexxielha timmaniġġa r-riskju tal-munita barranija fuq bażi netta u ma daħlitx f’derivattiv ibbażat fuq munita barranija (minħabba li jżid u mhux inaqqas l-iskopertura tagħha għar-riskju tal-munita barranija), allura l-entità tkun f’pożizzjoni ħħeġġjata naturali għal disa’ xhur. Normalment, din il-pożizzjoni ħħeġġjata ma tkunx riflessa fir-rapporti finanzjarji għaliex it-tranżazzjonijiet jiġu rikonoxxuti f’perjodi ta’ rapportar differenti fil-futur. Il-pożizzjoni netta żero tkun eliġibbli għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 6.6.6.

B6.6.4 Meta grupp ta’ entrati li jikkostitwixxu pożizzjoni netta jiġi deżinjat bħala entrata ħħeġġjata, entità għandha tiddeżinja l-grupp kumplessiv ta’ entrati li jinkludi l-entrati li jistgħu jsawru l-pożizzjoni netta. Entità ma tistax tiddeżinja ammont astratt mhux speċifiku ta’ pożizzjoni netta. Pereżempju, entità għandha grupp ta’ impenji ta’ bejgħ sod fi żmien disa’ xhur għal FC 100 u grupp ta’ impenji sodi ta’ xiri fi żmien 18-il xahar għal FC 120. L-entità ma tistax tiddeżinja ammont astratt ta’ pożizzjoni netta sa FC 20. Minflok, din għandha tispeċifika ammont gross ta’ xiri u ammont gross ta’ bejgħ li flimkien isawru l-pożizzjoni netta ħħeġġjata. Entità għandha tiddeżinja pożizzjonijiet grossi li jsawru l-pożizzjoni netta sabiex l-entità tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti għall-kontabbiltà għall-kwalifikazzjoni ta’ relazzjonijiet tal-iħħeġġjar.

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ għal ħeġġ ta’ pożizzjoni netta

B6.6.5 Meta entità tiddetermina jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ tal-paragrafu 6.4.1(c) meta tiħħeġġja pożizzjoni netta, din għandha tqis il-bidliet fil-valur tal-entrati fil-pożizzjoni netta li għandhom effett simili bħall-istrument għall-iħħeġġjar flimkien mal-bidla fil-valur ġust fuq l-istrument għall-iħħeġġjar. Pereżempju, entità għandha grupp ta’ impenji ta’ bejgħ sod fi żmien disa’ xhur għal FC 100 u grupp ta’ impenji sodi ta’ xiri fi żmien 18-il xahar għal FC 120. Din tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija tal-pożizzjoni netta ta’ FC 20 billi tuża kuntratt forward tal-kambju għal FC 20. Meta tiddetermina jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ tal-paragrafu 6.4.1(c), l-entità għandha tqis ir-relazzjoni bejn:

(a) 

il-bidla fil-valur ġust fuq il-kuntratt forward tal-kambju flimkien mal-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur ta’ impenji sodi ta’ bejgħ; u

(b) 

il-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-impenji sodi ta’ xiri.

B6.6.6 B’mod simili, kieku fl-eżempju tal-paragrafu B6.6.5 l-entità kellha pożizzjoni netta żero, din kienet tqis ir-relazzjoni bejn il-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-impenji sodi ta’ xiri u l-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-impenji sodi ta’ xiri meta tiddetermina jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti tal-effettività tal-ħeġġ tal-paragrafu 6.4.1(c).

Ħeġġijiet tal-flussi ta’ flus li jikkostitwixxu pożizzjoni netta

B6.6.7 Meta entità tiħħeġġja grupp ta’ entrati billi tpaċi pożizzjonijiet ta’ riskju (jiġifieri pożizzjoni netta), l-eliġibbiltà għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tiddependi mit-tip ta’ ħeġġ. Jekk il-ħeġġ ikun ħeġġ fuq il-valur ġust, allura l-pożizzjoni netta tista’ tkun eliġibbli bħala entrata ħħeġġjata. Madankollu, jekk il-ħeġġ ikun ħeġġ għall-flussi ta’ flus, allura l-pożizzjoni netta tista’ tkun eliġibbli biss bħala entrata ħħeġġjata jekk tkun ħeġġ ta’ riskju tal-munita barranija u d-deżinjazzjoni ta’ dik il-pożizzjoni netta tispeċifika l-perjodu ta’ rapportar li fih it-tranżazzjonijiet previsti jkunu mistennija jaffettwaw il-profitt jew telf u tispeċifika wkoll in-natura u l-volum tagħhom.

B6.6.8 Pereżempju, entità għandha pożizzjoni netta li tikkonsisti f’saff tal-qiegħ ta’ FC 100 ta’ bejgħ u f’saff tal-qiegħ ta’ FC 150 ta’ xirjiet. Kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri huma denominati fl-istess munita barranija. Sabiex tiġi speċifikata biżżejjed id-deżinjazzjoni tal-pożizzjoni netta ħħeġġjata, fid-dokumentazzjoni oriġinali tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar l-entità tispeċifika li l-bejgħ jista’ jkun tal-Prodott A jew tal-Prodott B u x-xirjiet jistgħu jkunu tal-Makkinarju tat-Tip A, tal-Makkinarju tat-Tip B u tal-Materja Prima A. L-entità tispeċifika wkoll il-volumi tat-tranżazzjonijiet skont kull għamla. L-entità tiddokumenta li s-saff tal-qiegħ tal-bejgħ (FC 100) huwa magħmul minn volum ta’ bejgħ previst tal-ewwel FC 70 tal-Prodott A u l-ewwel FC 30 tal-Prodott B. Jekk dawk il-volumi ta’ bejgħ ikunu mistennija li jaffettwaw il-profitt jew telf f’perjodi ta’ rapportar differenti, l-entità tinkludi dan fid-dokumentazzjoni, pereżempju, l-ewwel FC 70 mill-bejgħ tal-Prodott A li huma mistennija jaffettwaw il-profitt jew telf fl-ewwel perjodu ta’ rapportar u l-ewwel FC 30 mill-bejgħ tal-Prodott B li huma mistennija jaffettwaw il-profitt jew telf fit-tieni perjodu ta’ rapportar. L-entità tiddokumenta wkoll li s-saff tal-qiegħ tax-xirjiet (FC 150) huwa magħmul minn xirjiet tal-ewwel FC 60 tal-Makkinarju tat-Tip A, l-ewwel FC 40 tal-Makkinarju tat-Tip B u l-ewwel FC 50 tal-Materja Prima A. Jekk dawk il-volumi ta’ xiri huma mistennija li jaffettwaw il-profitt jew telf f’perjodi ta’ rapportar differenti, l-entità tinkludi fid-dokumentazzjoni diżaggregazzjoni tal-volumi ta’ xiri skont il-perjodi ta’ rapportar li fihom huma mistennija li jaffettwaw il-profitt jew telf (b’mod simili għal kif tiddokumenta l-volumi ta’ bejgħ). Pereżempju, it-tranżazzjoni prevista tkun speċifikata bħala:

(a) 

l-ewwel FC 60 ta’ xirjiet tal-Makkinarju tat-Tip A li huma mistennija jaffettwaw il-profitt jew telf mit-tielet perjodu ta’ rapportar matul l-għaxar perjodi ta’ rapportar li jmiss;

(b) 

l-ewwel FC 40 ta’ xirjiet tal-Makkinarju tat-Tip B li huma mistennija jaffettwaw il-profitt jew telf mir-raba’ perjodu ta’ rapportar matul l-20 perjodu ta’ rapportar li jmiss; u

(c) 

l-ewwel FC 50 ta’ xirjiet tal-Materja Prima A li huma mistennija jiġu riċevuti fit-tielet perjodu ta’ rapportar u li jinbiegħu, jiġifieri jaffettwaw il-profitt jew telf, f’dak il-perjodu ta’ rapportar u dak ta’ wara.

L-ispeċifikar tan-natura tal-volumi tat-tranżazzjonijiet previsti jinkludi aspetti bħall-mudell tad-deprezzament għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tal-istess tip, jekk in-natura ta’ dawk l-entrati tkun tali li l-mudell tad-deprezzament ikun jista’ jvarja skont kif l-entità tuża dawk l-entrati. Pereżempju, jekk l-entità tuża entrati tal-Makkinarju tat-Tip A f’żewġ proċessi tal-produzzjoni differenti li jirriżultaw f’deprezzament lineari matul għaxar perjodi ta’ rapportar u l-unitajiet tal-metodu ta’ produzzjoni rispettivament, id-dokumentazzjoni tagħha tal-previżjoni tal-volum ta’ xirjiet għall-Makkinarju tat-Tip A se jkun fiha diżaggregazzjoni ta’ dak il-volum li skontu dawk se japplikaw il-mudelli ta’ deprezzament.

B6.6.9 Għal ħeġġ tal-flussi ta’ flus ta' pożizzjoni netta, l-ammonti determinati f’konformità mal-paragrafi 6.5.11 għandhom jinkludu l-bidliet fil-valur tal-entrati fil-pożizzjoni netta li jkollhom effett simili bħall-istrument għall-iħħeġġjar flimkien mal-bidla fil-valur ġust fl-istrument għall-iħħeġġjar. Madankollu, il-bidliet fil-valur tal-entrati fil-pożizzjoni netta li jkollhom effett simili bħall-istrument għall-iħħeġġjar huma rikonoxxuti biss ladarba jiġu rikonoxxuti t-tranżazzjonijiet relatati magħhom, bħal meta bejgħ previst jiġi rikonoxxut bħala dħul. Pereżempju, entità għandha grupp ta’ bejgħ previst wisq probabbli fi żmien disa’ xhur għal FC 100 u grupp ta’ xirjiet probabbli ħafna previsti fi żmien 18-il xahar għal FC 120. Din tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija tal-pożizzjoni netta ta’ FC 20 billi tuża kuntratt forward tal-kambju għal FC 20. Meta jiġu determinati l-ammonti li huma rikonoxxuti fir-riżerva tal-ħeġġ għall-flussi ta’ flus f’konformità mal-paragrafu 6.5.11(a)–6.5.11(b), l-entità tqabbel:

(a) 

il-bidla fil-valur ġust fil-kuntratt forward tal-kambju flimkien mal-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tal-bejgħ previst probabbli ħafna; flimkien ma’

(b) 

il-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tax-xirjiet previsti probabbli ħafna.

Madankollu, l-entità tirrikonoxxi biss ammonti relatati mal-kuntratt forward tal-kambju sakemm jiġu rikonoxxuti tranżazzjonijiet ta’ bejgħ previst probabbli ħafna fir-rapporti finanzjarji, f’liema żmien jiġi rikonoxxut il-qligħ jew telf minn dawk it-tranżazzjonijiet previsti (jiġifieri l-bidla fil-valur attribwibbli għall-bidla fir-rata tal-kambju bejn id-deżinjazzjoni tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar u r-rikonoxximent tad-dħul).

B6.6.10 B’mod simili, kieku fl-eżempju l-entità kellha pożizzjoni netta żero, kienet tqabbel ir-riskju tal-kambju relatat mal-muniti barranin fil-valur tal-bejgħ previst probabbli ħafna mal-bidliet relatati mar-riskju tal-munita barranija fil-valur tax-xirjiet previsti probabbli ħafna. Madankollu, dawk l-ammonti jiġu rikonoxxuti biss ladarba t-tranżazzjonijiet previsti relatati jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

Saffi ta’ gruppi ta’ entrati deżinjati bħala l-entrata ħħeġġjata

B6.6.11 Għall-istess raġunijiet indikati fil-paragrafu B6.3.19, id-deżinjazzjoni tal-komponenti bis-saffi tal-gruppi ta’ entrati eżistenti tirrikjedi l-identifikazzjoni speċifika tal-ammont nominali tal-grupp ta’ entrati li minnu jiġi definit il-komponent bis-saffi ħħeġġjat.

B6.6.12 Relazzjoni tal-iħħeġġjar tista’ tinkludi saffi minn diversi gruppi differenti ta’ entrati. Pereżempju, f’ħeġġ ta’ pożizzjoni netta ta’ grupp ta’ assi u grupp ta’ obbligazzjonijiet, ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar tista’ tinkludi, f’taħlita, komponent bis-saffi tal-grupp ta’ assi u komponent bis-saffi tal-grupp ta’ obbligazzjonijiet.

Preżentazzjoni tal-qligħ jew telf ta’ strument għall-iħħeġġjar

B6.6.13 Jekk l-entrati jiġu ħħeġġjati flimkien bħala grupp f’ħeġġ tal-flussi ta’ flus, dawn jistgħu jaffettwaw entrati f’linja differenti fir-rapport tal-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv. Il-preżentazzjoni tal-qligħ jew telf minn iħħeġġjar f’dak ir-rapport tiddependi fuq il-grupp ta’ entrati.

B6.6.14 Jekk il-grupp ta’ entrati ma jkollu ebda pożizzjoni b’riskju ta’ tpaċija (pereżempju, grupp ta’ spejjeż tal-muniti barranin li jaffettwaw entrati f’linja differenti fir-rapport tal-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv li huma ħħeġġjati għar-riskju tal-munita barranija), allura l-qligħ jew telf riklassifikat tal-istrument għall-iħħeġġjar għandu jiġi apporzjonat għall-entrati f’linja affettwati mill-entrati ħħeġġjati. Dan l-apporzjonament għandu jsir fuq bażi sistematika u razzjonali u ma għandux jirriżulta fl-ingrossar tal-qligħ jew telf nett li jirriżulta minn strument għall-iħħeġġjar wieħed.

B6.6.15 Jekk il-grupp ta’ entrati jkollu pożizzjonijiet b’riskju ta’ tpaċija (pereżempju, grupp ta’ bejgħ u spejjeż denominati f’munita barranija ħħeġġjati flimkien għar-riskju tal-munita barranija), f’dak il-każ l-entità għandha tippreżenta l-qligħ jew telf minn iħħeġġjar f’entrata f’linja separata fir-rapport tal-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv. Pereżempju, jista’ jitqies ħeġġ tar-riskju tal-munita barranija ta’ pożizzjoni netta tal-bejgħ f’munita barranija ta’ FC 100 u spejjeż f’munita barranija ta’ FC 80 bl-użu ta’ kuntratt forward tal-kambju għal FC 20. Il-qligħ jew telf fuq il-kuntratt forward tal-kambju li jiġi riklassifikat mir-riserva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus għall-profitt jew telf (meta l-pożizzjoni netta taffettwa l-profitt jew telf) għandu jiġi ppreżentat f’entrata f’linja separata mill-bejgħ u l-ispejjeż iħħeġġjati. Barra minn hekk, jekk il-bejgħ isir f’perjodu li jiġi qabel dak tal-ispejjeż, id-dħul mill-bejgħ xorta jitkejjel bir-rata tal-kambju spot f’konformità mal-IAS 21. Il-qligħ jew telf minn iħħeġġjar relatat jiġi ppreżentat f’entrata f’linja separata, sabiex il-profitt jew telf jirrifletti l-effett tal-iħħeġġjar tal-pożizzjoni netta, b’aġġustament korrispondenti fir-riserva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus. Meta l-ispejjeż iħħeġġjati jaffettwaw il-profitt jew telf f’perjodu iktar tard, il-qligħ jew telf minn iħħeġġjar li qabel kien rikonoxxut fir-riserva tal-ħeġġ tal-flussi ta’ flus fuq il-bejgħ jiġi riklassifikat għall-profitt jew telf u jiġi ppreżentat bħala entrata f’linja separata minn dawk li jinkludu l-ispejjeż iħħeġġjati, li jitkejlu bir-rata tal-kambju spot f’konformità mal-IAS 21.

B6.6.16 Għal xi tipi ta’ ħeġġijiet fuq il-valur ġust, l-objettiv tal-ħeġġ mhuwiex primarjament li jpaċi l-bidla fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata iżda li jittrasforma l-flussi ta’ flus tal-entrata ħħeġġjata. Pereżempju, entità tiħħeġġja r-riskju tar-rata tal-imgħax fil-valur ġust ta’ strument ta’ dejn b’rata fissa billi tuża swap tar-rati tal-imgħax. L-objettiv tal-ħeġġ tal-entità huwa li jittrasforma l-flussi ta’ flus b’rata tal-imgħax fissa fi flussi ta’ flus b’rata tal-imgħax flessibbli. Dan l-objettiv huwa rifless fil-kontabbiltà għar-relazzjoni tal-iħħeġġjar billi d-dovuti tal-interessi netti jiżdiedu mal-iswap tar-rata tal-imgħax fil-profitt jew telf. Fil-każ ta’ ħeġġ ta’ pożizzjoni netta (pereżempju, pożizzjoni netta ta’ assi b’rata fissa u obbligazzjoni b’rata fissa), dawn id-dovuti tal-imgħax nett iridu jiġu ppreżentati f’entrata f’linja separata fir-rapport tal-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv. Dan sabiex jiġi evitat l-ingrossar tal-qligħ jew telf nett ta’ strument wieħed f’ammonti grossi tat-tpaċija u milli jiġu rikonoxxuti f’entrati f’linja differenti (pereżempju, dan jevita l-ingrossar ta’ dħul mill-imgħax nett minn swap tar-rati tal-imgħax waħda fi dħul gross mill-imgħax u spiża tal-imgħax gross).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI (KAPITOLU 7)

Tranżizzjoni (Taqsima 7.2)

Assi finanzjarji miżmuma għan-negozju

B7.2.1 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard, entità trid tiddetermina jekk l-objettiv tal-mudell ta’ negozju tal-entità għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi finanzjarji tagħha jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2A(a) jew jekk assi finanzjarju huwiex eliġibbli għall-għażla fil-paragrafu 5.7.5. Għal dak l-għan, entità għandha tiddetermina jekk assi finanzjarji jissodisfawx id-definizzjoni ta’ miżmuma għan-negozju daqslikieku l-entità xtrat l-assi fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Indeboliment

B7.2.2 Mat-tranżizzjoni, jenħtieġ li entità tfittex li tqarreb ir-riskju tal-kreditu fuq ir-rikonoxximent inizjali billi tikkunsidra l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv. Entità mhijiex meħtieġa tagħmel riċerka eżawrjenti għal informazzjoni meta, fid-data tat-tranżizzjoni, tiddetermina jekk kienx hemm żidiet sinifikanti fir-riskju tal-kreditu minn mindu seħħ ir-rikonoxximent inizjali. Jekk entità ma tkunx tista’ tagħmel din id-determinazzjoni mingħajr kost jew sforz eċċessiv, japplika l-paragrafu 7.2.20.

B7.2.3 Sabiex tiddetermina l-kopertura għal telf fuq strumenti finanzjarji rikonoxxuti inizjalment (jew impenji ta’ self jew kuntratti ta’ garanzija finanzjarja li l-entità saret parti għalihom skont il-kuntratt) qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, kemm mat-tranżizzjoni kif ukoll sakemm jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ dawk l-entrati, entità għandha tqis l-informazzjoni li hija rilevanti meta tiddetermina jew tistma r-riskju tal-kreditu mar-rikonoxximent inizjali. Sabiex tiddetermina jew tistma r-riskju ta’ kreditu inizjali, entità tista’ tqis informazzjoni interna u esterna, inkluża informazzjoni tal-portafoll, f’konformità mal-paragrafi B5.5.1-B5.5.6.

B7.2.4 Entità li għandha biss ftit informazzjoni storika tista’ tuża informazzjoni minn rapporti u statistiki interni (li setgħu ġew iġġenerati meta ħadet id-deċiżjoni dwar jekk tnedix prodott ġdid), informazzjoni dwar prodotti simili jew esperjenza ta’ gruppi tal-pari għal strumenti finanzjarji paragunabbli, jekk rilevanti.

DEFINIZZJONIJIET (APPENDIĊI A)

Derivattivi

BA.1 Eżempji tipiċi ta’ derivattivi huma kuntratti futures u forward, ta’ swaps u ta’ opzjonijiet. Derivattiv normalment ikollu ammont nozzjonali, li jkun ammont ta’ munita, għadd ta’ ishma, għadd ta’ unitajiet tal-piż jew volum jew unitajiet oħra speċifikati fil-kuntratt. Madankollu, strument derivattiv ma jeħtieġx li d-detentur jew il-bejjiegħ jinvesti jew jirċievi l-ammont nozzjonali fil-bidu tal-kuntratt. Inkella, derivattiv jista’ jeħtieġ pagament fiss jew pagament ta’ ammont li jista’ jinbidel (iżda mhux b’mod proporzjonali ma’ bidla fis-sottostanti) b’riżultat ta’ xi event futur li ma jkunx relatat ma’ ammont nozzjonali. Pereżempju, kuntratt jista’ jeħtieġ pagament fiss ta’ CU 1 000 jekk il-LIBOR ta’ sitt xhur tiżdied b’100 punt bażi. Kuntratt bħal dan huwa derivattiv anki jekk ma jkunx speċifikat ammont nozzjonali.

BA.2 Id-definizzjoni ta’ derivattiv f’dan l-Istandard tinkludi kuntratti li jiġu saldati gross meta ssir il-kunsinna tal-entrata sottostanti (eż. kuntratt forward għax-xiri ta’ strument ta’ dejn b’rata fissa). Entità jista’ jkollha kuntratt biex tixtri jew tbigħ entrata mhux finanzjarja li tista’ tiġi saldata netta fi flus jew permezz ta’ strument finanzjarju ieħor jew billi jiġu skambjati strumenti finanzjarji (eż. kuntratt għal xiri jew bejgħ ta’ komodità bi prezz fiss f’data futura). Kuntratt bħal dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard sakemm ma daħalx fis-seħħ u qed ikompli jinżamm għall-fini tal-kunsinna ta’ entrata mhux finanzjarja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ u użu mistennija tal-entità. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal tali kuntratti għar-rekwiżiti ta’ xiri, bejgħ jew użu mistennija minn entità jekk l-entità tagħmel deżinjazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2.5 (ara l-paragrafi 2.4-2.7).

BA.3 Waħda mill-karatteristiki li tiddefinixxi derivattiv hija dik li għandha investiment inizjali nett li huwa iżgħar minn dak li jkun meħtieġ għal tipi oħrajn ta’ kuntratti li jkunu mistennija li jkollhom rispons simili għall-bidliet fil-fatturi tas-suq. Kuntratt ta’ opzjoni jissodisfa din id-definizzjoni għaliex il-primjum huwa inqas mill-investiment li kieku kien ikun meħtieġ biex jinkiseb l-istrument finanzjarju fuq bażi li miegħu tkun marbuta l-opzjoni. Swap tal-muniti li teħtieġ tpartit inizjali tal-muniti differenti b’valuri ġusti differenti tissodisfa d-definizzjoni minħabba li għandha investiment nett inizjali ta’ żero.

BA.4 Bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari iwassal għal impenn ta’ prezz fiss bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu li jissodisfa d-definizzjoni ta’ derivattiv. Madankollu, minħabba l-qosor tad-durata tal-impenn, dan mhuwiex rikonoxxut bħala strument finanzjarju derivattiv. Minflok, dan l-Istandard jipprevedi kontabbiltà speċjali għal tali kuntratti fi żmien regolari (ara l-paragrafi 3.1.2 u B3.1.3–B3.1.6).

BA.5 Id-definizzjoni ta’ derivattiv tirreferi għal varjabbli mhux finanzjarju li mhumiex speċifiċi għal parti għall-kuntratt. Dawn jinkludu indiċi ta’ telf minn terremoti f’reġjun partikulari u indiċi tat-temperaturi f’belt partikulari. Varjabbli mhux finanzjarji speċifiċi għal parti kontraenti jinkludu l-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ nirien li jagħmlu ħsarat jew jeqirdu assi ta’ parti għall-kuntratt. Bidla fil-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju hija speċifika għas-sid jekk il-valur ġust jirrifletti mhux biss bidliet fil-prezzijiet tas-suq għat-tali assi (varjabbli finanzjarju) iżda anki l-kundizzjoni tal-assi mhux finanzjarju speċifiku miżmum (varjabbli mhux finanzjarju). Pereżempju, jekk garanzija tal-valur residwu ta’ karozza speċifika tesponi lill-garanti għar-riskju ta’ bidliet fil-kundizzjoni fiżika tal-karozza, il-bidla f’dak il-valur residwu tkun speċifika għas-sid tal-karozza.

Assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozju

BA.6 In-negozjar ġeneralment jirrifletti xiri u bejgħ attiv u frekwenti, u strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju ġeneralment jintużaw bl-objettiv li jiġġeneraw profitt minn varjazzjonijiet fuq terminu qasir fil-prezz jew il-marġini tan-negozjant.

BA.7 L-obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozju jinkludu:

(a) 

obbligazzjonijiet derivattivi li mhumiex kontabbilizzati bħala strumenti għall-iħħeġġjar;

(b) 

obbligazzjonijiet li jiġu forniti assi finanzjarji meħuda b’self mingħand bejjiegħ ta’ pożizzjoni qasira (jiġifieri entità li tbigħ assi finanzjarji li ħadet b’self iżda li għadhom mhumiex tagħha);

(c) 

obbligazzjonijiet finanzjarji li jiġġarrbu bl-intenzjoni li jirriakkwistawhom fil-futur qarib (eż. strument ta’ dejn ikkwotat li l-emittent jista’ jerġa’ jixtri fil-futur qarib skont il-bidliet fil-valur ġust tiegħu); u

(d) 

obbligazzjonijiet finanzjarji li huma parti minn portafoll ta’ strumenti finanzjarji identifikati li huma ġestiti flimkien u li għalihom hemm evidenza ta’ xejra riċenti ta’ qligħ fuq terminu qasir.

BA.8 Il-fatt li obbligazzjoni tintuża biex jiġu ffinanzjati attivitajiet ta’ nnegozjar ma jagħmilx dik l-obbligazzjoni waħda miżmuma għan-negozju.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 10

Rapporti Finanzjarji Konsolidati

OBJETTIV

1 L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jistabbilixxi l-prinċipji u l-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati meta entità tikkontrolla entità waħda jew aktar.

Ilħiq tal-objettiv

2 Sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 1, dan l-IFRS:

(a) 

jitlob li entità (il-kumpanija omm) li tikkontrolla entità oħra waħda jew aktar (sussidjarji) tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati;

(b) 

jiddefinixxi l-prinċipju ta’ kontroll, u jistabbilixxi l-kontroll bħala l-bażi għall-konsolidazzjoni;

(c) 

jistabbilixxi kif għandu jiġi applikat il-prinċipju ta’ kontroll sabiex jiġi identifikat jekk investitur jikkontrollax destinatarja ta’ investiment u għaldaqstant irid jikkonsolida d-destinatarja ta’ investiment;

(d) 

jistabbilixxi r-rekwiżiti kontabbilistiċi għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati; u

(e) 

jiddefinixxi entità ta’ investiment u jistipula eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni ta’ sussidjarji partikulari ta’ entità ta’ investiment.

3 Dan l-IFRS ma jittrattax ir-rekwiżiti kontabbilistiċi għall-kombinamenti ta’ negozji u l-effetti tagħhom fuq il-konsolidazzjoni, inkluż l-avvjament li jirriżulta fuq kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji).

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4 Entità li tkun kumpanija omm għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Dan l-IFRS japplika għall-entitajiet kollha, għajr kif ġej:

(a) 

kumpanija omm ma għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

tkun sussidjarja posseduta kompletament jew sussidjarja posseduta parzjalment ta’ entità oħra u s-sidien l-oħra kollha tagħha, inklużi dawk li altrimenti ma jkollhomx dritt għall-vot, ikunu ġew infurmati dwar il-kumpanija omm li ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati, u li ma jkollhomx oġġezzjoni għal dan;

(ii) 

l-istrumenti ta’ dejn u ta’ ekwità tagħha ma jiġux negozjati f’suq tal-akkwist pubbliku (borża lokali jew barranija jew suq barra l-borża, inklużi s-swieq lokali u reġjonali);

(iii) 

ma tkunx ippreżentat, u lanqas ma tkun fil-proċess li tippreżenta, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ kummissjoni għat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra għall-fini ta’ ħruġ ta’ xi klassi ta’ strumenti f’suq tal-akkwist pubbliku; u

(iv) 

il-kumpanija omm apikali jew kwalunkwe kumpanija omm intermedja tagħha tipproduċi rapporti finanzjarji li jkunu disponibbli għall-użu pubbliku u jikkonformaw mal-IFRSs, li fihom is-sussidjarji jkunu konsolidati jew jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità ma’ dan l-IFRS.

(b) 

[imħassar].

(c) 

[imħassar].

4A Dan l-IFRS ma japplikax għall-pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew għal pjanijiet ta’ benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

4B Kumpanija omm li hija entità ta’ investiment ma għandhiex tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk tkun meħtieġa, f’konformità mal-paragrafu 31 ta’ dan l-IFRS, tkejjel is-sussidjarji kollha tagħha fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

KONTROLL

5   Irrispettivament min-natura tal-involviment tiegħu f’entità (id-destinatarja ta’ investiment), investitur għandu jiddetermina jekk ikunx kumpanija omm billi jivvaluta jekk jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

6   Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment meta huwa jkun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu mad-destinatarja ta’ investiment u jkollu l-kapaċità li jaffettwa dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment.

7   Għalhekk, investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment jekk, u biss jekk, l-investitur ikollu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi 10–14);

(b) 

skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi 15 u 16); u

(c) 

il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi għall-investitur (ara l-paragrafi 17 u 18).

8 Investitur għandu jqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha meta jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment. L-investitur għandu jirrivaluta jekk huwa jikkontrollax destinatarja ta’ investiment jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li hemm bidliet f’xi waħda jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7 (ara l-paragrafi B80–B85).

9 Żewġ investituri jew aktar jikkontrollaw kollettivament destinatarja ta’ investiment meta jkunu jridu jaġixxu flimkien biex jidderieġu l-attivitajiet rilevanti. F’każijiet bħal dawn, minħabba li l-ebda investitur ma jista’ jidderieġi l-attivitajiet mingħajr il-kooperazzjoni tal-oħrajn, l-ebda investitur ma jikkontrolla individwalment id-destinatarja ta’ investiment. Kull investitur jikkontabbilizza l-interess tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment f’konformità mal-IFRSs rilevanti, bħall-IFRS 11 Impriżi Konġunti, l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti jew l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

Setgħa

10 Investitur għandu s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment meta l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti, jiġifieri l-attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.

11 Is-setgħa toħroġ mid-drittijiet. Xi drabi l-valutazzjoni tas-setgħa tkun sempliċi, bħal meta s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment tinkiseb direttament jew esklużivament mid-drittijiet tal-vot mogħtija minn strumenti ta’ ekwità bħall-ishma, u tista’ tiġi vvalutata billi jitqiesu d-drittijiet tal-vot minn dawn il-parteċipazzjonijiet azzjonarji. F’każijiet oħra, il-valutazzjoni tkun aktar kumplessa u titlob li jitqies aktar minn fattur wieħed, pereżempju meta s-setgħa tirriżulta minn arranġament kuntrattwali wieħed jew aktar.

12 Investitur bil-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti jkollu s-setgħa anki jekk id-drittijiet ta’ direzzjoni tiegħu jkunu għadhom iridu jiġu eżerċitati. L-evidenza li l-investitur kien qiegħed jidderieġi l-attivitajiet rilevanti tista’ tgħin biex jiġi determinat jekk l-investitur għandux setgħa, iżda tali evidenza, fiha nnifisha, mhijiex konklużiva biex jiġi determinat jekk l-investitur għandux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment.

13 Jekk żewġ investituri jew aktar kollha jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità unilaterali li jidderieġu attivitajiet rilevanti differenti, l-investitur li jkollu l-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment, ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

14 Investitur jista’ jkollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment anki jekk entitajiet oħra jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità kurrenti li jipparteċipaw fid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti, pereżempju meta entità oħra jkollha influwenza sinifikanti. Madankollu, investitur li jkollu biss drittijiet protettivi ma jkollux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B26–B28), u konsegwentement ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

Redditi

15 Investitur ikun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f’destinatarja ta’ investiment, meta r-redditi tal-investitur mill-involviment tiegħu jkollhom il-potenzjal li jvarjaw b’riżultat tad-destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi tal-investitur jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew kemm pożittivi kif ukoll negattivi.

16 Għalkemm investitur wieħed biss jista’ jikkontrolla destinatarja ta’ investiment, aktar minn parti waħda tista’ tieħu sehem mir-redditi ta’ destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, id-detenturi ta’ interessi nonkontrollanti jista’ jkollhom sehem mill-profitti jew id-distribuzzjonijiet ta’ destinatarja ta’ investiment.

Rabta bejn is-setgħa u r-redditi

17 Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment jekk l-investitur mhux biss ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment u skopertura jew drittijiet għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment, iżda jkollu wkoll il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu biex jaffettwa r-redditi tal-investitur mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

18 Għalhekk, investitur bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet għandu jiddetermina jekk huwiex prinċipal jew aġent. Investitur li jkun aġent f’konformità mal-paragrafi B58–B72 ma jikkontrollax destinatarja ta’ investiment meta jeżerċita drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet iddelegati lilu.

REKWIŻITI KONTABBILISTIĊI

19   Kumpanija omm għandha tipprepara rapporti finanzjarji konsolidati billi tuża politiki tal-kontabbiltà uniformi għal tranżazzjonijiet u eventi oħra simili f’ċirkustanzi simili.

20 Il-konsolidazzjoni ta’ destinatarja ta’ investiment għandha tibda mid-data li fiha l-investitur jikseb il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment u tieqaf meta l-investitur jitlef il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment.

21 Il-paragrafi B86–B93 jistabbilixxu gwida għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati.

Interessi nonkontrollanti

22 Kumpanija omm għandha tippreżenta interessi nonkontrollanti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidat fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija omm.

23 Bidliet fl-interess propjetarju ta’ kumpanija omm f’sussidjarja li ma jwasslux biex il-kumpanija omm titlef il-kontroll tas-sussidjarja huma tranżazzjonijiet ta’ ekwità (jiġifieri tranżazzjonijiet bis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien).

24 Il-paragrafi B94–B96 jistabbilixxu gwida għall-ikkontabilizzar tal-interessi nonkontrollanti fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Telf tal-kontroll

25 Jekk kumpanija omm titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, il-kumpanija omm:

(a) 

tirtira r-rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja preċedenti mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidat.

(b) 

tirrikonoxxi kwalunkwe investiment miżmum fis-sussidjarja preċedenti fil-valur ġust tiegħu meta jintilef il-kontroll u sussegwentement tikkontabbilizza lilu u kwalunkwe ammont dovut mis-sussidjarja preċedenti jew lilha f’konformità mal-IFRSs rilevanti. Dak il-valur ġust għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju f’konformità mal-IFRS 9 jew, meta jkun xieraq, il-kost mar-rikonoxximent inizjali ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew f’impriża konġunta.

(c) 

tirrikonoxxi l-qligħ jew it-telf assoċjat mat-telf tal-kontroll attribwibbli lill-interess kontrollanti preċedenti.

26 Il-paragrafi B97–B99 jistabbilixxu gwida għall-ikkontabbilizzar tat-telf tal-kontroll.

DETERMINAZZJONI TA’ JEKK ENTITÀ HIJIEX ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

27   Kumpanija omm għandha tiddetermina jekk hijiex entità ta’ investiment. Entità ta’ investiment hija entità li:

(a) 

tikseb fondi minn investitur wieħed jew aktar bl-iskop li tipprovdilhom servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolji;

(b) 

timpenja ruħha mal-investitur(i) li l-għan kummerċjali tagħha huwa biss li tinvesti fondi għal redditi minn apprezzament tal-kapital, introjtu mill-investiment, jew it-tnejn; u

(c) 

tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust.

Il-paragrafi B85A–B85M jipprovdu gwida relatata mal-applikazzjoni.

28 Fil-valutazzjoni ta’ jekk tissodisfax id-definizzjoni deskritta fil-paragrafu 27, entità għandha tqis jekk għandhiex dawn il-karatteristiki tipiċi ta’ entità tal-investiment:

(a) 

għandha aktar minn investiment wieħed (ara l-paragrafi B85O–B85P);

(b) 

għandha aktar minn investitur wieħed (ara l-paragrafi B85Q–B85SP);

(c) 

għandha investituri li mhumiex partijiet relatati tal-entità (ara l-paragrafi B85T–B85U); u

(d) 

għandha interessi proprjetarji fil-forma ta’ ekwità jew interessi simili (ara l-paragrafi B85V–B85W).

In-nuqqas ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-karatteristiki tipiċi mhux neċessarjament jiskwalifika entità milli tkun klassifikata bħala entità ta’ investiment. Entità ta’ investiment li ma jkollhiex dawn il-karatteristiki tipiċi kollha tipprovdi divulgazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-paragrafu 9A tal-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

29 Jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li hemm bidliet f’xi wieħed jew aktar mit-tliet elementi li jiffurmaw id-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment, kif deskritt fil-paragrafu 27, jew il-karatteristiki tipiċi ta’ entità ta’ investiment, kif deskritt fil-paragrafu 28, kumpanija omm għandha tirrivaluta jekk hijiex entità ta’ investiment.

30 Kumpanija omm li ma tibqax entità ta’ investiment jew issir entità ta’ investiment għandha tikkontabbilizza l-bidla fl-istatus tagħha prospettivament mid-data li fiha seħħet il-bidla fl-istatus (ara l-paragrafi B100–B101).

ENTITAJIET TA’ INVESTIMENT: EĊĊEZZJONI GĦALL-KONSOLIDAZZJONI

31   Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 32, entità ta’ investiment ma għandhiex tikkonsolida s-sussidjarji tagħha jew tapplika l-IFRS 3 meta tikseb il-kontroll ta’ entità oħra. Minflok, entità ta’ investiment għandha tkejjel investiment f’sussidjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-IFRS 9 ( 59 ).

32 Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 31, jekk entità ta’ investiment ikollha sussidjarja li ma tkunx hija stess entità ta’ investiment u li l-għan u l-attivitajiet prinċipali tagħha jkunu li tipprovdi servizzi marbuta mal-attivitajiet ta’ investiment tal-entità ta’ investiment (ara l-paragrafi B85C–B85E), din għandha tikkonsolida dik is-sussidjarja f’konformità mal-paragrafi 19–26 ta’ dan l-IFRS u tapplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3 għall-akkwiżizzjoni ta’ kwalunkwe sussidjarja bħal din.

33 Kumpanija omm ta’ entità ta’ investiment għandha tikkonsolida l-entitajiet kollha li tikkontrolla, inklużi dawk ikkontrollati permezz ta’ sussidjarja ta’ entità ta’ investiment, sakemm il-kumpanija omm innifisha ma tkunx entità ta’ investiment.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

rapporti finanzjarji konsolidati

Ir-rapporti finanzjarji ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi ta’ flus tal-kumpanija omm u tas-sussidjarji tagħha huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.

kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment

Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment meta l-investitur ikun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu mad-destinatarja ta’ investiment u jkollu l-kapaċità li jaffettwa dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment.

deċiżur

Entità bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li tkun prinċipal jew aġent għal partijiet oħra.

grupp

Kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha.

entità ta’ investiment

Entità li:

(a) 

tikseb fondi minn investitur wieħed jew aktar bl-iskop li tipprovdilhom servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolji;

(b) 

timpenja ruħha mal-investitur(i) li l-għan kummerċjali tagħha huwa biss li tinvesti fondi għal redditi minn apprezzament tal-kapital, introjtu mill-investiment, jew it-tnejn; u

(c) 

tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust.

interess nonkontrollanti

Ekwità f’sussidjarja mhux attribwibbli, direttament jew indirettament, lil kumpanija omm.

kumpanija omm

Entità li tikkontrolla entità waħda jew aktar.

setgħa

Drittijiet eżistenti li jagħtu l-kapaċità kurrenti ta’ direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti.

drittijiet protettivi

Drittijiet maħsuba sabiex jipproteġu l-interess tal-parti li jkollha dawk id-drittijiet mingħajr ma jagħtu lil dik il-parti s-setgħa fuq l-entità li magħha għandhom x’jaqsmu dawk id-drittijiet.

attivitajiet rilevanti

Għall-fini ta’ dan l-IFRS, attivitajiet rilevanti huma attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.

drittijiet ta’ revoka

Drittijiet li jċaħħdu lid-deċiżur mill-awtorità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu.

sussidjarja

Entità li hija kontrollata minn entità oħra.

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IFRS 11, l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra, l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IAS 24 Divulgazzjoni dwar Partijiet Relatati u huma użati f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs:

— 
kumpanija assoċjata
— 
interess f’entità oħra
— 
impriża konġunta
— 
membri kruċjali tal-maniġment
— 
parti relatata
— 
influwenza sinifikanti.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–33 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħrajn tal-IFRS.

B1 L-eżempji f’dan l-Appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti reali, ikunu jridu jiġu evalwati l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha ta’ mudelli ta’ fatti partikulari meta jiġi applikat l-IFRS 10.

VALUTAZZJONI TAL-KONTROLL

B2 Sabiex jiddetermina jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jivvaluta jekk ikollux dawn kollha li ġejjin:

(a) 

setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment;

(b) 

skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment; u

(c) 

il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur.

B3 Il-konsiderazzjoni tal-fatturi li ġejjin tista’ tgħin sabiex issir dik id-determinazzjoni:

(a) 

l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8);

(b) 

x’ikunu l-attivitajiet rilevanti u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar dawk l-attivitajiet (ara l-paragrafi B11–B13);

(c) 

jekk id-drittijiet tal-investitur jagħtuhx il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti (ara l-paragrafi B14–B54);

(d) 

jekk l-investitur ikunx skopert, jew għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu mad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B55–B57); u

(e) 

jekk l-investitur ikollux il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur (ara l-paragrafi B58–B72).

B4 Meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jqis in-natura tar-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħra (ara l-paragrafi B73–B75).

Skop u disinn ta’ destinatarja ta’ investiment

B5 Meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jqis l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment sabiex jidentifika l-attivitajiet rilevanti, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti, min għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi dawk l-attivitajiet u min jirċievi redditi minn dawk l-attivitajiet.

B6 Meta jitqiesu l-iskop u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment, jista’ jkun ċar li destinatarja ta’ investiment tkun ikkontrollata permezz ta’ strumenti ta’ ekwità li jagħtu lid-detentur drittijiet tal-vot proporzjonati, pereżempju ishma ordinarji fid-destinatarja ta’ investiment. F’dan il-każ, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe arranġament addizzjonali li jibdel it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-valutazzjoni tal-kontroll tiffoka fuq liema parti, jekk ikun hemm, hija kapaċi teżerċita drittijiet tal-vot suffiċjenti sabiex tiddetermina l-politiki operatorji u finanzjarji tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B34–B50). Fl-iżjed każ sempliċi, l-investitur li jkollu l-maġġoranza ta’ dawk id-drittijiet tal-vot, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe fattur ieħor, jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment.

B7 Sabiex jiddetermina jekk investitur jikkontrollax destinatarja ta’ investiment f’każijiet aktar kumplessi, jista’ jkun meħtieġ li jitqiesu xi wħud mill-fatturi l-oħra jew il-fatturi l-oħra kollha fil-paragrafu B3.

B8 Destinatarja ta’ investiment tista’ tkun iddisinjata b’mod li d-drittijiet tal-vot ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni dwar min jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment, bħal pereżempju meta d-drittijiet tal-vot ikunu jirrigwardaw kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jkunu mmexxija permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali. F’każijiet bħal dawn, il-konsiderazzjoni, min-naħa tal-investitur, tal-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment għandha tinkludi wkoll konsiderazzjoni tar-riskji li għalihom tkun iddisinjata li tkun esposta d-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li kienet iddisinjata biex tgħaddi lill-partijiet involuti fid-destinatarja ta’ investiment u jekk l-investitur ikunx mikxuf għal xi wħud minn dawn ir-riskji jew għal dawn ir-riskji kollha. Il-konsiderazzjoni tar-riskji tinkludi mhux biss ir-riskju ta’ ċaqliq ’l isfel, iżda wkoll il-potenzjal għal ċaqliq ’il fuq.

Setgħa

B9 Sabiex ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, investitur irid ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Sabiex tiġi vvalutata s-setgħa, għandhom jitqiesu biss drittijiet sostantivi u drittijiet li mhumiex protettivi (ara l-paragrafi B22–B28).

B10 Id-determinazzjoni dwar jekk investitur ikollux setgħa jiddependi fuq l-attivitajiet rilevanti, il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti u d-drittijiet li jkollhom l-investitur u partijiet oħra fir-rigward tad-destinatarja ta’ investiment.

Attivitajiet rilevanti u direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti

B11 Għal bosta destinatarji ta’ investiment, firxa ta’ attivitajiet operatorji u finanzjarji jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tagħhom. Eżempji ta’ attivitajiet li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu attivitajiet rilevanti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

il-bejgħ u xiri ta’ oġġetti jew servizzi;

(b) 

l-immaniġġar ta’ assi finanzjarji matul il-ħajja tagħhom (fosthom wara inadempjenza);

(c) 

l-għażla, l-akkwiżizzjoni jew id-disponiment tal-assi;

(d) 

ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti jew proċessi ġodda; u

(e) 

id-determinazzjoni ta’ struttura ta’ finanzjament jew il-ksib ta’ finanzjament.

B12 Eżempji ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet rilevanti jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

l-istabbiliment ta’ deċiżjonijiet operatorji u kapitali tad-destinatarja ta’ investiment, inklużi l-baġits; u

(b) 

il-ħatra u r-remunerazzjoni tal-membri kruċjali tal-maniġment u l-fornituri tas-servizzi ta’ destinatarja ta’ investiment u t-tmiem tas-servizzi jew l-impjieg tagħhom.

B13 F’xi sitwazzjonijiet, attivitajiet kemm qabel kif ukoll wara li jinqala’ sett ta’ ċirkustanzi jew event partikulari jistgħu jkunu attivitajiet rilevanti. Meta żewġ investituri jew aktar ikollhom il-kapaċità kurrenti sabiex jidderieġu attivitajiet rilevanti u dawk l-attivitajiet iseħħu f’ħinijiet differenti, l-investituri għandhom jiddeterminaw liema investitur ikun kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti dawk ir-redditi b’mod konsistenti mat-trattament ta’ drittijiet simultanji ta’ teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-paragrafu 13). L-investituri għandhom jerġgħu iqisu din il-valutazzjoni maż-żmien jekk jinbidlu fatti jew ċirkustanzi rilevanti.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 1

Żewġ investituri jiffurmaw destinatarja ta’ investiment sabiex jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw prodott mediċinali. Investitur minnhom ikun responsabbli mill-iżvilupp u l-ksib tal-approvazzjoni regolatorja tal-prodott mediċinali—dik ir-responsabbiltà tinkludi li jkollu l-kapaċità unilaterali li jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-iżvilupp tal-prodott u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja. Ladarba r-regolatur ikun approva l-prodott, l-investitur l-ieħor jimmanifatturah u jikkummerċjalizzah—dan l-investitur ikollu l-kapaċità unilaterali li jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Jekk l-attivitajiet kollha—l-iżvilupp u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja kif ukoll il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali—ikunu attivitajiet rilevanti, kull investitur jiddetermina jekk ikunx kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, kull investitur irid iqis jekk l-iżvilupp u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja jew il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali hijiex l-attività li taffettwa bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment u jekk ikunx kapaċi jidderieġi dik l-attività. Fid-determinazzjoni ta’ liema investitur ikollu s-setgħa, l-investituri jqisu:

(a) 

l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment;

(b) 

il-fatturi li jiddeterminaw il-marġni ta’ profitt, id-dħul u l-valur tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll il-valur tal-prodott mediċinali;

(c) 

l-effett fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment li jirriżulta mill-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull investitur fir-rigward tal-fatturi fil-punt (b); u

(d) 

l-iskopertura tal-investituri għall-varjabbiltà tar-redditi.

F’dan l-eżempju partikulari, l-investituri għandhom iqisu wkoll:

(e) 

l-inċertezza tal-kisba tal-approvazzjoni regolatorja, u l-isforz meħtieġ biex din tinkiseb (meta jitqies ir-rekord tal-investitur fl-iżvilupp b’suċċess u l-ksib tal-approvazzjoni regolatorja ta’ prodotti mediċinali); u

(f) 

liema investitur jikkontrolla l-prodott mediċinali ladarba l-fażi tal-iżvilupp tkun irnexxiet.

Eżempju 2

Jinħoloq veikolu ta’ investiment (id-destinatarja ta’ investiment) u jiġi ffinanzjat bi strument ta’ dejn miżmum minn investitur (l-investitur mutwanti) u strumenti ta’ ekwità miżmuma minn għadd ta’ investituri oħra. Is-segment tal-ewwel telf huwa mfassal sabiex jassorbi l-ewwel telf u biex jirċievi kwalunkwe redditu residwu mid-destinatarja ta’ investiment. Wieħed mill-investituri ta’ ekwità li għandu 30 fil-mija tal-ekwità huwa wkoll il-maniġer tal-assi. Id-destinatarja ta’ investiment tuża r-rikavati tagħha biex tixtri portafoll ta’ assi finanzjarji, li jesponi lid-destinatarja ta’ investiment għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-pagamenti ta’ kapital u mgħax tal-assi. It-tranżazzjoni hija kkummerċjalizzata lill-investitur mutwanti bħala investiment bi skopertura minima għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-assi fil-portafoll minħabba n-natura ta’ dawn l-assi u minħabba li s-segment tal-ewwel telf huwa ddisinjat sabiex jassorbi l-ewwel telf tad-destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment huma affettwati b’mod sinifikanti mill-immaniġġar tal-portafoll tal-assi tad-destinatarja ta’ investiment, li jinkludi deċiżjonijiet dwar l-għażla, l-akkwiżizzjoni u d-disponiment tal-assi fil-linji gwida tal-portafoll u l-immaniġġar mal-inadempjenza ta’ xi assi fil-portafoll. Dawk l-attivitajiet kollha huma ġestiti mill-maniġer tal-assi sakemm l-inadempjenzi jilħqu proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll (jiġifieri meta l-valur tal-portafoll ikun tali li s-segment tal-ewwel telf tad-destinatarja ta’ investiment ikun ġie kkunsmat). Minn dak il-ħin, trustee ta’ parti terza jimmaniġġa l-assi skont l-istruzzjonijiet tal-investitur mutwanti. L-immaniġġar tal-portafoll tal-assi tad-destinatarja ta’ investiment huwa l-attività rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. Il-maniġer tal-assi għandu l-kapaċità li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti sakemm l-assi inadempjenti jilħqu l-proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll; l-investitur mutwanti għandu l-kapaċità li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti meta l-valur tal-assi inadempjenti jaqbeż dak il-proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll. Il-maniġer tal-assi u l-investitur mutwanti, kull wieħed irid jiddetermina jekk ikunx kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment, fosthom billi jqisu l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll l-iskopertura ta’ kull parti għall-varjabilità tar-redditi.

Drittijiet li jagħtu setgħa lil investitur fuq destinatarja ta’ investiment

B14 Is-setgħa toħroġ mid-drittijiet. Sabiex ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, investitur irid ikollu drittijiet eżistenti li jagħtu lill-investitur il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Id-drittijiet li jistgħu jagħtu setgħa lil investitur jistgħu jvarjaw bejn id-destinatarji ta’ investiment.

B15 Eżempji ta’ drittijiet li, individwalment jew f’kombinazzjoni, jistgħu jagħtu setgħa lil investitur jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

drittijiet fil-forma ta’ drittijiet tal-vot (jew drittijiet potenzjali tal-vot) ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B34–B50);

(b) 

drittijiet li jaħtar, jerġa’ jassenja jew ineħħi membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment li jkollhom il-kapaċità li jidderieġu l-attivitajiet rilevanti;

(c) 

drittijiet li jaħtar jew ineħħi entità oħra li tmexxi l-attivitajiet rilevanti;

(d) 

drittijiet li jidderieġi lid-destinatarja ta’ investiment biex tidħol fi tranżazzjonijiet għall-benefiċċju tal-investitur, jew li tirrifjuta kwalunkwe tibdil fihom; u

(e) 

drittijiet oħra (bħad-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet speċifikati f’kuntratt ta’ maniġment) li jagħti lid-detentur il-kapaċità li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.

B16 Ġeneralment, meta destinatarja ta’ investiment ikollha firxa ta’ attivitajiet operatorji u ta’ finanzjament li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment u meta jkun hemm bżonn kontinwament li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet, se jkunu d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili li jagħtu setgħa lil investitur, individwalment jew flimkien ma’ arranġamenti oħra.

B17 Meta d-drittijiet tal-vot ma jkunx jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq ir-redditi ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal meta d-drittijiet tal-vot jirrigwardaw kompiti amministrattivi biss u arranġamenti kuntrattwali jiddeterminaw id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti, l-investitur irid jivvaluta dawk l-arranġamenti kuntrattwali sabiex jiddetermina jekk għandux drittijiet suffiċjenti biex ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Sabiex jiddetermina jekk investitur għandux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa, l-investitur għandu jqis l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8) u r-rekwiżiti fil-paragrafi B51–B54 flimkien mal-paragrafi B18–B20.

B18 F’xi ċirkustanzi jista’ jkun diffiċli jiġi determinat jekk id-drittijiet ta’ investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa fuq destinatarja ta’ investiment. F’każijiet bħal dawn, sabiex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tas-setgħa, l-investitur għandu jqis evidenza ta’ jekk għandux il-kapaċità prattika biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti b’mod unilaterali. Tingħata konsiderazzjoni, iżda mhux biss, għal dawn li ġejjin, li, meta jitqiesu flimkien mad-drittijiet tiegħu u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20, jistgħu jipprovdu evidenza li d-drittijiet tal-investitur ikunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment:

(a) 

L-investitur jista’, mingħajr ma jkollu d-dritt kuntrattwali li jagħmel dan, jaħtar jew japprova l-membri kruċjali tal-maniġment tad-destinatarja ta’ investiment li jkollhom il-kapaċità jidderieġu l-attivitajiet rilevanti.

(b) 

L-investitur jista’, mingħajr ma jkollu d-dritt kuntrattwali li jagħmel dan, jidderieġi lid-destinatarja ta’ investiment biex tidħol fi tranżazzjonijiet sinifikanti għall-benefiċċju tal-investitur, jew jista’ jirrifjuta kwalunkwe tibdil għalihom.

(c) 

L-investitur jista’ jiddomina l-proċess tan-nominazzjonijiet għall-ħatra tal-membri tal-korp ta’ tmexxija tad-destinatarja ta’ investiment jew il-kisba ta’ prokuri minn detenturi oħra ta’ drittijiet tal-vot.

(d) 

Il-membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment ikunu partijiet relatati tal-investitur (pereżempju, l-uffiċjal kap eżekuttiv tad-destinatarja ta’ investiment u l-kap eżekuttiv tal-investitur ikunu l-istess persuna).

(e) 

Il-maġġoranza tal-membri tal-korp ta’ tmexxija tad-destinatarja ta’ investiment ikunu partijiet relatati tal-investitur.

B19 Xi drabi jkun hemm indikazzjonijiet li l-investitur ikollu relazzjoni speċjali mad-destinatarja ta’ investiment, li jissuġġerixxi li l-investitur ikollu iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment. L-eżistenza ta’ kwalunkwe indikatur individwali, jew kombinazzjoni partikulari ta’ indikaturi, mhux neċessarjament tfisser li ntlaħaq il-kriterju tas-setgħa. Madankollu, li jkun hemm iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment jista’ jindika li l-investitur ikollu drittijiet relatati suffiċjenti sabiex jagħtuh setgħa jew jipprovdi evidenza ta’ setgħa eżistenti fuq destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, dan li ġej jissuġġerixxi li l-investitur għandu iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment u, flimkien ma’ drittijiet oħra, jista’ jindika setgħa:

(a) 

Il-membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment li għandhom il-kapaċità li jidderieġu l-attivitajiet rilevanti huma impjegati kurrenti jew preċedenti tal-investitur.

(b) 

L-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment huma dipendenti fuq l-investitur, bħal fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur biex jiffinanzja porzjon sinifikanti tal-operazzjonijiet tagħha.

(ii) 

L-investitur jiggarantixxi porzjon sinifikanti tal-obbligazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(iii) 

Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur għal servizzi kritiċi, teknoloġija, provvisti jew materja prima.

(iv) 

L-investitur jikkontrolla assi bħal liċenzji jew trademarks li jkunu fundamentali għall-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(v) 

Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur għal membri kruċjali tal-maniġment, bħal meta l-persunal tal-investitur ikollhom għarfien speċjalizzat tal-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(c) 

Porzjon sinifikanti mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment jinvolvu jew isiru f’isem l-investitur.

(d) 

L-iskopertura, jew id-drittijiet, tal-investitur għar-redditi mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment ikunu sproporzjonalment akbar mid-drittijiet tiegħu tal-vot jew drittijiet oħra simili. Pereżempju, jista’ jkun hemm sitwazzjoni fejn investitur ikollu dritt, jew ikun skopert, għal aktar minn nofs ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment iżda jkollu inqas minn nofs id-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment.

B20 Aktar ma tkun kbira l-iskopertura, jew id-drittijiet tal-investitur, għall-varjabbiltà tar-redditi mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment, aktar ikun kbir l-inċentiv biex l-investitur jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa. Għaldaqstant, il-pussess ta’ skopertura kbira għall-varjabbiltà tar-redditi huwa indikatur li l-investitur jista’ jkollu setgħa. Madankollu, il-livell ta’ skopertura tal-investitur, fih innifsu, ma jiddeterminax jekk l-investitur ikollux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B21 Meta l-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi stipulati fil-paragrafi B19 u B20 jitqiesu flimkien mad-drittijiet ta’ investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza ta’ setgħa deskritta fil-paragrafu B18.

Drittijiet sostantivi

B22 Investitur, meta jkun qiegħed jivvaluta jekk għandux setgħa, iqis biss id-drittijiet sostantivi li jirrigwardaw destinatarja ta’ investiment (miżmuma mill-investitur u oħrajn). Sabiex dritt ikun sostantiv, id-detentur irid ikollu l-kapaċità prattika li jeżerċita dak id-dritt.

B23 Id-determinazzjoni ta’ liema drittijiet huma sostantivi titlob ġudizzju, billi jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha. Il-fatturi li għandhom jitqiesu meta wieħed jagħmel dik id-determinazzjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

Jekk hemmx xi ostakoli (ekonomiċi jew mod ieħor) li jimpedixxu lid-detentur (jew detenturi) milli jeżerċita(w) id-drittijiet. Eżempji ta’ tali ostakoli jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i) 

penali u inċentivi finanzjarji li jimpedixxu (jew jiskoraġġixxu) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(ii) 

prezz tal-eżerċitar jew ta’ konverżjoni li joħloq ostakolu finanzjarju li jimpedixxi (jew jiskoraġġixxi) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(iii) 

termini u kundizzjonijiet li jagħmluha improbabbli li d-drittijiet jiġu eżerċitati, pereżempju, kundizzjonijiet li bilkemm jillimitaw it-twaqqit tal-eżerċizzju tagħhom.

(iv) 

l-assenza ta’ mekkaniżmu espliċitu u raġonevoli fid-dokumenti tal-istabbiliment ta’ destinatarja ta’ investiment jew fil-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli li jippermetti lid-detentur jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(v) 

l-inkapaċità tad-detentur tad-drittijiet li jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(vi) 

ostakli jew inċentivi operazzjonali li jimpedixxu (jew jiskoraġġixxu) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu (eż. l-assenza ta’ maniġers oħra li jkunu lesti jew li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati jew jipprovdu s-servizzi u jassumu interessi oħra miżmuma mill-maniġer preżenti).

(vii) 

rekwiżiti legali jew regolatorji li jimpedixxu lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu (pereżempju fejn investitur barrani jkun ipprojbit milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu).

(b) 

Meta l-eżerċizzju tad-drittijiet jitlob il-qbil ta’ iżjed minn parti waħda, jew meta d-drittijiet jinżammu minn iżjed minn parti waħda, jekk hemmx fis-seħħ mekkaniżmu li jipprovdi lil dawk il-partijiet il-kapaċità prattika li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kollettivament jekk huma jagħżlu li jagħmlu dan. L-assenza ta’ tali mekkaniżmu huwa indikatur li d-drittijiet jistgħu ma jkunux sostantivi. Iżjed ma jkun hemm partijiet li jkunu meħtieġa jaqblu biex jeżerċitaw id-drittijiet, inqas ikun probabbli li dawk id-drittijiet ikunu sostantivi. Madankollu, bord tad-diretturi li l-membri tiegħu jkunu indipendenti mid-deċiżur jista’ jservi bħala mekkaniżmu għal diversi investituri sabiex jaġixxu kollettivament fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom. Għaldaqstant, drittijiet ta’ revoka li jiġu eżerċitati minn bord tad-diretturi indipendenti huma iżjed probabbli li jkunu sostantivi milli kieku l-istess drittijiet kienu eżerċitati minn għadd kbir ta’ investituri.

(c) 

Jekk il-parti jew il-partijiet li jkollhom id-drittijiet ikunux se jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet. Pereżempju, id-detentur ta’ drittijiet potenzjali tal-vot f’destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B47–B50) għandu jqis il-prezz tal-eżerċitar jew ta’ konverżjoni tal-istrument. It-termini u l-kundizzjonijiet tad-drittijiet potenzjali tal-vot huma iżjed probabbli li jkunu sostantivi meta l-istrument ikun favorevoli jew l-investitur jibbenefika għal raġunijiet oħra (eż. bit-twettiq ta’ sinerġiji bejn l-investitur u d-destinatarja ta’ investiment) mill-eżerċizzju jew il-konverżjoni tal-istrument.

B24 Sabiex ikunu sostantivi, id-drittijiet iridu jkunu eżerċitabbli wkoll meta jkunu jridu jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Ġeneralment, sabiex ikunu sostantivi, id-drittijiet iridu jkunu eżerċitabbli b’mod kurrenti. Madankollu, xi drabi d-drittijiet jistgħu jkunu sostantivi, anki jekk id-drittijiet ma jkunux eżerċitabbli b’mod kurrenti.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 3

Id-destinatarja ta’ investiment tagħmel laqgħat annwali tal-azzjonisti li fihom jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Il-laqgħa skedata li jmiss tal-azzjonisti hija fi żmien tmien xhur. Madankollu, azzjonisti li individwalment jew kollettivament ikollhom mill-anqas 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot jistgħu jsejħu laqgħa speċjali biex ibiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti, iżda regola sabiex jiġu avżati l-azzjonisti l-oħra tfisser li tali laqgħa ma tistax issir għal mill-anqas 30 jum. Il-politiki dwar l-attivitajiet rilevanti jistgħu jitbiddlu biss f’laqgħat speċjali jew fil-laqgħat skedati tal-azzjonisti. Dan jinkludi l-approvazzjoni ta’ bejgħ materjali ta’ assi kif ukoll it-twettiq jew id-disponiment ta’ investimenti sinifikanti.

Il-mudell ta’ fatti ta’ hawn fuq japplika għall-eżempji 3A–3D deskritti hawn isfel. Kull eżempju jitqies f’iżolament.

Eżempju 3A

Investitur għandu maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot tal-investitur huma sostantivi minħabba li l-investitur jista’ jieħu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti meta dawn ikunu jridu jsiru. Il-fatt li jridu jgħaddu 30 jum qabel ma l-investitur ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tal-vot tiegħu ma jwaqqafx lill-investitur milli jkollu l-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti mill-mument li l-investitur jikseb l-ishma.

Eżempju 3B

Investitur huwa parti f’kuntratt forward sabiex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment. Id-data tas-saldu tal-kuntratt forward hija fi żmien 25 jum. L-azzjonisti eżistenti ma jistgħux ibiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti minħabba li ma tistax issir laqgħa speċjali għal mill-anqas 30 jum, f’liema punt il-kuntratt forward ikun ġie saldat. Għalhekk, l-investitur għandu drittijiet li huma essenzjalment ekwivalenti għall-azzjonist maġġoritarju fl-eżempju 3A hawn fuq (jiġifieri l-investitur li jkollu l-kuntratt forward jista’ jieħu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti meta jkun hemm bżonn). Il-kuntratt forward tal-investitur huwa dritt sostantiv li jagħti lill-investitur il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti anki qabel ma jiġi saldat il-kuntratt forward.

Eżempju 3C

Investitur jippossjedi opzjoni sostantiva biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment, li tista’ tiġi eżerċitata fi żmien 25 jum u tkun profondament favorevoli. Tintlaħaq l-istess konklużjoni bħal fl-eżempju 3B.

Eżempju 3D

Investitur huwa parti f’kuntratt forward biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment, mingħajr drittijiet relatati oħra fuq id-destinatarja ta’ investiment. Id-data tas-saldu tal-kuntratt forward hija fi żmien sitt xhur. B’kuntrast mal-eżempji ta’ hawn fuq, l-investitur ma għandux il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. L-azzjonisti eżistenti għandhom il-kapaċità kurrenti li jidderieġu l-attivitajiet rilevanti minħabba li jistgħu jbiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti qabel ma jiġi saldat il-kuntratt forward.

B25 Drittijiet sostantivi eżerċitabbli minn partijiet oħra jistgħu jimpedixxu lil investitur milli jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment li dwarha jkunu dawk id-drittijiet. Tali drittijiet sostantivi ma jeħtiġux li d-detenturi jkollhom il-kapaċità li jibdew id-deċiżjonijiet. Sakemm id-drittijiet ma jkunux sempliċement protettivi (ara l-paragrafi B26–B28), drittijiet sostantivi miżmuma minn partijiet oħra jistgħu jimpedixxu lill-investitur milli jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment anki jekk id-drittijiet jagħtu lid-detenturi l-kapaċità kurrenti biss li japprovaw jew jimblukkaw deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-attivitajiet rilevanti.

Drittijiet protettivi

B26 Fl-evalwazzjoni ta’ jekk id-drittijiet jagħtux is-setgħa lil investitur fuq destinatarja ta’ investiment, l-investitur għandu jivvaluta jekk id-drittijiet tiegħu, u d-drittijiet miżmuma minn oħrajn, ikunux drittijiet protettivi. Id-drittijiet protettivi jirrigwardaw bidliet fundamentali fl-attivitajiet ta’ destinatarja ta’ investiment jew japplikaw f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Madankollu, mhux id-drittijiet kollha li japplikaw f’ċirkustanzi eċċezzjonali jew li huma kontinġenti fuq l-eventi huma protettivi (ara l-paragrafu B13 u B53).

B27 Billi d-drittijiet protettivi huma maħsuba sabiex jipproteġu l-interessi tad-detentur tagħhom mingħajr ma jagħtu lil dik il-parti setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment li għaliha japplikaw dawk id-drittijiet, investitur li jkollu biss drittijiet protettivi ma jistax ikollu setgħa jew jimpedixxi parti oħra milli jkollha setgħa fuq destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafu 14).

B28 Eżempji ta’ drittijiet protettivi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

id-dritt tal-mutwanti li jżomm lil mutwatarju milli jwettaq attivitajiet li jistgħu jibdlu b’mod sinifikanti r-riskju ta’ kreditu tal-mutwatarju għad-detriment tal-mutwanti.

(b) 

id-dritt ta’ parti li jkollha interess nonkontrollanti f’destinatarja ta’ investiment li tapprova nefqa kapitali akbar milli meħtieġ fil-kors normali tan-negozju, jew li tapprova l-ħruġ ta’ strumenti ta’ ekwità jew ta’ dejn.

(c) 

id-dritt tal-mutwanti li jissekwestra l-assi ta’ mutwatarju jekk il-mutwatarju jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati għar-ripagament tas-self.

Franchises

B29 Ftehim ta’ franchise li għalih id-destinatarja ta’ investiment tkun il-franchisee ħafna drabi jagħti lill-franchisor drittijiet li huma mfassla sabiex jipproteġu l-marka tal-franchise. Il-ftehimiet ta’ franchise tipikament jagħtu lill-franchisors xi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-franchisee.

B30 Ġeneralment, id-drittijiet tal-franchisors ma jillimitawx il-kapaċità ta’ partijiet għajr il-franchisor li jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq ir-redditi tal-franchisee. Id-drittijiet tal-franchisor fi ftehimiet ta’ franchise lanqas ma jagħtu bilfors lill-franchisor il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tal-franchisee.

B31 Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn li jkollok il-kapaċità kurrenti li tieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi ta’ franchisee u li jkollok il-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet li jipproteġu l-marka tal-franchise. Il-franchisor ma jkollux setgħa fuq il-franchisee jekk partijiet oħra jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità kurrenti li jidderieġu l-attivitajiet rilevanti tal-franchisee.

B32 Billi jidħol fil-ftehim ta’ franchise, il-franchisee jkun ħa deċiżjoni unilaterali li jopera n-negozju tiegħu f’konformità mat-termini tal-ftehim ta’ franchise, iżda għall-kont tiegħu stess.

B33 Il-kontroll fuq tali deċiżjonijiet fundamentali bħala l-forma ġuridika tal-franchisee u l-istruttura tal-finanzjament tiegħu jistgħu jiġu determinati minn partijiet li ma jkunux il-franchisor u jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tal-franchisee. Aktar ma jkun baxx il-livell ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-franchisor u aktar ma tkun baxxa l-iskopertura tal-franchisor għall-varjabilità tar-redditi mill-konċessjonarju, aktar ikun probabbli li l-franchisor ikollu biss drittijiet protettivi.

Drittijiet tal-vot

B34 Ħafna drabi investitur ikollu l-kapaċità kurrenti, permezz tad-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili, li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Investitur iqis ir-rekwiżiti f’din it-taqsima (il-paragrafi B35–B50) jekk l-attivitajiet rilevanti ta’ destinatarja ta’ investiment ikunu diretti permezz ta’ drittijiet tal-vot.

Setgħa b’maġġoranza tad-drittijiet tal-vot

B35 Investitur li jkollu aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment ikollu setgħa fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, sakemm ma japplikax il-paragrafu B36 jew il-paragrafu B37:

(a) 

l-attivitajiet rilevanti jiġu diretti b’vot tad-detentur tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew

(b) 

maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti jinħatru b’vot tad-detentur tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot.

Maġġoranza tad-drittijiet tal-vot iżda l-ebda setgħa

B36 Biex investitur li jkollu iżjed minn nofs id-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, id-drittijiet tal-vot tal-investitur iridu jkunu sostantivi, f’konformità mal-paragrafi B22–B25, u jridu jipprovdu lill-investitur il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti, li ħafna drabi jsir billi jiġu determinati politiki operatorji u ta’ finanzjament. Jekk entità oħra jkollha drittijiet eżistenti li jagħtu lil dik l-entità d-dritt li tidderieġi l-attivitajiet rilevanti u dik l-entità ma tkunx aġent tal-investitur, l-investitur ma jkollux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B37 Investitur ma jkollux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, anki jekk l-investitur ikollu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment, meta dawk id-drittijiet tal-vot ma jkunux sostantivi. Pereżempju, investitur li jkollu iżjed minn nofs id-drittijiet tal-vot f’destinatarja ta’ investiment ma jistax ikollu setgħa jekk l-attivitajiet rilevanti jkunu soġġetti għal direzzjoni minn gvern, qorti, amministratur, riċevitur, likwidatur jew regolatur.

Setgħa mingħajr maġġoranza tad-drittijiet tal-vot

B38 Investitur jista’ jkollu setgħa anki jekk ikollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Investitur jista’ jkollu setgħa b’inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, pereżempju, permezz ta’:

(a) 

arranġament kuntrattwali bejn l-investitur u detenturi oħra tal-vot (ara l-paragrafu B39);

(b) 

drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40);

(c) 

drittijiet tal-vot tal-investitur (ara l-paragrafi B41–B45);

(d) 

drittijiet potenzjali tal-vot (ara l-paragrafi B47–B50); jew

(e) 

kombinazzjoni ta’ (a)–(d).

Arranġament kuntrattwali ma’ detenturi oħra tal-vot

B39 Arranġament kuntrattwali bejn investitur u detenturi oħra tal-vot jista’ jagħti lill-investitur id-dritt li jeżerċita drittijiet tal-vot suffiċjenti li jagħtu setgħa lill-investitur, anki jekk l-investitur ma jkollux drittijiet tal-vot suffiċjenti biex jagħtuh setgħa mingħajr l-arranġament kuntrattwali. Madankollu, arranġament kuntrattwali jista’ jiżgura li l-investitur ikun jista’ jidderieġi ammont suffiċjenti ta’ detenturi oħra tal-vot dwar kif jivvutaw sabiex l-investitur ikun jista’ jieħu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti.

Drittijiet minn arranġamenti kuntrattwali oħra

B40 Drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, flimkien mad-drittijiet tal-vot, jistgħu jagħtu lill-investitur il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Pereżempju, id-drittijiet speċifikati f’arranġament kuntrattwali flimkien mad-drittijiet tal-vot jistgħu jkunu biżżejjed biex jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-proċessi tal-manifattura ta’ destinatarja ta’ investiment jew biex jidderieġi attivitajiet operatorji jew finanzjarji oħra li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Madankollu, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dritt ieħor, id-dipendenza ekonomika ta’ destinatarja ta’ investiment fuq l-investitur (bħar-relazzjonijiet ta’ fornitur mal-konsumatur prinċipali tiegħu), ma twassalx biex l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

Id-drittijiet tal-vot tal-investitur

B41 Investitur li jkollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ikollu drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa meta l-investitur ikollu l-kapaċità prattika li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti b’mod unilaterali.

B42 Meta jivvaluta jekk id-drittijiet tal-vot ta’ investitur ikunux suffiċjenti biex jagħtuh setgħa, investitur iqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha, fosthom:

(a) 

id-daqs tad-drittijiet tal-vot li jkollu l-investitur meta mqabbel mad-daqs u t-tixrid li jkollhom id-detenturi l-oħra tal-vot, filwaqt li jiġi nnotat li:

(i) 

aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(ii) 

aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot meta mqabbel ma’ detenturi oħra tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(iii) 

aktar ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(b) 

id-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma mill-investitur, detenturi oħra tal-vot jew partijiet oħra (ara l-paragrafi B47–B50);

(c) 

drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40); u

(d) 

kwalunkwe fatt u ċirkustanza addizzjonali li tindika li l-investitur ikollu, jew ma jkollux, il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti fil-ħin li jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet, fosthom mudelli tal-vot f’laqgħat preċedenti tal-azzjonisti.

B43 Meta d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti tiġi determinata permezz ta’ vot maġġoritarju u investitur ikollu konsiderevolment aktar drittijiet tal-vot minn kwalunkwe detentur ieħor tal-vot jew grupp organizzat ta’ detenturi tal-vot, u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji l-oħra jkunu mxerrda b’mod estensiv, jista’ jkun ċar, wara li jitqiesu l-fatturi elenkati fil-paragrafu 42(a)–(c) biss, li l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 4

Investitur jikseb 48 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra jinżammu minn eluf ta’ azzjonisti, l-ebda wieħed b’mod individwali ma jkollu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma jkollu xi arranġament biex jikkonsulta ma’ xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. Meta jivvaluta l-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot li ried jikseb, fuq il-bażi tad-daqs relattiv tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji l-oħra, l-investitur iddetermina li interess ta’ 48 fil-mija jkun biżżejjed biex jagħtih kontroll. F’dan il-każ, fuq il-bażi tad-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tiegħu u d-daqs relattiv tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji l-oħra, l-investitur jikkonkludi li għandu interess tal-vot suffiċjentement dominanti biex jilħaq il-kriterju tas-setgħa mingħajr il-ħtieġa li jqis xi evidenza oħra tas-setgħa.

Eżempju 5

L-investitur A għandu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u tnax-il investitur ieħor kull wieħed għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Ftehim bejn l-azzjonisti jagħti lill-investitur A d-dritt li jaħtar, jirrevoka jew jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment responsabbli mid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Sabiex jinbidel il-ftehim, ikun meħtieġ vot b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-azzjonisti. F’dan il-każ, l-investitur A jikkonkludi li d-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jiġi determinat jekk l-investitur għandux drittijiet suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. Madankollu, l-investitur A jiddetermina li d-dritt kuntrattwali tiegħu li jaħtar, jirrevoka u jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment huwa suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Il-fatt li l-investitur A għandu mnejn ma jkunx eżerċita dan id-dritt jew il-probabbiltà li l-investitur A jeżerċita d-dritt tiegħu li jagħżel, jaħtar jew ineħħi l-maniġment ma għandhomx jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk l-investitur A għandux setgħa.

B44 F’sitwazzjonijiet oħra, jista’ jkun ċar wara li jitqiesu l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħidhom li l-investitur ma jkollux setgħa.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Eżempju 6

L-investitur A għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Żewġ investituri oħra għandhom 26 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kull wieħed. Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma miżmuma minn tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 1 fil-mija. Ma hemmx arranġamenti oħra li jaffettwaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. F’dan il-każ, id-daqs tal-interess tal-vot tal-investitur A u d-daqs tiegħu meta mqabbel mal-parteċipazzjonijiet azzjonarji l-oħra huma suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-investitur A ma għandux setgħa. Tkun meħtieġa biss il-kooperazzjoni ta’ żewġ investituri oħra sabiex l-investitur A ma jitħalliex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment.

B45 Madankollu, il-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħidhom ma jistgħux ikunu konklużivi. Jekk investitur, wara li jkun qies dawn il-fatturi, ma jkunx ċar dwar jekk għandux setgħa, dan għandu jqis fatti u ċirkustanzi addizzjonali, bħal pereżempju jekk azzjonisti oħra jkunux passivi fin-natura tagħhom kif muri mill-mudelli tal-vot f’laqgħat preċedenti tal-azzjonisti. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20. Inqas ma l-investitur ikollu drittijiet tal-vot, u inqas ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun hemm bżonn li wieħed jibbaża fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi addizzjonali sabiex jiġi vvalutat jekk id-drittijiet tal-investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa. Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi fil-paragrafi B18–B20 jitqiesu flimkien mad-drittijiet tal-investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza tas-setgħa fil-paragrafu B18 milli lill-indikaturi tas-setgħa fil-paragrafi B19 u B20.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 7

Investitur għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Ħdax-il azzjonista ieħor għandhom 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kull wieħed. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti kuntrattwali biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħdu deċiżjonijiet kollettivi. F’dan il-każ, id-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jiġi determinat jekk l-investitur għandux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Għandhom jitqiesu fatti u ċirkustanzi addizzjonali li jistgħu jipprovdu evidenza li l-investitur għandu, jew ma għandux, setgħa.

Eżempju 8

Investitur għandu 35 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Tliet azzjonisti oħra għandhom 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kull wieħed. Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma għand diversi azzjonisti oħra, li l-ebda wieħed minnhom individwalment ma għandu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħdu deċiżjonijiet kollettivi. Id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tal-voti mixħuta f’laqgħat tal-azzjonisti rilevanti—75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment ġew mixħuta f’laqgħat riċenti tal-azzjonisti rilevanti. F’dan il-każ, il-parteċipazzjoni attiva tal-azzjonisti l-oħra f’laqgħat riċenti tal-azzjonisti tindika li l-investitur ma jkollux il-kapaċità prattika li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti b’mod unilaterali, irrispettivament minn jekk l-investitur ikunx idderieġa l-attivitajiet rilevanti minħabba li għadd suffiċjenti ta’ azzjonisti oħra jkunu vvutaw bl-istess mod bħall-investitur.

B46 Jekk ma jkunx ċar, wara li jkunu tqiesu l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(d), li l-investitur għandu setgħa, l-investitur ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

Drittijiet potenzjali tal-vot

B47 Meta jivvaluta l-kontroll, investitur iqis id-drittijiet potenzjali tal-vot tiegħu kif ukoll id-drittijiet potenzjali tal-vot ta’ partijiet oħra, sabiex jiddetermina jekk għandux setgħa. Id-drittijiet potenzjali tal-vot huma drittijiet sabiex jinkisbu drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal dawk li jirriżultaw minn strumenti jew opzjonijiet konvertibbli, fosthom il-kuntratti forward. Dawn id-drittijiet potenzjali tal-vot jitqiesu biss jekk id-drittijiet ikunu sostantivi (ara l-paragrafi B22–B25).

B48 Meta jqis id-drittijiet potenzjali tal-vot, investitur għandu jqis l-iskop u d-disinn tal-istrument, kif ukoll l-iskop u d-disinn ta’ kwalunkwe involviment ieħor li l-investitur ikollu fid-destinatarja ta’ investiment. Dan jinkludi valutazzjoni tad-diversi termini u kundizzjonijiet tal-istrument kif ukoll l-aspettattivi, il-motivi u r-raġunijiet apparenti tal-investitur biex jaqbel ma’ dawk it-termini u kundizzjonijiet.

B49 Jekk l-investitur ikollu wkoll drittijiet tal-vot u drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, l-investitur jivvaluta jekk dawk id-drittijiet, flimkien mad-drittijiet potenzjali tal-vot, jagħtuhx setgħa.

B50 Drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot waħedhom, jew flimkien ma’ drittijiet oħra, jistgħu jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Pereżempju, dan x’aktarx li jkun il-każ meta investitur ikollu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u, f’konformità mal-paragrafu B23, ikollu drittijiet sostantivi li joħorġu minn opzjonijiet biex jikseb 20 fil-mija oħra tad-drittijiet tal-vot.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 9

L-investitur A għandu 70 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. L-investitur B għandu 30 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll opzjoni biex jakkwista nofs id-drittijiet tal-vot tal-investitur A. L-opzjoni hija eżerċitabbli għas-sentejn li jmiss bi prezz fiss li huwa profondament sfavorevoli (u jkun mistenni li jibqa’ hekk għal dak il-perjodu ta’ sentejn). L-investitur A kien qiegħed jeżerċita l-voti tiegħu u jidderieġi attivament l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. F’każ bħal dan, l-investitur A aktarx li jilħaq il-kriterju tas-setgħa minħabba li jidher li għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Għalkemm l-investitur B preżentement għandu opzjonijiet eżerċitabbli biex jixtri drittijiet tal-vot addizzjonali (li, jekk jiġu eżerċitati, jagħtuh maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment), it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ dawk l-opzjonijiet huma tali li l-opzjonijiet ma jitqisux sostantivi.

Eżempju 10

L-investitur A u żewġ investituri oħra kollha għandhom terz tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. L-attività kummerċjali tad-destinatarja ta’ investiment hija marbuta mill-qrib mal-investitur A. Minbarra l-istrumenti ta’ ekwità tiegħu, l-investitur A għandu wkoll strumenti ta’ dejn li huma konvertibbli fi kwalunkwe ħin f’ishma ordinarji tad-destinatarja ta’ investiment għal prezz fiss li huwa sfavorevoli (iżda mhux profondament sfavorevoli). Kieku d-dejn kellu jiġu konvertit, l-investitur A ikollu 60 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. L-investitur A jibbenefika mir-realizzazzjoni ta’ sinerġiji kieku l-istrumenti tad-dejn kellhom jiġu konvertiti f’ishma ordinarji. L-investitur A għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minħabba li għandu drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment flimkien ma’ drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.

Setgħa meta d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili ma jkollhomx effett sinifikanti fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment

B51 Meta jivvaluta l-iskop u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8), investitur għandu jqis l-involviment u d-deċiżjonijiet meħuda fil-bidu tad-destinatarja ta’ investiment bħala parti mid-disinn tagħha u jevalwa jekk it-termini tat-tranżazzjoni u l-aspetti tal-involviment jagħtux lill-investitur drittijiet li jkunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. L-involviment biss fid-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment mhux suffiċjenti biex jagħti setgħa lil investitur. Madankollu, l-involviment fid-disinn jista’ jindika li l-investitur kellu l-opportunità li jikseb drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B52 Barra minn hekk, investitur għandu jqis arranġamenti kuntrattwali bħal drittijiet fuq opzjonijiet call, drittijiet fuq opzjonijiet put u drittijiet ta’ likwidazzjoni stabbiliti fil-bidu tad-destinatarja ta’ investiment. Meta dawn l-arranġamenti kuntrattwali jinvolvu attivitajiet li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, allura dawn l-attivitajiet ikunu, sostanzjalment, parti integrali mill-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment, minkejja li jistgħu jseħħu barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment. Għaldaqstant, id-drittijiet espliċiti jew impliċiti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet inkorporati f’arranġamenti kuntrattwali li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, iridu jitqiesu bħala attivitajiet rilevanti meta tiġi determinata s-setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B53 Għal xi destinatarji ta’ investiment, attivitajiet rilevanti jseħħu biss meta jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħu eventi partikulari. Id-destinatarja ta’ investiment tista’ tkun iddisinjata b’mod li d-direzzjoni tal-attivitajiet tagħha u r-redditi tagħha jkunu predeterminati ħlief jekk u sakemm ma jinqalgħux dawk iċ-ċirkustanzi jew iseħħu dawk l-eventi partikulari. F’dan il-każ, huma biss id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment meta jseħħu dawk iċ-ċirkustanzi jew eventi li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tagħha u għalhekk huma attivitajiet rilevanti. Iċ-ċirkustanzi jew l-eventi ma hemmx għalfejn ikunu seħħew biex investitur bil-kapaċità li jieħu dawk id-deċiżjonijiet ikollu s-setgħa. Il-fatt li d-dritt ta’ teħid tad-deċiżjonijiet huwa kontinġenti fuq li jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħ event, fih innifsu, ma jagħmilx dawk id-drittijiet protettivi.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 11

L-unika attività kummerċjali ta’ destinatarja ta’ investiment, kif speċifikat fid-dokumenti tal-istabbiliment tagħha, hija li tixtri riċevibbli u tisservizzjahom minn ġurnata għall-oħra għall-investituri tagħha. Is-servizzjar minn ġurnata għall-oħra jinkludi l-ġbir u l-mogħdija tal-pagamenti ta’ kapital u mgħax meta jkun imisshom. Ma’ inadempjenza ta’ riċevibbli, id-destinatarja ta’ investiment awtomatikament tpoġġi r-riċevibbli għal investitur kif miftiehem separatament fi ftehim ta’ put bejn l-investitur u d-destinatarja ta’ investiment. L-unika attività rilevanti hija l-immaniġġar tar-riċevibbli wara inadempjenza minħabba li hija l-unika attività li tista’ taffettwa b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. L-immaniġġar tar-riċevibbli qabel inadempjenza mhuwiex attività rilevanti minħabba li ma jeħtieġx li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—l-attivitajiet qabel l-inadempjenza huma predeterminati u jammontaw biss għal ġbir tal-flussi ta’ flus meta jkunu dovuti u jgħaddihom lill-investituri. Għaldaqstant, huwa biss id-dritt tal-investitur li jimmaniġġa l-assi wara inadempjenza li jenħtieġ li jitqies meta jiġu vvalutati l-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. F’dan l-eżempju, id-disinn tad-destinatarja ta’ investiment jiżgura li l-investitur ikollu awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi fl-uniku ħin li tkun meħtieġa tali awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-termini tal-ftehim put huma integrali għat-tranżazzjoni globali u l-istabbiliment tad-destinatarja ta’ investiment. Għaldaqstant, it-termini tal-ftehim put flimkien mad-dokumenti tal-istabbiliment tad-destinatarja ta’ investiment iwasslu għall-konklużjoni li l-investitur għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minkejja li l-investitur jieħu s-sjieda tar-riċevibbli biss wara inadempjenza u jimmaniġġa r-riċevibbli inadempjenti barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment.

Eżempju 12

L-uniċi assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma riċevibbli. Meta jitqiesu l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, jiġi determinat li l-unika attività rilevanti tkun l-immaniġġar tar-riċevibbli wara inadempjenza. Il-parti li għandha l-kapaċità timmaniġġa r-riċevibbli inadempjenti għandha setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment, irrispettivament minn jekk xi ħadd mill-mutwatarji jkunx inadempjenti.

B54 Investitur jista’ jkollu impenn espliċitu jew impliċitu sabiex jiżgura li destinatarja ta’ investiment tkompli topera kif maħsub. Tali impenn jista’ jżid l-iskopertura tal-investitur għall-varjabilità tar-redditi u għalhekk iżid l-inċentiv għall-investitur biex jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa. Għaldaqstant, impenn biex jiżgura li destinatarja ta’ investiment topera kif imfassal jista’ jkun indikatur li l-investitur ikollu s-setgħa, iżda, fih innifsu, ma jagħtix setgħa lil investitur, u lanqas ma jimpedixxi lil xi parti oħra milli jkollha setgħa.

Skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli minn destinatarja ta’ investiment

B55 Meta jivvaluta jekk investitur għandux kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, l-investitur jiddetermina jekk huwiex skopert, jew jekk għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

B56 Ir-redditi varjabbli huma redditi li mhumiex fissi u għandhom il-potenzjal li jvarjaw b’konsegwenza tar-riżultati ta’ destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi varjabbli jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew kemm pożittivi kif ukoll negattivi (ara l-paragrafu 15). Investitur jivvaluta jekk ir-redditi minn destinatarja ta’ investiment ikunux varjabbli u kemm ikunu varjabbli dawk ir-redditi fuq il-bażi tas-sustanza tal-arranġament u irrispettivament mill-forma ġuridika tar-redditi. Pereżempju, investitur jista’ jkollu bond b’pagamenti tal-imgħax fiss. Il-pagamenti tal-imgħax fiss huma redditi varjabbli għall-iskop ta’ dan l-IFRS minħabba li huma soġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza u jesponu lill-investitur għar-riskju ta’ kreditu tal-emittent tal-bond. L-ammont ta’ varjabbiltà (jiġifieri kemm huma varjabbli dawk ir-redditi) jiddependi mir-riskju ta’ kreditu tal-bond. Bl-istess mod, tariffi fissi fuq il-prestazzjoni għall-immaniġġar tal-assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma redditi varjabbli minħabba li jesponu lill-investitur għar-riskju ta’ prestazzjoni tad-destinatarja ta’ investiment. L-ammont ta’ varjabbiltà jiddependi fuq il-kapaċità tad-destinatarja ta’ investiment li tiġġenera introjtu suffiċjenti biex tħallas it-tariffa.

B57 Eżempji ta’ redditi jinkludu:

(a) 

dividendi, distribuzzjonijiet oħra ta’ benefiċċji ekonomiċi minn destinatarja ta’ investiment (eż. mgħax minn titoli ta’ dejn maħruġa mid-destinatarja ta’ investiment) u bidliet fil-valur tal-investiment tal-investitur f’dik d-destinatarja ta’ investiment.

(b) 

remunerazzjoni għas-servizzjar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment, tariffi u skopertura għat-telf mill-għoti ta’ kreditu u appoġġ ta’ likwidità, interessi residwi fl-assi tad-destinatarja ta’ investiment u obbligazzjonijiet fuq il-likwidazzjoni ta’ dik d-destinatarja ta’ investiment, benefiċċji għat-taxxa, u aċċess għal likwidità futura li investitur ikollu mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

(c) 

redditi li ma jkunux disponibbli għal detenturi oħra ta’ interess. Pereżempju, investitur jista’ juża l-assi tiegħu flimkien mal-assi tad-destinatarja ta’ investiment, pereżempju billi jgħaqqdu l-funzjonijiet operatorji biex jiksbu ekonomiji ta’ skala, iffrankar fil-kost, forniment ta’ prodotti skarsi, ksib tal-aċċess għal għarfien propjetarju jew il-limitazzjoni ta’ xi operazzjonijiet jew assi, sabiex jiżdied il-valur tal-assi l-oħra tal-investitur.

Rabta bejn is-setgħa u r-redditi

Setgħa delegata

B58 Meta investitur bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet (deċiżur) jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, dan għandu jistabbilixxi jekk huwiex prinċipal jew aġent. Investitur għandu jiddetermina wkoll jekk entità oħra bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tkunx qiegħda taġixxi bħala aġent għall-investitur. Aġent huwa parzjalment prinċipalment ingaġġat sabiex jaġixxi f’isem u għall-benefiċċju ta’ parti jew partijiet oħra (il-prinċipal(i)) u għaldaqstant ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment meta jeżerċita l-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-paragrafi 17 u 18). Għalhekk, xi drabi s-setgħa ta’ prinċipal tista’ tinżamm għand aġent u tkun eżerċitabbli minnu, iżda f’isem il-prinċipal. Deċiżur mhuwiex aġent sempliċement minħabba li partijiet oħra jistgħu jibbenefikaw mid-deċiżjonijiet li jieħu.

B59 Investitur jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet lil aġent fuq xi kwistjonijiet speċifiċi jew fuq l-attivitajiet kollha rilevanti. Meta jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, l-investitur għandu jittratta d-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet iddelegati lill-aġent tiegħu bħala miżmuma direttament mill-investitur. F’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm iżjed minn prinċipal wieħed, kull wieħed mill-prinċipali għandu jivvaluta jekk għandux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment billi jqis ir-rekwiżiti fil-paragrafi B5–B54. Il-paragrafi B60–B72 jipprovdu gwida dwar kif jiġi determinat jekk deċiżur ikunx aġent jew prinċipal.

B60 Deċiżur għandu jqis ir-relazzjoni globali bejnu, id-destinatarja ta’ investiment li tkun qed tiġi ġestita u partijiet oħra involuti fid-destinatarja ta’ investiment, b’mod partikulari l-fatturi kollha ta’ hawn isfel, sabiex jiddetermina jekk huwiex aġent:

(a) 

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq id-destinatarja ta’ investiment (il-paragrafi B62 u B63).

(b) 

id-drittijiet ta’ partijiet oħra (il-paragrafi B64–B67).

(c) 

ir-remunerazzjoni li għandu dritt għaliha f’konformità mal-ftehim(iet) ta’ remunerazzjoni (il-paragrafi B68–B70).

(d) 

l-iskopertura tad-deċiżur għall-varjabbiltà tar-redditi minn interessi oħra li jkollu fid-destinatarja ta’ investiment (il-paragrafi B71 u B72).

Għandhom jiġu applikati ponderazzjonijiet differenti għal kull wieħed mill-fatturi abbażi ta’ fatti u ċirkustanzi partikulari.

B61 Id-determinazzjoni ta’ jekk deċiżur ikunx aġent titlob evalwazzjoni tal-fatturi kollha elenkati fil-paragrafu B60 sakemm parti waħda ma jkollhiex drittijiet sostantivi biex tneħħi lid-deċiżur (drittijiet ta’ revoka) u tista’ tneħħi lid-deċiżur mingħajr raġuni (ara l-paragrafu B65).

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet

B62 Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ deċiżur hija evalwata billi jitqiesu:

(a) 

l-attivitajiet li jkunu permessi skont il-ftehim(iet) dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u speċifikati mil-liġi, u

(b) 

id-diskrezzjoni li jkollu d-deċiżur meta jieħu deċiżjonijiet dwar dawk l-attivitajiet.

B63 Deċiżur għandu jikkunsidra l-iskop u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li għalihom tkun maħsuba li tiġi esposta d-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li kienet iddisinjata biex tgħaddi lill-partijiet involuti u l-livell ta’ involviment li d-deċiżur kellu fid-disinn tad-destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, jekk deċiżur ikun involut b’mod sinifikanti fid-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (inkluż fid-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet), dak l-involviment jista’ jindika li d-deċiżur kellu l-opportunità u l-inċentiv li jikseb drittijiet li jwasslu biex deċiżur ikollu l-kapaċità li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.

Drittijiet miżmuma minn partijiet oħra

B64 Id-drittijiet sostantivi miżmuma minn partijiet oħra jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta’ deċiżur biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti ta’ destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet sostantivi ta’ revoka jew drittijiet oħra jistgħu jindikaw li deċiżur ikun aġent.

B65 Meta parti waħda jkollha drittijiet sostantivi ta’ revoka u tista’ tneħħi mingħajr raġuni lid-deċiżur, dan, waħdu, huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li deċiżur huwa aġent. Jekk ikun hemm iżjed minn parti waħda li jkollha dawn id-drittijiet (u l-ebda parti individwali ma tista’ tneħħi lid-deċiżur mingħajr il-qbil tal-partijiet l-oħra), dawk id-drittijiet mhumiex, waħedhom, konklużivi biex jiġi determinat li deċiżur jaġixxi primarjament f’isem u għall-benefiċċju ta’ partijiet oħra. Barra minn hekk, aktar ma jkun kbir l-għadd ta’ partijiet li jkunu meħtieġa jaġixxu flimkien biex jeżerċitaw id-drittijiet biex ineħħu lil deċiżur u aktar ma jkun kbir id-daqs tal-interessi ekonomiċi l-oħra tad-deċiżur, u l-varjabbiltà assoċjata miegħu (jiġifieri r-remunerazzjoni u interessi oħra), inqas ma jkun il-piż li għandu jitpoġġa fuq dan il-fattur.

B66 Id-drittijiet sostantivi ta’ partijiet oħra li jillimitaw id-diskrezzjoni ta’ deċiżur għandhom jitqiesu b’mod simili għad-drittijiet ta’ revoka meta jiġi evalwat jekk id-deċiżur ikunx aġent. Pereżempju, deċiżur li jkun meħtieġ jikseb l-approvazzjoni minn għadd żgħir ta’ partijiet oħra għall-azzjonijiet tiegħu huwa ġeneralment aġent. (Ara l-paragrafi B22–B25 għal gwida addizzjonali dwar id-drittijiet u jekk humiex sostantivi.)

B67 Il-konsiderazzjoni tad-drittijiet li jkollhom partijiet oħra għandha tinkludi valutazzjoni ta’ kwalunkwe dritt eżerċitabbli minn bord tad-diretturi ta’ destinatarja ta’ investiment (jew korp ta’ tmexxija ieħor) u l-effett tagħhom fuq l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet (ara l-paragrafu B23(b)).

Remunerazzjoni

B68 Aktar ma jkun kbir id-daqs tar-remunerazzjoni tad-deċiżur, u l-varjabbiltà assoċjata magħha, meta mqabbla mar-redditi mistennija mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, aktar ikun probabbli li d-deċiżur ikun prinċipal.

B69 Meta jiddetermina jekk huwiex prinċipal jew aġent, id-deċiżur għandu jqis ukoll jekk jeżistux il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Ir-remunerazzjoni tad-deċiżur tkun proporzjonata mas-servizzi pprovduti.

(b) 

Il-ftehim dwar ir-remunerazzjoni jinkludi biss termini, kundizzjonijiet jew ammonti li normalment ikunu preżenti f’arranġamenti għal servizzi u livell ta’ ħiliet simili nnegozjati fuq bażi distakkata.

B70 Deċiżur ma jistax ikun aġent sakemm ma jkunux preżenti l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu B69(a) u (b). Madankollu, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet f’iżolament mhuwiex suffiċjenti biex jiġi konkluż li deċiżur huwa aġent.

Skopertura għall-varjabbiltà tar-redditi minn interessi oħra

B71 Deċiżur li jkollu interessi oħra f’destinatarja ta’ investiment (pereżempju investiment fid-destinatarja ta’ investiment jew li jipprovdi garanziji fir-rigward tar-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment), għandu jqis l-iskopertura tiegħu għall-varjabbiltà tar-redditi minn dawk l-interessi meta jkun qiegħed jivvaluta jekk huwiex aġent. Il-pussess ta’ interessi oħra f’destinatarja ta’ investiment jindika li deċiżur jista’ jkun prinċipal.

B72 Fl-evalwazzjoni tal-iskopertura tiegħu għall-varjabbiltà tar-redditi minn interessi oħra fid-destinatarja ta’ investiment, deċiżur għandu jqis dan li ġej:

(a) 

aktar ma jkun kbir id-daqs tal-interessi ekonomiċi tiegħu, u l-varjabbiltà assoċjata magħhom, meta jitqiesu flimkien ir-remunerazzjoni tiegħu u interessi oħra, aktar ikun probabbli li deċiżur ikun prinċipal.

(b) 

jekk l-iskopertura tiegħu għall-varjabbiltà tar-redditi tkunx differenti minn dik tal-investituri l-oħra u, jekk ikun hekk, jekk din tistax tinfluwenza l-azzjonijiet tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta deċiżur ikollu interessi subordinati f’destinatarja ta’ investiment, jew jipprovdi forom oħra ta’ titjib fil-kreditu għaliha.

Deċiżur għandu jevalwa l-iskopertura tiegħu fir-rigward tal-varjabbilità totali tar-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Din l-evalwazzjoni ssir prinċipalment fuq il-bażi tar-redditi mistennija mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment iżda ma għandhiex tinjora l-iskopertura massima tad-deċiżur għall-varjabbiltà tar-redditi tad-destinatarja ta’ investiment permezz ta’ interessi oħra li jkollu deċiżur.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 13

Deċiżur (maniġer ta’ fond) jistabbilixxi, jikkummerċjalizza u jimmaniġġa fond innegozjat pubblikament u rregolat skont parametri strettament definiti stabbiliti fil-mandat tal-investiment kif mitlub mil-liġijiet u r-regolamenti lokali. Il-fond ġie kkummerċjalizzat lill-investituri bħala investiment f’portafoll diversifikat ta’ titoli ta’ ekwità ta’ entitajiet innegozjati pubblikament. Fil-parametri definiti, il-maniġer tal-fond għandu diskrezzjoni dwar l-assi li fihom għandu jsir investiment. Il-maniġer tal-fond għamel investiment ta’ 10 fil-mija pro rata fil-fond u jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li tkun ugwali għal 1 fil-mija tal-valur nett tal-assi tal-fond. It-tariffi huma proporzjonati għas-servizzi pprovduti. Il-maniġer tal-fond ma għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 10 fil-mija. Il-fond mhuwiex meħtieġ li jistabbilixxi, u ma stabbiliex, bord indipendenti tad-diretturi. L-investituri ma għandhom ebda dritt sostantiv li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġer tal-fond, iżda jistgħu jifdu l-interessi tagħhom fil-limiti partikulari stabbiliti mill-fond.

Għalkemm jopera fil-parametri stipulati fil-mandat tal-investiment u f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji, il-maniġer tal-fond għandu drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet rilevanti tal-fond—l-investituri ma għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġer tal-fond. Il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li hija proporzjonata mas-servizzi pprovduti u għamel ukoll investiment pro rata fil-fond. Ir-remunerazzjoni u l-investiment tiegħu jesponu lill-maniġer tal-fond għall-varjabbiltà tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond mingħajr ma joħolqu skopertura ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal.

F’dan l-eżempju, il-konsiderazzjoni tal-iskopertura tal-maniġer tal-fond għall-varjabbiltà tar-redditi mill-fond flimkien mal-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-parametri ristretti tindika li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Eżempju 14

Deċiżur jistabbilixxi, jikkummerċjalizza u jimmaniġġa fond li jipprovdi opportunitajiet ta’ investiment għal għadd ta’ investituri. Deċiżur (maniġer tal-fond) irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interessi tal-investituri kollha u f’konformità mal-ftehimiet li jirregolaw il-fond. Madankollu, il-maniġer tal-fond għandu diskrezzjoni wiesgħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li hija ugwali għal 1 fil-mija tal-assi mmaniġġati u 20 fil-mija tal-profitti kollu tal-fond jekk jintlaħaq livell speċifikat ta’ profitt. It-tariffi huma proporzjonati għas-servizzi pprovduti.

Għalkemm il-maniġer tal-fond irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interessi tal-investituri kollha, dan għandu awtorità estensiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti tal-fond. Il-maniġer tal-fond jitħallas miżati fissi u relatati mal-prestazzjoni li jkunu proporzjonati għas-servizzi pprovduti. Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni tallinja l-interessi tal-maniġer tal-fond ma’ dawk ta’ investituri oħrajn biex jiżdied il-valur tal-fond, mingħajr ma tinħoloq skopertura tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li huma ta’ tali importanza li r-remunerazzjoni, meta titqies f’iżolament, tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal.

Ix-xejra tal-fatti u l-analiżi ta’ hawn fuq japplikaw għall-eżempji 14A–14C deskritti hawn taħt. Kull eżempju jitqies f’iżolament.

Eżempju 14A

Il-maniġer tal-fond għandu wkoll investiment ta’ 2 fil-mija fil-fond li jallinja l-interessi tiegħu ma’ dawk tal-investituri l-oħra. Il-maniġer tal-fond ma għandu l-ebda obbligazzjoni li jiffinanzja t-telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 2 fil-mija. L-investituri jistgħu jneħħu lill-maniġer tal-fond b’vot ta’ maġġoranza sempliċi, iżda biss għal ksur tal-kuntratt.

L-investiment ta’ 2 fil-mija tal-maniġer tal-fond iżid l-iskopertura tiegħu għall-varjabbiltà tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond mingħajr ma joħloq skopertura li tkun ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Id-drittijiet tal-investituri l-oħrajn li jneħħu l-maniġer tal-fond jitqiesu li huma drittijiet protettivi għaliex huma eżerċitabbli biss għal ksur tal-kuntratt. F’dan l-eżempju, għalkemm il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għandu skopertura għal varjabbiltà tar-redditi mill-interess u r-remunerazzjoni tiegħu, l-iskopertura tal-maniġer tal-fond tindika li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Eżempju 14B

Il-maniġer tal-fond għandu investiment pro rata aktar sostanzjali fil-fond, iżda ma għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja t-telf lil hinn minn dak l-investiment. L-investituri jistgħu jneħħu lill-maniġer tal-fond b’vot ta’ maġġoranza sempliċi, iżda biss għal ksur tal-kuntratt.

F’dan l-eżempju, id-drittijiet tal-investituri l-oħrajn li jneħħu l-maniġer tal-fond jitqiesu li huma drittijiet protettivi minħabba li huma eżerċitabbli biss għal ksur tal-kuntratt. Għalkemm il-maniġer tal-fond jitħallas miżati fissi u relatati mal-prestazzjoni li huma proporzjonati mas-servizzi pprovduti, il-kombinazzjoni tal-investiment tal-maniġer tal-fond flimkien mar-remunerazzjoni tiegħu tista’ toħloq skopertura għal varjabbiltà tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li hija ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Iktar ma jkun kbir id-daqs tal-interessi ekonomiċi tal-maniġer tal-fond, u l-varjabbiltà assoċjata magħhom (meta wieħed iqis ir-remunerazzjoni u interessi oħra kollha flimkien), aktar il-maniġer tal-fond jagħmel enfasi fuq dawk l-interessi ekonomiċi fl-analiżi, u aktar probabbli li l-maniġer tal-fond ikun prinċipal.

Pereżempju, wara li jkun qies ir-remunerazzjoni tiegħu u l-fatturi l-oħra, il-maniġer tal-fond għandu mnejn iqis li investiment ta’ 20 fil-mija jkun suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa jikkontrolla l-fond. Madankollu, f’ċirkustanzi differenti (jiġifieri jekk ir-remunerazzjoni jew fatturi oħra jkunu differenti), jista’ jkun hemm kontroll meta l-livell tal-investiment ikun differenti.

Eżempju 14C

Il-maniġer tal-fond għandu investiment pro rata ta’ 20 fil-mija fil-fond, iżda ma għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 20 fil-mija. Il-fond għandu bord tad-diretturi, li l-membri kollha tiegħu huma indipendenti mill-maniġer tal-fond u jinħatru mill-investituri l-oħra. Il-bord jaħtar lill-maniġer tal-fond kull sena. Jekk il-bord jiddeċiedi li ma jġeddidx il-kuntratt tal-maniġer tal-fond, is-servizzi mwettqa mill-maniġer tal-fond jistgħu jitwettqu minn maniġers oħra fl-industrija.

Għalkemm il-maniġer tal-fond jitħallas tariffi fissi u marbuta mal-prestazzjoni, li jkunu proporzjonati mas-servizzi pprovduti, il-kombinazzjoni tal-investiment ta’ 20 fil-mija tal-maniġer tal-fond flimkien mar-remunerazzjoni tiegħu toħloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li hija ta’ importanza tali li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Madankollu, l-investituri għandhom drittijiet sostantivi biex ineħħu l-maniġer tal-fond—il-bord tad-diretturi jipprovdi mekkaniżmu sabiex ikun żgurat li l-investituri jkunu jistgħu jneħħu lill-maniġer tal-fond jekk huma jiddeċiedu li jagħmlu dan.

F’dan l-eżempju, il-maniġer tal-fond jagħmel enfasi akbar fuq id-drittijiet sostantivi tat-tneħħija fl-analiżi. Għalhekk, għalkemm il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet u huwa espost għall-varjabbiltà tar-redditi tal-fond mir-remunerazzjoni u l-investiment tiegħu, id-drittijiet sostantivi li għandhom l-investituri l-oħra jindikaw li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Eżempju 15

Destinatarja ta’ investiment inħolqot biex tixtri portafoll ta’ titoli garantiti b’assi b’rata fissa, iffinanzjat bi strumenti ta’ dejn u strumenti ta’ ekwità b’rata fissa. L-istrumenti ta’ ekwità huma ddisinjati biex jipprovdu l-ewwel protezzjoni mit-telf lill-investituri tad-dejn u jirċievu kwalunkwe redditu residwu tad-destinatarja ta’ investiment. It-tranżazzjoni kienet ikkummerċjalizzata lill-investituri potenzjali tad-dejn bħala investiment f’portafoll ta’ titoli garantiti b’assi bi skopertura għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-emittenti tat-titoli garantiti b’assi fil-portafoll u għar-riskju tar-rata tal-imgħax assoċjat mal-immaniġġar tal-portafoll. Mal-ħolqien tagħhom, l-istrumenti ta’ ekwità jirrappreżentaw 10 fil-mija tal-valur tal-assi mixtrija. Deċiżur (il-maniġer tal-assi) jimmaniġġa l-portafoll attiv tal-assi billi jieħu deċiżjonijiet dwar investiment fil-parametri stipulati fil-prospett tad-destinatarja ta’ investiment. Għal dawk is-servizzi, il-maniġer tal-assi jirċievi tariffa fissa bbażata fuq is-suq (jiġifieri 1 fil-mija tal-assi mmaniġġati) u tariffi relatati mal-prestazzjoni (jiġifieri 10 fil-mija tal-profitt) jekk il-profitti tad-destinatarja ta’ investiment jaqbżu livell speċifikat. It-tariffi huma proporzjonati għas-servizzi pprovduti. Il-maniġer tal-assi għandu 35 fil-mija tal-ekwità fid-destinatarja ta’ investiment.

Il-65 fil-mija l-oħra tal-ekwità, u l-istrumenti tad-dejn kollha, huma miżmuma minn għadd kbir ta’ investituri mhux relatati ta’ parti terza mxerrda b’mod estensiv. Il-maniġer tal-assi jista’ jitneħħa, mingħajr raġuni, b’deċiżjoni permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-investituri l-oħra.

Il-maniġer tal-assi jitħallas tariffi fissi marbuta mal-prestazzjoni, li huma proporzjonati mas-servizzi pprovduti. Ir-remunerazzjoni tallinja l-interessi tal-maniġer tal-fond ma’ dawk tal-investituri l-oħra sabiex jiżdied il-valur tal-fond. Il-maniġer tal-assi għandu skopertura għall-varjabbiltà tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond minħabba li għandu 35 fil-mija tal-ekwità u mir-remunerazzjoni tiegħu.

Għalkemm jopera fil-parametri stabbiliti fil-prospett tad-destinatarja ta’ investiment, il-maniġer tal-assi għandu l-kapaċità kurrenti li jieħu deċiżjonijiet dwar investiment li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—id-drittijiet ta’ revoka li għandhom l-investituri l-oħra ftit jirċievu piż fl-analiżi minħabba li dawk id-drittijiet huma miżmuma minn għadd kbir ta’ investituri mxerrda b’mod estensiv. F’dan l-eżempju, il-maniġer tal-assi jagħmel enfasi akbar fuq l-iskopertura tiegħu għall-varjabbiltà tar-redditi tal-fond mill-interess propjetarju tiegħu, li huwa subordinat għall-istrumenti tad-dejn. Il-pussess ta’ 35 fil-mija tal-ekwità joħloq skopertura subordinata għat-telf u d-drittijiet tad-destinatarja ta’ investiment, li huma ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-assi huwa prinċipal. Għalhekk, il-maniġer tal-assi jikkonkludi li huwa jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment.

Eżempju 16

Deċiżur (l-isponsor) jisponsorja veikolu b’diversi bejjiegħa, li joħroġ strumenti ta’ dejn ta’ terminu qasir lil investituri ta’ parti terza mhux relatati. It-tranżazzjoni kienet ikkummerċjalizzata lill-investituri potenzjali bħala investiment f’portafoll ta’ assi bi klassifikazzjoni għolja ta’ terminu medju bi skopertura minima għar-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli mill-emittenti tal-assi fil-portafoll. Diversi servizzi taċ-ċedenti jbigħu portafolji ta’ assi ta’ terminu medju ta’ kwalità għolja lill-veikolu. Kull ċedent jimmaniġġa l-portafoll ta’ assi li jbigħ lill-veikolu u jimmaniġġa r-riċevibbli inadempjenti għal tariffa ta’ servizz ibbażata fuq is-suq. Kull ċedent jipprovdi wkoll protezzjoni għall-ewwel telf kontra telf tal-kreditu mill-portafoll tiegħu ta’ assi permezz ta’ kollateralizzazzjoni eċċessiva tal-assi trasferiti lill-veikolu. L-isponsor jistabbilixxi t-termini tal-veikolu u jimmaniġġa l-operazzjonijiet tal-veikolu għal tariffa bbażata fuq is-suq. It-tariffa tkun proporzjonata għas-servizzi pprovduti. L-isponsor japprova l-bejjiegħa permessi jbigħu lill-veikolu, japprova l-assi li għandhom jinxtraw mill-veikolu u jieħu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-veikolu. L-isponsor irid jaġixxi fl-aħjar interessi tal-investituri kollha.

L-isponsor għandu dritt għal kwalunkwe redditu residwu tal-veikolu u jipprovdi wkoll titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità lill-veikolu. It-titjib fil-kreditu pprovdut mill-isponsor jassorbi telf sa 5 fil-mija tal-assi kollha tal-veikolu, wara li t-telf jiġi assorbit miċ-ċedenti. Il-faċilitajiet tal-likwidità ma jiġux mislufa kontra assi mhux imħallsa. L-investituri ma għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-isponsor.

Għalkemm l-isponsor jitħallas tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu, li tkun proporzjonata għas-servizzi pprovduti, l-isponsor għandu skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-veikolu minħabba d-drittijiet tiegħu għal kwalunkwe redditu residwu tal-veikolu u l-għoti ta’ titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità (jiġifieri l-veikolu huwa skopert għar-riskju ta’ likwidità billi juża strumenti ta’ dejn ta’ terminu qasir biex jiffinanzja assi ta’ terminu medju). Minkejja li kull wieħed miċ-ċedenti għandu drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-valur tal-assi tal-veikolu, l-isponsor għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet li tagħtih il-kapaċità kurrenti li jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tal-veikolu (jiġifieri l-isponsor stabbilixxa t-termini tal-veikolu, għandu d-dritt li jieħu deċiżjonijiet dwar l-assi (japprova l-assi mixtrija u ċ-ċedenti ta’ dawk l-assi) u l-finanzjament tal-veikolu (li għalih irid jinstab investiment ġdid fuq bażi regolari)). Id-dritt għar-redditi residwi tal-veikolu u l-għoti ta’ titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità jesponu lill-isponsor għal varjabbiltà tar-redditi mill-attivitajiet tal-veikolu li hija differenti minn dik tal-investituri l-oħra. Għalhekk, dik l-iskopertura tindika li l-isponsor huwa prinċipal u għalhekk l-isponsor jikkonkludi li huwa jikkontrolla l-veikolu. L-obbligu tal-isponsor li jaġixxi fl-aħjar interess tal-investituri kollha ma jimpedix lill-isponsor milli jkun prinċipal.

Relazzjoni ma’ partijiet oħra

B73 Meta jivvaluta l-kontroll, investitur għandu jqis in-natura tar-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħra u jekk dawk il-partijiet l-oħra jkunux qegħdin jaġixxu f’isem l-investitur (jiġifieri jkunu “aġenti de facto”). Id-determinazzjoni dwar jekk partijiet oħra jaġixxux bħala aġenti de facto teħtieġ ġudizzju għaqli, billi titqies mhux biss in-natura tar-relazzjoni iżda wkoll kif dawn il-partijiet jinteraġixxu ma’ xulxin u l-investitur.

B74 Relazzjoni bħal din mhux bilfors tinvolvi arranġament kuntrattwali. Parti tkun aġent de facto meta l-investitur, jew dawk li jidderieġu l-attivitajiet tal-investitur, ikollhom il-kapaċità li jidderieġu lil dik il-parti biex taġixxi f’isem l-investitur. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-investitur għandu jqis id-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-aġent de facto tiegħu u l-iskopertura, jew id-drittijiet, indiretti tiegħu, għal redditi varjabbli permezz tal-aġent de facto flimkien ma’ tiegħu stess meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment.

B75 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tali partijiet oħra li, min-natura tar-relazzjoni ta’ bejniethom, jistgħu jaġixxu bħala aġenti de facto għall-investitur:

(a) 

il-partijiet relatati tal-investitur.

(b) 

parti li tkun irċeviet l-interess tagħha fid-destinatarja ta’ investiment bħala kontribuzzjoni jew self mill-investitur.

(c) 

parti li tkun qablet li ma tbigħx, tittrasferixxi jew taggrava l-interessi tagħha fid-destinatarja ta’ investiment mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-investitur (ħlief għal sitwazzjonijiet li fihom l-investitur u l-parti l-oħra jkollhom id-dritt tal-approvazzjoni bil-quddiem u d-drittijiet ikunu bbażati fuq termini miftiehma b’mod reċiproku minn partijiet independenti li jaqblu).

(d) 

parti li ma tistax tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha mingħajr appoġġ finanzjarju subordinat mingħand l-investitur.

(e) 

destinatarja ta’ investiment li fiha l-maġġoranza tal-membri tal-korp ta’ tmexxija tagħha jew il-membri kruċjali tal-maniġment tagħha jkunu l-istess bħal dawk tal-investitur.

(f) 

parti li jkollha relazzjoni kummerċjali mill-qrib mal-investitur, bħar-relazzjoni bejn fornitur ta’ servizz professjonali u wieħed mill-klijenti sinifikanti tiegħu.

Kontroll ta’ assi speċifikati

B76 Investitur għandu jqis jekk jittrattax porzjon ta’ destinatarja ta’ investiment bħala entità separata kkunsidrata u, jekk iva, jekk jikkontrollax l-entità preżunta separata.

B77 Investitur għandu jittratta porzjon ta’ destinatarja ta’ investiment bħala entità preżunta separata jekk, u biss jekk, tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja:

L-assi speċifikati tad-destinatarja ta’ investiment (u t-titjib fil-kreditu relatat, jekk ikun hemm) ikunu l-uniku sors ta’ pagament għal obbligazzjonijiet speċifikati tad-destinatarja ta’ investiment, jew għal interessi oħra speċifikati fiha. Partijiet għajr dawk bl-obbligazzjoni speċifikata ma għandhomx drittijiet jew obbligi relatati mal-assi speċifikati jew ma’ flussi ta’ flus residwi minn dawk l-assi. Fis-sustanza, l-ebda redditu mill-assi speċifikati ma jista’ jintuża mid-destinatarja ta’ investiment li jifdal u l-ebda obbligazzjoni tal-entità preżunta separata ma tkun pagabbli mill-assi tad-destinatarja ta’ investiment li jifdal. Għalhekk, fis-sustanza, l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-ekwità kollha ta’ dik l-entità preżunta separata huma separati mill-entità globali li fiha jsir investiment. Tali entità preżunta separata sikwit tissejjaħ “silo”.

B78 Meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni fil-paragrafu B77, investitur għandu jidentifika l-attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tal-entità preżunta separata u kif ikunu diretti dawn l-attivitajiet sabiex jiġi vvalutat jekk għandux setgħa fuq dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment. Meta jivvaluta l-kontroll tal-entità preżunta separata, l-investitur għandu jqis ukoll jekk għandux skopertura jew drittijiet għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f’dik l-entità preżunta separata u l-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment biex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur.

B79 Jekk l-investitur jikkontrolla l-entità preżunta separata, l-investitur għandu jikkonsolida dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment. F’dak il-każ, partijiet oħra jeskludu dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment meta jivvalutaw il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment, u fil-konsolidazzjoni tagħha.

Valutazzjoni kontinwa

B80 Investitur għandu jirrivaluta jekk huwa jikkontrollax destinatarja ta’ investiment jekk fatti u ċirkustanzi jindikaw li kien hemm bidliet f’wieħed jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7.

B81 Jekk ikun hemm bidla fil-mod kif tista’ tiġi eżerċitata s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, dik il-bidla trid tiġi riflessa fil-mod kif investitur jivvaluta s-setgħa tiegħu fuq destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, il-bidliet fid-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet jistgħu jfissru li l-attivitajiet rilevanti ma jkunux aktar diretti permezz tad-drittijiet tal-vot, iżda minflok, arranġamenti oħra, bħal kuntratti, jagħtu lil parti jew partijiet oħra l-kapaċità kurrenti li jidderieġu l-attivitajiet rilevanti.

B82 Event jista’ jwassal biex investitur jikseb jew jitlef is-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment mingħajr ma l-investitur ikun involut f’dak l-event. Pereżempju, investitur jista’ jikseb setgħa fuq destinatarja ta’ investiment minħabba li jkunu skadew drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet miżmuma minn parti jew partijiet oħra li qabel kienu jimpedixxu lill-investitur milli jikkontrolla destinatarja ta’ investiment.

B83 Investitur iqis ukoll bidliet li jaffettwaw l-iskopertura, jew id-drittijiet tiegħu, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f’destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, investitur li jkollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment jista’ jitlef il-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment jekk l-investitur ma jibqax ikollu d-dritt li jirċievi redditi jew li jkun skopert għall-obbligi, minħabba li l-investitur ma jibqax jissodisfa l-paragrafu 7(b) (jekk jiġi kuntratt biex jirċievi tariffi marbuta mal-prestazzjoni).

B84 Investitur għandu jqis jekk il-valutazzjoni tiegħu li huwa jaġixxi bħala aġent jew prinċipal tkunx inbidlet. Il-bidliet fir-relazzjoni ġenerali bejn l-investitur u partijiet oħra jistgħu jfissru li investitur ma jkunx għadu jaġixxi bħala aġent, minkejja li qabel ikun aġixxa bħala aġent, u viċi versa. Pereżempju, jekk iseħħu bidliet fid-drittijiet tal-investitur, jew ta’ partijiet oħra, l-investitur għandu jerġa’ jqis l-istatus tiegħu bħala prinċipal jew aġent.

B85 Valutazzjoni inizjali ta’ investitur dwar il-kontroll jew l-istatus tiegħu bħala prinċipal jew aġent ma tinbidilx sempliċement minħabba bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq (eż. bidla fir-redditi tal-investitur ikkawżata mill-kundizzjonijiet tas-suq), sakemm il-bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq ma tbiddilx wieħed jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7 jew tbiddel ir-relazzjoni globali bejn prinċipal u aġent.

DETERMINAZZJONI TA’ JEKK ENTITÀ HIJIEX ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

B85A Entità għandha tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha meta tivvaluta jekk hijiex entità ta’ investiment, inkluż l-iskop u l-istruttura tagħha. Entità li jkollha t-tliet elementi tad-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment stabbiliti fil-paragrafu 27 hija entità ta’ investiment. Il-paragrafi B85B–B85M jiddeskrivu l-elementi tad-definizzjoni f’aktar dettall.

Skop kummerċjali

B85B Id-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment titlob li l-iskop tal-entità jkun li tinvesti biss għall-apprezzament tal-kapital, għall-introjtu mill-investiment (bħal dividendi, mgħax jew introjtu mill-kiri), jew għat-tnejn li huma. Id-dokumenti li jindikaw x’inhuma l-objettivi tal-investiment tal-entità, bħall-memorandum ta’ offerta tal-entità, il-pubblikazzjonijiet imqassma mill-entità u dokumenti korporattivi jew ta’ sħubija oħra, tipikament jipprovdu evidenza tal-iskop kummerċjali tal-entità ta’ investiment. Aktar evidenza tista’ tinkludi l-mod li bih l-entità tippreżenta ruħha lil partijiet oħra (bħal investituri potenzjali jew destinatarji ta’ investiment potenzjali); pereżempju, entità tista’ tippreżenta l-operat tagħha bħala li jipprovdi investiment fuq terminu medju għal apprezzament tal-kapital. B’kuntrast ma’ dan, entità li tippreżenta ruħha bħala investitur li l-objettiv tiegħu huwa li jiżviluppa, jipproduċi jew jikkummerċjalizza prodotti b’mod konġunt mad-destinatarji ta’ investiment tiegħu jkollha skop kummerċjali li mhuwiex konsistenti mal-iskop kummerċjali ta’ entità ta’ investiment, għaliex l-entità tagħmel redditi mill-iżvilupp, mill-produzzjoni jew mill-attività tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll mill-investimenti tagħha (ara l-paragrafu B85I).

B85C Entità ta’ investiment tista’ tipprovdi servizzi relatati mal-investiment (eż. servizzi ta’ konsulenza għall-investiment, immaniġġar tal-investiment, appoġġ tal-investiment u servizzi amministrattivi), direttament jew permezz ta’ sussidjarja, lil partijiet terzi kif ukoll lill-investituri tagħha, anki jekk dawk l-attivitajiet ikunu sostanzjali għall-entità, sakemm l-entità tkompli tissodisfa d-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment.

B85D Entità ta’ investiment tista’ tipparteċipa wkoll fl-attivitajiet relatati mal-investiment li ġejjin, direttament jew permezz ta’ sussidjarja, jekk dawn l-attivitajiet jitwettqu biex jiġi massimizzat ir-redditu mill-investiment (apprezzament tal-kapital jew introjtu mill-investiment) mid-destinatarji ta’ investiment tagħha u ma jirrappreżentawx attività kummerċjali sostanzjali separata jew sors ta’ introjtu sostanzjali separat għall-entità ta’ investiment:

(a) 

tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar u pariri strateġiċi lil destinatarja ta’ investiment; u

(b) 

tipprovdi appoġġ finanzjarju lil destinatarja ta’ investiment, bħal għoti ta’ self, impenn ta’ kapital jew garanzija.

B85E Jekk entità ta’ investiment ikollha sussidjarja li ma tkunx hi stess entità ta’ investiment u li l-iskop u l-attivitajiet prinċipali tagħha jkunu li tipprovdi servizzi jew attivitajiet relatati mal-investiment li jirrelataw attivitajiet ta’ investiment tal-entità ta’ investiment, bħal dawk deskritti fil-paragrafi B85C–B85D, lill-entità jew lil partijiet oħra, din għandha tikkonsolida dik is-sussidjarja f’konformità mal-paragrafu 32. Jekk is-sussidjarja li tipprovdi servizzi jew attivitajiet relatati mal-investiment tkun hi stess entità ta’ investiment, l-entità ta’ investiment omm għandha tkejjel dik is-sussidjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 31.

Strateġiji ta’ ħruġ

B85F Il-pjanijiet ta’ investiment ta’ entità jipprovdu wkoll evidenza tal-iskop kummerċjali tagħha. Karatteristika li tiddistingwi entità ta’ investiment minn entitajiet oħra hija li entità ta’ investiment ma tippjanax li żżomm l-investimenti tagħha b’mod indefinit; iżżommhom għal perjodu limitat. Minħabba li l-investimenti ta’ ekwità u l-investimenti f’assi mhux finanzjarji għandhom il-potenzjal li jinżammu b’mod indefinit, entità ta’ investiment għandu jkollha strateġija ta’ ħruġ li tiddokumenta kif l-entità tippjana li tirrealizza apprezzament tal-kapital minn sostanzjalment l-investimenti fl-ekwità u l-investimenti fl-assi mhux finanzjarji kollha tagħha. Entità ta’ investiment għandu jkollha wkoll strateġija ta’ ħruġ għal kwalunkwe strument ta’ dejn li jkollu l-potenzjal li jinżamm b’mod indefinit, pereżempju investimenti f’dejn perpetwu. L-entità ma għandhiex għalfejn tiddokumenta strateġiji ta’ ħruġ speċifiċi għal kull investiment individwali iżda għandha tidentifika strateġiji potenzjali differenti għal tipi jew portafolji ta’ investimenti differenti, inkluż qafas ta’ żmien sostantiv għall-ħruġ mill-investimenti. Mekkaniżmi ta’ ħruġ li jeżistu biss għal meta sseħħ inadempjenza, bħal ksur ta’ kuntratt jew nuqqas ta’ prestazzjoni, ma jitqisux bħala strateġiji ta’ ħruġ għall-iskop ta’ din il-valutazzjoni.

B85G L-istrateġiji ta’ ħruġ jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ investiment. Għall-investimenti f’titoli ta’ ekwità privata, eżempji ta’ strateġiji ta’ ħruġ jinkludu offerta pubblika inizjali, pjazzament privat, bejgħ ta’ negozju, distribuzzjonijiet (lill-investituri) ta’ interessi proprjetarji fid-destinatarji ta’ investiment u bejgħ ta’ assi (inkluż il-bejgħ tal-assi ta’ destinatarja ta’ investiment segwit b’likwidazzjoni tad-destinatarja ta’ investiment). Għall-investimenti ta’ ekwità li jkunu nnegozjati f’suq pubbliku, eżempji ta’ strateġiji ta’ ħruġ jinkludu l-bejgħ tal-investiment fi pjazzament privat jew f’suq pubbliku. Għal investimenti fi proprjetà immobbli, eżempju ta’ strateġija ta’ ħruġ huwa l-bejgħ tal-proprjetà immobbli permezz ta’ negozjanti tal-proprjetà speċjalizzati jew fis-suq miftuħ.

B85H Entità ta’ investiment jista’ jkollha investiment f’entità ta’ investiment oħra li tkun inħolqot b’rabta mal-entità għal raġunijiet ġuridiċi, regolatorji, fiskali jew raġunijiet kummerċjali simili. F’dan il-każ, l-investitur fl-entità ta’ investiment ma jeħtiġlux ikollu strateġija ta’ ħruġ għal dak l-investiment, dment li d-destinatarja ta’ investiment tal-entità ta’ investiment ikollha strateġiji ta’ ħruġ xierqa għall-investimenti tagħha.

Qligħ minn investimenti

B85I Entità ma tkunx qed tinvesti biss għall-apprezzament tal-kapital, l-introjtu mill-investiment, jew it-tnejn li huma, jekk l-entità jew membru ieħor tal-grupp li fih l-entità (jiġifieri l-grupp li huwa kkontrollat mill-kumpanija omm apikali tal-entità ta’ investiment) jikseb, jew ikollu l-objettiv li jikseb, benefiċċji oħra mill-investimenti ta’ entità li mhumiex disponibbli għal partijiet oħra li mhumiex relatati mad-destinatarja ta’ investiment. Tali benefiċċji jinkludu:

(a) 

l-akkwiżizzjoni, l-użu, l-iskambju jew l-isfruttament tal-proċessi, l-assi jew it-teknoloġija ta’ destinatarja ta’ investiment. Dan jinkludi l-fatt li l-entità jew membru ieħor tal-grupp ikollhom drittijiet sproporzjonati, jew esklużivi, li jiksbu assi, teknoloġija, prodotti jew servizzi ta’ kwalunkwe destinatarja ta’ investiment; pereżempju, billi jkollhom l-opzjoni ta’ xiri ta’ assi mingħand destinatarja ta’ investiment jekk l-iżvilupp tal-assi jitqies suċċess;

(b) 

arranġamenti konġunti (kif definit fl-IFRS 11) jew ftehimiet oħra bejn l-entità jew membru ieħor tal-grupp u destinatarja ta’ investiment biex jiġu żviluppati, prodotti, kummerċjalizzati jew ipprovduti prodotti jew servizzi;

(c) 

garanziji finanzjarji jew assi pprovduti minn destinatarja ta’ investiment biex iservu bħala kollateral għal arranġamenti ta’ teħid b’self tal-entità jew membru ieħor tal-grupp (madankollu, entità ta’ investiment xorta tibqa’ tkun tista’ tuża investiment f’destinatarja ta’ investiment bħala kollateral għal kwalunkwe teħid b’self min-naħa tagħha);

(d) 

opzjoni miżmuma minn parti relatata tal-entità li takkwista, mingħand dik l-entità jew membru ieħor tal-grupp, interess proprjetarju f’destinatarja ta’ investiment ta’ entità;

(e) 

ħlief kif deskritt fil-paragrafu B85J, tranżazzjonijiet bejn l-entità jew membru ieħor tal-grupp u destinatarja ta’ investiment li:

(i) 

huma fuq termini li ma jkunux disponibbli għal entitajiet li la huma partijiet relatati tal-entità, la ta’ membru ieħor tal-grupp u lanqas tad-destinatarja ta’ investiment;

(ii) 

mhumiex fil-valur ġust; jew

(iii) 

jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tal-attività kummerċjali tad-destinatarja ta’ investiment jew tal-entità, inklużi attivitajiet kummerċjali ta’ entitajiet oħra tal-grupp.

B85J Entità ta’ investiment jista’ jkollha strateġija li tinvesti f’aktar minn destinatarja ta’ investiment waħda fl-istess industrija, suq jew żona ġeografika sabiex tibbenefika minn sinerġiji li jżidu l-apprezzament tal-kapital u l-introjtu mill-investiment mingħand dawk id-destinatarji ta’ investiment. Minkejja l-paragrafu B85I(e), entità ma tiġix skwalifikata milli tiġi klassifikata bħala entità ta’ investiment sempliċement għaliex dawn id-destinatarji ta’ investiment jinnegozjaw ma’ xulxin.

Kejl tal-valur ġust

B85K Element essenzjali tad-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment huwa li din tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust, għax l-użu tal-valur ġust jirriżulta f’informazzjoni iktar rilevanti minn, pereżempju, il-konsolidazzjoni tas-sussidjarji tagħha jew l-użu tal-metodu tal-ekwità għall-interessi tagħha f’kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti. Sabiex turi li tissodisfa dan l-element tad-definizzjoni, entità ta’ investiment:

(a) 

tipprovdi informazzjoni lill-investituri dwar il-valur ġust u fir-rapporti finanzjarji tagħha tkejjel sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha fil-valur ġust kull meta l-valur ġust ikun meħtieġ jew permess f’konformità mal-IFRSs; u

(b) 

tirrapporta l-informazzjoni dwar il-valur ġust internament lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità (kif definit fl-IAS 24), li jużaw il-valur ġust bħala attribut primarju tal-kejl biex jevalwaw il-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha u biex jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment.

B85L Sabiex tissodisfa r-rekwiżit f’B85K(a), entità ta’ investiment:

(a) 

tagħżel li tikkontabbilizza kwalunkwe proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment;

(b) 

tagħżel l-eżenzjoni milli tapplika l-metodu tal-ekwità fl-IAS 28 għall-investimenti tagħha f’kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti; u

(c) 

tkejjel l-assi finanzjarji tagħha fil-valur ġust bl-użu tar-rekwiżiti fl-IFRS 9.

B85M Entità ta’ investiment jista’ jkollha xi assi mhux ta’ investiment, bħall-proprjetà tal-uffiċċju prinċipali u tagħmir relatat, u jista’ jkollha wkoll obbligazzjonijiet finanzjarji. L-element tal-kejl tal-valur ġust tad-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment fil-paragrafu 27(c) japplika għall-investimenti ta’ entità ta’ investiment. Għaldaqstant, entità ta’ investiment ma jeħtiġilhiex tkejjel l-assi mhux ta’ investiment tagħha jew l-obbligazzjonijiet tagħha fil-valur ġust.

Karatteristiki tipiċi ta’ entità ta’ investiment

B85N Fid-determinazzjoni ta’ jekk tissodisfax id-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment, entità għandha tqis jekk għandhiex il-karatteristiki tipiċi ta’ waħda (ara l-paragrafu 28). In-nuqqas ta’ xi karatteristika tipika minn dawn jew aktar mhux neċessarjament jiskwalifika entità milli tiġi klassifikata bħala entità ta’ investiment iżda huwa indikazzjoni li hemm bżonn ta’ ġudizzju addizzjonali biex jiġi determinat jekk l-entità hijiex entità ta’ investiment.

Aktar minn investiment wieħed

B85O Entità ta’ investiment tipikament ikollha diversi investimenti biex tiddiversifika r-riskju tagħha u timmassimizza r-redditi tagħha. Entità jista’ jkollha portafoll ta’ investimenti direttament jew indirettament, pereżempju billi jkollha investiment uniku f’entità ta’ investiment oħra li min-naħa tagħha jkollha diversi investimenti.

B85P Jista’ jkun hemm drabi meta l-entità jkollha investiment uniku. Madankollu, il-fatt li jkollha investiment uniku mhux neċessarjament jipprevjeni entità milli tissodisfa d-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment. Pereżempju, entità ta’ investiment jista’ jkollha investiment uniku meta l-entità:

(a) 

tkun fil-perjodu tal-bidu tagħha u tkun għadha ma identifikatx investimenti xierqa u, għaldaqstant, tkun għadha ma eżegwietx il-pjan ta’ investiment tagħha li tikseb diversi investimenti;

(b) 

tkun għadha ma għamiltx investimenti oħra biex tissostitwixxi dawk li ddisponiet minnhom;

(c) 

tkun stabbilita biex tippulja l-fondi tal-investituri biex tinvesti f’investiment uniku meta dak l-investiment ma jkunx jista’ jinkiseb minn investituri individwali (eż. meta l-investiment minimu meħtieġ ikun għoli wisq għal investitur individwali); jew

(d) 

tkun fil-proċess ta’ likwidazzjoni.

Aktar minn investitur wieħed

B85Q Tipikament, entità ta’ investiment ikollha diversi investituri li jippuljaw il-fondi tagħhom biex jiksbu aċċess għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u opportunitajiet ta’ investiment li għandhom mnejn ma kellhomx aċċess għalihom individwalment. Diversi investituri jagħmluha anqas probabbli li l-entità, jew membri oħra fil-grupp li jinkludi l-entità, jiksbu benefiċċji oħra apparti l-apprezzament tal-kapital jew l-introjtu mill-investiment (ara l-paragrafu B85I).

B85R Alternattivament, entità ta’ investiment tista’ tiġi ffurmata minn investitur uniku, jew għalih, li jirrappreżenta jew jappoġġa l-interessi ta’ grupp usa’ ta’ investituri (eż. fond tal-pensjonijiet, fond ta’ investiment pubbliku jew trust familjali).

B85S Jista’ jkun hemm drabi wkoll meta temporanjament l-entità jkollha investitur uniku. Pereżempju, entità ta’ investiment jista’ jkollha investitur uniku meta l-entità:

(a) 

tkun fil-perjodu tal-offerta inizjali tagħha, li ma jkunx skada u l-entità tkun qed tidentifika attivament investituri adattati;

(b) 

tkun għadha ma identifikatx investituri adattati biex jissostitwixxu interessi ta' sjieda li jkunu ġew mifdija; jew

(c) 

tkun fil-proċess ta’ likwidazzjoni.

Investituri mhux relatati

B85T Tipikament, entità ta’ investiment ikollha diversi investituri li ma jkunux partijiet relatati (kif definit fl-IAS 24) tal-entità jew ta’ membri oħra tal-grupp li jinkludi l-entità. Diversi investituri mhux relatati jagħmluha anqas probabbli li l-entità, jew membri oħra tal-grupp li jinkludi l-entità, jiksbu benefiċċji oħra apparti l-apprezzament tal-kapital jew introjtu mill-investiment (ara l-paragrafu B85I).

B85U Madankollu, entità xorta tista’ tikkwalifika bħala entità ta’ investiment anki jekk l-investituri tagħha jkunu relatati mal-entità. Pereżempju, entità ta’ investiment tista’ twaqqaf fond “parallel” separat għal grupp ta’ impjegati tagħha (bħall-membri kruċjali tal-maniġment) jew għal investitur(i) ta’ parti relatata oħra, li jirrifletti l-investimenti ta’ investiment prinċipali tal-entità. Dan il-fond “parallel” jista’ jikkwalifika bħala entità ta’ investiment anki jekk l-investituri kollha tiegħu jkunu partijiet relatati.

Interessi proprjetarji

B85V Entità ta’ investiment tipikament hija, iżda mhijiex meħtieġa tkun, entità ġuridika separata. Interessi proprjetarji f’entità ta’ investiment tipikament ikunu fil-forma ta’ ekwità jew interessi simili (eż. interessi ta’ sħubija), li jiġu attribwiti b’ishma proporzjonati tal-assi netti tal-entità ta’ investiment. Madankollu, il-fatt li jkollha klassijiet differenti ta’ investituri, li wħud minnhom ikollhom drittijiet biss għal investiment speċifiku jew għal gruppi ta’ investimenti jew li jkollhom ishma proporzjonati differenti tal-assi netti, ma jipprekludix entità milli tkun entità ta’ investiment.

B85W Barra minn hekk, entità li jkollha interessi proprjetarji sinifikanti fil-forma ta’ dejn li, f’konformità ma’ IFRSs applikabbli oħrajn, ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ ekwità, xorta tista’ tikkwalifika bħala entità ta’ investiment, dment li d-detenturi tad-dejn ikunu skoperti għal redditi varjabbli minn bidliet fil-valur ġust tal-assi netti tal-entità.

REKWIŻITI KONTABBILISTIĊI

Proċeduri ta’ konsolidazzjoni

B86 Rapporti finanzjarji konsolidati

(a) 

jgħaqqdu entrati simili ta’ assi, obbligazzjonijiet, ekwità, introjtu, spejjeż u flussi ta’ flus tal-kumpanija omm ma’ dawk tas-sussidjarji tagħha.

(b) 

ipaċu (jeliminaw) l-ammont riportat tal-investiment tal-kumpanija omm f’kull sussidjarja u l-porzjon ta’ ekwità tal-kumpanija omm f’kull sussidjarja (l-IFRS 3 jispjega kif jiġi kontabbilizzat kwalunkwe avvjament relatat).

(c) 

jeliminaw b’mod sħiħ l-assi u l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi ta’ flus intragrupp relatati ma’ tranżazzjonijiet bejn entitajiet tal-grupp (profitti jew telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet intragrupp li jkun rikonoxxut f’assi, bħal inventarju u assi fissi, jiġi totalment eliminat). It-telf intragrupp jista’ jindika indeboliment li jeħtieġ rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji konsolidati. L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu japplika għal differenzi temporanji li jirriżultaw mill-eliminazzjoni tal-profitti u t-telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet intragrupp.

Politiki tal-kontabbiltà uniformi

B87 Jekk membru tal-grupp juża politiki tal-kontabbiltà għajr dawk adottati fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal tranżazzjonijiet u eventi simili f’ċirkustanzi simili, isiru aġġustamenti xierqa fir-rapporti finanzjarji ta’ dak il-membru tal-grupp meta jkunu qegħdin jiġu ppreparati r-rapporti finanzjarji konsolidati sabiex tkun żgurata konformità mal-politiki tal-kontabbiltà tal-grupp.

Kejl

B88 Entità tinkludi l-introjtu u l-ispejjeż ta’ sussidjarja fir-rapporti finanzjarji konsolidati mid-data li fiha tikseb il-kontroll sad-data meta l-entità ma tibqax tikkontrolla s-sussidjarja. L-introjtu u l-ispejjeż tas-sussidjarja huma bbażati fuq l-ammont tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-ispiża tad-deprezzament rikonoxxuta fir-rapport tal-introjtu komprensiv konsolidat wara d-data tal-akkwiżizzjoni hija bbażata fuq il-valuri ġusti tal-assi deprezzabbli relatati rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Drittijiet potenzjali tal-vot

B89 Meta jkun hemm drittijiet potenzjali tal-vot, jew derivattivi oħrajn li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot, il-proporzjon tal-profitt jew telf u l-bidliet fl-ekwità allokata lill-entità omm u l-interessi nonkontrollanti fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati, jiġi determinat biss fuq il-bażi tal-interessi propjetarji eżistenti u ma jirriflettix l-eżerċizzju jew il-konverżjoni possibbli tad-drittijiet potenzjali tal-vot u derivattivi oħrajn, sakemm ma japplikax il-paragrafu B90.

B90 F’xi ċirkustanzi entità jkollha, sostanzjalment, interess propjetarju eżistenti b’riżultat ta’ tranżazzjoni li preżentement tagħti lill-entità aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess propjetarju. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-proporzjon allokat lill-entità omm u l-interessi nonkontrollanti fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati jiġi determinat billi jitqies l-eżerċizzju eventwali ta’ dawk id-drittijiet potenzjali tal-vot u derivattivi oħrajn li preżentement jagħtu aċċess lill-entità għar-redditi.

B91 L-IFRS 9 ma japplikax għal interessi f’sussidjarji li jkunu konsolidati. Meta strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot fis-sustanza preżentement jagħtu aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess propjetarju f’sussidjarja, l-istrumenti ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-IFRS 9. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-istrumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot f’sussidjarja jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 9.

Data tar-rapportar

B92 Ir-rapporti finanzjarji tal-entità omm u s-sussidjarji tagħha użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati, għandu jkollhom l-istess data tar-rapportar. Meta t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tal-entità omm ikun differenti minn dak ta’ sussidjarja, is-sussidjarja tipprepara, għal finijiet ta’ konsolidazzjoni, informazzjoni finanzjarja addizzjonali mill-istess data bħar-rapporti finanzjarji tal-entità omm sabiex l-entità omm tkun tista’ tikkonsolida l-informazzjoni finanzjarja tas-sussidjarja, sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel dan.

B93 Jekk ikun imprattikabbli li tagħmel dan, l-entità omm għandha tikkonsolida l-informazzjoni finanzjarja tas-sussidjarja billi tuża l-aktar rapporti finanzjarji riċenti tas-sussidjarja aġġustati għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew eventi sinifikanti li jseħħu bejn id-data ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji u d-data tar-rapporti finanzjarji konsolidati. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn id-data tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja u dik tar-rapporti finanzjarji konsolidati ma għandhiex tkun ta’ iktar minn tliet xhur, u t-tul tal-perjodi ta’ rapportar u kwalunkwe differenza bejn id-dati tar-rapporti finanzjarji għandha tkun l-istess minn perjodu sa perjodu.

Interessi nonkontrollanti

B94 Entità għandha tattribwixxi l-profitt jew it-telf u kull komponent ta’ introjtu ieħor komprensiv lis-sidien tal-entità omm u lill-interessi nonkontrollanti. L-entità għandha tattribwixxi wkoll l-introjtu komprensiv totali lis-sidien tal-entità omm u lill-interessi nonkontrollanti anki jekk dan iwassal biex l-interessi nonkontrollanti jkollhom bilanċ ta’ defiċit.

B95 Jekk sussidjarja jkollha ishma privileġġjati kumulattivi pendenti li jkunu klassifikati bħala ekwità u jinżammu minn interessi nonkontrollanti, l-entità għandha tikkalkula s-sehem tagħha ta’ qligħ jew telf wara aġġustament għad-dividendi fuq dawn l-ishma, irrispettivament minn jekk dawn id-dividendi jkunux ġew iddikjarati.

Bidliet fil-proporzjon miżmum minn interessi nonkontrollanti

B96 Meta l-proporzjon tal-ekwità miżmuma minn interessi nonkontrollanti jinbidel, entità għandha taġġusta l-ammonti riportati tal-interessi kontrollanti u nonkontrollanti sabiex jirriflettu l-bidliet fl-interessi relattivi tagħhom fis-sussidjarja. L-entità għandha tirrikonoxxi direttament fl-ekwità kwalunkwe differenza bejn l-ammont li bih jiġu aġġustati l-interessi nonkontrollanti u l-valur ġust tal-korrispettiv imħallas jew riċevut, u tattribwiha lis-sidien tal-kumpanija omm.

Telf tal-kontroll

B97 Entità omm tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja f’żewġ arranġamenti (tranżazzjonijiet) jew aktar. Madankollu, xi kultant iċ-ċirkustanzi jindikaw li l-arranġamenti multipli jenħtieġ li jiġu kontabbilizzati bħala tranżazzjoni waħda. Fid-determinazzjoni dwar jekk l-arranġamenti jiġux kontabbilizzati bħala tranżazzjoni waħda, entità omm għandha tqis it-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-arranġamenti u l-effetti ekonomiċi tagħhom. Waħda jew iżjed milli ġejjin jindikaw li jenħtieġ li l-kumpanija omm tikkontabbilizza l-arranġamenti multipli bħala tranżazzjoni waħda:

(a) 

Il-kumpanija tkun daħlet għall-arranġamenti fl-istess ħin jew daħlet għal wieħed waqt li qed tikkontempla l-ieħor.

(b) 

Jiffurmaw tranżazzjoni waħda maħsuba biex tikseb effett kummerċjali ġenerali.

(c) 

L-okkorrenza ta’ arranġament wieħed jiddependi fuq l-okkorrenza ta’ mill-inqas arranġament ieħor.

(d) 

Arranġament wieħed meqjus waħdu mhuwiex iġġustifikat ekonomikament, imma huwa ġġustifikat ekonomikament meta jitqies flimkien ma’ arranġamenti oħra. Eżempju huwa meta disponiment ta’ ishma jkun ipprezzat inqas mis-suq u jiġi kkumpensat b’disponiment sussegwenti pprezzat ogħla mis-suq.

B98 Jekk kumpanija omm titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, din għandha:

(a) 

tirtira r-rikonoxximent:

(i) 

tal-assi (inkluż kwalunkwe avvjament) u tal-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja fl-ammonti riportati tagħhom fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(ii) 

tal-ammont riportat ta’ kwalunkwe interess nonkontrollanti fis-sussidjarja preċedenti fid-data meta jintilef il-kontroll (inkluż kwalunkwe komponent ta’ introjtu ieħor komprensiv attribwibbli lilu).

(b) 

tirrikonoxxi:

(i) 

il-valur ġust tal-korrispettiv riċevut, jekk ikun hemm, mit-tranżazzjoni, mill-event jew miċ-ċirkustanzi li rriżultaw fit-telf tal-kontroll;

(ii) 

jekk it-tranżazzjoni, l-event jew iċ-ċirkustanzi li rriżultaw fit-telf tal-kontroll jinvolvu distribuzzjoni tal-ishma tas-sussidjarja lis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, dik id-distribuzzjoni; u

(iii) 

kwalunkwe investiment fis-sussidjarja preċedenti fil-valur ġust fid-data meta jintilef il-kontroll.

(c) 

tirriklassifika fi profitt jew telf, jew tittrasferixxi direttament fi qligħ imfaddal jekk dan ikun mitlub minn IFRSs oħra, l-ammonti rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fir-rigward tas-sussidjarja fuq il-bażi deskritta fil-paragrafu B99.

(d) 

tirrikonoxxi kwalunkwe differenza li tirriżulta bħala qligħ jew telf fi profitt jew telf attribwibbli għall-kumpanija omm.

B99 Jekk kumpanija omm titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, il-kumpanija omm għandha tikkontabbilizza l-ammonti kollha preċedentement rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fir-rigward ta’ dik is-sussidjarja fuq l-istess bażi li tkun meħtieġa kieku l-entità omm iddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għaldaqstant, jekk qligħ jew telf preċedentement rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv jiġi riklassifikat għal profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, il-kumpanija omm għandha tirriklassifika l-qligħ jew it-telf mill-ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni) meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. Jekk surplus ta’ rivalwazzjoni preċedentement rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv jiġi trasferit direttament għall-qligħ imfaddal wara d-disponiment tal-assi, il-kumpanija omm għandha tittrasferixxi s-surplus ta’ rivalwazzjoni direttament għall-qligħ imfaddal meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja.

KONTABBILIZZAZZJONI GĦAL BIDLA FL-ISTATUS TAL-ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

B100 Meta entità ma tibqax entità ta’ investiment, din għandha tapplika l-IFRS 3 għal kwalunkwe sussidjarja li preċedentement kienet titkejjel fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 31. Id-data tal-bidla fl-istatus għandha tkun id-data tal-akkwiżizzjoni preżunta. Il-valur ġust tas-sussidjarja fid-data tal-akkwiżizzjoni preżunta għandu jirrappreżenta l-korrispettiv trasferit preżunt meta jitkejjel kwalunkwe avvjament jew qligħ minn xiri bi prezz innegozjat li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni preżunta. Is-sussidjarji kollha għandhom jiġu kkonsolidati f’konformità mal-paragrafi 19–24 ta’ dan l-IFRS mid-data tal-bidla fl-istatus.

B101 Meta entità ssir entità ta’ investiment, din ma għandhiex tibqa’ tikkonsolida s-sussidjarji tagħha fid-data tal-bidla fl-istatus, ħlief għal kwalunkwe sussidjarja li għandha tkompli tiġi kkonsolidata f’konformità mal-paragrafu 32. L-entità ta’ investiment għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 25 u 26 għal dawk is-sussidjarji li ma tibqax tikkonsolida bħallikieku l-entità ta’ investiment tilfet il-kontroll ta’ dawk is-sussidjarji f’dik id-data.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 11, l-IFRS 12, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

C1A  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 11u l-IFRS 12), maħruġ f’Ġunju 2012, emenda l-paragrafi C2–C6 u żied il-paragrafi C2A–C2B, C4A–C4C, C5A u C6A–C6B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 10 għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar bikri.

C1B  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafi 2, 4, C2A, C6A u l-Appendiċi A u żied il-paragrafi 27–33, B85A–B85W, B100–B101 u C3A–C3F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

C1D  Entitajiet ta’ Investiment: L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjoni tal-Konsolidazzjoni (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 28), maħruġ f’Diċembru 2014, emenda l-paragrafi 4, 32, B85C, B85E u C2A u żied il-paragrafi 4A-4B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

C2 Entità għandha tapplika dan l-IFRS b’mod retrospettiv, f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi C2A–C6.

C2A Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8, meta jiġi applikat dan l-IFRS għall-ewwel darba, u, jekk aktar tard, meta jiġu applikati l-emendi għal Entitajiet ta’ Investiment u Entitajiet ta’ Investiment: L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjoni tal-Konsolidazzjoni għal dan l-IFRS għall-ewwel darba, entità jeħtiġilha biss tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS (“il-perjodu immedjatament preċedenti”). Entità tista’ tippreżenta wkoll din l-informazzjoni għall-perjodu kurrenti jew għal perjodi komparattivi aktar bikrija, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk.

C2B Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li dan l-IFRS huwa applikat għalih għall-ewwel darba.

C3 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità mhijiex meħtieġa tagħmel aġġustamenti għall-kontabbiltà preċedenti għall-involviment tagħha ma’:

(a) 

entitajiet li jkunu konsolidati f’dik id-data f’konformità mal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati u l-SIC-12 Konsolidazzjoni—Entitajiet bi Skop Speċjali u għadhom konsolidati f’konformità ma’ dan l-IFRS; jew

(b) 

entitajiet li mhux se jkunu konsolidati f’dik id-data f’konformità mal-IAS 27 u l-SIC-12, u mhumiex konsolidati f’konformità ma’ dan l-IFRS.

C3A Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tivvaluta jekk hijiex entità ta’ investiment abbażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jkunu jeżistu f’dik id-data. Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tikkonkludi li hija entità ta’ investiment, din għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi C3B–C3F minflok tal-paragrafi C5–C5A.

C3B Ħlief għal kwalunkwe sussidjarja li tkun konsolidata f’konformità mal-paragrafu 32 (li għaliha japplikaw il-paragrafi C3 u C6 jew il-paragrafi C4–C4C, skont liema rilevanti), l-entità ta’ investiment għandha tkejjel l-investiment tagħha f’kull sussidjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf bħallikieku r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS kienu dejjem effettivi. L-entità ta’ investiment għandha taġġusta b’mod retrospettiv kemm il-perjodu annwali li jippreċedi immedjatament id-data tal-applikazzjoni inizjali kif ukoll l-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

ammont riportat preċedenti tas-sussidjarja; u

(b) 

il-valur ġust tal-investiment ta’ entità tal-investiment fis-sussidjarja.

L-ammont kumulattiv ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust rikonoxxut preċedentement f’introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi trasferit fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

C3C Qabel id-data li fiha jiġi adottat l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, entità ta’ investiment għandha tuża l-ammonti fil-valur ġust li kienu rrapportati preċedentement lill-investituri jew lill-maniġment, jekk dawk l-ammonti jirrappreżentaw l-ammont li bih seta’ jiġi skambjat l-investiment bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata fid-data tal-valwazzjoni.

C3D Jekk il-kejl ta’ investiment f’sussidjarja f’konformità mal-paragrafi C3B–C3C ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8), entità ta’ investiment għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafi C3B–C3C, u li jista’ jkun il-perjodu kurrenti. L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli ma jkunx il-perjodu kurrenti. Jekk dan ikun il-każ, l-aġġustament fl-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu kurrenti.

C3E Jekk entità ta’ investiment tkun iddisponiet minn investiment f’sussidjarja, jew tilfet il-kontroll tiegħu, qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS, l-entità ta’ investiment mhijiex meħtieġa tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti għal dik is-sussidjarja.

C3F Jekk entità tapplika l-emendi ta’ Entitajiet ta’ Investiment għal perjodu aktar tard minn meta tapplika l-IFRS 10 għall-ewwel darba, ir-referenzi għad-“data tal-applikazzjoni inizjali” fil-paragrafi C3A–C3E għandhom jinqraw bħala “il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih l-emendi f’Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, jiġu applikati għall-ewwel darba.”

C4 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, investitur jikkonkludi li għandu jikkonsolida destinatarja ta’ investiment li ma kinitx konsolidata f’konformità mal-IAS 27 u l-SIC-12, l-investitur għandu:

(a) 

jekk id-destinatarja ta’ investiment tkun negozju (kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f’dik id-destinatarja ta’ investiment preċedentement mhux konsolidata daqslikieku dik id-destinatarja ta’ investiment kienet konsolidata (u għalhekk kienet applikat il-kontabbiltà ta’ akkwiżizzjoni f’konformità mal-IFRS 3) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta’ dik id-destinatarja ta’ investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha jkun inkiseb il-kontroll tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(i) 

l-ammont ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(ii) 

l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment.

(b) 

jekk id-destinatarja ta’ investiment ma tkunx negozju (kif definit fl-IFRS 3), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f’dik id-destinatarja ta’ investiment preċedentement mhux konsolidata (billi jiġi applikat il-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 iżda mingħajr ma jiġi rikonoxxut l-ebda avvjament għad-destinatarja ta’ investiment) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta’ dik id-destinatarja ta’ investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha jkun inkiseb il-kontroll tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(i) 

l-ammont ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(ii) 

l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment.

C4A Jekk il-kejl tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti tad-destinatarja ta’ investiment f’konformità mal-punt C4(a) jew (b) ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8), l-investitur għandu:

(a) 

jekk id-destinatarja ta’ investiment tkun negozju, japplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3 mid-data tal-akkwiżizzjoni preżunta. Id-data tal-akkwiżizzjoni preżunta għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafu C4(a), li jista’ jkun il-perjodu attwali.

(b) 

jekk id-destinatarja ta’ investiment ma tkunx negozju, japplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 iżda mingħajr ma jirrikonoxxi l-ebda avvjament għad-destinatarja ta’ investiment mid-data tal-akkwiżizzjoni preżunta. Id-data tal-akkwiżizzjoni preżunta għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafu C4(b), li jista’ jkun il-perjodu kurrenti.

L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli ma jkunx il-perjodu kurrenti. Meta d-data tal-akkwiżizzjoni preżunta tkun aktar kmieni mill-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(c) 

l-ammont ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(d) 

l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment.

Jekk l-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli jkun il-perjodu kurrenti, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu kurrenti.

C4B Meta investitur japplika l-paragrafi C4–C4A u d-data li fiha nkiseb dak il-kontroll f’konformità ma’ dan l-IFRS tkun aktar tard mid-data effettiva tal-IFRS 3 kif rivedut fl-2008 (l-IFRS 3 (2008)), ir-referenza għall-IFRS 3 fil-paragrafi C4 u C4A għandha tkun għall-IFRS 3 (2008). Jekk il-kontroll inkiseb qabel id-data effettiva tal-IFRS 3 (2008), investitur għandu japplika l-IFRS 3 (2008) jew l-IFRS 3 (maħruġ fl-2004).

C4C Meta investitur japplika l-paragrafi C4–C4A u d-data li fiha nkiseb il-kontroll f’konformità ma’ dan l-IFRS tkun aktar tard mid-data effettiva tal-IAS 27 kif rivedut fl-2008 (IAS 27 (2008)), investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi kollha li d-destinatarja ta’ investiment tkun retrospettivament ikkonsolidata f’konformità mal-paragrafi C4–C4A. Jekk il-kontroll ikun inkiseb qabel id-data effettiva tal-IAS 27 (2008), investitur għandu japplika:

(a) 

ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi kollha li d-destinatarja ta’ investiment tkun retrospettivament konsolidata f’konformità mal-paragrafi C4–C4A; jew

(b) 

ir-rekwiżiti tal-verżjoni tal-IAS 27 maħruġ fl-2003 (l-IAS 27 (2003)) għal dawk il-perjodi qabel id-data effettiva tal-IAS 27 (2008) u minn wara dik id-data r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi sussegwenti.

C5 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, investitur jikkonkludi li mhux se jibqa’ jikkonsolida destinatarja ta’ investiment li kienet konsolidata f’konformità mal-IAS 27 u l-SIC-12, l-investitur għandu jkejjel l-interess tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment fl-ammont li fih kien jitkejjel kieku r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS kienu effettivi meta l-investitur sar involut (iżda ma kisibx kontroll f’konformità ma’ dan l-IFRS), mad-destinatarja ta’ investiment, jew tilef il-kontroll tagħha. L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha l-investitur ikun sar involut (iżda ma jkunx kiseb kontroll f’konformità ma’ dan l-IFRS) mad-destinatarja ta’ investiment, jew tilef il-kontroll tagħha, tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat preċedenti ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti; u

(b) 

l-ammont rikonoxxut tal-interess tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment.

C5A Jekk il-kejl tal-interess fid-destinatarja ta’ investiment f’konformità mal-paragrafu C5 ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8), investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni tal-paragrafu C5 tkun prattikabbli, li jista’ jkun il-perjodu kurrenti. L-investitur għandu jaġġusta b’mod retrospettiv il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli ma jkunx il-perjodu kurrenti. Meta d-data li fiha l-investitur ikun sar involut (iżda ma jkunx kiseb kontroll f’konformità ma’ dan l-IFRS) mad-destinatarja ta’ investiment, jew tilef il-kontroll tagħha, tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat preċedenti ta’ assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti; u

(b) 

l-ammont rikonoxxut tal-interess tal-investitur fid-destinatarja ta’ investiment.

Jekk l-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu tkun prattikabbli jkun il-perjodu kurrenti, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu kurrenti.

C6 Il-paragrafi 23, 25, B94 u B96–B99 kienu emendi għall-IAS 27 li saru fl-2008 li ġew riportati fl-IFRS 10. Ħlief meta entità tapplika l-paragrafu C3, jew tkun meħtieġa tapplika l-paragrafi C4-C5A, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti f’dawk il-paragrafi kif ġej:

(a) 

Entità ma għandha tirridikjara l-ebda attribuzzjoni ta’ profitt jew telf għal perjodi ta’ rapportar qabel ma tkun applikat l-emenda fil-paragrafu B94 għall-ewwel darba.

(b) 

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 23 u B96 għall-ikkontabbilizzar ta’ bidliet fl-interessi proprjetarji f’sussidjarja wara li jinkiseb il-kontroll ma japplikawx għal bidliet li jkunu seħħew qabel ma entità tkun applikat dawn l-emendi għall-ewwel darba.

(c) 

Entità ma għandhiex tirridikjara l-ammont riportat ta’ investiment f’sussidjarja preċedenti jekk il-kontroll ikun intilef qabel ma din tkun applikat l-emendi fil-paragrafi 25 u B97–B99 għall-ewwel darba. Barra minn hekk, entità ma għandha tirrikalkola l-ebda qligħ jew telf fuq it-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja li jkun seħħ qabel ma ġew applikati l-emendi fil-paragrafi 25 u B97–B99 għall-ewwel darba.

Referenzi għall-“perjodu immedjatament preċedenti”

C6A Minkejja r-referenzi għall-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali (il-“perjodu immedjatament preċedenti”) fil-paragrafi C3B-C5A, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti preżentat, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għall-ebda perjodu preċedenti, ir-referenzi kollha għall-“perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C3B–C5A għandhom jinqraw bħala “l-aktar perjodu komparattiv aġġustat bikri ppreżentat”.

C6B Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, din għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma tkunx ġiet aġġustata, tiddikjara li ġiet ippreparata fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

Referenzi għall-lFRS 9

C7 Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhijiex qiegħda tapplika l-IFRS 9, kwalunkwe referenza f’dan l-IFRS għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TA’ IFRSs OĦRA

C8 Dan l-IFRS jieħu post ir-rekwiżiti fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati fl-IAS 27 (kif emendat fl-2008).

C9 Dan l-IFRS jieħu post ukoll l-SIC-12 Konsolidazzjoni—Entitajiet bi Skop Speċjali.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 11

Arranġamenti Konġunti

OBJETTIV

1   L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jistabbilixxi l-prinċipji għar-rapportar finanzjarju minn entitajiet li għandhom interess fl-arranġamenti li huma kontrollati b’mod konġunt (jiġifieri arranġamenti konġunti).

Ilħiq tal-objettiv

2 2 Sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 1, dan l-IFRS jiddefinixxi kontroll konġunt u jirrikjedi li entità li tkun parti għal arranġament konġunt tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li fih tkun involuta billi tivvaluta d-drittijiet u l-obbligi tagħha u tikkontabbilizza dawk id-drittijiet u l-obbligi f’konformità ma’ dak it-tip ta’ arranġament konġunt.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3   Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha li huma parti għal arranġament konġunt.

ARRANĠAMENTI KONĠUNTI

4   Arranġament konġunt huwa arranġament li fih żewġ partijiet jew aktar ikollhom kontroll konġunt.

5   Arranġament konġunt għandu dawn il-karatteristiki li ġejjin:

(a) 

Il-partijiet huma marbuta b’arranġament kuntrattwali (ara l-paragrafi B2-B4).

(b) 

L-arranġament kuntrattwali jagħti lil tnejn jew aktar minn dawk il-partijiet kontroll konġunt tal-arranġament (ara l-paragrafi 7-13).

6   Arranġament konġunt huwa operazzjoni konġunta jew impriża konġunta.

Kontroll konġunt

7   Kontroll konġunt huwa l-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament li teżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

8 Entità li tkun parti minn arranġament għandha tivvaluta jekk l-arranġament kuntrattwali jagħtix lill-partijiet kollha, jew lil grupp tal-partijiet, kontroll tal-arranġament b’mod kollettiv. Il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament b’mod kollettiv meta dawn iridu jaġixxu flimkien biex jidderieġu l-attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tal-arranġament (jiġifieri l-attivitajiet rilevanti).

9 Ladarba jkun ġie determinat li l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament b’mod kollettiv, il-kontroll konġunt jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkontrollaw l-arranġament b’mod kollettiv.

10 F’arranġament konġunt, l-ebda parti ma tikkontrolla l-arranġament waħedha. Parti bil-kontroll konġunt ta’ arranġament tista’ timpedixxi lil kwalunkwe waħda mill-partijiet l-oħra, jew grupp tal-partijiet, milli jikkontrollaw l-arranġament.

11 Arranġament jista’ jkun arranġament konġunt għalkemm mhux il-partijiet kollha tiegħu jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament. Dan l-IFRS jiddistingwi bejn partijiet li għandhom kontroll konġunt ta’ arranġament konġunt (operaturi konġunti jew imprendituri konġunti) u partijiet li jipparteċipaw f’arranġament konġunt, iżda li ma għandhomx kontroll konġunt tiegħu.

12 Entità teħtieġ li tapplika l-ġudizzju meta tivvaluta jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikollhomx kontroll konġunt ta’ arranġament. Entità għandha twettaq din il-valutazzjoni billi tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (ara l-paragrafi B5-B11).

13 Jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jinbidlu, entità għandha tirrivaluta jekk ikunx għad għandha kontroll konġunt tal-arranġament.

Tipi ta’ arranġamenti konġunti

14   Entità għandha tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li hija tkun involuta fih. Il-klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt bħala operazzjoni konġunta jew impriża konġunta tiddependi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet tal-arranġament.

15   Operazzjoni konġunta hija arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament. Dawk il-partijiet jissejħu operaturi konġunti. Dawk il-partijiet jissejħu operaturi konġunti.

16   Impriża konġunta hija arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament. Dawk il-partijiet jissejħu imprendituri konġunti.

17 Entità tapplika l-ġudizzju meta tivvaluta jekk arranġament konġunt huwiex operazzjoni konġunta jew impriża konġunta. Entità għandha tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li fih hija tkun involuta billi tqis id-drittijiet u l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-arranġament. Entità tivvaluta d-drittijiet u l-obbligi tagħha billi tqis l-istruttura u l-forma ġuridika tal-arranġament, it-termini maqbula mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali u, meta jkunu rilevanti, fatti u ċirkustanzi oħra (ara l-paragrafi B12-B33).

18 Kultant il-partijiet ikunu marbuta minn ftehim qafas li jistabbilixxi t-termini kuntrattwali ġenerali għat-twettiq ta’ operazzjoni waħda jew aktar. Il-ftehim qafas jista’ jistabbilixxi li l-partijiet jistabbilixxu arranġamenti konġunti differenti biex iwettqu attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-ftehim. Għalkemm dawk l-arranġamenti konġunti huma relatati mal-istess ftehim qafas, it-tip tagħhom jista’ jkun differenti jekk id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ivarjaw meta jwettqu l-attivitajiet differenti msemmija fil-ftehim qafas. B’konsegwenza ta’ dan, operazzjonijiet konġunti u impriżi konġunti jistgħu jeżistu flimkien meta l-partijiet iwettqu attivitajiet differenti li jagħmlu parti mill-istess ftehim qafas.

19 Jekk jinbidlu l-fatti u ċ-ċirkustanzi, entità għandha tirrivaluta jekk inbidilx it-tip ta’ arranġament konġunt li fih tkun involuta.

RAPPORTI FINANZJARJI TAL-PARTIJIET GĦAL ARRANĠAMENT KONĠUNT

Operazzjonijiet konġunti

20   Operatur konġunt għandu jirrikonoxxi b’rabta mal-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta:

(a) 

l-assi tagħha, inkluż is-sehem tagħha ta’ kwalunkwe assi li jinżamm b’mod konġunt;

(b) 

l-obbligazzjonijiet tagħha, inkluż is-sehem tagħha ta’ kwalunkwe obbligazzjoni mġarrba b’mod konġunt;

(c) 

id-dħul tagħha mill-bejgħ tas-sehem tagħha tal-output li jirriżulta mill-operazzjoni konġunta;

(d) 

is-sehem tad-dħul mill-bejgħ tal-eżitu tal-operazzjoni konġunta; u

(e) 

l-ispejjeż tagħha, inkluż is-sehem ta’ kwalunkwe spiża mġarrba b’mod konġunt.

21 Operatur konġunt għandu jikkontabbilizza l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż marbuta mal-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta f’konformità mal-IFRSs applikabbli għall-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż partikulari.

21A Meta entità takkwista interess f’operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, din għandha tapplika, sal-limitu tas-sehem tagħha f’konformità mal-paragrafu 20, il-prinċipji kollha dwar il-kontabilizzazzjoni ta’ kombinamenti ta’ negozji fl-IFRS 3, u IFRSs oħra, li ma jkunux f’kunflitt mal-gwida f’dan l-IFRS u tiddivulga l-informazzjoni li hija meħtieġa f’dawk l-IFRSs fir-rigward tal-kombinamenti ta’ negozji. Dan japplika għall-akkwiżizzjoni kemm ta’ interess inizjali kif ukoll ta’ interessi addizzjonali f’operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju. Il-kontabilizzazzjoni għall-akkwiżizzjoni ta’ interess f’operazzjoni konġunta bħal din hija speċifikata fil-paragrafi B33A–B33D.

22 Il-kontabbiltà għal tranżazzjonijiet bħall-bejgħ, il-kontribuzzjoni jew ix-xiri ta’ assi bejn entità u operazzjoni konġunta li fiha hija tkun operatur konġunt huwa speċifikat fil-paragrafi B34-B37.

23 Parti li tipparteċipa f’operatur konġunt, iżda li ma għandhiex kontroll konġunt tagħha, għandha tikkontabbilizza wkoll l-interess tagħha fl-arranġament f’konformità mal-paragrafi 20-22 jekk dik il-parti jkollha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-operazzjoni konġunta. Jekk parti li tipparteċipa f’operazzjoni konġunta, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt tagħha, ma jkollhiex drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta ma’ dik l-operazzjoni konġunta, din għandha tikkontabbilizza l-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta f’konformità mal-IFRSs applikabbli għal dak l-interess.

Impriżi konġunti

24   Imprenditur konġunt għandu jirrikonoxxi l-interess tiegħu f’impriża konġunta bħala investiment u għandu jieħu kont ta’ dak l-investiment bl-użu tal-metodu tal-ekwità skont l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjali u Impriżi Konġunti sakemm l-entità ma tkunx eżentata milli tapplika l-metodu tal-ekwità kif speċifikat f’dak l-istandard.

25 Parti li tipparteċipa f’impriża konġunta, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt tagħha, għandha tikkontabbilizza l-interess tagħha fl-arranġament f’konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, sakemm ma jkollhiex influwenza sinifikanti fuq l-impriża konġunta, f’liema każ għandha tikkontabbilizzah f’konformità mal-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

26   Fir-rapporti finanzjarji separati tiegħu, operatur konġunt jew imprenditur konġunt għandu jikkontabbilizza l-interess tiegħu:

(a) 

f’operazzjoni konġunta f’konformità mal-paragrafi 20-22;

(b) 

f’impriża konġunta f’konformità mal-paragrafu 10 tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati.

27   Fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, parti li tipparteċipa f’arranġament konġunt, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt tiegħu, għandha tikkontabbilizza l-interess tagħha:

(a) 

f’operazzjoni konġunta f’konformità mal-paragrafu 23;

(b) 

f’impriża konġunta f’konformità mal-IFRS 9, sakemm l-entità ma jkollhiex influwenza sinifikanti fuq l-impriża konġunta, f’liema każ għandha tapplika l-paragrafu 10 tal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

arranġament konġunt

Arranġament li tiegħu żewġ partijiet jew aktar ikollhom kontroll konġunt.

kontroll konġunt

Il-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament, li teżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

operazzjoni konġunta

Arranġament konġunt li bih il-partijiet li għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

operatur konġunt

Parti minn operazzjoni konġunta li għandha kontroll konġunt ta’ dik l-operazzjoni konġunta.

impriża konġunta

Arranġament konġunt li bih il-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament għandhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.

imprenditur konġunt

Parti minn impriża konġunta li għandha kontroll konġunt ta’ dik l-impriża konġunta.

parti għal arranġament konġunt

Entità li tipparteċipa f’arranġament konġunt, irrispettivament minn jekk l-entità għandhiex kontroll konġunt tal-arranġament.

veikolu separat

Struttura finanzjarja identifikabbli separatament, inklużi entitajiet legali jew entitajiet rikonoxxuti skont statut separati, irrispettivament minn jekk dawk l-entitajiet ikollhomx personalità ġuridika.

Dawn it-termini li ġejjin huma definiti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs:

— 
kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment
— 
metodu tal-ekwità
— 
setgħa
— 
drittijiet protettivi
— 
attivitajiet rilevanti
— 
rapporti finanzjarji separati
— 
influwenza sinifikanti.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–27 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħrajn tal-IFRS.

B1 L-eżempji f’dan l-Appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti attwali, il-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha ta’ mudell ta’ fatt partikulari jkollu jiġi evalwat fl-applikazzjoni tal-IFRS 11.

ARRANĠAMENTI KONĠUNTI

Arranġament kuntrattwali (il-paragrafu 5)

B2 Tista’ tingħata evidenza ta’ arranġamenti kuntrattwali f’diversi modi. Arranġament kuntrattwali infurzabbli spiss isir, iżda mhux dejjem, bil-miktub, ġeneralment fil-forma ta’ kuntratt jew diskussjonijiet dokumentati bejn il-partijiet. Mekkaniżmi statutorji jistgħu joħolqu wkoll arranġamenti infurzabbli, waħedhom jew flimkien ma’ kuntratti bejn il-partijiet.

B3 Meta arranġamenti konġunti jkunu strutturati permezz ta’ veikolu separat (ara l-paragrafi B19–B33), l-arranġament kuntrattwali, jew xi aspetti tal-arranġament kuntrattwali, f’xi każijiet jiġu inkorporati fl-artikoli, fil-karta jew fir-regolamenti sekondarji tal-veikolu separat.

B4 L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi t-termini li bihom il-partijiet jipparteċipaw fl-attività li tkun is-suġġett tal-arranġament. L-arranġament kuntrattwali ġeneralment jittratta kwistjonijiet bħal:

(a) 

l-iskop, l-attività u d-durata tal-arranġament konġunt.

(b) 

kif il-membri tal-bord tad-diretturi, jew il-korp ta’ tmexxija ekwivalenti, tal-arranġament konġunt, jinħatru.

(c) 

il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet: il-kwistjonijiet li jeħtieġu deċiżjonijiet mingħand il-partijiet, id-drittijiet tal-vot tal-partijiet u l-livell ta’ appoġġ meħtieġ għal dawk il-kwistjonijiet. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rifless fl-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi kontroll konġunt tal-arranġament (ara l-paragrafi B5-B11).

(d) 

il-kapital jew kontribuzzjonijiet oħra meħtieġa mill-partijiet.

(e) 

kif il-partijiet jikkondividu l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul, l-ispejjeż jew il-profitt jew it-telf relatati mal-arranġament konġunt.

Kontroll konġunt (il-paragrafi 7-13)

B5 Fil-valutazzjoni ta’ jekk entità jkollhiex kontroll konġunt ta’ arranġament, entità għandha tivvaluta l-ewwel jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollawx l-arranġament. L-IFRS 10 jiddefinixxi l-kontroll u għandu jintuża biex jiġi determinat jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikunux esposti, jew għandhomx drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tagħhom mal-arranġament u jkollhomx il-kapaċità li jaffettwaw dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tagħhom fuq l-arranġament. Meta l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, meqjusa kollettivament, ikunu jistgħu jmexxu l-attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditi tal-arranġament (jiġifieri l-attivitajiet rilevanti), il-partijiet jikkontrollaw l-arranġament b’mod kollettiv.

B6 Wara li tikkonkludi li l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament b’mod kollettiv, entità għandha tivvaluta jekk għandhiex kontroll konġunt tal-arranġament. Il-kontroll konġunt jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li kollettivament jikkontrollaw il-ftehim. Il-valutazzjoni ta’ jekk l-arranġament huwiex kontrollat b’mod konġunt mill-partijiet kollha tiegħu jew minn grupp tal-partijiet, jew huwiex kontrollat minn waħda biss mill-partijiet tiegħu, jista’ jeħtieġ ġudizzju.

B7 Kultant il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jiġi miftiehem mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali tagħhom iwassal b’mod impliċitu għall-kontroll konġunt. Pereżempju, nassumu li żewġ partijiet jistabbilixxu arranġament li fih kull waħda minnhom ikollha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot u l-arranġament kuntrattwali bejniethom jispeċifika li mill-anqas 51 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ikunu meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti. F’dan il-każ, il-partijiet jaqblu b’mod impliċitu li għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għaliex deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti ma jistgħux jittieħdu mingħajr il-qbil taż-żewġ partijiet.

B8 F’ċirkustanzi oħra, l-arranġament kuntrattwali jeħtieġ proporzjon minimu tad-drittijiet tal-vot biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti. Meta dak il-proporzjon minimu meħtieġ tad-drittijiet tal-vot ikun jista’ jinkiseb permezz ta’ aktar minn kombinazzjoni waħda tal-qbil tal-partijiet flimkien, dak l-arranġament ma jkunx arranġament konġunt sakemm l-arranġament kuntrattwali ma jispeċifikax liema partijiet (jew kombinazzjoni ta’ partijiet) ikunu meħtieġa li jaqblu unanimament ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament.

Eżempji ta’ applikazzjoni

Eżempju 1

Nassumu li tliet partijiet jistabbilixxu arranġament: A għandha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament, B għandha 30 fil-mija u C għandha 20 fil-mija. L-arranġament kuntrattwali bejn A, B u C jispeċifika li mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament. Għalkemm A tista’ timblokka kwalunkwe deċiżjoni, din ma tikkontrollax l-arranġament għaliex teħtieġ il-qbil ta’ B. It-termini tal-arranġament kuntrattwali tagħhom li jeħtieġ mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jimplika li A u B għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għaliex deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament ma jistgħux jittieħdu mingħajr il-qbil kemm ta’ A kif ukoll ta’ B.

Eżempju 2

Nassumu li arranġament għandu tliet partijiet: A għandha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament u B u C għandhom 25 fil-mija kull wieħed. L-arranġament kuntrattwali bejn A, B u C jispeċifika li mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament. Għalkemm A tista’ timblokka kwalunkwe deċiżjoni, din ma tikkontrollax l-arranġament għaliex teħtieġ il-qbil ta’ B jew C. F’dan l-eżempju, A, B u C kollettivament jikkontrollaw l-arranġament. Madankollu, hemm aktar minn kombinazzjoni waħda ta’ partijiet li jistgħu jaqblu biex jintlaħqu 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot (jiġifieri A u B jew A u C). F’din is-sitwazzjoni, biex ikun hemm arranġament konġunt, l-arranġament kuntrattwali bejn il-partijiet ikollu jispeċifika liema kombinazzjoni tal-partijiet hija meħtieġa biex isir qbil unanimu għal deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament.

Eżempju 3

Nassumu arranġament li fih A u B għandhom 35 fil-mija tad-drittijiet tal-vot kull wieħed fl-arranġament bit-30 fil-mija l-oħra jkunu mifruxa b’mod estensiv. Deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-approvazzjoni b’maġġoranza tad-drittijiet tal-vot. A u B għandhom kontroll konġunt tal-arranġament biss jekk l-arranġament kuntrattwali jispeċifika li deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament jeħtieġu li kemm A kif ukoll B jaqblu.

B9 Ir-rekwiżit tal-kunsens unanimu jfisser li kwalunkwe parti b’kontroll konġunt tal-arranġament tista’ timpedixxi lil kwalunkwe waħda mill-partijiet l-oħra, jew grupp tal-partijiet, milli jieħdu deċiżjonijiet unilaterali (dwar l-attivitajiet rilevanti) mingħajr il-kunsens tagħha. Jekk ir-rekwiżit għal kunsens unanimu jkun marbut biss ma’ deċiżjonijiet li jagħtu drittijiet protettivi lil parti u mhux ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti ta’ arranġament, dik il-parti ma tkunx parti b’kontroll konġunt tal-arranġament.

B10 Arranġament kuntrattwali jista’ jinkludi klawżoli dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet, pereżempju dwar l-arbitraġġ. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet fin-nuqqas ta’ kunsens unanimu bejn il-partijiet li għandhom kontroll konġunt. L-eżistenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma timpedix li l-arranġament jiġi kontrollat b’mod konġunt u, b’konsegwenza, li jkun hemm arranġament konġunt.

Valutazzjoni tal-kontroll konġunt

image

B11 Meta arranġament ikun barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 11, entità tikkontabbilizza l-interess tagħha fl-arranġament f’konformità mal-IFRSs rilevanti, pereżempju l-IFRS 10, l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IFRS 9.

TIPI TA’ ARRANĠAMENTI KONĠUNTI (PARAGRAFI 14-19)

B12 Arranġamenti konġunti jiġu stabbiliti għal varjetà ta’ skopijiet (eż. bħala mod kif il-partijiet jikkondividu l-kostijiet u r-riskji, jew bħala mod kif il-partijiet jingħataw aċċess għal teknoloġija ġdida jew swieq ġodda), u jistgħu jiġu stabbiliti bl-użu ta’ strutturi u forom ġuridiċi differenti.

B13 Xi arranġamenti ma jeħtiġux li l-attività li hi s-suġġett tal-arranġament titwettaq f’veikolu separat. Madankollu, arranġamenti oħra jinvolvu li jiġi stabbilit veikolu separat.

B14 Il-klassifikazzjoni ta’ arranġamenti konġunti meħtieġa minn dan l-IFRS tiddependi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-arranġament fil-kors normali tan-negozju. Dan l-IFRS jikklassifika l-arranġamenti konġunti bħala operazzjonijiet konġunti jew impriżi konġunti. Meta entità jkollha d-drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, l-arranġament ikun operazzjoni konġunta. Meta entità jkollha d-drittijiet għall-assi netti tal-arranġament, l-arranġament ikun impriża konġunta. Il-paragrafi B16-B33 jistabbilixxu l-valutazzjoni li twettaq entità biex tiddetermina jekk ikollhiex interess f’operazzjoni konġunta jew interess f’impriża konġunta.

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt

B15 Kif intqal fil-paragrafu B14, il-klassifikazzjoni ta’ arranġamenti konġunti teħtieġ li l-partijiet jivvalutaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-arranġament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, entità għandha tqis dan li ġej:

(a) 

l-istruttura tal-arranġament konġunt (ara l-paragrafi B16–B21).

(b) 

meta l-arranġament konġunt ikun strutturat permezz ta’ veikolu separat:

(i) 

il-forma ġuridika tal-veikolu separat (ara l-paragrafi B22–B24);

(ii) 

it-termini tal-arranġament kuntrattwali (ara l-paragrafi B25-B28); u

(iii) 

meta jkunu rilevanti, fatti u ċirkustanzi oħra (ara l-paragrafi B29–B33).

Struttura tal-arranġament konġunt

Arranġamenti konġunti mhux strutturati permezz ta’ veikolu separat

B16 Arranġament konġunt li mhuwiex strutturat permezz ta’ veikolu separat huwa operazzjoni konġunta. F’dawn il-każijiet, l-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi d-drittijiet tal-partijiet għall-assi, u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, u d-drittijiet tal-partijiet għad-dħul korrispondenti u l-obbligi għall-ispejjeż korrispondenti.

B17 L-arranġament kuntrattwali spiss jiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet li huma s-suġġett tal-arranġament u kif il-partijiet beħsiebhom iwettqu dawk l-attivitajiet flimkien. Pereżempju, il-partijiet għal arranġament konġunt jistgħu jaqblu li jimmanifatturaw prodott flimkien, b’kull parti tkun responsabbli għal kompitu speċifiku u kull waħda tuża l-assi tagħha stess u jkollha l-obbligazzjonijiet tagħha stess. L-arranġamenti kuntrattwali jistgħu jispeċifikaw ukoll kif id-dħul u l-ispejjeż li huma komuni għall-partijiet għandhom jinqasmu bejniethom. F’dan il-każ, kull operatur konġunt jirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji tiegħu l-assi u l-obbligazzjonijiet użati għall-kompitu speċifiku, u jirrikonoxxi s-sehem tiegħu tad-dħul u l-ispejjeż f’konformità mal-arranġament kuntrattwali.

B18 F’każijiet oħra, il-partijiet għal arranġament konġunt jistgħu jaqblu, pereżempju, li jikkondividu u joperaw assi flimkien. F’dan il-każ, l-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi d-drittijiet tal-partijiet għall-assi li jiġi operat b’mod konġunt, u kif l-output jew id-dħul mill-assi u l-kostijiet operatorji jinqasmu bejn il-partijiet. Kull operatur konġunt jikkontabbilizza s-sehem tiegħu tal-assi konġunt u s-sehem miftiehem tiegħu ta’ kwalunkwe obbligazzjoni, u jirrikonoxxi s-sehem tiegħu tal-output, id-dħul u l-ispejjeż f’konformità mal-arranġament kuntrattwali.

Arranġamenti konġunti strutturati permezz ta’ veikolu separat

B19 Arranġament konġunt li fih l-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-arranġament jinżammu f’veikolu separat jistgħu jkunu impriża konġunta jew operazzjoni konġunta.

B20 Jekk parti tkunx operatur konġunt jew imprenditur konġunt jiddependi fuq id-drittijiet tal-parti għall-assi, u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, li jinżammu fil-veikolu separat.

B21 Kif iddikjarat fil-paragrafu B15, meta l-partijiet ikunu strutturaw arranġament konġunt f’veikolu separat, il-partijiet jeħtieġu jivvalutaw jekk il-forma ġuridika tal-veikolu separat, it-termini tal-ftehim kuntrattwali u, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe fatti u ċirkustanzi oħra jagħtuhomx:

(a) 

drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament (jiġifieri l-arranġament huwa operazzjoni konġunta); jew

(b) 

drittijiet għall-assi netti tal-arranġament (jiġifieri l-arranġament huwa impriża konġunta).

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt: valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-arranġament

image

Il-forma ġuridika tal-veikolu separat

B22 Il-forma ġuridika tal-veikolu separat hija rilevanti fil-valutazzjoni tat-tip ta’ arranġament konġunt. Il-forma ġuridika tgħin fl-evalwazzjoni inizjali tad-drittijiet tal-partijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat, bħal jekk il-partijiet għandhomx interessi fl-assi miżmuma fil-veikolu separat u jekk humiex responsabbli għall-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat.

B23 Pereżempju, il-partijiet jistgħu jmexxu l-arranġament konġunt permezz ta’ veikolu separat, li l-forma ġuridika tagħha tikkawża li l-veikolu separat jitqies fuq il-merti tiegħu stess (jiġifieri l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-veikolu separat u mhux l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet). F’dan il-każ, il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat tindika li l-arranġament huwa impriża konġunta. Madankollu, it-termini maqbula mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali tagħhom (ara l-paragrafi B25–B28) u, fejn ikun rilevanti, fatti u ċirkustanzi oħra (ara l-paragrafi B29–B33) jistgħu jwarrbu l-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat.

B24 Il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat hija biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li l-arranġament huwa operazzjoni konġunta biss jekk il-partijiet imexxu l-arranġament konġunt f’veikolu separat li l-forma ġuridika tagħha ma tagħtix separazzjoni bejn il-partijiet u l-veikolu separat (jiġifieri l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet).

Valutazzjoni tat-termini tal-arranġament kuntrattwali

B25 F’ħafna każijiet, id-drittijiet u l-obbligi miftiehma mill-partijiet fl-arranġamenti kuntrattwali tagħhom ikunu konsistenti, jew ma jkunux inkompatibbli, mad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat li fiha ġie strutturat l-arranġament.

B26 F’każijiet oħra, il-partijiet jużaw l-arranġament kuntrattwali biex jirriversjaw jew jemendaw id-drittijiet u l-obbligi mogħtija mill-forma ġuridika tal-veikolu separat li fih ikun ġie strutturat l-arranġament.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Eżempju 4

Nassumu li żewġ partijiet jistrutturaw arranġament konġunt f’entità inkorporata. Kull parti għandha interess proprjetarju ta’ 50 fil-mija fl-entità inkorporata. L-inkorporazzjoni tippermetti s-separazzjoni tal-entità mill-proprjetarji tagħha u bħala konsegwenza l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fl-entità huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità inkorporata. F’dan il-każ, il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat tindika li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.

Madankollu, il-partijiet jimmodifikaw il-karatteristiki tal-korporazzjoni permezz tal-arranġament kuntrattwali tagħhom sabiex kull waħda minnhom ikollha interess fl-assi tal-entità inkorporata u kull waħda tkun responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-entità inkorporata fi proporzjon speċifikat. Dawn il-modifiki kuntrattwali fil-karatteristiki ta’ korporazzjoni jistgħu jikkawżaw li arranġament ikun operazzjoni konġunta.

B27 It-tabella li ġejja tqabbel termini komuni fi ftehimiet kuntrattwali ta’ partijiet ta’ operazzjoni konġunta u termini komuni f’arranġamenti kuntrattwali ta’ partijiet ta’ impriża konġunta. L-eżempji tat-termini kuntrattwali mogħtija fit-tabella li ġejja mhumiex eżawrjenti.



Valutazzjoni tat-termini tal-arranġament kuntrattwali

 

Operazzjoni konġunta

Impriża konġunta

It-termini tal-arranġament kuntrattwali

L-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet tal-arranġament konġunt drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet tal-arranġament konġunt drittijiet għall-assi netti tal-arranġament (jiġifieri huwa l-veikolu separat, mhux il-partijiet, li għandu drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament).

Drittijiet għall-assi

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-partijiet għall-arranġament konġunt jikkondividu l-interessi kollha (pereżempju drittijiet, titolu jew sjieda) fl-assi relatati mal-arranġament fi proporzjon speċifikat (eż. fi proporzjon mal-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament jew fi proporzjon mal-attività mwettqa permezz tal-arranġament li hija attribwita direttament lilhom).

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-assi li jiddaħħlu fl-arranġament jew li jiġu akkwistati sussegwentement mill-arranġament konġunt ikunu l-assi tal-arranġament. Il-partijiet ma għandhom ebda interess (jiġifieri ebda dritt, titolu jew sjieda) fl-assi tal-arranġament.

Obbligi għall-obbligazzjonijiet

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-partijiet għall-arranġament konġunt jikkondividu l-obbligazzjonijiet, l-obbligi, il-kostijiet u l-ispejjeż kollha fi proporzjon speċifikat (pereżempju fi proporzjon għall-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament jew fi proporzjon għall-attività mwettqa permezz tal-arranġament li hija attribwita direttament lilhom).

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-arranġament konġunt ikun responsabbli għad-djun u l-obbligi tal-arranġament.

 

 

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-partijiet għall-arranġament konġunt ikunu responsabbli għall-arranġament sal-punt biss tal-investimenti rispettivi tagħhom fl-arranġament jew sal-obbligi rispettivi tagħhom li jikkontribwixxu kwalunkwe kapital mhux imħallas jew addizzjonali lill-arranġament, jew it-tnejn.

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-partijiet għall-arranġament konġunt ikunu responsabbli għall-pretensjonijiet miġjuba minn partijiet terzi.

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi li l-kredituri tal-arranġament konġunt ma jkollhomx drittijiet għal rikors kontra ebda parti fir-rigward ta’ djun jew obbligi tal-arranġament.

Dħul, spejjeż, profitt jew telf

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi l-allokazzjoni ta’ dħul u spejjeż abbażi tal-prestazzjoni relattiva ta’ kull parti ta’ dan l-arranġament konġunt. Pereżempju, l-arranġament kuntrattwali jista’ jistabbilixxi li dħul u spejjeż jiġu allokati abbażi tal-kapaċità li kull parti tuża f’impjant operat b’mod konġunt, li tista’ tvarja mill-interess proprjetarju tagħhom fl-arranġament konġunt. F’każijiet oħra, il-partijiet jistgħu jkunu ftiehmu li jaqsmu l-profitt jew it-telf relatati mal-arranġament abbażi ta’ proporzjon speċifikat, pereżempju l-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament. Dan ma jimpedix l-arranġament milli jkun operazzjoni konġunta jekk il-partijiet ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jistabbilixxi s-sehem ta’ kull parti fil-profitt jew it-telf relatati mal-attivitajiet tal-arranġament.

Garanziji

Il-partijiet ta’ arranġamenti konġunti spiss ikunu meħtieġa jagħtu garanziji lil partijiet terzi li, pereżempju, jirċievu servizz mill-arranġament konġunt, jew jipprovdu finanzjament għalih. L-għoti ta’ tali garanziji, jew l-impenn mill-partijiet biex jagħtuhom, ma jiddeterminawx, waħedhom, li l-arranġament konġunt ikun operazzjoni konġunta. Il-karatteristika li tiddetermina jekk l-arranġament konġunt ikunx operazzjoni konġunta jew impriża konġunta hija jekk il-partijiet ikollhomx obbligi għall-obbligazzjonijiet b’rabta mal-arranġament (li għal uħud minnhom il-partijiet jistgħu jkunu taw jew ma tawx garanzija).

B28 Meta l-arranġament kuntrattwali jispeċifika li l-partijiet ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, dawn ikunu partijiet għal operazzjoni konġunta u ma jeħtiġux iqisu fatti u ċirkustanzi oħra (il-paragrafi B29-B33) għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt.

Valutazzjoni ta’ fatti u ċirkustanzi oħra

B29 Meta t-termini tal-arranġament kuntrattwali ma jispeċifikawx li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, il-partijiet għandhom iqisu fatti u ċirkustanzi oħra biex jivvalutaw jekk l-arranġament ikunx operazzjoni konġunta jew impriża konġunta.

B30 Arranġament konġunt jista’ jkun strutturat f’veikolu separat li l-forma ġuridika tagħha tagħti separazzjoni bejn il-partijiet u l-veikolu separat. It-termini kuntrattwali miftiehma fost il-partijiet jistgħu ma jispeċifikawx id-drittijiet tal-partijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, iżda kunsiderazzjoni ta’ fatti u ċirkustanzi oħra tista’ twassal biex tali arranġament jiġi klassifikat bħala operazzjoni konġunta. Dan ikun il-każ meta fatti u ċirkustanzi oħra jagħtu lill-partijiet drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, relatati mal-arranġament.

B31 Meta l-attivitajiet ta’ arranġament ikunu ddisinjati primarjament għall-provvista ta’ output lill-partijiet, dan ikun jindika li l-partijiet ikollhom drittijiet sostanzjalment għall-benefiċċji ekonomiċi kollha tal-assi tal-arranġament. Il-partijiet ta’ tali arranġamenti spiss jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-outputs ipprovduti mill-arranġament billi jimpedixxu lill-arranġament milli jbigħ output lil partijiet terzi.

B32 L-effett ta’ arranġament b’tali disinn u skop huwa li l-obbligazzjonijiet imġarrba mill-arranġament jiġu ssodisfati, sostanzjalment, mill-flussi ta’ flus riċevuti mill-partijiet permezz tax-xiri tagħhom tal-output. Meta l-partijiet ikunu sostanzjalment l-uniku sors ta’ flussi ta’ flus li jikkontribwixxu għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-arranġament, dan jindika li l-partijiet ikollhom obbligu għall-obbligazzjonijiet relatati mal-arranġament.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Eżempju 5

Nassumu li żewġ partijiet jistrutturaw arranġament konġunt f’entità inkorporata (l-entità C) li fiha kull parti jkollha interess proprjetarju ta’ 50 fil-mija. L-iskop tal-arranġament huwa li jiġu manifatturati materjali meħtieġa mill-partijiet għall-proċessi ta’ manifattura individwali tagħhom stess. L-arranġament jiżgura li l-partijiet joperaw il-faċilità li tipproduċi l-materjali fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwantità u kwalità tal-partijiet.

Il-forma ġuridika tal-entità C (entità inkorporata) li permezz tagħha jitwettqu l-attivitajiet inizjalment tindika li l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fl-entità C ikunu l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità C. L-arranġament kuntrattwali bejn il-partijiet ma jispeċifikax li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi jew obbligi għall-obbligazzjonijiet tal-entità C. Għalhekk, il-forma ġuridika tal-entità C u t-termini tal-arranġament kuntrattwali jindikaw li l-arranġament ikun impriża konġunta.

Madankollu, il-partijiet iqisu wkoll l-aspetti li ġejjin tal-arranġament:

— 
Il-partijiet ikunu qablu li jixtru l-output kollu prodott mill-entità C fi proporzjon ta’ 50:50. L-entità C ma tista’ tbigħ ebda output lil partijiet terzi, sakemm dan ma jiġix approvat miż-żewġ partijiet għall-arranġament. Minħabba li l-fini tal-arranġament huwa li jipprovdi lill-partijiet l-output li jeħtieġu, tali bejgħ lil partijiet terzi huwa mistenni li ma jkunx komuni u mhux materjali.
— 
Il-prezz tal-output mibjugħ lill-partijiet jiġi stabbilit miż-żewġ partijiet f’livell li jkun maħsub li jkopri l-kostijiet tal-produzzjoni u l-ispejjeż amministrattivi li ġġarrab l-entità C. Abbażi ta’ dan il-mudell operatorju, l-arranġament ikun maħsub li jopera bla profitt u bla telf.

Mill-mudell tal-fatti mogħti hawn fuq, il-fatti u ċ-ċirkustanzi li ġejjin huma rilevanti:

— 
L-obbligazzjoni tal-partijiet li jixtru l-output kollu prodott mill-entità C jirrifletti d-dipendenza esklużiva tal-entità C fuq il-partijiet għall-ġenerazzjoni tal-flussi ta’ flus u, għalhekk, il-partijiet ikollhom obbligu li jiffinanzjaw is-saldu tal-obbligazzjonijiet tal-entità C.
— 
Il-fatt li l-partijiet ikollhom drittijiet għall-output kollu prodott mill-entità C ifisser li l-partijiet ikunu qed jikkunsmaw il-benefiċċji ekonomiċi kollha tal-assi tal-entità C, u għaldaqstant ikollhom drittijiet għalihom.

Dawn il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li l-arranġament huwa operazzjoni konġunta. Il-konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt f’dawn iċ-ċirkustanzi ma tinbidilx jekk, minflok il-partijiet jużaw is-sehem tagħhom tal-output huma stess fi proċess ta’ manifattura sussegwenti, il-partijiet ibigħu sehemhom tal-output lil partijiet terzi.

Jekk il-partijiet ikunu biddlu t-termini tal-arranġament kuntrattwali sabiex l-arranġament ikun seta’ jbigħ l-output lil partijiet terzi, dan kien jirriżulta fl-entità C li tassumi r-riskji ta’ domanda, ta’ inventarju u ta’ kreditu. F’dak ix-xenarju, din il-bidla fil-fatti u ċ-ċirkustanzi teħtieġ rivalutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt. Tali fatti u ċirkustanzi jindikaw li l-arranġament ikun impriża konġunta.

B33 Id-dijagramma sekwenzjali li ġejja tirrifletti l-valutazzjoni li entità twettaq biex tikklassifika arranġament meta l-arranġament konġunt jiġi strutturat permezz ta’ veikolu separat:

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt strutturat permezz ta’ veikolu separat

image

RAPPORTI FINANZJARJI TA’ PARTIJIET F’ARRANĠAMENT KONĠUNT (IL-PARAGRAFI 21A–22)

Kontabbiltà għall-akkwiżizzjonijiet ta’ interessi f’operazzjonijiet konġunti

B33A Meta entità takkwista interess f’operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3, din għandha tapplika, sal-punt ta’ sehemha f’konformità mal-paragrafu 20, il-prinċipji kollha dwar il-kontabbilizzazzjoni ta’ kombinamenti ta’ negozji fl-IFRS 3, u IFRSs oħra, li ma jkunux f’kunflitt mal-gwida f’dan l-IFRS u tiddivulga l-informazzjoni li hija meħtieġa minn dawk l-IFRSs fir-rigward tal-kombinamenti ta’ negozji. Il-prinċipji tal-kontabbilizzazzjoni ta’ kombinamenti ta’ negozji li ma jkunux f’kunflitt mal-gwida f’dan l-IFRS jinkludu, iżda mhumiex limitati:

(a) 

għall-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli fil-valur ġust, ħlief għal entrati li hemm eċċezzjonijiet għalihom fl-IFRS 3 u IFRSs oħrajn;

(b) 

għar-rikonoxximent tal-kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni bħala spejjeż fil-perjodi meta ġġarrbu l-kostijiet u ġew riċevuti s-servizzi, bl-eċċezzjoni li l-kostijiet għall-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ ekwità jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u l-IFRS 9 ( 60 );

(c) 

għar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita u ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li joriġinaw mir-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjonijiet, ħlief għal obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li joriġinaw mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament, kif meħtieġ mill-IFRS 3 u l-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu għal kombinamenti ta’ negozji;

(d) 

għar-rikonoxximent tal-eċċess tal-korrispettiv trasferit fuq in-nett tal-ammonti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet assunti, jekk ikun hemm, bħala avvjament; u

(e) 

għall-ittestjar għall-indeboliment ta’ unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament tal-anqas darba fis-sena, u kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-unità tista’ tkun indebolita, kif meħtieġ mill-IAS 36 Indeboliment ta’ Assi għal avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji.

B33B Il-paragrafi 21A u B33A japplikaw ukoll għall-formazzjoni ta’ operazzjoni konġunta jekk, u biss jekk, negozju eżistenti, kif definit fl-IFRS 3, jiġi kontribwit lill-operazzjoni konġunta mal-formazzjoni tagħha minn waħda mill-partijiet li jipparteċipaw fl-operazzjoni konġunta. Madankollu, dawn il-paragrafi ma japplikawx għall-formazzjoni ta’ operazzjoni konġunta jekk il-partijiet kollha li jipparteċipaw fl-operazzjoni konġunta jikkontribwixxu biss assi jew gruppi ta’ assi li ma jikkostitwux negozji għall-operazzjoni konġunta mal-formazzjoni tagħha.

B33C Operatur konġunt jista’ jżid l-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju, kif definit fl-IFRS 3, billi jakkwista interess addizzjonali fl-operazzjoni konġunta. F’każijiet bħal dawn, interessi miżmuma preċedentement fl-operazzjoni konġunta ma jerġgħux jitkejlu jekk l-operatur konġunt iżomm kontroll konġunt.

B33CA Parti li tipparteċipa f’operazzjoni konġunta, iżda li ma jkollhiex kontroll konġunt tagħha, tista’ tikseb kontroll konġunt tal-operazzjoni konġunta li fiha l-attività tal-operazzjoni konġunta tikkostitwixxi negozju kif definit fl-IFRS 3. F’każijiet bħal dawn, l-interessi li kellha preċedentement fl-operazzjoni konġunta ma jitkejlux mill-ġdid.

B33D Il-paragrafi 21A u B33A–B33C ma japplikawx għall-akkwiżizzjoni ta’ interess f’operazzjoni konġunta meta l-partijiet li jaqsmu l-kontroll konġunt, inkluż l-entità li takkwista l-interess fl-operazzjoni konġunta, ikunu taħt kontroll komuni tal-istess parti jew partijiet li jkollhom il-kontroll aħħari, kemm qabel kif ukoll wara l-akkwiżizzjoni, u dak il-kontroll ma jkunx tranżitorju.

Kontabbiltà għall-bejgħ jew kontribuzzjonijiet ta’ assi lil operazzjoni konġunta

B34 Meta entità twettaq tranżazzjoni ma’ operazzjoni konġunta li tkun operatur konġunt fiha, pereżempju bejgħ jew kontribuzzjoni ta’ assi, din tkun qed twettaq it-tranżazzjoni mal-partijiet l-oħra tal-operazzjoni konġunta u, bħala tali, l-operatur konġunt għandu jirrikonoxxi l-qligħ u t-telf li jirriżultaw minn tali tranżazzjoni sal-punt biss tal-interessi tal-partijiet l-oħra fl-operazzjoni konġunta.

B35 Meta tali tranżazzjonijiet jagħtu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinbiegħu jew jingħataw lill-operazzjoni konġunta, jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, dak it-telf għandu jiġi rikonoxxut kompletament mill-operatur konġunt.

Kontabbiltà għal xiri ta’ assi minn operazzjoni konġunta

B36 Meta entità twettaq tranżazzjoni ma’ operazzjoni konġunta li fiha tkun operatur konġunt, pereżempju xiri ta’ assi, din ma għandhiex tirrikonoxxi sehemha fil-qligħ u t-telf sakemm terġa’ tbigħ dawk l-assi lil parti terza.

B37 Meta tali tranżazzjonijiet jagħtu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinxtraw jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, operatur konġunt għandu jirrikonoxxi s-sehem tiegħu ta’ dak it-telf.

Appendiċi C

Data effettiva, tranżizzjoni u rtirar ta’ IFRSs oħra

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra, l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

C1A  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12), maħruġ f’Ġunju 2012, emenda l-paragrafi C2–C5, C7-C10 u C12 u żied il-paragrafi C1B u C13A–C13B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 11 għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar bikri.

C1AA  Kontabbilizzazzjoni għal Akkwiżizzjonijiet ta’ Interessi f’Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11) maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-intestatura wara l-paragrafu B33 u żied il-paragrafi 21A, B33A–B33D u C14A u l-intestaturi relatati tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv f’perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi f’perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C1AB  Titjib Annwali fl-Istandards tal-IFRS Ċiklu 2015-2017, maħruġ f’Diċembru 2017, żied il-paragrafu 33CA. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal tranżazzjonijiet li fihom hija tikseb kontroll konġunt fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

Tranżizzjoni

C1B Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri, meta dan l-IFRS jiġi applikat għall-ewwel darba, entità jeħtiġilha biss tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih jiġi applikat l-IFRS 11 (il-“perjodu immedjatament preċedenti”). Entità tista’ tippreżenta wkoll din l-informazzjoni għall-perjodu kurrenti jew għal perjodi komparattivi aktar bikrija, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk.

Impriżi konġunti—tranżizzjoni minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità

C2 Meta taqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, entità għandha tirrikonoxxi l-investiment tagħha fl-impriża konġunta fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. Dak l-investiment inizjali għandu jitkejjel bħala l-aggregat tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li l-entità kienet ikkonsolidat proporzjonalment qabel, inkluż kwalunkwe avvjament li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni. Jekk l-avvjament qabel kien jappartjeni lil unità akbar li tiġġenera l-flus, jew ta’ grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus, l-entità għandha talloka l-avvjament lill-impriża konġunta abbażi tal-ammonti riportati relattivi tal-impriża konġunta u l-unità li tiġġenera l-flus jew il-grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li kien jappartjeni lilhom.

C3 Il-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment determinat f’konformità mal-paragrafu C2 jitqies bħala l-kost preżunt tal-investiment mar-rikonoxximent inizjali. Entità għandha tapplika l-paragrafi 40-43 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) mal-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment biex tivvaluta jekk l-investiment huwiex indebolit u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment bħala aġġustament tal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu immedjatament preċedenti. L-eċċezzjoni tar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi investiment f’impriża konġunta li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni għal impriżi konġunti li qabel kienu ġew konsolidati proporzjonalment.

C4 Jekk l-aggregat tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li qabel kienu kkonsolidati proporzjonalment jirriżulta f’assi netti negattivi, entità għandha tivvaluta jekk ikollhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi u, jekk iva, l-entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti. Jekk l-entità tikkonkludi li ma għandhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi, din ma għandhiex tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti iżda għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. L-entità għandha tiddivulga dan il-fatt, flimkien mas-sehem kumulattiv mhux rikonoxxut tagħha fit-telf tal-impriżi konġunti tagħha kif kienu fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti u fid-data li fiha jiġi applikat dan l-IFRS għall-ewwel darba.

C5 Entità għandha tiddivulga rendikont dettaljat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew aggregati fil-bilanċ tal-investiment fuq linja waħda fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. Dik id-divulgazzjoni għandha tiġi preparata b’mod aggregat għall-impriżi konġunti kollha li għalihom entità tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni msemmija fil-paragrafi C2-C6.

C6 Wara rikonoxximent inizjali, entità għandha tikkontabbilizza l-investiment tagħha fl-impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità f’konformità mal-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

Operazzjonijiet konġunti—tranżizzjoni mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet

C7 Meta taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta, entità għandha, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, tirtira r-rikonoxximent tal-investiment li kien kontabbilizzat preċedentement bl-użu tal-metodu tal-ekwità u ta’ kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament f’konformità mal-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) u tirrikonoxxi s-sehem tagħha f’kull wieħed mill-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta, inkluż kwalunkwe avvjament li seta’ għamel parti mill-ammont riportat tal-investiment.

C8 Entità għandha tiddetermina l-interess tagħha fl-assi u l-obbligazzjonijiet b’rabta mal-operazzjoni konġunta abbażi tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħha fi proporzjon speċifikat f’konformità mal-arranġament kuntrattwali. Entità tkejjel l-ammonti riportati inizjali tal-assi u l-obbligazzjonijiet billi tiddiżaggregahom mill-ammont riportat tal-investiment fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti abbażi tal-informazzjoni użata mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

C9 Kwalunkwe differenza li tirriżulta mill-investiment ikkontabbilizzat preċedentement bl-użu tal-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament f’konformità mal-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), u l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxuti għandhom jiġu:

(a) 

paċuti ma’ kwalunkwe avvjament marbut mal-investiment bi kwalunkwe differenza li jifdal tiġi aġġustata mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxuti ikun ogħla mill-investiment (u kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

(b) 

aġġustati mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxuti ikun aktar baxx mill-investiment (u kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

C10 Entità li taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabbiltà għall-assi u l-obbligazzjonijiet għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu, u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li jifdal aġġustata mal-qligħ imfaddal, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti.

C11 L-eċċezzjoni għar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi assi u obbligazzjonijiet marbuta mal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali f’rapporti finanzjarji separati ta’ entità

C12 Entità li, f’konformità mal-paragrafu 10 tal-IAS 27, qabel kienet tikkontabbilizza, fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, l-interess tagħha f’operazzjoni konġunta bħala investiment fuq il-bażi tal-kost jew f’konformità mal-IFRS 9 għandha:

(a) 

tirtira r-rikonoxximent tal-investiment u tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta fl-ammonti determinati f’konformità mal-paragrafi C7-C9.

(b) 

tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li jifdal aġġustata fi qligħ imfaddal, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti.

C13 L-eċċezzjoni għar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi assi u obbligazzjonijiet marbuta mal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta fir-rapporti finanzjarji separati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni għal operazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu C12.

Referenzi għall-“perjodu immedjatament preċedenti”

C13A Minkejja r-referenzi għall-“perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C2–C12, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu aktar bikri ppreżentat, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu aktar bikri, ir-referenzi kollha għall-“perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C2–C12 għandhom jinqraw bħala “l-aktar perjodu komparattiv aġġustat bikri ppreżentat”.

C13B Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, din għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma tkunx ġiet aġġustata, tiddikjara li ġiet ippreparata fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

Referenzi għall-lFRS 9

C14 Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

Kontabbiltà għall-akkwiżizzjonijiet ta’ interessi f’operazzjonijiet konġunti

C14A  Kontabbiltà għal Akkwiżizzjonijiet ta’ Interessi f’Operazzjonijiet Konġunti (Emendi fl-IFRS 11) maħruġ f’Mejju 2014, emenda l-intestatura ta’ wara l-paragrafu B33 u żied il-paragrafi 21A, B33A–B33D, C1AA u l-intestaturi relatati tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal akkwiżizzjonijiet ta’ interessi f’operazzjonijiet konġunti li fihom l-attivitajiet tal-operazzjonijiet konġunti jikkostitwixxu n-negozji, kif definit fl-IFRS 3, għal dawk l-akkwiżizzjonijiet li jseħħu mill-bidu tal-ewwel perjodu li fih tapplika dawk l-emendi. Konsegwentement, ammonti rikonoxxuti għal akkwiżizzjonijiet ta’ interessi f’operazzjonijiet konġunti li jseħħu f’perjodi preċedenti ma għandhomx jiġu aġġustati.

IRTIRAR TA’ IFRSs OĦRA

C15 Dan l-IFRS jieħu post l-IFRSs li ġejjin:

(a) 

l-IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti; u

(b) 

l-SIC-13 Entitajiet b'Kontroll Konġunt—Kontribuzzjonijiet Nonmonetarji mill-Imprendituri.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

OBJETTIV

1   L-objettiv ta’ dan l-IFRS huwa li jitlob li entità tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw:

(a) 

in-natura tal-interessi tagħha f’entitajiet oħra, u r-riskji assoċjati magħhom; u

(b) 

l-effetti ta’ dawk l-interessi fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tagħha.

Ilħiq tal-objettiv

2 Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga:

(a) 

il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet meta ddeterminat:

(i) 

in-natura tal-interess tagħha f’entità jew arranġament ieħor;

(ii) 

it-tip ta’ arranġament konġunt li fih għandha interess (il-paragrafi 7–9);

(iii) 

li tissodisfa d-definizzjoni ta’ entità tal-investiment, jekk applikabbli (paragrafu 9A); u

(b) 

informazzjoni dwar l-interessi tagħha:

(i) 

f’sussidjarji (il-paragrafi 10–19);

(ii) 

f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafi 20-23); u

(iii) 

f’entitajiet strutturati li mhumiex ikkontrollati mill-entità (entitajiet strutturati mhux konsolidati) (il-paragrafi 24-31).

3 Jekk id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS, flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont IFRSs oħra, ma jilħqux l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jintlaħaq dak l-objettiv.

4 Entità għandha tqis il-livell ta’ dettall meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ divulgazzjoni u kemm għandha ssir enfasi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. Għandha taggrega jew tiddiżaggrega divulgazzjonijiet sabiex informazzjoni utli ma tinħebiex mill-inklużjoni ta’ ammont kbir ta’ dettall insinifikanti jew mill-aggregazzjoni ta’ entrati li għandhom karatteristiki differenti (ara l-paragrafi B2-B6).

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

5 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat minn entità li għandha interess fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

sussidjarji

(b) 

arranġamenti konġunti (jiġifieri operazzjonijiet konġunti jew impriżi konġunti)

(c) 

kumpaniji assoċjati

(d) 

entitajiet strutturati mhux konsolidati.

5A Ħlief kif deskritt fil-paragrafu B17, ir-rekwiżiti f’dan il-IFRS japplikaw għall-interessi ta’ entità kif elenkati fil-paragrafu 5 li huma kklassifikati (jew inklużi fi grupp ta’ disponiment li huwa kklassifikat) bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li Ma Tkomplewx.

6 Dan l-IFRS ma japplikax għal:

(a) 

pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew pjanijiet ta’ benefiċċji oħrajn ta’ terminu twil għall-impjegati li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji għall-Impjegati.

(b) 

rapporti finanzjarji separati ta’ entità li għalihom japplika l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati. Madankollu:

(i) 

jekk entità jkollha interessi f’entitajiet strutturati mhux konsolidati u tħejji rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha, din għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 24-31 meta tħejji dawk ir-rapporti finanzjarji separati.

(ii) 

entità ta’ investiment li tipprepara rapporti finanzjarji li fihom is-sussidjarji kollha tagħha jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mal-paragrafu 31 tal-IFRS 10 għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet relatati mal-entitajiet ta’ investiment meħtieġa skont dan l-IFRS.

(c) 

interess li jinżamm minn entità li tipparteċipa f’arranġament konġunt, iżda ma għandhiex kontroll konġunt tiegħu, sakemm dak l-interess ma jirriżultax f’influwenza sinifikanti fuq l-arranġament jew ikun interess f’entità strutturata.

(d) 

interess f’entità oħra li jkun kontabbilizzat f’konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Madankollu, entità għandha tapplika dan l-IFRS:

(i) 

meta dak l-interess ikun interess f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li, f’konformità mal-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf; jew

(ii) 

meta dak l-interess ikun interess f’entità strutturata mhux konsolidata.

ĠUDIZZJI U SUPPOŻIZZJONIJIET SINIFIKANTI

7   Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet (u bidliet f’dawk il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet) meta tiddetermina:

(a) 

li għandha l-kontroll ta’ entità oħra, jiġifieri destinatarja ta’ investiment kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

(b) 

li għandha kontroll konġunt ta’ arranġament jew influwenza sinifikanti fuq entità oħra; u

(c) 

it-tip ta’ arranġament konġunt (jiġifieri operazzjoni konġunta jew impriża konġunta) meta l-arranġament ikun ġie strutturat permezz ta’ veikolu separat.

8 Il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 7 jinkludu dawk magħmula mill-entità meta bidliet fil-fatti u ċ-ċirkustanzi jkunu tali li l-konklużjoni dwar jekk għandhiex kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti tinbidel waqt il-perjodu ta’ rapportar.

9 Biex tikkonforma mal-paragrafu 7, entità għandha tiddivulga, pereżempju, ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li saru meta tiddetermina li:

(a) 

ma tikkontrollax entità oħra għalkemm ikollha aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-entità l-oħra.

(b) 

tikkontrolla entità oħra għalkemm ikollha anqas minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-entità l-oħra.

(c) 

tkun aġent jew prinċipal (ara l-paragrafi 58-72 tal-IFRS 10).

(d) 

ma jkollhiex influwenza sinifikanti għalkemm ikollha 20 fil-mija jew aktar tad-drittijiet tal-vot ta’ entità oħra.

(e) 

ikollha influwenza sinifikanti għalkemm ikollha anqas minn 20 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ entità oħra.

Status tal-entità ta’ investiment

9A   Meta kumpanija omm tiddetermina li hija entità ta’ investiment f’konformità mal-paragrafu 27 tal-IFRS 10, l-entità ta’ investiment għandha tiddivulga informazzjoni dwar ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li tkun għamlet meta tiddetermina li hija entità ta’ investiment. Jekk l-entità ta’ investiment ma jkollhiex karatteristika tipika waħda jew aktar ta’ entità ta’ investiment (ara l-paragrafu 28 tal-IFRS 10), din għandha tiddivulga r-raġunijiet tagħha għalfejn ikkonkludiet li xorta waħda hija entità ta’ investiment.

9B Meta entità ssir, jew ma tibqax, entità ta’ investiment, din għandha tiddivulga l-bidla fl-istatus ta’ entità ta’ investiment u r-raġunijiet għall-bidla. Barra minn hekk, entità li ssir entità ta’ investiment għandha tiddivulga l-effett tal-bidla fl-istatus fuq ir-rapporti finanzjarji għall-perjodu ppreżentat, inkluż:

(a) 

il-valur ġust totali, fid-data tal-bidla fl-istatus, tas-sussidjarji li ma jibqgħux jiġu kkonsolidati;

(b) 

l-introjtu totali, jekk ikun hemm, ikkalkolat skont il-paragrafu B101 tal-IFRS 10; u

(c) 

l-entrata/i f’linja fi profitt jew telf fejn il-profitt jew it-telf jiġi rikonoxxut (jekk mhux ippreżentat separatament).

INTERESSI F’SUSSIDJARJI

10   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha

(a) 

jifhmu:

(i) 

il-kompożizzjoni tal-grupp; u

(ii) 

l-interess li interessi nonkontrollanti jkollhom fl-attivitajiet u l-flussi ta’ flus tal-grupp (il-paragrafu 12); u

(b) 

jevalwaw:

(i) 

in-natura u l-firxa ta’ restrizzjonijiet sinifikanti fuq il-kapaċità tagħha li taċċessa jew tuża assi, u tissodisfa l-obbligazzjonijiet, tal-grupp (il-paragrafu 13);

(ii) 

in-natura tar-riskji, u bidliet fihom, assoċjati mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati konsolidati (il-paragrafi 14-17);

(iii) 

il-konsegwenzi ta’ bidliet fl-interess proprjetarju tagħha f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll (il-paragrafu 18); u

(iv) 

il-konsegwenzi tat-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar (il-paragrafu 19).

11 Meta r-rapporti finanzjarji ta’ sussidjarja użati fil-preparament ta’ rapporti finanzjarji konsolidati jkunu minn data jew għal perjodu li jkun differenti minn dak tar-rapporti finanzjarji konsolidati (ara l-paragrafi B92 u B93 tal-IFRS 10), entità għandha tiddivulga:

(a) 

id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tar-rapporti finanzjarji ta’ dik is-sussidjarja; u

(b) 

ir-raġuni għall-użu ta’ data jew perjodu differenti.

L-interess li interessi nonkontrollanti għandhom fl-attivitajiet u l-flussi ta’ flus tal-grupp

12 Entità għandha tiddivulga għal kull waħda mis-sussidjarji tagħha li għandhom interessi nonkontrollanti li huma materjali għall-entità relatriċi:

(a) 

l-isem tas-sussidjarja.

(b) 

is-sede prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni jekk dan ikun differenti mis-sede prinċipali tan-negozju) tas-sussidjarja.

(c) 

il-proporzjon tal-interessi proprjetarji miżmuma minn interessi nonkontrollanti.

(d) 

il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma minn interessi nonkontrollanti, jekk dan ikun differenti mill-proporzjon tal-interessi proprjetarji miżmuma.

(e) 

il-profitt jew it-telf allokat għal interessi nonkontrollanti tas-sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar.

(f) 

interessi nonkontrollanti akkumulati tas-sussidjarja fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

(g) 

informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar is-sussidjarja (ara l-paragrafu B10).

In-natura u l-firxa ta’ restrizzjonijiet sinifikanti

13 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

restrizzjonijiet sinifikanti (eż. restrizzjonijiet statutorji, kuntrattwali u regolatorji) dwar il-kapaċità tagħha li taċċessa jew tuża l-assi u ssalda l-obbligazzjonijiet tal-grupp, pereżempju:

(i) 

dawk li jirrestrinġu l-kapaċità ta’ kumpanija omm jew is-sussidjarji tagħha li jittrasferixxu flus jew assi oħra lil (jew minn) entitajiet oħra fil-grupp.

(ii) 

garanziji jew rekwiżiti oħra li jistgħu jirrestrinġu milli jitħallsu dividendi u distribuzzjonijiet oħra ta’ kapital, jew li jsir jew jitħallas lura self, lil (jew minn) entitajiet oħra fil-grupp.

(b) 

in-natura u l-firxa sa fejn drittijiet protettivi ta’ interessi nonkontrollanti jistgħu jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-entità li taċċessa jew tuża l-assi u ssalda l-obbligazzjonijiet tal-grupp (pereżempju meta kumpanija omm tkun obbligata ssalda obbligazzjonijiet ta’ sussidjarja qabel ma ssalda l-obbligazzjonijiet proprji tagħha, jew tenħtieġ approvazzjoni ta’ interessi nonkontrollanti jew biex jiġu aċċessati l-assi jew biex jiġu saldati l-obbligazzjonijiet ta’ sussidjarja).

(c) 

l-ammonti riportati fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom japplikaw dawk ir-restrizzjonijiet.

Natura tar-riskji assoċjati mal-interessi ta’ entità f’entitajiet strutturati konsolidati

14 Entità għandha tiddivulga t-termini ta’ kwalunkwe arranġament kuntrattwali li jista’ jitlob li l-kumpanija omm jew is-sussidjarji tagħha jagħtu appoġġ finanzjarju lil entità strutturata konsolidata, inklużi eventi jew ċirkustanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf (eż. arranġamenti ta’ likwidità jew skattaturi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi għax-xiri tal-assi tal-entità strutturata jew għall-provvista ta’ appoġġ finanzjarju).

15 Jekk matul il-perjodu ta’ rapportar kumpanija omm jew kwalunkwe mis-sussidjarji tkun ipprovdiet, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità strutturata konsolidata (eż. xiri ta’ assi jew ta’ strumenti maħruġa mill-entità strutturata), l-entità għandha tiddivulga:

(a) 

it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom il-kumpanija omm jew is-sussidjarji tagħha għenu lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju; u

(b) 

ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

16 Jekk matul il-perjodu ta’ rapportar kumpanija omm jew kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha tkun ipprovdiet, bla obbligi kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata preċedentement u dak l-għoti ta’ appoġġ irriżulta fl-entità li ħadet kontroll tal-entità strutturata, l-entità għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-fatturi rilevanti fit-teħid ta’ dik id-deċiżjoni.

17 Entità għandha tiddivulga kwalunkwe intenzjoni kurrenti li tagħti appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità strutturata konsolidata, inklużi intenzjonijiet li tingħata assistenza lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju.

Konsegwenzi ta’ bidliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija omm f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll

18 Entità għandha tippreżenta skeda li turi l-effetti fuq l-ekwità attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija omm ta’ kwalunkwe bidla fl-interess proprjetarju tagħha f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll.

Konsegwenzi tat-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar

19 Entità għandha tiddivulga l-qligħ jew it-telf, jekk ikun hemm, ikkalkolat f’konformità mal-paragrafu 25 tal-IFRS 10, u:

(a) 

il-porzjon ta’ dak il-qligħ jew it-telf attribwibbli għall-kejl ta’ kwalunkwe investiment miżmum fis-sussidjarja preċedenti fil-valur ġust tiegħu fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(b) 

l-entrata/i f’linja fi profitt jew telf fejn il-profitt jew it-telf jiġi rikonoxxut (jekk mhux ippreżentat separatament).

INTERESSI F’SUSSIDJARJI MHUX KONSOLIDATI (ENTITAJIET TA’ INVESTIMENT)

19A Entità ta’ investiment li, f’konformità mal-IFRS 10, tkun meħtieġa tapplika l-eċċezzjoni għal konsolidazzjoni u minflok tikkontabbilizza l-investiment tagħha f’sussidjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf għandha tiddivulga dan il-fatt.

19B Għal kull sussidjarja mhux konsolidata, entità ta’ investiment għandha tiddivulga:

(a) 

isem is-sussidjarja;

(b) 

is-sede prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni jekk differenti mis-sede prinċipali tan-negozju) tas-sussidjarja; u

(c) 

il-proporzjon tal-interess proprjetarju miżmum mill-entità ta’ investiment u, jekk dan ikun differenti, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma.

19C Jekk entità ta’ investiment tkun il-kumpanija omm ta’ entità ta’ investiment oħra, il-kumpanija omm għandha tipprovdi wkoll id-divulgazzjonijiet f’19B(a)–(c) għall-investimenti li huma kkontrollati mis-sussidjarja tal-entità ta’ investiment tagħha. Id-divulgazzjoni tista’ tiġi pprovduta billi fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija omm jiġu inklużi r-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja (jew sussidjarji) li jkun fihom l-informazzjoni imsemmija hawn fuq.

19D Entità ta’ investiment għandha tiddivulga:

(a) 

in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe restrizzjoni sinifikanti (eż. li tirriżulta minn arranġamenti ta’ teħid b’self, rekwiżiti regolatorji jew arranġamenti kuntrattwali) fuq il-kapaċità ta’ sussidjarja mhux konsolidata li tittrasferixxi fondi lill-entità ta’ investiment fil-forma ta’ dividendi fi flus jew li tħallas lura selfiet jew avvanzi li jkunu saru lis-sussidjarja mhux konsolidata mill-entità ta’ investiment; u

(b) 

kwalunkwe impenn kurrenti jew intenzjoni li tagħti appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil sussidjarja mhux konsolidata, inkluż impenji jew intenzjonijiet biex tgħin lis-sussidjarja tikseb għajnuna finanzjarja.

19E Jekk, matul il-perjodu ta’ rapportar, entità ta’ investiment jew kwalunkwe sussidjarja tagħha tkun tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel hekk, appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità sussidjarja mhux konsolidata (eż. xiri ta’ assi tas-sussidjarja, jew strumenti maħruġa minnha, jew għenet lis-sussidjarja tikseb appoġġ finanzjarju), l-entità għandha tiddivulga:

(a) 

it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti lil kull sussidjarja mhux konsolidata u

(b) 

ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

19F Entità ta’ investiment għandha tiddivulga t-termini ta’ kwalunkwe arranġament kuntrattwali li jista’ jeħtieġ li l-entità jew is-sussidjarji mhux konsolidati tagħha jagħtu appoġġ finanzjarju lil entità strutturata, kontrollata, mhux konsolidata, inklużi eventi jew ċirkustanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf (eż. arranġamenti ta’ likwidità jew skattaturi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi li tixtri assi tal-entità strutturata jew li tipprovdi appoġġ finanzjarju).

19G Jekk waqt il-perjodu ta’ rapportar entità ta’ investiment jew kwalunkwe sussidjarja mhux konsolidata tkun tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel hekk, appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata li l-entità ta’ investiment ma kinitx tikkontrolla, u jekk dak l-għoti ta’ appoġġ irriżulta f’li l-entità ta’ investiment tikkontrolla l-entità strutturata, l-entità ta’ investiment għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-fatturi rilevanti għalfejn waslet għad-deċiżjoni li tipprovdi dak l-appoġġ.

INTERESSI F’ARRANĠAMENTI KONĠUNTI U KUMPANIJI ASSOĊJATI

20   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw:

(a) 

in-natura, il-firxa u l-effetti finanzjarji tal-interessi tagħha f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati, inklużi n-natura u l-effetti tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-investituri l-oħra bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafi 21 u 22); u

(b) 

in-natura tar-riskji, u bidliet fihom, assoċjati mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafu 23).

Natura, firxa u effetti finanzjarji tal-interessi ta’ entità f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati

21 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

għal kull arranġament konġunt u kumpanija assoċjata li tkun materjali għall-entità relatriċi:

(i) 

l-isem tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata.

(ii) 

in-natura tar-relazzjoni tal-entità mal-arranġament konġunt jew il-kumpanija assoċjata (billi, pereżempju, tiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata u jekk humiex strateġiċi għall-attivitajiet tal-entità).

(iii) 

is-sede prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, jekk dan ikun applikabbli u jkun differenti mis-sede prinċipali tan-negozju) tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata.

(iv) 

il-proporzjon tal-interess proprjetarju jew is-sehem parteċipanti miżmum mill-entità u, jekk dan ikun differenti, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma (jekk dan ikun applikabbli).

(b) 

għal kull impriża konġunta u kumpanija assoċjata li tkun materjali għall-entità relatriċi:

(i) 

jekk l-investiment fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata jitkejjilx bl-użu tal-metodu tal-ekwità jew fil-valur ġust.

(ii) 

informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata kif speċifikat fil-paragrafi B12 u B13.

(iii) 

jekk l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata tkun kontabbilizzata bl-użu tal-metodu tal-ekwità, il-valur ġust tal-investiment tagħha fl-impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, jekk ikun hemm prezz ikkwotat fis-suq għall-investiment.

(c) 

informazzjoni finanzjarja kif speċifikat fil-paragrafu B16 dwar l-investimenti tal-entità f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati li mhumiex individwalment materjali:

(i) 

fl-aggregat għall-impriżi konġunti individwalment immaterjali kollha u, separatament,

(ii) 

fl-aggregat għall-kumpaniji assoċjati individwalment immaterjali kollha.

21A Entità ta’ investiment ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 21(b)–21(c).

22 Entità għandha tiddivulga wkoll:

(a) 

in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe restrizzjoni sinifikanti (pereżempju li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ teħid b’self, rekwiżiti regolatorji jew arranġamenti kuntrattwali bejn investituri bil-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, jew b’influwenza sinifikanti fuqha) fuq il-kapaċità ta’ impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati li jittrasferixxu fondi lill-entità fil-forma ta’ dividendi fi flus, jew li jħallsu self mogħti mill-entità.

(b) 

meta r-rapporti finanzjarji ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jkunu minn data jew għal perjodu li huma differenti minn dawk tal-entità:

(i) 

id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tar-rapporti finanzjarji ta’ dik l-impriża konġunta jew kumpanija assoċjata; u

(ii) 

ir-raġuni għall-użu ta’ data jew perjodu differenti.

(c) 

is-sehem mhux rikonoxxut tat-telf ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, kemm għall-perjodu ta’ rapportar u kumulattivament, jekk l-entità ma baqgħetx tirrikonoxxi s-sehem tagħha tat-telf tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

Riskji assoċjati mal-interessi ta’ entità f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati

23 Entità għandha tiddivulga:

(a) 

impenji li għandha b’rabta mal-impriżi konġunti tagħha separatament mill-ammont ta’ impenji oħra kif speċifikat fil-paragrafi B18-B20.

(b) 

f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, sakemm il-probabbiltà tat-telf ma tkunx remota, obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba b’rabta mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati (inkluż is-sehem tagħha ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba b’mod konġunt ma’ investituri oħra bil-kontroll konġunt tal-impriżi konġunti jew il-kumpaniji assoċjati, jew b’influwenza sinifikanti fuqhom), separatament mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti oħra.

INTERESSI F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX KONSOLIDATI

24   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha:

(a) 

jifhmu n-natura u l-firxa tal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 26-28); u

(b) 

jevalwaw in-natura tar-riskji, u l-bidliet fihom, assoċjati mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 29-31).

25 L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 24(b) tinkludi informazzjoni dwar l-iskopertura ta’ entità għal riskju minn involviment li kellha ma’ entitajiet strutturati mhux konsolidati f’perjodi preċedenti (eż. sponsorizzazzjoni tal-entità strutturata), anki jekk l-entità ma għad għandha l-ebda involviment kuntrattwali mal-entità strutturata fid-data tar-rapportar.

25A Entità ta’ investiment ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24 għal entità strutturata mhux konsolidata li tikkontrolla u li għaliha tippreżenta d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 19A–19G.

Natura tal-interessi

26 Entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, inkluż, iżda mhux limitat għal, in-natura, l-iskop, id-daqs u l-attivitajiet tal-entità strutturata u kif l-entità strutturata tiġi ffinanzjata.

27 Jekk entità tkun sponsorjat entità strutturata mhux konsolidata li dwarha ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 29 (eż. għax ma għandhiex interess fl-entità fid-data tar-rapportar), l-entità għandha tiddivulga:

(a) 

kif iddeterminat liema entitajiet strutturati sponsorjat;

(b) 

l-introjtu minn dawk l-entitajiet strutturati waqt il-perjodu tar-rapportar, inkluża deskrizzjoni tat-tipi ta’ introjtu ppreżentat; u

(c) 

l-ammont riportat (fiż-żmien tat-trasferiment) tal-assi kollha ttrasferiti għal dawk l-entitajiet strutturati waqt il-perjodu tar- rapportar.

28 Entità għandha tippreżenta l-informazzjoni fil-paragrafu 27(b) u (c) f’format tabulari, sakemm format ieħor ma jkunx aktar xieraq, u tikklassifika l-attivitajiet ta’ sponsorizzazzjoni tagħha f’kategoriji rilevanti (ara l-paragrafi B2-B6).

Natura ta’ riskji

29 Entità għandha tiddivulga f’format tabulari, sakemm format ieħor ma jkunx aktar xieraq, taqsira ta’:

(a) 

l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha relatati mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(b) 

l-entrati f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li fiha jiġu rikonoxxuti dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet.

(c) 

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għat-telf mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, inkluż kif tiġi determinat l-iskopertura massima għat-telf. Jekk entità ma tkunx tista’ tikkwantifika l-iskopertura massima tagħha għat-telf mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, din għandha tiddivulga dak il-fatt u r-raġunijiet.

(d) 

tqabbil tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità li jirrelataw mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati u l-iskopertura massima tal-entità għal telf minn dawk l-entitajiet.

30 Jekk waqt il-perjodu tar-rapportar entità tkun tat, bla ma jkollha obbligu kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata li fiha preċedentement kellha jew fil-preżent għandha interess (pereżempju, xiri ta’ assi jew ta’ strumenti maħruġa mill-entità strutturata), l-entità għandha tiddivulga:

(a) 

it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom l-entità għenet lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju; u

(b) 

ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

31 Entità għandha tiddivulga kwalunkwe intenzjoni kurrenti li tagħti appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata, inklużi intenzjonijiet li tgħin lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

introjtu minn entità strutturata

Għall-fini ta’ dan l-IFRS, introjtu minn entità strutturata jinkludi, iżda mhux limitat għal, tariffi rikorrenti u mhux rikorrenti, mgħax, dividendi, qligħ jew telf fuq ir-rivalutazzjoni jew l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ interessi f’entitajiet strutturati u qligħ jew telf mit-trasferiment ta’ assi u obbligazzjonijiet lill-entità strutturata.

interess f’entità oħra

Għall-fini ta’ dan l-IFRS, interess f’entità oħra jirreferi għal involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali li jesponi lil entità għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Interess f’entità oħra jista’ jiġi evidenzjat minn, iżda mhux limitat għal, iż-żamma ta’ ekwità jew strumenti tad-dejn kif ukoll minn forom oħra ta’ involviment pereżempju l-għoti ta’ finanzjament, l-appoġġ tal-likwidità, it-titjib fil-kreditu u l-garanziji. Dan jinkludi l-mezzi li bihom entità jkollha kontroll jew kontroll konġunt ta’ entità oħra, jew influwenza sinifikanti oħra. Entità mhux neċessarjament ikollha interess f’entità oħra minħabba relazzjoni tipika tal-klijent mal-fornitur biss.

Il-paragrafi B7-B9 jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar interessi f’entitajiet oħra.

Il-paragrafi B55-B57 tal-IFRS 10 jispjegaw il-varjabbiltà tar-redditi.

entità strutturata

Entità li ġiet iddisinjata b’mod li d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni ta’ min jikkontrolla l-entità, pereżempju meta xi dritt tal-vot ikun relatat ma’ kompiti amministrattivi biss u d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti ssir permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali.

Il-paragrafi B22-B24 jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar entitajiet strutturati.

Dawn it-termini li ġejjin huma definiti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), fl-IAS 28 (kif emendat fl-2011), fl-IFRS 10 u fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs:

— 
kumpanija assoċjata
— 
rapporti finanzjarji konsolidati
— 
kontroll ta’ entità
— 
metodu tal-ekwità
— 
grupp
— 
entità ta’ investiment
— 
arranġament konġunt
— 
kontroll konġunt
— 
operazzjoni konġunta
— 
impriża konġunta
— 
interess nonkontrollanti
— 
kumpanija omm
— 
drittijiet protettivi
— 
attivitajiet rilevanti
— 
rapporti finanzjarji separati
— 
veikolu separat
— 
influwenza sinifikanti
— 
sussidjarja.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1-31 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1 L-eżempji f’dan l-Appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti attwali, il-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha ta’ mudell ta’ fatt partikulari jkollu jiġi evalwat fl-applikazzjoni tal-IFRS 12.

AGGREGAZZJONI (IL-PARAGRAFU 4)

B2 Entità għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tagħha, kemm tagħti dettall biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti għall-informazzjoni, kemm tagħmel enfasi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti u kif taggrega l-informazzjoni. Huwa neċessarju li jinstab bilanċ bejn li r-rapporti finanzjarji jitgħabbew b’dettalji eċċessivi li jistgħu ma jgħinux lill-utenti tar-rapporti finanzjarji u joskuraw informazzjoni b’riżultat ta’ aggregazzjoni żejda.

B3 Entità tista’ taggrega d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS għal interessi f’entitajiet simili jekk l-aggregazzjoni tkun konsistenti mal-objettiv ta’ divulgazzjoni u r-rekwiżit fil-paragrafu B4, u ma taħbix l-informazzjoni mogħtija. Entità għandha tiddivulga kif aggregat l-interessi tagħha f’entitajiet simili.

B4 Entità għandha tippreżenta l-informazzjoni separatament għal interessi:

(a) 

f’sussidjarji;

(b) 

f’impriżi konġunti;

(c) 

f’operazzjonijiet konġunti;

(d) 

f’kumpaniji assoċjati; u

(e) 

f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

B5 Meta tiddetermina jekk taggregax informazzjoni, entità għandha tqis informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-karatteristiki differenti tar-riskju u tar-redditu ta’ kull entità li qed tqis għall-aggregazzjoni u s-sinifikat ta’ kull entità simili għall-entità relatriċi. L-entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet f’mod li jispjega b’mod ċar lill-utenti tar-rapporti finanzjarji n-natura u l-firxa tal-interessi tagħha f’dawk l-entitajiet l-oħra.

B6 Eżempji ta’ livelli ta’ aggregazzjoni fil-klassijiet ta’ entitajiet stabbiliti fil-paragrafu B4 li jistgħu jkunu xierqa huma:

(a) 

in-natura ta’ attivitajiet (eż. entità ta’ riċerka u żvilupp, entità ta’ titolizzazzjoni ta’ karti tal-kreditu rotanti).

(b) 

klassifikazzjoni tal-industrija.

(c) 

ġeografija (eż. pajjiż jew reġjun).

INTERESSI F’ENTITAJIET OĦRA

B7 Interess f’entità oħra jirreferi għal involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali li jesponi lill-entità relatriċi għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Kunsiderazzjoni tal-iskop u t-tfassil tal-entità l-oħra tista’ tgħin lill-entità relatriċi meta tivvaluta jekk għandhiex interess f’dik l-entità u, allura, jekk hux meħtieġ li jiġu pprovduti d-divulgazzjonijiet f’dan l-IFRS. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni tar-riskji li l-entità l-oħra kienet imfassla li toħloq u r-riskji li l-entità l-oħra kienet imfassla li tgħaddi lill-entità relatriċi u lil partijiet oħra.

B8 Entità relatriċi tipikament hija esposta għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni ta’ entità oħra billi żżomm strumenti (pereżempju ekwità jew strumenti ta’ dejn maħruġa mill-entità l-oħra) jew billi jkollha involviment ieħor li jassorbi l-varjabbiltà. Pereżempju, nassumu li entità strutturata jkollha portafoll ta’ self. L-entità strutturata tikseb swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu minn entità oħra (l-entità relatriċi) biex tipproteġi lilha nnifisha mill-inadempjenza ta’ pagamenti ta’ interessi u ta’ kapital fuq id-djun. L-entità relatriċi għandha involviment li jesponiha għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità strutturata għax is-swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu jassorbi l-varjabbiltà fir-redditi tal-entità strutturata.

B9 Xi strumenti huma mfassla biex jittrasferixxu r-riskju minn entità relatriċi għal entità oħra. Tali strumenti joħolqu varjabbiltà fir-ritorn għall-entità l-oħra iżda tipikament ma jesponux lill-entità relatriċi għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Pereżempju, nassumu li entità strutturata titwaqqaf biex tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment għal investituri li ma jixtiqux ikollhom skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z (l-entità Z ma hija relatata ma’ ebda parti involuta fl-arranġament). L-entità strutturata tikseb il-finanzjament billi toħroġ noti lil dawk l-investituri li huma marbuta mar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z (noti konnessi mal-kreditu) u tuża r-rikavati biex tinvesti f’portafoll ta’ assi finanzjarji bla riskju. L-entità strutturata tikseb skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z billi tidħol fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu (CDS, credit default swap) ma’ kontroparti ta’ swap. Is-CDS jgħaddi r-riskju ta’ kreditu tal-entità Z lill-entità strutturata għal tariffa mħallsa mill-kontroparti ta’ swap. L-investituri fl-entità strutturata jirċievu redditu ogħla li jirrifletti kemm ir-redditu tal-entità strutturata mill-portafoll tal-assi tagħha kif ukoll id-dritt tas-CDS. Il-kontroparti tal-iswap ma għandhiex involviment mal-entità strutturata li tesponiha għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità strutturata għax is-CDS tittrasferixxi l-varjabbiltà lill-entità strutturata, minflok tassorbi l-varjabbiltà fir-redditi tal-entità strutturata.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA FIL-QOSOR GĦAL SUSSIDJARJI, IMPRIŻI KONĠUNTI U KUMPANIJI ASSOĊJATI (IL-PARAGRAFI 12 U 21)

B10 Għal kull sussidjarja li għandha interessi nonkontrollanti li huma materjali għall-entità relatriċi, entità għandha tiddivulga:

(a) 

dividendi mħallsa lil interessi nonkontrollanti.

(b) 

informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-profitt jew it-telf u l-flussi ta’ flus tas-sussidjarja li tippermetti lill-utenti jifhmu l-interess li għandhom interessi nonkontrollanti fl-attivitajiet u l-flussi ta’ flus tal-grupp. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, pereżempju, assi kurrenti, assi mhux kurrenti, obbligazzjonijiet kurrenti, obbligazzjonijiet mhux kurrenti, dħul, profitt jew telf u introjtu komprensiv totali.

B11 L-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafu B10(b) għandha tkun l-ammont qabel l-eliminazzjonijiet interkorporattivi.

B12 Għal kull impriża konġunta u kumpanija assoċjata li hija materjali għall-entità relatriċi, entità għandha tiddivulga:

(a) 

dividendi riċevuti mill-impriża konġunta jew mill-kumpanija assoċjata.

(b) 

informazzjoni finanzjarja fil-qosor għall-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata (ara l-paragrafi B14 u B15) inkluż, iżda mhux neċessarjament limitat għal:

(i) 

assi kurrenti.

(ii) 

assi mhux kurrenti.

(iii) 

obbligazzjonijiet kurrenti.

(iv) 

obbligazzjonijiet mhux kurrenti.

(v) 

dħul.

(vi) 

il-profitt jew it-telf minn operazzjonijiet kontinwi.

(vii) 

il-profitt jew it-telf wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma tkomplewx.

(viii) 

introjtu ieħor komprensiv.

(ix) 

introjtu komprensiv totali.

B13 Minbarra l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafu B12, entità għandha tiddivulga għal kull impriża konġunta li hija materjali għall-entità relatriċi l-ammont ta’:

(a) 

flus u ekwivalenti ta’ flus inklużi fil-paragrafu B12(b)(i).

(b) 

obbligazzjonijiet finanzjarji kurrenti (minbarra kummerċ u pagabbli u provvedimenti oħra) inklużi fil-paragrafu B12(b)(iii).

(c) 

obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti (minbarra kummerċ u pagabbli u provvedimenti oħra) inklużi fil-paragrafu B12(b)(iv).

(d) 

deprezzament u amortizzament.

(e) 

introjtu mill-imgħax.

(f) 

spiża tal-imgħax.

(g) 

spiża jew introjtu mit-taxxa fuq l-introjtu.

B14 L-informazzjoni finanzjarja fil-qosor ippreżentata f’konformità mal-paragrafi B12 u B13 għandha tkun l-ammonti inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata (u mhux is-sehem tal-entità ta’ dawk l-ammonti). Jekk l-entità tikkontabbilizza l-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata bl-użu tal-metodu tal-ekwità:

(a) 

l-ammonti inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu aġġustamenti mwettqa mill-entità fl-użu tal-metodu tal-ekwità, pereżempju aġġustamenti fil-valur ġust imwettqa fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni u aġġustamenti għal differenzi f’politiki tal-kontabbiltà.

(b) 

l-entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja fil-qosor ippreżentata lill-ammont riportat tal-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata.

B15 Entità tista’ tippreżenta l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafi B12 u B13 abbażi tar-rapporti finanzjarji tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata jekk:

(a) 

l-entità tkejjel l-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata fil-valur ġust f’konformità mal-IAS 28 (kif emendat fl-2011); u

(b) 

l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata ma tippreparax rapporti finanzjarji tal-IFRS u preparazzjoni fuq dik il-bażi ma tkunx prattikabbli jew twassal għal kost eċċessiv.

F’dak il-każ, l-entità għandha tiddivulga l-bażi li fuqha ġiet ippreparata l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor.

B16 Entità għandha tiddivulga, f’aggregat, l-ammont riportat tal-interessi tagħha fl-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati kollha individwalment immaterjali li tagħhom kontabbilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità. Entità għandha tiddivulga wkoll separatament l-ammont aggregat tas-sehem tagħha ta’:

(a) 

il-profitt jew telf minn operazzjonijiet kontinwi ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(b) 

il-profitt jew telf ta’ wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma tkomplewx ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(c) 

introjtu ieħor komprensiv ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(d) 

introjtu komprensiv totali ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

Entità għandha tagħti d-divulgazzjonijiet b’mod separat għall-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati.

B17 Meta l-interess ta’ entità f’sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata (jew porzjon mill-interess tagħha f’impriża konġunta jew kumpanija assoċjata) jiġi kklassifikat (jew inkluż fi grupp ta’ disponiment li huwa kklassifikat) bħala miżmum għall-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5, l-entità mhijiex meħtieġa tiddivulga informazzjoni finanzjarja fil-qosor għal dik is-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata f’konformità mal-paragrafi B10-B16.

IMPENJI GĦAL IMPRIŻI KONĠUNTI (IL-PARAGRAFU 23(a))

B18 Entità għandha tiddivulga l-impenji totali li għamlet imma li ma rrikonoxxietx fid-data tar-rapportar (inkluż is-sehem tagħha ta’ impenji magħmula b’mod konġunt ma’ investituri oħra bil-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta) relatati mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti. Impenji huma dawk li jistgħu jirriżultaw fi ħruġ ta’ flus jew riżorsi oħra fil-futur.

B19 Impenji mhux rikonoxxuti li jistgħu jirriżultaw fi fluss ta’ ħruġ ta’ flus jew riżorsi oħra fil-futur jinkludu:

(a) 

impenji mhux rikonoxxuti għall-kontribuzzjoni ta’ finanzjament jew riżorsi b’riżultat ta’, pereżempju:

(i) 

ftehimiet dwar il-kostituzzjoni jew l-akkwiżizzjoni ta’ impriża konġunta (li, pereżempju, jeħtieġu li entità tikkontribwixxi fondi tul perjodu speċifiku).

(ii) 

proġetti intensivi fil-kapital imwettqa minn impriża konġunta.

(iii) 

obbligi tax-xiri mhux kondizzjonali, li jinkludu akkwist ta’ tagħmir, inventarju jew servizzi li entità hija impenjata li tixtri minn impriża konġunta, jew f’isimha.

(iv) 

impenji mhux rikonoxxuti għall-għoti ta’ self jew appoġġ finanzjarju ieħor lil impriża konġunta.

(v) 

impenji mhux rikonoxxuti għall-kontribuzzjoni ta’ riżorsi lil impriża konġunta, pereżempju assi jew servizzi.

(vi) 

impenji oħra mhux rikonoxxuti u inkanċellabbli b’rabta ma’ impriża konġunta.

(b) 

impenji mhux rikonoxxuti għall-akkwiżizzjoni tal-interess proprjetarju ta’ parti oħra (jew porzjon ta’ dak l-interess proprjetarju) f’impriża konġunta jekk event partikulari jseħħ jew ma jseħħx fil-futur.

B20 Ir-rekwiżiti u l-eżempji fil-paragrafi B18 u B19 juru wħud mit-tipi ta’ divulgazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 18 tal-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati.

INTERESSI F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX KONSOLIDATI (IL-PARAGRAFI 24–31)

Entitajiet strutturati

B21 Entità strutturata hija entità li ġiet iddisinjata b’mod li d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni ta’ min jikkontrolla l-entità, pereżempju meta xi dritt tal-vot ikun relatat ma’ kompiti amministrattivi biss u d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti ssir permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali.

B22 Entità strutturata spiss ikollha wħud minn dawn il-karatteristiki jew attribwiti li ġejjin jew kollha kemm huma:

(a) 

attivitajiet ristretti.

(b) 

objettiv ristrett u definit sew, pereżempju li tiffirma lokazzjoni effiċjenti fit-taxxa, twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, tipprovdi sors ta’ kapital jew finanzjament lil entità jew tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment lil investituri billi tgħaddi r-riskji u l-gwadanji assoċjati mal-assi tal-entità strutturata lill-investituri.

(c) 

ekwità insuffiċjenti biex jippermetti li l-entità strutturata tiffinanzja l-attivitajiet tagħha mingħajr appoġġ finanzjarju subordinat.

(d) 

finanzjament fil-forma ta’ strumenti multipli konnessi kuntrattwalment ma’ investituri li joħolqu konċentrazzjonijiet ta’ kreditu jew riskji oħra (segmenti).

B23 Eżempji ta’ entitajiet li huma meqjusa bħala entitajiet strutturati jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

veikoli ta’ titolizzazzjoni.

(b) 

finanzjamenti garantiti b’assi.

(c) 

xi fondi ta’ investiment.

B24 Entità li hija kkontrollata mid-drittijiet tal-vot mhijiex entità strutturata sempliċement għax, pereżempju, tirċievi finanzjament minn partijiet terzi wara ristrutturazzjoni.

Natura ta’ riskji minn interessi f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 29–31)

B25 Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 29–31, entità għandha tiddivulga informazzjoni addizzjonali li hija meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 24(b).

B26 Eżempji ta’ informazzjoni addizzjonali li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu rilevanti għal valutazzjoni tar-riskji li entità tiġi esposta għalihom meta jkollha interess f’entità strutturata mhux konsolidata huma:

(a) 

it-termini ta’ arranġament li jista’ jeħtieġ li l-entità tagħti appoġġ finanzjarju lil entità strutturata mhux konsolidata (pereżempju arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi ta’ xiri ta’ assi tal-entità strutturata jew ta’ għoti ta’ appoġġ finanzjarju), inkluż:

(i) 

deskrizzjoni ta’ eventi jew ċirkustanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf.

(ii) 

jekk hemmx xi termini li jillimitaw l-obbligu.

(iii) 

jekk hemmx xi partijiet oħra li jagħtu appoġġ finanzjarju u, jekk iva, kif l-obbligu tal-entità relatriċi tikklassifika ma’ dawk ta’ partijiet oħra.

(b) 

telf magħmul mill-entità matul il-perjodu ta’ rapportar relatat mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(c) 

it-tipi ta’ introjtu li l-entità rċeviet waqt il-perjodu ta’ rapportar mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(d) 

jekk l-entità hijiex meħtieġa tassorbi t-telf ta’ entità strutturata mhux konsolidata qabel partijiet oħra, il-limitu massimu ta’ tali telf għall-entità, u (jekk ikunu rilevanti) il-klassifikazzjoni u l-ammonti ta’ telf potenzjali mġarrba minn partijiet li l-interessi tagħhom jikklassifikaw aktar ’l isfel mill-interess tal-entità fl-entità strutturata mhux konsolidata.

(e) 

informazzjoni dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ likwidità, garanziji jew impenji oħra ma’ partijiet terzi li jistgħu jaffettwaw il-valur ġust jew ir-riskju tal-interessi tal-entità f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(f) 

kwalunkwe diffikultà li entità strutturata mhux konsolidata tkun ġarrbet fil-finanzjament tal-attivitajiet tagħha waqt il-perjodu tar-rapportar.

(g) 

b’rabta mal-finanzjament ta’ entità strutturata mhux konsolidata, il-forom ta’ finanzjament (eż. karti kummerċjali jew noti ta’ terminu medju) u l-ħajja tagħhom skont il-medja ponderata. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi analiżijiet tal-maturità tal-assi u finanzjament ta’ entità strutturata mhux konsolidata jekk l-entità strutturata għandha assi aktar fit-tul iffinanzjati minn finanzjament għal perjodu aktar qasir.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

C1A  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Il-Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12), maħruġ f’Ġunju 2012, żied il-paragrafi C2A–C2B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 12 għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar bikri.

C1B  Entitajiet ta’ Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġ f’Ottubru 2012, emenda l-paragrafu 2 u l-Appendiċi A, u żied il-paragrafi 9A–9B, 19A–19G, 21A u 25A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Adozzjoni bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi f’Entitajiet ta’ Investiment fl-istess ħin.

C1C  Entitajiet ta’ Investiment: Applikazzjoni tal-Eċċezzjoni tal-Konsolidament (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 28), maħruġ f’Diċembru 2014, emenda l-paragrafi 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

C1D  Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRSs Ċiklu 2014-2016, maħruġ f'Diċembru 2016, żied il-paragrafu 5A u emenda l-paragrafu B17. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara.

C2 Entità hija mħeġġa tagħti informazzjoni meħtieġa skont dan l-IFRS aktar kmieni minn perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. L-għoti ta’ wħud mid-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS ma jobbligax lill-entità tikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-IFRS jew tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) kmieni.

C2A Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS ma għandhom għalfejn jiġu applikati għall-ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel il-perjodu annwali immedjatament qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih jiġi applikat l-IFRS 12.

C2B Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-paragrafi 24–31 u l-gwida korrispondenti fil-paragrafi B21–B26 ta’ dan l-IFRS ma għandhom għalfejn jiġu applikati għall-ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih ġie applikat l-IFRS 12.

REFERENZI GĦALL-IFRS 9

C3 Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 13

Kejl tal-Valur Ġust

OBJETTIV

1   Dan l-IFRS:

(a) 

jiddefinixxi l-valur ġust;

(b) 

jistabilixxi f’IFRS wieħed qafas għall-kejl tal-valur ġust; u

(c) 

jitlob divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust.

2 Il-valur ġust huwa miżura bbażata fuq is-suq, mhux miżura speċifika għall-entità. Għal xi assi u obbligazzjonijiet, jistgħu jkunu disponibbli tranżazzjonijiet fis-swieq osservabbli jew informazzjoni tas-suq. Għal assi u obbligazzjonijiet oħrajn, tranżazzjonijiet fis-swieq osservabbli jew informazzjoni tas-suq jistgħu ma jkunux disponibbli. Madankollu, l-objettivi tal-kejl tal-valur ġust fiż-żewġ każijiet huwa l-istess—li jiġi stmat il-prezz li bih isseħħ tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq (jiġifieri prezz ta’ ħruġ fid-data tal-kejl mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu l-assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni).

3 Meta ma jkunx osservabbli prezz għal assi jew obbligazzjoni identika, entità tkejjel il-valur ġust permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni li tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli. Minħabba li l-valur ġust huwa miżura bbażata fuq is-suq, din titkejjel permezz tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju. B’hekk, l-intenzjoni ta’ entità li żżomm xi assi jew li ssalda jew tissodisfa mod ieħor l-obbligazzjoni ma tkunx rilevanti meta jitkejjel il-valur ġust.

4 Id-definizzjoni ta’ valur ġust tiffoka fuq assi u obbligazzjonijiet minħabba li huma suġġett primarju tal-kejl kontabbilistiku. Barra minn hekk, dan l-IFRS għandu jiġi applikat għall-istrumenti ta’ ekwità proprji tal-entità mkejla fil-valur ġust.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

5   Dan l-IFRS japplika meta IFRS ieħor ikun jeħtieġ jew jippermetti kejl tal-valur ġust jew divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust (u kejl, bħall-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-bejgħ, ibbażat fuq il-valur ġust jew id-divulgazzjonijiet dwar dak il-kejl), ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 6 u 7.

6 Ir-rekwiżiti ta’ kejl u divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS ma japplikawx f’dan li ġej:

(a) 

tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma fil-kamp ta’applikazzjoni tal-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma;

(b) 

tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 16 Lokazzjonijiet; u

(c) 

kejl li jkollu xi similaritajiet mal-valur ġust iżda li ma jkunx il-valur ġust, bħall-valur nett realizzabbli fl-IAS 2 Inventarji jew il-valur fl-użu fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

7 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dan l-IFRS mhumiex meħtieġa għal dawn li ġejjin:

(a) 

assi tal-pjan imkejla fil-valur ġust f’konformità mal-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati;

(b) 

investimenti fi pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar imkejla fil-valur ġust f’konformità mal-IAS 26 Kontabbiltà u Rapportar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċju tal-Irtirar; u

(c) 

assi li għalihom l-ammont rekuperabbli jkun il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tad-disponiment f’konformità mal-IAS 36.

8 Il-qafas tal-kejl tal-valur ġust deskritt f’dan l-IFRS japplika kemm għall-kejl inizjali kif ukoll għal dak sussegwenti jekk il-valur ġust ikun meħtieġ jew permess minn IFRSs oħrajn.

KEJL

Definizzjoni ta’ valur ġust

9   Dan l-IFRS jiddefinixxi l-valur ġust bħala l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

10 Il-paragrafu B2 jiddeskrivi l-approċċ kumplessiv tal-kejl tal-valur ġust.

L-assi jew l-obbligazzjoni

11   Il-kejl tal-valur ġust huwa għal assi jew obbligazzjoni partikulari. Għaldaqstant, meta jitkejjel il-valur ġust entità għandha tqis il-karatteristiki tal-assi jew tal-obbligazzjoni jekk il-parteċipanti fis-suq iqisu dawk il-karatteristiki meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data tal-kejl. Dawn il-karatteristiki jinkludu, pereżempju, dawn li ġejjin:

(a) 

il-kundizzjoni u l-post tal-assi; u

(b) 

ir-restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, fuq il-bejgħ u l-użu tal-assi.

12 L-effett fuq il-kejl li jirriżulta minn karatteristika partikulari jvarja skont kif dik il-karatteristika titqies mill-parteċipanti fis-suq.

13 L-assi jew l-obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust tista’ tkun waħda minn dawn:

(a) 

assi jew obbligazzjoni awtonoma (eż. strument finanzjarju jew assi mhux finanzjarju); jew

(b) 

grupp ta’ assi, grupp ta’ obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet (eż. unità li tiġġenera l-flus jew negozju).

14 Jekk l-assi jew l-obbligazzjoni tkunx assi jew obbligazzjoni awtonoma, grupp ta’ assi, grupp ta’ obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet għall-finijiet ta’ rikonoxximent jew divulgazzjoni jiddependi fuq l-unità tal-kont tiegħu. L-unità tal-kont għall-assi jew għall-obbligazzjoni għandha tkun determinata f’konformità mal-IFRS li jeħtieġ jew jippermetti l-kejl tal-valur ġust, għajr kif ipprovdut f’dan l-IFRS.

It-tranżazzjoni

15   Kejl tal-valur ġust jassumi li l-assi jew l-obbligazzjoni tiġi skambjata fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq għall-bejgħ tal-assi jew it-trasferiment tal-obbligazzjoni fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

16   Kejl tal-valur ġust jassumi li t-tranżazzjoni għall-bejgħ tal-assi jew it-trasferiment tal-obbligazzjoni jseħħ:

(a) 

fis-suq prinċipali għall-assi jew għall-obbligazzjoni; jew

(b) 

fin-nuqqas ta’ suq prinċipali, fl-iktar suq vantaġġuż għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

17 Entità ma għandhiex għalfejn tagħmel riċerka eżawrjenti tas-swieq kollha possibbli sabiex tidentifika s-suq prinċipali jew, flin-nuqqas ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż, iżda għandha tqis l-informazzjoni kollha li tkun raġonevolment disponibbli. Fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, is-suq li fih normalment l-entità tidħol fi tranżazzjoni sabiex tbigħ l-assi jew tittrasferixxi l-obbligazzjoni jkun preżunt li jkun is-suq prinċipali jew, fin-nuqqas ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż.

18 Jekk ikun hemm suq prinċipali għall-assi jew għall-obbligazzjoni, il-kejl tal-valur ġust għandu jirrappreżenta l-prezz f’dak is-suq (kemm jekk il-prezz ikun osservabbli b’mod dirett kif ukoll jekk stmat permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni oħra), anki jekk il-prezz f’suq differenti jkun potenzjalment aktar vantaġġuż fid-data tal-kejl.

19 L-entità jrid ikollha aċċess għas-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) fid-data tal-kejl. Minħabba li entitajiet differenti (u negozji f’dawk l-entitajiet) b’attivitajiet differenti jista’ jkollhom aċċess għal swieq differenti, is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-istess assi jew obbligazzjoni jista’ jkun differenti għal entitajiet differenti (u negozji f’dawk l-entitajiet). Għaldaqstant, is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) (u għalhekk, il-parteċipanti fis-suq) għandu jitqies mill-perspettiva tal-entità, biex b’hekk jikkunsidra differenzi bejn u fost l-entitajiet b’attivitajiet differenti.

20 Għalkemm entità trid tkun tista’ taċċessa s-suq, l-entità ma għandhiex għalfejn tkun tista’ tbigħ l-assi partikulari jew titrasferixxi l-obbligazzjoni partikulari fid-data tal-kejl sabiex tkun tista’ tkejjel il-valur ġust fuq il-bażi tal-prezz f’dak is-suq.

21 Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar dwar il-bejgħ ta’ assi jew it-trasferiment ta’ obbligazzjoni fid-data tal-kejl, kejl tal-valur ġust għandu jassumi li tranżazzjoni sseħħ f’dik id-data, ikkunsidrata mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni. Dik it-tranżazzjoni preżunta tistabbilixxi bażi għall-istima tal-prezz għall-bejgħ tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni.

Parteċipanti fis-suq

22   Entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni bis-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, jekk wieħed jassumi li l-parteċipanti fis-suq jaġixxu fl-aħjar interess ekonomiku tagħhom.

23 Fl-iżvilupp ta’ dawk is-suppożizzjonijiet, entità ma jkollhiex għalfejn tidentifika parteċipanti fis-suq speċifiċi. Minflok, l-entità għandha tidentifika karatteristiki li jiddistingwu l-parteċipanti fis-suq b’mod ġenerali, filwaqt li tikkunsidra fatturi speċifiċi għal dawn kollha:

(a) 

l-assi jew l-obbligazzjoni;

(b) 

is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew l-obbligazzjoni; u

(c) 

il-parteċipanti fis-suq li l-entità tidħol fi tranżazzjoni magħhom f’dak is-suq.

Il-prezz

24   Il-valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet tas-suq kurrenti (jiġifieri prezz ta’ ħruġ) irrispettivament minn jekk dak il-prezz huwiex osservabbli b’mod dirett jew stmat permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni oħra.

25 Il-prezz fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) użat sabiex jitkejjel il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni ma għandux ikun aġġustat għall-kostijiet tat-tranżazzjoni. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IFRSs l-oħrajn. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni mhumiex karatteristika ta’ assi jew obbligazzjoni; pjuttost, huma speċifiċi għal tranżazzjoni u jvarjaw skont kif entità tidħol fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

26 Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jinkludux il-kostijiet tat-trasport. Jekk il-post ikun karatteristika tal-assi (kif jista’ jkun il-każ, pereżempju, għal komodità), il-prezz fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għandu jkun aġġustat għall-kostijiet, jekk ikun hemm, li jiġġarrbu biex l-assi jiġi ttrasportat mill-post kurrenti tiegħu lejn dak is-suq.

Applikazzjoni għal assi mhux finanzjarji

L-ogħla u l-aħjar użu għal assi mhux finanzjarji

27   Kejl tal-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju jqis il-kapaċità ta’ parteċipant fis-suq li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi billi juża l-assi fl-ogħla u l-aħjar użu tiegħu jew billi jbigħu lil parteċipant ieħor li juża l-assi fl-ogħla u l-aħjar użu tiegħu.

28 L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jikkunsidra l-użu tal-assi li jkun fiżikament possibbli, legalment permissibbli u finanzjarjament fattibbli, kif ġej:

(a) 

Użu li jkun fiżikament possibbli jikkunsidra l-karatteristiki fiżiċi tal-assi li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi (eż. il-post jew id-daqs tal-proprjetà).

(b) 

Użu li jkun legalment permissibbli jqis kwalunkwe restrizzjoni legali fuq l-użu tal-assi li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi (eż. ir-regolamenti dwar it-tqassim f’żoni applikabbli għal proprjetà).

(c) 

Użu li jkun finanzjarjament fattibbli jqis jekk użu tal-assi li jkun fiżikament possibbli u legalment permissibbli jiġġenerax introjtu jew flussi ta’ flus adegwati (filwaqt li jitqiesu l-kostijiet ta’ konverżjoni tal-assi f’dak l-użu) sabiex jipproduċi redditu fuq l-investiment li l-parteċipanti fis-suq ikunu jeħtieġu minn investiment f’dak l-assi mqiegħed għal dak l-użu.

29 L-ogħla u l-aħjar użu huwa determinat mill-perspettiva tal-parteċipanti fis-suq, anki jekk l-entità jkollha l-intenzjoni ta’ użu differenti. Madankollu, l-użu kurrenti ta’ entità ta’ assi mhux finanzjarju jitqies li jkun l-ogħla u l-aħjar użu sakemm is-suq jew fatturi oħrajn ma jissuġġerux li użu differenti minn parteċipanti fis-suq jimmassimizza l-valur tal-assi.

30 Sabiex tipproteġi l-pożizzjoni kompetittiva tagħha, jew għal raġunijiet oħrajn, entità jista’ jkollha l-intenzjoni li ma tużax b’mod attiv assi mhux finanzjarju akkwistat jew jista’ jkollha l-intenzjoni li ma tużax l-assi skont l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ ta’ assi intanġibbli akkwistat li l-entità tippjana li tuża b’mod difensiv billi ma tħallix lil oħrajn jużawh. Madankollu, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju billi tassumi l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu mill-parteċipanti fis-suq.

Premessa ta’ valwazzjoni għall-assi mhux finanzjarji

31 L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jistabbilixxi l-premessa ta’ valwazzjoni użata biex jitkejjel il-valur ġust tal-assi, kif ġej:

(a) 

L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jista’ jipprovdi valur massimu lill-parteċipanti fis-suq permezz tal-użu tiegħu flimkien ma’ assi oħrajn bħala grupp (kif installati jew ikkonfigurati mod ieħor għall-użu) jew ikkombinat ma’ assi jew obbligazzjonijiet oħra (eż. negozju).

(i) 

Jekk l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li l-assi jintuża flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ġust tal-assi jkun il-prezz li jiġi riċevut fi tranżazzjoni kurrenti sabiex jinbiegħ assi jekk wieħed jassumi li l-assi jintuża ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn u li dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet (jiġifieri l-assi komplimentari tiegħu u l-obbligazzjonijiet assoċjati) ikunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq.

(ii) 

L-obbligazzjonijiet assoċjati mal-assi u mal-assi komplimentari jinkludu obbligazzjonijiet li jiffinanzjaw il-kapital operatorju, iżda ma jinkludux obbligazzjonijiet użati sabiex jiffinanzjaw assi li ma jkunux fil-grupp tal-assi.

(iii) 

Suppożizzjonijiet dwar l-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju għandhom ikunu konsistenti għall-assi kollha (li għalihom l-ogħla u l-aħjar użu jkun rilevanti) tal-grupp ta’ assi jew tal-grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet li fih jintuża l-assi.

(b) 

L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jista’ jipprovdi valur massimu lill-parteċipanti fis-suq fuq bażi awtonoma. Jekk l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li l-assi jintuża fuq bażi awtonoma, il-valur ġust tal-assi jkun il-prezz li jiġi riċevut fi tranżazzjoni kurrenti għall-bejgħ tal-assi lill-parteċipanti fis-suq li jużaw l-assi fuq bażi awtonoma.

32 Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju jassumi li l-assi jinbiegħ b’mod konsistenti mal-unità tal-kont speċifikat f’IFRSs oħrajn (li jista’ jkun assi individwali). Dan ikun il-każ anki meta dak il-kejl tal-valur ġust jassumi li l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li jintuża flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn minħabba li l-kejl tal-valur ġust jassumi li l-parteċipant fis-suq diġà jkollu l-assi komplimentari u l-obbligazzjonijiet assoċjati.

33 Il-paragrafu B3 jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-kunċett tal-premessa tal-valwazzjoni għall-assi mhux finanzjarji.

Applikazzjoni għall-obbligazzjonijiet u l-istrumenti ta’ ekwità proprji ta’ entità

Prinċipji ġenerali

34   Kejl tal-valur ġust jassumi li obbligazzjoni finanzjarja jew mhux finanzjarja jew l-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità (eż. interessi ta’ ekwità maħruġa bħala korrispettiv f’kombinament ta’ negozji) jiġi ttrasferit lil parteċipant fis-suq fid-data tal-kejl. It-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità jassumi dan li ġej:

(a) 

Obbligazzjoni tibqa’ pendenti u ċ-ċessjonarju tal-parteċipant fis-suq ikun meħtieġ li jissodisfa l-obbligu. L-obbligazzjoni ma tiġix saldata mal-kontroparti jew inkella tiġi eżawrita fid-data tal-kejl.

(b) 

L-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità jibqa’ pendenti u ċ-ċessjonarju tal-parteċipant fis-suq jassumi d-drittijiet u r-responsabilitajiet assoċjati mal-istrument. L-istrument ma jitħassarx jew jiġi eżawrit mod ieħor fid-data tal-kejl.

35 Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar tat-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità (eż. minħabba li restrizzjonijiet kuntrattwali jew legali oħrajn ma jippermettux it-trasferiment ta’ entrati bħal dawn), jista’ jkun hemm suq osservabbli għal entrati bħal dawn jekk ikunu miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi (eż. bond korporattiv jew opzjoni call fuq l-ishma ta’ entità).

36 F’kull każ, entità għandha tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli sabiex tilħaq l-objettiv ta’ kejl ta’ valur ġust, li jkun li tistma l-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għat-trasferiment tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

Obbligazzjonijiet u strumenti ta’ ekwità oħrajn miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi

37   Meta ma jkunx disponibbli prezz ikkwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità u l-entrata identika tkun miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm entrata identika bħala assi fid-data tal-kejl.

38 F’każijiet bħal dawn, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità kif ġej:

(a) 

billi tuża l-prezz ikkwotat f’suq attiv għall-entrata identika miżmuma minn parti oħra bħala assi, jekk dak il-prezz ikun disponibbli.

(b) 

jekk dak il-prezz ma jkunx disponibbli, tuża inputs osservabbli oħrajn, bħall-prezz ikkwotat f’suq li ma jkunx attiv għall-entrata identika miżmuma minn parti oħra bħala assi.

(c) 

jekk il-prezzijiet osservabbli f’(a) u (b) ma jkunux disponibbli, għandha tuża teknika ta’ valwazzjoni oħra, bħal:

(i) 

approċċ tal-introjtu (eż. teknika ta’ valur preżenti li tqis il-flussi futuri ta’ flus li parteċipant fis-suq jistenna li jirċievi miż-żamma tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità bħala assi; ara l-paragrafi B10 u B11).

(ii) 

approċċ tas-suq (eż. bl-użu ta’ prezzijiet ikkwotati għal obbligazzjonijiet jew strumenti ta’ ekwità simili miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi; ara l-paragrafi B5–B7).

39 Entità għandha taġġusta l-prezz ikkwotat ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument ta’ ekwità proprju tal-entità miżmum minn parti oħra bħala assi biss jekk ikun hemm fatturi speċifiċi għall-assi li ma jkunux applikabbli għall-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità. Entità għandha tiżgura li l-prezz ta’ assi ma jirriflettix l-effett ta’ restrizzjoni li ma tippermettix il-bejgħ ta’ dak l-assi. Ċerti fatturi li jistgħu jindikaw li l-prezz ikkwotat tal-assi jenħtieġ li jkun aġġustat jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Il-prezz kwotat għall-assi jkun relatat ma’ obbligazzjoni jew strument ta’ ekwità simili (iżda mhux identiku) miżmum minn parti oħra bħala assi. Pereżempju, l-obbligazzjoni jew l-istrument ta’ ekwità jista’ jkollu karatteristika partikulari (eż. il-kwalità tal-kreditu tal-emittent) li tkun differenti minn dik riflessa fil-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità simili miżmum bħala assi.

(b) 

L-unità tal-kont għall-assi mhijiex l-istess għall-obbligazzjoni jew l-istrument ta’ ekwità. Pereżempju, fil-każ tal-obbligazzjonijiet, f’ċerti każijiet il-prezz għal assi jirrifletti prezz ikkombinat għal pakkett li jinkludi kemm l-ammonti dovuti mill-emittent kif ukoll titjib fil-kreditu ta’ parti terza. Jekk l-unità tal-kont għall-obbligazzjoni ma tkunx għall-pakkett ikkombinat, l-objettiv ikun li jitkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-emittent, mhux il-valur ġust tal-pakkett ikkombinat. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, l-entità taġġusta l-prezz osservat għall-assi sabiex teskludi l-effett tat-titjib fil-kreditu tal-parti terza.

Obbligazzjonijiet u strumenti ta’ ekwità oħrajn mhux miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi

40   Meta ma jkunx disponibbli prezz ikkwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità u l-entrata identika ma tkunx miżmuma minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni jew li ħareġ it-talba fuq l-ekwità.

41 Pereżempju, meta tapplika teknika tal-valur preżenti entità tista’ tqis wieħed minn dawn:

(a) 

il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri li parteċipant fis-suq jistenna li jġarrab fil-qadi tal-obbligu, inkluż il-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ sabiex jassumi l-obbligu (ara l-paragrafi B31–B33).

(b) 

l-ammont li parteċipant fis-suq jirċievi sabiex jidħol fi jew joħroġ obbligazzjoni jew strument ta’ ekwità identiku, bl-użu tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-entrata identika (eż. li jkollu l-istess karatteristiki ta’ kreditu) fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-ħruġ ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument ta’ ekwità bl-istess termini kuntrattwali.

Riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni

42   Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett ta’ riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni. Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni jinkludi, iżda mhux bilfors ikun limitat għal, ir-riskju tal-kreditu proprju (kif definit fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet). Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni jkun preżunt l-istess qabel u wara t-trasferiment tal-obbligazzjoni.

43 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni, entità għandha tqis l-effett tar-riskju tal-kreditu proprju (affidabbiltà kreditizja) u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jinfluwenza l-probabbiltà li l-obbligu jitwettaq jew le. Dak l-effett jista’ jvarja skont l-obbligazzjoni, pereżempju:

(a) 

jekk l-obbligazzjoni tkun obbligu ta’ kunsinna ta’ flus (obbligazzjoni finanzjarja) jew obbligu ta’ kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi (obbligazzjoni mhux finanzjarja).

(b) 

it-termini tat-titjib fil-kreditu relatati mal-obbligazzjoni, jekk ikun hemm.

44 Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett tar-riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni fuq il-bażi tal-unità tal-kont tagħha. L-emittent ta’ obbligazzjoni maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza mhux separabbli li jkun kontabbilizzat b’mod separat mill-obbligazzjoni ma għandux jinkludi l-effett tat-titjib fil-kreditu (eż. garanzija ta’ dejn ta’ parti terza) fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni. Jekk it-titjib fil-kreditu jkun kontabbilizzat b’mod separat mill-obbligazzjoni, l-emittent iqis l-affidabbiltà kreditizja proprja tiegħu u mhux dik tal-garanti terza meta jkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni.

Restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument ta’ ekwità proprju tal-entità

45 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument ta’ ekwità proprju tal-entità, entità ma għandhiex tinkludi input separat jew aġġustament ta’ inputs oħrajn relatati mal-eżistenza ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tal-entrata. L-effett ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument ta’ ekwità proprju tal-entità jkun inkluż b’mod impliċitu jew espliċitu fl-inputs l-oħrajn fil-kejl tal-valur ġust.

46 Pereżempju, fid-data tat-tranżazzjoni, kemm il-kreditur kif ukoll l-obbligatur aċċettaw il-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligazzjoni b’għarfien sħiħ li l-obbligu jinkludi restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tagħha. Minħabba li r-restrizzjoni tkun inkluża fil-prezz tat-tranżazzjoni, mhuwiex meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti fid-data tat-tranżazzjoni sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment. Bl-istess mod, mhuwiex meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti f’dati tal-kejl sussegwenti sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment.

Obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ ġbid bla avviż

47 Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ ġbid bla avviż (eż. depożitu ta’ bla avviż) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq talba, skontat mill-ewwel data meta l-ammont jista’ jkun meħtieġ jitħallas.

Applikazzjoni għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’pożizzjonijiet imqabbla f’riskji tas-suq jew riskju tal-kreditu tal-kontroparti

48 Entità li żżomm grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkun esposta għar-riskji tas-suq (kif definit fl-IFRS 7) u għar-riskju tal-kreditu (kif definit fl-IFRS 7) ta’ kull kontroparti. Jekk l-entità timmaniġġa dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tagħha għar-riskji tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu, l-entità tista’ tapplika eċċezzjoni għal dan l-IFRS għall-kejl tal-valur ġust. Dik l-eċċezzjoni tippermetti li entità tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-prezz li jiġi riċevut biex tinbiegħ pożizzjoni netta twila (jiġifieri assi) għal skopertura partikulari għar-riskju jew biex tkun trasferita pożizzjoni qasira netta (jiġifieri obbligazzjoni) għal skopertura partikulari għar-riskju fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Għaldaqstant, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’mod konsistenti ma’ kif il-parteċipanti fis-suq jipprezzaw l-iskopertura netta għar-riskju fid-data tal-kejl.

49 Entità tista’ tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 biss jekk l-entità tagħmel dan kollu li ġej:

(a) 

timmaniġġa l-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikulari tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti partikulari f’konformità mal-istrateġija dokumentata tal-ġestjoni tar-riskju jew tal-investiment tal-entità;

(b) 

tipprovdi informazzjoni fuq dik il-bażi dwar il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità, kif definit fl-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati; u

(c) 

tkun teħtieġ jew għażlet li tkejjel dawk l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ rapportar.

50 L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 ma tapplikax għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji. F’ċerti każijiet il-bażi għall-preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tvarja mill-bażi għall-kejl ta’ strumenti finanzjarji, pereżempju, jekk IFRS ma jkunx jeħtieġ jew jippermetti li l-istrumenti finanzjarji jkunu ppreżentati fuq bażi netta. F’każijiet bħal dawn entità tista’ tkun teħtieġ li talloka l-aġġustamenti fil-livell tal-portafoll (ara l-paragrafi 53–56) għall-assi jew l-obbligazzjonijiet individwali li jiffurmaw il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji ġestiti fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju. Entità għandha tagħmel dawn l-allokazzjonijiet fuq bażi raġonevoli u konsistenti permezz ta’ metodoloġija adattata għaċ-ċirkustanzi.

51 Entità għandha tieħu deċiżjoni ta’ politika tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri sabiex tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48. Entità li tuża l-eċċezzjoni għandha tapplika dik il-politika tal-kontabbiltà, inkluża l-politika tagħha għall-allokazzjoni ta’ aġġustamenti bejn l-offerta u t-talba (ara l-paragrafi 53–55) u aġġustamenti fil-kreditu (ara l-paragrafu 56), jekk tkun applikabbli, b’mod konsistenti minn perjodu għal ieħor għal portafoll partikulari.

52 L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 tapplika biss għal assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji u kuntratti oħrajn fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji jew l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, jekk l-IFRS 9 ikun għadu ma ġiex adottat). Ir-referenzi għall-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-paragrafi 48–51 u 53–56 jenħtieġ li jinqraw bħala li japplikaw għall-kuntratti kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 (jew l-IAS 39, jekk l-IFRS 9 ikun għadu ma ġiex adottat), u kontabbilizzati f’konformità miegħu, irrispettivament minn jekk dawn jissodisfawx id-definizzjonijiet ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni.

Skopertura għar-riskji tas-suq

53 Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 sabiex tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji ġestiti fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikulari tas-suq, l-entità għandha tapplika l-prezz fil-firxa bejn l-offerta u t-talba li jkun l-aktar rappreżentattiv tal-valur ġust fiċ-ċirkustanzi għall-iskopertura netta tal-entità għal dawn ir-riskji tas-suq (ara l-paragrafi 70 u 71).

54 Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, entità għandha tiżgura li r-riskju (jew riskji) tas-suq li għalihom tkun esposta f’dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jkun sostanzjalment l-istess. Pereżempju, entità ma għandhiex tikkombina r-riskju tar-rata tal-imgħax assoċjat ma’ assi finanzjarju mar-riskju tal-prezz tal-komoditajiet assoċjat ma’ obbligazzjoni finanzjarja għaliex billi tagħmel hekk ma tkunx qiegħda ttaffi l-iskopertura tal-entità għar-riskju tar-rata tal-imgħax jew għar-riskju tal-prezz tal-komoditajiet. Meta tintuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, kwalunkwe riskju ta’ bażi li jirriżulta mill-fatt li l-parametri tar-riskju tas-suq ma jkunux identiċi għandu jitqies fil-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fil-grupp.

55 Bl-istess mod, id-durata tal-iskopertura ta’ entità għal riskju (jew riskji) partikulari tas-suq li jirriżulta mill-assi finanzjarji u mill-obbligazzjonijiet finanzjarji għandu jkun sostanzjalment l-istess. Pereżempju, entità li tuża kuntratt futures ta’ 12-il xahar kontra l-flussi ta’ flus assoċjati ma’ skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax għal 12-il xahar fuq strument finanzjarju ta’ ħames snin fi grupp magħmul biss minn dawk l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkejjel il-valur ġust tal-iskopertura għal riskju tar-rata tal-imgħax għal 12-il xahar fuq bażi netta u l-iskopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax li jifdal (jiġifieri 2–5 snin) fuq bażi grossa.

Skopertura għar-riskju ta’ kreditu ta’ kontroparti partikulari

56 Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 sabiex tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li tkun daħlet għalih ma’ kontroparti partikulari, l-entità għandha tinkludi l-effett tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju ta’ kreditu ta’ dik il-kontroparti jew l-iskopertura netta tal-kontroparti għar-riskju ta’ kreditu tal-entità fil-kejl tal-valur ġust meta l-parteċipanti fis-suq iqisu kwalunkwe arranġament eżistenti li jtaffi l-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu f’każ ta’ inadempjenza (eż. ftehim prinċipali ta’ netting mal-kontroparti jew ftehim li jitlob l-iskambju ta’ kollateral fuq il-bażi tal-iskopertura netta ta’ kull parti għar-riskju ta’ kreditu tal-parti l-oħra). Il-kejl tal-valur ġust għandu jirrifletti l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-probabbiltà li dan l-arranġament ikun legalment infurzabbli f’każ ta’ inadempjenza.

Valur ġust fir-rikonoxximent inizjali

57 Meta wieħed jikseb assi jew jassumi obbligazzjoni fi tranżazzjoni ta’ skambju għal dak l-assi jew l-obbligazzjoni, il-prezz tat-tranżazzjoni ikun il-prezz imħallas biex jinkiseb l-assi jew riċevut sabiex tkun preżunta l-obbligazzjoni (prezz ta’ dħul). B’kuntrast ma’ dan, il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ l-assi jew li jitħallas għat-trasferiment tal-obbligazzjoni (prezz ta’ ħruġ). L-entitajiet mhux neċessarjament ibigħu l-assi bil-prezzijiet imħallsa biex jiksbuhom. Bl-istess mod, l-entitajiet mhux neċessarjament jittrasferixxu l-obbligazzjonijiet bil-prezzijiet li jkunu rċevew biex jassumuhom.

58 F’bosta każijiet il-prezz tat-tranżazzjoni jkun ugwali għall-valur ġust (eż. dan jista’ jkun il-każ meta, fid-data tat-tranżazzjoni, isseħħ it-tranżazzjoni għax-xiri tal-assi fis-suq li fih jinbiegħ l-assi).

59 Meta tiddetermina jekk valur ġust fir-rikonoxximent inizjali huwiex ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tqis fatturi speċifiċi għat-tranżazzjoni u għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Il-paragrafu B4 jiddeskrivi sitwazzjonijiet li fihom il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni fir-rikonoxximent inizjali.

60 Jekk IFRS ieħor jitlob jew jippermetti li entità tkejjel assi jew obbligazzjoni inizjalment fil-valur ġust u l-prezz tat-tranżazzjoni jvarja mill-valur ġust, l-entità għandha tirrikonoxxi l-qligħ jew telf li jirriżulta fil-profitt jew telf sakemm dak l-IFRS ma jispeċifikax mod ieħor.

Tekniki ta’ valwazzjoni

61   Entità għandha tuża t-tekniki ta’ valwazzjoni li jkunu adattati fiċ-ċirkustanzi u li għalihom ikun hemm disponibbli biżżejjed data sabiex jitkejjel il-valur ġust, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli.

62 L-objettiv li tintuża teknika ta’ valwazzjoni huwa li jkun stmat il-prezz li bih isseħħ tranżazzjoni ordinata sabiex jinbiegħ l-assi jew sabiex tiġi trasferita l-obbligazzjoni bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Tliet tekniki ta’ valwazzjoni użati ferm huma l-approċċ tas-suq, l-approċċ tal-kost u l-approċċ tal-introjtu. L-aspetti ewlenin ta’ dawn il-metodi huma miġbura fil-qosor fil-paragrafi B5–B11. Entità għandha tuża tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti ma’ wieħed jew aktar minn dawn l-approċċi għall-kejl tal-valur ġust.

63 F’ċerti każijiet teknika ta’ valwazzjoni waħda tkun xierqa (eż. meta jiġu valwati assi jew obbligazzjoni permezz tal-prezzijiet kwotati f’suq attiv għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi). F’każijiet oħrajn, ikunu meħtieġa tekniki ta’ valwazzjoni multipli (eż. dan jista’ jkun il-każ tal-valwazzjoni ta’ unità li tiġġenera l-flus). Jekk jintużaw tekniki ta’ valwazzjoni multipli sabiex jitkejjel il-valur ġust, ir-riżultati (jiġifieri l-indikazzjonijiet rispettivi ta’ valur ġust) għandhom ikunu evalwati filwaqt li titqies ir-raġonevolezza tal-medda tal-valuri indikati minn dawk ir-riżultati. Kejl tal-valur ġust ikun il-punt f’dik il-medda li jkun l-aktar rappreżentattiv tal-valur ġust fiċ-ċirkustanzi.

64 Jekk il-prezz tat-tranżazzjoni jkun il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u tintuża teknika ta’ valwazzjoni li tuża inputs mhux osservabbli sabiex jitkejjel il-valur ġust f’perjodi sussegwenti, it-teknika ta’ valwazzjoni għandha tkun ikkalibrata b’mod li fir-rikonoxximent inizjali r-riżultat tat-teknika ta’ valwazzjoni jkun ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni. Il-kalibrazzjoni tiżgura li t-teknika ta’ valwazzjoni tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq, u din tgħin lil entità tiddetermina jekk ikunx hemm bżonn aġġustament għat-teknika ta’ valwazzjoni (eż. jista’ jkun hemm karatteristika tal-assi jew tal-obbligazzjoni li ma tinqabadx mit-teknika ta’ valwazzjoni). Wara r-rikonoxximent inizjali, meta tkejjel il-valur ġust permezz ta’ teknika jew tekniki ta’ valwazzjoni li jużaw inputs mhux osservabbli, entità għandha tiżgura li dawk it-tekniki ta’ valwazzjoni jirriflettu d-data osservabbli tas-suq (eż. il-prezz ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni simili) fid-data tal-kejl.

65 It-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust għandhom ikunu applikati b’mod konsistenti. Madankollu, bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha (eż. bidla fil-ponderazzjoni tagħha meta jintużaw tekniki multipli ta’ valwazzjoni jew bidla f’aġġustament applikat għal teknika ta’ valwazzjoni) tkun xierqa jekk il-bidla tirriżulta f’kejl li jkun daqs jew jirrappreżenta aktar il-valur ġust fiċ-ċirkustanzi. Dan jista’ jkun il-każ jekk, pereżempju, iseħħ xi wieħed minn dawn l-eventi li ġejjin:

(a) 

jiġu żviluppati swieq ġodda;

(b) 

issir disponibbli informazzjoni ġdida;

(c) 

l-informazzjoni li ntużat preċedentement ma tkunx aktar disponibbli;

(d) 

it-tekniki ta’ valwazzjoni jitjiebu; jew

(e) 

jinbidlu l-kundizzjonijiet tas-suq.

66 Ir-reviżjonijiet li jirriżultaw minn bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha għandhom jiġu kontabbilizzati bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8. Madankollu, id-divulgazzjonijiet fl-IAS 8 għall-bidla fl-istima tal-kontabbiltà mhumiex meħtieġa għal reviżjonijiet li jirriżultaw minn bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha.

Inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni

Prinċipji ġenerali

67   It-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust għandhom jagħmlu l-aħjar użu ta’ inputs osservabbli rilevanti u jnaqqsu l-użu ta’ inputs mhux osservabbli.

68 Eżempji ta’ swieq li fihom jistgħu jiġu osservati inputs għal xi assi u obbligazzjonijiet (eż. strumenti finanzjarji) jinkludu swieq tal-kambju, swieq tan-negozjanti, swieq tas-sensara u swieq bejn prinċipal u prinċipal (ara l-paragrafu B34).

69 Entità għandha tagħżel inputs li jkunu konsistenti mal-karatteristiki tal-assi jew tal-obbligazzjoni li l-parteċipanti fis-suq iqisu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni (ara l-paragrafi 11 u 12). F’ċerti każijiet dawk il-karatteristiki jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ aġġustament, bħal primjum jew skont (eż. primjum fuq il-kontroll jew skont għall-interess nonkontrollanti). Madankollu, kejl tal-valur ġust ma għandux jinkorpora primjum jew skont li ma jkunx konsistenti mal-unità tal-kont fl-IFRS li jirrikjedi jew jippermetti l-kejl tal-valur ġust (ara l-paragrafi 13 u 14). Il-primjums jew l-iskonti li jirriflettu d-daqs bħala l-karatteristika tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-entità (b’mod speċifiku, fattur ta’ imblokk li jaġġusta l-prezz ikkwotat ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni minħabba li l-volum ta’ negozju normali ta’ kuljum tas-suq ma jkunx suffiċjenti sabiex jassorbi l-kwantità miżmuma mill-entità, kif deskritt fil-paragrafu 80) minflok bħala karatteristika tal-assi jew tal-obbligazzjoni (eż. primjum fuq il-kontroll fil-kejl tal-valur ġust ta’ interess kontrollanti) mhumiex permessi f’kejl tal-valur ġust. F’kull każ, jekk ikun hemm prezz ikkwotat f’suq attiv (jiġifieri input tal-Livell 1) għal assi jew obbligazzjoni, entità għandha tuża dak il-prezz mingħajr aġġustament meta tkejjel il-valur ġust, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 79.

Inputs ibbażati fuq prezzijiet tal-offerta u tad-domanda

70 Jekk assi jew obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust ikollha prezz tal-offerta u prezz tat-talba (eż. input minn suq tan-negozjanti), il-prezz fil-firxa bejn l-offerta u t-talba li l-aktar jirrappreżenta l-valur ġust fiċ-ċirkustanzi għandu jintuża għall-kejl tal-valur ġust irrispettivament minn fejn ikun ikkategorizzat l-input fil-ġerarkija tal-valur ġust (jiġifieri Livell 1, 2 jew 3; ara l-paragrafi 72–90). L-użu ta’ prezzijiet tal-offerta għall-pożizzjonijiet tal-assi u ta’ prezzijiet tat-talba għall-pożizzjonijiet tal-obbligazzjonijiet huwa permess, iżda mhuwiex meħtieġ.

71 Dan l-IFRS ma jipprekludix l-użu tal-ipprezzar ta’ nofs is-suq jew konvenzjonijiet ta’ pprezzar oħra li jintużaw minn parteċipanti fis-suq bħala espedjent prattiku għall-kejl tal-valur ġust fil-firxa bejn l-offerta u t-talba.

Ġerarkija tal-valur ġust

72 Sabiex iżid il-konsistenza u l-komparabbiltà fil-kejl tal-valur ġust u divulgazzjonijiet relatati, dan l-IFRS jistabbilixxi ġerarkija ta’ valur ġust li jikkategorizza fi tliet livelli (ara l-paragrafi 76–90) l-inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust. Il-ġerarkija tal-valur ġust tagħti l-ogħla prijorità lill-prezzijiet ikkwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi (inputs tal-Livell 1) u l-inqas prijorità lill-inputs li ma jkunux jistgħu jkunu osservati (inputs tal-Livell 3).

73 F’ċerti każijiet, l-inputs użati sabiex jitkejjel il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni jkunu jistgħu jiġu kategorizzati f’livelli differenti tal-ġerarkija tal-valur ġust. F’dawk il-każijiet, il-kejl tal-valur ġust ikun kategorizzat kollu kemm hu fl-istess livell tal-ġerarkija tal-valur ġust bħall-input tal-inqas livell li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ. Il-valutazzjoni tas-sinifikat ta’ input partikulari għall-kejl sħiħ teħtieġ ġudizzju, filwaqt li jitqiesu fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjoni. L-aġġustamenti sabiex jintlaħaq il-kejl ibbażat fuq il-valur ġust, bħall-kostijiet tal-bejgħ meta jitkejjel il-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ, ma għandhomx jitqiesu meta jkun qed jiġi determinat il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fiha l-kejl tal-valur ġust ikun kategorizzat.

74 Id-disponibbiltà ta’ inputs rilevanti u s-soġġettività relattiva tagħhom jistgħu jaffettwaw l-għażla ta’ tekniki ta’ valwazzjoni xierqa (ara l-paragrafu 61). Madankollu, il-ġerarkija tal-valur ġust tagħti prijorità lill-inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni, mhux it-tekniki ta’ valwazzjoni użati għall-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, kejl tal-valur ġust żviluppat permezz ta’ teknika ta’ valur preżenti jista’ jkun kategorizzat fil-Livell 2 jew il-Livell 3, skont l-inputs li jkunu sinifikanti għall-kejl sħiħ u l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fiha jkunu kategorizzati dawk l-inputs.

75 Jekk input osservabbli jeħtieġ aġġustament permezz ta’ input mhux osservabbli u dak l-aġġustament jirriżulta f’kejl tal-valur ġust konsiderevolment ogħla jew aktar baxx, il-kejl li jirriżulta jkun ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust. Pereżempju, jekk parteċipant fis-suq iqis l-effett ta’ restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi meta jistma l-prezz għall-assi, entità taġġusta l-prezz ikkwotat sabiex jirrifletti l-effett ta’ dik ir-restrizzjoni. Jekk dak il-prezz ikkwotat ikun input tal-Livell 2 u l-aġġustament ikun input mhux osservabbli li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ, il-kejl ikun kategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust.

Inputs tal-Livell 1

76 L-inputs tal-Livell 1 huma prezzijiet ikkwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi li l-entità tista’ taċċessa fid-data tal-kejl.

77 Prezz ikkwotat f’suq attiv jipprovdi l-aktar evidenza affidabbli ta’ valur ġust u għandu jintuża mingħajr aġġustament għall-kejl tal-valur ġust kull meta jkun disponibbli, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 79.

78 Input tal-Livell 1 se jkun disponibbli għal ħafna assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, u wħud minnhom jistgħu jiġu skambjati fi swieq attivi multipli (eż. fi skambji differenti). Għaldaqstant, l-enfasi fil-Livell 1 hija fuq id-determinazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

is-suq prinċipali għall-assi jew l-obbligazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż għall-assi jew l-obbligazzjoni; u

(b) 

jekk l-entità tistax tidħol fi tranżazzjoni għall-assi jew l-obbligazzjoni fil-prezz f’dak is-suq fid-data tal-kejl.

79 Entità ma għandhiex tagħmel aġġustament għal input tal-Livell 1 ħlief fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

meta entità jkollha għadd kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet simili (iżda mhux identiċi) (eż. titoli ta’ dejn) li jitkejlu fil-valur ġust u prezz ikkwotat f’suq attiv ikun disponibbli iżda mhux faċilment aċċessibbli għal kull wieħed minn dawk l-assi jew obbligazzjonijiet individwali (jiġifieri minħabba l-għadd kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet simili miżmuma mill-entità, ikun diffiċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-ipprezzar għal kull assi jew obbligazzjoni individwali fid-data tal-kejl). F’dak il-każ, bħala espedjent prattiku, entità tkun tista’ tkejjel il-valur ġust permezz ta’ metodu ta’ pprezzar alternattiv li ma jiddependix esklużivament fuq prezzijiet ikkwotati (eż. l-ipprezzar tal-matriċi). Madankollu, l-użu ta’ metodu ta’ pprezzar alternattiv jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx fil-ġerarkija tal-valur ġust.

(b) 

meta prezz ikkwotat f’suq attiv ma jirrappreżentax valur ġust fid-data tal-kejl. Dan jista’ jkun il-każ meta, pereżempju, iseħħu eventi sinifikanti (bħal tranżazzjonijiet f’suq bejn prinċipal u prinċipal, in-negozju f’suq tas-sensara jew avviżi) wara l-għeluq ta’ suq iżda qabel id-data tal-kejl. Entità għandha tistabbilixxi u tapplika politika b’mod konsistenti sabiex tidentifika dawk l-eventi li jistgħu jaffettwaw il-kejl tal-valur ġust. Madankollu, jekk il-prezz ikkwotat ikun aġġustat għal informazzjoni ġdida, l-aġġustament jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx tal-ġerarkija fil-valur ġust.

(c) 

meta jitkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew l-istrument ta’ ekwità proprju ta’ entità permezz tal-prezz ikkwotat għall-entrata identika innegozjata bħala assi f’suq attiv u dak il-prezz jeħtieġ li jkun aġġustat għal fatturi speċifiċi għall-entrata jew għall-assi (ara l-paragrafu 39). Jekk ma jkunx meħtieġ aġġustament tal-prezz ikkwotat tal-assi, ir-riżultat ikun kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 1 tal-ġerarkija tal-valur ġust. Madankollu, kwalunkwe aġġustament għall-prezz ikkwotat tal-assi jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx tal-ġerarkija fil-valur ġust.

80 Jekk entità żżomm pożizzjoni f’assi jew obbligazzjoni unika (inkluża pożizzjoni li tinkludi għadd kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet identiċi, bħaż-żamma ta’ strumenti finanzjarji) u l-assi jew l-obbligazzjoni tiġi nnegozjata f’suq attiv, il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni għandu jitkejjel fil-Livell 1 bħala l-prodott tal-prezz ikkwotat għall-assi jew għall-obbligazzjoni individwali u l-kwantità miżmuma mill-entità. Dan ikun il-każ anki jekk il-volum ta’ negozju normali ta’ kuljum ta’ suq ma jkunx biżżejjed sabiex jassorbi l-kwantità miżmuma u t-tqegħid ta’ ordnijiet għall-bejgħ tal-pożizzjoni fi tranżazzjoni waħda jista’ jaffettwa l-prezz ikkwotat.

Inputs tal-Livell 2

81 Inputs tal-Livell 2 huma inputs minbarra prezzijiet ikkwotati inklużi fil-Livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni, kemm direttament kif ukoll indirettament.

82 Jekk l-assi jew l-obbligazzjoni jkollha terminu speċifiku (kuntrattwali), input tal-Livell 2 għandu jkun osservabbli għal sostanzjalment it-terminu sħiħ tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Inputs tal-Livell 2 jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

prezzijiet ikkwotati għal assi jew obbligazzjonijiet simili fi swieq attivi.

(b) 

prezzijiet ikkwotati għal assi jew obbligazzjonijiet simili jew identiċi fi swieq li ma jkunux attivi.

(c) 

inputs minbarra prezzijiet ikkwotati li jkunu osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni, pereżempju:

(i) 

rati tal-imgħax u kurvi tar-rendiment osservabbli f’intervalli kkwotati komunement;

(ii) 

volatilitajiet impliċiti; u

(iii) 

firxiet ta’ kreditu.

(d) 

inputs ikkorroborati mis-suq.

83 L-aġġustamenti tal-inputs tal-Livell 2 ivarjaw skont il-fatturi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Dawk il-fatturi jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

il-kundizzjoni jew il-post tal-assi;

(b) 

il-punt sa fejn l-inputs jirrelataw mal-entrati li jkunu komparabbli mal-assi jew mal-obbligazzjoni (inklużi dawk il-fatturi deskritti fil-paragrafu 39); u

(c) 

il-volum jew il-livell ta’ attività fis-swieq li fihom jiġu osservati l-inputs.

84 Aġġustament ta’ input tal-Livell 2 li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ jista’ jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust jekk l-aġġustament juża inputs mhux osservabbli sinifikanti.

85 Il-paragrafu B35 jiddeskrivi l-użu ta’ inputs tal-Livell 2 għal assi u obbligazzjonijiet partikulari.

Inputs tal-Livell 3

86 Inputs tal-Livell 3 huma inputs mhux osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

87 L-inputs mhux osservabbli għandhom jintużaw sabiex jitkejjel il-valur ġust sa fejn l-inputs osservabbli rilevanti ma jkunux disponibbli, biex b’hekk jitqiesu sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ftit, jekk ikun hemm, attività fis-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni fid-data tal-kejl. Madankollu, l-objettiv tal-kejl tal-valur ġust jibqa’ l-istess, jiġifieri prezz tal-ħruġ fid-data tal-kejl mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm l-assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni. Għaldaqstant, inputs mhux osservabbli għandhom jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju.

88 Is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju jinkludu r-riskju inerenti f’teknika ta’ valwazzjoni partikulari użata sabiex jitkejjel il-valur ġust (bħal mudell tal-ipprezzar) u r-riskju inerenti fl-inputs għat-teknika ta’ valwazzjoni. Kejl li ma jinkludix aġġustament għar-riskju ma jirrappreżentax kejl tal-valur ġust jekk il-parteċipanti fis-suq jinkludu wieħed meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li jkun inkluż aġġustament tar-riskju meta jkun hemm inċertezza konsiderevoli tal-kejl (eż. meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew il-livell ta’ attività meta mqabbla mal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jew assi jew obbligazzjonijiet simili, u l-entità tkun iddeterminat li l-prezz tat-tranżazzjoni jew il-prezz ikkwotat ma jirrappreżentax il-valur ġust, kif deskritt fil-paragrafi B37–B47).

89 Entità għandha tiżviluppa inputs mhux osservabbli billi tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli fiċ-ċirkustanzi, li tista’ tinkludi d-data proprja tal-entità. Fl-iżvilupp ta’ inputs mhux osservabbli, entità tista’ tibda bid-data proprja tagħha, iżda għandha taġġusta dik id-data jekk informazzjoni raġonevolment disponibbli tindika li parteċipanti oħrajn fis-suq jużaw data differenti jew jekk ikun hemm xi ħaġa speċifika għall-entità li ma tkunx disponibbli għal parteċipanti oħrajn fis-suq (eż. sinerġija speċifika għall-entità). Entità ma għandhiex għalfejn tagħmel sforzi eżawrjenti sabiex tikseb informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq. Madankollu, entità għandha tqis l-informazzjoni kollha dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq li jkunu raġonevolment disponibbli. Inputs mhux osservabbli żviluppati fil-mod deskritt hawn fuq ikunu kkunsidrati suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq u jilħqu l-objettiv ta’ kejl tal-valur ġust.

90 Il-paragrafu B36 jiddeskrivi l-użu ta’ inputs tal-Livell 3 għal assi u obbligazzjonijiet partikulari.

DIVULGAZZJONI

91   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tgħin lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jivvalutaw dawn li ġejjin:

(a) 

fil-każ ta’ assi u obbligazzjonijiet li jitkejlu fil-valur ġust fuq bażi rikorrenti jew bażi mhux rikorrenti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara r-rikonoxximent inizjali, it-tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs użati għall-iżvilupp ta’ dak il-kejl.

(b) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti permezz ta’ inputs mhux osservabbli sinifikanti (Livell 3), l-effett tal-kejl fuq il-profitt jew it-telf jew introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu.

92 Biex tilħaq l-objettivi fil-paragrafu 91, entità għandha tqis dan kollu li ġej:

(a) 

il-livell tad-dettall meħtieġ sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni;

(b) 

kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti diversi;

(c) 

kemm għandha tagħmel aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni; u

(d) 

jekk l-utenti tar-rapporti finanzjarji jeħtiġux informazzjoni addizzjonali biex jevalwaw l-informazzjoni kwantitattiva divulgata.

Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti f’konformità ma’ dan l-IFRS u IFRSs oħrajn ma jkunux suffiċjenti sabiex tilħaq l-objettivi fil-paragrafu 91, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tilħaq dawk l-objettivi.

93 Sabiex tilħaq l-objettivi fil-paragrafu 91, entità għandha tiddivulga, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja għal kull klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet (ara l-paragrafu 94 għal informazzjoni dwar id-determinazzjoni ta’ klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet) imkejla fil-valur ġust (inkluż kejl ibbażat fuq il-valur ġust fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-IFRS) fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara r-rikonoxximent inizjali:

(a) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u mhux rikorrenti, il-kejl tal-valur ġust fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar, u fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust mhux rikorrenti, ir-raġunijiet għall-kejl. Kejl tal-valur ġust rikorrenti ta’ assi jew obbligazzjonijiet huwa dak li IFRSs oħrajn jirrikjedu jew jippermettu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar. Kejl tal-valur ġust mhux rikorrenti ta’ assi jew obbligazzjonijiet huwa dak li jirrikjedu jew jippermettu IFRSs oħrajn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja f’ċirkustanzi partikulari (eż. meta entità tkejjel assi miżmum għall-bejgħ fil-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ f’konformità mal-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx peress li l-valur ġust mingħajr il-kostijiet tal-bejgħ tal-assi jkun aktar baxx mill-ammont riportat tiegħu).

(b) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u mhux rikorrenti, il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih il-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat fl-intier tiegħu (Livell 1, 2 jew 3).

(c) 

fil-każ ta’ assi u obbligazzjonijiet miżmuma fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar li jitkejlu fil-valur ġust fuq bażi rikorrenti, l-ammonti ta’ kwalunkwe trasferiment bejn il-Livell 1 u l-Livell 2 tal-ġerarkija tal-valur ġust, ir-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti u l-politika tal-entità li tiddetermina meta t-trasferimenti bejn il-livelli jitqiesu li seħħew (ara l-paragrafu 95). It-trasferimenti f’kull livell għandhom ikunu ddivulgati u diskussi b’mod separat mit-trasferimenti barra kull livell.

(d) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u mhux rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 2 u fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tat-teknika/tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs użati fil-kejl tal-valur ġust. Jekk ikun hemm bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni (eż. bidla minn approċċ tas-suq għal approċċ tal-introjtu jew l-użu ta’ teknika ta’ valwazzjoni addizzjonali), l-entità għandha tiddivulga dik il-bidla u r-raġuni(jiet) għaliha. Fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, entità għandha tipprovdi informazzjoni kwantitattiva dwar l-inputs mhux osservabbli sinifikanti użati fil-kejl tal-valur ġust. Entità ma tkunx meħtieġa toħloq informazzjoni kwantitattiva sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni jekk inputs mhux osservabbli kwantitattivi ma jkunux żviluppati mill-entità meta tkejjel il-valur ġust (eż. meta entità tuża prezzijiet minn tranżazzjonijiet preċedenti jew informazzjoni dwar l-ipprezzar ta’ parti terza mingħajr aġġustament). Madankollu, meta tipprovdi din id-divulgazzjoni entità ma tistax tinjora inputs mhux osservabbli kwantitattivi li jkunu sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust u jkunu raġonevolment disponibbli għall-entità.

(e) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, rikonċiljazzjoni mill-bilanċi tal-ftuħ għall-bilanċi tal-għeluq, filwaqt li tiddivulga b’mod separat il-bidliet matul il-perjodu attribwibbli għal dan li ġej:

(i) 

qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut fi profitt jew it-telf, u l-entrata/i ta’ partita fil-profitt jew it-telf li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf.

(ii) 

qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv, u l-entrata/i f’linja f’introjtu ieħor komprensiv li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew telf.

(iii) 

xirjiet, bejgħ, ħruġ u saldi (kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ bidliet iddivulgati b’mod separat).

(iv) 

l-ammonti ta’ kwalunkwe trasferiment fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust jew barra minnu, ir-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti u l-politika tal-entità li tiddetermina meta t-trasferimenti bejn il-livelli jiġu preżunti li seħħew (ara l-paragrafu 95). It-trasferimenti fil-Livell 3 għandhom ikunu ddivulgati u diskussi b’mod separat mit-trasferimenti barra mill-Livell 3.

(f) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, l-ammont tal-qligħ jew telf totali għall-perjodu f’(e)(i) inkluż fil-profitt jew telf li jkun attribwibbli għall-bidla fi qligħ jew telf mhux realizzat relatat ma’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet miżmuma fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar, u l-entrata/i f’linja fil-profitt jew telf li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew telf mhux realizzat.

(g) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u mhux rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tal-proċessi ta’ valwazzjoni użati mill-entità (inkluż, pereżempju, kif entità tiddeċiedi l-politiki u l-proċeduri ta’ valwazzjoni tagħha u tanalizza l-bidliet fil-kejl tal-valur ġust minn perjodu għal ieħor).

(h) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust:

(i) 

għall-kejl kollu bħal dan, deskrizzjoni narrattiva tas-sensittività tal-kejl tal-valur ġust għal bidliet f’inputs mhux osservabbli jekk bidla f’dawk l-inputs għal ammont differenti tista’ tirriżulta f’kejl tal-valur ġust notevolment ogħla jew aktar baxx. Jekk ikun hemm interrelazzjonijiet bejn dawk l-inputs u inputs oħrajn mhux osservabbli użati fil-kejl tal-valur ġust, entità għandha tipprovdi wkoll deskrizzjoni ta’ dawk l-interrelazzjonijiet u ta’ kif jistgħu jkabbru jew itaffu l-effett tal-bidliet fl-inputs mhux osservabbli fuq il-kejl tal-valur ġust. Biex tikkonforma mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni, id-deskrizzjoni narrattiva tas-sensittività għal bidliet f’inputs mhux osservabbli għandha tinkludi, bħala minimu, l-inputs mhux osservabbli ddivulgati f’konformità ma’ (d).

(ii) 

fil-każ ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, jekk bidla f’xi wieħed mill-inputs mhux osservabbli jew aktar sabiex jiġu riflessi suppożizzjonijiet alternattivi raġonevolment possibbli tibdel il-valur ġust b’mod sinifikanti, entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tiddivulga l-effett ta’ dawk il-bidliet. L-entità għandha tiddivulga kif ikun ġie kkalkulat l-effett ta’ bidla sabiex tirrifletti suppożizzjoni alternattiva raġonevolment possibbli. Għal dak il-għan, is-sinifikat għandu jkun iġġudikat fir-rigward tal-profitt u t-telf, u tal-assi totali jew tal-obbligazzjonijiet totali, jew, meta l-bidliet fil-valur ġust ikunu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv, l-ekwità totali.

(i) 

fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u mhux rikorrenti, jekk l-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jvarja mill-użu kurrenti tiegħu, entità għandha tiddivulga dak il-fatt u għaliex l-assi mhux finanzjarju qed jintuża b’mod differenti mill-ogħla u l-aħjar użu tiegħu.

94 Entità għandha tiddetermina klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet fuq il-bażi ta’ dan li ġej:

(a) 

in-natura, il-karatteristiki u r-riskji tal-assi jew tal-obbligazzjoni; u

(b) 

il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih ikun ikkategorizzat il-kejl tal-valur ġust.

Jista’ jkun meħtieġ li l-għadd tal-klassijiet ikun akbar għal kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust minħabba li dak il-kejl ikollu grad ogħla ta’ inċertezza u soġġettività. Id-determinazzjoni ta’ klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet li għalihom jenħtieġ li jiġu pprovduti divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust tirrikjedi ġudizzju. Klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet spiss tkun teħtieġ diżaggregazzjoni akbar mill-entrati f’linja ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Madankollu, entità għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex tkun tista’ ssir rikonċiljazzjoni mal-entrati f’linja ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Jekk IFRS jispeċifika l-klassi għal assi jew obbligazzjoni, entità tista’ tuża dik il-klassi meta tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa f’dan l-IFRS jekk dik il-klassi tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

95 Entità għandha tiddivulga u ssegwi b’mod konsistenti l-politika tagħha għad-determinazzjoni ta’ meta t-trasferimenti bejn il-livelli tal-ġerarkija tal-valur ġust jitqiesu li seħħew f’konformità mal-paragrafu 93(c) u (e)(iv). Il-politika dwar it-twaqqit tar-rikonoxximent tat-trasferimenti għandha tkun l-istess għat-trasferimenti fil-livelli, kif ukoll għat-trasferimenti barra mil-livelli. Eżempji ta’ politiki għad-determinazzjoni tat-twaqqit tat-trasferimenti jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

id-data tal-event jew il-bidla fiċ-ċirkustanzi li kkawżaw it-trasferiment.

(b) 

il-bidu tal-perjodu tar-rapportar.

(c) 

it-tmiem tal-perjodu tar-rapportar.

96 Jekk entità tieħu deċiżjoni dwar politika tal-kontabbiltà li tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

97 Għal kull klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet mhux imkejla fil-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja iżda li għaliha jkun iddivulgat il-valur ġust, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 93(b), (d) u (i). Madankollu, entità ma tkunx meħtieġa tipprovdi divulgazzjonijiet kwantitattivi dwar inputs mhux osservabbli sinifikanti użati fil-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust mitlub mill-paragrafu 93(d). Għal assi u obbligazzjonijiet bħal dawn, entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet l-oħrajn mitluba minn dan l-IFRS.

98 Fil-każ ta’ obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust u maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza inseparabbli, emittent għandu jiddivulga l-eżistenza ta’ dak it-titjib fil-kreditu u jekk huwiex rifless fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni.

99 Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet kwantitattivi mitluba minn dan l-IFRS f’format tabulari sakemm ma jkunx aktar xieraq format ieħor.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

suq attiv

Suq li fih iseħħu t-tranżazzjonijiet għall-assi jew għall-obbligazzjoni bi frekwenza u volum suffiċjenti li jipprovdu informazzjoni dwar l-ipprezzar fuq bażi kontinwa.

approċċ tal-kost

Teknika ta’ valwazzjoni li tirrifletti l-ammont li jkun meħtieġ fil-preżent sabiex jissostitwixxi l-kapaċità tas-servizz ta’ assi (spiss magħruf bħala l-kost kurrenti tas-sostituzzjoni).

prezz ta’ dħul

Il-prezz imħallas sabiex jinkiseb assi jew riċevut biex wieħed jassumi obbligazzjoni fi tranżazzjoni ta’ skambju.

prezz ta’ ħruġ

Il-prezz li jiġi riċevut biex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni.

fluss ta’ flus mistenni

Il-medja ponderata għall-probabbiltà (jiġifieri mezz tad-distribuzzjoni) ta’ flussi futuri ta’ flus.

valur ġust

Il-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq u d-data tal-kejl.

l-ogħla u l-aħjar użu

L-użu ta’ assi mhux finanzjarju minn parteċipanti fis-suq li jimmassimizza l-valur tal-assi jew il-grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet (eż. negozju) li fih jintuża l-assi.

approċċ tal-introjtu

Tekniki ta’ valwazzjoni li jikkonvertu ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew introjtu u spejjeż) f’ammont wieħed kurrenti (jiġifieri skontat). Il-kejl tal-valur ġust huwa determinat fuq il-bażi tal-valur indikat mill-aspettattivi kurrenti tas-suq dwar dawk l-ammonti futuri.

Inputs

Is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju, bħal dawn li ġejjin:

(a) 

ir-riskju inerenti f’teknika ta’ valwazzjoni partikulari użata sabiex jitkejjel il-valur ġust (bħal mudell tal-ipprezzar); u

(b) 

ir-riskju inerenti fl-inputs għat-teknika ta’ valwazzjoni.

L-inputs jistgħu jkunu osservabbli jew mhux osservabbli.

Inputs tal-Livell 1

Prezzijiet ikkwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi li l-entità tista’ taċċessa fid-data tal-kejl.

Inputs tal-Livell 2

Inputs li ma jkunux prezzijiet ikkwotati fil-Livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi jew l-obbligazzjoni, direttament jew indirettament.

Inputs tal-Livell 3

Inputs mhux osservabbli għall-assi jew l-obbligazzjoni.

approċċ tas-suq

Teknika ta’ valwazzjoni li tuża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerata minn tranżazzjonijiet tas-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet identiċi jew komparabbli (jiġifieri simili), bħal negozju.

inputs ikkorroborati mis-suq

Inputs li huma derivati prinċipalment jew ikkorroborati minn data tas-suq osservabbli b’korrelazzjoni jew mezzi oħrajn.

parteċipanti fis-suq

Xerrejja jew bejjiegħa fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni li għandhom il-karatteristiki ġodda li ġejjin:

(a) 

Dawn ikunu indipendenti minn xulxin, jiġifieri ma jkunux partijiet relatati kif definit fl-IAS 24, għalkemm il-prezz fi tranżazzjoni ma’ parti relatata jista’ jintuża bħala input għal kejl tal-valur ġust jekk l-entità jkollha evidenza li t-tranżazzjoni tkun saret skont it-termini tas-suq.

(b) 

Dawn ikunu informati, u jkollhom fehim raġonevoli dwar l-assi jew l-obbligazzjoni u t-tranżazzjoni bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż informazzjoni li tista’ tinkiseb permezz ta’ sforzi ta’ diliġenza dovuta li jkunu normali u abitwali.

(c) 

Ikunu kapaċi jidħlu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

(d) 

Ikunu lesti li jidħlu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jiġifieri jkunu mmotivati iżda mhux sfurzati jew imġiegħla mod ieħor sabiex jagħmlu hekk.

l-aktar suq vantaġġuż

Is-suq li jimmassimizza l-ammont li jkun riċevut sabiex jinbiegħ l-assi jew li jnaqqas l-ammont li jitħallas mat-trasferiment tal-obbligazzjoni, wara li jitqiesu l-kostijiet tat-tranżazzjoni u l-kostijiet tat-trasport.

riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni

Ir-riskju li entità ma twettaqx obbligu. Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni jinkludi r-riskju tal-kreditu proprju tal-entità, iżda mhux bilfors ikun limitat għalih.

inputs osservabbli

Inputs li jiġu żviluppati permezz ta’ data tas-suq, bħal informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar eventi jew tranżazzjonijiet attwali u li jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni.

tranżazzjoni ordinata

Tranżazzjoni li tassumi skopertura għas-suq għal perjodu qabel id-data tal-kejl sabiex tikkunsidra attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu normali u tas-soltu għal tranżazzjonijiet li jinvolvu assi jew obbligazzjonijiet bħal dawn; ma tkunx tranżazzjoni furzata (eż. likwidazzjoni furzata jew bejgħ għall-bżonn).

suq prinċipali

Is-suq bl-ogħla volum u livell ta’ attività għall-assi jew l-obbligazzjoni.

primjum tar-riskju

Kumpens imfittex minn parteċipanti fis-suq avversi għar-riskju talli ġarrbu l-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni. Magħruf ukoll bħala “aġġustament tar-riskju”.

kostijiet tat-tranżazzjoni

Il-kostijiet tal-bejgħ ta’ assi jew ta’ trasferiment ta’ obbligazzjoni fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni li jkunu attribwibbli direttament għad-disponiment tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni u li jissodisfaw dawn iż-żewġ kriterji:

(a) 

Ikunu riżultat dirett ta’ dik it-tranżazzjoni u jkunu essenzjali għaliha.

(b) 

L-entità ma kinitx iġġarrabhom kieku ma tteħditx id-deċiżjoni li tbigħ l-assi jew titrasferixxi l-obbligazzjoni (simili għall-kostijiet tal-bejgħ, kif definit fl-IFRS 5).

kostijiet tat-trasport

Il-kostijiet li jiġġarrbu għat-trasport ta’ assi mill-post kurrenti tiegħu għas-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) tiegħu.

unità tal-kont

Il-livell li fih assi jew obbligazzjoni jiġi aggregat jew diżaggregat f’IFRS għal finijiet ta’ rikonoxximent.

inputs mhux osservabbli

Inputs li għalihom ma jkunx hemm data tas-suq disponibbli u li jkunu żviluppati permezz tal-aħjar informazzjoni disponibbli dwar is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–99 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħrajn tal-IFRS.

B1 Il-ġudizzji applikati f’sitwazzjonijiet differenti ta’ valwazzjoni jistgħu jkunu differenti. Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-ġudizzji li jistgħu japplikaw meta entità tkejjel il-valur ġust f’sitwazzjonijiet differenti ta’ valwazzjoni.

L-APPROĊĊ TAL-KEJL TAL-VALUR ĠUST

B2 L-objettiv ta’ kejl tal-valur ġust huwa l-istima tal-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi jew għat-tranżazzjoni tal-obbligazzjoni bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Kejl tal-valur ġust jeħtieġ li entità tiddetermina dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-assi jew l-obbligazzjoni partikulari li tkun is-suġġett tal-kejl (b’mod konsistenti mal-unità tal-kont tagħhom).

(b) 

fil-każ ta’ assi mhux finanzjarju, il-premessa ta’ valwazzjoni li tkun xierqa għall-kejl (b’mod konsistenti mal-ogħla u l-aħjar użu tiegħu).

(c) 

is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew l-obbligazzjoni.

(d) 

it-teknika/i ta’ valwazzjoni xierqa għall-kejl, filwaqt li titqies id-disponibbiltà tad-data li permezz tagħha jiġu żviluppati inputs li jirrappreżentaw is-suppożizzjonijiet li jużaw parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni u l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih ikunu kkategorizzati l-inputs.

PREMESSA TA’ VALWAZZJONI GĦAL ASSI MHUX FINANZJARJI (IL-PARAGRAFI 31–33)

B3 Meta jitkejjel il-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju użat flimkien ma’ assi oħrajn bħala grupp (kif installat jew ikkonfigurat mod ieħor għall-użu) jew flimkien ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn (eż. negozju), l-effett tal-premessa ta’ valwazzjoni jiddependi fuq iċ-ċirkustanzi. Pereżempju:

(a) 

il-valur ġust tal-assi jista’ jkun l-istess kemm jekk l-assi jintuża fuq bażi awtonoma kif ukoll flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jkun negozju li l-parteċipanti fis-suq ikomplu joperaw. F’dak il-każ, it-tranżazzjoni tinvolvi l-valwazzjoni tan-negozju fl-intier tiegħu. L-użu tal-assi bħala grupp f’negozju kontinwu jiġġenera sinerġiji li jkunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq (jiġifieri sinerġiji tal-parteċipanti fis-suq li, għaldaqstant, jenħtieġ li jaffettwaw il-valur ġust tal-assi kemm fuq bażi awtonoma kif ukoll flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn).

(b) 

l-użu ta’ assi flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn jista’ jkun inkorporat fil-kejl tal-valur ġust permezz ta’ aġġustamenti fil-valur tal-assi użat fuq bażi awtonoma. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jkun magna u l-kejl tal-valur ġust jiġi determinat permezz ta’ prezz osservat għal makkinarju simili (mhux installat jew ikkonfigurat mod ieħor għall-użu), aġġustat għall-kostijiet tat-trasport u tal-istallazzjoni b’mod li l-kejl tal-valur ġust jirrifletti l-kundizzjoni u l-post kurrenti tal-makkinarju (installat u kkonfigurat għall-użu).

(c) 

l-użu ta’ assi flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn jista’ jkun inkorporat fil-kejl tal-valur ġust permezz tas-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq użati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi. Pereżempju, jekk l-assi jkun inventarju ta’ xogħol fl-idejn li jkun uniku u l-parteċipanti fis-suq jikkonvertu l-inventarju f’oġġetti lesti, il-valur ġust tal-inventarju jassumi li l-parteċipanti fis-suq kisbu jew jiksbu kwalunkwe makkinarju speċjalizzat meħtieġ sabiex jikkonvertu l-inventarju f’oġġetti lesti.

(d) 

l-użu ta’ assi flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn jista’ jkun inkorporat fit-teknika ta’ valwazzjoni użata għall-kejl tal-valur ġust tal-assi. Dan jista’ jkun il-każ meta jintuża l-metodu ta’ qligħ żejjed fuq għadd ta’ perjodi għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli peress li dik it-teknika ta’ valwazzjoni tqis b’mod speċifiku l-kontribut ta’ kwalunkwe assi komplimentari u l-obbligazzjonijiet assoċjati fil-grupp li fih jintuża assi intanġibbli bħal dan.

(e) 

f’sitwazzjonijiet aktar limitati, meta entità tuża assi fi grupp ta’ assi, l-entità tkun tista’ tkejjel l-assi f’ammont li jqarreb il-valur ġust tiegħu meta jiġi allokat il-valur ġust tal-grupp ta’ assi mal-assi individwali tal-grupp. Dan jista’ jkun il-każ jekk il-valwazzjoni tinvolvi proprjetà immobbli u l-valur ġust ta’ proprjetà mtejba (jiġifieri grupp ta’ assi) jiġi allokat għall-assi komponenti tagħha (bħal art u titjib).

VALUR ĠUST FIR-RIKONOXXIMENT INIZJALI (IL-PARAGRAFI 57–60)

B4 Meta tiddetermina jekk il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali huwiex ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tqis fatturi speċifiċi għat-tranżazzjoni u għall-assi jew l-obbligazzjoni. Pereżempju, il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni fir-rikonoxximent inizjali jekk teżisti xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

It-tranżazzjoni tkun bejn partijiet relatati, għalkemm il-prezz fi tranżazzjoni ma’ parti relatata jista’ jintuża bħala input f’kejl tal-valur ġust jekk l-entità jkollha evidenza li t-tranżazzjoni saret skont it-termini tas-suq.

(b) 

It-tranżazzjoni sseħħ taħt pressjoni jew il-bejjiegħ ikollu jaċċetta l-prezz fit-tranżazzjoni. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk il-bejjiegħ ikun f’diffikultà finanzjarja.

(c) 

L-unità tal-kont rappreżentata mill-prezz tat-tranżazzjoni tkun differenti mill-unità tal-kont għall-assi jew l-obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jew l-obbligazzjoni mkejla fil-valur ġust tkun biss waħda mill-elementi fit-tranżazzjoni (eż. f’kombinament ta’ negozji), it-tranżazzjoni tinkludi drittijiet u privileġġi mhux dikjarati li jitkejlu b’mod separat f’konformità ma’ IFRS ieħor, jew il-prezz tat-tranżazzjoni jinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjoni.

(d) 

Is-suq li fih isseħħ it-tranżazzjoni jkun differenti mis-suq prinċipali (jew l-aktar suq vantaġġuż). Pereżempju, dawk is-swieq jistgħu jkunu differenti jekk l-entità tkun negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet ma’ konsumaturi fis-suq tal-konsumaturi, iżda s-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għat-tranżazzjoni ta’ ħruġ ikun ma’ negozjanti oħrajn fis-suq tan-negozjanti.

TEKNIKI TA’ VALWAZZJONI (IL-PARAGRAFI 61–66)

Approċċ tas-suq

B5 L-approċċ tas-suq juża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerata minn tranżazzjonijiet fis-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet identiċi jew komparabbli (jiġifieri simili), bħal negozju.

B6 Pereżempju, tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq spiss jużaw multipli tas-suq derivati minn sett ta’ prodotti simili. Il-multipli jistgħu jkunu f’firxiet b’multiplu differenti għal kull prodott simili. L-għażla tal-multiplu xieraq mill-medda teħtieġ ġudizzju, billi jitqiesu l-fatturi kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi għall-kejl.

B7 It-tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq jinkludu l-ipprezzar tal-matriċi. L-ipprezzar tal-matriċi huwa teknika matematika użata prinċipalment għall-valwazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji, bħal titoli ta’ dejn, mingħajr ma tistrieħ esklużivament fuq prezzijiet ikkwotati għat-titoli speċifiċi, iżda minflok tistrieħ fuq ir-relazzjoni tat-titoli ma’ titoli kkwotati ta’ referenza oħrajn.

Approċċ tal-kost

B8 L-approċċ tal-kost jirrifletti l-ammont li jkun meħtieġ fil-preżent għas-sostituzzjoni tal-kapaċità tas-servizz ta’ assi (spiss imsejjaħ kost kurrenti ta’ sostituzzjoni).

B9 Mill-perspettiva ta’ bejjiegħ parteċipant fis-suq, il-prezz li jkun riċevut għall-assi jkun ibbażat fuq il-kost ta’ xerrej parteċipant fis-suq sabiex jikseb jew jibni assi sostitut ta’ utilità komparabbli, aġġustata għall-obsolexxenza. Dan għaliex xerrej parteċipant fis-suq ma jħallasx aktar għal assi mill-ammont li bih ikun jista’ jissostitwixxi l-kapaċità ta’ servizz ta’ dak l-assi. L-obsolexxenza tinkludi d-deterjorament fiżiku, l-obsolexxenza funzjonali (teknoloġika) u l-obsolexxenza ekonomika (esterna) u tkun usa’ mid-deprezzament għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju (allokazzjoni ta’ kost storiku) jew finijiet ta’ taxxa (bl-użu ta’ ħajjiet ta’ servizz speċifiċi). F’bosta każijiet il-metodu tal-kost kurrenti ta’ sostituzzjoni jintuża għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi tanġibbli li jintużaw flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn.

Approċċ tal-introjtu

B10 L-approċċ tal-introjtu jikkonverti ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew introjtu u spejjeż) f’ammont wieħed kurrenti (jiġifieri skontat). Meta jintuża l-approċċ tal-introjtu, il-kejl tal-valur ġust jirrifletti aspettattivi tas-suq kurrenti dwar dawk l-ammonti futuri.

B11 Dawk it-tekniki ta’ valwazzjoni jinkludu, pereżempju, dan li ġej:

(a) 

tekniki ta’ valur preżenti (ara l-paragrafi B12–B30);

(b) 

mudelli tal-ipprezzar tal-opzjoni, bħall-Formula Black-Scholes-Merton jew mudell binomjali (jiġifieri mudell kannizzata), li jinkorporaw tekniki ta’ valwazzjoni preżenti u jirriflettu kemm il-valur tal-ħin kif ukoll il-valur intrinsiku ta’ opzjoni; u

(c) 

il-metodu ta’ qligħ fuq għadd ta’ perjodi, li jintuża għall-kejl tal-valur ġust ta’ xi assi intanġibbli.

Tekniki ta’ valur preżenti

B12 Il-paragrafi B13–B30 jiddeskrivu l-użu ta’ tekniki ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust. Dawk il-paragrafi jiffukaw fuq teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont u teknika ta’ fluss ta’ flus mistenni (valur preżenti mistenni). Dawk il-paragrafi la jippreskrivu l-użu ta’ teknika ta’ valur preżenti speċifika waħda u lanqas jillimitaw l-użu ta’ tekniki ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust għat-tekniki diskussi. It-teknika tal-valur preżenti użata għall-kejl tal-valur ġust tiddependi fuq fatti u ċirkustanzi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni li tkun qiegħda titkejjel (eż. jekk jistgħux ikunu osservati prezzijiet fis-suq għal assi jew għal obbligazzjonijiet komparabbli) u d-disponibilità ta’ data suffiċjenti.

Il-komponenti ta’ kejl tal-valur ġust

B13 Il-valur preżenti (jiġifieri applikazzjoni tal-approċċ tal-introjtu) huwa għodda użata sabiex torbot ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew valuri) ma’ ammont preżenti permezz ta’ rata ta’ skont. Kejl tal-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni permezz ta’ teknika tal-valur preżenti jinkludi dawn l-elementi kollha li ġejjin mill-perspettiva tal-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl:

(a) 

stima ta’ flussi futuri ta’ flus għall-assi jew għall-obbligazzjoni li tkun qiegħda titkejjel.

(b) 

aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li jirrappreżentaw l-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus.

(c) 

il-valur tal-ħin tal-flus, irrappreżentat mir-rata fuq assi monetarji ħielsa mir-riskju li jkollhom dati jew durati ta’ maturità li jikkoinċidu mal-perjodu kopert mill-flussi ta’ flus u la joħolqu inċertezza fit-twaqqit taż-żmien u lanqas riskju ta’ inadempjenza għad-detentur (jiġifieri rata ta’ mgħax mingħajr riskju).

(d) 

il-prezz għat-tiġrib tal-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus (jiġifieri primjum tar-riskju).

(e) 

fatturi oħrajn li jqisu l-parteċipanti fis-suq fiċ-ċirkustanzi.

(f) 

fil-każ ta’ obbligazzjoni, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni relatat ma’ dik l-obbligazzjoni, inkluż ir-riskju tal-kreditu proprju tal-entità (jiġifieri tal-obbligatur).

Prinċipji ġenerali

B14 It-tekniki tal-valur preżenti jvarjaw fil-mod kif jinkludu l-elementi fil-paragrafu B13. Madankollu, il-prinċipji kollha ġenerali li ġejjin jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe teknika ta’ valur preżenti użata għall-kejl tal-valur ġust:

(a) 

Jenħtieġ li l-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont jirriflettu s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq sabiex jipprezzaw l-assi jew l-obbligazzjoni.

(b) 

Jenħtieġ li l-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont iqisu biss il-fatturi attribwibbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni li qiegħda titkejjel.

(c) 

Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju jew li jitħallew barra l-effetti tal-fatturi ta’ riskju, jenħtieġ li r-rati ta’ skont jirriflettu suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti ma’ dawk inerenti fil-flussi ta’ flus. Pereżempju, rata ta’ skont li tirrifletti l-inċertezza f’aspettattivi dwar inadempjenzi futuri tkun xierqa jekk ikunu qegħdin jintużaw flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ self (jiġifieri teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont). Jenħtieġ li dik l-istess rata ma tintużax jekk ikunu qegħdin jintużaw flussi ta’ flus mistennija (jiġifieri ponderati għall-probabbiltà) (jiġifieri teknika ta’ valur preżenti mistenni) minħabba li l-flussi ta’ flus mistennija diġà jirriflettu suppożizzjonijiet dwar l-inċertezza f’inadempjenzi futuri; minflok, jenħtieġ li tintuża rata ta’ skont li tkun proporzjonata mar-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus mistennija.

(d) 

Is-suppożizzjonijiet dwar il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont jenħtieġ li jkunu internament konsistenti. Pereżempju, flussi ta’ flus nominali, li jinkludu l-effett tal-inflazzjoni, jenħtieġ li jkunu skontati f’rata li tinkludi l-effett tal-inflazzjoni. Ir-rata ta’ mgħax nominali ħielsa mir-riskju tinkludi l-effett tal-inflazzjoni. Il-flussi ta’ flus reali, li jeskludu l-effett tal-inflazzjoni, jenħtieġ li jkunu skontati f’rata li teskludi l-effett tal-inflazzjoni. Bl-istess mod, flussi ta’ flus ta’ wara t-taxxa jenħtieġ li jkunu skontati b’rata ta’ skont ta’ wara t-taxxa. Il-flussi ta’ flus ta’ qabel it-taxxa jenħtieġ li jkunu skontati b’rata konsistenti ma’ dawk il-flussi ta’ flus.

(e) 

Ir-rati ta’ skont jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-fatturi ekonomiċi sottostanti tal-munita li fiha jkunu ddenominati l-flussi ta’ flus.

Riskju u inċertezza

B15 Kejl tal-valur ġust permezz ta’ tekniki ta’ valur preżenti jsir taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza peress li l-flussi ta’ flus użati huma stimi minflok ammonti magħrufa. F’bosta każijiet kemm l-ammont kif ukoll it-twaqqit tal-flussi ta’ flus ikunu inċerti. Anki ammonti ffissati b’kuntratt, bħall-pagamenti fuq self, ikunu inċerti jekk ikun hemm riskju ta’ inadempjenza.

B16 Il-parteċipanti fis-suq ġeneralment ifittxu kumpens (jiġifieri primjum tar-riskju) talli jassumu l-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni. Kejl tal-valur ġust jenħtieġ li jinkludi primjum tar-riskju li jirrifletti l-ammont li l-parteċipanti fis-suq jitolbu bħala kumpens għall-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus. Inkella, il-kejl ma jkunx jirrappreżenta l-valur ġust b’mod leali. F’ċerti każijiet id-determinazzjoni ta’ primjum xieraq fuq ir-riskju tista’ tkun diffiċli. Madankollu, il-livell ta’ diffikultà waħdu mhuwiex raġuni biżżejjed sabiex wieħed jeskludi primjum tar-riskju.

B17 It-tekniki tal-valur preżenti jvarjaw fil-mod li bih jaġġustaw għar-riskju u fit-tip ta’ flussi ta’ flus li jużaw. Pereżempju:

(a) 

It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont (ara l-paragrafi B18–B22) tuża rata ta’ skont aġġustata għar-riskju u l-flussi ta’ flus kuntrattwali, imwiegħda jew l-aktar probabbli.

(b) 

Il-Metodu 1 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni (ara l-paragrafu B25) juża flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju u rata mingħajr riskju.

(c) 

Il-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni (ara l-paragrafu B26) juża flussi ta’ flus mistennija li ma jkunux aġġustati għar-riskju u rata ta’ skont aġġustata sabiex tinkludi l-primjum tar-riskju li jitolbu l-parteċipanti fis-suq. Din ir-rata tkun differenti mir-rata użata fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont.

Teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont

B18 It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tuża sett wieħed ta’ flussi ta’ flus mill-medda ta’ ammonti stmati possibbli, kemm flussi ta’ flus kuntrattwali jew imwiegħda (bħal fil-każ ta’ bond) jew l-aktar probabbli. F’kull każ, dawk il-flussi ta’ flus ikunu kondizzjonati meta jseħħu eventi speċifiċi (eż. flussi ta’ flus kuntrattwali jew imwiegħda għal xi bond ikunu kondizzjonati f’każ li ma jkunx hemm inadempjenza mid-debitur). Ir-rata ta’ skont użata fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tkun idderivata minn rati osservati ta’ redditu għall-assi jew għall-obbligazzjonijiet komparabbli li jiġu nnegozjati fis-suq. Għalhekk, il-flussi ta’ flus kuntrattwali, imwiegħda jew l-aktar probabbli jkunu skontati f’rata tas-suq osservata jew stmata għal flussi ta’ flus kondizzjonati bħal dawn (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq).

B19 It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont teħtieġ analiżi tad-data tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjonijiet komparabbli. Il-komparabbiltà tiġi stabbilita billi titqies in-natura tal-flussi ta’ flus (eż. jekk il-flussi ta’ flus humiex kuntrattwali jew mhux kuntrattwali u jekk jirrispondux b’mod simili għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi), kif ukoll fatturi oħra (eż. l-affidabbiltà kreditizja, il-kollateral, id-durata, pattijiet restrittivi u likwidità). Alternattivament, jekk assi jew obbligazzjoni waħda komparabbli ma tirriflettix b’mod ġust ir-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus tal-assi jew l-obbligazzjoni mkejla, jista’ jkun possibbli li tinkiseb rata ta’ skont permezz ta’ data għal diversi assi jew obbligazzjonijiet komparabbli flimkien mal-kurva tar-rendiment mingħajr riskju (jiġifieri permezz ta’ approċċ ta’ akkumulu).

B20 Biex tifhem l-approċċ ta’ akkumulu, nassumu li l-Assi A jkun dritt kuntrattwali li tirċievi CU 800 ( 61 ) f’sena (jiġifieri ma jkunx hemm inċertezza dwar it-twaqqit). Ikun hemm suq stabbilit għal assi komparabbli, u l-informazzjoni dwar dawk l-assi, inkluż l-informazzjoni dwar il-prezzijiet, tkun disponibbli. Minn dawk l-assi komparabbli:

(a) 

L-Assi B ikun dritt kuntrattwali li tirċievi CU 1 200 f’sena u jkollu prezz tas-suq ta’ CU 1 083. Għalhekk, ir-rata annwali tar-redditu impliċita (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq għal sena) tkun 10,8 fil-mija [(CU 1 200/CU 1 083) – 1].

(b) 

L-Assi C ikun dritt kuntrattwali li tirċievi CU 700 f’sentejn u jkollu prezz tas-suq ta’ CU 566. Għalhekk, ir-rata annwali tar-redditu impliċita (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq għal sentejn) tkun 11,2 fil-mija [(CU 700/CU 566)^0,5 – 1].

(c) 

It-tliet assi jkunu komparabbli fir-rigward tar-riskju (jiġifieri d-dispersjoni ta’ gwadanji u kreditu possibbli).

B21 Fuq il-bażi tat-twaqqit tal-pagamenti kuntrattwali li għandhom jiġu riċevuti għall-Assi A relatati mat-twaqqit għall-Assi B u għall-Assi C (jiġifieri sena għall-Assi B u sentejn għall-Assi C), l-Assi B tiġi preżunta aktar komparabbli mal-Assi A. Permezz tal-pagament kuntrattwali li għandu jiġi riċevut għall-Assi A (CU 800) u r-rata tas-suq għal sena derivata mill-Assi B (10,8 fil-mija), il-valur ġust tal-Assi A jkun CU 722 (CU 800/1,108). Inkella, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-suq disponibbli għall-Assi B, ir-rata tas-suq għal sena tista’ tkun derivata mill-Assi C permezz tal-approċċ ta’ akkumulu. F’dak il-każ ir-rata tas-suq għal sentejn indikata mill-Assi C (11,2 fil-mija) tkun aġġustata għal rata ta’ suq għal sena permezz tal-istruttura tat-terminu tal-kurva tar-rendiment mingħajr riskju. Jistgħu jkunu meħtieġa aktar informazzjoni u analiżi sabiex jiġi determinat jekk il-primjums tar-riskju għal assi ta’ sena u ta’ sentejn humiex l-istess. Jekk jiġi determinat li l-primjums tar-riskju għal assi ta’ sena u ta’ sentejn ma jkunux l-istess, ir-rata tas-suq tar-redditu għal sentejn tkun aġġustata ulterjorment minħabba dan.

B22 Meta t-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tiġi applikata għal riċevuti jew pagamenti fissi, l-aġġustament għar-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus tal-assi jew tal-obbligazzjoni mkejla jkun inkluż fir-rata ta’skont. F’ċerti applikazzjonijiet tat-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont għal flussi ta’ flus li ma jkunux riċevuti jew pagamenti fissi, jista’ jkun meħtieġ aġġustament għall-flussi ta’ flus biex tinkiseb komparabbiltà mal-assi jew mal-obbligazzjoni osservata li minnha tittieħed ir-rata ta’ skont.

Teknika tal-valur preżenti mistenni

B23 It-teknika tal-valur preżenti mistenni tuża bħala punt ta’ tluq sett ta’ flussi ta’ flus li jirrappreżenta l-medja ponderata għall-probabbiltà tal-flussi futuri ta’ flus kollha possibbli (jiġifieri l-flussi ta’ flus mistennija). L-istima li tirriżulta hija identika għall-valur mistenni, li, f’termini statistiċi, huwa l-medja ponderata tal-valuri possibbli ta’ varjabbli każwali diskret bil-probabbiltajiet rispettivi bħala l-piżijiet. Peress li l-flussi ta’ flus kollha possibbli jkunu ponderati għall-probabbiltà, il-fluss ta’ flus mistenni li jirriżulta ma jkunx kondizzjonali għal li jseħħ xi event speċifiku (għall-kuntrarju tal-flussi ta’ flus użati fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont).

B24 Fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ investiment, il-parteċipanti fis-suq avversi għar-riskju jqisu r-riskju li l-flussi ta’ flus reali jistgħu jvarjaw mill-flussi ta’ flus mistennija. It-teorija tal-portafoll tiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ riskju:

(a) 

riskju mhux sistematiku (diversifikabbli), li jkun ir-riskju speċifiku għal assi jew għal obbligazzjoni partikulari.

(b) 

riskju sistematiku (mhux diversifikabbli), li jkun ir-riskju komuni kondiviż minn assi jew obbligazzjoni mal-entrati l-oħra f’portafoll diversifikat.

It-teorija tal-portafoll tgħid li, f’suq ekwilibrat, il-parteċipanti fis-suq ikunu kkompensati biss talli jġarrbu r-riskju sistematiku inerenti fil-flussi ta’ flus. (Fi swieq li ma jkunux effiċjenti jew ekwilibrati, jistgħu jkunu disponibbli forom oħra ta’ redditu jew kumpens.)

B25 Il-Metodu 1 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni jaġġusta l-flussi ta’ flus mistennija ta’ assi għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq) billi jnaqqas il-primjum tar-riskju ta’ flus (jiġifieri l-flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju). Dawk il-flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju jirrappreżentaw fluss ta’ flus ekwivalenti għaċ-ċertezza, li jkun skontat f’rata tal-imgħax mingħajr riskju. Fluss ta’ flus ekwivalenti għaċ-ċertezza jirreferi għal fluss ta’ flus mistenni (kif definit), aġġustat għar-riskju sabiex parteċipant fis-suq ikun indifferenti għan-negozjar ta’ ċertu fluss ta’ flus għal fluss ta’ flus mistenni. Pereżempju, jekk parteċipant fis-suq ikun lest li jinnegozja fluss ta’ flus mistenni ta’ CU 1 200 għal ċertu fluss ta’ flus ta’ CU 1 000, l-CU 1 000 ikun l-ekwivalenti taċ-ċertezza tal-CU 1 200 (jiġifieri l-CU 200 jirrappreżentaw il-primjum tar-riskju tal-flus). F’dak il-każ il-parteċipant fis-suq ikun indifferenti għall-assi miżmum.

B26 B’kuntrast ma’ dan, il-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni jaġġusta għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq) billi japplika primjum tar-riskju għar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. Għalhekk, il-flussi ta’ flus mistennija huma skontati b’rata li tikkorrispondi għal rata mistennija assoċjata ma’ flussi ta’ flus ponderati għall-probabbiltà (jiġifieri rata ta’ redditu mistennija). Il-mudelli użati għall-ipprezzar ta’ assi riskjużi, bħall-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali, jistgħu jintużaw għall-istima tar-rata ta’ redditu mistennija. Peress li r-rata ta’ skont użata fit-teknika tal-aġġustament tar-rata ta’ skont hija rata ta’ redditu relatata mal-flussi ta’ flus kondizzjonali, aktarx li tkun ogħla mir-rata ta’ skont użata fil-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni, li tkun rata ta’ redditu mistennija relatata mal-flussi ta’ flus mistennija jew ponderati għall-probabbiltà.

B27 Biex nifhmu l-Metodi 1 u 2, nassumu li assi jkollu flussi ta’ flus mistennija ta’ CU 780 f’sena determinati fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus possibbli u l-probabbiltajiet murija hawn taħt. Ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju applikabbli għall-flussi ta’ flus fuq medda ta’ sena hija 5 fil-mija, u l-primjum tar-riskju sistematiku għal assi bl-istess profil ta’ riskju huwa 3 fil-mija.



Flussi ta’ flus possibbli

Probabbiltà

Flussi ta’ flus ponderati għall-probabbiltà

CU 500

15 %

CU 75

CU 800

60 %

CU 480

CU 900

25 %

CU 225

Flussi ta’ flus mistennija

 

CU 780

B28 F’dan l-eżempju sempliċi, il-flussi ta’ flus mistennija (CU 780) jirrappreżentaw il-medja ponderata għall-probabbiltà tat-tliet eżiti possibbli. F’sitwazzjonijiet aktar realistiċi, jista’ jkun hemm diversi eżiti possibbli. Madankollu, biex napplikaw it-teknika tal-valur preżenti mistenni, mhux dejjem jeħtieġ li wieħed jikkunsidra d-distribuzzjonijiet tal-flussi ta’ flus kollha possibbli permezz ta’ mudelli u tekniki kkumplikati. Minflok, jista’ jkun possibbli li jiġi żviluppat għadd limitat ta’ xenarji u probabbiltajiet diskreti li jinkludu l-firxa ta’ flussi ta’ flus possibbli. Pereżempju, entità tista’ tuża flussi ta’ flus realizzati għal xi perjodu passat rilevanti, aġġustati għal bidliet fiċ-ċirkustanzi li jseħħu sussegwentement (eż. bidliet f’fatturi esterni, inklużi l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq, it-tendenzi tal-industrija u l-kompetizzjoni kif ukoll bidliet f’fatturi interni li jaffettwaw lill-entità b’mod aktar speċifiku), b’kunsiderazzjoni għas-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq.

B29 Fit-teorija, il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-flussi ta’ flus tal-assi huwa l-istess kemm jekk determinat bil-Metodu 1 jew bil-Metodu 2, kif ġej:

(a) 

Bil-Metodu 1, il-flussi ta’ flus mistennija jiġu aġġustati għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq). Fin-nuqqas ta’ data dwar is-suq li tindika direttament l-ammont tal-aġġustament tar-riskju, dan l-aġġustament jista’ jkun derivat minn mudell tal-ipprezzar tal-assi li juża l-kunċett ta’ ekwivalenti taċ-ċertezza. Pereżempju, l-aġġustament tar-riskju (jiġifieri l-primjum tar-riskju tal-flus ta’ CU 22) jista’ jkun determinat permezz tal-primjum tar-riskju sistematiku ta’ 3 fil-mija (CU 780 – [CU 780 × (1,05/1,08)]), li jirriżulta fi flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju ta’ CU 758 (CU 780 – CU 22). Is-CU 758 huwa l-ekwivalenti taċ-ċertezza ta’ CU 780 u huwa skontat bir-rata ta’ mgħax mingħajr riskju (5 fil-mija). Il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-assi huwa ta’ CU 722 (CU 758/1,05).

(b) 

Bil-Metodu 2, il-flussi ta’ flus mistennija ma jkunux aġġustati għar-riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq). Minflok, l-aġġustament għal dak ir-riskju huwa inkluż fir-rata ta’ skont. B’hekk, il-flussi ta’ flus mistennija huma skontati f’rata ta’ redditu mistennija ta’ 8 fil-mija (jiġifieri r-rata ta’ mgħax mingħajr riskju ta’ 5 fil-mija flimkien mat-3 fil-mija primjum tar-riskju sistematiku). Il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-assi huwa ta’ CU 722 (CU 780/1,08).

B30 Meta wieħed juża teknika ta’ valur preżenti mistenni għall-kejl tal-valur ġust, jista’ jintuża kemm il-Metodu 1 kif ukoll il-Metodu 2. L-għażla tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 tiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjoni mkejla, kemm ikun hemm data suffiċjenti disponibbli u l-ġudizzju għaqli applikat.

APPLIKAZZJONI TA’ TEKNIKI TA’ VALUR PREŻENTI GĦALL-OBBLIGAZZJONIJIET U L-ISTRUMENTI TA’ EKWITÀ PROPRJI TAL-ENTITÀ MHUX MIŻMUMA MINN PARTIJIET OĦRA BĦALA ASSI (IL-PARAGRAFI 40 U 41)

B31 Meta tuża teknika ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni li ma tkunx miżmuma minn parti oħra bħala assi (eż. obbligazzjoni dekummissjonatorja), entità għandha, fost affarijiet oħra, tistma l-flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri li l-parteċipanti fis-suq jistennew li jġarrbu fl-ilħiq tal-obbligu. Dawk il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri għandhom jinkludu l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-kostijiet għall-ilħiq tal-obbligu u l-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ talli jieħu fuqu l-obbligu. Dan il-kumpens jinkludi r-redditu li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ għal dan li ġej:

(a) 

it-twettiq tal-attività (jiġifieri l-valur tal-ilħiq tal-obbligu; eż. billi juża riżorsi li jistgħu jintużaw għal attivitajiet oħra); u

(b) 

il-ġarr tar-riskju assoċjat mal-obbligu (jiġifieri primjum tar-riskju li jirrifletti r-riskju li l-flussi ta’ ħruġ ta’ flus attwali jista’ jvarja mill-flussi ta’ ħruġ ta’ flus mistennija; ara l-paragrafu B33).

B32 Pereżempju, obbligazzjoni mhux finanzjarja ma fihiex rata ta’ redditu kuntrattwali u ma jkun hemm l-ebda rendiment mis-suq osservabbli għal dik l-obbligazzjoni. F’ċerti każijiet, il-komponenti tar-redditu li jkunu jeħtieġu l-parteċipanti fis-suq ma jkunux jistgħu jintgħarfu minn xulxin (eż. meta tuża l-prezz li kuntrattur terz jimponi fuq bażi ta’ tariffa fissa). F’każijiet oħra, entità teħtieġ li tistma dawk il-komponenti b’mod separat (eż. meta tuża l-prezz li kuntrattur terz jimponi fuq il-bażi ta’ kost b’addenda peress li l-kuntrattur f’dak il-każ ma jġarrabx ir-riskju ta’ bidliet futuri fil-kostijiet).

B33 Entità tista’ tinkludi primjum tar-riskju fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument ta’ ekwità proprju tal-entità li mhux miżmum minn parti oħra bħala assi f’wieħed minn dawn il-modi:

(a) 

billi taġġusta l-flussi ta’ flus (jiġifieri bħala żieda fl-ammont ta’ ħruġ tal-flussi ta’ flus); jew

(b) 

billi taġġusta r-rata użata sabiex tiskonta l-flussi futuri ta’ flus għall-valuri preżenti tagħhom (jiġifieri bħala tnaqqis fir-rata ta’ skont).

Entità għandha tiżgura li ma tgħoddx l-aġġustamenti għar-riskju darbtejn jew tħallihom barra. Pereżempju, jekk il-flussi ta’ flus stmati jiżdiedu sabiex iqisu l-kumpens għat-teħid tar-riskju assoċjat mal-obbligu, jenħtieġ li r-rata ta’ skont ma tkunx aġġustata sabiex tirrifletti dak ir-riskju.

INPUTS FIT-TEKNIKI TA’ VALWAZZJONI (IL-PARAGRAFI 67–71)

B34 Eżempji ta’ swieq li fihom ikunu jistgħu jiġu osservati inputs għal xi assi u obbligazzjonijiet (eż. strumenti finanzjarji) jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Swieq tal-kambju. F’suq tal-kambju, il-prezzijiet tal-għeluq ikunu kemm faċilment disponibbli kif ukoll ġeneralment rappreżentattivi tal-valur ġust. Eżempju ta’ suq bħal dan huwa l-Borża ta’ Londra.

(b) 

Swieq tan-negozjanti. F’suq tan-negozjanti, in-negozjanti jkunu lesti jinnegozjaw (jixtru jew ibigħu għalihom stess), biex b’hekk jipprovdu likwidità billi jużaw il-kapital tagħhom sabiex iżommu inventarju tal-entrati li għalihom jagħmlu suq. Tipikament il-prezzijiet ta’ offerta u talba (li jirrappreżentaw rispettivament il-prezz li fih in-negozjant ikun lest li jixtri u l-prezz li fih in-negozjant ikun lest li jbigħ,) ikunu aktar faċilment disponibbli milli l-prezzijiet tal-għeluq. Is-swieq barra l-borża (li għalihom il-prezzijiet ikunu rapportati pubblikament) ikunu swieq tan-negozjanti. Is-swieq tan-negozjanti jeżistu wkoll għal xi assi u obbligazzjonijiet oħrajn, inklużi xi strumenti finanzjarji, komoditajiet u assi fiżiċi (eż. tagħmir użat).

(c) 

Swieq tas-senserija. F’suq tas-senserija, is-sensara jippruvaw iqabblu x-xerrejja mal-bejjiegħa iżda ma jkunux lesti jinnegozjaw għalihom stess. Fi kliem ieħor, is-sensara ma jużawx il-kapital tagħhom stess sabiex iżommu inventarju tal-entrati li għalihom jagħmlu suq. Is-sensar ikun jaf il-prezzijiet offruti u mitluba mill-partijiet rispettivi, iżda kull parti normalment ma tkunx taf ir-rekwiżiti tal-prezz tal-parti l-oħra. Xi drabi jkunu disponibbli prezzijiet ta’ tranżazzjonijiet kompluti. Is-swieq tas-senserija jinkludu networks ta’ komunikazzjoni elettronika, fejn jitqabblu l-ordnijiet ta’ xiri u bejgħ, u s-swieq ta’ proprjetà immobiljari kummerċjali u residenzjali.

(d) 

Swieq bejn prinċipal u prinċipal. F’suq bejn prinċipal u prinċipal, it-tranżazzjonijiet, kemm l-oriġinarji kif ukoll il-bejgħ mill-ġdid, ikunu nnegozjati b’mod indipendenti mingħajr intermedjarji. Ftit informazzjoni dwar dawk it-tranżazzjonijiet tista’ tkun disponibbli pubblikament.

ĠERARKIJA TAL-VALUR ĠUST (IL-PARAGRAFI 72–90)

Inputs tal-Livell 2 (il-paragrafi 81-85)

B35 Eżempji ta’ inputs tal-Livell 2 għal assi u obbligazzjonijiet partikulari jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Swap tar-rata tal-imgħax bir-riċevibbli fiss, bil-pagament varjabbli bbażat fuq ir-rata ta’ swap tal-London Interbank Offered Rate (LIBOR, London Interbank Offered Rate). Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ta’ swap tal-LIBOR jekk dik ir-rata tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal sostanzjalment it-terminu sħiħ tas-swap.

(b) 

Swap tar-rata tal-imgħax bir-riċevibbli fissa, bil-pagament varjabbli bbażat fuq kurva tar-rendiment ddenominata f’munita barranija. Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ta’ swap ibbażata fuq kurva tar-rendiment iddenominata f’munita barranija li tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap. Dak ikun il-każ jekk it-terminu tas-swap ikun 10 snin u dik ir-rata tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal 9 snin, sakemm kwalunkwe estrapolazzjoni raġonevoli tal-kurva tar-rendiment għas-sena 10 ma tkunx sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust tas-swap fl-intier tiegħu.

(c) 

Swap tar-rata tal-imgħax bir-riċevibbli fissa, bil-pagament varjabbli bbażat fuq rata prima ta’ bank speċifiku. Input tal-Livell 2 ikun ir-rata prima ta’ bank derivata permezz ta’ estrapolazzjoni jekk il-valuri estrapolati jkunu kkorroborati minn data tas-suq osservabbli, pereżempju, b’korrelazzjoni ma’ rata tal-imgħax li tkun osservabbli fuq sostanzjalment it-terminu kollu tal-iswap.

(d) 

Opzjoni ta’ tliet snin fuq ishma nnegozjati f’kambju. Input tal-Livell 2 ikun il-volatilità impliċita għall-ishma derivati permezz ta’ estrapolazzjoni għas-sena 3 jekk jeżistu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

Il-prezzijiet għall-opzjoni ta’ sena u ta’ sentejn fuq l-ishma jkunu osservabbli.

(ii) 

Il-volatilità impliċita estrapolata ta’ opzjoni ta’ tliet snin tkun ikkorroborata minn data tas-suq osservabbli għal sostanzjalment it-terminu kollu tal-opzjoni.

F’dak il-każ, il-volatilità impliċita tista’ tkun derivata bl-estrapolazzjoni mill-volatilità impliċita tal-opzjonijiet ta’ sena u ta’ sentejn fuq l-ishma u kkorroborata mill-volatilità impliċita għal opzjonijiet fuq tliet snin fuq ishma ta’ entitajiet komparabbli, sakemm tiġi stabbilita dik il-korrelazzjoni mal-volatilitajiet impliċiti ta’ sena u ta’ sentejn.

(e) 

Ftehim tal-liċenzja. Għal ftehim tal-liċenzja li jiġi akkwistat f’kombinament ta’ negozji u li jkun ġie nnegozjat reċentement ma’ parti mhux relatata mill-entità akkwiżita (il-parti għall-ftehim tal-liċenzja), input tal-Livell 2 ikun ir-rata tar-royalty fil-kuntratt mal-parti mhux relatata fil-bidu tal-ftehim.

(f) 

Inventarju ta’ oġġetti lesti fi stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut. Fil-każ ta’ inventarju ta’ oġġetti lesti li jinkiseb f’kombinament ta’ negozji, input tal-Livell 2 ikun il-prezz għall-konsumaturi f’suq tal-konsumaturi jew prezz għall-bejjiegħa għall-konsumaturi f’suq tal-operaturi, aġġustat għad-differenzi bejn il-kundizzjoni u l-post tal-entrata tal-inventarju u l-entrati tal-inventarju komparabbli (jiġifieri simili) b’mod li l-kejl tal-valur ġust jirrifletti l-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni ta’ bejgħ tal-inventarju lil bejjiegħ ieħor għall-konsumaturi li jikkompleta l-isforzi tal-bejgħ meħtieġa. Kunċettwalment, il-kejl tal-valur ġust ikun l-istess, kemm jekk isiru aġġustamenti ta’ prezz għall-konsumatur (’l isfel) jew ta’ prezz għall-operaturi (’il fuq). Ġeneralment, jenħtieġ li jintuża l-prezz li jeħtieġ l-inqas ammont ta’ aġġustamenti suġġestivi għall-kejl tal-valur ġust.

(g) 

Binja miżmuma u użata. Input tal-Livell 2 ikun il-prezz għal kull metru kwadru għall-binja (multiplu ta’ valwazzjoni) derivat minn data tas-suq osservabbli, eż. multipli derivati mill-prezzijiet fi tranżazzjonijiet osservati li jinvolvu bini komparabbli (jiġifieri simili) f’postijiet simili.

(h) 

Unità li tiġġenera l-flus. Input tal-Livell 2 ikun multiplu ta’ valwazzjoni (eż. multiplu ta’ qligħ jew dħul jew miżura ta’ prestazzjoni simili) derivat minn data tas-suq osservabbli, eż. multipli derivati minn prezzijiet fi tranżazzjonijiet osservati li jinvolvu negozji komparabbli (jiġifieri simili), filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi operazzjonali, tas-suq, finanzjarji u mhux finanzjarji.

Inputs tal-Livell 3 (il-paragrafi 86-90)

B36 Eżempji ta’ inputs tal-Livell 3 għal assi u obbligazzjonijiet partikulari jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Swap tal-muniti datati fit-tul. Input tal-Livell 3 ikun rata tal-imgħax f’munita speċifika li ma tkunx osservabbli u ma tkunx tista’ tiġi kkorroborata minn data tas-suq osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati jew inkella għal sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap tal-munita. Ir-rati tal-imgħax fi swap tal-muniti huma r-rati ta’ swap ikkalkulati mill-kurvi tar-rendiment tal-pajjiżi rispettivi.

(b) 

Opzjoni ta’ tliet snin fuq ishma nnegozjati f’kambju. Input tal-Livell 3 ikun il-volatilità storika, jiġifieri l-volatilità għall-ishma derivata mill-prezzijiet storiċi tal-ishma. Il-volatilità storika tipikament ma tirrappreżentax l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq kurrenti dwar il-volatilità futura, anki jekk din tkun l-unika informazzjoni disponibbli biex jingħata prezz għal opzjoni.

(c) 

Swap tar-rati tal-imgħax. Input tal-Livell 3 ikun aġġustament ta’ prezz ta’ kunsens (mhux vinkolanti) tan-nofs tas-suq għall-iswap żviluppat permezz ta’ data li ma tkunx direttament osservabbli u ma tkunx tista’ tiġi kkorroborata mod ieħor permezz ta’ data tas-suq osservabbli.

(d) 

Dekummissjonar ta’ obbligazzjoni assunta f’kombinament ta’ negozji. Input tal-Livell 3 ikun stima kurrenti permezz tad-data proprja tal-entità dwar il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri li għandu jsir sabiex jaqdi l-obbligu (inklużi l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-kostijiet tal-ilħiq tal-obbligu u l-kumpens li parteċipant fis-suq jitlob talli jassumi l-obbligu li jżarma l-assi) jekk ma jkunx hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli li tindika li l-parteċipanti fis-suq jużaw suppożizzjonijiet differenti. Dak l-input tal-Livell 3 jintuża f’teknika ta’ valur preżenti flimkien ma’ inputs oħrajn, eż. rata tal-imgħax kurrenti mingħajr riskju jew rata mingħajr riskju aġġustata għall-kreditu jekk l-effett tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni jkun rifless fir-rata ta’ skont minflok fl-istima tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus futuri.

(e) 

Unità li tiġġenera l-flus. Input tal-Livell 3 ikun previżjoni finanzjarja (eż. flussi ta’ flus jew profitt jew telf) żviluppata permezz tad-data proprja tal-entità jekk ma jkunx hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli li tindika li l-parteċipanti fis-suq jużaw suppożizzjonijiet differenti.

KEJL TAL-VALUR ĠUST META L-VOLUM JEW IL-LIVELL TA’ ATTIVITÀ GĦAL ASSI JEW GĦAL OBBLIGAZZJONI JKUN NAQAS B’MOD SOSTANZJALI

B37 Il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni jista’ jkun affettwat meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell ta’ attività għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili). Sabiex tiddetermina jekk, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, kienx hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew il-livell ta’ attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, entità għandha tevalwa s-sinifikat u r-rilevanza ta’ fatturi bħal dawn li ġejjin:

(a) 

Ikun hemm ftit tranżazzjonijiet riċenti.

(b) 

Il-kwotazzjonijiet tal-prezz ma jkunux żviluppati permezz ta’ informazzjoni kurrenti.

(c) 

Il-kwotazzjonijiet tal-prezz ivarjaw b’mod sostanzjali maż-żmien jew fost ġeneraturi tas-suq (eż. xi swieq tas-sensara).

(d) 

Indiċijiet li preċedentement kienu korelatati ħafna mal-valuri ġusti tal-assi jew tal-obbligazzjoni ma jkunux ovvjament korelatati ma’ indikazzjonijiet riċenti ta’ valur ġust għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni.

(e) 

Ikun hemm żieda sinifikanti fil-primjums tar-riskju ta’ likwidità impliċita, indikaturi tar-rendiment jew tal-prestazzjoni (bħal rati ta’ delinkwenza jew severitajiet ta’ telf) għal tranżazzjonijiet osservati jew prezzijiet ikkwotati meta mqabbla mal-istima tal-entità tal-flussi ta’ flus mistennija, filwaqt li titqies id-data tas-suq kollha disponibbli dwar il-kreditu u riskju ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni ieħor għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

(f) 

Ikun hemm firxa wiesgħa bejn l-offerta u t-talba jew żieda sinifikanti fil-firxa bejn l-offerta u t-talba.

(g) 

Ikun hemm tnaqqis sinifikanti fl-attività ta’ suq għal ishma ġodda (jiġifieri suq primarju), jew nuqqas tiegħu, għall-assi jew għall-obbligazzjoni jew assi jew obbligazzjonijiet simili.

(h) 

Ikun hemm ftit informazzjoni disponibbli pubblikament (eż. għal tranżazzjonijiet li jseħħu f’suq bejn prinċipal u prinċipal).

B38 Jekk entità tikkonkludi li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili), tkun teħtieġ aktar analiżi tat-tranżazzjonijiet jew tal-prezzijiet ikkwotati. Tnaqqis fil-volum jew fil-livell ta’ attività waħdu ma jistax ikun indikazzjoni li prezz ta’ tranżazzjoni jew prezz ikkwotat ma jirrappreżentax il-valur ġust jew li tranżazzjoni f’dak is-suq ma tkunx ordinata. Madankollu, jekk entità tiddetermina li tranżazzjoni jew prezz ikkwotat ma jirrappreżentax valur ġust (eż. jista’ jkun hemm tranżazzjonijiet li ma jkunux ordinati), ikun meħtieġ aġġustament tat-tranżazzjonijiet jew tal-prezzijiet ikkwotati jekk l-entità tuża dawk il-prezzijiet bħala bażi għall-kejl tal-valur ġust u dak l-aġġustament jista’ jkun sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust sħiħ. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll aġġustamenti f’ċirkustanzi oħrajn (eż. meta prezz għal assi simili jeħtieġ aġġustament sinifikanti sabiex isir komparabbli mal-assi li qed jitkejjel jew meta l-prezz ikun skadut).

B39 Dan l-IFRS ma jippreskrivix metodoloġija biex isiru aġġustamenti sinifikanti għal tranżazzjonijiet jew prezzijiet ikkwotati. Ara l-paragrafi 61–66 u B5–B11 għal diskussjoni dwar l-użu ta’ tekniki ta’ valwazzjoni meta jitkejjel il-valur ġust. Irrispettivament minn liema teknika ta’ valwazzjoni tintuża, entità għandha tinkludi aġġustamenti xierqa skont ir-riskju, inkluż primjum tar-riskju li jirrifletti l-ammont li jitolbu l-parteċipanti fis-suq bħala kumpens għall-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew obbligazzjoni (ara l-paragrafu B17). Inkella, il-kejl ma jkunx jirrappreżenta il-valur ġust b’mod leali. F’ċerti każijiet, id-determinazzjoni tal-aġġustament xieraq tar-riskju tista’ tkun diffiċli. Madankollu, il-livell ta’ diffikultà waħdu mhuwiex bażi suffiċjenti li fuqha wieħed jeskludi aġġustament tar-riskju. L-aġġustament tar-riskju għandu jirrifletti tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

B40 Jekk ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, tista’ tkun xierqa bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-użu ta’ tekniki ta’ multipli ta’ valwazzjoni (eż. l-użu ta’ approċċ tas-suq u teknika ta’ valur preżenti). Fil-ponderazzjoni tal-indikazzjonijiet tal-valur ġust li jirriżultaw mill-użu ta’ tekniki ta’ multipli ta’ valwazzjoni, entità għandha tqis ir-raġonevolezza tal-medda ta’ kejl ta’ valuri ġusti. L-objettiv huwa li tiddetermina l-punt fil-medda li jirrappreżenta l-aktar il-valur ġust bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Medda wiesgħa ta’ kejl ta’ valuri ġusti tista’ tkun indikazzjoni li tinħtieġ aktar analiżi.

B41 Anki meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, l-objettiv ta’ kejl tal-valur ġust jibqa’ l-istess. Il-valur ġust huwa l-prezz li jiġi riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata (jiġifieri mhux likwidazzjoni furzata jew bejgħ għall-bżonn) bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

B42 L-istima tal-prezz li bih il-parteċipanti fis-suq ikunu lesti li jidħlu fi tranżazzjoni fid-data tal-kejl bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq jekk ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni tiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi fid-data tal-kejl u teħtieġ ġudizzju għaqli. L-intenzjoni ta’ entità li żżomm l-assi jew li ssalda jew li tissodisfa l-obbligazzjoni mod ieħor ma tkunx rilevanti meta jitkejjel il-valur ġust peress li l-valur ġust ikun kejl ibbażat fuq is-suq, mhux kejl speċifiku għal xi entità.

Identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet li mhumiex ordinati

B43 Id-determinazzjoni ta’ jekk tranżazzjoni tkunx ordinata (jew mhux ordinata) hija aktar diffiċli jekk ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili). F’ċirkustanzi bħal dawn ma jkunx xieraq li wieħed jikkonkludi li t-tranżazzjonijiet kollha f’dak is-suq ma jkunux ordinati (jiġifieri likwidazzjonijiet furzati jew bejgħ għall-bżonn). Iċ-ċirkustanzi li jistgħu jindikaw li tranżazzjoni ma tkunx ordinata jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Ma jkunx hemm skopertura xierqa għas-suq għal perjodu qabel id-data tal-kejl li tippermetti attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu normali u abitwali għal tranżazzjonijiet li jinvolvu assi jew obbligazzjonijiet bħal dawn bil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

(b) 

Ikun hemm perjodu ta’ kummerċjalizzazzjoni normali u abitwali, iżda l-bejjiegħ ikun ikkumerċjalizza l-assi jew l-obbligazzjoni lil parteċipant fis-suq wieħed.

(c) 

Il-bejjiegħ ifalli jew ikun se jfalli jew jinsab qrib riċevitura (jiġifieri l-bejjiegħ jinsab f’sitwazzjoni kritika).

(d) 

Il-bejjiegħ kien meħtieġ ibigħ sabiex jissodisfa rekwiżiti regolatorji jew legali (jiġifieri l-bejjiegħ kien imġiegħel).

(e) 

Il-prezz tat-tranżazzjoni jkun iżolat meta mqabbel ma’ tranżazzjonijiet riċenti oħrajn għal assi jew obbligazzjoni identika jew simili.

Entità għandha tevalwa ċ-ċirkustanzi sabiex tiddetermina jekk, skont l-evidenza disponibbli, it-tranżazzjoni tkunx ordinata.

B44 Entità għandha tqis dan kollu li ġej meta tkejjel il-valur ġust jew meta tistma l-primjums tar-riskju tas-suq:

(a) 

Jekk l-evidenza tindika li tranżazzjoni ma tkunx ordinata, entità għandha tagħti ftit li xejn importanza (meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust) lil dak il-prezz ta’ tranżazzjoni.

(b) 

Jekk l-evidenza tindika li tranżazzjoni tkun ordinata, entità għandha tqis dak il-prezz ta’ tranżazzjoni. L-ammont ta’ piż mogħti lil dak il-prezz ta’ tranżazzjoni meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi, bħal dawn li ġejjin:

(i) 

il-volum tat-tranżazzjoni.

(ii) 

il-komparabbiltà tat-tranżazzjoni mal-assi jew mal-obbligazzjoni li qiegħda titkejjel.

(iii) 

kemm it-tranżazzjoni tkun qrib id-data tal-kejl.

(c) 

Jekk entità ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk tranżazzjoni tkunx ordinata, din għandha tqis il-prezz tat-tranżazzjoni. Madankollu, dak il-prezz tat-tranżazzjoni ma jistax jirrappreżenta l-valur ġust (jiġifieri l-prezz tat-tranżazzjoni ma jkunx neċessarjament l-unika bażi jew il-bażi ewlenija għall-kejl tal-valur ġust jew għall-istima tal-primjums tar-riskju tas-suq). Meta entità ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk tranżazzjonijiet partikulari jkunux ordinati, l-entità għandha tagħti inqas importanza lil dawk it-tranżazzjonijiet meta mqabbla ma’ tranżazzjonijiet oħrajn li jkunu magħrufa li jkunu ordinati.

Entità ma għandhiex bżonn tagħmel sforzi eżawrjenti sabiex tiddetermina jekk tranżazzjoni tkunx ordinata, iżda ma għandhiex tinjora informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli. Meta entità tkun parti fi tranżazzjoni, ikun mistenni li jkollha biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk it-tranżazzjoni tkunx ordinata.

Użu ta’ prezzijiet ikkwotati pprovduti minn partijiet terzi

B45 Dan l-IFRS ma jipprekludix l-użu ta’ prezzijiet ikkwotati pprovduti minn partijiet terzi, bħal servizzi tal-ipprezzar jew sensara, jekk entità tkun iddeterminat li l-prezzijiet ikkwotati pprovduti minn dawk il-partijiet ikunu żviluppati f’konformità ma’ dan l-IFRS.

B46 Jekk ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, entità għandha tevalwa jekk il-prezzijiet ikkwotati pprovduti minn partijiet terzi jkunux żviluppati permezz ta’ informazzjoni kurrenti li tirrifletti tranżazzjonijiet ordinati jew teknika ta’ valwazzjoni li tirrifletti s-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq (inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju). Fil-ponderazzjoni ta’ prezz ikkwotat bħala input għal kejl tal-valur ġust, entità tagħti inqas importanza (meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust li jirriflettu r-riżultati tat-tranżazzjonijiet) lil kwotazzjonijiet li ma jirriflettux ir-riżultat tat-tranżazzjonijiet.

B47 Barra minn hekk, in-natura ta’ kwotazzjoni (eż. jekk il-kwotazzjoni tkunx prezz indikattiv jew offerta vinkolanti) għandha titqies meta ssir ponderazzjoni tal-evidenza disponibbli, b’aktar importanza mogħtija lil kwotazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi li jirrappreżentaw offerti vinkolanti.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C2 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv mill-bidu tal-perjodu annwali li fih ikun ġie applikat inizjalment.

C3 Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS ma għandhomx għalfejn jiġu applikati f’informazzjoni komparattiva pprovduta għall-perjodi qabel l-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS.

C4  Titjib Annwali Ċiklu 2011–2013, maħruġ f’Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 52. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2014 jew wara. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv mill-bidu tal-perjodu annwali fejn ġie applikat inizjalment l-IFRS 13. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C5 L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 52. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 9.

C6 L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 15

Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi

OBJETTIV

1   L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi l-prinċipji li entità għandha tapplika sabiex tirrapporta informazzjoni utli lill-utenti tar-rapporti finanzjarji dwar in-natura, l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza ta’ dħul u flussi ta' flus li jirriżultaw minn kuntratt ma’ konsumatur.

Ilħiq tal-objettiv

2 Sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-paragrafu 1, il-prinċipju fundamentali ta’ dan l-Istandard huwa li entità għandha tirrikonoxxi d-dħul biex turi t-trasferiment ta’ oġġetti jew servizzi mwiegħda lill-konsumaturi f’ammont li jirrifletti l-korrispettiv li l-entità tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għal dawk l-oġġetti jew servizzi.

3 Entità għandha tqis it-termini tal-kuntratt u l-fatti rilevanti u ċ-ċirkustanzi kollha meta tapplika dan l-Istandard. Entità għandha tapplika dan l-Istandard, inkluż l-użu ta’ kwalunkwe espedjent prattiku, b’mod konsistenti mal-kuntratti b’karatteristiki simili u f’ċirkustanzi simili.

4 Dan l-Istandard jispeċifika l-kontabbiltà għal kuntratt individwali ma’ konsumatur. Madankollu, bħala espedjent prattiku, entità tista’ tapplika dan l-Istandard għal portafoll ta’ kuntratti (jew obbligi ta’ prestazzjoni) b’karatteristiki simili jekk l-entità tistenna b’mod raġonevoli li l-effetti fuq ir-rapporti finanzjarji tal-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għall-portafoll ma jvarjawx b’mod materjali mill-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għall-kuntratti individwali (jew obbligi ta’ prestazzjoni) f’dak il-portafoll. Meta tagħmel il-kontabbiltà għal portafoll, entità għandha tuża stimi u suppożizzjonijiet li jirriflettu d-daqs u l-kompożizzjoni tal-portafoll.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

5 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-kuntratti kollha ma’ konsumaturi, ħlief dawn li ġejjin:

(a) 

kuntratti ta’ lokazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 16 Lokazzjonijiet;

(b) 

kuntratti tal-assigurazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. Madankollu, entità tista’ tagħżel li tapplika dan l-Istandard għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li bħala l-iskop primarju tagħhom għandhom il-provvista ta’ servizzi għal tariffa fissa f’konformità mal-paragrafu 8 tal-IFRS 17;

(c) 

strumenti finanzjarji u drittijiet jew obbligi kuntrattwali oħrajn fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti; u

(d) 

skambji nonmonetarji bejn l-entitajiet fl-istess linja ta’ negozju sabiex jiġi faċilitat il-bejgħ lil konsumaturi jew konsumaturi potenzjali. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal kuntratt bejn żewġ kumpaniji taż-żejt li jaqblu dwar skambju ta’ żejt sabiex jissodisfaw id-domanda mill-konsumaturi tagħhom f’postijiet speċifiċi differenti fil-ħin.

6 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal kuntratt (minbarra kuntratt elenkat fil-paragrafu 5) biss jekk il-kontroparti għall-kuntratt tkun konsumatur. Konsumatur huwa parti li jkollha kuntratt ma’ entità sabiex tikseb oġġetti jew servizzi li huma output tal-attivitajiet ordinarji tal-entità bi skambju għal korrispettiv. Kontroparti għall-kuntratt ma tkunx konsumatur jekk, pereżempju, il-kontroparti jkollha kuntratt mal-entità sabiex tipparteċipa f’attività jew proċess li fih il-partijiet għall-kuntratt jaqsmu r-riskji u l-benefiċċji li jirriżultaw mill-attività jew mill-proċess (bħall-iżvilupp ta’ assi fi ftehim ta’ kollaborazzjoni) minflok biex tikseb l-output tal-attivitajiet ordinarji tal-entità.

7 Kuntratt ma’ konsumatur jista’ jkun parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard u parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standards oħrajn elenkati fil-paragrafu 5.

(a) 

Jekk l-Istandards l-oħrajn jispeċifikaw kif wieħed għandu jissepara u/jew inizjalment ikejjel parti waħda jew aktar tal-kuntratt, allura l-entità għandha l-ewwel tapplika r-rekwiżiti ta’ separazzjoni u/jew kejl f’dawk l-Istandards. Entità għandha teskludi mill-prezz tat-tranżazzjoni l-ammont tal-parti (jew partijiet) tal-kuntratt li inizjalment jitkejjel f’konformità ma’ Standards oħrajn u għandha tapplika l-paragrafi 73–86 sabiex talloka l-ammont tal-prezz tat-tranżazzjoni li jifdal (jekk jifdal) għal kull obbligu ta’ prestazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard u għal kwalunkwe parti oħra tal-kuntratt identifikata mill-paragrafu 7(b).

(b) 

Jekk l-Istandards l-oħrajn ma jispeċifikawx kif wieħed jissepara u/jew inizjalment ikejjel parti waħda jew aktar tal-kuntratt, allura l-entità għandha tapplika dan l-Istandard sabiex tissepara u/jew inizjalment tkejjel il-parti (jew il-partijiet) tal-kuntratt.

8 Dan l-Istandard jispeċifika l-kontabbiltà għall-kostijiet inkrementali tal-kisba ta' kuntratt ma' konsumatur u għall-kostijiet imġarrba sabiex jitwettaq il-kuntratt ma' konsumatur jekk dawk il-kostijiet ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standard ieħor (ara l-paragrafi 91–104). Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi biss għall-kostijiet imġarrba relatati ma’ kuntratt ma’ konsumatur (jew parti minn dak il-kuntratt) li jkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

RIKONOXXIMENT

Identifikazzjoni tal-kuntratt

9   Entità għandha tikkontabbilizza kuntratt ma’ konsumatur li jkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard biss meta jiġu ssodisfati dawn il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

il-partijiet għall-kuntratt ikunu approvaw il-kuntratt (bil-miktub, verbalment jew f’konformità ma’ prattiki ta’ negozju abitwali oħra) u jkunu impenjati li jwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom;

(b) 

l-entità tkun tista’ tidentifika d-drittijiet ta’ kull parti rigward l-oġġetti jew is-servizzi li għandhom ikunu trasferiti;

(c) 

l-entità tkun tista’ tidentifika t-termini ta’ pagament għall-oġġetti jew għas-servizzi li għandhom ikunu trasferiti;

(d) 

il-kuntratt ikollu sustanza kummerċjali (jiġifieri r-riskju, it-twaqqit jew l-ammont tal-flussi futuri ta’ flus tal-entità jkun mistenni li jinbidel b’riżultat tal-kuntratt); u

(e) 

ikun probabbli li l-entità tiġbor il-korrispettiv li tkun intitolata għalih bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi li se jkunu trasferiti lill-konsumatur. Fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-possibbiltà li jinġabar ammont ta’ korrispettiv hijiex probabbli, entità għandha tikkunsidra biss il-kapaċità u l-intenzjoni tal-konsumatur li jħallas dak l-ammont ta’ korrispettiv meta jkun dovut. L-ammont ta’ korrispettiv li l-entità tkun intitolata għalih jista’ jkun iżgħar mill-prezz iddikjarat fil-kuntratt jekk il-korrispettiv ikun varjabbli minħabba li l-entità tista’ toffri lill-konsumatur konċessjoni tal-prezz (ara l-paragrafu 52).

10 Kuntratt huwa ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. L-infurzabbiltà tad-drittijiet u l-obbligi f’kuntratt hija punt ta’ liġi. Il-kuntratti jistgħu jkunu bil-miktub, verbali jew implikati minn prattiki ta’ negozju abitwali ta’ entità. Il-prattiki u l-proċessi għall-istabbiliment ta’ kuntratti mal-konsumaturi jvarjaw bejn ġuriżdizzjonijiet legali, industriji u entitajiet. Barra minn hekk, jistgħu jvarjaw fi ħdan entità (pereżempju, jistgħu jiddependu fuq il-klassi tal-konsumatur jew in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda). Entità għandha tikkunsidra dawk il-prattiki u proċessi fid-determinazzjoni ta’ jekk u meta ftehim ma’ konsumatur joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli.

11 Ċerti kuntratti ma’ konsumaturi jistgħu ma jkollhomx durata fissa u jistgħu jiġu terminati jew jiġu modifikati minn kwalunkwe parti fi kwalunkwe ħin. Kuntratti oħrajn jistgħu jiġġeddu b’mod awtomatiku fuq bażi perjodika li tkun speċifikata fil-kuntratt. Entità għandha tapplika dan l-Istandard għad-durata tal-kuntratt (jiġifieri l-perjodu kuntrattwali) li fih il-partijiet fil-kuntratt ikollhom drittijiet u obbligi infurzabbli.

12 Għall-fini ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, kuntratt ma jeżistix jekk kull parti fil-kuntratt ikollha d-dritt infurzabbli unilaterali li ttemm kuntratt mhux imwettaq kompletament mingħajr ma tikkumpensa lill-parti (jew lill-partijiet) l-oħra. Kuntratt ma jkunx imwettaq kompletament jekk iż-żewġ kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-entità tkun għadha ma ttrasferiet l-ebda oġġett jew servizz imwiegħed lill-konsumatur; u

(b) 

l-entità tkun għadha ma rċeviet, u tkun għadha mhix intitolata li tirċievi, ebda korrispettiv bi skambju għal oġġetti jew servizzi mwiegħda.

13 Jekk kuntratt ma’ konsumatur jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 9 mill-bidu tal-kuntratt, entità ma għandhiex tirrivaluta dawk il-kriterji sakemm ma jkunx hemm indikazzjoni ta’ bidla sinifikanti fil-fatti u ċ-ċirkustanzi. Pereżempju, jekk il-kapaċità ta’ konsumatur li jħallas il-korrispettiv tiddeterjora b’mod sinifikanti, entità tirrivaluta jekk ikunx probabbli li l-entità tiġbor il-korrispettiv li tkun intitolata għalih bi skambju għall-bqija tal-oġġetti jew is-servizzi li se jkunu trasferiti lill-konsumatur.

14 Jekk kuntratt ma’ konsumatur ma jissodisfax il-kriterji fil-paragrafu 9, entità għandha tkompli tivvaluta l-kuntratt sabiex tiddetermina jekk il-kriterji fil-paragrafu 9 jiġux issodisfati sussegwentement.

15 Meta kuntratt ma’ konsumatur ma jissodisfax il-kriterji fil-paragrafu 9 u entità tirċievi korrispettiv mingħand il-konsumatur, l-entità għandha tirrikonoxxi l-korrispettiv riċevut bħala dħul biss meta jseħħ xi wieħed mill-eventi li ġejjin:

(a) 

l-entità ma jkun fadlilha l-ebda obbligu li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lill-konsumatur u l-entità tkun irċeviet il-korrispettiv kollu, jew sostanzjalment kollu, imwiegħed mill-konsumatur u dan ma jkunx rimborsabbli; jew

(b) 

il-kuntratt ikun ġie terminat u l-korrispettiv riċevut mingħand il-konsumatur ma jkunx rimborsabbli.

16 Entità għandha tirrikonoxxi l-korrispettiv riċevut mingħand konsumatur bħala obbligazzjoni sakemm iseħħ wieħed mill-eventi fil-paragrafu 15 jew sakemm il-kriterji fil-paragrafu 9 ikunu sussegwentement issodisfati (ara l-paragrafu 14). Skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi relatati mal-kuntratt, l-obbligazzjoni rikonoxxuta tirrappreżenta l-obbligu tal-entità li tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi fil-futur jew tħallas lura l-korrispettiv riċevut. Fi kwalunkwe każ, l-obbligazzjoni għandha titkejjel fl-ammont tal-korrispettiv riċevut mingħand il-konsumatur.

Kombinament ta’ kuntratti

17 Entità għandha tgħaqqad żewġ kuntratti jew aktar li tkun daħlet fihom fl-istess żmien mal-istess konsumatur (jew partijiet relatati tal-konsumatur) u tikkontabbilizza l-kuntratti bħala kuntratt wieħed jekk jiġi ssodisfat xi wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-kuntratti jkunu nnegozjati bħala pakkett b’objettiv kummerċjali wieħed;

(b) 

l-ammont ta’ korrispettiv li għandu jitħallas f’kuntratt wieħed jiddependi fuq il-prezz jew il-prestazzjoni tal-kuntratt l-ieħor; jew

(c) 

l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda fil-kuntratti (jew xi oġġetti jew servizzi mwiegħda f’kull kuntratt) ikunu obbligu ta’ prestazzjoni wieħed f’konformità mal-paragrafi 22–30.

Modifiki fil-kuntratt

18 Modifika fil-kuntratt hija bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni jew fil-prezz (jew it-tnejn) ta’ kuntratt li tkun approvata mill-partijiet fil-kuntratt. F’ċerti industriji u ġuriżdizzjonijiet, modifika fil-kuntratt tista’ tkun deskritta bħala ordni ta’ bidla, varjazzjoni jew emenda. Modifika fil-kuntratt teżisti meta l-partijiet għal kuntratt japprovaw modifika li toħloq drittijiet u obbligi infurzabbli ġodda tal-partijiet fil-kuntratt jew tibdilhom. Emenda fil-kuntratt tista’ tkun approvata bil-miktub, bi ftehim verbali jew b’mod impliċitu permezz ta’ prattiki ta’ negozju abitwali. Jekk il-partijiet fil-kuntratt ma jkunux approvaw modifika fil-kuntratt, entità għandha tkompli tapplika dan l-Istandard għall-kuntratt eżistenti sakemm il-modifika fil-kuntratt tiġi approvata.

19 Modifika fil-kuntratt tista’ teżisti anki jekk il-partijiet fil-kuntratt ikollhom xi tilwima dwar il-kamp ta’ applikazzjoni jew il-prezz (jew it-tnejn) tal-modifika jew il-partijiet ikunu approvaw bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt iżda jkunu għadhom ma stabbilewx il-bidla korrispondenti fil-prezz. Meta tiddetermina jekk id-drittijiet u l-obbligi li jinħolqu jew jinbidlu minn modifika humiex infurzabbli, entità għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti inklużi t-termini tal-kuntratt u evidenza oħra. Jekk il-partijiet għal kuntratt ikunu approvaw bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt iżda jkunu għadhom ma stabbilewx il-bidla korrispondenti fil-prezz, entità għandha tistma l-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni li tinħoloq mill-modifika f’konformità mal-paragrafi 50–54 dwar l-istima tal-korrispettiv varjabbli u l-paragrafi 56–58 dwar stimi restrittivi ta’ korrispettiv varjabbli.

20 Entità għandha tikkontabbilizza modifika fil-kuntratt bħala kuntratt separat jekk ikun hemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jiżdied minħabba ż-żieda ta’ oġġetti jew servizzi mwiegħda li jkunu distinti (f’konformità mal-paragrafi 26–30); u

(b) 

il-prezz tal-kuntratt jiżdied b’ammont ta’ korrispettiv li jirrifletti l-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi tal-entità tal-oġġetti jew is-servizzi addizzjonali mwiegħda u kwalunkwe aġġustament xieraq għal dak il-prezz sabiex jirrifletti ċ-ċirkustanzi ta’ dak il-kuntratt partikulari. Pereżempju, entità tista’ taġġusta l-prezz tal-bejgħ awtonomu ta’ oġġett jew servizz addizzjonali għal skont li jirċievi l-konsumatur, peress li ma jkunx hemm bżonn li l-entità ġġarrab il-kostijiet relatati mal-bejgħ li kieku ġġarrab meta tbigħ oġġett jew servizz simili lil konsumatur ġdid.

21 Jekk modifika fil-kuntratt ma tiġix ikkontabbilizzata bħala kuntratt separat f’konformità mal-paragrafu 20, entità għandha tikkontabbilizza l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda li għadhom ma ġewx trasferiti fid-data tal-modifika fil-kuntratt (jiġifieri l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda li fadal) fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi li huwa applikabbli:

(a) 

Entità għandha tikkontabbilizza l-modifika fil-kuntratt bħallikieku kienet terminazzjoni tal-kuntratt eżistenti u l-ħolqien ta’ kuntratt ġdid, jekk il-bqija tal-oġġetti jew is-servizzi jkunu differenti mill-oġġetti jew is-servizzi trasferiti fid-data tal-modifika fil-kuntratt jew qabel. L-ammont ta’ korrispettiv li għandu jkun allokat għall-bqija tal-obbligi ta’ prestazzjoni (jew l-oġġetti jew is-servizzi differenti li fadal f’obbligu ta’ prestazzjoni wieħed identifikat f’konformità mal-paragrafu 22(b)) huwa t-total ta’:

(i) 

il-korrispettiv imwiegħed mill-konsumatur (inklużi l-ammonti diġà riċevuti mingħand il-konsumatur) li kien inkluż fl-istimi tal-prezz tat-tranżazzjoni u li ma kienx rikonoxxut bħala dħul; u

(ii) 

il-korrispettiv imwiegħed bħala parti mill-modifika fil-kuntratt.

(b) 

Entità għandha tikkunsidra l-modifika fil-kuntratt bħallikieku kienet parti mill-kuntratt eżistenti jekk l-oġġetti jew is-servizzi li fadal ma jkunux differenti u, għaldaqstant, jiffurmaw parti minn obbligu ta’ prestazzjoni wieħed li jkun parzjalment issodisfat fid-data tal-modifika fil-kuntratt. L-effett li l-modifika tal-kuntratt għandha fuq il-prezz tat-tranżazzjoni, u fuq il-kejl tal-progress tal-entità lejn l-issodisfar sħiħ tal-obbligu ta’ prestazzjoni, huwa rikonoxxut bħala aġġustament tad-dħul (kemm bħala żieda kif ukoll bħala tnaqqis fid-dħul) fid-data tal-modifika fil-kuntratt (jiġifieri l-aġġustament tad-dħul isir fuq bażi ta’ konformità kumulattiva).

(c) 

Jekk l-oġġetti jew is-servizzi li fadal ikunu taħlita tal-entrati (a) u (b), allura l-entità għandha tikkontabbilizza l-effetti tal-modifika fuq l-obbligi ta’ prestazzjoni mhux issodisfati (inklużi dawk parzjalment mhux issodisfati) fil-kuntratt modifikat b’mod konsistenti mal-objettivi ta’ dan il-paragrafu.

Identifikazzjoni tal-obbligi ta’ prestazzjoni

22   Fil-bidu tal-kuntratt, entità għandha tivvaluta l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda f’kuntratt ma’ konsumatur u għandha tidentifika bħala obbligu ta’ prestazzjoni kull wiegħda ta’ trasferiment lill-konsumatur:

(a) 

oġġett jew servizz (jew pakkett ta’ oġġetti jew servizzi) li huwa distint; jew

(b) 

sensiela ta’ oġġetti jew servizzi distinti li jkunu sostanzjalment l-istess u li għandhom l-istess mudell ta’ trasferiment lill-konsumatur (ara l-paragrafu 23).

23 Sensiela ta’ oġġetti jew servizzi jkollha l-istess mudell ta’ trasferiment lill-konsumatur jekk iż-żewġ kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

kull oġġett jew servizz distint fis-sensiela li l-entità twiegħed li tittrasferixxi lill-konsumatur jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 35 li jkun obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien; u

(b) 

f’konformità mal-paragrafi 39–40, l-istess metodu jintuża għall-kejl tal-progress tal-entità fl-issodisfar sħiħ tal-obbligu ta’ prestazzjoni li tittrasferixxi kull oġġett jew servizz distint fis-sensiela lill-konsumatur.

Wegħdiet f’kuntratti mal-konsumaturi

24 Kuntratt ma’ konsumatur ġeneralment jiddikjara b’mod espliċitu l-oġġetti jew is-servizzi li entità twiegħed li titrasferixxi lil konsumatur. Madankollu, l-obbligi ta’ prestazzjoni identifikati f’kuntratt ma’ konsumatur jistgħu ma jkunux limitati għall-oġġetti jew is-servizzi li jkunu ddikjarati b’mod espliċitu f’dak il-kuntratt. Dan għaliex kuntratt ma’ konsumatur jista’ jinkludi wkoll wegħdiet li jkunu impliċiti minħabba l-prattiki ta’ negozju abitwali ta’ entità, politiki ppubblikati jew rapporti speċifiċi jekk, fiż-żmien meta jiġi ffirmat il-kuntratt, dawk il-wegħdiet joħolqu aspettattiva valida tal-konsumatur li l-entità se tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-konsumatur.

25 L-obbligi ta’ prestazzjoni ma jinkludux attivitajiet li entità trid twettaq sabiex tissodisfa kuntratt sakemm dawk l-attivitajiet ma jittrasferux oġġett jew servizz lil konsumatur. Pereżempju, fornitur ta’ servizzi jista’ jkun meħtieġ iwettaq diversi kompiti amministrattivi sabiex jagħmel kuntratt. Il-prestazzjoni ta’ dawk il-kompiti ma tittrasferix servizz lill-konsumatur waqt li jkunu qegħdin jitwettqu dawk il-kompiti. Għaldaqstant, dawn l-attivitajiet ta’ twaqqif mhumiex obbligu ta’ prestazzjoni.

Oġġetti jew servizzi distinti

26 Skont il-kuntratt, oġġetti jew servizzi mwiegħda jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

il-bejgħ ta’ oġġetti prodotti minn entità (pereżempju, inventarju ta’ manifattur);

(b) 

il-bejgħ mill-ġdid ta’ oġġetti mixtrija minn entità (pereżempju, merkanzija ta’ bejjiegħ għall-konsumatur);

(c) 

il-bejgħ mill-ġdid ta’ oġġetti jew servizzi mixtrija minn entità (pereżempju, biljett mibjugħ mill-ġdid minn entità li taġixxi bħala prinċipal, kif deskritt fil-paragrafi B34–B38);

(d) 

it-twettiq ta’ kompitu (jew kompiti) li ntlaħaq qbil dwaru b’kuntratt għal konsumatur;

(e) 

il-provvista ta’ servizz fejn ikun lest li jipprovdi oġġetti jew servizzi (pereżempju, aġġornamenti fis-software mhux speċifikati li jiġu pprovduti fuq bażi ta’ meta u jekk ikunu disponibbli) jew biex oġġetti jew servizzi jkunu disponibbli għal konsumatur biex jintużaw kif u meta jiddeċiedi l-konsumatur;

(f) 

il-provvista ta’ servizz fejn isir arranġament sabiex parti oħra tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lil konsumatur (pereżempju, taġixxi bħala aġent ta’ parti oħra, kif deskritt fil-paragrafi B34–B38);

(g) 

l-għoti ta’ drittijiet għal oġġetti jew servizzi li għandhom jiġu pprovduti fil-futur li konsumatur jista’ jbigħ mill-ġdid jew jipprovdi lill-konsumatur tiegħu (pereżempju, entità li tbigħ prodott lil bejjiegħ għall-konsumaturi twiegħed li tittrasferixxi oġġett jew servizz addizzjonali lil individwu li jixtri l-prodott mingħand il-bejjiegħ għall-konsumaturi);

(h) 

il-kostruzzjoni, il-manifattura jew l-iżvilupp ta’ assi f’isem konsumatur;

(i) 

l-għoti ta’ liċenzji (ara l-paragrafi B52–B63B); u

(j) 

l-għoti ta’ opzjonijiet ta’ xiri ta’ oġġetti jew servizzi addizzjonali (meta dawk l-opzjonijiet jipprovdu dritt materjali lil konsumatur, kif deskritt fil-paragrafi B39–B43).

27 Oġġett jew servizz li huwa mwiegħed lil konsumatur ikun distint jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a) 

il-konsumatur jista’ jibbenefika mill-oġġett jew is-servizz waħdu jew flimkien ma’ riżorsi oħrajn li huma faċilment disponibbli għall-konsumatur (jiġifieri l-oġġett jew is-servizz jista’ jkun distint); u

(b) 

il-wegħda tal-entità li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz lill-konsumatur tkun identifikabbli separatament minn wegħdiet oħrajn fil-kuntratt (jiġifieri l-wegħda ta’ trasferiment tal-oġġett jew is-servizz tkun distinta fil-kuntest tal-kuntratt).

28 Konsumatur jista’ jibbenefika minn oġġett jew servizz f’konformità mal-paragrafu 27(a) jekk l-oġġett jew is-servizz jista’ jintuża, jiġi kkunsmat, mibjugħ għal ammont li huwa akbar mill-valur tar-ruttam jew miżmum mod ieħor b’mod li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi. Għal ċerti oġġetti jew servizzi, konsumatur jista’ jibbenefika minn oġġett jew servizz waħdu. Għal oġġetti jew servizzi oħrajn, konsumatur jista’ jibbenefika minn oġġett jew servizz biss flimkien ma’ riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Riżorsa faċilment disponibbli li tinbiegħ separatament (mill-entità jew entità oħra) jew riżorsa li l-konsumatur diġà kiseb mingħand l-entità (inklużi oġġetti jew servizzi li l-entità tkun diġà ttrasferiet lil konsumatur taħt il-kuntratt) jew minn tranżazzjonijiet jew eventi oħrajn. Diversi fatturi jistgħu jipprovdu evidenza li l-konsumatur jista’ jibbenefika minn oġġett jew servizz waħdu jew flimkien ma’ riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Pereżempju, il-fatt li l-entità tbigħ regolarment oġġett jew servizz b’mod separat jindika li konsumatur jista’ jibbenefika mill-oġġett jew servizz waħdu jew b’riżorsi oħrajn faċilment disponibbli.

29 Fil-valutazzjoni ta’ jekk wegħdiet ta’ entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lill-konsumatur humiex identifikabbli separatament f’konformità mal-paragrafu 27(b), l-objettiv huwa li jiġi determinat jekk in-natura tal-wegħda, fil-kuntest tal-kuntratt, hijiex li tittrasferixxi kull wieħed minn dawn l-oġġetti jew servizzi b’mod individwali jew, minflok, li tittrasferixxi entrata jew entrati kkombinati li għalihom l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda huma inputs. Fatturi li jindikaw li żewġ wegħdiet jew iktar li jiġi trasferit oġġett jew servizz lil konsumatur mhumiex identifikabbli separatament jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

l-entità tipprovdi servizz sinifikanti ta’ integrazzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi ma’ oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt f’pakkett ta’ oġġetti jew servizzi li jirrappreżentaw l-output jew l-outputs ikkombinati li għalihom il-konsumatur għamel kuntratt. Fi kliem ieħor, l-entità qed tuża l-oġġetti jew is-servizzi bħala inputs sabiex tipproduċi jew twassal l-output jew l-outputs ikkombinati speċifikati mill-konsumatur. Output jew outputs ikkombinati jistgħu jinkludu aktar minn fażi, element jew unità waħda.

(b) 

oġġett jew servizz wieħed jew aktar jimmodifikaw jew jippersonalizzaw b’mod sinifikanti oġġett jew servizz wieħed jew aktar imwiegħda fil-kuntratt, jew huma modifikati jew personalizzati b’mod sinifikanti minnhom.

(c) 

l-oġġetti jew is-servizzi huma ferm interdipendenti jew interrelatati. Fi kliem ieħor, kull oġġett jew servizz jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn wieħed jew aktar mill-oġġetti jew servizzi oħra fil-kuntratt. Pereżempju, f’xi każijiet, żewġ oġġetti jew servizzi jew aktar huma affettwati b’mod sinifikanti minn xulxin minħabba li l-entità ma tkunx tista’ twettaq il-wegħda tagħha permezz tat-trasferiment ta’ kull wieħed mill-oġġetti jew mis-servizzi b’mod indipendenti.

30 Jekk oġġett jew servizz imwiegħed ma jkunx distint, entità għandha tgħaqqad dak l-oġġett jew is-servizz ma’ oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn sakemm tidentifika pakkett ta’ oġġetti jew servizzi li jkun distint. F’ċerti każijiet, dan iwassal biex l-entità tikkontabbilizza l-oġġetti jew is-servizzi kollha mwiegħda f’kuntratt bħala obbligu ta’ prestazzjoni wieħed.

Issodisfar ta’ obbligi ta’ prestazzjoni

31   Entità għandha tirrikonoxxi dħul meta (jew waqt li) l-entità tissodisfa obbligu ta’ prestazzjoni billi tittrasferixxi oġġett jew servizz imwiegħed (jiġifieri assi) lil konsumatur. Assi jiġi trasferit meta (jew waqt li) il-konsumatur jikseb il-kontroll ta’ dak l-assi.

32 Għal kull obbligu ta’ prestazzjoni identifikat f’konformità mal-paragrafi 22–30, entità għandha tiddetermina mill-bidu nett tal-kuntratt jekk tissodisfax l-obbligu ta’ prestazzjoni maż-żmien (f’konformità mal-paragrafi 35–37) jew tissodisfax l-obbligu ta’ prestazzjoni f’xi punt partikulari ta’ żmien (f’konformità mal-paragrafu 38). Jekk entità ma tissodisfax obbligu ta’ prestazzjoni maż-żmien, l-obbligu ta’ prestazzjoni jkun issodisfat f’xi punt partikulari ta’ żmien.

33 L-oġġetti u s-servizzi huma assi, anki jekk għal mument biss, meta jiġu riċevuti u jintużaw (bħal fil-każ ta’ bosta servizzi). Il-kontroll ta’ assi jirreferi għall-kapaċità li wieħed jidderieġi l-użu tal-assi, u jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jifdal minnu. Il-kontroll jinkludi l-kapaċità li wieħed jipprevjeni entitajiet oħrajn milli jidderieġu l-użu tal-assi, u jiksbu l-benefiċċji li jifdal minnu. Il-benefiċċji ta’ assi huma l-flussi ta’ flus potenzjali (influssi jew tfaddil fil-flussi ta’ ħruġ) li jistgħu jinkisbu direttament jew indirettament f’diversi modi, bħal pereżempju:

(a) 

permezz tal-assi sabiex jiġu prodotti oġġetti jew ipprovduti servizzi (inklużi servizzi pubbliċi);

(b) 

permezz tal-assi sabiex jittejjeb il-valur ta’ assi oħrajn;

(c) 

permezz tal-assi sabiex jiġu saldati l-obbligazzjonijiet jew jitnaqqsu l-ispejjeż;

(d) 

bil-bejgħ jew bl-iskambju tal-assi;

(e) 

bir-rhin tal-assi sabiex jinkiseb self; u

(f) 

biż-żamma tal-assi.

34 Meta tivvaluta jekk konsumatur jiksibx il-kontroll ta’ assi, entità għandha tikkunsidra kwalunkwe ftehim ta’ riakkwist tal-assi (ara l-paragrafi B64–B76).

Obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati maż-żmien

35 Entità tittrasferixxi l-kontroll ta’ oġġett jew servizz maż-żmien u, għaldaqstant, tissodisfa obbligu ta’ prestazzjoni u tirrikonoxxi d-dħul maż-żmien, jekk jiġi ssodisfat xi wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-konsumatur jirċievi u jikkonsma fl-istess waqt il-benefiċċji pprovduti mill-prestazzjoni tal-entità waqt li l-entità twettaq il-prestazzjoni tagħha (ara l-paragrafi B3–B4);

(b) 

il-prestazzjoni tal-entità toħloq jew ittejjeb assi (pereżempju, xogħol fl-idejn) li l-konsumatur jikkontrolla waqt li l-assi jinħoloq jew jittejjeb (ara l-paragrafu B5); jew

(c) 

il-prestazzjoni tal-entità ma toħloqx assi b’użu alternattiv għall-entità (ara l-paragrafu 36) u l-entità għandha dritt infurzabbli għall-pagament għal prestazzjoni kompluta sa dik il-ġurnata (ara l-paragrafu 37).

36 Assi maħluq permezz tal-prestazzjoni ta’ entità ma għandux użu alternattiv għal entità jekk l-entità tkun ristretta b’kuntratt milli tidderieġi faċilment l-assi għal użu ieħor matul il-ħolqien jew it-titjib ta’ dak l-assi jew limitata b’mod prattiku milli tidderieġi faċilment l-assi fl-istat komplut tiegħu għal użu ieħor. Il-valutazzjoni ta’ jekk l-assi għandux użu alternattiv ieħor għall-entità ssir fil-bidu nett tal-kuntratt. Wara l-bidu tal-kuntratt, entità ma għandhiex taġġorna l-valutazzjoni tal-użu alternattiv ta’ assi sakemm il-partijiet fil-kuntratt ma japprovawx modifika tal-kuntratt li tibdel b’mod sostanzjali l-obbligu ta’ prestazzjoni. Il-paragrafi B6–B8 jipprovdu gwida għall-valutazzjoni ta’ jekk assi għandux użu alternattiv għal entità.

37 Entità għandha tikkunsidra t-termini tal-kuntratt, kif ukoll kwalunkwe liġi li tapplika għall-kuntratt, meta tivvaluta jekk għandhiex dritt infurzabbli għall-pagament għal prestazzjoni kompluta sa dak il-jum f’konformità mal-paragrafu 35(c). Id-dritt għall-pagament għal prestazzjoni kompluta sa dak il-jum ma għandux għalfejn ikun għal ammont fiss. Madankollu, fi kwalunkwe ħin tul id-durata tal-kuntratt, l-entità trid tkun intitolata għal ammont li tal-anqas jikkumpensa lill-entità għall-prestazzjoni kompluta sa dak il-jum jekk il-kuntratt jiġi terminat mill-konsumatur jew parti oħra għal raġunijiet oħrajn minbarra n-nuqqas tal-entità li twettaq il-prestazzjoni kif imwiegħed. Il-paragrafi B9–B13 jipprovdu gwida għall-valutazzjoni tal-eżistenza u l-infurzabbiltà ta’ dritt għall-pagament u jekk id-dritt għall-pagament ta’ entità jintitolax lill-entità li titħallas għall-prestazzjoni tagħha mwettqa sa dik il-jum.

Obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati f'xi punt partikulari ta’ żmien

38 Jekk obbligu ta’ prestazzjoni ma jkunx issodisfat maż-żmien f’konformità mal-paragrafi 35–37, entità tissodisfa l-obbligu ta’ prestazzjoni f’punt partikulari ta’ żmien. Sabiex tiddetermina l-punt partikulari ta’ żmien li fih konsumatur jikseb kontroll ta’ assi mwiegħed u l-entità tissodisfa obbligu ta’ prestazzjoni, l-entità għandha tikkunsidra r-rekwiżiti għall-kontroll fil-paragrafi 31–34. Barra minn hekk, entità għandha tikkunsidra indikaturi tat-trasferiment ta’ kontroll, li jinkludu, iżda mhumiex limitati biss għal, dawn li ġejjin:

(a) 

L-entità għandha dritt preżenti għall-pagament tal-assi—jekk konsumatur fil-preżent ikun obbligat iħallas għal assi, allura dan jista’ jindika li l-konsumatur ikun kiseb il-kapaċità li jidderieġi l-użu tal-assi, u jikseb b’mod sostanzjali l-benefiċċji kollha li fadal minnu, bi skambju.

(b) 

Il-konsumatur għandu titolu legali għall-assi—titolu legali jista’ jindika liema parti għal kuntratt għandha l-kapaċità li tidderieġi l-użu ta’ assi u tikseb b’mod sostanzjali l-benefiċċji kollha li fadal minnu, jew li tirrestrinġi l-aċċess ta’ entitajiet oħrajn għal dawk il-benefiċċji. Għaldaqstant, it-trasferiment ta’ titolu legali ta’ assi jista’ jindika li l-konsumatur ikun kiseb kontroll tal-assi. Jekk entità żżomm titolu legali biss bħala protezzjoni kontra n-nuqqas tal-konsumatur li jħallas, dawk id-drittijiet tal-entità ma jipprekludux lill-konsumatur milli jikseb il-kontroll ta’ assi.

(c) 

L-entità ttrasferiet il-pussess fiżiku tal-assi—il-pussess fiżiku tal-konsumatur ta’ assi jista’ jindika li l-konsumatur għandu l-kapaċità li jidderieġi l-użu tal-assi, u jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li fadal minnu, jew li jirrestrinġi l-aċċess ta’ entitajiet oħrajn għal dawk il-benefiċċji. Madankollu, il-pussess fiżiku jista’ ma jikkoinċidix mal-kontroll ta’ assi. Pereżempju, f’ċerti ftehimiet ta’ riakkwist u f’ċerti arranġamenti ta’ kunsinna, konsumatur jew destinatarju jista’ jkollu pussess fiżiku ta’ assi li l-entità tikkontrolla. Għall-kuntrarju, f’ċerti arranġamenti ta’ bejgħ b’konsenja differita, l-entità jista’ jkollha pussess fiżiku ta’ assi li l-konsumatur jikkontrolla. Il-paragrafi B64–B76, B77–B78 u B79–B82 jipprovdu gwida dwar il-kontabbiltà għall-ftehimiet ta’ riakkwist, arranġamenti ta’ kunsinna u arranġamenti ta’ bejgħ b’konsenja differita, rispettivament.

(d) 

Il-konsumatur għandu r-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tas-sjieda tal-assi—it-trasferiment tar-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tas-sjieda ta’ assi lill-konsumatur jista’ jindika li l-konsumatur kiseb il-kapaċità li jidderieġi l-użu tal-assi u li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jifdal minnu. Madankollu, meta tevalwa r-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda ta’ assi mwiegħed, entità għandha teskludi kwalunkwe riskju li joħloq obbligu ta’ prestazzjoni separat apparti l-obbligu ta’ prestazzjoni ta’ trasferiment tal-assi. Pereżempju, entità setgħet ittrasferiet il-kontroll ta’ assi lil konsumatur iżda għadha ma ssodisfatx obbligu ta’ prestazzjoni addizzjonali li tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni relatati mal-assi ttrasferit.

(e) 

Il-konsumatur aċċetta l-assi—l-aċċettazzjoni tal-konsumatur ta’ assi tista’ tindika li kiseb il-kapaċità li jidderieġi l-użu tal-assi u li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jifdal minnu. Sabiex tevalwa l-effett ta’ klawżola kuntrattwali ta’ aċċettazzjoni tal-konsumatur dwar meta jiġi trasferit il-kontroll ta’ assi, entità għandha tikkunsidra l-gwida fil-paragrafi B83–B86.

Kejl tal-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta’ obbligu ta’ prestazzjoni

39 Għal kull obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien f’konformità mal-paragrafi 35–37, entità għandha tirrikonoxxi d-dħul maż-żmien billi tkejjel il-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta’ dak l-obbligu ta’ prestazzjoni. L-objettiv meta jitkejjel il-progress huwa li juri l-prestazzjoni tal-entità fit-trasferiment tal-kontroll tal-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda lil konsumatur (jiġifieri l-issodisfar ta’ obbligu ta’ prestazzjoni ta’ entità).

40 Entità għandha tapplika metodu wieħed ta’ kejl tal-progress għal kull obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien u l-entità għandha tapplika dak il-metodu b’mod konsistenti għal obbligi ta’ prestazzjoni simili u f’ċirkustanzi simili. Fi tmiem kull perjodu tar- rapportar, entità għandha terġa’ tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta’ obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien.

Metodi ta’ kejl tal-progress

41 Il-metodi xierqa ta’ kejl tal-progress jinkludu metodi ta’ output u metodi ta’ input. Il-paragrafi B14–B19 jipprovdu gwida għall-użu ta’ metodi ta’ output u metodi ta’ input sabiex jitkejjel il-progress ta’ entità lejn l-issodisfar sħiħ ta’ entità ta’ obbligu ta’ prestazzjoni. Meta tiddetermina l-metodu xieraq għall-kejl tal-progress, entità għandha tikkunsidra n-natura tal-oġġett jew tas-servizz li l-entità wiegħdet li tittrasferixxi lill-konsumatur.

42 Meta tapplika metodu ta’ kejl tal-progress, entità għandha teskludi mill-kejl tal-progress kwalunkwe oġġett jew servizz li għalih l-entità ma tittrasferix kontroll lil konsumatur. Għall-kuntrarju, entità għandha tinkludi fil-kejl tal-progress kwalunkwe oġġett jew servizz li għalih l-entità tittrasferixxi l-kontroll lil konsumatur meta tissodisfa dak l-obbligu ta’ prestazzjoni.

43 Peress li ċ-ċirkustanzi jinbidlu maż-żmien, entità għandha taġġorna l-kejl tal-progress tagħha sabiex tirrifletti kwalunkwe bidla fl-eżitu tal-obbligu ta’ prestazzjoni. Tali bidliet fil-kejl tal-progress ta’ entità għandhom jiġu kontabbilizzati bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

Kejl ta’ progress raġonevoli

44 Entità għandha tirrikonoxxi d-dħul għal obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien biss jekk l-entità tista’ raġonevolment tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ tal-obbligu ta’ prestazzjoni. Entità ma tkunx tista’ tkejjel raġonevolment il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta’ obbligu ta’ prestazzjoni jekk ma jkollhiex informazzjoni affidabbli li tkun meħtieġa sabiex tapplika metodu xieraq ta’ kejl tal-progress.

45 F’ċerti ċirkustanzi (pereżempju, fl-istadji bikrija ta’ kuntratt), entità tista’ ma tkunx tista’ tkejjel raġonevolment l-eżitu ta’ obbligu ta’ prestazzjoni, iżda l-entità tistenna li tirkupra l-kostijiet imġarrba fl-issodisfar tal-obbligu ta’ prestazzjoni. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul biss sal-punt tal-kostijiet imġarrba sakemm tkun raġonevolment tista’ tkejjel l-eżitu tal-obbligu ta’ prestazzjoni.

KEJL

46   Meta (jew waqt li) obbligu ta’ prestazzjoni jkun issodisfat, entità għandha tirrikonoxxi bħala dħul l-ammont tal-prezz tat-tranżazzjoni (li jeskludi stimi ta’ korrispettiv varjabbli li huma ristretti f’konformità mal-paragrafi 56–58) li huwa allokat għal dak l-obbligu ta’ prestazzjoni.

Determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni

47   Entità għandha tikkunsidra t-termini tal-kuntratt u l-prattiki tan-negozju abitwali tagħha sabiex tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni. Il-prezz tat-tranżazzjoni huwa l-ammont ta’ korrispettiv li entità tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għat-trasferiment ta’ oġġetti jew ta’ servizzi mwiegħda lil konsumatur, minbarra l-ammonti miġbura f’isem partijiet terzi (pereżempju, ċerti taxxi fuq il-bejgħ). Il-korrispettiv imwiegħed f’kuntratt ma’ konsumatur jista’ jinkludi ammonti fissi, ammonti varjabbli, jew it-tnejn.

48 In-natura, it-twaqqit u l-ammont tal-korrispettiv imwiegħed minn konsumatur jaffettwaw l-istima tal-prezz tat-tranżazzjoni. Meta tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tikkunsidra l-effetti ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a) 

korrispettiv varjabbli (ara l-paragrafi 50–55 u 59);

(b) 

stimi ristrettivi ta’ korrispettiv varjabbli (ara l-paragrafi 56–58);

(c) 

l-eżistenza ta’ komponent ta’ finanzjament sinifikanti fil-kuntratt (ara l-paragrafi 60–65);

(d) 

korrispettiv mhux fi flus (ara l-paragrafi 66–69); u

(e) 

korrispettiv pagabbli lil konsumatur (ara l-paragrafi 70–72).

49 Bil-għan li tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tassumi li l-oġġetti jew is-servizzi jkunu trasferiti lill-konsumatur kif imwiegħed f’konformità mal-kuntratt eżistenti u li l-kuntratt ma jkunx ikkanċellat, imġedded jew modifikat.

Korrispettiv varjabbli

50 Jekk il-korrispettiv imwiegħed f’kuntratt jinkludi ammont varjabbli, entità għandha tistma l-ammont ta’ korrispettiv li l-entità tkun intitolata għalih bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lil konsumatur.

51 Ammont ta’ korrispettiv jista’ jvarja minħabba skontijiet, ribassi, rifużjonijiet, krediti, konċessjonijiet tal-prezz, inċentivi, bonusijiet għall-prestazzjoni, penali jew entrati simili oħrajn. Il-korrispettiv imwiegħed jista’ jvarja wkoll jekk l-intitolament ta’ entità għall-korrispettiv ikun kontinġenti fuq l-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur. Pereżempju, ammont ta’ korrispettiv ikun varjabbli kemm jekk prodott inbiegħ bid-dritt li jiġi rritornat lura kif ukoll jekk ammont fiss jiġi mwiegħed bħala bonus għall-prestazzjoni mal-kisba ta’ objettiv intermedju speċifiku.

52 Il-varjabbiltà relatata mal-korrispettiv imwiegħed minn konsumatur tista’ tkun iddikjarata b’mod espliċitu fil-kuntratt. Minbarra t-termini tal-kuntratt, il-korrispettiv imwiegħed huwa varjabbli jekk teżisti xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

il-konsumatur ikollu aspettattiva valida minħabba l-prattiki ta’ negozju abitwali tal-entità, il-politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi li l-entità taċċetta ammont ta’ korrispettiv li jkun aktar baxx mill-prezz iddikjarat fil-kuntratt. Jiġifieri, huwa mistenni li l-entità toffri konċessjoni tal-prezz. Skont il-ġuriżdizzjoni, l-industrija jew il-konsumatur, din l-offerta tista’ tissejjaħ skont, ribass, rifużjoni jew kreditu.

(b) 

fatti u ċirkustanzi oħrajn jindikaw li l-intenzjoni tal-entità, meta tidħol fil-kuntratt mal-konsumatur, tkun li toffri konċessjoni tal-prezz lill-konsumatur.

53 Entità għandha tistma ammont ta’ korrispettiv varjabbli billi tuża kwalunkwe wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin, skont liema metodu l-entità tistenna li jista’ jipprevedi aħjar l-ammont ta’ korrispettiv li hija intitolata għalih:

(a) 

Il-valur mistenni—il-valur mistenni huwa t-total ta’ ammonti ponderati għall-probabbiltà f’firxa ta’ ammonti ta’ korrispettiv possibbli. Valur mistenni jista’ jkun stima xierqa tal-ammont ta’ korrispettiv varjabbli jekk entità jkollha għadd kbir ta’ kuntratti b’karatteristiki simili.

(b) 

L-aktar ammont probabbli—l-aktar ammont probabbli huwa l-uniku ammont l-aktar probabbli f’firxa ta’ ammonti possibbli ta’ korrispettiv (jiġifieri l-aktar eżitu probabbli tal-kuntratt). L-aktar ammont probabbli jista’ jkun stima xierqa tal-ammont ta’ korrispettiv varjabbli jekk il-kuntratt ikollu biss żewġ eżiti possibbli (pereżempju, entità tikseb bonus ta’ prestazzjoni jew le).

54 Entità għandha tapplika metodu wieħed b’mod konsistenti matul il-kuntratt meta tistma l-effett ta’ inċertezza fuq ammont ta’ korrispettiv varjabbli li l-entità tkun intitolata għalih. Barra minn hekk, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni (storika, attwali u prevista) kollha li tkun raġonevolment disponibbli għall-entità u għandha tidentifika għadd raġonevoli ta’ ammonti possibbli ta’ korrispettiv. L-informazzjoni li entità tuża sabiex tistma l-ammont ta’ korrispettiv varjabbli tkun ġeneralment simili għall-informazzjoni li l-maniġment tal-entità juża waqt il-proċess tal-offerta u proposta u fl-istabbiliment tal-prezzijiet għal oġġetti jew servizzi mwiegħda.

Obbligazzjonijiet ta’ rifużjoni

55 Entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni ta’ rifużjoni jekk l-entità tirċievi korrispettiv mingħand konsumatur u tistenna li tagħmel rifużjoni ta’ parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu lill-konsumatur. Obbligazzjoni ta’ rifużjoni titkejjel fl-ammont ta’ korrispettiv riċevut (jew riċevibbli) li l-entità ma tistenniex li hija intitolata għalih (jiġifieri l-ammonti mhux inklużi fil-prezz tat-tranżazzjoni). L-obbligazzjoni ta’ rifużjoni (u l-bidla korrispondenti fil-prezz tat-tranżazzjoni u, għaldaqstant, l-obbligazzjoni kuntrattwali) għandha tiġi aġġornata fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ rapportar għal bidliet fiċ-ċirkustanzi. Biex tikkontabbilizza l-obbligazzjoni ta’ rifużjoni relatata ma’ bejgħ bi dritt ta’ ritorn, entità għandha tapplika l-gwida fil-paragrafi B20–B27.

Stimi restrittivi ta' korrispettiv varjabbli

56 Entità għandha tinkludi fil-prezz tat-tranżazzjoni parti minn ammont jew l-ammont kollu ta’ korrispettiv varjabbli stmat f’konformità mal-paragrafu 53 biss dment li jkun probabbli ħafna li ma jkunx hemm riversjar sinifikanti fl-ammont ta’ dħul kumulattiv rikonoxxut meta l-inċertezza assoċjata mal-korrispettiv varjabbli tkun solvuta aktar tard.

57 Fil-valutazzjoni ta’ jekk huwiex probabbli ħafna li ma jkunx hemm riversjar sinifikanti fl-ammont ta’ dħul kumulattiv rikonoxxut ladarba l-inċertezza relatata mal-korrispettiv varjabbli tkun solvuta aktar tard, entità għandha tikkunsidra kemm il-probabbiltà kif ukoll il-kobor tar-riversjar tad-dħul. Fatturi li jistgħu jżidu l-probabbiltà jew il-kobor ta’ riversjar tad-dħul jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont ta’ korrispettiv ikun suxxettibbli ħafna għal fatturi barra l-influwenza tal-entità. Dawk il-fatturi jistgħu jinkludu l-volatilità fis-suq, il-ġudizzju jew l-azzjonijiet ta’ partijiet terzi, il-kundizzjonijiet tat-temp u riskju għoli ta’ obsolexxenza tal-oġġett jew tas-servizz imwiegħed.

(b) 

l-inċertezza dwar l-ammont ta’ korrispettiv ma tkunx mistennija li tkun solvuta għal perjodu twil ta’ żmien.

(c) 

l-esperjenza tal-entità (jew evidenza oħra) f’tipi simili ta’ kuntratti tkun limitata, jew dik l-esperjenza (jew evidenza oħra) ikollha valur ta’ previżjoni limitat.

(d) 

l-entità jkollha prattika li toffri firxa wiesgħa ta’ konċessjonijiet ta’ prezz jew tibdel it-termini tal-pagament u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratti simili f’ċirkustanzi simili.

(e) 

il-kuntratt ikollu għadd kbir u firxa wiesgħa ta’ ammonti ta’ korrispettiv possibbli.

58 Entità għandha tapplika l-paragrafu B63 sabiex tikkontabbilizza l-korrispettiv fil-forma ta’ royalty ibbażata fuq il-bejgħ jew ibbażat fuq l-użu li jkun mwiegħed bi skambju għal liċenzja ta’ proprjetà intellettwali.

Rivalutazzjoni ta’ korrispettiv varjabbli

59 Fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar, entità għandha taġġorna l-prezz tat-tranżazzjoni stmat (inkluż l-aġġornament tal-valutazzjoni tagħha dwar jekk stima ta’ korrispettiv varjabbli hijiex ristretta) sabiex tirrappreżenta fedelment iċ-ċirkustanzi eżistenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar u l-bidliet fiċ-ċirkustanzi matul il-perjodu ta’ rapportar. L-entità għandha tikkunsidra l-bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni f’konformità mal-paragrafi 87–90.

L-eżistenza ta’ komponent ta’ finanzjament sinifikanti fil-kuntratt

60 Meta tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha taġġusta l-ammont ta’ korrispettiv imwiegħed għall-effetti tal-valur ta’ żmien tal-flus jekk it-twaqqit tal-pagamenti miftiehem bejn il-partijiet fil-kuntratt (kemm b’mod espliċitu kif ukoll b’mod impliċitu) jipprovdi lill-konsumatur jew lill-entità benefiċċju sinifikanti ta’ finanzjament tat-trasferiment ta’ oġġetti jew servizzi lill-konsumatur. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-kuntratt ikun fih komponent ta’ finanzjament sinifikanti. Jista’ jkun hemm komponent ta’ finanzjament sinifikanti irrispettivament minn jekk il-wegħda ta’ finanzjament tkunx iddikjarata b’mod espliċitu fil-kuntratt jew b’mod impliċitu permezz tat-termini tal-pagament miftiehma bejn il-partijiet fil-kuntratt.

61 L-objettiv ta’ entità meta taġġusta l-ammont imwiegħed ta’ korrispettiv għal komponent ta’ finanzjament sinifikanti huwa li tirrikonoxxi d-dħul f’ammont li jirrifletti l-prezz li konsumatur ikun ħallas għall-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda jekk il-konsumatur ikun ħallas fi flus għal dawk l-oġġetti jew is-servizzi meta (jew waqt li) jiġu trasferiti lill-konsumatur (jiġifieri l-prezz tal-bejgħ fi flus). Entità għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha meta tivvaluta jekk kuntratt ikunx fih komponent ta’ finanzjament u jekk dak il-komponent ta’ finanzjament ikunx sinifikanti għall-kuntratt, inkluż dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont ta’ korrispettiv imwiegħed u l-prezz tal-bejgħ fi flus tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda; u

(b) 

l-effett ikkombinat ta’ dawn it-tnejn li ġejjin:

(i) 

it-tul ta’ żmien mistenni bejn meta l-entità tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda lill-konsumatur u meta l-konsumatur iħallas għal dawk l-oġġetti jew servizzi; u

(ii) 

ir-rati tal-imgħax prevalenti fis-suq rilevanti.

62 Minkejja l-valutazzjoni fil-paragrafu 61, kuntratt ma’ konsumatur ma jkollux komponent ta’ finanzjament sinifikanti jekk ikun jeżisti xi wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(a) 

il-konsumatur ikun ħallas għall-oġġetti jew għas-servizzi bil-quddiem u t-twaqqit tat-trasferiment ta’ dawk l-oġġetti jew is-servizzi jkun fid-diskrezzjoni tal-konsumatur.

(b) 

ammont sostanzjali tal-korrispettiv imwiegħed mill-konsumatur ikun varjabbli u l-ammont jew it-twaqqit ta’ dak il-korrispettiv ivarja fuq il-bażi tal-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event futur li mhuwiex sostanzjalment fil-kontroll tal-konsumatur jew tal-entità (pereżempju, jekk il-korrispettiv ikun royalty ibbażata fuq il-bejgħ).

(c) 

id-differenza bejn il-korrispettiv imwiegħed u l-prezz tal-bejgħ fi flus tal-oġġett jew tas-servizz (kif deskritt fil-paragrafu 61) tinħoloq għal raġunijiet oħrajn għajr il-provvediment ta’ finanzjament lill-konsumatur jew lill-entità, u d-differenza bejn dawk l-ammonti tkun proporzjonali għar-raġuni wara d-differenza. Pereżempju, it-termini tal-pagament jistgħu jipprovdu lill-entità jew lill-konsumatur bi protezzjoni mill-parti l-oħra li tonqos li twettaq b’mod adegwat xi wħud mill-obbligi tagħha jew l-obbligi kollha taħt il-kuntratt.

63 Bħala espedjent prattiku, entità ma għandhiex għalfejn taġġusta l-ammont imwiegħed ta’ korrispettiv għall-effetti ta’ komponent ta’ finanzjament sinifikanti jekk l-entità tistenna, fil-bidu nett tal-kuntratt, li l-perjodu bejn meta l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz imwiegħed lil konsumatur u meta l-konsumatur iħallas għal dak l-oġġett jew is-servizz ikun ta’ sena jew inqas.

64 Biex tilħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 61 meta taġġusta l-ammont ta’ korrispettiv imwiegħed għal komponent ta’ finanzjament sinifikanti, entità għandha tuża rata ta’ skont li tkun riflessa fi tranżazzjoni ta’ finanzjament separata bejn l-entità u l-konsumatur tagħha fil-bidu nett tal-kuntratt. Dik ir-rata tkun tirrifletti l-karatteristiki ta’ kreditu tal-parti li tirċievi l-finanzjament fil-kuntratt, kif ukoll kwalunkwe kollateral jew garanzija pprovduta mill-konsumatur jew l-entità, inklużi assi trasferiti fil-kuntratt. Entità tkun tista’ tiddetermina dik ir-rata billi tidentifika r-rata li tagħti skont fuq l-ammont nominali tal-korrispettiv imwiegħed għall-prezz li l-konsumatur iħallas fi flus għall-oġġetti jew għas-servizzi meta (jew waqt li) jiġu trasferiti lill-konsumatur. Wara l-bidu tal-kuntratt, entità ma għandhiex taġġorna r-rata ta’ skont għall-bidliet fir-rati tal-imgħax jew ċirkustanzi oħrajn (bħal bidla fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-konsumatur).

65 Entità għandha tippreżenta l-effetti ta’ finanzjament (dħul mill-imgħax jew spejjeż tal-imgħax) b’mod separat mid-dħul mill-kuntratti mal-konsumaturi fir-rapport tal-introjtu komprensiv. Id-dħul mill-imgħax jew l-ispejjeż tal-imgħax huma rikonoxxuti biss sa fejn assi kuntrattwali (jew riċevibbli) jew obbligazzjoni kuntrattwali tkun rikonoxxuta fil-kontabbilizzazzjoni ta’ kuntratt ma’ konsumatur.

Korrispettiv mhux fi flus

66 Biex tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni għal kuntratti li fihom konsumatur iwiegħed korrispettiv f’forma oħra għajr fi flus, entità għandha tkejjel il-korrispettiv mhux fi flus (jew il-wegħda ta’ korrispettiv mhux fi flus) fil-valur ġust.

67 Jekk entità ma tistax raġonevolment tistma l-valur ġust tal-korrispettiv mhux fi flus, l-entità għandha tkejjel il-korrispettiv b’mod indirett permezz ta’ referenza għall-prezz tal-bejgħ awtonomu tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lill-konsumatur (jew klassi ta’ konsumaturi) bi skambju għall-korrispettiv.

68 Il-valur ġust tal-korrispettiv mhux fi flus jista’ jvarja minħabba l-forma tal-korrispettiv (pereżempju, bidla fil-prezz ta’ sehem li l-entità hija intitolata għalih li tirċievi mingħand konsumatur). Jekk il-valur ġust tal-korrispettiv mhux fi flus imwiegħed minn konsumatur ivarja għal raġunijiet oħra għajr il-forma biss tal-korrispettiv (pereżempju, il-valur ġust jista’ jvarja minħabba l-prestazzjoni tal-entità), entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–58.

69 Jekk konsumatur jikkontribwixxi oġġetti jew servizzi (pereżempju, materjali, tagħmir jew xogħol) sabiex jiffaċilita t-twettiq tal-kuntratt ta’ entità, l-entità għandha tivvaluta jekk tiksibx kontroll ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi kontribwiti. Jekk iva, l-entità għandha tikkontabbilizza l-oġġetti jew is-servizzi kontribwiti bħala korrispettiv mhux fi flus riċevut mingħand il-konsumatur.

Korrispettiv pagabbli lil konsumatur

70 Il-korrispettiv pagabbli lil konsumatur jinkludi ammonti ta’ flus li entità tħallas, jew tistenna li tħallas, lill-konsumatur (jew lil partijiet oħrajn li jixtru l-oġġetti jew is-servizzi tal-entità mingħand il-konsumatur). Il-korrispettiv pagabbli lil konsumatur jinkludi wkoll kreditu jew entrati oħrajn (pereżempju, kupun jew vawċer) li jistgħu jiġu applikati bi skambju għal ammonti dovuti lill-entità (jew lil partijiet oħrajn li jixtru l-oġġetti jew is-servizzi tal-entità mingħand il-konsumatur). Entità għandha tikkontabbilizza l-korrispettiv pagabbli lil konsumatur bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni u, għaldaqstant, fid-dħul sakemm il-ħlas lill-konsumatur ma jkunx bi skambju għal oġġett jew servizz distint (kif deskritt fil-paragrafi 26–30) li l-konsumatur jittrasferixxi lill-entità. Jekk il-korrispettiv pagabbli lil konsumatur jinkludi ammont varjabbli, entità għandha tistma l-prezz tat-tranżazzjoni (inkluż il-valutazzjoni ta’ jekk l-istima tal-korrispettiv varjabbli hijiex ristretta) f’konformità mal-paragrafi 50–58.

71 Jekk il-korrispettiv pagabbli lil konsumatur ikun pagament għal oġġett jew servizz distint mingħand il-konsumatur, allura entità għandha tikkontabbilizza x-xiri tal-oġġett jew tas-servizz bl-istess mod li tikkontabbilizza xirjiet oħrajn mingħand il-fornituri. Jekk l-ammont ta’ korrispettiv pagabbli lill-konsumatur jaqbeż il-valur ġust tal-oġġett jew tas-servizz distint li l-entità tirċievi mingħand il-konsumatur, allura l-entità għandha tikkontabbilizza dan l-eċċess bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni. Jekk l-entità ma tistax raġonevolment tistma l-valur ġust tal-oġġett jew tas-servizz riċevut mingħand il-konsumatur, din għandha tikkontabbilizza l-korrispettiv kollu pagabbli lill-konsumatur bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni.

72 Għaldaqstant, jekk il-korrispettiv pagabbli lil konsumatur jiġi kontabbilizzat bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tirrikonoxxi t-tnaqqis tad-dħul meta (jew waqt li) iseħħ l-aħħar wieħed minn dawn l-eventi:

(a) 

l-entità tirrikonoxxi d-dħul għat-trasferiment tal-oġġetti jew servizzi relatati lill-konsumatur; u

(b) 

l-entità tħallas jew twiegħed li tħallas il-korrispettiv (anki jekk il-pagament jiddependi minn event fil-futur). Dik il-wegħda tista’ tkun impliċita mill-prattiki tan-negozju abitwali tal-entità.

Allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta’ prestazzjoni

73   L-objettiv ta’ entità meta talloka l-prezz tat-tranżazzjoni huwa li talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta’ prestazzjoni (jew oġġett jew servizz distint) f’ammont li juri l-ammont ta’ korrispettiv li l-entità tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lill-konsumatur.

74 Biex tilħaq l-objettiv ta’ allokazzjoni, entità għandha talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta’ prestazzjoni identifikat fil-kuntratt fuq bażi relattiva ta’ prezz tal-bejgħ awtonomu f’konformità mal-paragrafi 76–80, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 81–83 (għall-allokazzjoni ta’ skonti) u l-paragrafi 84–86 (għall-allokazzjoni ta’ korrispettiv li jinkludi ammonti varjabbli).

75 Il-paragrafi 76–86 ma japplikawx jekk kuntratt ikollu biss obbligu ta’ prestazzjoni wieħed. Madankollu, il-paragrafi 84–86 jistgħu japplikaw jekk entità twiegħed li tittrasferixxi sensiela ta’ oġġetti jew servizzi distinti identifikati bħala obbligu ta’ prestazzjoni wieħed f’konformità mal-paragrafu 22(b) u l-korrispettiv imwiegħed jinkludi ammonti varjabbli.

Allokazzjoni bbażata fuq prezzijiet tal-bejgħ awtonomi

76 Sabiex talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta’ prestazzjoni fuq bażi relattiva ta’ prezz tal-bejgħ awtonomu, entità għandha tiddetermina l-prezz tal-bejgħ awtonomu fil-bidu tal-kuntratt tal-oġġett jew servizz distint sottostanti għal kull obbligu ta’ prestazzjoni fil-kuntratt u talloka l-prezz tat-tranżazzjoni b’mod proporzjonat ma’ dawk il-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi.

77 Il-prezz tal-bejgħ awtonomu huwa l-prezz li bih entità tbigħ oġġett jew servizz imwiegħed b’mod separat lil konsumatur. L-aqwa evidenza ta’ prezz tal-bejgħ awtonomu hija l-prezz osservabbli ta’ oġġett jew servizz meta l-entità tbigħ dak l-oġġett jew servizz b’mod separat f’ċirkustanzi simili u lil konsumaturi simili. Prezz iddikjarat fil-kuntratt jew prezz elenkat għal oġġett jew servizz jista’ jkun (iżda ma għandux ikun preżunt li hu) il-prezz tal-bejgħ awtonomu ta’ dak l-oġġett jew servizz.

78 Jekk prezz tal-bejgħ awtonomu ma jkunx direttament osservabbli, entità għandha tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu f’ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni li tissodisfa l-objettiv ta’ allokazzjoni fil-paragrafu 73. Meta tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha (inklużi l-kundizzjonijiet tas-suq, fatturi speċifiċi għall-entità u l-informazzjoni dwar il-konsumatur jew klassi ta’ konsumaturi) li hija raġonevolment disponibbli għall-entità. Meta tagħmel dan, entità għandha timmassimizza l-użu ta’ inputs osservabbli u tapplika metodi ta’ stima b’mod konsistenti f’ċirkustanzi simili.

79 Metodi xierqa għall-istima tal-prezz tal-bejgħ awtonomu ta’ oġġett jew servizz jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

Approċċ ta’ valutazzjoni tas-suq aġġustata—entità tista’ tevalwa s-suq li fih tbigħ oġġetti jew servizzi u tistma l-prezz li konsumatur f’dak is-suq ikun lest li jħallas għal dawk l-oġġetti jew servizzi. Dak l-approċċ jista’ jinkludi wkoll ir-referenza għal prezzijiet tal-kompetituri tal-entità għal oġġetti jew servizzi simili u l-aġġustament ta’ dawk il-prezzijiet skont il-ħtieġa sabiex jirriflettu l-kostijiet u l-marġnijiet tal-entità.

(b) 

Approċċ tal-kostijiet mistennija flimkien ma’ marġni—entità tista’ tipprevedi l-kostijiet mistennija tagħha biex tissodisfa obbligu ta’ prestazzjoni u mbagħad iżżid marġni xieraq għal dak l-oġġett jew servizz.

(c) 

Approċċ residwu—entità tista’ tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu b’referenza għall-prezz tat-tranżazzjoni totali mingħajr it-total tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi osservabbli ta’ oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt. Madankollu, entità tista’ tuża approċċ residwu sabiex tistma, f’konformità mal-paragrafu 78, il-prezz tal-bejgħ awtonomu ta’ oġġett jew servizz biss jekk ikun issodisfat wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

l-entità tbigħ l-istess oġġett jew servizz lil konsumaturi differenti (fl-istess żmien jew qrib) għal firxa wiesgħa ta’ ammonti (jiġifieri l-prezz tal-bejgħ ikun varjabbli ħafna peress li prezz tal-bejgħ awtonomu rappreżentattiv ma jkunx dixxernibbli minn tranżazzjonijiet passati jew evidenza osservabbli oħra); jew

(ii) 

l-entità tkun għadha ma stabbilietx prezz għal dak l-oġġett jew servizz u l-oġġett jew servizz ma jkunx inbiegħ qabel fuq bażi awtonoma (jiġifieri l-prezz tal-bejgħ ikun inċert).

80 Jista’ jkun meħtieġ li tintuża taħlita ta’ metodi biex jiġu stmati l-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi tal-oġġetti jew servizzi mwiegħda fil-kuntratt jekk tnejn minn dawn l-oġġetti jew servizzi jew aktar ikollhom prezzijiet tal-bejgħ awtonomi varjabbli jew inċerti ħafna. Pereżempju, entità tista’ tuża l-approċċ residwu sabiex tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu aggregat għal dawk l-oġġetti jew servizzi mwiegħda bi prezzijiet tal-bejgħ awtonomi varjabbli jew inċerti ħafna u mbagħad tuża metodu ieħor sabiex tistma l-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi tal-oġġetti jew servizzi individwali relatati ma’ dak il-prezz tal-bejgħ awtonomu stmat iddeterminat permezz tal-approċċ residwu. Meta entità tuża taħlita ta’ metodi sabiex tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu ta’ kull oġġett jew servizz imwiegħed fil-kuntratt, l-entità għandha tevalwa jekk l-allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni f’dawk il-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi stmati tkunx konsistenti mal-objettiv ta’ allokazzjoni fil-paragrafu 73 u mar-rekwiżiti għall-istima tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi fil-paragrafu 78.

Allokazzjoni ta’ skont

81 Konsumatur jirċievi skont għax-xiri ta’ pakkett ta’ oġġetti jew servizzi jekk it-total tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi ta’ dawk l-oġġetti jew servizz mwiegħda fil-kuntratt jaqbeż il-korrispettiv imwiegħed f’kuntratt. Għajr meta entità jkollha evidenza osservabbli f’konformità mal-paragrafu 82 li l-iskont sħiħ ikun relatat biss ma’ obbligu ta’ prestazzjoni wieħed jew aktar, iżda mhux ma’ kollha, f’kuntratt, l-entità għandha talloka skont b’mod proporzjonat mal-obbligi ta’ prestazzjoni kollha fil-kuntratt. L-allokazzjoni proporzjonata tal-iskont f’dawk iċ-ċirkustanzi hija konsegwenza tal-fatt li l-entità talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta’ prestazzjoni abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi relattivi tal-oġġetti jew servizzi distinti sottostanti.

82 Entità għandha talloka skont kompletament għal obbligu ta’ prestazzjoni wieħed jew aktar, iżda mhux għal kollha, fil-kuntratt jekk dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-entità tbigħ b’mod regolari kull oġġett jew servizz distint (jew kull pakkett ta’ oġġetti jew servizzi differenti) fil-kuntratt fuq bażi awtonoma;

(b) 

l-entità tbigħ ukoll b’mod regolari fuq bażi awtonoma pakkett (jew pakketti) ta’ xi wħud minn dawk l-oġġetti jew servizzi distinti bi skont fuq il-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi tal-oġġetti jew servizzi f’kull pakkett; u

(c) 

l-iskont attribwibbli għal kull pakkett ta’ oġġetti jew servizzi deskritti fil-paragrafu 82(b) ikun sostanzjalment l-istess bħall-iskont fil-kuntratt u analiżi tal-oġġetti jew tas-servizzi f’kull pakkett tipprovdi evidenza osservabbli tal-obbligu ta’ prestazzjoni (jew obbligi ta’ prestazzjoni) li għalih jappartjeni l-iskont sħiħ fil-kuntratt.

83 Jekk skont jiġi allokat kompletament għal obbligu ta’ prestazzjoni wieħed jew aktar fil-kuntratt f’konformità mal-paragrafu 82, entità għandha talloka l-iskont qabel tuża l-approċċ residwu sabiex tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu ta’ oġġett jew servizz f’konformità mal-paragrafu 79(c).

Allokazzjoni ta’ korrispettiv varjabbli

84 Korrispettiv varjabbli li jkun imwiegħed f’kuntratt jista’ jkun attribwibbli għall-kuntratt sħiħ jew għal parti speċifika tal-kuntratt, bħal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

obbligu ta’ prestazzjoni wieħed jew aktar, iżda mhux kollha, fil-kuntratt (pereżempju, bonus jista’ jkun kontinġenti fuq entità li tittrasferixxi oġġett jew servizz imwiegħed f’perjodu speċifiku ta’ żmien); jew

(b) 

oġġett jew servizz distint wieħed jew aktar, iżda mhux kollha, imwiegħda f’sensiela ta’ oġġetti jew servizzi distinti li jifforma parti minn obbligu ta’ prestazzjoni wieħed f’konformità mal-paragrafu 22(b) (pereżempju, il-korrispettiv imwiegħed għat-tieni sena ta’ kuntratt ta’ servizz ta’ tindif ta’ sentejn jiżdied fuq il-bażi ta’ ċaqliq f’indiċi ta’ inflazzjoni speċifikat).

85 Entità għandha talloka ammont varjabbli (u bidliet sussegwenti għal dak l-ammont) kompletament għal obbligu ta’ prestazzjoni jew għal oġġett jew servizz distint li jifforma parti minn obbligu ta’ prestazzjoni wieħed f’konformità mal-paragrafu 22(b) jekk iż-żewġ kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

it-termini ta’ pagament varjabbli jkunu speċifikament relatati mal-isforzi tal-entità li tissodisfa l-obbligu ta’ prestazzjoni jew li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz distint (jew ma’ eżitu speċifiku mill-issodisfar tal-obbligu ta’ prestazzjoni jew mit-trasferiment tal-oġġett jew servizz distint); u

(b) 

l-allokazzjoni tal-ammont varjabbli ta’ korrispettiv kompletament għall-obbligu ta’ prestazzjoni jew l-oġġett jew servizz distint tkun konsistenti mal-objettiv ta’ allokazzjoni fil-paragrafu 73 meta jiġu kkunsidrati l-obbligi ta’ prestazzjoni kollha u t-termini tal-pagament fil-kuntratt.

86 Ir-rekwiżiti ta' allokazzjoni fil-paragrafi 73–83 għandhom jiġu applikati sabiex wieħed jalloka l-bqija tal-ammont tal-prezz tat-tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kriterji fil-paragrafu 85.

Bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni

87 Wara l-bidu tal-kuntratt, il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ jinbidel għal diversi raġunijiet, inkluża r-riżoluzzjoni ta’ eventi inċerti jew bidliet oħrajn fiċ-ċirkustanzi li jibdlu l-ammont ta’ korrispettiv li entità tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda.

88 Entità għandha talloka kwalunkwe bidla sussegwenti fil-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta’ prestazzjoni fil-kuntratt fuq l-istess bażi tal-bidu tal-kuntratt. Konsegwentement, entità ma għandhiex tirrialloka l-prezz tat-tranżazzjoni sabiex jirrifletti l-bidliet fi prezzijiet tal-bejgħ awtonomi wara l-bidu tal-kuntratt. L-ammonti allokati għal obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dħul, jew bħala tnaqqis ta’ dħul, fil-perjodu li fih jinbidel il-prezz tat-tranżazzjoni.

89 Entità għandha talloka bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni kompletament għal obbligu ta’ prestazzjoni jew għal oġġett jew servizz distint wieħed jew aktar, iżda mhux għal kollha, imwiegħda f’sensiela li tifforma parti minn obbligu ta’ prestazzjoni wieħed f’konformità mal-paragrafu 22(b) biss jekk jiġu ssodisfati l-kriterji fil-paragrafu 85 dwar l-allokazzjoni ta’ korrispettiv varjabbli.

90 Entità għandha tikkontabbilizza bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni li tirriżulta minn modifika fil-kuntratt f’konformità mal-paragrafi 18–21. Madankollu, fil-każ ta’ bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni li sseħħ wara modifika fil-kuntratt, entità għandha tapplika l-paragrafi 87–89 sabiex talloka l-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni bi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin li jkun applikabbli:

(a) 

Entità għandha talloka l-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta’ prestazzjoni identifikati fil-kuntratt qabel il-modifika jekk, u sakemm, il-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni tkun attribwibbli għal ammont ta’ korrispettiv varjabbli mwiegħed qabel il-modifika u l-modifika tkun kontabbilizzata f’konformità mal-paragrafu 21(a).

(b) 

Fil-każijiet l-oħrajn kollha li fihom il-modifika ma kinitx kontabbilizzata bħala kuntratt separat f’konformità mal-paragrafu 20, entità għandha talloka l-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta’ prestazzjoni fil-kuntratt modifikat (jiġifieri l-obbligi ta’ prestazzjoni li ma kinux issodisfati jew parzjalment mhux issodisfati minnufih wara l-modifika).

KOSTIJIET TAL-KUNTRATT

Kostijiet inkrementali biex jinkiseb kuntratt

91   Entità għandha tirrikonoxxi bħala assi l-kostijiet inkrementali biex tikseb kuntratt ma’ konsumatur jekk l-entità tistenna li tirkupra dawk il-kostijiet.

92 Il-kostijiet inkrementali biex jinkiseb kuntratt huma dawk il-kostijiet li entità ġġarrab sabiex tikseb kuntratt ma’ konsumatur li ma kinitx iġġarrab kieku l-kuntratt ma sarx (pereżempju, kummissjoni tal-bejgħ).

93 Il-kostijiet biex jinkiseb kuntratt li kienu jiġġarrbu irrispettivament minn jekk il-kuntratt sarx għandhom ikunu rikonoxxuti bħala spiża meta jiġġarrbu, sakemm dawk il-kostijiet ma jiġux imposti b’mod espliċitu mill-konsumatur irrispettivament minn jekk il-kuntratt isirx.

94 Bħala espedjent prattiku, entità tista’ tirrikonoxxi l-kostijiet inkrementali biex tikseb kuntratt bħala spiża meta jiġġarrbu jekk il-perjodu tal-amortizzament tal-assi li l-entità kienet inkella tirrikonoxxi jkun ta’ sena jew inqas.

Kostijiet biex jitwettaq kuntratt

95   Jekk il-kostijiet imġarrba biex jitwettaq kuntratt ma’ konsumatur ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standard ieħor (pereżempju, l-IAS 2 Inventarji, l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew l-IAS 38 Assi Intanġibbli), entità għandha tirrikonoxxi assi mill-kostijiet imġarrba sabiex twettaq kuntratt biss jekk dawk il-kostijiet jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

il-kostijiet ikunu relatati direttament ma’ kuntratt jew kuntratt antiċipat li l-entità tista’ tidentifika b’mod speċifiku (pereżempju, il-kostijiet relatati ma’ servizzi li għandhom ikunu pprovduti malli jiġġedded kuntratt eżistenti jew il-kostijiet tat-tfassil ta’ assi li għandhom jiġu trasferiti taħt kuntratt speċifiku li għadu ma ġiex approvat);

(b) 

il-kostijiet jiġġeneraw jew itejbu riżorsi tal-entità li se jintużaw biex jitwettqu (jew ikomplu jitwettqu) obbligi ta’ prestazzjoni fil-futur; u

(c) 

il-kostijiet ikunu mistennija li jiġu rkuprati.

96 Għall-kostijiet imġarrba fit-twettiq ta’ kuntratt ma’ konsumatur li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standard ieħor, entità għandha tikkontabbilizza dawk il-kostijiet f’konformità ma’ dawk l-Istandards l-oħra.

97 Kostijiet li huma relatati direttament ma’ kuntratt speċifiku (jew kuntratt speċifiku antiċipat) jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

xogħol dirett (pereżempju, salarji u pagi tal-impjegati li jipprovdu servizzi mwiegħda direttament lill-konsumatur);

(b) 

materjal dirett (pereżempju, provvisti użati biex jingħataw is-servizzi mwiegħda lil konsumatur);

(c) 

allokazzjoni ta’ kostijiet li huma relatati direttament mal-kuntratt jew attivitajiet kuntrattwali (pereżempju, il-kostijiet ta’ ġestjoni tal-kuntratti u s-superviżjoni, l-assigurazzjoni u d-deprezzament tal-għodda, tagħmir u assi bid-dritt tal-użu użati fit-twettiq tal-kuntratt);

(d) 

kostijiet imponibbli b’mod espliċitu għall-konsumatur taħt il-kuntratt; u

(e) 

kostijiet oħrajn li jiġġarrbu biss minħabba li entità tkun daħlet fil-kuntratt (pereżempju, pagamenti lil sottokuntratturi).

98 Entità għandha tirrikonoxxi dawn il-kostijiet li ġejjin bħala spejjeż meta jiġġarrbu:

(a) 

kostijiet ġenerali u amministrattivi (sakemm dawn il-kostijiet ma jkunux imponibbli b’mod espliċitu għall-konsumatur taħt il-kuntratt, f’liema każ entità għandha tevalwa dawk il-kostijiet f’konformità mal-paragrafu 97);

(b) 

kostijiet ta’ materjal, xogħol jew riżorsi oħrajn moħlija biex jitwettaq il-kuntratt li ma kinux riflessi fil-prezz tal-kuntratt;

(c) 

kostijiet relatati ma’ obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati (jew obbligi ta’ prestazzjoni parzjalment issodisfati) fil-kuntratt (jiġifieri kostijiet relatati ma’ prestazzjoni fl-imgħoddi); u

(d) 

kostijiet li għalihom l-entità ma tistax tiddistingwi jekk il-kostijiet humiex relatati ma’ obbligi ta’ prestazzjoni mhux issodisfati jew ma’ obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati (jew obbligi ta’ prestazzjoni parzjalment issodisfati).

Amortizzament u indeboliment

99 Assi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95 għandu jkun amortizzat fuq bażi sistematika li tkun konsistenti mat-trasferiment lill-konsumatur tal-oġġetti jew tas-servizzi li l-assi huwa relatat magħhom. L-assi jista’ jkun relatat ma' oġġetti jew servizzi li għandhom jiġu trasferiti taħt kuntratt antiċipat speċifiku (kif deskritt fil-paragrafu 95(a)).

100 Entità għandha taġġorna l-amortizzament sabiex tirrifletti bidla sinifikanti fit-twaqqit mistenni mill-entità tat-trasferiment lill-konsumatur tal-oġġetti jew servizzi li l-assi huwa relatat magħhom. Tali bidla għandha tiġi kontabbilizzata bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8.

101 Entità għandha tirrikonoxxi telf minn indeboliment fil-profitt jew telf dment li l-ammont riportat ta’ assi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95 jaqbeż:

(a) 

il-bqija tal-ammont ta’ korrispettiv li l-entità tistenna li tirċievi bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi li l-assi huwa relatat magħhom; mingħajr

(b) 

il-kostijiet relatati direttament mal-forniment ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi u li ma ġewx rikonoxxuti bħala spejjeż (ara l-paragrafu 97).

102 Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 101 sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ korrispettiv li entità tistenna li tirċievi, entità għandha tuża l-prinċipji għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni (ħlief għar-rekwiżiti fil-paragrafi 56–58 dwar l-istimi restrittivi ta’ korrispettiv varjabbli) u taġġusta l-ammont b’mod li jirrifletti l-effetti tar-riskju ta’ kreditu tal-konsumatur.

103 Qabel ma entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment għal assi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment għal assi relatati mal-kuntratt li huma rikonoxxuti f’konformità ma’ Standard ieħor (pereżempju, l-IAS 2, l-IAS 16 u l-IAS 38). Wara li tapplika t-test tal-indeboliment fil-paragrafu 101, entità għandha tinkludi l-ammont riportat li jirriżulta tal-assi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95 fl-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus li jappartjeni għaliha bil-għan li tapplika l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi għal dik l-unità li tiġġenera l-flus.

104 Entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf riversjar ta’ parti mit-telf minn indeboliment jew it-telf kollu li qabel kien rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 101 meta l-kundizzjonijiet tal-indeboliment ma jibqgħux jeżistu jew ikunu tjiebu. L-ammont riportat miżjud tal-assi ma għandux jaqbeż l-ammont li kien ikun determinat (nett ta’ amortizzament) li kieku l-ebda telf minn indeboliment ma ġie rikonoxxut preċedentement.

PREŻENTAZZJONI

105   Meta kwalunkwe parti għal kuntratt tkun wettqet sehemha, entità għandha tippreżenta l-kuntratt fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja bħala assi kuntrattwali jew obbligazzjoni kuntrattwali, skont ir-relazzjoni bejn il-prestazzjoni tal-entità u l-pagament tal-konsumatur. Entità għandha tippreżenta kwalunkwe dritt mhux kondizzjonali għall-korrispettiv b’mod separat bħala riċevibbli.

106 Jekk konsumatur iħallas il-korrispettiv, jew entità jkollha dritt għal ammont ta’ korrispettiv mhux kondizzjonali (jiġifieri riċevibbli), qabel ma l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-konsumatur, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala obbligazzjoni kuntrattwali meta l-pagament isir jew il-pagament ikun dovut (skont liema minnhom jiġi l-ewwel). Obbligazzjoni kuntrattwali hija l-obbligu ta’ entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lil konsumatur li għalih l-entità rċeviet korrispettiv (jew ammont ta’ korrispettiv huwa dovut) mingħand il-konsumatur.

107 Jekk entità twettaq sehemha billi tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi lil konsumatur qabel ma l-konsumatur iħallas il-korrispettiv jew qabel ma l-pagament ikun dovut, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala assi kuntrattwali, filwaqt li teskludi kwalunkwe ammont ippreżentat bħala riċevibbli. Assi kuntrattwali huwa d-dritt ta’ entità għall-korrispettiv bi skambju għal oġġetti jew servizzi li l-entità ttrasferiet lil konsumatur. Entità għandha tivvaluta assi kuntrattwali għall-indeboliment f’konformità mal-IFRS 9. Indeboliment ta’ assi kuntrattwali għandu jitkejjel, jiġi ppreżentat u ddivulgat fuq l-istess bażi bħala assi finanzjarju fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 (ara wkoll il-paragrafu 113(b)).

108 Riċevibbli huwa d-dritt ta' entità għal korrispettiv mhux kondizzjonali. Dritt għal korrispettiv ma jkunx kondizzjonali jekk tkun meħtieġa biss il-mogħdija taż-żmien qabel ma jsir dovut il-pagament ta’ dak il-korrispettiv. Pereżempju, entità tirrikonoxxi riċevibbli jekk ikollha dritt preżenti għall-pagament anki jekk dak l-ammont jista’ jkun soġġett għal rifużjoni fil-futur. Entità għandha tikkontabbilizza riċevibbli f’konformità mal-IFRS 9. Mar-rikonoxximent inizjali ta’ riċevibbli minn kuntratt ma’ konsumatur, kwalunkwe differenza bejn il-kejl tar-riċevibbli f’konformità mal-IFRS 9 u l-ammont korrispondenti ta’ dħul rikonoxxut għandha tkun ippreżentata bħala spiża (pereżempju, bħala telf minn indeboliment).

109 Dan l-Istandard juża t-termini “assi kuntrattwali” u “obbligazzjoni kuntrattwali” iżda ma jipprojbix lil entità milli tuża deskrizzjonijiet alternattivi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal dawk l-entrati. Jekk entità tuża deskrizzjoni alternattiva għal assi kuntrattwali, l-entità għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni biex utent tar-rapporti finanzjarji jkun jista’ jiddistingwi bejn riċevibbli u assi kuntrattwali.

DIVULGAZZJONI

110   L-objettiv tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni huwa li tiddivulga biżżejjed informazzjoni biex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu n-natura, l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tad-dħul u l-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti mal-konsumaturi. Biex tilħaq dak l-objettiv, entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-kuntratti tagħha mal-konsumaturi (ara l-paragrafi 113–122);

(b) 

il-ġudizzji sinifikanti, u bidliet fil-ġudizzji, magħmula fl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għal dawk il-kuntratti (ara l-paragrafi 123–126); u

(c) 

kwalunkwe assi rikonoxxut mill-kostijiet għall-kisba jew l-issodisfar ta’ kuntratt ma’ konsumatur f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95 (ara l-paragrafi 127–128).

111 Entità għandha tikkunsidra l-livell ta’ dettall meħtieġ sabiex tissodisfa l-objettiv tad-divulgazzjoni u kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mid-diversi rekwiżiti. Entità għandha taggrega jew tiddiżaggrega d-divulgazzjonijiet biex informazzjoni utli ma tiġix oskurata bl-inklużjoni ta’ ammont kbir ta’ dettall insinifikanti jew bl-aggregazzjoni tal-entrati li għandhom sostanzjalment karatteristiki differenti.

112 Entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Istandard jekk tkun ipprovdiet l-informazzjoni f’konformità ma’ Standard ieħor.

Kuntratti mal-konsumaturi

113 Entità għandha tiddivulga dawn l-ammonti kollha li ġejjin għall-perjodu ta’ rapportar sakemm dawk l-ammonti ma jkunux ippreżentati b’mod separat fir-rapport tal-introjtu komprensiv f’konformità ma’ Standards oħrajn:

(a) 

id-dħul rikonoxxut mill-kuntratti mal-konsumaturi, li l-entità għandha tiddivulga b’mod separat mis-sorsi l-oħrajn ta’ dħul tagħha; u

(b) 

kwalunkwe telf minn indeboliment rikonoxxut (f’konformità mal-IFRS 9) fuq kwalunkwe riċevibbli jew assi kuntrattwali li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ entità mal-konsumaturi, li l-entità għandha tiddivulga b’mod separat mit-telf minn indeboliment minn kuntratti oħrajn.

Diżaggregazzjoni tad-dħul

114 Entità għandha tiddiżaggrega d-dħul rikonoxxut minn kuntratti mal-konsumaturi f’kategoriji li juru kif in-natura, l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tad-dħul u l-flussi ta’ flus huma affettwati mill-fatturi ekonomiċi. Entità għandha tapplika l-gwida fil-paragrafi B87–B89 meta tagħżel il-kategoriji li tuża sabiex tiddiżaggrega d-dħul.

115 Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga biżżejjed informazzjoni sabiex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu r-relazzjoni bejn id-divulgazzjoni tad-dħul diżaggregat (f’konformità mal-paragrafu 114) u informazzjoni dwar id-dħul li hija ddivulgata għal kull segment tal-operat, jekk l-entità tapplika l-IFRS 8 Segmenti Operatorji.

Bilanċi tal-kuntratt

116 Entità għandha tiddivulga dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tar-riċevibbli, tal-assi kuntrattwali u l-obbligazzjonijiet kuntrattwali mill-kuntratti mal-konsumaturi, jekk ma jkunux ippreżentati jew iddivulgati mod ieħor b’mod separat;

(b) 

id-dħul rikonoxxut fil-perjodu ta’ rapportar li kien inkluż fil-bilanċ tal-obbligazzjoni tal-kuntratt fil-bidu tal-perjodu; u

(c) 

id-dħul rikonoxxut fil-perjodu ta’ rapportar minn obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati (jew parzjalment issodisfati) f’perjodi preċedenti (pereżempju, bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni).

117 Entità għandha tispjega kif it-twaqqit tal-issodisfar tal-obbligi ta’ prestazzjoni tagħha (ara l-paragrafu 119(a)) huwa relatat mat-twaqqit tipiku tal-pagament (ara l-paragrafu 119(b)) u l-effett li dawk il-fatturi għandhom fuq l-assi kuntrattwali u l-bilanċi ta’ obbligazzjoni tal-kuntratt. L-ispjegazzjoni pprovduta tista’ tuża informazzjoni kwalitattiva.

118 Entità għandha tipprovdi spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti fl-assi kuntrattwali u l-bilanċi tal-obbligazzjonijiet kuntrattwali matul il-perjodu ta’ rapportar. L-ispjegazzjoni għandha tinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva. Eżempji ta’ bidliet fil-bilanċi tal-entità ta’ assi kuntrattwali u obbligazzjonijiet kuntrattwali jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

bidliet dovuti għal kombinamenti ta’ negozji;

(b) 

aġġustamenti kumulattivi ta’ konformità fid-dħul li jaffettwaw l-assi kuntrattwali jew l-obbligazzjoni kuntrattwali korrispondenti, inklużi aġġustamenti li jirriżultaw minn bidla fil-kejl tal-progress, bidla fi stima tal-prezz tat-tranżazzjoni (inkluża kwalunkwe bidla fil-valutazzjoni ta’ jekk stima ta’ korrispettiv varjabbli hijiex ristretta) jew modifika fil-kuntratt;

(c) 

indeboliment ta’ assi kuntrattwali;

(d) 

bidla fiż-żmien sabiex dritt għal korrispettiv isir mhux kondizzjonali (jiġifieri biex assi kuntrattwali jiġi riklassifikat bħala riċevibbli); u

(e) 

bidla fiż-żmien sabiex obbligu ta’ prestazzjoni jiġi ssodisfat (jiġifieri għar-rikonoxximent tad-dħul li jinħoloq minn obbligazzjoni kuntrattwali).

Obbligi ta’ prestazzjoni

119 Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar l-obbligi ta’ prestazzjoni tagħha f’kuntratti mal-konsumaturi, li tinkludi deskrizzjoni ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a) 

meta l-entità tipikament tissodisfa l-obbligi ta’ prestazzjoni tagħha (pereżempju, mal-vjeġġ, mal-wasla, waqt li s-servizzi qegħdin jingħataw jew meta s-servizz jitlesta), inkluż meta l-obbligi ta’ prestazzjoni jkunu ssodisfati f’arranġament ta’ bejgħ b’konsenja differita;

(b) 

it-termini ta’ pagament sinifikanti (pereżempju, meta l-pagament ikun tipikament dovut, jekk il-kuntratt għandux xi komponent ta’ finanzjament sinifikanti, jekk l-ammont ta’ korrispettiv huwiex varjabbli u jekk l-istima tal-korrispettiv varjabbli hijiex tipikament ristretta f’konformità mal-paragrafi 56–58);

(c) 

in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi li l-entità wiegħdet li tittrasferixxi, filwaqt li tenfasizza kwalunkwe obbligu ta’ prestazzjoni biex tirranġa sabiex parti oħra tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi (jiġifieri jekk l-entità hijiex qiegħda taġixxi bħala aġent);

(d) 

obbligi għar-ritorn, għar-rifużjoni u obbligi oħrajn simili; u

(e) 

tipi ta’ garanziji u obbligi relatati.

Prezz tat-tranżazzjoni allokat għall-bqija tal-obbligi ta’ prestazzjoni

120 Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar il-bqija tal-obbligi ta’ prestazzjoni tagħha:

(a) 

l-ammont aggregat tal-prezz tat-tranżazzjoni allokat għall-obbligi ta’ prestazzjoni li mhumiex issodisfati (jew parzjalment mhumiex issodisfati) sa mill-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar; u

(b) 

spjegazzjoni ta’ meta l-entità tistenna li tirrikonoxxi bħala dħul l-ammont iddivulgat f’konformità mal-paragrafu 120(a), li l-entità għandha tiddivulga b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(i) 

fuq bażi kwantitattiva billi tuża l-meded ta’ żmien li jkunu l-aktar xierqa għad-durata tal-obbligi ta’ prestazzjoni li fadal; jew

(ii) 

billi tuża informazzjoni kwalitattiva.

121 Bħala espedjent prattiku, entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga l-informazzjoni fil-paragrafu 120 għal obbligu ta’ prestazzjoni jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun issodisfata:

(a) 

l-obbligu ta’ prestazzjoni jkun parti minn kuntratt li għandu durata oriġinali mistennija ta’ sena jew inqas; jew

(b) 

l-entità tirrikonoxxi dħul mill-issodisfar tal-obbligu ta’ prestazzjoni f’konformità mal-paragrafu B16.

122 Entità għandha tispjega b’mod kwalitattiv jekk hijiex qiegħda tapplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 121 u jekk kwalunkwe korrispettiv minn kuntratti mal-konsumaturi mhuwiex inkluż fil-prezz tat-tranżazzjoni u, għaldaqstant, mhuwiex inkluż fl-informazzjoni ddivulgata f’konformità mal-paragrafu 120. Pereżempju, stima tal-prezz tat-tranżazzjoni ma tinkludi l-ebda ammont stmat ta’ korrispettiv varjabbli li huwa ristrett (ara l-paragrafi 56–58).

Ġudizzji sinifikanti fl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard

123 Entità għandha tiddivulga l-ġudizzji, u l-bidliet fil-ġudizzji, magħmula fl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard li jaffettwaw b’mod sinifikanti d-determinazzjoni tal-ammont u t-twaqqit tad-dħul mill-kuntratti mal-konsumaturi. B’mod partikulari, entità għandha tispjega l-ġudizzji, u l-bidliet fil-ġudizzji, użati fid-determinazzjoni ta’ dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

it-twaqqit tal-issodisfar tal-obbligi ta’ prestazzjoni (ara l-paragrafi 124–125); u

(b) 

il-prezz tat-tranżazzjoni u l-ammonti allokati għall-obbligi ta’ prestazzjoni (ara l-paragrafu 126).

Determinazzjoni tat-twaqqit tal-issodisfar ta’ obbligi ta’ prestazzjoni

124 Għal obbligi ta’ prestazzjoni li entità tissodisfa maż-żmien, entità għandha tiddivulga dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

il-metodi użati sabiex tirrikonoxxi d-dħul (pereżempju, deskrizzjoni tal-metodi ta’ output jew il-metodi ta’ input użati u kif jiġu applikati dawn il-metodi); u

(b) 

spjegazzjoni ta’ għalfejn il-metodi użati jagħtu stampa ċara tat-trasferiment tal-oġġetti jew servizzi.

125 Għal obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati f’xi mument fiż-żmien, entità għandha tiddivulga l-ġudizzji sinifikanti magħmula fil-valutazzjoni ta’ meta konsumatur jikseb il-kontroll ta’ oġġetti jew servizzi mwiegħda.

Determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni u l-ammonti allokati għall-obbligi ta’ prestazzjoni

126 Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-metodi, l-inputs u s-suppożizzjonijiet użati għal dawn kollha li ġejjin:

(a) 

id-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni, li tinkludi, iżda li mhijiex biss limitata għal, l-istima tal-korrispettiv varjabbli, l-aġġustament tal-korrispettiv għall-effetti tal-valur taż-żmien tal-flus u l-kejl tal-korrispettiv mhux fi flus;

(b) 

il-valutazzjoni ta’ jekk stima ta’ korrispettiv varjabbli hijiex ristretta;

(c) 

l-allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni, inkluża l-istima tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi ta’ oġġetti jew servizzi mwiegħda u l-allokazzjoni ta’ skontijiet u korrispettiv varjabbli għal parti speċifika tal-kuntratt (jekk applikabbli); u

(d) 

il-kejl tal-obbligi għar-ritorn, għar-rifużjonijiet u obbligi oħrajn simili.

Assi rikonoxxuti mill-kostijiet biex jinkiseb jew jitwettaq kuntratt ma’ konsumatur

127 Entità għandha tiddeskrivi dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

il-ġudizzji magħmula fid-determinazzjoni tal-ammont tal-kostijiet imġarrba sabiex tikseb jew twettaq kuntratt ma’ konsumatur (f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95); u

(b) 

il-metodu li tuża sabiex tiddetermina l-amortizzament għal kull perjodu ta’ rapportar.

128 Entità għandha tiddivulga dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-bilanċi tal-għeluq ta’ assi rikonoxxuti mill-kostijiet imġarrba sabiex tikseb jew twettaq kuntratt ma’ konsumatur (f’konformità mal-paragrafu 91 jew 95), skont il-kategorija ewlenija tal-assi (pereżempju, kostijiet sabiex tikseb kuntratti ma’ konsumaturi, kostijiet ta’ qabel il-kuntratt u kostijiet ta’ twaqqif); u

(b) 

l-ammont ta’ amortizzament u kwalunkwe telf minn indeboliment rikonoxxut fil-perjodu ta’ rapportar.

Espedjenti prattiċi

129 Jekk entità tagħżel li tuża l-espedjent prattiku kemm fil-paragrafu 63 (dwar l-eżistenza ta’ komponent ta’ finanzjament sinifikanti) kif ukoll fil-paragrafu 94 (dwar il-kostijiet inkrementali tal-kisba ta’ kuntratt), l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard.

kuntratt

Ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli.

assi kuntrattwali

Id-dritt ta’ entità għal korrispettiv bi skambju għal oġġetti jew servizzi li l-entità tkun ittrasferiet lil konsumatur meta dak id-dritt ikun ikkundizzjonat minn xi ħaġa oħra għajr il-mogħdija taż-żmien (pereżempju, il-prestazzjoni futura tal-entità).

obbligazzjoni kuntrattwali

Obbligu ta’ entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lil konsumatur li l-entità tkun irċeviet korrispettiv għalihom (jew l-ammont ikun dovut) mingħand il-konsumatur.

konsumatur

Parti li għamlet kuntratt ma’ entità sabiex tikseb oġġetti jew servizzi li huma output tal-attivitajiet ordinarji tal-entità bi skambju għal korrispettiv.

introjtu

Żidiet fil-benefiċċji ekonomiċi waqt il-perjodu kontabbilistiku fil-forma ta’ influssi jew titjib fl-assi jew tnaqqis fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw f’żieda fl-ekwità, għajr dawk relatati mal-kontribuzzjonijiet minn parteċipanti fl-ekwità.

obbligu ta’ prestazzjoni

Wegħda f’kuntratt ma’ konsumatur għat-trasferiment lill-konsumatur ta’:

(a) 

oġġett jew servizz (jew pakkett ta’ oġġetti jew servizzi) li huwa distint; jew

(b) 

sensiela ta’ oġġetti jew servizzi differenti li huma sostanzjalment l-istess u li għandhom l-istess mudell ta’ trasferiment lill-konsumatur.

dħul

Introjtu li jirriżulta matul l-attivitajiet ordinarji ta’ entità.

prezz tal-bejgħ awtonomu (ta’ oġġett jew servizz)

Il-prezz li fih entità tbigħ oġġett jew servizz imwiegħed b’mod separat lil konsumatur.

prezz tat-tranżazzjoni (għal kuntratt ma’ konsumatur)

L-ammont ta’ korrispettiv li entità tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għat-trasferiment ta’ oġġetti jew servizzi mwiegħda lil konsumatur, minbarra l-ammonti miġbura f’isem partijiet terzi.

Appendiċi B

Gwida tal-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–129 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Istandard.

B1 Din il-gwida għall-applikazzjoni hija organizzata f’dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) 

obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati maż-żmien (il-paragrafi B2–B13);

(b) 

metodi għall-kejl tal-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta’ obbligu ta’ prestazzjoni (il-paragrafi B14–B19);

(c) 

bejgħ bi dritt ta’ ritorn (il-paragrafi B20–B27);

(d) 

garanziji (il-paragrafi B28–B33);

(e) 

korrispettivi prinċipali meta mqabbla ma’ korrispettivi tal-aġent (il-paragrafi B34–B38);

(f) 

opzjonijiet tal-konsumatur għal oġġetti jew servizzi addizzjonali (il-paragrafi B39–B43);

(g) 

drittijiet mhux eżerċitati tal-konsumaturi (il-paragrafi B44–B47);

(h) 

tariffi mħallsa bil-quddiem mhux rimborsabbli (u xi kostijiet relatati) (il-paragrafi B48–B51);

(i) 

ħruġ ta’ liċenzji (il-paragrafi B52–B63B);

(j) 

ftehimiet ta’ riakkwist (il-paragrafi B64–B76);

(k) 

arranġamenti tal-kunsinna (il-paragrafi B77–B78);

(l) 

arranġamenti ta’ bejgħ b’konsenja differita (il-paragrafi B79–B82);

(m) 

aċċettazzjoni tal-konsumatur (il-paragrafi B83–B86); u

(n) 

divulgazzjoni ta’ dħul diżaggregat (il-paragrafi B87–B89).

Obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati maż-żmien

B2 Skont il-paragrafu 35, obbligu ta’ prestazzjoni jkun issodisfat maż-żmien jekk xi wieħed mill-kriterji li ġejjin ikun issodisfat:

(a) 

il-konsumatur jirċievi u jikkonsma fl-istess waqt il-benefiċċji pprovduti mill-prestazzjoni tal-entità waqt li l-entità twettaq il-prestazzjoni tagħha (ara l-paragrafi B3–B4);

(b) 

il-prestazzjoni tal-entità toħloq jew ittejjeb assi (pereżempju, xogħol fl-idejn) li l-konsumatur jikkontrolla waqt li l-assi jinħoloq jew jittejjeb (ara l-paragrafu B5); jew

(c) 

il-prestazzjoni tal-entità ma toħloqx assi b’użu alternattiv għall-entità (ara l-paragrafi B6–B8) u l-entità jkollha dritt infurzabbli għall-pagament għal prestazzjoni kompluta sal-lum (ara l-paragrafi B9–B13).

Riċeviment u konsum fl-istess waqt tal-benefiċċji tal-prestazzjoni tal-entità (il-paragrafu 35(a))

B3 Għal ċerti tipi ta’ obbligi ta’ prestazzjoni, il-valutazzjoni ta’ jekk konsumatur jirċevix il-benefiċċji tal-prestazzjoni ta’ entità waqt li l-entità twettaq u fl-istess waqt tikkonsma dawk il-benefiċċji waqt li tirċevihom għandha tkun sempliċi. Eżempji jinkludu servizzi ta’ rutina jew servizzi rikorrenti (bħal servizz ta’ tindif) fejn huwa faċli li wieħed jidentifika li l-konsumatur qiegħed jirċievi u fl-istess ħin qiegħed igawdi l-benefiċċji tal-prestazzjoni tal-entità.

B4 Għal tipi oħrajn ta’ obbligi ta’ prestazzjoni, entità ma tkunx tista’ tidentifika faċilment jekk konsumatur huwiex jirċievi u jikkonsma fl-istess waqt il-benefiċċji mill-prestazzjoni tal-entità waqt li l-entità twettaq il-prestazzjoni tagħha. F’dawk iċ-ċirkustanzi, obbligu ta’ prestazzjoni jiġi ssodisfat maż-żmien jekk entità tiddetermina li entità oħra ma jkollhiex għalfejn twettaq mill-ġdid ix-xogħol li l-entità tkun lestiet sa dak il-jum kieku dik l-entità l-oħra kellha tissodisfa l-bqija tal-obbligu ta’ prestazzjoni lejn il-konsumatur. Meta tiddetermina jekk entità oħra ma jkollhiex għalfejn tagħmel sostanzjalment mill-ġdid ix-xogħol li l-entità tkun lestiet sa dak il-jum, entità għandha tagħmel dawn iż-żewġ suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tinjora r-restrizzjonijiet kuntrattwali potenzjali jew il-limitazzjonijiet prattiċi li inkella jipprevjenu lill-entità milli tittrasferixxi l-bqija tal-obbligu ta’ prestazzjoni lil entità oħra; u

(b) 

tassumi li entità oħra li tissodisfa l-bqija tal-obbligu ta’ prestazzjoni ma jkollha l-benefiċċju ta’ ebda assi li attwalment ikun ikkontrollat mill-entità u li jibqa’ jkun ikkontrollat mill-entità kieku l-obbligu ta’ prestazzjoni kellu jiġi ttrasferit lil entità oħra.

Il-konsumatur jikkontrolla l-assi waqt li qiegħed jinħoloq jew jittejjeb (il-paragrafu 35(b))

B5 Meta tiddetermina jekk konsumatur jikkontrollax assi waqt li qiegħed jinħoloq jew jittejjeb f’konformità mal-paragrafu 35(b), entità għandha tapplika r-rekwiżiti għall-kontroll fil-paragrafi 31–34 u 38. L-assi li qiegħed jinħoloq jew jittejjeb (pereżempju, assi ta’ xogħol li għadu għaddej) jista’ jkun kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli.

Il-prestazzjoni tal-entità ma toħloqx assi b’użu alternattiv (il-paragrafu 35(c))

B6 Meta tivvaluta jekk assi għandux użu alternattiv għal entità f’konformità mal-paragrafu 36, entità għandha tikkunsidra l-effetti ta’ restrizzjonijiet kuntrattwali u limitazzjonijiet prattiċi fuq il-kapaċità tal-entità li tidderieġi faċilment dak l-assi lejn użu ieħor, bħall-bejgħ tiegħu lil konsumatur differenti. Il-possibbiltà li l-kuntratt mal-konsumatur jiġi terminat mhijiex konsiderazzjoni rilevanti fil-valutazzjoni ta’ jekk l-entità tkunx kapaċi tidderieġi faċilment l-assi lejn użu ieħor.

B7 Restrizzjoni kuntrattwali fuq il-kapaċità ta’ entità li tidderieġi assi lejn użu ieħor trid tkun sostantiva biex l-assi ma jkollux użu alternattiv għall-entità. Restrizzjoni kuntrattwali tkun sostantiva jekk konsumatur ikun jista’ jinforza d-drittijiet tiegħu għall-assi mwiegħed kieku l-entità tipprova tidderieġi l-assi lejn użu ieħor. Għall-kuntrarju, restrizzjoni kuntrattwali ma tkunx sostantiva jekk, pereżempju, assi jkun fil-parti l-kbira interskambjabbli ma’ assi oħrajn li l-entità tista’ tittrasferixxi lil konsumatur ieħor mingħajr ma’ tikser il-kuntratt u mingħajr ma ġġarrab kostijiet sinifikanti li ma kinitx iġġarrab mod ieħor b’rabta ma’ dak il-kuntratt.

B8 Limitazzjoni prattika fuq il-kapaċità ta’ entità li tidderieġi assi lejn użu ieħor teżisti jekk entità ġġarrab telf ekonomiku sinifikanti sabiex tidderieġi dak l-assi lejn użu ieħor. Telf ekonomiku sinifikanti jista’ jinħoloq peress li l-entità ġġarrab kostijiet sinifikanti sabiex terġa’ tħaddem l-assi jew tkun tista’ biss tbigħ l-assi b’telf sinifikanti. Pereżempju, entità tista’ tkun prattikament limitata milli tidderieġi mill-ġdid assi li għandhom speċifikazzjonijiet ta’ disinn uniċi għal konsumatur jew jinsabu f’żoni mbiegħda.

Dritt għal pagament għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum (il-paragrafu 35(c))

B9 F’konformità mal-paragrafu 37, entità għandha dritt għall-pagament għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum jekk l-entità tkun intitolata għal ammont li tal-anqas jikkumpensa lill-entità għall-prestazzjoni tagħha mwettqa sa dak il-jum f’każ li l-konsumatur jew parti oħra ttemm il-kuntratt għal raġunijiet oħra għajr in-nuqqas tal-entità li twettaq kif imwiegħed. Ammont li jikkumpensa lil entità għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum ikun ammont li joqrob lejn il-prezz tal-bejgħ tal-oġġetti jew servizzi ttrasferiti sa dak il-jum (pereżempju, l-irkupru tal-kostijiet imġarrba minn entità fl-issodisfar tal-obbligu ta’ prestazzjoni flimkien ma’ marġni raġonevoli ta’ qligħ) minflok kumpens biss għat-telf potenzjali ta’ profitt tal-entità jekk il-kuntratt kellu jiġi tterminat. Il-kumpens għal marġni raġonevoli ta’ profitt ma għandux għalfejn ikun daqs il-marġni ta’ profitt mistenni jekk il-kuntratt twettaq kif imwiegħed, iżda jenħtieġ li entità tkun intitolata għal kumpens għal kwalunkwe wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a) 

proporzjon tal-marġni ta’ profitt mistenni fil-kuntratt li raġonevolment jirrifletti l-firxa tal-prestazzjoni tal-entità taħt il-kuntratt qabel ma jiġi tterminat mill-konsumatur (jew parti oħra); jew

(b) 

redditu raġonevoli fuq il-kost tal-kapital tal-entità għal kuntratti simili (jew il-marġni operazzjonali tipiku tal-entità għal kuntratti simili) jekk il-marġni speċifiku tal-kuntratt ikun ogħla mir-redditu li l-entità normalment tiġġenera minn kuntratti simili.

B10 Id-dritt ta’ entità għall-pagament għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum ma għandux għalfejn ikun dritt mhux kondizzjonali preżenti għall-pagament. F’bosta każijiet, entità jkollha dritt mhux kondizzjonali għall-pagament biss fi stadju intermedju miftiehem jew meta l-obbligu ta’ prestazzjoni jiġi ssodisfat għalkollox. Fil-valutazzjoni ta’ jekk għandhiex dritt għal pagament għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum, entità għandha tikkunsidra jekk ikollhiex dritt infurzabbli li titlob jew iżżomm pagament għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum jekk il-kuntratt kellu jkun itterminat qabel jitlesta għal raġunijiet oħra għajr in-nuqqas tal-entità li twettaq kif imwiegħed.

B11 F’ċerti kuntratti, konsumatur jista’ jkollu dritt li jtemm il-kuntratt biss fi żminijiet speċifiċi tul il-ħajja tal-kuntratt jew il-konsumatur jista’ ma jkollu l-ebda dritt li jtemm il-kuntratt. Jekk konsumatur jaġixxi sabiex itemm kuntratt mingħajr ma jkollu d-dritt li jtemm il-kuntratt f’dak iż-żmien (inkluż meta konsumatur jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu kif imwiegħed), il-kuntratt (jew liġijiet oħrajn) jistgħu jintitolaw lill-entità li tkompli tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda fil-kuntratt lill-konsumatur u tirrikjedi li l-konsumatur iħallas il-korrispettiv imwiegħed bi skambju għal dawk l-oġġetti jew servizzi. F’dawk iċ-ċirkustanzi, entità għandha dritt għal pagament għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum peress li l-entità għandha dritt li tkompli twettaq l-obbligi tagħha f’konformità mal-kuntratt u li tirrikjedi li l-konsumatur iwettaq l-obbligi tiegħu (li jinkludu l-ħlas tal-korrispettiv imwiegħed).

B12 Fil-valutazzjoni tal-eżistenza u tal-infurzabbiltà ta’ dritt għal pagament għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum, entità għandha tikkunsidra t-termini kuntrattwali kif ukoll kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra jew preċedent legali li jista’ jissupplimenta jew jipprevali fuq dawk it-termini kuntrattwali. Dan jinkludi valutazzjoni dwar jekk:

(a) 

leġiżlazzjoni, prattika amministrattiva jew preċedent legali jagħtix lill-entità dritt għall-pagament għal prestazzjoni sa dak il-jum anki jekk dak id-dritt ma jkunx speċifikat fil-kuntratt mal-konsumatur;

(b) 

preċedent legali rilevanti jindikax li drittijiet simili għall-pagament għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum f’kuntratti simili ma għandhomx effett legali vinkolanti; jew

(c) 

prattiki tan-negozju abitwali tal-entità li tagħżel li ma tinfurzax dritt għal pagament wasslux biex id-dritt isir mhux infurzabbli f’dak l-ambjent legali. Madankollu, minkejja li entità tista’ tagħżel li tirrinunzja għad-dritt tagħha għall-pagament f’kuntratti simili, entità jibqa’ jkollha d-dritt għall-pagament sa dak il-jum jekk, fil-kuntratt mal-konsumatur, id-dritt għall-pagament għall-prestazzjoni sa dak il-jum jibqa’ infurzabbli.

B13 L-iskeda ta’ pagament speċifikata f’kuntratt mhux neċessarjament tindika jekk entità għandhiex dritt infurzabbli għall-pagament għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum. Għalkemm l-iskeda tal-pagament f’kuntratt tispeċifika t-twaqqit u l-ammont ta’ korrispettiv pagabbli minn konsumatur, l-iskeda ta’ pagamenti mhux neċessarjament tipprovdi evidenza tad-dritt tal-entità għall-pagament għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum. Dan għaliex, pereżempju, il-kuntratt jista’ jispeċifika li l-korrispettiv riċevut mingħand il-konsumatur ikun rifondibbli għal raġunijiet oħra għajr li l-entità naqset li twettaq kif imwiegħed fil-kuntratt.

Metodi għall-kejl tal-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta’ obbligu ta’ prestazzjoni

B14 Il-metodi li jistgħu jintużaw biex jitkejjel il-progress ta’ entità lejn l-issodisfar sħiħ ta’ obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien f’konformità mal-paragrafi 35–37 jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

metodi ta’ output (ara l-paragrafi B15–B17); u

(b) 

metodi ta’ input (ara l-paragrafi B18–B19).

Metodi ta’ output

B15 Il-metodi ta’ output jirrikonoxxu d-dħul fuq il-bażi ta’ kejl dirett tal-valur għall-konsumatur tal-oġġetti jew is-servizzi ttrasferiti sa dak il-jum meta mqabbel mal-bqija tal-oġġetti jew servizzi mwiegħda taħt il-kuntratt. Metodi ta’ output jinkludu metodi bħal stħarriġ tal-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum, evalwazzjonijiet tar-riżultati miksuba, l-istadji intermedji milħuqa, it-tul ta’ żmien li għadda u l-unitajiet prodotti jew l-unitajiet imwassla. Meta entità tevalwa jekk tapplikax metodu ta’ output sabiex tkejjel il-progress tagħha, l-entità għandha tikkunsidra jekk l-output magħżul jurix b’mod affidabbli l-prestazzjoni tal-entità lejn l-issodisfar sħiħ tal-obbligu ta’ prestazzjoni. Metodu ta’ output ma jipprovdix stampa affidabbli tal-prestazzjoni tal-entità jekk l-output magħżul jonqos milli jkejjel xi wħud mill-oġġetti jew is-servizzi li l-kontroll għalihom ġie ttrasferit lill-konsumatur. Pereżempju, metodi ta’ output ibbażati fuq l-unitajiet prodotti jew l-unitajiet imwassla ma jurux b’mod affidabbli l-prestazzjoni ta’ entità fl-issodisfar ta’ obbligu ta’ prestazzjoni jekk, fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, il-prestazzjoni tal-entità tkun ipproduċiet xogħol mhux lest jew oġġetti lesti kkontrollati mill-konsumatur li mhumiex inklużi fil-kejl tal-output.

B16 Bħala espedjent prattiku, jekk entità jkollha dritt għal korrispettiv mingħand konsumatur f’ammont li jikkorrispondi direttament għall-valur għall-konsumatur tal-prestazzjoni tal-entità mwettqa sa dak il-jum (pereżempju, kuntratt ta’ servizz li fih entità titlob ammont fiss għal kull siegħa ta’ servizz ipprovdut), l-entità tista’ tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont li l-entità jkollha d-dritt li tiffattura għalih.

B17 L-iżvantaġġi tal-metodi ta’ output huma li l-outputs użati għall-kejl tal-progress jistgħu ma jkunux direttament osservabbli u l-informazzjoni meħtieġa biex tapplikahom tista’ ma tkunx disponibbli għall-entità mingħajr kost eċċessiv. Għaldaqstant, jista’ jkun meħtieġ metodu ta’ input.

Metodi ta’ input

B18 Metodi ta’ input jirrikonoxxu d-dħul fuq il-bażi tal-isforzi jew l-inputs ta’ entità għall-issodisfar ta’ obbligu ta’ prestazzjoni (pereżempju, ir-riżorsi kkunsmati, is-sigħat ta’ xogħol maħduma, il-kostijiet imġarrba, kemm għadda żmien jew is-sigħat ta’ magni użati) fir-rigward tat-total ta’ inputs mistennija għall-issodisfar ta’ dak l-obbligu ta’ prestazzjoni. Jekk l-isforzi jew l-inputs tal-entità jsiru b’mod uniformi matul il-perjodu ta’ prestazzjoni, jista’ jkun xieraq għall-entità li tirrikonoxxi d-dħul fuq bażi lineari.

B19 Żvantaġġ tal-metodi ta’ input huwa li jista’ ma jkunx hemm relazzjoni diretta bejn l-inputs ta’ entità u t-trasferiment tal-kontroll tal-oġġetti jew tas-servizzi lil konsumatur. Għaldaqstant, entità għandha teskludi minn metodu ta’ input l-effetti ta’ kwalunkwe input li, f’konformità mal-objettiv tal-kejl tal-progress fil-paragrafu 39, ma jurix il-prestazzjoni tal-entità fit-trasferiment tal-kontroll tal-oġġetti jew servizzi lill-konsumatur. Pereżempju, meta jintuża metodu ta’ input ibbażat fuq il-kost, jista’ jkun meħtieġ aġġustament fil-kejl tal-progress fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

Meta kost imġarrab ma jikkontribwix għall-progress ta’ entità fl-issodisfar tal-obbligu ta’ prestazzjoni. Pereżempju, entità ma tirrikonoxxix dħul abbażi tal-kostijiet imġarrba li huma attribwibbli għal ineffiċjenzi sinifikanti fil-prestazzjoni tal-entità li ma kinux riflessi fil-prezz tal-kuntratt (pereżempju, il-kostijiet ta’ ammonti mhux mistennija ta’ materjal, xogħol jew riżorsi oħrajn moħlija li ġġarrbu biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta’ prestazzjoni).

(b) 

Meta kost imġarrab ma jkunx proporzjonat mal-progress tal-entità fl-issodisfar tal-obbligu ta’ prestazzjoni. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-aħjar wirja tal-prestazzjoni tal-entità tista’ tkun l-aġġustament tal-metodu ta’ input sabiex jirrikonoxxi d-dħul biss sal-limitu ta’ dak il-kost imġarrab. Pereżempju, wirja affidabbli tal-prestazzjoni tal-entità tista’ tkun ir-rikonoxximent tad-dħul f’ammont ugwali għall-kost ta’ oġġett użat għall-issodisfar ta’ obbligu ta’ prestazzjoni jekk fil-bidu nett tal-kuntratt l-entità tistenna li dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin se jkunu ssodisfati:

(i) 

l-oġġett ma jkunx distint;

(ii) 

il-konsumatur ikun mistenni li jikseb kontroll tal-oġġett b’mod sinifikanti qabel ma jirċievi servizzi relatati mal-oġġett;

(iii) 

il-kost tal-oġġett trasferit ikun sinifikanti meta mqabbel mal-kostijiet totali mistennija biex ikun issodisfat għalkollox l-obbligu ta’ prestazzjoni; u

(iv) 

l-entità takkwista l-oġġett minn parti terza u ma tkunx involuta b’mod sinifikanti fit-tfassil u fil-manifattura tal-oġġett (iżda l-entità qiegħda taġixxi bħala prinċipal f’konformità mal-paragrafi B34–B38).

Bejgħ bi dritt ta’ ritorn

B20 F’xi kuntratti, entità tittrasferixxi l-kontroll ta’ prodott lil konsumatur u tagħti wkoll lill-konsumatur id-dritt ta’ ritorn tal-prodott għal diversi raġunijiet (bħan-nuqqas ta’ sodisfazzjon bil-prodott) u li jirċievi kwalunkwe kombinament ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

rifużjoni sħiħa jew parzjali ta’ kwalunkwe korrispettiv imħallas;

(b) 

kreditu li jista’ jiġi applikat għall-ammonti dovuti, jew li se jkunu dovuti, lill-entità; u

(c) 

skambju ma’ prodott ieħor.

B21 Biex tikkontabbilizza t-trasferiment ta’ prodotti bi dritt ta’ ritorn (u għal ċerti servizzi li huma pprovduti soġġetti għal rifużjoni), entità għandha tirrikonoxxi dawn kollha li ġejjin:

(a) 

id-dħul għall-prodotti trasferiti fl-ammont ta’ korrispettiv li l-entità tistenna li tkun intitolata għalih (għaldaqstant, id-dħul ma jkunx rikonoxxut għall-prodotti mistennija li jiġu rritornati);

(b) 

obbligazzjoni ta’ rifużjoni; u

(c) 

assi (u l-aġġustament korrispondenti fil-kost tal-bejgħ) għad-dritt tagħha li tirkupra prodotti mingħand konsumaturi meta ssalda l-obbligazzjoni ta’ rifużjoni.

B22 Il-wegħda ta’ entità li tkun lesta li taċċetta prodott irritornat tul il-perjodu ta’ ritorn ma għandhiex tkun kontabbilizzata bħala obbligu ta’ prestazzjoni apparti l-obbligu li tipprovdi rifużjoni.

B23 Entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 47–72 (inklużi r-rekwiżiti għal stimi restrittivi ta’ korrispettiv varjabbli fil-paragrafi 56–58) sabiex tiddetermina l-ammont ta’ korrispettiv li l-entità tistenna li tkun intitolata għalih (jiġifieri esklużi l-prodotti mistennija li jkunu rritornati). Għal kwalunkwe ammont riċevut (jew riċevibbli) li l-entità ma tistenniex li tkun intitolata għalih, l-entità ma għandhiex tirrikonoxxi dħul meta tittrasferixxi prodotti lil konsumaturi iżda għandha tirrikonoxxi dawk l-ammonti riċevuti (jew riċevibbli) bħala obbligazzjoni ta’ rifużjoni. Sussegwentement, fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar, l-entità għandha taġġorna l-valutazzjoni tagħha tal-ammonti li tistenna li tkun intitolata għalihom bi skambju għall-prodotti ttrasferiti u tagħmel bidla korrispondenti fil-prezz tat-tranżazzjoni u, għaldaqstant, fl-ammont ta’ dħul rikonoxxut.

B24 Entità għandha taġġorna l-kejl tal-obbligazzjoni ta’ rifużjoni fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar għal bidliet fl-aspettattivi dwar l-ammont ta’ rifużjonijiet. Entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustamenti korrispondenti bħala dħul (jew tnaqqis fid-dħul).

B25 Assi rikonoxxut għad-dritt ta’ entità li tirkupra prodotti mingħand konsumatur meta ssalda obbligazzjoni ta’ rifużjoni għandu jitkejjel inizjalment b’referenza għall-ammont riportat preċedenti tal-prodott (pereżempju, inventarju) mingħajr ebda kost mistenni biex jiġu rkuprati dawk il-prodotti (inkluż tnaqqis potenzjali fil-valur għall-entità tal-prodotti rritornati). Fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar, entità għandha taġġorna l-kejl tal-assi li jirriżulta mill-bidliet fl-aspettattivi dwar il-prodotti li għandhom jiġu rritornati. Entità għandha tippreżenta l-assi b’mod separat mill-obbligazzjoni ta’ rifużjoni.

B26 Skambji mill-konsumaturi ta’ prodott għal ieħor tal-istess tip, kwalità, kundizzjoni u prezz (pereżempju, kulur jew daqs minflok ieħor) mhumiex ikkunsidrati bħala ritorni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard.

B27 Kuntratti li fihom konsumatur jista’ jirritorna prodott difettuż bi skambju għal prodott li jaħdem għandhom ikunu evalwati f’konformità mal-gwida dwar il-garanziji fil-paragrafi B28–B33.

Garanziji

B28 Huwa komuni li entità tipprovdi (f’konformità mal-kuntratt, il-liġi jew il-prattiki tan-negozju abitwali tal-entità) garanzija b’konnessjoni mal-bejgħ ta’ prodott (oġġett jew servizz). In-natura ta’ garanzija tista’ tvarja b’mod sinifikanti minn industrija għal oħra u minn kuntratt għal ieħor. Ċerti garanziji jipprovdu lil konsumatur b’assigurazzjoni li l-prodott relatat se jiffunzjona skont kif maħsub mill-partijiet peress li dan jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma. Garanziji oħrajn jipprovdu lill-konsumatur b’servizz minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma.

B29 Jekk konsumatur ikollu l-opzjoni li jixtri garanzija separata (pereżempju, peress li l-garanzija tkun ipprezzata jew innegozjata b’mod separat), il-garanzija tkun servizz separat peress li l-entità twiegħed li tipprovdi s-servizz lill-konsumatur minbarra l-prodott li għandu l-funzjonalità deskritta fil-kuntratt. F’dawk iċ-ċirkustanzi, entità għandha tikkontabbilizza l-garanzija mwiegħda bħala obbligu ta’ prestazzjoni f’konformità mal-paragrafi 22–30 u talloka porzjon tal-prezz tat-tranżazzjoni għal dak l-obbligu ta’ prestazzjoni f’konformità mal-paragrafi 73–86.

B30 Jekk konsumatur ma jkollux l-opzjoni li jixtri garanzija b’mod separat, entità għandha tikkontabbilizza l-garanzija f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti sakemm il-garanzija mwiegħda, jew parti mill-garanzija mwiegħda, ma tipprovdix servizz lill-konsumatur minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma.

B31 Fil-valutazzjoni ta’ jekk garanzija tipprovdix servizz lil konsumatur minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma, entità għandha tikkunsidra fatturi bħal:

(a) 

Jekk il-garanzija hijiex meħtieġa bil-liġi—jekk l-entità tkun meħtieġa bil-liġi li tipprovdi garanzija, l-eżistenza ta’ dik il-liġi tindika li l-garanzija mwiegħda ma tkunx obbligu ta’ prestazzjoni peress li tali rekwiżiti tipikament jeżistu sabiex jipproteġu lill-konsumaturi mir-riskju ta’ xiri ta’ prodotti difettużi.

(b) 

It-tul tal-perjodu ta’ kopertura tal-garanzija—aktar ma jkun twil il-perjodu ta’ kopertura, aktar huwa probabbli li l-garanzija mwiegħda tkun obbligu ta’ prestazzjoni peress li huwa aktar probabbli li wieħed jipprovdi servizz minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma.

(c) 

In-natura tal-kompiti li l-entità twiegħed li twettaq—jekk entità tkun meħtieġa li twettaq kompiti speċifikati sabiex tipprovdi l-assigurazzjoni li prodott jikkonforma ma’ speċifikazzjonijiet miftiehma (pereżempju, servizz ta’ trasport bil-baħar għar-ritorn ta’ prodott difettuż), allura dawk il-kompiti aktarx li ma joħolqux obbligu ta’ prestazzjoni.

B32 Jekk garanzija, jew parti minn garanzija, tipprovdi servizz lil konsumatur minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma, is-servizz imwiegħed ikun obbligu ta’ prestazzjoni. Għaldaqstant, entità għandha talloka l-prezz tat-tranżazzjoni lill-prodott u lis-servizz. Jekk entità twiegħed kemm garanzija tat-tip ta’ assigurazzjoni kif ukoll garanzija tat-tip ta’ servizz iżda ma tistax b’mod raġonevoli tikkontabbilizzahom b’mod separat, l-entità għandha tikkontabbilizza ż-żewġ garanziji flimkien bħala obbligu ta’ prestazzjoni wieħed.

B33 Liġi li tirrikjedi li entità tħallas kumpens jekk il-prodotti tagħha jikkawżaw ħsara jew dannu ma toħloqx obbligu ta’ prestazzjoni. Pereżempju, manifattur jista’ jbigħ prodotti f’ġuriżdizzjoni li fiha l-liġi żżomm lill-manifattur responsabbli għal kwalunkwe dannu (pereżempju, għal proprjetà personali) li jista’ jkun ikkawżat minn konsumatur li juża prodott għall-iskop maħsub tiegħu. Bl-istess mod, il-wegħda ta’ entità li tindennizza lill-konsumatur għar-responsabbiltajiet u d-danni li jirriżultaw minn pretensjonijiet ta’ ksur ta’ privattivi, drittijiet tal-awtur, trademarks jew ksur ieħor mill-prodotti tal-entità ma toħloqx obbligu ta’ prestazzjoni. L-entità għandha tikkontabbilizza tali obbligi f’konformità mal-IAS 37.

Korrispettivi prinċipali meta mqabbla ma’ korrispettivi tal-aġent

B34 Meta parti oħra tkun involuta fil-forniment ta’ oġġetti jew servizzi lil konsumatur, l-entità għandha tiddetermina jekk in-natura tal-wegħda tagħha tkunx obbligu ta’ prestazzjoni li tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi speċifikati hija stess (jiġifieri l-entità tkun prinċipal) jew li tirranġa biex il-parti l-oħra tipprovdi dawk l-oġġetti jew servizzi (jiġifieri l-entità tkun aġent). Entità tiddetermina jekk hijiex prinċipal jew aġent għal kull prodott jew servizz speċifikat imwiegħed lill-konsumatur. Oġġett jew servizz speċifikat huwa oġġett jew servizz distint (jew grupp ta’ oġġetti jew servizzi distinti) li għandu jiġi pprovdut lill-konsumatur (ara l-paragrafi 27–30). Jekk kuntratt ma’ konsumatur jinkludi aktar minn tip wieħed ta’ oġġett jew servizz speċifikat, entità tista’ tkun dik prinċipali għal xi oġġetti jew servizzi speċifikati u aġent għal oħrajn.

B34A Biex tiġi determinata n-natura tal-wegħda tagħha (kif deskritt fil-paragrafu B34), l-entità għandha:

(a) 

tidentifika l-oġġetti jew is-servizzi speċifikati li għandhom jiġu pprovduti lill-konsumatur (li, pereżempju, jista’ jkun dritt għal oġġett jew servizz li għandu jiġi pprovdut minn parti oħra (ara l-paragrafu 26)); u

(b) 

tivvaluta jekk tikkontrollax (kif deskritt fil-paragrafu 33) kull oġġett jew servizz speċifikat qabel ma dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-konsumatur.

B35 Entità tkun prinċipali jekk tikkontrolla l-oġġett jew servizz speċifikat qabel ma dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lil konsumatur. Madankollu, entità mhux neċessarjament tikkontrolla oġġett speċifikat jekk l-entità tikseb titolu legali għal dan l-oġġett temporanjament biss qabel ma t-titolu legali jiġi trasferit lil konsumatur. Entità li tkun prinċipali tista’ tissodisfa l-obbligu ta’ prestazzjoni tagħha biex tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat hija nnifisha jew tista’ tqabbad parti oħra (pereżempju, sottokuntrattur) sabiex tissodisfa parti mill-obbligu ta’ prestazzjoni jew l-obbligu kollu f’isimha.

B35A Meta parti oħra tkun involuta fil-forniment ta’ oġġetti jew servizzi lil konsumatur, entità li tkun prinċipal tikseb kontroll ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

oġġett jew assi ieħor mill-parti l-oħra li hija mbagħad tittrasferixxi lill-konsumatur.

(b) 

dritt għal servizz li għandu jitwettaq mill-parti l-oħra, li jagħti lill-entità l-kapaċità li tidderieġi lil dik il-parti biex tipprovdi servizz lill-konsumatur f’isem l-entità.

(c) 

oġġett jew servizz mill-parti l-oħra li hija mbagħad tikkombina flimkien ma’ oġġetti jew servizzi oħrajn li jipprovdu l-oġġett jew is-servizz speċifikat lill-konsumatur. Pereżempju, jekk entità tipprovdi servizz sinifikanti ta’ integrazzjoni ta’ oġġetti jew servizzi (ara l-paragrafu 29(a)) ipprovduti minn parti oħra fl-oġġett jew servizz speċifikat li l-konsumatur ikun ikkuntratta għalih, l-entità tikkontrolla l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma dan il-prodott jew servizz jiġi trasferit lill-konsumatur. Dan għaliex l-entità l-ewwel tikseb kontroll tal-inputs għall-oġġett jew servizz speċifikat (li jinkludi oġġetti jew servizzi minn partijiet oħra) u tidderieġi l-użu tagħhom biex toħloq l-output ikkombinat li huwa l-oġġett jew is-servizz speċifikat.

B35B Meta (jew waqt li) entità li tkun prinċipal tissodisfa obbligu ta’ prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi dħul fl-ammont gross tal-korrispettiv li tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għall-oġġetti jew servizzi trasferiti speċifikati.

B36 Entità tkun aġent jekk l-obbligu ta’ prestazzjoni tal-entità jkun li tirranġa għall-forniment tal-oġġett jew servizz speċifikat minn parti oħra. Entità li tkun aġent ma tikkontrollax l-oġġett jew servizz speċifikat minn parti oħra qabel ma dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-konsumatur. Meta (jew waqt li) entità li tkun aġent tissodisfa obbligu ta’ prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont ta’ kwalunkwe tariffa jew kummissjoni li hija tistenna li tkun intitolata għaliha bi skambju għall-arranġament biex il-parti l-oħra tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi. It-tariffa jew il-kummissjoni ta’ entità tista’ tkun l-ammont nett ta’ korrispettiv li l-entità żżomm wara li tkun ħallset lill-parti l-oħra l-korrispettiv riċevut bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi li għandhom ikunu pprovduti minn dik il-parti.

B37 Indikaturi li entità tikkontrolla l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma jiġi trasferit lill-konsumatur (u għaldaqstant hija prinċipal (ara l-paragrafu B35)) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

l-entità tkun primarjament responsabbli biex twettaq il-wegħda li tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat. Tipikament, dan jinkludi r-responsabbiltà għall-aċċettabbiltà tal-oġġett jew is-servizz speċifikat (pereżempju, ir-responsabbiltà primarja li l-oġġett jew is-servizz jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur). Jekk l-entità tkun primarjament responsabbli biex twettaq il-wegħda li tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat, dan jista’ jindika li l-parti l-oħra involuta fil-forniment tal-oġġett jew is-servizz speċifikat tkun qed taġixxi f’isem l-entità.

(b) 

l-entità jkollha riskju tal-inventarju qabel ma l-oġġett jew is-servizz speċifikat jiġi trasferit lil konsumatur jew wara trasferiment tal-kontroll lill-konsumatur (pereżempju, jekk il-konsumatur ikollu dritt ta’ ritorn). Pereżempju, jekk l-entità tikseb, jew timpenja ruħha li tikseb, l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma tikseb kuntratt ma’ konsumatur, dan jista’ jindika li l-entità jkollha l-ħila li tidderieġi l-użu tal-oġġett jew is-servizz qabel ma jiġi trasferit lill-konsumatur, u li tikseb b’mod sostanzjali l-benefiċċji kollha li jifdal minnu.

(c) 

l-entità jkollha setgħa diskrezzjonali fil-mod kif jiġi stabbilit il-prezz għall-oġġett jew is-servizz speċifikat. L-istabbiliment tal-prezz li l-konsumatur iħallas għall-oġġett jew is-servizz speċifikat jista’ jindika li l-entità jkollha l-ħila li tidderieġi l-użu ta’ dak l-oġġett jew servizz u tikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jkun fadal. Madankollu, aġent jista’ jkollu setgħa diskrezzjonali fl-istabbiliment tal-prezzijiet f’xi każijiet. Pereżempju, aġent jista’ jkollu ftit flessibbiltà fl-istabbiliment tal-prezzijiet sabiex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali mis-servizz tiegħu li jikkordina biex l-oġġetti jew is-servizzi jiġu pprovduti minn partijiet oħra lill-konsumaturi.

B37A L-indikaturi fil-paragrafu B37 jistgħu jkunu xi ftit jew wisq rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontroll skont in-natura tal-oġġett jew is-servizz speċifikat u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Barra minn hekk, indikaturi differenti jistgħu jipprovdu aktar evidenza konvinċenti f’kuntratti differenti.

B38 Jekk entità oħra tassumi l-obbligi ta’ prestazzjoni u d-drittijiet kuntrattwali fil-kuntratt tal-entità b’mod li l-entità ma tibqax obbligata li tissodisfa l-obbligu ta’ prestazzjoni li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz speċifikat lill-konsumatur (jiġifieri l-entità ma tibqax taġixxi bħala prinċipal), l-entità ma għandhiex tirrikonoxxi dħul għal dak l-obbligu ta’ prestazzjoni. Minflok, l-entità għandha tevalwa jekk tirrikonoxxix dħul għall-issodisfar ta’ obbligu ta’ prestazzjoni sabiex tikseb kuntratt għall-parti l-oħra (jiġifieri jekk l-entità hijiex taġixxi bħala aġent).

Opzjonijiet tal-konsumatur għal oġġetti jew servizzi addizzjonali

B39 L-opzjonijiet tal-konsumaturi li jakkwistaw oġġetti jew servizzi addizzjonali bla ħlas jew bi skont jiġu f’diversi forom, fosthom inċentivi ta’ bejgħ, krediti (jew punti) ta’ premju lill-konsumatur, opzjonijiet ta’ tiġdid tal-kuntratt jew skontijiet oħrajn fuq oġġetti jew servizzi futuri.

B40 Jekk, f’kuntratt, entità tagħti lil konsumatur l-opzjoni li jakkwista oġġetti jew servizzi addizzjonali, dik l-opzjoni toħloq obbligu ta’ prestazzjoni fil-kuntratt biss jekk l-opzjoni tagħti dritt materjali lill-konsumatur li ma kienx jirċievi mingħajr ma jidħol f’dak il-kuntratt (pereżempju, skont li huwa inkrementali għall-firxa ta’ skontijiet tipikament mogħtija għal dawk l-oġġetti jew servizzi lil dik il-klassi ta’ konsumaturi f’dik iż-żona ġeografika jew suq). Jekk l-opzjoni tagħti dritt materjali lill-konsumatur, il-konsumatur fil-fatt iħallas lill-entità bil-quddiem għal oġġetti jew servizzi futuri u l-entità tirrikonoxxi dħul meta dawk l-oġġetti jew servizzi futuri jiġu trasferiti jew meta l-opzjoni tiskadi.

B41 Jekk konsumatur ikollu l-opzjoni li jakkwista oġġett jew servizz addizzjonali bi prezz li jirrifletti l-prezz tal-bejgħ awtonomu għal dak l-oġġett jew servizz, dik l-opzjoni ma tagħtix lill-konsumatur dritt materjali anki jekk l-opzjoni tista’ tiġi eżerċitata biss bid-dħul f’kuntratt preċedenti. F’dawk il-każijiet, l-entità għamlet offerta kummerċjali li għandha tikkontabbilizza f’konformità ma’ dan l-Istandard biss meta l-konsumatur jeżerċita l-opzjoni li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi addizzjonali.

B42 Il-paragrafu 74 jeħtieġ li entità talloka l-prezz tat-tranżazzjoni lill-obbligi ta’ prestazzjoni fuq bażi relattiva ta’ prezz tal-bejgħ awtonomu. Jekk il-prezz tal-bejgħ awtonomu għal opzjoni tal-konsumatur li jakkwista oġġetti jew servizzi addizzjonali ma jkunx direttament osservabbli, entità għandha tistmah. Dik l-istima għandha tirrifletti l-iskont li l-konsumatur jikseb meta jeżerċita l-opzjoni, aġġustata għal dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe skont li l-konsumatur jista’ jirċievi mingħajr ma jeżerċita l-opzjoni; u

(b) 

il-probabbiltà li l-opzjoni se tiġi eżerċitata.

B43 Jekk konsumatur ikollu dritt materjali li jakkwista oġġetti jew servizzi futuri u dawk l-oġġetti jew servizzi jkunu simili għall-oġġetti jew is-servizzi oriġinali fil-kuntratt u jiġu pprovduti f’konformità mat-termini tal-kuntratt oriġinali, allura entità tista’, bħala alternattiva prattika għall-istima tal-prezz tal-bejgħ awtonomu tal-opzjoni, talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għall-oġġetti jew is-servizzi fakultattivi b’referenza għall-oġġetti jew is-servizzi mistennija li jingħataw u l-korrispettiv mistenni korrispondenti. Tipikament, dawk it-tipi ta’ opzjonijiet jingħataw għat-tiġdid tal-kuntratti.

Drittijiet mhux eżerċitati tal-konsumaturi

B44 F’konformità mal-paragrafu 106, malli tirċievi prepagament mingħand konsumatur, entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni kuntrattwali fl-ammont tal-prepagament għall-obbligu ta’ prestazzjoni tagħha li tittrasferixxi, jew li tkun lesta tittrasferixxi, oġġetti jew servizzi fil-futur. Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ dik l-obbligazzjoni kuntrattwali (u tirrikonoxxi dħul) meta tittrasferixxi dawk l-oġġetti jew is-servizzi u, għaldaqstant, tissodisfa l-obbligu ta’ prestazzjoni tagħha.

B45 Il-prepagament mhux rimborsabbli ta’ konsumatur lil entità jagħti lill-konsumatur dritt li jirċievi oġġett jew servizz fil-futur (u jobbliga lill-entità li tkun lesta biex tittrasferixxi oġġett jew servizz). Madankollu, il-konsumaturi jistgħu ma jeżerċitawx id-drittijiet kuntrattwali kollha tagħhom. Dawk id-drittijiet mhux eżerċitati spiss jissejħu ksur.

B46 Jekk entità tistenna li tkun intitolata għal ammont ta’ ksur f’obbligazzjoni kuntrattwali, l-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont ta’ ksur mistenni bħala dħul bi proporzjon mat-tendenza tad-drittijiet eżerċitati mill-konsumatur. Jekk entità ma tistenniex li tkun intitolata għal ammont ta’ ksur, l-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont ta’ ksur mistenni bħala dħul meta l-probabbiltà li l-konsumatur jeżerċita l-bqija tad-drittijiet tiegħu ssir remota. Biex tiddetermina jekk entità tistenniex li tkun intitolata għal ammont ta’ ksur, l-entità għandha tikkunsidra r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–58 dwar l-istimi restrittivi ta’ korrispettiv varjabbli.

B47 Entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni (u mhux dħul) għal kwalunkwe korrispettiv riċevut li huwa attribwibbli għad-drittijiet mhux eżerċitati ta’ konsumatur li entità hija meħtieġa tagħti lil parti oħra, pereżempju, entità governattiva f’konformità mal-liġijiet applikabbli dwar il-proprjetà li dwarha ma saritx talba.

Tariffi bil-quddiem mhux rimborsabbli (u xi kostijiet relatati)

B48 F’ċerti kuntratti, entità timponi tariffa bil-quddiem mhux rimborsabbli lil konsumatur mal-bidu jew viċin il-bidu tal-kuntratt. Eżempji jinkludu miżati għas-sħubija f’kuntratti ta’ sħubija fi klabbs tas-saħħa, tariffi ta’ attivazzjoni fil-kuntratti tat-telekomunikazzjoni, miżati ta’ installazzjoni f’ċerti kuntratti ta’ servizzi u tariffi inizjali f’ċerti kuntratti ta’ provvista.

B49 Biex tidentifika obbligi ta’ prestazzjoni f’kuntratti bħal dawn, entità għandha tivvaluta jekk it-tariffa hijiex relatata mat-trasferiment ta’ oġġetti jew servizz imwiegħed. F’bosta każijiet, anki jekk tariffa bil-quddiem mhux rimborsabbli tkun relatata ma’ attività li l-entità tkun meħtieġa twettaq fil-bidu jew viċin il-bidu tal-kuntratt sabiex tissodisfa l-kuntratt, dik l-attività ma tirriżultax fit-trasferiment ta’ oġġett jew servizz imwiegħed lill-konsumatur (ara l-paragrafu 25). Minflok, it-tariffa bil-quddiem tkun pagament antiċipat għal oġġetti jew servizzi futuri u, għaldaqstant, tkun rikonoxxuta bħala dħul meta jingħataw dawk l-oġġetti jew servizzi futuri. Il-perjodu ta’ rikonoxximent tad-dħul jestendi lil hinn mill-perjodu kuntrattwali inizjali jekk l-entità tagħti lill-konsumatur l-opzjoni li jġedded il-kuntratt u dik l-opzjoni tagħti lill-konsumatur dritt materjali kif deskritt fil-paragrafu B40.

B50 Jekk it-tariffa bil-quddiem mhux rimborsabbli tkun relatata ma’ oġġett jew servizz, l-entità għandha tevalwa jekk tikkontabbilizzax l-oġġett jew is-servizz bħala obbligu ta’ prestazzjoni separat f’konformità mal-paragrafi 22–30.

B51 Entità tista’ timponi parti minn tariffa mhux rimborsabbli bħala kumpens għall-kostijiet imġarrba fl-istabbiliment ta’ kuntratt (jew kompiti amministrattivi oħrajn kif deskritti fil-paragrafu 25). Jekk dawk l-attivitajiet ta’ stabbiliment ma jissodisfawx obbligu ta’ prestazzjoni, l-entità għandha tinjora dawk l-attivitajiet (u l-kostijiet relatati) meta tkejjel il-progress f’konformità mal-paragrafu B19. Dan għaliex il-kostijiet ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment ma jurux it-trasferiment tas-servizzi lill-konsumatur. L-entità għandha tivvaluta jekk il-kostijiet imġarrba fl-istabbiliment ta’ kuntratt irriżultawx f’assi li għandu jiġi rikonoxxut f’konformità mal-paragrafu 95.

Ħruġ ta’ liċenzji

B52 Liċenzja tistabbilixxi d-drittijiet ta’ konsumatur għall-proprjetà intellettwali ta’ entità. Il-liċenzji ta’ proprjetà intellettwali jistgħu jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, liċenzji ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

software u teknoloġija;

(b) 

films, mużika u forom oħrajn ta’ midja u divertiment;

(c) 

franchises; u

(d) 

privattivi, trademarks u drittijiet tal-awtur.

B53 Minbarra l-wegħda li tagħti liċenzja (jew liċenzji) lil konsumatur, entità tista’ twiegħed ukoll li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi oħrajn lill-konsumatur. Dawk il-wegħdiet jistgħu jkunu ddikjarati b’mod espliċitu fil-kuntratt jew implikati mill-prattiki tan-negozju abitwali, mill-politiki ppubblikati jew mid-dikjarazzjonijiet speċifiċi ta’ entità (ara l-paragrafu 24). Bħal fil-każ ta’ tipi oħrajn ta’ kuntratti, meta kuntratt ma’ konsumatur jinkludi wegħda li tingħata liċenzja (jew liċenzji) minbarra oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn, entità għandha tapplika l-paragrafi 22–30 sabiex tidentifika kull obbligu ta’ prestazzjoni fil-kuntratt.

B54 Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja ma tkunx distinta minn oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn fil-kuntratt f’konformità mal-paragrafi 26–30, entità għandha tikkontabbilizza l-wegħda li tagħti liċenzja u dawk l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda l-oħrajn flimkien bħala obbligu ta’ prestazzjoni wieħed. Eżempji ta’ liċenzji li mhumiex distinti minn oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

liċenzja li tifforma komponent ta’ oġġett tanġibbli u li tkun integrali għall-funzjonalità tal-oġġett; u

(b) 

liċenzja li l-konsumatur jista’ jibbenefika minnha biss flimkien ma’ servizz relatat (bħal servizz online ipprovdut mill-entità li jippermetti, bl-għoti ta’ liċenzja, li l-konsumatur jaċċessa kontenut).

B55 Jekk il-liċenzja ma tkunx distinta, entità għandha tapplika l-paragrafi 31–38 sabiex tiddetermina jekk l-obbligu ta’ prestazzjoni (li jinkludi l-liċenzja mwiegħda) huwiex obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien jew issodisfat f’punt speċifiku taż-żmien.

B56 Jekk il-wegħda li tingħata l-liċenzja tkun separata mill-oġġetti jew is-servizzi l-oħrajn imwiegħda fil-kuntratt u, għaldaqstant, il-wegħda li tingħata l-liċenzja tkun obbligu ta’ prestazzjoni separat, entità għandha tiddetermina jekk il-liċenzja tiġix trasferita lil konsumatur f’punt partikulari taż-żmien jew maż-żmien. Meta tkun qiegħda tiddetermina dan, entità għandha tqis jekk in-natura tal-wegħda tal-entità tal-għoti tal-liċenzja lil konsumatur hijiex li tagħti lill-konsumatur:

(a) 

dritt għal aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità kif teżisti matul il-perjodu kollu tal-liċenzja; jew

(b) 

dritt għal użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità kif teżisti fil-punt taż-żmien li fih tingħata l-liċenzja.

Determinazzjoni tan-natura tal-wegħda tal-entità

B57 [Imħassar]

B58 In-natura tal-wegħda ta’ entità fl-għoti ta’ liċenzja hija wegħda li tipprovdi dritt għal aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jekk dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

il-kuntratt jeħtieġ, jew il-konsumatur raġonevolment jistenna, li l-entità twettaq attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali li l-konsumatur ikollu dritt għaliha (ara l-paragrafi B59 u B59A);

(b) 

id-drittijiet mogħtija mil-liċenzja jesponu direttament lill-konsumatur għal kwalunkwe effett pożittiv jew negattiv tal-attivitajiet tal-entità identifikati fil-paragrafu B58(a); u

(c) 

dawk l-attivitajiet ma jirriżultawx fit-trasferiment ta’ oġġett jew servizz lill-konsumatur waqt li jkunu qegħdin iseħħu dawk l-attivitajiet (ara l-paragrafu 25).

B59 Fatturi li jistgħu jindikaw li konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li entità se twettaq attivitajiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali jinkludu l-prattiki tan-negozju abitwali, il-politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi tal-entità. Għalkemm mhijiex determinanti, l-eżistenza ta’ interess ekonomiku kondiviż (pereżempju, royalty ibbażata fuq il-bejgħ) bejn l-entità u l-konsumatur relatat mal-proprjetà intellettwali li l-konsumatur ikollu dritt għaliha tista’ tindika wkoll li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li l-entità twettaq dawn l-attivitajiet.

B59A L-attivitajiet ta’ entità jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali li l-konsumatur ikollu drittijiet għaliha meta:

(a) 

dawk l-attivitajiet ikunu mistennija jibdlu b’mod sinifikanti l-forma (pereżempju, id-disinn jew il-kontenut) jew il-funzjonalità (pereżempju, il-kapaċità li jaqdu funzjoni jew kompitu) tal-proprjetà intellettwali; jew

(b) 

il-kapaċità li l-konsumatur jikseb benefiċċju mill-proprjetà intellettwali tkun sostanzjalment derivata minn dawk l-attivitajiet, jew dipendenti fuqhom. Pereżempju, il-benefiċċju minn marka kummerċjali ta’ spiss ikun derivat mill-attivitajiet attwali tal-entità, jew dipendenti fuqhom, li jsostnu jew iżommu l-valur tal-proprjetà intellettwali.

Għaldaqstant, jekk il-proprjetà intellettwali li l-konsumatur ikollu drittijiet għaliha jkollha funzjonalità awtonoma sinifikanti, porzjon sostanzjali tal-benefiċċju ta’ dik il-proprjetà intellettwali jkun derivat minn din il-funzjonalità. Konsegwentement, il-kapaċità tal-konsumatur li jikseb benefiċċju minn dik il-proprjetà intellettwali ma tkunx affettwata b’mod sinifikanti mill-attivitajiet tal-entità sakemm dawn l-attivitajiet ma jibdlux b’mod sinifikanti l-forma jew il-funzjonalità tagħha. Tipi ta’ proprjetà intellettwali li spiss ikollhom funzjonalità awtonoma sinifikanti jinkludu software, komposti bijoloġiċi jew formoli tad-droga, u kontenut tal-midja komplut (pereżempju, films, programmi televiżivi u reġistrazzjonijiet mużikali).

B60 Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ikunu ssodisfati, entità għandha tikkontabbilizza l-wegħda li tagħti liċenzja bħala obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat maż-żmien peress li l-konsumatur jirċievi u jikkonsma fl-istess ħin il-benefiċċju mill-prestazzjoni tal-entità li tipprovdi aċċess għall-proprjetà intellettwali tagħha waqt li sseħħ il-prestazzjoni (ara l-paragrafu 35(a)). Entità għandha tapplika l-paragrafi 39–45 sabiex tagħżel metodu xieraq biex tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta’ dak l-obbligu ta’ prestazzjoni li tipprovdi aċċess.

B61 Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ma jkunux issodisfati, in-natura tal-wegħda ta’ entità hija li tipprovdi dritt li wieħed juża l-proprjetà intellettwali tal-entità waqt li dik il-proprjetà intellettwali tkun teżisti (f’termini ta’ forma u funzjonalità) fil-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata lill-konsumatur. Dan ifisser li l-konsumatur jista’ jidderieġi l-użu tal-liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fiha tiġi trasferita l-liċenzja. Entità għandha tikkontabbilizza l-wegħda li tagħti dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità bħala obbligu ta’ prestazzjoni ssodisfat f’punt taż-żmien. Entità għandha tapplika l-paragrafu 38 sabiex tiddetermina l-punt fiż-żmien li fih il-liċenzja tiġi trasferita lill-konsumatur. Madankollu, ma jistax jiġi rikonoxxut dħul għal liċenzja li tagħti dritt li tintuża l-proprjetà intellettwali tal-entità qabel il-bidu tal-perjodu li fih il-konsumatur jista’ juża u jibbenefika mil-liċenzja. Pereżempju, jekk perjodu ta’ liċenzja ta’ software jibda qabel entità tipprovdi (jew tagħmel disponibbli mod ieħor) kodiċi lill-konsumatur li jippermetti li l-konsumatur juża s-software minnufih, l-entità ma tirrikonoxxix dħul qabel ma jkun ingħata (jew magħmul disponibbli mod ieħor) dak il-kodiċi.

B62 Entità għandha tinjora l-fatturi li ġejjin meta tiddetermina jekk liċenzja tagħtix dritt għal aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jew dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità:

(a) 

Restrizzjonijiet ta’ żmien, reġjun jew użu ġeografiku — dawk ir-restrizzjonijiet jiddefinixxu l-attributi tal-liċenzja mwiegħda, minflok jiddefinixxu jekk l-entità tissodisfax l-obbligu ta’ prestazzjoni tagħha f’punt taż-żmien jew maż-żmien.

(b) 

Garanziji pprovduti mill-entità li hija għandha privattiva valida għall-proprjetà intellettwali u li se tħares dik il-privattiva minn użu mhux awtorizzat—wegħda ta’ ħarsien ta’ dritt ta’ privattiva mhijiex obbligu ta’ prestazzjoni peress li l-azzjoni ta’ ħarsien ta’ privattiva tipproteġi l-valur tal-assi ta’ proprjetà intellettwali tal-entità u tagħti assigurazzjoni lill-konsumatur li l-liċenzja trasferita tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-liċenzja mwiegħda fil-kuntratt.

Royalties ibbażati fuq il-bejgħ jew ibbażati fuq l-użu

B63 Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–59, entità għandha tirrikonoxxi dħul għal royalty ibbażata fuq il-bejgħ jew ibbażata fuq l-użu mwiegħda bi skambju għal liċenzja ta’ proprjetà intellettwali biss meta (jew waqt li) iseħħ l-aħħar wieħed minn dawn l-eventi li ġejjin:

(a) 

il-bejgħ jew l-użu sussegwenti; u

(b) 

l-obbligu ta’ prestazzjoni li r-royalty ibbażata fuq il-bejgħ jew ibbażata fuq l-użu kollha jew parti minnha tkun ġiet allokata għaliha, ikun ġie ssodisfat (jew parzjalment issodisfat).

B63A Ir-rekwiżit għal royalty ibbażata fuq il-bejgħ jew ibbażata fuq l-użu fil-paragrafu B63 japplika meta r-royalty tirrigwarda biss liċenzja ta’ proprjetà intellettwali jew meta liċenzja tal-proprjetà intellettwali tkun l-entrata predominanti li għaliha tirrigwarda r-royalty (pereżempju, il-liċenzja ta’ proprjetà intellettwali tista’ tkun l-entrata predominanti li għaliha tirrigwarda r-royalty meta l-entità jkollha aspettattiva raġonevoli li l-konsumatur jattribwixxi b’mod sinifikanti aktar valur għal-liċenzja milli għall-oġġetti jew is-servizzi l-oħra li għalihom jirrigwarda r-royalty).

B63B Meta r-rekwiżit fil-paragrafu B63A ikun issodisfat, dħul minn royalty bbażata fuq il-bejgħ jew ibbażata fuq l-użu għandu jiġi rikonoxxut b’mod totali f’konformità mal-paragrafu B63. Meta r-rekwiżit fil-paragrafu B63A ma jkunx issodisfat, ir-rekwiżiti dwar korrispettiv varjabbli fil-paragrafi 50–59 japplikaw għar-royalty ibbażata fuq il-bejgħ jew ibbażata fuq l-użu.

Ftehimiet ta’ riakkwist

B64 Ftehim ta’ riakkwist huwa kuntratt li fih entità tbigħ assi u twiegħed ukoll jew ikollha l-opzjoni (fl-istess kuntratt jew f’kuntratt ieħor) li tirriakkwista l-assi. L-assi riakkwistat jista’ jkun l-assi li oriġinarjament inbiegħ lill-konsumatur, assi li jkun sostanzjalment l-istess bħal dak l-assi, jew assi ieħor li l-assi li nbiegħ oriġinarjament huwa komponent tiegħu.

B65 Il-ftehimiet ta’ riakkwist ġeneralment jiġu fi tliet forom:

(a) 

l-obbligu ta’ entità li tirriakkwista l-assi (opzjoni forward);

(b) 

id-dritt ta’ entità li tirriakkwista l-assi (opzjoni call); u

(c) 

l-obbligu ta’ entità li tirriakkwista l-assi fuq talba tal-konsumatur (opzjoni put).

Opzjoni forward jew call

B66 Jekk entità jkollha obbligu jew dritt li tirriakkwista l-assi (opzjoni forward jew call), konsumatur ma jiksibx il-kontroll tal-assi għaliex il-konsumatur ikun limitat fil-kapaċità tiegħu li jidderieġi l-użu tal-assi, u jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jkun fadal minnu, anki jekk il-konsumatur jista’ jkollu pussess fiżiku tal-assi. Konsegwentement, l-entità għandha tagħti tikkontabbilizza l-kuntratt bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

lokazzjoni f’konformità mal-IFRS 16 Lokazzjonijiet jekk l-entità tista’ jew trid tirriakkwista l-assi għal ammont li jkun inqas mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, sakemm il-kuntratt ma jkunx parti minn tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura. Jekk il-kuntratt ikun parti minn tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura, l-entità għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi u għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għal kwalunkwe korrispettiv riċevut mill-konsumatur. L-entità għandha tikkontabbilizza l-obbligazzjoni finanzjarja f’konformità mal-IFRS 9; jew

(b) 

arranġament ta’ finanzjament f’konformità mal-paragrafu B68 jekk l-entità tista’ jew trid tirriakkwista l-assi għal ammont li jkun ugwali għall-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi jew ogħla.

B67 Meta tqabbel il-prezz tar-riakkwist mal-prezz tal-bejgħ, entità għandha tikkunsidra l-valur taż-żmien tal-flus.

B68 Jekk il-ftehim ta’ riakkwist ikun arranġament ta’ finanzjament, l-entità għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi u tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni finanzjarja għal kwalunkwe korrispettiv riċevut mingħand il-konsumatur. L-entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn l-ammont ta’ korrispettiv riċevut mingħand il-konsumatur u l-ammont ta’ korrispettiv li għandu jitħallas lill-konsumatur bħala mgħax u, jekk applikabbli, bħala kostijiet tal-ipproċessar jew taż-żamma (pereżempju, assigurazzjoni).

B69 Jekk l-opzjoni tiskadi mingħajr ma tiġi eżerċitata, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni u tirrikonoxxi dħul.

Opzjoni put

B70 Jekk entità jkollha obbligu li tirriakkwista l-assi fuq it-talba tal-konsumatur (opzjoni put) bi prezz li jkun orħos mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, l-entità għandha tikkunsidra sa mill-bidu tal-kuntratt jekk il-konsumatur ikollux inċentiv ekonomiku sinifikanti li jeżerċita dan id-dritt. Li l-konsumatur jeżerċita dan id-dritt jirriżulta fil-konsumatur li effettivament iħallas il-korrispettiv tal-entità għad-dritt li juża assi speċifiku għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, jekk il-konsumatur ikollu inċentiv ekonomiku sinifikanti li jeżerċita dan id-dritt, l-entità għandha tikkontabbilizza l-ftehim bħala lokazzjoni f’konformità mal-IFRS 16, sakemm il-kuntratt ma jkunx parti minn tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura. Jekk il-kuntratt ikun parti minn tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura, l-entità għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi u għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għal kwalunkwe korrispettiv riċevut mill-konsumatur. L-entità għandha tikkontabbilizza l-obbligazzjoni finanzjarja f’konformità mal-IFRS 9.

B71 Biex tiddetermina jekk konsumatur għandux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu, entità għandha tikkunsidra diversi fatturi, inkluża r-relazzjoni tal-prezz tar-riakkwist mal-valur tas-suq mistenni tal-assi fid-data tar-riakkwist u l-ammont ta’ żmien sakemm jiskadi d-dritt. Pereżempju, jekk il-prezz tar-riakkwist ikun mistenni jaqbeż b’mod sinifikanti l-valur tas-suq tal-assi, dan jista’ jindika li l-konsumatur għandu inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita l-opzjoni put.

B72 Jekk il-konsumatur ma jkollux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu fi prezz li jkun aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, l-entità għandha tikkontabbilizza l-ftehim bħallikieku kien il-bejgħ ta’ prodott bi dritt ta’ ritorn kif deskritt fil-paragrafi B20–B27.

B73 Jekk il-prezz tar-riakkwist tal-assi jkun daqs il-prezz tal-bejgħ oriġinali jew ogħla minnu u jkun ogħla mill-valur tas-suq mistenni tal-assi, il-kuntratt ikun effettivament arranġament ta’ finanzjament u, għaldaqstant, għandu jiġi kontabbilizzat kif deskritt fil-paragrafu B68.

B74 Jekk il-prezz tar-riakkwist tal-assi jkun daqs il-prezz tal-bejgħ oriġinali jew ogħla minnu u jkun anqas mill-valur tas-suq mistenni tal-assi jew daqsu, u l-konsumatur ma jkollux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu, allura l-entità għandha tikkontabbilizza l-ftehim bħallikieku kien il-bejgħ ta’ prodott bid-dritt ta’ ritorn kif deskritt fil-paragrafi B20–B27.

B75 Meta tqabbel il-prezz tar-riakkwist mal-prezz tal-bejgħ, entità għandha tikkunsidra l-valur taż-żmien tal-flus.

B76 Jekk l-opzjoni tiskadi u ma tkunx ġiet eżerċitata, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni u tirrikonoxxi dħul.

Arranġamenti ta’ kunsinna

B77 Meta entità twassal prodott lil parti oħra (bħal negozjant jew distributur) għall-bejgħ lill-konsumaturi aħħarin, l-entità għandha tevalwa jekk il-parti l-oħra kisbitx il-kontroll tal-prodott f’dak il-punt taż-żmien. Prodott li jkun twassal lil parti oħra jista’ jinżamm f’arranġament ta’ kunsinna jekk dik il-parti l-oħra ma tkunx kisbet kontroll tal-prodott. Għaldaqstant, entità ma għandhiex tirrikonoxxi dħul mat-twassil ta’ prodott lil parti oħra jekk il-prodott imwassal jinżamm mal-kunsinna.

B78 L-indikaturi li arranġament ikun arranġament ta’ kunsinna jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

il-prodott ikun ikkontrollat mill-entità sakemm iseħħ event speċifikat, bħall-bejgħ tal-prodott lil konsumatur tan-negozjant jew sakemm jiskadi perjodu speċifikat;

(b) 

l-entità tkun tista’ titlob ir-ritorn tal-prodott jew tittrasferixxi l-prodott lil parti terza (bħal negozjant ieħor); u

(c) 

in-negozjant ma jkollux obbligu mhux kondizzjonali li jħallas għall-prodott (għalkemm jista’ jkun meħtieġ iħallas xi depożitu).

Arranġamenti ta’ bejgħ b’konsenja differita

B79 Arranġament ta’ bejgħ b’konsenja differita huwa kuntratt li taħtu entità tiffattura konsumatur għal prodott iżda l-entità tibqa’ fil-pussess fiżiku tal-prodott sakemm dan jiġi trasferit lill-konsumatur f’punt taż-żmien fil-futur. Pereżempju, konsumatur jista’ jitlob li entità tidħol f’kuntratt bħal dan minħabba n-nuqqas ta’ spazju disponibbli li għandu l-konsumatur għall-prodott jew minħabba dewmien fl-iskedi ta’ produzzjoni tal-konsumatur.

B80 Entità għandha tiddetermina meta tkun issodisfat l-obbligu ta’ prestazzjoni tagħha li tittrasferixxi prodott billi tevalwa meta konsumatur jikseb il-kontroll ta’ dak il-prodott (ara l-paragrafu 38). Fil-każ ta’ ċerti kuntratti, il-kontroll ikun trasferit meta l-prodott jasal għand il-konsumatur jew meta l-prodott jiġi trasportat, skont it-termini tal-kuntratt (inklużi t-termini ta’ kunsinna u ta’ trasport bil-baħar). Madankollu, fil-każ ta’ ċerti kuntratti, konsumatur jista’ jikseb il-kontroll ta’ prodott anki jekk dak il-prodott jibqa’ fil-pussess fiżiku ta’ entità. F’dak il-każ, il-konsumatur jista’ jidderieġi l-użu tal-prodott, u jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jifdal minnu, anki jekk jiddeċiedi li ma jeżerċitax id-dritt tiegħu li jieħu pussess fiżiku ta’ dak il-prodott. Konsegwentement, l-entità ma tikkontrollax il-prodott. Minflok, l-entità tipprovdi servizzi ta’ kustodja lill-konsumatur tal-assi tal-konsumatur.

B81 Minbarra li jridu jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 38, biex konsumatur jikseb kontroll ta’ prodott f’arranġament ta’ bejgħ b’konsenja differita, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ir-raġuni għall-arranġament ta’ bejgħ b’konsenja differita trid tkun sostantiva (pereżempju, il-konsumatur ikun talab l-arranġament);

(b) 

il-prodott irid ikun identifikat b’mod separat bħala li jappartjeni għall-konsumatur;

(c) 

il-prodott attwalment irid ikun lest għat-trasferiment fiżiku lill-konsumatur; u

(d) 

l-entità ma jistax ikollha l-kapaċità li tuża l-prodott jew li tiddireġieh lil konsumatur ieħor.

B82 Jekk entità tirrikonoxxi dħul għall-bejgħ ta’ prodott fuq bażi ta’ bejgħ b’konsenja differita, l-entità għandha tikkunsidra jekk għadx fadlilha obbligi ta’ prestazzjoni (pereżempju, għal servizzi ta’ kustodja) f’konformità mal-paragrafi 22–30 li l-entità għandha talloka porzjon għalihom tal-prezz tat-tranżazzjoni f’konformità mal-paragrafi 73–86.

Aċċettazzjoni tal-konsumatur

B83 F’konformità mal-paragrafu 38(e), l-aċċettazzjoni ta’ assi ta’ konsumatur tista’ tindika li l-konsumatur kiseb kontroll fuq l-assi. Il-klawżoli dwar l-aċċettazzjoni tal-konsumatur jippermettu li konsumatur jikkanċella jew jitlob lil entità tieħu azzjoni rimedjali jekk oġġett jew servizz ma jkunx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma. Entità għandha tikkunsidra tali klawżoli meta tevalwa meta konsumatur jikseb il-kontroll ta’ oġġett jew servizz.

B84 Jekk entità tista’ oġġettivament tiddetermina li l-kontroll ta’ oġġett jew servizz ġie trasferit lill-konsumatur f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-kuntratt, allura l-aċċettazzjoni tal-konsumatur tkun formalità li ma taffettwax id-determinazzjoni tal-entità ta’ meta l-konsumatur kiseb kontroll tal-oġġett jew is-servizz. Pereżempju, jekk il-klawżola dwar l-aċċettazzjoni tal-konsumatur tkun ibbażata fuq l-issodisfar ta’ karatteristiki speċifiċi ta’ daqs u piż, entità tkun tista’ tiddetermina jekk dawk il-kriterji ġewx issodisfati qabel ma tirċievi konferma tal-aċċettazzjoni tal-konsumatur. L-esperjenza tal-entità fil-kuntratti għal oġġetti jew servizzi simili tista’ tipprovdi evidenza li oġġett jew servizz ipprovdut lill-konsumatur ikun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-kuntratt. Jekk id-dħul ikun rikonoxxut qabel l-aċċettazzjoni tal-konsumatur, l-entità xorta trid tikkunsidra jekk għadx fadal xi obbligi ta’ prestazzjoni (pereżempju, l-installazzjoni ta’ tagħmir) u tevalwa jekk tikkontabbilizzahomx separatament.

B85 Madankollu, jekk entità ma tkunx tista’ oġġettivament tiddetermina li l-oġġett jew is-servizz ipprovdut lill-konsumatur huwiex f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-kuntratt, allura l-entità ma tkunx tista’ tikkonkludi li l-konsumatur ikun kiseb kontroll sakemm l-entità ma tirċevix l-aċċettazzjoni tal-konsumatur. Dan għaliex f’dik iċ-ċirkustanza l-entità ma tkunx tista’ tiddetermina li l-konsumatur għandu l-kapaċità jidderieġi l-użu tal-oġġett jew tas-servizz u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnu.

B86 Jekk entità twassal prodotti lil konsumatur għal skopijiet ta’ prova jew evalwazzjoni u l-konsumatur ma jkunx marbut li jħallas xi korrispettiv sakemm jiskadi l-perjodu ta’ prova, il-kontroll tal-prodott ma jiġix trasferit lill-konsumatur qabel ma l-konsumatur ikun aċċetta l-prodott jew qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ prova.

Divulgazzjoni ta’ dħul diżaggregat

B87 Il-paragrafu 114 jitlob li entità tiddiżaggrega dħul minn kuntratti mal-konsumaturi f’kategoriji li juru kif in-natura, l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza ta’ dħul u flussi ta’ flus huma affettwati minn fatturi ekonomiċi. Konsegwentement, il-punt sa fejn id-dħul ta’ entità jiġi diżaggregat għall-finijiet ta’ din id-divulgazzjoni jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi relatati mal-kuntratti tal-entità mal-konsumaturi. Ċerti entitajiet jista’ jkollhom bżonn jużaw aktar minn tip wieħed ta’ kategorija sabiex jilħqu l-objettiv fil-paragrafu 114 għal diżaggregazjoni tad-dħul. Entitajiet oħrajn jistgħu jilħqu l-objettiv billi jużaw tip wieħed ta’ kategorija sabiex jiddiżaggregaw id-dħul.

B88 Meta tagħżel liema tip ta’ kategorija (jew kategoriji) tuża biex tiddiżaggrega d-dħul, entità għandha tikkunsidra kif l-informazzjoni dwar id-dħul tal-entità ġiet ippreżentata għal finijiet oħrajn, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a) 

divulgazzjonijiet ippreżentati barra mir-rapporti finanzjarji (pereżempju, fi stqarrijiet dwar il-qligħ, rapporti annwali jew preżentazzjonijiet lill-investituri);

(b) 

informazzjoni rieżaminata b’mod regolari mid-deċiżur kap tal-operat għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ segmenti operatorji; u

(c) 

informazzjoni oħra li hija simili għat-tipi ta’ informazzjoni identifikati fil-paragrafu B88(a) u (b) u li tintuża mill-entità jew mill-utenti tar-rapporti finanzjarji tal-entità sabiex jevalwaw il-prestazzjoni finanzjarja tal-entità jew jieħdu deċiżjonijiet ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi.

B89 Eżempji ta’ kategoriji li jistgħu jkunu xierqa jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn kollha li ġejjin:

(a) 

it-tip ta’ oġġett jew servizz (pereżempju, linji ta’ prodotti ewlenin);

(b) 

ir-reġjun ġeografiku (pereżempju, il-pajjiż jew ir-reġjun);

(c) 

is-suq jew it-tip ta’ konsumatur (pereżempju, konsumaturi governattivi u mhux governattivi);

(d) 

it-tip ta’ kuntratt (pereżempju, kuntratti ta’ prezz fiss u kuntratti ta’ ħin u materjali);

(e) 

id-durata tal-kuntratt (pereżempju, kuntratti fuq żmien qasir u kuntratti fit-tul);

(f) 

it-twaqqit tat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi (pereżempju, dħul minn oġġetti jew servizzi trasferiti lil konsumaturi f’punt ta’ żmien u dħul minn oġġetti jew servizzi trasferiti maż-żmien); u

(g) 

il-mezzi tal-bejgħ (pereżempju, oġġetti mibjugħin direttament lill-konsumaturi u oġġetti mibjugħin permezz ta’ intermedjarji).

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C1A L-IFRS 16 Lokazzjonijiet, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafi 5, 97, B66 u B70. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 16.

C1B  Kjarifiki għall-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’April 2016, emenda l-paragrafi 26, 27, 29, B1, B34–B38, B52–B53, B58, C2, C5 u C7, ħassar il-paragrafu B57 u żied il-paragrafi B34A, B35A, B35B, B37A, B59A, B63A, B63B, C7A u C8A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018, jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C1C L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.

TRANŻIZZJONI

C2 Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni fil-paragrafi C3–C8A:

(a) 

id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba; u

(b) 

kuntratt mitmum huwa kuntratt li għalih l-entità tkun ittrasferiet l-oġġetti jew is-servizzi kollha identifikati f’konformità mal-IAS 11 Kuntratti tal-Kostruzzjoni, l-IAS 18 Dħul u Interpretazzjonijiet relatati.

C3 Entità għandha tapplika dan l-Istandard billi tuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin:

(a) 

b’mod retrospettiv għal kull perjodu ta’ rapportar preċedenti ppreżentat f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri, soġġett għall-espedjenti fil-paragrafu C5; jew

(b) 

b’mod retrospettiv bl-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard rikonoxxut fid-data tal-applikazzjoni inizjali f’konformità mal-paragrafi C7–C8.

C4 Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8, meta dan l-Istandard jiġi applikat għall-ewwel darba, entità hija meħtieġa tippreżenta biss l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa fil-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali li jiġi immedjatament qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih jiġi applikat dan l-Istandard (il-“perjodu immedjatament preċedenti”) u biss jekk l-entità tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu C3(a). Entità tista’ tippreżenta wkoll din l-informazzjoni għall-perjodu kurrenti jew għal perjodi komparattivi aktar bikrija, iżda mhijiex meħtieġa tagħmel hekk.

C5 Entità tista’ tuża espedjent prattiku wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu C3(a):

(a) 

għal kuntratti mitmuma, entità ma għandhiex għalfejn tirridikjara kuntratti li:

(i) 

jibdew u jispiċċaw fl-istess perjodu ta’ rapportar annwali; jew

(ii) 

ikunu kuntratti mitmuma fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat.

(b) 

għall-kuntratti mitmuma li għandhom korrispettiv varjabbli, entità tista’ tuża l-prezz tat-tranżazzjoni fid-data li l-kuntratt ikun intemm minflok tistma ammonti ta’ korrispettiv varjabbli fil-perjodi ta’ rapportar komparattiv.

(c) 

għal kuntratti li ġew modifikati qabel il-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat, entità ma għandhiex għalfejn tirridikjara b’mod retrospettiv il-kuntratt għal dawk il-modifiki fil-kuntratt f’konformità mal-paragrafi 20–21. Minflok, entità għandha tirrifletti l-effett aggregat tal-modifiki kollha li seħħew qabel il-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat meta:

(i) 

tidentifika l-obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati;

(ii) 

tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni; u

(iii) 

talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta’ prestazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati.

(d) 

għall-perjodi kollha ta’ rapportar ippreżentati qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga l-ammont tal-prezz tat-tranżazzjoni allokat għall-bqija tal-obbligi ta’ prestazzjoni u spjegazzjoni ta’ meta l-entità tistenna li tirrikonoxxi dak l-ammont bħala dħul (ara l-paragrafu 120).

C6 Għal kwalunkwe wieħed mill-espedjenti prattiċi fil-paragrafu C5 li entità tuża, l-entità għandha tapplika dak l-espedjent b’mod konsistenti għall-kuntratti kollha fil-perjodi kollha ta’ rapportar ippreżentati. Barra minn hekk, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) 

l-espedjenti li ntużaw; u

(b) 

sa fejn ikun raġonevolment possibbli, valutazzjoni kwalitattiva tal-effett stmat tal-applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-espedjenti.

C7 Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu C3(b), l-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali. Taħt dan il-metodu ta’ tranżizzjoni, entità tista’ tagħżel li tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv biss għal kuntratti li mhumiex kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali (pereżempju, l-1 ta’ Jannar 2018 għal entità li bħala tmiem is-sena għandha l-31 ta’ Diċembru).

C7A Entità li tapplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu C3(b) tista’ tuża wkoll l-espedjent prattiku deskritt fil-paragrafu C5(c):

(a) 

għall-modifiki kollha fil-kuntratt li jseħħu qabel il-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat; jew

(b) 

għall-modifiki kollha fil-kuntratt li jseħħu qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

Jekk entità tuża dan l-espedjent prattiku, l-entità għandha tapplika l-espedjent għall-kuntratti kollha b’mod konsistenti u tiddivulga l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu C6.

C8 Għall-perjodi ta’ rapportar li jinkludu d-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tiddivulga dawn iż-żewġ divulgazzjonijiet addizzjonali li ġejjin jekk dan l-Istandard jiġi applikat b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu C3(b):

(a) 

l-ammont li bih kull entrata f’linja tar-rapport finanzjarju tkun affettwata fil-perjodu ta’ rapportar kurrenti permezz tal-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard meta mqabbel mal-IAS 11, l-IAS 18 u l-Interpretazzjonijiet relatati li kienu fis-seħħ qabel il-bidla; u

(b) 

spjegazzjoni tar-raġunijiet għal bidliet sinifikanti identifikati f’C8(a).

C8A Entità għandha tapplika Kjarifiki għall-IFRS 15 (ara l-paragrafu C1B) b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8. Meta tapplika l-emendi b’mod retrospettiv, entità għandha tapplika l-emendi daqslikieku kienu inklużi fl-IFRS 15 fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Konsegwentement, entità ma għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi ta’ rapportar jew għal kuntratti li għalihom ir-rekwiżiti tal-IFRS 15 ma jiġux applikati f’konformità mal-paragrafi C2–C8. Pereżempju, jekk entità tapplika l-IFRS 15 f’konformità mal-paragrafu C3(b) biss għal kuntratti li ma jkunux kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali, l-entità ma tirridikjarax il-kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 15 għall-effetti ta’ dawn l-emendi.

Referenzi għall-lFRS 9

C9 Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kwalunkwe referenza f’dan l-Istandard għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TA’ STANDARDS OĦRA

C10 Dan l-Istandard jissostitwixxi dawn l-Istandards li ġejjin:

(a) 

l-IAS 11 Kuntratti tal-Kostruzzjoni;

(b) 

l-IAS 18 Dħul;

(c) 

l-IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Konsumaturi;

(d) 

l-IFRIC 15 Ftehimiet għall-Kostruzzjoni ta’ Proprjetà Immobbli;

(e) 

l-IFRIC 18 Trasferimenti ta’ Assi mingħand il-Konsumaturi; u

(f) 

l-SIC-31 Dħul—Tranżazzjonijiet ta’ Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta’ Reklamar.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 16

Lokazzjonijiet

OBJETTIV

1   Dan l-Istandard jistabbilixxi l-prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni tal-lokazzjonijiet. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-lokatarji u l-lokaturi jipprovdu informazzjoni rilevanti b’mod li jirrappreżenta b’mod leali dawk it-tranżazzjonijiet. Din l-informazzjoni tagħti bażi għal utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-lokazzjonijiet ikollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus ta’ entità.

2 Entità għandha tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti u l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti meta tapplika dan l-Istandard. Entità għandha tapplika dan l-Istandard b’mod konsistenti għal kuntratti b’karatteristiki simili u f’ċirkustanzi simili.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal-lokazzjonijiet kollha, inkluż lokazzjonijiet ta’ assi bid-dritt tal-użu f’sullokazzjoni, ħlief għal:

(a) 

lokazzjonijiet għall-esplorazzjoni jew l-użu ta’ minerali, żejt, gass naturali u riżorsi mhux riġenerattivi simili;

(b) 

lokazzjonijiet ta’ assi bijoloġiċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura miżmuma minn lokatarju;

(c) 

arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz;

(d) 

liċenzji tal-proprjetà intellettwali mogħtija minn lokatur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi; u

(e) 

drittijiet miżmuma minn lokatarju taħt ftehimiet tal-liċenzja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 38 Assi Intanġibbli għal entrati bħal films, reġistrazzjonijiet vidjo, drammi, manuskritti, privattivi u drittijiet tal-awtur.

4 Lokatarju jista’, iżda mhuwiex meћtieġ, japplika dan l-Istandard għal lokazzjonijiet ta’ assi intanġibbli oħra għajr dawk deskritti fil-paragrafu 3(e).

EŻENZJONIJIET TAR-RIKONOXXIMENT (IL-PARAGRAFI B3–B8)

5 Lokatarju jista’ jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafi 22–49 għal:

(a) 

lokazzjonijiet b’terminu qasir; u

(b) 

lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3–B8).

6 Jekk lokatarju jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafi 22–49 għal lokazzjonijiet b’terminu qasir jew lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx, il-lokatarju għandu jirrikonoxxi l-pagamenti ta’ lokazzjoni assoċjati ma’ dawk il-lokazzjonijiet bħala spiża fuq bażi lineari matul it-terminu ta’ lokazzjoni jew bażi sistematika oħra. Il-lokatarju għandu japplika bażi sistematika oħra jekk din il-bażi tkun aktar rappreżentattiva tax-xejra tal-benefiċċju tal-kerrej.

7 Jekk lokatarju jikkontabbilizza lokazzjonijiet b’terminu qasir billi japplika l-paragrafu 6, il-lokatarju għandu jikkunsidra l-lokazzjoni bħala lokazzjoni ġdida għall-finijiet ta’ dan l-Istandard jekk:

(a) 

ikun hemm modifika fil-lokazzjoni; jew

(b) 

ikun hemm xi bidla fit-terminu ta’ lokazzjoni (pereżempju, il-lokatarju jeżerċita opzjoni li ma kinitx inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tat-terminu ta’ lokazzjoni).

8 L-għażla għal lokazzjonijiet b’terminu qasir għandha ssir skont il-klassi tal-assi sottostanti li jirrelata miegħu d-dritt tal-użu. Klassi ta’ assi sottostanti huwa ragruppament ta’ assi sottostanti ta’ natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta’ entità. L-għażla għal lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx tista’ ssir fuq bażi ta’ lokazzjoni b’lokazzjoni.

IDENTIFIKAZZJONI TA’ LOKAZZJONI (IL-PARAGRAFI B9–B33)

9   Fil-bidu ta' kuntratt, entità għandha tivvaluta jekk il-kuntratt huwiex, jew fihx, lokazzjoni. Kuntratt huwa, jew fih, lokazzjoni jekk il-kuntratt jagħti d-dritt li jiġi kkontrollat l-użu ta’ assi identifikat għal perjodu ta’ żmien bi skambju ta’ korrispettiv. Il-paragrafi B9–B31 jistabbilixxu gwida dwar il-valutazzjoni ta’ jekk kuntratt huwiex, jew fihx, lokazzjoni.

10 Perjodu ta’ żmien jista’ jiġi deskritt f’termini ta’ ammont ta’ użu ta’ assi identifikat (pereżempju, l-għadd ta’ unitajiet ta’ produzzjoni li entrata ta’ tagħmir se tuża biex tipproduċi).

11 Entità għandha tirrivaluta jekk kuntratt huwiex, jew fihx, lokazzjoni biss jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt jinbidlu.

Separazzjoni ta’ komponenti ta’ kuntratt

12 Għal kuntratt li huwa, jew li fih, lokazzjoni, entità għandha tikkontabbilizza kull komponent ta’ lokazzjoni fil-kuntratt bħala lokazzjoni separatament minn komponenti li mhumiex lokazzjoni tal-kuntratt, ħlief jekk l-entità tapplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 15. Il-paragrafi B32–B33 jistabbilixxu gwida fuq is-separazzjoni ta’ komponenti ta’ kuntratt.

Lokatarju

13 Għal kuntratt li fih komponent ta’ lokazzjoni u komponent addizzjonali wieħed jew aktar ta’ lokazzjoni jew mhux ta’ lokazzjoni, lokatarju għandu jalloka l-korrispettiv fil-kuntratt għal kull komponent ta’ lokazzjoni fuq il-bażi tal-prezz relattiv awtonomu tal-komponent ta’ lokazzjoni u l-prezz aggregat awtonomu ta’ komponenti li mhumiex ta’ lokazzjoni.

14 Il-prezz awtonomu relattiv ta’ komponenti ta’ lokazzjoni u mhux ta’ lokazzjoni għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-prezz li l-lokatur, jew fornitur simili, jimponi fuq entità għal dak il-komponent, jew komponent simili, separatament. Jekk il-prezz awtonomu osservabbli ma jkunx faċilment disponibbli, il-lokatarju għandu jagħmel stima tal-prezz awtonomu, filwaqt li jagħmel l-aħjar użu mill-informazzjoni osservabbli.

15 Bħala espedjent prattiku, lokatarju jista’ jagħżel, skont il-klassi ta’ assi sottostanti, li ma jisseparax il-komponenti li mhumiex ta’ lokazzjoni mill-komponenti ta’ lokazzjoni, u minflok jikkontabbilizza kull komponent ta’ lokazzjoni u kwalunkwe komponent assoċjat li mhuwiex ta’ lokazzjoni bħala komponent ta’ lokazzjoni uniku. Lokatarju ma għandux japplika dan l-espedjent prattiku għal derivattivi inkorporati li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 4.3.3 tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

16 Sakemm l-espedjent prattiku fil-paragrafu 15 ma jiġix applikat, lokatarju għandu jikkontabbilizza komponenti li mhumiex ta’ lokazzjoni billi japplika Standards oħra applikabbli.

Lokatur

17 Għal kuntratt li fih komponent ta’ lokazzjoni u komponent addizzjonali wieħed jew aktar ta’ lokazzjoni jew mhux ta’ lokazzjoni, lokatur għandu jalloka l-korrispettiv fil-kuntratt billi japplika l-paragrafi 73–90 tal-IFRS 15.

TERMINU TA’LOKAZZJONI (IL-PARAGRAFI B34–B41)

18 Entità għandha tiddetermina t-terminu ta’ lokazzjoni bħala l-perjodu inkanċellabbli ta’ lokazzjoni, flimkien ma’:

(a) 

perjodi koperti b’opzjoni biex tiġi estiża l-lokazzjoni jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-opzjoni; u

(b) 

perjodi koperti b’opzjoni ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li ma jeżerċitax dik l-opzjoni.

19 Fil-valutazzjoni ta’ jekk lokatarju jkunx raġonevolment ċert li jeżerċita opzjoni li jestendi lokazzjoni, jew li ma jeżerċitax opzjoni li jtemm lokazzjoni, entità għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti li joħolqu inċentiv ekonomiku favur il-lokatarju biex jeżerċita l-opzjoni li jestendi l-lokazzjoni, jew li ma jeżerċitax l-opzjoni li jtemm il-lokazzjoni, kif deskritt fil-paragrafi B37–B40.

20 Lokatarju għandu jirrivaluta jekk huwiex raġonevolment ċert li jeżerċita opzjoni ta’ estensjoni, jew li ma jeżerċitax opzjoni ta’ terminazzjoni, meta jseħħ event sinifikanti jew bidla sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li:

(a) 

tkun fil-kontroll tal-lokatarju; u

(b) 

taffettwa jekk il-lokatarju jkunx raġonevolment ċert li jeżerċita opzjoni li ma kinitx inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tagħha tat-terminu ta’ lokazzjoni, jew li ma jeżerċitax opzjoni li kienet inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tagħha tat-terminu ta’ lokazzjoni (kif deskritt fil-paragrafu B41).

21 Entità għandha tirrevedi t-terminu ta’ lokazzjoni jekk ikun hemm bidla fil-perjodu inkanċellabbli ta’ lokazzjoni. Pereżempju, perjodu inkanċellabbli ta’ lokazzjoni jinbidel jekk:

(a) 

il-lokatarju jeżerċita opzjoni li ma kinitx inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu ta’ lokazzjoni;

(b) 

il-lokatarju ma jeżerċitax opzjoni li kienet inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu ta’ lokazzjoni;

(c) 

iseħħ event li jobbliga kuntrattwalment lil-lokatarju biex jeżerċita opzjoni li ma kinitx inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu ta’ lokazzjoni; jew

(d) 

iseħħ event li jipprojbixxi kuntrattwalment lil-lokatarju milli jeżerċita opzjoni li kienet inkluża preċedentement fid-determinazzjoni tal-entità tat-terminu ta’ lokazzjoni.

LOKATARJU

Rikonoxximent

22   Fid-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu jirrikonoxxi assi bid-dritt tal-użu u obbligazzjoni ta’ lokazzjoni.

Kejl

Kejl inizjali

Kejl inizjali ta’ assi bid-dritt tal-użu

23   Fid-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu skont il-kost.

24 Il-kost tal-assi bid-dritt tal-użu għandu jinkludi:

(a) 

l-ammont tal-kejl inizjali tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni, kif deskritt fil-paragrafu 26;

(b) 

kwalunkwe pagamenti ta’ lokazzjoni magħmula fid-data tad-dekorrenza jew qabilha, mingħajr ebda inċentiv ta’ lokazzjoni riċevut;

(c) 

kwalunkwe kost inizjali dirett imġarrab mil-lokatarju; u

(d) 

stima tal-kostijiet imġarrba mil-lokatarju fiż-żarmar u t-tneħħija tal-assi sottostanti, biex jiġi restawrat is-sit fejn jinsab jew biex jiġi restawrat l-assi sottostanti għall-kundizzjoni meħtieġa mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-lokazzjoni, ħlief jekk dawn il-kostijiet jiġġarrbu għall-produzzjoni ta’ inventarji. Il-lokatarju jġarrab l-obbligu għal dawk il-kostijiet fid-data tad-dekorrenza jew b’konsegwenza li jkun uża l-assi sottostanti matul perjodu partikulari.

25 Lokatarju għandu jirrikonoxxi l-kostijiet deskritti fil-paragrafu 24(d) bħala parti mill-kost tal-assi bid-dritt tal-użu meta jġarrab obbligu għal dawk il-kostijiet. Lokatarju japplika l-IAS 2 Inventarji għall-kostijiet li jiġġarrbu waqt perjodu partikulari bħala konsegwenza tal-fatt li jkun intuża l-assi bid-dritt tal-użu għall-produzzjoni ta’ inventarji matul dak il-perjodu. L-obbligi għal dawn il-kostijiet kontabbilizzati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard jew l-IAS 2 huma rikonoxxuti u jitkejlu bl-applikazzjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

Kejl inizjali ta’ obbligazzjoni ta’ lokazzjoni

26   Fid-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu jkejjel l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni fil-valur preżenti tal-pagamenti ta’ lokazzjoni li ma jkunux tħallsu sa dik id-data. Il-pagamenti ta’ lokazzjoni għandhom jiġu skontati bl-użu tar-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni, jekk din ir-rata tista’ tiġi determinata faċilment. Jekk dik ir-rata ma tistax tiġi determinata faċilment, il-lokatarju għandu juża r-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju.

27 Fid-data tad-dekorrenza, il-pagamenti ta’ lokazzjoni inklużi fil-kejl tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni huma magħmula mill-pagamenti li ġejjin għad-dritt tal-użu tal-assi sottostanti matul it-terminu ta’ lokazzjoni li ma jitħallsux fid-data tad-dekorrenza:

(a) 

pagamenti fissi (inkluż pagamenti fissi fis-sustanza kif deskritt fil-paragrafu B42), mingħajr ebda inċentiv ta’ lokazzjoni riċevibbli;

(b) 

pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata, inizjalment imkejla bl-użu ta’ indiċi jew rata fid-data tad-dekorrenza (kif deskritt fil-paragrafu 28);

(c) 

l-ammonti mistennija li jkunu pagabbli mil-lokatarju taħt garanziji ta’ valur residwu;

(d) 

il-prezz tal-eżerċitar ta’ opzjoni ta’ xiri jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li jeżerċita din l-opzjoni (ivvalutat b’kunsiderazzjoni għall-fatturi deskritti fil-paragrafi B37–B40); u

(e) 

pagamenti ta’ penali għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni, jekk it-terminu ta’ lokazzjoni jirrifletti lil-lokatarju li jeżerċita opzjoni li jtemm il-lokazzjoni.

28. Pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata deskritta fil-paragrafu 27(b) jinkludu, pereżempju, pagamenti marbuta ma’ indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur, pagamenti marbuta ma’ parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax (bħal LIBOR) jew pagamenti li jvarjaw biex jirriflettu l-bidliet fir-rati tal-kera tas-suq.

Kejl sussegwenti

Kejl sussegwenti ta’ assi bid-dritt tal-użu

29.   Wara d-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu li japplikaw mudell tal-kost, sakemm ma japplikax waħda mill-mudelli tal-kejl deskritti fil-paragrafi 34 u 35.

Mudelltal-kost

30 Biex japplika mudell tal-kost, lokatarju għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu fuq il-bażi tal-kost:

(a) 

mingħajr ebda deprezzament akkumulat u ebda telf minn indeboliment akkumulat; u

(b) 

aġġustat għal kwalunkwe kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni speċifikat fil-paragrafu 36(c).

31 Lokatarju għandu japplika r-rekwiżiti ta’ deprezzament fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir fid-deprezzament tal-assi bid-dritt tal-użu, soġġett għar-rekwiżiti fil-paragrafu 32.

32 Jekk il-lokazzjoni tittrasferixxi s-sjieda tal-assi sottostanti lil-lokatarju sat-tmiem tat-terminu ta’ lokazzjoni jew jekk il-kost tal-assi bid-dritt tal-użu jirrifletti l-fatt li l-lokatarju se jeżerċita opzjoni ta’ xiri, il-lokatarju għandu jiddepprezza l-assi bid-dritt tal-użu mid-data tad-dekorrenza sat-tmiem tal-ħajja utli tal-assi sottostanti. Inkella, il-lokatarju għandu jiddepprezza l-assi bid-dritt tal-użu mid-data tad-dekorrenza sa skont liema tiġi l-ewwel bejn tmiem il-ħajja utli tal-assi bid-dritt tal-użu jew tmiem it-terminu ta’ lokazzjoni.

33 Lokatarju għandu japplika l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi biex jiddetermina jekk l-assi bid-dritt tal-użu huwiex indebolit u biex jikkontabbilizza kwalunkwe telf minn indeboliment identifikat.

Mudellioħrata’ kejl

34 Jekk lokatarju japplika l-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment għal proprjetà għall-investiment tiegħu, il-lokatarju għandu japplika wkoll dak il-mudell tal-valur ġust għal assi bid-dritt tal-użu li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà għall-investiment fl-IAS 40.

35 Jekk assi bid-dritt tal-użu marbuta ma’ klassi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li l-lokatarju japplikalha l-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16, lokatarju jista’ jagħżel li japplika dan il-mudell ta’ rivalwazzjoni tal-assi bid-dritt tal-użu kollha li huma marbuta ma’ dik il-klassi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir.

Kejl sussegwenti ta’ obbligazzjoni ta’ lokazzjoni

36   Wara d-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu jkejjel l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni billi:

(a) 

iżid l-ammont riportat biex jirrifletti l-imgħax fuq l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni;

(b) 

inaqqas l-ammont riportat biex jirrifletti l-pagamenti ta’ lokazzjoni li saru; u

(c) 

ikejjel mill-ġdid l-ammont riportat biex jirrifletti kwalunkwe rivalutazzjoni jew modifika fil-lokazzjoni speċifikata fil-paragrafi 39–46, jew biex jirrifletti l-pagamenti ta’ lokazzjoni fissi fis-sustanza riveduti (ara l-paragrafu B42).

37 L-imgħax fuq l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni f’kull perjodu matul il-perjodu ta’ lokazzjoni għandu jkun l-ammont li jipproduċi rata perjodika kostanti ta’ mgħax fuq il-bilanċ li jifdal tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni. Ir-rata perjodika ta’ mgħax hija r-rata ta’ skont deskritta fil-paragrafu 26, jew jekk applikabbli, ir-rata ta’ skont riveduta deskritta fil-paragrafu 41, fil-paragrafu 43 jew fil-paragrafu 45(c).

38 Wara d-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu jirrikonoxxi fil-profitt jew telf, ħlief jekk il-kostijiet ikunu inklużi fl-ammont riportat ta’ assi ieħor li japplika Standards applikabbli oħrajn, kemm:

(a) 

mgħax fuq l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni; kif ukoll

(b) 

pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li mhumiex inklużi fil-kejl tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni fil-perjodu li fih iseħħ l-event jew il-kundizzjoni li tiskatta dawk il-pagamenti.

Rivalutazzjoni tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni

39 Wara d-data tad-dekorrenza, lokatarju għandu japplika l-paragrafi 40–43 biex ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni biex jiġu riflessi l-bidliet fil-pagamenti ta’ lokazzjoni. Lokatarju għandu jirrikonoxxi l-ammont tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni bħala aġġustament fl-assi bid-dritt tal-użu. Madankollu, jekk l-ammont riportat tal-assi bid-dritt tal-użu jitnaqqas għal żero u jkun hemm aktar tnaqqis fil-kejl tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni, lokatarju għandu jirrikonoxxi kwalunkwe ammont li jifdal tal-kejl mill-ġdid fi profitt jew telf.

40 Lokatarju għandu jkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni billi jiskonta l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti bl-użu ta’ rata ta’ skont riveduta, jekk:

(a) 

ikun hemm bidla fit-terminu ta’ lokazzjoni, kif deskritt fil-paragrafi 20–21. Lokatarju għandu jiddetermina l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti fuq il-bażi tat-terminu ta’ lokazzjoni rivedut; jew

(b) 

ikun hemm bidla fil-valutazzjoni tal-opzjoni ta’ xiri tal-assi sottostanti, ivvalutat fid-dawl ta’ eventi u ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 20–21 fil-kuntest ta’ opzjoni ta’ xiri. Lokatarju għandu jiddetermina l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti biex jirrifletti l-bidla fl-ammonti pagabbli taħt l-opzjoni ta’ xiri.

41 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 40, lokatarju għandu jiddetermina r-rata ta’ skont riveduta bħala r-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni għall-bqija tat-terminu ta’ lokazzjoni, jekk din ir-rata tista’ tiġi determinata faċilment, u r-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju fid-data ta’ rivalutazzjoni, jekk ir-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni ma tkunx tista’ tiġi determinata faċilment.

42 Lokatarju għandu jkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni billi jiskonta l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti, jekk ikun hemm waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ikun hemm bidla fl-ammonti mistennija li jkunu pagabbli taħt il-garanzija ta’ valur residwu. Lokatarju għandu jiddetermina l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti biex jirrifletti l-bidla fl-ammonti mistennija li jkunu pagabbli taħt il-garanzija ta’ valur residwu.

(b) 

ikun hemm bidla fil-pagamenti ta’ lokazzjoni futuri li tirriżulta minn bidla f’indiċi jew f’rata użata biex tiddetermina dawk il-pagamenti, inkluż pereżempju bidla li tirrifletti bidliet f’rati tal-kera tas-suq wara reviżjoni tas-suq tal-kera. Il-lokatarju għandu jkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni biex jirrifletti dawk il-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti biss meta jkun hemm bidla fil-flussi ta’ flus (jiġifieri meta jidħol fis-seħħ l-aġġustament mal-pagamenti ta’ lokazzjoni). Lokatarju għandu jiddetermina l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti għall-bqija tat-terminu ta’ lokazzjoni fuq il-bażi tal-pagamenti kuntrattwali riveduti.

43 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 42, lokatarju għandu juża l-istess rata ta’ skont, sakemm il-bidla fil-pagamenti ta’ lokazzjoni ma tirriżultax minn bidla fir-rati tal-imgħax flessibbli. F’dan il-każ, il-lokatarju għandu juża rata ta’ skont riveduta li tirrifletti bidla fir-rata tal-imgħax.

Modifiki fil-lokazzjoni

44 Lokatarju għandu jikkontabbilizza modifika fil-lokazzjoni bħala lokazzjoni separata jekk kemm:

(a) 

il-modifika żżid il-kamp ta’ applikazzjoni tal-lokazzjoni billi żżid id-dritt tal-użu ta’ wieħed mill-assi sottostanti jew aktar; kif ukoll

(b) 

il-korrispettiv għal-lokazzjoni jiżdied b’ammont li jkun proporzjonat mal-prezz awtonomu għaż-żieda fil-kamp ta’ applikazzjoni u kwalunkwe aġġustament xieraq għal dak il-prezz awtonomu sabiex jirrifletti ċ-ċirkustanzi tal-kuntratt partikulari.

45 Għal modifika fil-lokazzjoni li ma tkunx kontabbilizzata bħala lokazzjoni separata, fid-data effettiva tal-modifika fil-lokazzjoni, lokatarju għandu:

(a) 

jalloka l-korrispettiv fil-kuntratt modifikat billi japplika l-paragrafi 13–16;

(b) 

jiddetermina t-terminu ta’ lokazzjoni tal-lokazzjoni mmodifikata billi japplika l-paragrafi 18–19; u

(c) 

ikejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni billi jiskonta l-pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti bl-użu ta’ rata ta’ skont riveduta. Ir-rata ta’ skont riveduta tiġi determinata bħala r-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni għall-bqija tat-terminu ta’ lokazzjoni, jekk dik ir-rata tkun tista’ tiġi determinata faċilment, jew ir-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju fid-data effettiva tal-modifika, jekk ir-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni ma tkunx tista’ tiġi determinata faċilment.

46 Għal modifika fil-lokazzjoni li ma tkunx kontabbilizzata bħala lokazzjoni separata, il-lokatarju għandu jikkontabbilizza l-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni billi:

(a) 

inaqqas l-ammont riportat tal-assi bid-dritt tal-użu biex jirrifletti t-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-lokazzjoni għall-modifiki fil-lokazzjoni li jnaqqsu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-lokazzjoni. Il-lokatarju għandu jirrikonoxxi fi profitt jew telf kwalunkwe qligħ jew telf relatat mat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-lokazzjoni.

(b) 

jagħmel aġġustament korrispondenti lill-assi bid-dritt tal-użu għall-modifiki l-oħra kollha fil-lokazzjoni.

46A Bħala espedjent prattiku, lokatarju jista’ jagħżel li ma jivvalutax jekk konċessjoni tal-kera li tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 46B hijiex modifika fil-lokazzjoni. Lokatarju li jagħmel din l-għażla għandu jikkontabbilizza kwalunkwe bidla fil-pagamenti ta’ lokazzjoni li tirriżulta mill-konċessjoni tal-kera bl-istess mod li jikkontabbilizza l-bidla li tapplika dan l-Istandard, jekk il-bidla ma tkunx modifika fil-lokazzjoni.

46B L-espedjent prattiku fil-paragrafu 46A japplika biss għal konċessjonijiet tal-kiri li jseħħu bħala konsegwenza diretta tal-pandemija tal-COVID-19 u biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-bidla fil-pagamenti ta’ lokazzjoni tirriżulta f’korrispettiv rivedut għal-lokazzjoni li hija sostanzjalment l-istess bħall-korrispettiv għal-lokazzjoni immedjatament qabel il-bidla, jew anqas minnha;

(b) 

kwalunkwe tnaqqis fil-pagamenti ta’ lokazzjoni jaffettwa biss pagamenti oriġinarjament dovuti fit-30 ta’ Ġunju 2022 jew qabel (pereżempju, konċessjoni tal-kera tkun tissodisfa din il-kundizzjoni jekk tirriżulta fi tnaqqis fil-pagamenti ta’ lokazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2022 jew qabel u f’żieda fil-pagamenti ta’ lokazzjoni li jestendu lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2022); u

(c) 

ma jkun hemm l-ebda bidla sostantiva għal termini u kundizzjonijiet oħra tal-lokazzjoni.

Preżentazzjoni

47 Lokatarju għandu jippreżenta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, jew jiddivulga fin-noti:

(a) 

assi bid-dritt tal-użu separatament mill-assi l-oħrajn. Jekk lokatarju ma jippreżentax l-assi bid-dritt tal-użu separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, il-lokatarju għandu:

(i) 

jinkludi l-assi bid-dritt tal-użu fl-istess entrata f’linja bħal dik li fiha l-assi sottostanti korrispondenti jiġu ppreżentati kieku jkunu proprjetà tiegħu; u

(ii) 

jiddivulga liema entrati f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jinkludu dawk l-assi bid-dritt tal-użu.

(b) 

l-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni separatament minn obbligazzjonijiet oħra. Jekk il-lokatarju ma jippreżentax l-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, il-lokatarju għandu jiddivulga liema entrati f’linja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jinkludu dawk l-obbligazzjonijiet.

48 Ir-rekwiżit fil-paragrafu 47(a) ma japplikax għall-assi bid-dritt tal-użu li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà għall-investiment, li għandhom jiġu ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja bħala proprjetà għall-investiment.

49 Fir-rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv, lokatarju għandu jippreżenta spiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni separatament mill-imposta fuq id-deprezzament għall-assi bid-dritt tal-użu. L-ispiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni hija komponent tal-kostijiet finanzjarji, li l-paragrafu 82(b) tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jitlob li tiġi ppreżentata b’mod separat fir-rapport tal-profitt jew telf u ta’ introjtu ieħor komprensiv.

50 Fid-dikjarazzjoni tal-flussi ta’ flus, lokatarju għandu jikklassifika:

(a) 

pagamenti fi flus għall-porzjon prinċipali tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni fl-attivitajiet ta’ finanzjament;

(b) 

pagamenti fi flus għall-porzjon tal-imgħax tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni li japplikaw ir-rekwiżiti fl-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus għall-imgħax imħallas; u

(c) 

pagamenti ta’ lokazzjoni b’terminu qasir, pagamenti għal lokazzjonijiet ta’ assi ta’ valur baxx u pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli mhux inklużi fil-kejl tal-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni f’attivitajiet operazzjonali.

Divulgazzjoni

51   L-objettiv tad-divulgazzjonijiet huwa li l-lokatarji jiddivulgaw l-informazzjoni fin-noti li, flimkien mal-informazzjoni mogħtija fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, fir-rapport tal-profitt jew telf u fir-rapport tal-flussi ta’ flus, tagħti bażi lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-lokazzjonijiet ikollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tal-lokatarju. Il-paragrafi 52–60 jispeċifikaw rekwiżiti dwar kif għandu jintlaħaq dan l-objettiv.

52 Lokatarju għandu jiddivulga informazzjoni dwar il-lokazzjonijiet tiegħu li għalihom ikun lokatarju f’nota waħda jew f’taqsima separata fir-rapporti finanzjarji tiegħu. Madankollu, lokatarju ma għandux bżonn jidduplika informazzjoni li tkun diġà ġiet ippreżentata xi mkien ieħor fir-rapporti finanzjarji, dment li l-informazzjoni tiġi inkorporata b’kontroreferenza fin-nota unika jew fit-taqsima separata dwar il-lokazzjonijiet.

53 Lokazzjoni għandha tiddivulga l-ammonti li ġejjin għall-perjodu ta’ rapportar:

(a) 

l-imposta fuq id-deprezzament għal assi bid-dritt tal-użu skont il-klassi ta’ assi sottostanti;

(b) 

l-ispiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni;

(c) 

l-ispiża relatata ma’ lokazzjonijiet b’terminu qasir li ġiet ikkontabbilizzata bl-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Din l-ispiża ma għandhiex għalfejn tinkludi l-ispiża relatata ma’ lokazzjonijiet b’terminu ta’ lokazzjoni ta’ xahar jew anqas;

(d) 

l-ispiża relatata ma’ lokazzjonijiet tal-assi ta’ valur baxx li ġiet ikkontabbilizzata bl-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Din l-ispiża ma għandhiex tinkludi l-ispiża relatata ma’ lokazzjonijiet b’terminu qasir ta’ assi b’valur baxx inklużi fil-paragrafu 53(c);

(e) 

l-ispiża relatata ma’ pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli mhux inklużi fil-kejl tal-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni;

(f) 

l-introjtu mis-sullokazzjoni tal-assi bid-dritt tal-użu;

(g) 

il-fluss ta’ ħruġ ta’ flus totali għal lokazzjonijiet;

(h) 

żidiet mal-assi bid-dritt tal-użu;

(i) 

qligħ jew telf li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura; u

(j) 

l-ammont riportat tal-assi bid-dritt tal-użu fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar skont il-klassi ta’ assi sottostanti.

54 Lokatarju għandu jipprovdi d-divulgazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 53 f’format tabulari, sakemm ma jkunx xieraq format ieħor. L-ammonti ddivulgati għandhom jinkludu kostijiet li lokatarju ikun inkluda fl-ammont riportat ta’ assi ieħor matul il-perjodu ta’ rapportar.

55 Lokatarju għandu jiddivulga l-ammont tal-impenji ta’ lokazzjonijiet tiegħu għal lokazzjonijiet b’terminu qasir kontabbilizzati bl-applikazzjoni tal-paragrafu 6 jekk il-portafoll ta’ lokazzjonijiet b’terminu qasir li jkun impenjat għalih fi tmiem il-perjodu tar-rapportar ma jkunx simili għall-portafoll ta’ lokazzjonijiet b’terminu qasir li tirrigwardah l-ispiża tal-lokazzjonijiet b’terminu qasir iddivulgata bl-applikazzjoni tal-paragrafu 53(c).

56 Jekk l-assi bid-dritt tal-użu jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà għall-investiment, lokatarju għandu japplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 40. F’dak il-każ, lokatarju ma jkunx mitlub jipprovdi d-divulgazzjonijiet skont il-paragrafu 53(a), (f), (h) jew (j) għal dawk l-assi bid-dritt tal-użu.

57 Jekk lokatarju jkejjel assi bid-dritt tal-użu f’ammonti rivalwati meta japplika l-IAS 16, il-lokatarju għandu jiddivulga l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu 77 tal-IAS 16 għal dawk l-assi bid-dritt tal-użu.

58 Lokatarju għandu jiddivulga analiżi tal-maturità tal-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafi 39 u B11 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet b’mod separat mill-analiżijiet tal-maturità ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn.

59 Apparti d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafi 53–58, lokatarju għandu jiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva addizzjonali dwar l-attivitajiet ta’ lokazzjoni tiegħu meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 51 (kif deskritt fil-paragrafu B48). Din l-informazzjoni addizzjonali tista’ tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw:

(a) 

in-natura tal-attivitajiet ta’ lokazzjoni tal-lokatarju;

(b) 

il-flussi futuri ta’ flus li l-lokatarju jkun potenzjalment espost għalihom li ma jkunux riflessi fil-kejl tal-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni. Dan jinkludi skopertura li tirriżulta minn:

(i) 

pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli (kif deskritt fil-paragrafu B49);

(ii) 

opzjonijiet ta’ estensjoni u opzjonijiet ta’ terminazzjoni (kif deskritt fil-paragrafu B50);

(iii) 

garanziji ta’ valur residwu (kif deskritt fil-paragrafu B51); u

(iv) 

lokazzjonijiet li għadhom ma bdewx li l-lokatarju jkun ħa impenn għalihom.

(c) 

restrizzjonijiet jew patti imposti minn lokazzjonijiet; u

(d) 

tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura (kif deskritt fil-paragrafu B52).

60 Lokatarju li jikkontabbilizza lokazzjonijiet b’terminu qasir jew lokazzjonijiet ta’ assi ta’ valur baxx bl-applikazzjoni tal-paragrafu 6 għandu jiddivulga dak il-fatt.

60A Jekk lokatarju japplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 46A, il-lokatarju għandu jiddivulga:

(a) 

li jkun applika l-espedjent prattiku għall-konċessjonijiet kollha tal-kera li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 46B jew, jekk ma jkunx applikat għall-konċessjonijiet kollha tal-kera bħal dawn, l-informazzjoni dwar in-natura tal-kuntratti li għalihom ikun applikat l-espedjent prattiku (ara l-paragrafu 2); u

(b) 

l-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf għall-perjodu ta’ rapportar biex jiġu riflessi bidliet fil-pagamenti ta’ lokazzjoni li jirriżultaw minn konċessjonijiet tal-lokazzjoni li għalihom il-lokatarju ikun applika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 46A.

LOKATUR

Klassifikazzjoni ta’ lokazzjonijiet (il-paragrafi B53–B58)

61   Lokatur għandu jikklassifika kull lokazzjoni tiegħu bħala lokazzjoni operatorja jew lokazzjoni finanzjarja.

62   Lokazzjoni hija kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja jekk tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mas-sjieda ta’ assi sottostanti. Lokazzjoni hija kklassifikata bħala lokazzjoni operatorja jekk ma tittrasferix sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mas-sjieda ta’ assi sottostanti.

63 Jekk lokazzjoni hijiex lokazzjoni finanzjarja jew lokazzjoni operatorja jiddependi fuq is-sustanza tat-tranżazzjoni u mhux fuq il-forma tal-kuntratt. Eżempji ta’ sitwazzjonijiet li individwalment jew f’kombinament normalment iwasslu biex lokazzjoni tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja huma:

(a) 

il-lokazzjoni tittrasferixxi s-sjieda tal-assi sottostanti lil-lokatarju sat-tmiem tal-perjodu ta’ lokazzjoni;

(b) 

il-lokatarju jkollu l-opzjoni li jixtri l-assi sottostanti bi prezz li jkun mistenni li jkun aktar baxx b’mod suffiċjenti mill-valur ġust tant li, fid-data meta l-opzjoni ssir eżerċitabbli, ikun hemm ċertezza raġonevoli fid-data tal-bidu tal-kuntratt li l-opzjoni se tiġi eżerċitata;

(c) 

it-terminu ta’ lokazzjoni jkun għall-biċċa l-kbira tal-ħajja ekonomika tal-assi sottostanti anki jekk it-titolu ma jiġix trasferit;

(d) 

fid-data tal-bidu, il-valur preżenti tal-pagamenti ta’ lokazzjoni jammonta għal mill-inqas sostanzjalment il-valur ġust kollu tal-assi sottostanti; u

(e) 

l-assi sottostanti jkun ta’ natura tant speċjalizzata li l-lokatarju biss ikun jista’ jużah mingħajr modifiki kbar.

64 Indikaturi ta’ sitwazzjonijiet li individwalment jew flimkien jistgħu jwasslu wkoll biex lokazzjoni tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja huma:

(a) 

jekk il-lokatarju jkun jista’ jtemm il-lokazzjoni, it-telf tal-lokatur assoċjat mal-kanċellazzjoni jiġġarrab mil-lokatarju;

(b) 

il-qligħ u t-telf mill-varjazzjoni fil-valur ġust tal-akkumulazzjoni residwa favur il-lokatarju (pereżempju, fil-forma ta’ tnaqqis fil-kera li jkun daqs il-biċċa l-kbira tar-rikavati mill-bejgħ fi tmiem il-lokazzjoni); u

(c) 

il-lokatarju jkollu l-kapaċità li jkompli l-lokazzjoni għal perjodu sekondarju b’kera li tkun sostanzjalment aktar baxxa mill-kera fis-suq.

65 L-eżempji u l-indikaturi fil-paragrafi 63–64 mhumiex dejjem konklużivi. Jekk ikun ċar minn karatteristiki oħrajn li l-lokazzjoni ma tittrasferix b’mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti, il-lokazzjoni tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni operatorja. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk is-sjieda tal-assi sottostanti tiġi trasferita fit-tmiem tal-lokazzjoni għal pagament varjabbli ugwali għall-valur ġust tiegħu f’dak iż-żmien, jew jekk ikun hemm pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli, li b’riżultat tagħhom il-lokatur ma jittrasferix sostanzjalment dawn ir-riskji u l-benefiċċji kollha.

66 Il-klassifikazzjoni tal-lokazzjoni ssir fid-data tal-bidu tiġi rivalutata biss jekk ikun hemm modifika fil-lokazzjoni. Bidliet fl-istimi (pereżempju, bidliet fl-istimi tal-ħajja ekonomika jew tal-valur residwu tal-assi sottostanti), jew bidliet fiċ-ċirkustanzi (pereżempju, inadempjenza tal-lokatarju), ma jagħtux lok għal klassifikazzjoni ġdida ta’ lokazzjoni għal finijiet kontabbilistiċi.

Lokazzjonijiet finanzjarji

Rikonoxximent u kejl

67   Fid-data tad-dekorrenza, lokatur għandu jirrikonoxxi assi miżmuma taħt lokazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu u jippreżentahom bħala riċevibbli f’ammont ugwali għall-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni.

Kejl inizjali

68 Il-lokatur għandu juża r-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni sabiex ikejjel l-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni. Fil-każ ta’ sullokazzjoni, jekk ir-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ sullokazzjoni ma tistax tiġi determinata faċilment, lokatur intermedjarju jista’ juża r-rata ta’ skont użata għal-lokazzjoni prinċipali (aġġustata għal kwalunkwe kost inizjali dirett assoċjat mas-sullokazzjoni) biex ikejjel l-investiment nett fis-sullokazzjoni.

69 Kostijiet inizjali diretti, ħlief dawk imġarrba mil-lokaturi li jkunu manifatturi jew negozjanti, ikunu inklużi fil-kejl inizjali tal-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni u jnaqqsu l-ammont ta’ introjtu rikonoxxut matul it-terminu ta’ lokazzjoni. Ir-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni hija definita b’tali mod li l-kostijiet inizjali diretti jkunu inklużi awtomatikament fl-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni; ma hemm l-ebda bżonn li dawn jiżdiedu separatament.

Kejl inizjali tal-pagamenti ta’ lokazzjoni inklużi fl-investiment nett fil-lokazzjoni

70 Fid-data tad-dekorrenza, il-pagamenti ta’ lokazzjoni inklużi fil-kejl tal-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni jinkludu l-pagamenti li ġejjin għad-dritt tal-użu tal-assi sottostanti matul it-terminu ta’ lokazzjoni li ma jiġux riċevuti fid-data tad-dekorrenza:

(a) 

pagamenti fissi (inkluż pagamenti fissi fis-sustanza kif deskritt fil-paragrafu B42), mingħajr ebda inċentiv ta’ lokazzjoni pagabbli;

(b) 

pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata, inizjalment imkejla bl-użu tal-indiċi jew rata sa mid-data tad-dekorrenza;

(c) 

kwalunkwe garanzija ta’ valur residwu mogħti lil-lokatur mil-lokatarju, parti relatata mal-lokatarju jew parti terza mhux relatata mal-lokatur li tkun finanzjarjament kapaċi tonora l-obbligi taħt il-garanzija;

(d) 

il-prezz tal-eżerċitar ta’ opzjoni ta’ xiri jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-opzjoni (ivvalutata b’qies tal-fatturi deskritti fil-paragrafu B37); u

(e) 

pagamenti ta’ penali għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni, jekk it-terminu ta’ lokazzjoni jirrifletti lil-lokatarju li jeżerċita opzjoni li jtemm il-lokazzjoni.

Lokaturi li jkunu manifatturi jew negozjanti

71 Fid-data tad-dekorrenza, lokatur li jkun manifattur jew negozjant għandu jirrikonoxxi dan li ġej għal kull lokazzjoni finanzjarja tiegħu:

(a) 

dħul li jkun il-valur ġust tal-assi sottostanti, jew, jekk aktar baxx, il-valur preżenti tal-pagamenti ta’ lokazzjoni li jakkumulaw favur il-lokatur, skontati b’rata tal-imgħax tas-suq;

(b) 

il-kost tal-bejgħ ikun il-kost, jew l-ammont riportat jekk dan ikun differenti, tal-assi sottostanti mingħajr il-valur preżenti tal-valur residwu mhux garantit; u

(c) 

il-bejgħ tal-profitt jew telf (li huwa d-differenza bejn id-dħul u l-kost tal-bejgħ) f’konformità mal-politika tiegħu għal bejgħ dirett li għalih japplika l-IFRS 15. Lokatur li jkun manifattur jew negozjant għandu jirrikonoxxi profitt bejgħ jew telf mill-bejgħ f’lokazzjoni finanzjarja fid-data tad-dekorrenza, irrispettivament minn jekk il-lokatur jittrasferix l-assi sottostanti kif deskritt fl-IFRS 15.

72 Il-manifatturi jew in-negozjanti ta’ spiss joffru lill-konsumaturi l-għażla li jixtru jew jagħmlu lokazzjoni ta’ assi. Lokazzjoni finanzjarja ta’ assi minn lokatur li jkun manifattur jew negozjant tagħti lok għal profitt jew telf ekwivalenti għall-profitt jew telf li jirriżulta minn bejgħ dirett tal-assi sottostanti, bi prezzijiet normali tal-bejgħ, li jirrifletti kwalunkwe volum applikabbli jew skontijiet tal-kummerċ.

73 Lokaturi li jkunu manifatturi jew negozjanti xi kultant jikkwotaw rati baxxi b’mod artifiċjali sabiex jattiraw lill-konsumaturi. L-użu ta’ rata bħal din twassal li lokatur jirrikonoxxi porzjon eċċessiv tal-introjtu totali mit-tranżazzjoni fid-data tad-dekorrenza. Jekk ikunu kkwotati rati baxxi b’mod artifiċjali, lokatur li jkun manifattur jew negozjant għandu jirrestrinġi l-profitt mill-bejgħ għal dak li japplika kieku kellha tiġi imposta rata tal-imgħax tas-suq.

74 Lokatur li jkun manifattur jew negozjant għandu jirrikonoxxi bħala spiża l-kostijiet imġarrba b’rabta mal-kisba ta’ lokazzjoni finanzjarja fid-data tad-dekorrenza minħabba li huma prinċipalment relatati mal-kisba tal-profitt mill-bejgħ tal-manifattur jew negozjant. Il-kostijiet imġarrba mil-lokaturi li jkunu manifatturi jew negozjanti b’konnessjoni mal-kisba ta’ lokazzjoni finanzjarja huma esklużi mid-definizzjoni ta’ kostijiet inizjali diretti u, b’hekk, huma esklużi mill-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni.

Kejl sussegwenti

75   Lokatur għandu jirrikonoxxi l-introjtu finanzjarju fuq it-terminu ta’ lokazzjoni, abbażi ta’ mudell li jirrifletti rata kostanti perjodika ta’ redditu fuq l-investiment nett ta’ lokatur fil-lokazzjoni.

76 Lokatur jimmira li jalloka l-introjtu finanzjarju matul it-terminu ta’ lokazzjoni fuq bażi sistematika u razzjonali. Lokatur għandu japplika l-pagamenti ta’ lokazzjoni relatati mal-perjodu kontra l-investiment gross fil-kuntratt ta’ lokazzjoni sabiex jitnaqqas kemm il-prinċipal kif ukoll l-introjtu finanzjarju mhux gwadanjat.

77 Lokatur għandu japplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent u l-indeboliment fl-IFRS 9 għall-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni. Lokatur għandu jirrieżamina regolarment il-valuri residwi mhux garantiti stmati li jintużaw fil-kalkolu tal-investiment gross fil-kuntratt ta’ lokazzjoni. Jekk kien hemm tnaqqis fil-valur residwu mhux garantit stmat, il-lokatur għandu jirrevedi l-allokazzjoni tal-introjtu matul it-terminu ta’ lokazzjoni u jirrikonoxxi minnufih kwalunkwe tnaqqis fir-rigward tal-ammonti akkumulati.

78 Lokatur li jikklassifika assi taħt lokazzjoni finanzjarja bħala miżmum għall-bejgħ (jew jinkludih fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) bl-applikazzjoni tal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx għandu jikkontabbilizza l-assi f’konformità ma’ dak l-Istandard.

Modifiki fil-lokazzjoni

79 Lokatur għandu jikkontabbilizza modifika f’lokazzjoni finanzjarja bħala lokazzjoni separata jekk:

(a) 

il-modifika żżid il-kamp ta’ applikazzjoni tal-lokazzjoni billi żżid id-dritt tal-użu ta’ wieħed mill-assi sottostanti jew aktar; u

(b) 

il-korrispettiv għal-lokazzjoni jiżdied b’ammont li jkun proporzjonat mal-prezz awtonomu għaż-żieda fil-kamp ta’ applikazzjoni u kwalunkwe aġġustament xieraq għal dak il-prezz awtonomu sabiex jirrifletti ċ-ċirkustanzi tal-kuntratt partikulari.

80 Għal modifika f’lokazzjoni finanzjarja li ma tiġix kontabbilizzata bħala lokazzjoni separata, lokatur għandu jikkontabbilizza l-modifika kif ġej:

(a) 

jekk il-lokazzjoni kienet tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni operatorja kieku l-modifika kienet fis-seħħ fid-data tal-bidu, il-lokatur għandu:

(i) 

jikkontabbilizza l-modifika fil-lokazzjoni bħala lokazzjoni ġdida mid-data effettiva tal-modifika; u

(ii) 

ikejjel l-ammont riportat tal-assi sottostanti bħala l-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni immedjatament qabel id-data effettiva tal-modifika fil-lokazzjoni.

(b) 

inkella, il-lokatur għandu japplika r-rekwiżiti tal-IFRS 9.

Lokazzjonijiet operatorji

Rikonoxximent u kejl

81   Lokatur għandu jirrikonoxxi pagamenti ta’ lokazzjoni minn lokazzjonijiet operatorji bħala introjtu fuq bażi lineari jew bażi sistematika oħra. Il-lokatur għandu japplika bażi sistematika oħra jekk din il-bażi tkun aktar rappreżentattiva tal-mudell li fih il-benefiċċju mill-użu tal-assi sottostanti ikun imnaqqas.

82 Lokatur għandu jirrikonoxxi kostijiet, inkluż id-deprezzament, imġarrbin fil-qligħ tal-introjtu mil-lokazzjoni bħala spiża.

83 Lokatur għandu jżid kostijiet diretti inizjali mġarrba fil-ksib ta’ lokazzjoni operatorja mal-ammont riportat tal-assi sottostanti u jirrikonoxxi dawk il-kostijiet bħala spiża matul it-terminu ta’ lokazzjoni fuq l-istess bażi bħall-introjtu mil-lokazzjoni.

84 Il-politika ta’ deprezzament għal assi sottostanti deprezzabbli soġġetti għal lokazzjoni operatorji għandha tkun konsistenti mal-politika normali ta’ deprezzament tal-lokatur għal assi simili. Lokatur għandu jikkalkula d-deprezzament f’konformità mal-IAS 16 u l-IAS 38.

85 Lokatur għandu japplika l-IAS 36 biex jiddetermina jekk assi sottostanti soġġett għal lokazzjoni operattiva huwiex indebolit u biex jikkontabbilizza kwalunkwe telf minn indeboliment identifikat.

86 Lokatarju li jkun manifattur jew negozjant ma jirrikonoxxi ebda profitt mill-bejgħ malli jidħol f’lokazzjoni operatorja għaliex dan m'huwiex ekwivalenti għal bejgħ.

Modifiki fil-lokazzjoni

87 Lokatur għandu jikkontabbilizza modifika f’lokazzjoni operatorja bħala lokazzjoni ġdida mid-data effettiva tal-modifika, b’kont meħud ta’ kwalunkwe prepagament jew pagament akkumulat ta’ lokazzjoni relatat mal-lokazzjoni oriġinali bħala parti mill-pagamenti ta’ lokazzjoni għal-lokazzjoni l-ġdida.

Preżentazzjoni

88 Lokatur għandu jippreżenta assi sottostanti soġġetti għal lokazzjonijiet operatorji fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu skont in-natura tal-assi sottostanti.

Divulgazzjoni

89   L-objettiv tad-divulgazzjonijiet huwa li l-lokaturi jiddivulgaw informazzjoni fin-noti li, flimkien mal-informazzjoni mogħtija fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-profitt jew telf u r-rapport tal-flussi ta’ flus, tagħti bażi lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-lokazzjonijiet għandhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tal-lokatur. Il-paragrafi 90–97 jispeċifikaw rekwiżiti dwar kif għandu jintlaħaq dan l-objettiv.

90 Lokatur għandu jiddivulga l-ammonti li ġejjin għall-perjodu ta’ rapportar:

(a) 

għal-lokazzjonijiet finanzjarji:

(i) 

il-profitt jew telf mill-bejgħ;

(ii) 

l-introjtu finanzjarju fuq l-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni; u

(iii) 

l-introjtu relatat ma’ pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli mhux inklużi fil-kejl tal-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni.

(b) 

għal-lokazzjonijiet operatorji, l-introjtu mil-lokazzjoni, u jiddivulga b’mod separat l-introjtu relatat mal-pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li ma jiddependux fuq indiċi jew rata.

91 Lokatur għandu jipprovdi d-divulgazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 90 f’format tabulari, sakemm ma jkunx aktar xieraq format ieħor.

92 Lokatur għandu jiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva addizzjonali dwar l-attivitajiet ta’ lokazzjoni tiegħu meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 89. Din l-informazzjoni addizzjonali tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw:

(a) 

in-natura tal-attivitajiet ta’ lokazzjoni tal-lokatur; u

(b) 

kif il-lokatur jimmaniġġa r-riskju assoċjat ma’ kwalunkwe dritt li jżomm f’assi sottostanti. B’mod partikulari, lokatur għandu jiddivulga l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu għad-drittijiet li jżomm f’assi sottostanti, inkluż kwalunkwe mezz li permezz tiegħu l-lokatur inaqqas dan ir-riskju. Tali mezzi jistgħu jinkludu, pereżempju, ftehimiet ta’ riakkwist, garanziji ta’ valur residwu jew pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli għall-użu f’eċċess ta’ limiti speċifikati.

Lokazzjonijiet finanzjarji

93 Lokatur għandu jipprovdi spjegazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-bidliet sinifikanti fl-ammont riportat tal-investiment nett f’lokazzjonijiet finanzjarji.

94 Lokatur għandu jiddivulga analiżi tal-maturità tal-pagamenti ta’ lokazzjoni riċevibbli, li turi l-pagamenti ta’ lokazzjoni mhux skontati li għandhom jiġu riċevuti fuq bażi annwali għal minimu ta’ kull waħda mill-ewwel ħames snin, u t-total tal-ammonti għas-snin li jifdal. Lokatur għandu jirrikonċilja l-pagamenti ta’ lokazzjoni mhux skontati mal-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni. Ir-rikonċiljazzjoni għandha tidentifika l-introjtu finanzjarju mhux gwadanjat relatat mal-pagamenti ta’ lokazzjoni riċevibbli u kwalunkwe valur residwu mhux garantit skontat.

Lokazzjonijiet operatorji

95 Għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir soġġetti għal lokazzjoni operatorja, lokatur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 16. Meta japplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 16, lokatur għandu jiddiżaggrega kull klassi ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir f’assi soġġetti għal lokazzjonijiet operatorji u assi mhux soġġetti għal lokazzjonijiet operatorji. Għaldaqstant, lokatur għandu jipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IAS 16 għal assi soġġett għal lokazzjoni operatorja (skont il-klassi ta’ assi sottostanti) separatament minn assi proprjetà tal-lokatur u miżmuma u użati minnu.

96 Lokatur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 36, fl-IAS 38, fl-IAS 40 u fl-IAS 41 għal assi soġġetti għal lokazzjonijiet operatorji.

97 Lokatur għandu jiddivulga analiżi tal-maturità tal-pagamenti ta’ lokazzjoni, li turi l-pagamenti ta’ lokazzjoni mhux skontati li għandhom jiġu riċevuti fuq bażi annwali għal minimu ta’ kull waħda mill-ewwel ħames snin, u total tal-ammonti għas-snin li jifdal.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ BEJGĦ B’LOKAZZJONI LURA

98 Jekk entità (il-bejjiegħ lokatarju) titrasferixxi assi lil entità oħra (ix-xerrej lokatur) u tagħmel lokazzjoni ta’ dak l-assi lura mix-xerrej lokatur, kemm il-bejjiegħ lokatarju kif ukoll ix-xerrej lokatur għandhom jikkontabbilizzaw il-kuntratt tat-trasferiment u l-lokazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafi 99–103.

Valutazzjoni dwar jekk it-trasferiment tal-assi huwiex bejgħ

99 Entità għandha tapplika r-rekwiżiti biex tiddetermina meta obbligu ta’ prestazzjoni jkun sodisfatt fl-IFRS 15 sabiex tiddetermina jekk it-trasferiment ta’ assi jiġix ikkontabbilizzat bħala bejgħ ta’ dak l-assi.

Trasferiment tal-assi huwa bejgħ

100 Jekk it-trasferiment ta’ assi mill-bejjiegħ lokatarju jissodisfa r-rekwiżiti tal-IFRS 15 biex jiġi kontabbilizzat bħala bejgħ tal-assi:

(a) 

il-bejjiegħ lokatarju għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu li jirriżulta mil-lokazzjoni lura fil-proporzjon tal-ammont riportat preċedenti tal-assi li jirrigwarda d-dritt tal-użu miżmum mill-bejjiegħ lokatarju. Għaldaqstant, il-bejjiegħ lokatarju għandu jirrikonoxxi biss l-ammont ta’ kwalunkwe qligħ jew telf li jirrigwarda d-drittijiet trasferiti lix-xerrej lokatur.

(b) 

ix-xerrej lokatur għandu jikkontabbilizza x-xiri tal-assi li japplika l-Istandards applikabbli, u l-lokazzjoni li tapplika r-rekwiżiti kontabbilistiċi tal-lokatur f’dan l-Istandard.

101 Jekk il-valur ġust tal-korrispettiv għall-bejgħ ta’ assi ma jkunx ugwali għall-valur ġust tal-assi, jew jekk il-pagamenti għal-lokazzjoni ma jkunux bir-rati tas-suq, entità għandha tagħmel l-aġġustamenti li ġejjin biex tkejjel ir-rikavati mill-bejgħ fil-valur ġust:

(a) 

kwalunkwe terminu taħt is-suq għandu jiġi kontabbilizzat bħala prepagament ta’ pagamenti ta’ lokazzjoni; u

(b) 

kwalunkwe terminu aktar minn dak tas-suq għandu jiġi kontabbilizzat bħala finanzjament addizzjonali pprovdut mix-xerrej lokatur lill-bejjiegħ lokatarju.

102 L-entità għandha tkejjel kwalunkwe aġġustament potenzjali meħtieġ mill-paragrafu 101 abbażi ta’ liema tkun l-aktar determinabbli faċilment bejn:

(a) 

id-differenza bejn il-valur ġust tal-korrispettiv għall-bejgħ u l-valur ġust tal-assi; u

(b) 

id-differenza bejn il-valur preżenti tal-pagamenti kuntrattwali għal-lokazzjoni u l-valur preżenti tal-pagamenti għal-lokazzjoni bir-rati tas-suq.

▼M2

102A Wara d-data tad-dekorrenza, il-bejjiegħ lokatarju għandu japplika l-paragrafi 29–35 għall-assi bid-dritt tal-użu li jirriżulta mil-lokazzjoni lura u l-paragrafi 36–46 għall-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni li tirriżulta mil-lokazzjoni lura. Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 36–46, il-bejjiegħ lokatarju għandu jiddetermina “pagamenti ta’ lokazzjoni” jew “pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti” b’mod li l-bejjiegħ lokatarju ma jirrikonoxxi l-ebda ammont ta’ qligħ jew telf relatat mad-dritt ta’ użu miżmum mill-bejjiegħ lokatarju. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan il-paragrafu ma żżommx lill-bejjiegħ lokatarju milli jirrikonoxxi fi profitt jew telf kwalunkwe qligħ jew telf relatat mat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa ta’ lokazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu 46(a).

▼B

Trasferiment tal-assi ma jikkostitwix bejgħ

103 Jekk it-trasferiment ta’ assi mill-bejjiegħ lokatarju ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-IFRS 15 li għandu jiġi kontabbilizzat bħala bejgħ tal-assi:

(a) 

il-bejjiegħ lokatarju għandu jkompli jirrikonoxxi l-assi ttrasferit u għandu jirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja bħala ugwali għar-rikavati mit-trasferiment. Dan għandu jikkontabbilizza l-obbligazzjoni finanzjarja bl-applikazzjoni tal-IFRS 9.

(b) 

ix-xerrej lokatur ma għandux jirrikonoxxi l-assi ttrasferit u għandu jirrikonoxxi assi finanzjarju bħala ugwali għar-rikavati mit-trasferiment. Dan għandu jikkontabbilizza l-assi finanzjarju bl-applikazzjoni tal-IFRS 9.

EĊĊEZZJONI TEMPORANJA LI TIRRIŻULTA MIR-RIFORMA TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU TAR-RATI TAL-IMGĦAX

104 Lokatarju għandu japplika l-paragrafi 105–106 għall-modifiki kollha fil-lokazzjoni li jbiddlu l-bażi għad-determinazzjoni ta’ pagamenti ta’ lokazzjonijiet futuri bħala riżultat tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax (ara l-paragrafi 5.4.6 u 5.4.8 tal-IFRS 9). Dawn il-paragrafi japplikaw biss għal tali modifiki fil-lokazzjonijiet. Għal dan il-għan, it-terminu “riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax” jirreferi għal riforma fis-suq kollu tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax kif deskritt fil-paragrafu 6.8.2 tal-IFRS 9.

105 Bħala espedjent prattiku, lokatarju għandu japplika l-paragrafu 42 biex jikkontabbilizza modifika fil-lokazzjoni meħtieġa mir-riforma tar-rata tal-imgħax referenzjarja. Dan l-espedjent prattiku japplika biss għal dawn il-modifiki. Għal dan il-għan, hija meħtieġa modifika fil-lokazzjoni mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

(a) 

il-modifika tkun meħtieġa bħala konsegwenza diretta tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax; u

(b) 

il-bażi l-ġdida għad-determinazzjoni tal-pagamenti ta’ lokazzjoni tkun ekonomikament ekwivalenti għall-bażi preċedenti (jiġifieri l-bażi immedjatament qabel il-modifika).

106 Madankollu, jekk isiru modifiki fil-lokazzjoni flimkien ma’ dawk il-modifiki fil-lokazzjoni meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax, lokatarju għandu japplika r-rekwiżiti applikabbli f’dan l-Istandard biex jikkontabbilizza l-modifiki ta’ lokazzjoni kollha li saru fl-istess ħin, inklużi dawk meħtieġa mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rati tal-imgħax.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard.

data tad-dekorrenza tal-lokazzjoni (data tad-dekorrenza)

Id-data li fiha lokatur jagħmel assi sottostanti disponibbli għall-użu minn lokatarju.

ħajja ekonomika

Il-perjodu li matulu assi jkun mistenni li jkun jista’ jintuża ekonomikament minn utent wieħed jew aktar jew l-għadd ta’ unitajiet ta’ produzzjoni jew unitajiet simili mistennija li jinkisbu minn assi minn utent wieħed jew aktar.

data effettiva tal-modifika

Id-data meta ż-żewġ partijiet jaqblu fuq modifika fil-lokazzjoni.

valur ġust

Għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti kontabbilistiċi tal-lokatur f’dan l-Istandard, l-ammont li għalih jista’ jiġi skambjat assi, jew saldata obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata.

lokazzjoni finanzjarja

Lokazzjoni li sostanzjalment tittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti.

pagamenti fissi

Pagamenti magħmula minn lokatarju lil lokatur għad-dritt tal-użu ta’ assi sottostanti matul it-terminu ta’ lokazzjoni, esklużi pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli.

investiment gross fil-kuntratt ta’ lokazzjoni

It-total ta’:

(a) 

il-pagamenti ta’ lokazzjoni riċevibbli minn lokatur taħt lokazzjoni finanzjarja; u

(b) 

kwalunkwe valur residwu mhux garantit li jakkumula favur il-lokatur.

data tal-bidu tal-lokazzjoni (data tal-bidu)

Id-data ta’ ftehim ta’ lokazzjoni jew id-data tal-impenn mill-partijiet għat-termini u l-kundizzjonijiet prinċipali tal-lokazzjoni, skont liema tiġi l-ewwel.

kostijiet inizjali diretti

Kostijiet inkrementali ta’ ksib ta’ lokazzjoni li ma kinux jiġġarrbu kieku l-lokazzjoni ma nkisbitx, ħlief għal dawk il-kostijiet imġarrba minn lokatur li jkun manifattur jew negozjant b’konnessjoni ma’ lokazzjoni finanzjarja.

rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni

Ir-rata tal-imgħax li ġġiegħel lill-valur preżenti (a) tal-pagamenti ta’ lokazzjoni u (b) tal-valur residwu mhux garantit ikunu ugwali għat-total (i) tal-valur ġust tal-assi sottostanti u (ii) ta’ kwalunkwe kost inizjali dirett tal-lokatur.

lokazzjoni

Kuntratt, jew parti minn kuntratt, li jagħti d-dritt tal-użu ta’ assi (l-assi sottostanti) għal perjodu ta’ żmien bi skambju għal korrispettiv.

inċentivi ta’ lokazzjoni

Il-pagamenti li jsiru minn lokatur lil lokatarju assoċjati ma’ lokazzjoni, jew ir-rimborż jew il-preżunzjoni minn lokatur tal-kostijiet ta’ lokatarju.

modifika fil-lokazzjoni

Bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ lokazzjoni jew il-korrispettiv għal lokazzjoni, li ma kinitx parti mit-termini u l-kundizzjonijiet inizjali tal-lokazzjoni (pereżempju, iż-żieda jew it-tmiem tad-dritt għall-użu ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew l-estensjoni jew it-tnaqqis tat-terminu ta’ lokazzjoni kuntrattwali).

pagamenti ta’ lokazzjoni

Pagamenti magħmula minn lokatarju lil lokatur relatati mad-dritt ta’ użu ta’ assi sottostanti matul it-terminu ta’ lokazzjoni, li jinkludu dan li ġej:

(a) 

pagamenti fissi (inkluż pagamenti fissi fis-sustanza), mingħajr ebda inċentiv ta’ lokazzjoni;

(b) 

pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li jiddependu fuq indiċi jew rata;

(c) 

il-prezz tal-eżerċitar ta’ opzjoni ta’ xiri jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-opzjoni; u

(d) 

pagamenti ta’ penali għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni, jekk it-terminu ta’ lokazzjoni jirrifletti lil-lokatarju li jeżerċita opzjoni li jtemm il-lokazzjoni.

Għal-lokatarju, il-pagamenti ta’ lokazzjoni jinkludu wkoll l-ammonti mistennija li jkunu pagabbli mil-lokatarju taħt garanziji ta’ valur residwu. Pagamenti ta’ lokazzjoni ma jinkludux pagamenti allokati għal komponenti li mhumiex ta’ lokazzjoni, sakemm il-lokatarju ma jagħżilx li jikkombina komponenti li mhumiex ta’ lokazzjoni ma’ komponent ta’ lokazzjoni u jikkontabbilizzahom bħala komponent ta’ lokazzjoni uniku.

Għal-lokatur, il-pagamenti ta’ lokazzjoni jinkludu wkoll kwalunkwe garanzija ta’ valur residwu mogħtija mil-lokatur lil-lokatarju, parti relatata mal-lokatarju jew parti terza mhux relatata mal-lokatur li tkun finanzjarjament kapaċi tonora l-obbligi taħt il-garanzija. Pagamenti ta’ lokazzjoni ma jinkludux pagamenti allokati għal komponenti li mhumiex ta’ lokazzjoni.

terminu ta’ lokazzjoni

Il-perjodu inkanċellabbli li lokatarju jkollu d-dritt li juża assi sottostanti għalih, flimkien ma’:

(a) 

perjodi koperti b’opzjoni biex tiġi estiża l-lokazzjoni jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li jeżerċita dik l-opzjoni; kif ukoll

(b) 

perjodi koperti b’opzjoni ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni jekk il-lokatarju jkun raġonevolment ċert li ma jeżerċitax dik l-opzjoni.

lokatarju

Entità li tikseb id-dritt li tuża assi sottostanti għal perjodu ta’ żmien bi skambju għal korrispettiv.

rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju

Ir-rata tal-imgħax li lokatarju jkollu jħallas sabiex jieħu b’self, għal terminu simili u b’garanzija simili, il-fondi meħtieġa biex jikseb assi ta’ valur simili għall-assi bid-dritt tal-użu f’ambjent ekonomiku simili.

lokatur

Entità li tagħti d-dritt li jintuża assi sottostanti għal perjodu ta’ żmien bi skambju għal korrispettiv.

investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni

L-investiment gross fil-kuntratt ta’ lokazzjoni skontat bir-rata tal-imgħax impliċita fil-kuntratt ta’ lokazzjoni.

lokazzjoni operatorja

Lokazzjoni li sostanzjalment ma tittrasferix ir-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti.

pagamenti ta’ lokazzjoni fakultattivi

Pagamenti li għandhom isiru minn lokatarju lil lokatur għad-dritt li jintuża assi sottostanti matul perjodi koperti minn opzjoni ta’ estensjoni jew terminazzjoni ta’ lokazzjoni li ma jkunux inklużi fit-terminu ta’ lokazzjoni.

perjodu ta’ użu

Il-perjodu totali ta’ żmien li assi jintuża għat-twettiq ta’ kuntratt ma’ konsumatur (inkluż kwalunkwe perjodu ta’ żmien mhux konsekuttiv).

garanzija ta’ valur residwu

Garanzija magħmula lil lokatur minn parti mhux relatata mal-lokatur li l-valur (jew parti mill-valur) ta’ assi sottostanti fi tmiem il-lokazzjoni jkun tal-anqas ammont speċifiku.

assi bid-dritt tal-użu

Assi li jirrappreżenta d-dritt ta’ lokatarju li juża assi sottostanti għat-terminu ta’ lokazzjoni.

lokazzjoni b’terminu qasir

Lokazzjoni li, fid-data tad-dekorrenza, ikollha terminu ta’ lokazzjoni ta’ 12-il xahar jew inqas. Lokazzjoni li jkun fiha opzjoni ta’ xiri mhijiex lokazzjoni b’terminu qasir.

sullokazzjoni

Tranżazzjoni li għaliha terġa’ ssir lokazzjoni ta’ assi sottostanti minn lokatarju (“lokatur intermedjarju”) lil parti terza, u l-lokazzjoni (“lokazzjoni prinċipali”) bejn il-lokatur prinċipali u l-lokatarju tibqa’ fis-seħħ.

assi sottostanti

Assi li huwa s-suġġett ta’ lokazzjoni, li għaliha d-dritt li jintuża dak l-assi jkun ġie pprovdut minn lokatur lil lokatarju.

introjtu finanzjarju mhux gwadanjat

Id-differenza bejn:

(a) 

l-investiment gross fil-kuntratt ta’ lokazzjoni; u

(b) 

l-investiment nett fil-kuntratt ta’ lokazzjoni.

valur residwu mhux garantit

Dak il-porzjon tal-valur residwu tal-assi sottostanti, li t-twettiq tiegħu minn lokatur ma jkunx żgurat jew ikun garantit biss minn parti relatata mal-lokatur.

pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli

Il-porzjon tal-pagamenti magħmula minn lokatarju lil lokatur għad-dritt tal-użu ta’ assi sottostanti tul it-terminu ta’ lokazzjoni li jvarja minħabba bidliet fil-fatti jew iċ-ċirkustanzi li jseħħu wara d-data tad-dekorrenza, minbarra l-mogħdija taż-żmien.

Termini definiti fi Standards oħra u li jintużaw f’dan l-Istandard bl-istess tifsira

kuntratt

Ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli.

ħajja utli

Il-perjodu li matulu assi jkun mistenni li jkun disponibbli għall-użu minn entità; jew l-għadd ta’ unitajiet ta’ produzzjoni jew unitajiet simili li jkunu mistennija li se jinkisbu minn assi minn entità.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–103 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

Applikazzjoni ta’ portafoll

B1 Dan l-Istandard jispeċifika l-kontabbiltà għal lokazzjoni individwali. Madankollu, bħala espedjent prattiku, entità tista’ tapplika dan l-Istandard għal portafoll ta’ lokazzjonijiet b’karatteristiki simili jekk l-entità tistenna raġonevolment li l-effetti fuq ir-rapporti finanzjarji tal-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għall-portafoll ma jkunux materjalment differenti mill-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard għal lokazzjonijiet individwali f’dak il-portafoll. Fil-kontabbiltà ta’ portafoll, entità għandha tuża stimi u suppożizzjonijiet li jirriflettu d-daqs u l-kompożizzjoni tal-portafoll.

Kombinament ta’ kuntratti

B2 Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, entità għandha tikkombina żewġ kuntratti jew aktar konklużi fl-istess ħin jew kważi mal-istess kontroparti (jew partijiet relatati tal-kontroparti), u tikkontabbilizza l-kuntratti bħala kuntratt uniku jekk ikun issodisfati wieħed mill-kriterji li ġejjin jew aktar:

(a) 

il-kuntratti jkunu nnegozjati bħala pakkett b’objettiv kummerċjali globali li ma jistax jinftiehem mingħajr ma wieħed jikkunsidra l-kuntratti flimkien;

(b) 

l-ammont ta’ korrispettiv li għandu jitħallas f’kuntratt wieħed jiddependi fuq il-prezz jew il-prestazzjoni tal-kuntratt l-ieħor; jew

(c) 

id-drittijiet li jintużaw assi sottostanti mwassla fil-kuntratti (jew xi drittijiet li jintużaw assi sottostanti mwassla f’kull wieħed mill-kuntratti) jifforma komponent ta’ lokazzjoni uniku kif deskritt fil-paragrafu B32.

Eżenzjoni tar-rikonoxximent: lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx (il-paragrafi 5–8)

B3 Ħlief kif speċifikat fil-paragrafu B7, dan l-Istandard jippermetti lil lokatarju japplika l-paragrafu 6 biex jikkontabbilizza lokazzjonijiet li l-assi sottostanti għalihom ikun ta’ valur baxx. Lokatarju għandu jivvaluta l-valur ta’ assi sottostanti abbażi tal-valur tal-assi meta jkun ġdid, irrispettivament mill-età tal-assi li jkun qed isirlu lokazzjoni.

B4 Il-valutazzjoni ta’ jekk assi sottostanti huwiex ta’ valur baxx issir fuq bażi assoluta. Lokazzjonijiet ta’ assi ta’ valur baxx jikkwalifikaw għal trattament kontabbilistiku fil-paragrafu 6, irrispettivament minn jekk dawk il-lokazzjonijiet humiex materjali għal-lokatarju. Il-valutazzjoni mhijiex affettwata mid-daqs, in-natura u ċ-ċirkustanzi tal-lokatarju. Għaldaqstant, lokatarji differenti huma mistennija jaslu għall-istess konklużjonijiet dwar jekk assi sottostanti partikulari huwiex ta’ valur baxx.

B5 Assi sottostanti jista’ jkun ta’ valur baxx biss jekk:

(a) 

il-lokatarju jkun jista’ jibbenefika mill-użu tal-assi sottostanti, waħdu jew flimkien ma’ riżorsi oħra li jkunu disponibbli faċilment għal-lokatarju; u

(b) 

l-assi sottostanti ma jkunx dipendenti ħafna fuq assi oħrajn, jew marbut ħafna magħhom.

B6 Lokazzjoni ta’ assi sottostanti ma tikkwalifikax bħala lokazzjoni ta’ assi ta’ valur baxx jekk in-natura tal-assi tkun tali li, meta jkun ġdid, l-assi tipikament ma jkunx ta’ valur baxx. Pereżempju, lokazzjonijiet ta’ karozzi ma jikkwalifikawx bħala lokazzjonijiet ta’ assi ta’ valur baxx minħabba li karozza ġdida tipikament ma tkunx ta’ valur baxx.

B7 Jekk lokatarju jagħmel sullokazzjoni ta’ assi, jew jistenna li jagħmel sullokazzjoni ta’ assi, il-lokazzjoni prinċipali ma tikkwalifikax bħala lokazzjoni ta’ assi ta’ valur baxx.

B8 Eżempji ta’ assi sottostanti ta’ valur baxx jistgħu jinkludu tablets u kompjuters personali, oġġetti żgħar ta’ għamara tal-uffiċċju u telefowns.

Identifikazzjoni ta’ lokazzjoni (il-paragrafi 9–11)

B9 Sabiex jiġi vvalutat jekk kuntratt jagħtix id-dritt li jiġi kkontrollat l-użu ta’ assi identifikat (ara l-paragrafi B13–B20) għal perjodu ta’ żmien, entità għandha tivvaluta jekk, matul il-perjodu tal-użu, il-konsumatur ikollux dawn li ġejjin:

(a) 

id-dritt li jinkisbu sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-assi identifikat (kif deskritt fil-paragrafi B21–B23); u

(b) 

id-dritt li jiġi dirett l-użu tal-assi identifikat (kif deskritt fil-paragrafi B24–B30).

B10 Jekk il-konsumatur ikollu d-dritt li jikkontrolla l-użu ta’ assi identifikat għal porzjon biss tat-terminu tal-kuntratt, il-kuntratt ikun fih lokazzjoni għal dak il-porzjon tat-terminu.

B11 Kuntratt biex wieħed jirċievi oġġetti jew servizzi jista’ jsir b’arranġament konġunt, jew f’isem arranġament konġunt, kif definit fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti. F’dan il-każ, l-arranġament konġunt jitqies bħala l-konsumatur fil-kuntratt. Skont dan, fil-valutazzjoni dwar jekk kuntratt bħal dan ikunx fih lokazzjoni, entità għandha tivvaluta jekk l-arranġament konġunt għandux id-dritt tal-kontroll tal-użu ta’ assi identifikat matul il-perjodu tal-użu.

B12 Entità għandha tivvaluta jekk kuntratt ikunx fih lokazzjoni għal kull komponent separat potenzjali ta’ lokazzjoni. Irreferi għall-paragrafu B32 għal gwida dwar il-komponenti separati ta’ lokazzjoni.

Assi identifikat

B13 Assi huwa tipikament identifikat billi jkun speċifikat b’mod espliċitu f’kuntratt. Madankollu, assi jista’ jiġi identifikat ukoll billi jkun speċifikat b’mod impliċitu meta dak l-assi jkun disponibbli għall-użu mill-konsumatur.

Drittijiet sostantivi ta’ sostituzzjoni

B14 Anki jekk assi jiġi speċifikat, konsumatur ma jkollux id-dritt li juża assi identifikat jekk il-fornitur ikollu d-dritt sostantiv li jissostitwixxi l-assi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu. Id-dritt ta’ fornitur li jissostitwixxi assi huwa sostantiv biss jekk jeżistu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fornitur ikollu l-kapaċità prattika li jissostitwixxi assi alternattivi tul il-perjodu tal-użu (pereżempju, il-konsumatur ma jkunx jista’ jipprevjeni lill-fornitur milli jissostitwixxi l-assi u assi alternattivi jkunu disponibbli faċilment għall-fornitur jew jistgħu jinkisbu mill-fornitur fi żmien raġonevoli); u

(b) 

il-fornitur jibbenefika ekonomikament mill-eżerċizzju tad-dritt tiegħu li jissostitwixxi l-assi (jiġifieri l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mas-sostituzzjoni tal-assi jkunu mistennija li jaqbżu l-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni tal-assi).

B15 Jekk il-fornitur ikollu dritt jew obbligu li jissostitwixxi l-assi biss f’data partikulari jew warajha jew l-okkorrenza ta’ event speċifikat, id-dritt għas-sostituzzjoni tal-fornitur ma jkunx sostantiv minħabba li l-fornitur ma jkollux il-kapaċità prattika li jissostitwixxi assi alternattivi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu.

B16 L-evalwazzjoni ta’ entità dwar jekk id-dritt għas-sostituzzjoni tal-fornitur huwiex sostantiv hija bbażata fuq fatti u ċirkustanzi fil-bidu tal-kuntratt u għandha teskludi l-korrispettiv ta’ eventi futuri li, mal-bidu tal-kuntratt, ma jitqisux bħala probabbli li jseħħu. Eżempji ta’ eventi futuri li, mal-bidu tal-kuntratt, ma jitqisux bħala probabbli li jseħħu u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu esklużi mill-evalwazzjoni jinkludu:

(a) 

ftehim minn konsumatur futur għall-ħlas ta’ rata ogħla minn dik tas-suq għall-użu tal-assi;

(b) 

l-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida li ma tkunx sostanzjalment żviluppata fil-bidu tal-kuntratt;

(c) 

differenza sostanzjali bejn l-użu tal-assi tal-konsumatur, jew il-prestazzjoni tal-assi, u l-użu jew il-prestazzjoni meqjusa bħala probabbli fil-bidu tal-kuntratt; u

(d) 

differenza sostanzjali bejn il-prezz tas-suq tal-assi waqt il-perjodu tal-użu, u l-prezz tas-suq meqjus bħala probabbli fil-bidu tal-kuntratt.

B17 Jekk l-assi jkun jinsab fil-post tal-konsumatur jew xi mkien ieħor, il-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni jkunu ġeneralment ogħla milli meta jkun jinsab fil-bini tal-fornitur u, għaldaqstant, ikunu iktar probabbli li jaqbżu l-benefiċċji assoċjati mas-sostituzzjoni tal-assi.

B18 Id-dritt jew l-obbligu tal-fornitur li jissostitwixxi l-assi għal tiswijiet u manutenzjoni, jekk l-assi ma jkunx qed jopera sew jew jekk isir disponibbli titjib tekniku ma jipprekludix lill-konsumatur milli jkollu d-dritt li juża assi identifikat.

B19 Jekk il-konsumatur ma jistax jiddetermina faċilment jekk il-fornitur ikollux dritt sostantiv ta’ sostituzzjoni, il-konsumatur għandu jippreżumi li kwalunkwe dritt ta’ sostituzzjoni ma jkunx sostantiv.

Porzjonijiet ta’ assi

B20 Porzjon ta’ kapaċità ta’ assi jkun assi identifikat jekk ikun fiżikament distint (pereżempju, sular ta’ bini). Kapaċità jew porzjon ieħor ta’ assi li ma jkunx fiżikament distint (pereżempju, porzjon ta’ kapaċità tal-kejbil fibrottiku) ma jkunx assi identifikat, sakemm ma jkunx jirrappreżenta sostanzjalment il-kapaċità kollha tal-assi u b’hekk jipprovdi lill-konsumatur id-dritt li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-assi.

Dritt li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi mill-użu

B21 Biex jikkontrolla l-użu ta’ assi identifikat, konsumatur ikun meħtieġ ikollu d-dritt li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-assi matul il-perjodu tal-użu (pereżempju, billi jkollu l-użu esklużiv tal-assi matul dak il-perjodu). Konsumatur jista’ jikseb benefiċċji ekonomiċi billi juża assi direttament jew indirettament f’ħafna modi, bħal pereżempju l-użu, iż-żamma jew is-sullokazzjoni tal-assi. Il-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-assi jinkludu l-output primarju u l-prodotti sekondarji tiegħu (inkluż flussi ta’ flus potenzjali derivati minn dawn l-entrati), u benefiċċji ekonomiċi oħrajn mill-użu tal-assi li jistgħu jitwettqu minn tranżazzjoni kummerċjali ma’ parti terza.

B22 Meta tivvaluta d-dritt li jinkisbu sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu ta’ assi, entità għandha tikkunsidra l-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-użu tal-assi fil-kamp ta’ applikazzjoni definit tad-dritt ta’ konsumatur li juża l-assi (ara l-paragrafu B30). Pereżempju:

(a) 

jekk kuntratt jillimita l-użu ta’ vettura bil-mutur għal territorju partikulari wieħed biss waqt il-perjodu tal-użu, entità għandha tikkunsidra biss il-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-vettura bil-mutur f’dak it-territorju, u mhux lil hinn minnu.

(b) 

jekk kuntratt jispeċifika li konsumatur jista’ jsuq vettura bil-mutur biss sa ċertu għadd ta’ mili waqt il-perjodu tal-użu, entità għandha tikkunsidra biss il-benefiċċji ekonomiċi mill-użu tal-vettura bil-mutur sal-kilometraġġ permess u mhux lil hinn minnu.

B23 Jekk kuntratt jeħtieġ li konsumatur iħallas lill-fornitur jew lil parti oħra porzjon tal-flussi ta’ flus derivat mill-użu tal-assi bħala korrispettiv, dawk il-flussi ta’ flus imħallsa bħala korrispettiv għandhom jitqiesu li jkunu parti mill-benefiċċji ekonomiċi li l-konsumatur jikseb mill-użu tal-assi. Pereżempju, jekk il-konsumatur ikun mitlub iħallas lill-fornitur persentaġġ tal-bejgħ mill-użu ta’ spazju għall-bejgħ bl-imnut bħala korrispettiv għal dan l-użu, dan ir-rekwiżit ma jipprekludix lill-konsumatur milli jkollu d-dritt li jikseb sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-użu tal-ispazju għall-bejgħ bl-imnut. Dan minħabba li l-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn dan il-bejgħ jitqiesu bħala benefiċċji ekonomiċi li l-konsumatur jakkwista mill-użu tal-ispazju għall-bejgħ bl-imnut, li porzjon minnhom iħallas lill-fornitur bħala korrispettiv għad-dritt għall-użu ta’ dak l-ispazju.

Dritt li jidderieġi l-użu

B24 Konsumatur għandu d-dritt li jidderieġi l-użu ta’ assi identifikat tul il-perjodu tal-użu biss jekk:

(a) 

il-konsumatur ikollu d-dritt li jidderieġi kif u għal liema skop jintuża l-assi matul il-perjodu kollu tal-użu (kif deskritt fil-paragrafi B25–B30); jew

(b) 

id-deċiżjonijiet rilevanti dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi jkunu predeterminati u:

(i) 

il-konsumatur ikollu d-dritt li jopera l-assi (jew li jidderieġi lill-oħrajn biex joperaw l-assi bil-mod li jiddetermina hu) tul il-perjodu tal-użu, mingħajr ma l-fornitur ikollu d-dritt li jbiddel dawk l-istruzzjonijiet operatorji; jew

(ii) 

il-konsumatur ifassal l-assi (jew aspetti speċifiċi tal-assi) b’mod li jiddetermina minn qabel kif u għal liema skop jintuża l-assi matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu.

Kif u għal liema skop jintuża l-assi

B25 Konsumatur ikollu d-dritt li jidderieġi kif u għal liema skop jintuża l-assi jekk, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-użu tiegħu definit fil-kuntratt, ikun jista’ jibdel kif u għal liema skop jintuża l-assi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu. Meta tagħmel din il-valutazzjoni, entità tikkunsidra d-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li huma l-aktar rilevanti għall-bidla ta’ kif u għal liema skop jintuża l-assi għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu. Id-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet ikunu rilevanti meta dawn jaffettwaw il-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-użu. Id-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu l-aktar rilevanti x’aktarx ikunu differenti għal kuntratti differenti, skont in-natura tal-assi u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.

B26 Eżempji ta’ drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li, skont iċ-ċirkustanzi, jagħtu d-dritt li jinbidel kif u għal liema raġuni jintuża l-assi, fil-kamp ta’ applikazzjoni definit dwar id-dritt tal-użu tal-konsumatur, jinkludu:

(a) 

id-drittijiet għal bidliet fit-tip ta’ output li jkun prodott mill-assi (pereżempju, biex jiġi deċiż jekk jintużax kontejner marittimu għat-trasport ta’ merkanzija jew għall-ħażna, jew dwar it-taħlita ta’ prodotti mibjugħa minn ħwienet bl-imnut);

(b) 

id-drittijiet għal bidla meta l-output jiġi prodott (pereżempju, biex jiġi deċiż meta entrata ta’ makkinarju jew impjant tal-enerġija se jintuża);

(c) 

id-drittijiet għal bidla fejn l-output ikun prodott (pereżempju, biex jiġi deċiż dwar id-destinazzjoni ta’ trakk jew bastiment, jew jekk entrata ta’ tagħmir tintużax); u

(d) 

id-drittijiet għal bidla jekk l-output ikun prodott, u l-kwantità ta’ dak l-output (pereżempju, biex jiġi deċiż jekk tiġix prodotta enerġija minn impjant tal-enerġija u kemm enerġija għandha tiġi prodotta minn dak l-impjant tal-enerġija).

B27 Eżempji ta’ drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li ma jagħtux id-dritt għal bidla kif u għal liema skop jintuża l-assi jinkludu drittijiet li jkunu limitati għall-operazzjoni jew il-manutenzjoni tal-assi. Dawn id-drittijiet jistgħu jinżammu mill-konsumatur jew mill-fornitur. Għalkemm drittijiet bħal dawk li topera jew iżżomm assi huma ta’ spiss essenzjali għall-użu effiċjenti ta’ assi, dawn mhumiex drittijiet li jagħtu direzzjoni dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi u ta’ spiss ikunu dipendenti fuq id-deċiżjonijiet dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi. Madankollu, drittijiet li topera assi jistgħu jagħtu d-dritt lill-konsumatur li jidderieġi l-użu tal-assi jekk id-deċiżjonijiet rilevanti dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi jkunu predeterminati (ara l-paragrafu B24(b)(i)).

Deċiżjonijiet determinati matul u qabel il-perjodu tal-użu

B28 Id-deċiżjonijiet rilevanti dwar kif u għal liema skop jintuża l-assi jistgħu jiġu predeterminati b’diversi modi. Pereżempju, id-deċiżjonijiet rilevanti ma jistgħux jiġu predeterminati mid-disinn tal-assi jew b’restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-użu tal-assi.

B29 Fil-valutazzjoni ta’ jekk konsumatur ikollux id-dritt li jidderieġi l-użu ta’ assi, entità għandha tikkunsidra biss drittijiet biex tieħu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-assi waqt il-perjodu tal-użu, sakemm il-konsumatur ma jkunx fassal l-assi (jew aspetti speċifiċi tal-assi) kif deskritt fil-paragrafu B24(b)(ii). Konsegwentement, sakemm ma jkunux jeżistu l-kundizzjonijiet fil-paragrafu B24(b)(ii), entità ma għandhiex tikkunsidra deċiżjonijiet li jkunu predeterminati qabel il-perjodu tal-użu. Pereżempju, jekk konsumatur ikun kapaċi biss jispeċifika l-output ta’ assi qabel il-perjodu tal-użu, il-konsumatur ma jkollux id-dritt li jidderieġi l-użu ta’ dak l-assi. Il-kapaċità li jispeċifika l-output f’kuntratt qabel il-perjodu tal-użu, mingħajr ebda drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-użu tal-assi, jagħti lil konsumatur l-istess drittijiet bħal kwalunkwe konsumatur li jixtri oġġetti jew servizzi.

Drittijiet protettivi

B30 Kuntratt jista’ jinkludi termini u kundizzjonijiet intiżi sabiex jipproteġu l-interess tal-fornitur fl-assi jew assi oħrajn, biex jipproteġu lill-persunal tiegħu, jew biex jiżguraw il-konformità tal-fornitur ma’ liġijiet jew regolamenti. Dawn huma eżempji ta’ drittijiet protettivi. Pereżempju, kuntratt jista’ (i) jispeċifika l-ammont massimu ta’ użu ta’ assi jew jillimita fejn jew meta l-konsumatur ikun jista’ juża l-assi, (ii) jitlob lil konsumatur isegwi prattiki operatorji partikulari, jew (iii) jitlob lil konsumatur jinforma lill-fornitur dwar bidliet f’kif se jintuża l-assi. Drittijiet protettivi tipikament jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-użu tal-konsumatur iżda, waħedhom, ma jipprekludux lill-konsumatur milli jgawdi mid-dritt li jidderieġi l-użu ta’ assi.

B31 Id-dijagramma sekwenzjali li ġejja tista’ tassisti l-entitajiet fil-valutazzjoni ta’ jekk kuntratt huwiex, jew fihx, lokazzjoni.

image

Separazzjoni tal-komponenti ta’ kuntratt (il-paragrafi 12–17)

B32 Id-dritt għall-użu ta’ assi sottostanti huwa komponent separat ta’ lokazzjoni jekk:

(a) 

il-lokatarju jkun jista’ jibbenefika mill-użu ta’ assi sottostanti, waħdu jew flimkien ma’ riżorsi oħrajn li jkunu disponibbli faċilment lil-lokatarju. Riżorsi disponibbli faċilment huma oġġetti jew servizzi li jinbiegħu jew isir lokazzjoni tagħhom separatament (mil-lokatur jew fornituri oħra) jew riżorsi li l-lokatarju jkun diġà kiseb (mil-lokatur jew minn tranżazzjonijiet jew eventi oħra); u

(b) 

l-assi sottostanti la jkunu dipendenti ħafna fuq l-assi sottostanti l-oħra fil-kuntratt, u lanqas ma jkunu marbutin ħafna magħhom. Pereżempju, il-fatt li lokatarju jista’ jiddeċiedi li ma jagħmilx lokazzjoni tal-assi sottostanti mingħajr ma jaffettwa b’mod sinifikanti d-drittijiet tiegħu li juża assi sottostanti oħra fil-kuntratt jista’ jindika li l-assi sottostanti ma jkunx dipendenti ħafna fuq dawk l-assi sottostanti l-oħra, jew marbut ħafna magħhom.

B33 Kuntratt jista’ jinkludi ammont pagabbli mil-lokatarju għal attivitajiet u kostijiet li ma jittrasferux oġġett jew servizz lil-lokatarju. Pereżempju, lokatarju jista’ jinkludi fl-ammont pagabbli totali imposta għal kompiti amministrattivi, jew kostijiet oħra li jġarrab assoċjati mal-lokazzjoni, li ma jittrasferux oġġett jew servizz lil-lokatarju. Tali ammonti pagabbli ma jirriżultawx f’komponent separat tal-kuntratt, iżda jitqiesu bħala parti tal-korrispettiv totali li jkun allokat lill-komponenti identifikati separatament tal-kuntratt.

Terminu ta’ lokazzjoni (il-paragrafi 18-21)

B34 Fid-determinazzjoni tat-terminu ta’ lokazzjoni u fil-valutazzjoni tat-tul tal-perjodu inkanċellabbli ta’ lokazzjoni, entità għandha tapplika d-definizzjoni ta’ kuntratt u tiddetermina l-perjodu li fih il-kuntratt ikun infurzabbli. Lokazzjoni ma tibqax iktar infurzabbli meta l-lokatarju u l-lokatur ikollhom id-dritt li jtemmu l-lokazzjoni mingħajr permess mill-parti l-oħra b’mhux aktar minn penali insinifikanti.

B35 Jekk lokatarju biss ikollu d-dritt li jtemm lokazzjoni, dan id-dritt jitqies bħala opzjoni ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni disponibbli għal-lokatarju li entità tqis meta jiġi determinat it-terminu ta’ lokazzjoni. Jekk lokatur biss ikollu d-dritt li jtemm lokazzjoni, il-perjodu inkanċellabbli tal-lokazzjoni jinkludi l-perjodu kopert mill-opzjoni ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni.

B36 It-terminu ta’ lokazzjoni jibda fid-data tad-dekorrenza u jinkludi kwalunkwe perjodu bla kera pprovdut lil-lokatarju mil-lokatur.

B37 Mad-data tad-dekorrenza, entità tivvaluta jekk il-lokatarju huwiex raġonevolment ċert li jeżerċita opzjoni ta’ estensjoni tal-lokazzjoni jew li jixtri l-assi sottostanti, jew li ma jeżerċitax opzjoni ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni. L-entità tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti li joħolqu inċentiv ekonomiku favur il-lokatarju li jeżerċita, jew li ma jeżerċitax, l-opzjoni, inkluż kwalunkwe bidla mistennija fil-fatti u ċ-ċirkustanzi mid-data tad-dekorrenza sad-data tal-eżerċitar tal-opzjoni. Eżempji ta’ fatturi li għandhom jitqiesu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

termini u kundizzjonijiet kuntrattwali għall-perjodi fakultattivi meta mqabbla mar-rati tas-suq, bħal:

(i) 

l-ammont ta’ pagamenti għal-lokazzjoni fi kwalunkwe perjodu fakultattiv;

(ii) 

l-ammont ta’ kwalunkwe pagament varjabbli għal-lokazzjoni jew pagamenti kontinġenti oħrajn, bħal pagamenti li jirriżultaw minn penali ta’ terminazzjoni u garanziji ta’ valur residwu; u

(iii) 

it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe opzjoni li tkun eżerċitabbli wara perjodi fakultattivi inizjali (pereżempju, opzjoni ta’ xiri li tkun eżerċitabbli fit-tmiem ta’ perjodu ta’ estensjoni b’rata li bħalissa tinsab taħt ir-rati tas-suq).

(b) 

titjib sinifikanti ta’ fond lokatizju mwettaq (jew mistenni li jitwettaq) matul it-terminu tal-kuntratt li huwa mistenni li jkollu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti għal-lokatarju meta l-opzjoni ta’ estensjoni jew ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni, jew ta’ xiri tal-assi sottostanti, issir eżerċitabbli;

(c) 

kostijiet relatati mat-terminazzjoni tal-lokazzjoni, bħal kostijiet tan-negozjati, kostijiet ta’ rilokazzjoni, kostijiet ta’ identifikazzjoni ta’ assi sottostanti ieħor adattat għall-ħtiġijiet tal-lokatarju, kostijiet biex jiġi integrat assi ġdid fl-operazzjonijiet tal-lokatarju, jew penali ta’ terminazzjoni u kostijiet simili, inklużi kostijiet assoċjati mar-ritorn tal-assi sottostanti f’kundizzjoni speċifikata fil-kuntratt jew f’post speċifikat fil-kuntratt;

(d) 

l-importanza ta’ dak l-assi sottostanti għall-operazzjonijiet tal-lokatarju, meta wieħed iqis, pereżempju, jekk l-assi sottostanti huwiex assi speċjalizzat, il-post tal-assi sottostanti u d-disponibbiltà ta’ alternattivi adattati; u

(e) 

il-kundizzjonalità assoċjata mal-eżerċitar tal-opzjoni (jiġifieri meta l-opzjoni tista’ tiġi eżerċitata biss jekk tiġi ssodisfata kundizzjoni waħda jew iżjed), u l-probabbiltà li dawk il-kundizzjonijiet ikunu jeżistu.

B38 Opzjoni li tiġi estiża jew tintemm lokazzjoni tista’ tiġi kombinata ma’ karatteristika kuntrattwali oħra waħda jew aktar (pereżempju, garanzija ta’ valur residwu) b’tali mod li l-lokatarju jiggarantixxi lil-lokatur ritorn ta’ flus minimu jew fiss li jkun sostanzjalment l-istess irrispettivament minn jekk tiġix eżerċitata l-opzjoni jew le. F’każijiet bħal dawn, u minkejja l-gwida dwar pagamenti fissi fis-sustanza fil-paragrafu B42, entità għandha tassumi li l-lokatarju jkun raġonevolment ċert li jeżerċita l-opzjoni li jestendi l-lokazzjoni, jew li ma jeżerċitax l-opzjoni li jittermina l-lokazzjoni.

B39 Aktar ma jkun qasir il-perjodu inkanċellabbli ta’ lokazzjoni, aktar ikun probabbli li lokatarju jeżerċita opzjoni li jestendi l-lokazzjoni jew li ma jeżerċitax opzjoni li jtemm il-lokazzjoni. Dan minħabba li l-kostijiet assoċjati mal-kisba ta’ assi ta’ sostituzzjoni x’aktarx ikunu proporzjonalment ogħla aktar ma jkun qasir il-perjodu inkanċellabbli.

B40 Il-prattika passata ta’ lokatarju rigward il-perjodu li matulu jkun tipikament uża tipi partikulari ta’ assi (kemm jekk f’lokazzjoni kif ukoll jekk fi sjieda), u r-raġunijiet ekonomiċi tiegħu għal dan, tista’ tipprovdi informazzjoni ta’ għajnuna fil-valutazzjoni ta’ jekk il-lokatarju huwiex raġonevolment ċert li jeżerċita, jew li ma jeżerċitax, opzjoni. Pereżempju, jekk lokatarju jkun tipikament uża tipi partikulari ta’ assi għal perjodu partikulari ta’ żmien jew jekk il-lokatarju jkollu prattika li jeżerċita ta’ spiss opzjonijiet fuq lokazzjonijiet ta’ tipi partikulari ta’ assi sottostanti, il-lokatarju għandu jqis ir-raġunijiet ekonomiċi għal dik il-prattika passata fil-valutazzjoni ta’ jekk hemmx ċertezza raġonevoli li jeżerċita opzjoni fuq lokazzjonijiet ta’ dawk l-assi.

B41 Il-paragrafu 20 jispeċifika li, wara d-data tad-dekorrenza, lokatarju jirrivaluta t-terminu ta’ lokazzjoni meta jseħħ event sinifikanti jew bidla sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li taqa’ taħt il-kontroll tal-lokatarju u taffettwa jekk il-lokatarju jkunx raġonevolment ċert li jeżerċita opzjoni li preċedentement ma kinitx inkluża fid-determinazzjoni tiegħu tat-terminu ta’ lokazzjoni, jew li ma jeżerċitax opzjoni li preċedentement kienet inkluża fid-determinazzjoni tat-terminu ta’ lokazzjoni. Eżempji ta’ eventi sinifikanti jew bidliet fiċ-ċirkustanzi jinkludu:

(a) 

titjib sinifikanti ta’ fond lokatizju mhux mistenni fid-data tad-dekorrenza li jkun mistenni li jkollu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti għal-lokatarju meta l-opzjoni ta’ estensjoni jew ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni, jew ta’ xiri tal-assi sottostanti, isir eżerċitabbli;

(b) 

modifika sinifikanti għall-assi sottostanti, jew adattament tiegħu, li ma kinitx mistennija fid-data tad-dekorrenza;

(c) 

il-bidu ta’ sullokazzjoni tal-assi sottostanti għal perjodu lil hinn minn tmiem it-terminu ta’ lokazzjoni determinat preċedentement; u

(d) 

deċiżjoni tan-negozju tal-lokatarju li tkun direttament rilevanti għall-eżerċitar, jew in-nuqqas ta’ eżerċitar, ta’ opzjoni (pereżempju, deċiżjoni li tiġi estiża l-lokazzjoni ta’ assi komplimentari, biex isir disponiment ta’ assi alternattiv jew biex isir disponiment ta’ unità tan-negozju li fiha jintuża l-assi bid-dritt tal-użu).

Pagamenti ta’ lokazzjoni fissa fis-sustanza (il-paragrafi 27(a), 36(c) u 70(a))

B42 Pagamenti ta’ lokazzjoni jinkludu kwalunkwe pagament ta’ lokazzjoni fissa fis-sustanza. Pagamenti ta’ lokazzjoni fissa fis-sustanza huma pagamenti li jistgħu, fil-forma, ikun fihom il-varjabbiltà iżda li, fis-sustanza, huma inevitabbli. Pagamenti ta’ lokazzjoni fissa fis-sustanza jeżistu, pereżempju, jekk:

(a) 

il-pagamenti jkunu strutturati bħala pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli, iżda ma jkun hemm ebda varjabbiltà ġenwina f’dawk il-pagamenti. Dawn il-pagamenti jinkludu klawżoli varjabbli li ma jkollhomx sustanza ekonomika reali. Eżempji ta’ dawn it-tipi ta’ pagamenti jinkludu:

(i) 

pagamenti li jridu jsiru biss jekk jiġi ppruvat li assi jkun kapaċi jopera waqt il-lokazzjoni, jew biss jekk iseħħ event li ma għandu l-ebda possibbiltà ġenwina li ma jsirx; jew

(ii) 

pagamenti li inizjalment ikunu ġew strutturati bħala pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli marbuta mal-użu tal-assi sottostanti, iżda li għalihom il-varjabbiltà se tiġi solvuta f’xi punt wara d-data tad-dekorrenza biex il-pagamenti jsiru fissi għall-bqija tat-terminu ta’ lokazzjoni. Dawk il-pagamenti jsiru pagamenti ta’ lokazzjoni fissa fis-sustanza meta l-varjabbiltà tiġi solvuta.

(b) 

ikun hemm iktar minn sett wieħed ta’ pagamenti li lokatarju jista’ jagħmel, imma wieħed biss minn dawn is-settijiet ta’ pagamenti jkun realistiku. F’dan il-każ, entità għandha tikkunsidra s-sett realistiku ta’ pagamenti bħala pagamenti ta’ lokazzjoni.

(c) 

ikun hemm iktar minn sett wieħed realistiku ta’ pagamenti li l-lokatarju jkun jista’ jagħmel, imma jrid jagħmel mill-inqas wieħed minn dawk is-settijiet ta’ pagamenti. F’dan il-każ, entità għandha tqis is-sett ta’ pagamenti li jaggrega għall-aktar ammont baxx (fuq bażi skontata) li jkun il-pagamenti ta’ lokazzjoni.

Involviment tal-lokatarju mal-assi sottostanti qabel id-data tad-dekorrenza

Kostijiet tal-lokatarju relatati mal-kostruzzjoni jew it-tfassil tal-assi sottostanti

B43 Entità tista’ tinnegozja lokazzjoni qabel ma l-assi sottostanti jkun disponibbli għall-użu mil-lokatarju. Għal ċerti lokazzjonijiet, l-assi sottostanti jista’ jeħtieġ li jinbena jew jitfassal mill-ġdid biex jintuża mil-lokatarju. Skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt, lokatarju jista’ jkun meħtieġ jagħmel pagamenti relatati mal-kostruzzjoni jew mad-disinn tal-assi.

B44 Jekk lokatarju jġarrab il-kostijiet relatati mal-kostruzzjoni jew it-tfassil ta’ assi sottostanti, il-lokatarju għandu jikkontabbilizza dawn il-kostijiet bl-applikazzjoni ta’ Standards applikabbli oħrajn, bħall-IAS 16. Il-kostijiet relatati mal-kostruzzjoni jew it-tfassil ta’ assi sottostanti ma jinkludux pagamenti magħmula mil-lokatarju għad-dritt tal-użu ta’ assi sottostanti. Pagamenti għad-dritt tal-użu ta’ assi sottostanti huma l-pagamenti għal lokazzjoni, irrispettivament mit-twaqqit ta’ dawn il-pagamenti.

Titolu legali għall-assi sottostanti

B45 Lokatarju jista’ jikseb titolu legali għal assi sottostanti qabel ma dak it-titolu legali jiġi trasferit lil-lokatur u ssir lokazzjoni tal-assi lil-lokatarju. Il-kisba ta’ titolu legali ma tippermettix, fiha nnifisha, li jiġi determinat kif għandha tiġi kkontabbilizzata t-tranżazzjoni.

B46 Jekk il-lokatarju jikkontrolla (jew jikseb kontroll ta’) l-assi sottostanti qabel ma jiġi ttrasferit lil-lokatur, it-tranżazzjoni tkun tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura li tkun kontabbilizzata bl-applikazzjoni tal-paragrafi 98–103.

B47 Madankollu, jekk il-lokatarju ma jiksibx il-kontroll tal-assi sottostanti qabel ma l-assi jiġi trasferit lil-lokatur, it-tranżazzjoni ma tkunx tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk manifattur, lokatur u lokatarju jinnegozjaw tranżazzjoni għax-xiri ta’ assi mingħand il-manifattur mil-lokatur, li min-naħa tiegħu ssir lokazzjoni tiegħu lil-lokatarju. Il-lokatarju jista’ jikseb titolu legali għall-assi sottostanti qabel ma jiġi trasferit lil-lokatur. F’dan il-każ, jekk il-lokatarju jikseb titolu legali għall-assi sottostanti iżda ma jiksibx il-kontroll tal-assi qabel ma jiġi trasferit lil-lokatur, it-tranżazzjoni ma tiġix kontabbilizzata bħala tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura, iżda bħala lokazzjoni.

Divulgazzjonijiet tal-lokatarju (il-paragrafu 59)

B48 Fid-determinazzjoni ta’ jekk hijiex meħtieġa informazzjoni addizzjonali dwar attivitajiet ta’ lokazzjoni biex jintlaħaq l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 51, lokatarju għandu jqis:

(a) 

jekk dik l-informazzjoni hijiex rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji. Lokatarju għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali speċifikata fil-paragrafu 59 biss jekk dik l-informazzjoni tkun mistennija li tkun rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji. F’dan il-kuntest, dan x’aktarx li jkun il-każ jekk din tgħin lil dawk l-utenti jifhmu:

(i) 

il-flessibbiltà pprovduta mil-lokazzjonijiet. Il-lokazzjonijiet jistgħu jipprovdu flessibbiltà jekk, pereżempju, lokatarju jkun jista’ jnaqqas l-iskopertura tiegħu billi jeżerċita opzjonijiet ta’ terminazzjoni jew tiġdid ta’ lokazzjonijiet b'termini u kundizzjonijiet favorevoli.

(ii) 

restrizzjonijiet imposti minn lokazzjonijiet. Il-lokazzjonijiet jistgħu jimponu restrizzjonijiet, pereżempju, billi jirrikjedu li l-lokatarju jżomm proporzjonijiet finanzjarji partikulari.

(iii) 

sensittività tal-informazzjoni rrapportata għal varjabbli prinċipali. L-informazzjoni rrapportata tista’ tkun sensittiva għal, pereżempju, pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli futuri.

(iv) 

skopertura għal riskji oħrajn li jirriżultaw minn lokazzjonijiet.

(v) 

devjazzjonijiet mill-prattika tal-industrija. Tali devjazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, termini u kundizzjonijiet ta’ lokazzjonijiet mhux tas-soltu jew uniċi li jaffettwaw il-portafoll ta’ lokazzjoni ta’ lokatarju.

(b) 

jekk dik l-informazzjoni tkun apparenti mill-informazzjoni ppreżentata fir-rapporti finanzjarji dikjarati jew divulgata fin-noti. Lokatarju ma għandux bżonn jidduplika informazzjoni li tkun diġà ġiet ippreżentata xi mkien ieħor fir-rapporti finanzjarji.

B49 Informazzjoni addizzjonali dwar pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 51 tista’ tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw, pereżempju:

(a) 

ir-raġunijiet tal-lokatarju biex juża pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli u l-prevalenza ta’ dawk il-pagamenti;

(b) 

id-daqs relattiv tal-pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli għal pagamenti fissi;

(c) 

il-varjabbli prinċipali li fuqhom jiddependu l-pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli u kif il-pagamenti huma mistennija jvarjaw b’rispons għall-bidliet f’dawk il-varjabbli prinċipali; u

(d) 

effetti operatorji u finanzjarji oħrajn ta’ pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli.

B50 Informazzjoni addizzjonali dwar opzjonijiet ta’ estensjoni jew ta’ terminazzjoni li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 51 tista’ tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw, pereżempju:

(a) 

ir-raġunijiet tal-lokatarju biex juża opzjonijiet ta’ estensjoni jew opzjonijiet ta’ terminazzjoni u l-prevalenza ta’ dawn l-opzjonijiet;

(b) 

id-daqs relattiv tal-pagamenti ta’ lokazzjoni fakultattivi għal pagamenti fissi;

(c) 

il-prevalenza tal-eżerċizzju ta’ opzjonijiet li ma ġewx inklużi fil-kejl ta’ obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni; u

(d) 

effetti operatorji u finanzjarji oħrajn ta’ dawn l-opzjonijiet.

B51 Informazzjoni addizzjonali dwar garanziji ta’ valur residwu li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 51 tista’ tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw, pereżempju:

(a) 

ir-raġunijiet tal-lokatarju biex jipprovdi garanziji ta’ valur residwu u l-prevalenza ta’ dawk il-garanziji;

(b) 

id-daqs tal-iskopertura ta’ lokatarju għal riskju ta’ valur residwu;

(c) 

in-natura tal-assi sottostanti li għalihom jiġu pprovduti dawk il-garanziji; u

(d) 

effetti operatorji u finanzjarji oħra ta’ dawn il-garanziji.

B52 Informazzjoni addizzjonali dwar it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 51 tista’ tinkludi informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jivvalutaw, pereżempju:

(a) 

ir-raġunijiet tal-lokatarju għal tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura u l-prevalenza ta’ dawk it-tranżazzjonijiet;

(b) 

it-termini u l-kundizzjonijiet ewlenin ta’ tranżazzjonijiet individwali ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura;

(c) 

pagamenti mhux inklużi fil-kejl ta’ obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni; u

(d) 

l-effett tal-fluss ta’ flus ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura fil-perjodu ta’ rapportar.

Klassifikazzjoni tal-lokazzjoni għal-lokatur (il-paragrafi 61–66)

B53 Il-klassifikazzjoni ta’ lokazzjoni għal-lokaturi f’dan l-Istandard hija bbażata fuq il-grad ta’ kemm il-lokazzjoni tittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti. Ir-riskji jinkludu l-possibilitajiet ta’ telf minn kapaċità mhux użata jew obsolexxenza teknoloġika u varjazzjonijiet fir-redditu minħabba bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Il-benefiċċji jistgħu jkunu rrappreżentati mill-aspettattiva ta’ operat profittabbli matul il-ħajja ekonomika tal-assi sottostanti u qligħ mill-apprezzament fil-valur jew konverżjoni tal-valur residwu.

B54 Lokazzjoni tista’ tinkludi termini u kundizzjonijiet sabiex jiġu aġġustati l-pagamenti ta’ lokazzjoni għal bidliet partikulari li jseħħu bejn id-data tal-bidu u d-data tad-dekorrenza (bħal bidla fil-kost tal-assi sottostanti tal-lokatur jew bidla fil-kost tal-finanzjament tal-lokazzjoni tal-lokatur). F’dan il-każ, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-lokazzjoni, l-effett ta’ dawn il-bidliet għandu jitqies li jkun seħħ fid-data tal-bidu tal-kuntratt.

B55 Meta lokazzjoni tkun tinkludi elementi kemm ta’ art kif ukoll ta’ bini, lokatur għandu jivvaluta l-klassifikazzjoni ta’ kull element bħala lokazzjoni finanzjarja jew lokazzjoni operatorja separatament bl-applikazzjoni tal-paragrafi 62–66 u B53–B54. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk l-element ta’ art huwiex lokazzjoni operatorja jew lokazzjoni finanzjarja, konsiderazzjoni importanti hija li l-art normalment ikollha ħajja ekonomika indefinita.

B56 Kull meta jkun meħtieġ li tiġi kklassifikata u kontabbilizzata lokazzjoni ta’ art u bini, lokatur għandu jalloka pagamenti ta’ lokazzjoni (inklużi kwalunkwe pagamenti bil-quddiem ta’ ammont f’daqqa) bejn l-elementi tal-art u tal-bini b’mod proporzjonat mal-valuri ġusti relattivi tal-interessi f’fond lokatizju fl-element tal-art u fl-element tal-bini tal-lokazzjoni fid-data tal-bidu. Jekk il-pagamenti ta’ lokazzjoni ma jistgħux jiġu allokati b’mod affidabbli bejn dawn iż-żewġ elementi, il-lokazzjoni sħiħa tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja, ħlief jekk ikun ċar li ż-żewġ elementi jkunu lokazzjonijiet operatorji, f’liema każ il-lokazzjoni sħiħa tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni operatorja.

B57 Għal lokazzjoni ta’ art u bini li fihom l-ammont għall-element tal-art ikun immaterjali għal-lokazzjoni, lokatur jista’ jittratta l-art u l-bini bħala unità waħda għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-lokazzjoni u jikklassifikaha bħala lokazzjoni finanzjarja jew lokazzjoni operatorja bl-applikazzjoni tal-paragrafi 62–66 u B53–B54. F’dan il-każ, lokatur għandu jqis il-ħajja ekonomika tal-bini bħala l-ħajja ekonomika tal-assi sottostanti kollu.

Klassifikazzjoni ta’ sullokazzjoni

B58 Fil-klassifikazzjoni ta’ sullokazzjoni, lokatur intermedjarju għandu jikklassifika s-sullokazzjoni bħala lokazzjoni finanzjarja jew lokazzjoni operatorja kif ġej:

(a) 

jekk il-lokazzjoni prinċipali tkun lokazzjoni b’terminu qasir li l-entità, bħala lokatarju, tkun ikkontabbilizzat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 6, is-sullokazzjoni għandha tiġi klassifikata bħala lokazzjoni operatorja.

(b) 

inkella, is-sullokazzjoni għandha tiġi klassifikata b’referenza għall-assi bid-dritt tal-użu li jirriżulta mil-lokazzjoni prinċipali, minflok b’referenza għall-assi sottostanti (pereżempju, entrata ta’ proprjetà, impjanti jew tagħmir li tkun is-suġġett tal-lokazzjoni).

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa għal entitajiet li japplikaw l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard jew qabel. Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C1A  Konċessjonijiet tal-Kiri Relatati mal-COVID-19, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafi 46A, 46B, 60A, C20A u C20B. Lokatarju għandu japplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Ġunju 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa, inkluż f’rapporti finanzjarji li ma kinux awtorizzati għall-ħruġ fit-28 ta’ Mejju 2020.

C1B  Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax - Fażi 2, li emendat l-IFRS 9, l-IAS 39l- IFRS 7, l-IFRS 4 u l-IFRS 16, maħruġa f’Awwissu 2020, żiedet il-paragrafi 104-106 u C20C–C20D. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2021, jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

C1C  Konċessjonijiet tal-Kiri Relatati mal-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2021 , maħruġ f’Marzu 2021, emenda l-paragrafu 46B u żied il-paragrafi C20BA–C20BC. Lokatarju għandu japplika dik l-emenda għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ April 2021 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa, inkluż f’rapporti finanzjarji li ma kinux awtorizzati għall-ħruġ fil-31 ta’ Marzu 2021.

▼M2

C1D  Obbligazzjoni ta’ Lokazzjoni f’Bejgħ u Lokazzjoni Lura, maħruġ f’Settembru 2022, emenda l-paragrafu C2 u żied il-paragrafi 102A u C20E. Bejjiegħ lokatarju għandu japplika dawn l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk bejjiegħ lokatarju japplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, dan għandu jiddivulga dak il-fatt.

▼B

TRANŻIZZJONI

▼M2

C2 Għall-finijiet tar-rekwiżiti fil-paragrafi C1–C20E, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba.

▼B

Definizzjoni ta’ lokazzjoni

C3 Bħala espedjent prattiku, entità mhijiex meħtieġa li tirrivaluta jekk kuntratt huwiex, jew ikunx fih, lokazzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Minflok, l-entità hija permessa:

(a) 

tapplika dan l-Istandard għal kuntratti li preċedentement kienu identifikati bħala lokazzjonijiet bl-applikazzjoni tal-IAS 17 Lokazzjonijiet u l-IFRIC 4 Determinar jekk Arranġament fihx Lokazzjoni. L-entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fil-paragrafi C5–C18 għal dawk il-lokazzjonijiet.

(b) 

ma tapplikax dan l-Istandard għal kuntratti li preċedentement ma ġewx identifikati li fihom lokazzjoni bl-applikazzjoni tal-IAS 17 u l-IFRIC 4.

C4 Jekk entità tagħżel l-espedjent prattiku fil-paragrafu C3, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-espedjent prattiku għall-kuntratti kollha tagħha. B’riżultat ta’ dan, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 9–11 biss għall-kuntratti konklużi (jew mibdula) fid-data tal-applikazzjoni inizjali jew wara.

Lokatarji

C5 Lokatarju għandu japplika dan l-Istandard għal-lokazzjonijiet tiegħu:

(a) 

b’mod retrospettiv għal kull perjodu ta’ rapportar ippreżentat bl-applikazzjoni tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri; jew

(b) 

b’mod retrospettiv bl-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-Istandard rikonoxxut fid-data tal-applikazzjoni inizjali f’konformità mal-paragrafi C7–C13.

C6 Lokatarju għandu japplika l-għażla deskritta fil-paragrafu C5 b’mod konsistenti għal-lokazzjonijiet kollha tiegħu li fihom huwa lokatarju.

C7 Jekk lokatarju jagħżel li japplika dan l-Istandard f’konformità mal-paragrafu C5(b), il-lokatarju ma għandux jirridikjara informazzjoni komparattiva. Minflok, il-lokatarju għandu jirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-Istandard bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif jixraq) fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Lokazzjonijiet preċedentement ikklassifikati bħala lokazzjonijiet operatorji

C8 Jekk lokatarju jagħżel li japplika dan l-Istandard f’konformità mal-paragrafu C5(b), il-lokatarju għandu:

(a) 

jirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ lokazzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal lokazzjonijiet preċedentement ikklassifikati bħala lokazzjoni operatorja bl-applikazzjoni tal-IAS 17. Il-lokatarju għandu jkejjel dik l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni fil-valur preżenti tal-pagamenti ta’ lokazzjoni li jifdal, skontati bl-użu tar-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(b) 

jirrikonoxxi assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal lokazzjonijiet preċedentement ikklassifikati bħala lokazzjoni operatorja bl-applikazzjoni tal-IAS 17. Il-lokatarju għandu jagħżel, fuq bażi ta’ lokazzjoni b’lokazzjoni, li jkejjel dak l-assi bid-dritt tal-użu:

(i) 

fl-ammont riportat tiegħu daqslikieku kien ġie applikat l-Istandard mid-data tad-dekorrenza, iżda skontat billi tintuża r-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju fid-data tal-applikazzjoni inizjali; jew

(ii) 

f’ammont ugwali għall-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni, aġġustat bl-ammont ta’ kwalunkwe pagament ta’ lokazzjoni mħallas minn qabel jew akkumulat relatat ma’ dik il-lokazzjoni rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c) 

japplika l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi għal assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-lokatarju ma japplikax l-espedjent prattiku fil-paragrafu C10(b).

C9 Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu C8, għal lokazzjonijiet preċedentement ikklassifikati bħala lokazzjonijiet operatorji bl-applikazzjoni tal-IAS 17, lokatarju:

(a) 

ma jkun meħtieġ jagħmel ebda aġġustament dwar it-tranżizzjoni għal lokazzjonijiet li għalihom l-assi sottostanti jkun ta’ valur baxx (kif deskritt fil-paragrafi B3– B8) li jiġu kontabbilizzati bl-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Il-lokatarju għandu jikkontabbilizza dawk il-lokazzjonijiet bl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(b) 

ma jkun meħtieġ jagħmel ebda aġġustament dwar it-tranżizzjoni għal lokazzjonijiet preċedentement kontabbilizzati bħala proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment. Il-lokatarju għandu jikkontabbilizza l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni li tirriżulta minn dawk il-lokazzjonijiet bl-applikazzjoni tal-IAS 40 u dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c) 

għandu jkejjel l-assi bid-dritt tal-użu fil-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali għal lokazzjonijiet preċedentement kontabbilizzati bħala lokazzjonijiet operatorji bl-applikazzjoni tal-IAS 17 u li se jiġu kontabbilizzati bħala proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 mid-data tal-applikazzjoni inizjali. Il-lokatarju għandu jikkontabbilizza l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni li tirriżulta minn dawk il-lokazzjonijiet bl-applikazzjoni tal-IAS 40 u dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C10 Lokatarju jista’ juża wieħed minn dawn l-espedjenti prattiċi jew aktar meta japplika dan l-Istandard b’mod retrospettiv f’konformità mal-paragrafu C5(b) għal lokazzjonijiet preċedentement ikklassifikati bħala lokazzjonijiet operatorji bl-applikazzjoni tal-IAS 17. Lokatarju huwa permess li japplika dawn l-espedjenti prattiċi fuq bażi ta’ lokazzjoni b’lokazzjoni:

(a) 

lokatarju jista’ japplika rata ta’ skont unika għal portafoll ta’ lokazzjonijiet b’karatteristiki raġonevolment simili (bħal lokazzjonijiet b’terminu ta’ lokazzjoni li jifdal simili għal klassi simili ta’ assi sottostanti f’ambjent ekonomiku simili).

(b) 

lokatarju jista’ jiddependi fuq il-valutazzjoni tiegħu dwar jekk lokazzjonijiet humiex onerużi bl-applikazzjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali bħala alternattiva għat-twettiq ta’ rieżami ta’ indeboliment. Jekk lokatarju jagħżel dan l-espedjent prattiku, il-lokatarju għandu jaġġusta l-assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali bl-ammont ta’ kwalunkwe provvediment għal lokazzjonijiet onerużi rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

(c) 

lokatarju jista’ jagħżel li ma japplikax ir-rekwiżiti fil-paragrafu C8 għal lokazzjonijiet li għalihom it-terminu ta’ lokazzjoni jintemm fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni inizjali. F’dan il-każ, lokatarju għandu:

(i) 

jikkontabbilizza dawk il-lokazzjonijiet bl-istess mod bħal lokazzjonijiet b’terminu qasir kif deskritt fil-paragrafu 6; u

(ii) 

jinkludi l-kost assoċjat ma’ dawk il-lokazzjonijiet fid-divulgazzjoni tal-ispejjeż ta’ lokazzjoni b’terminu qasir fil-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali.

(d) 

lokatarju jista’ jeskludi l-kostijiet inizjali diretti mill-kejl tal-assi bid-dritt tal-użu fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

(e) 

lokatarju jista’ juża dak li sar magħruf wara, pereżempju biex jiddetermina t-terminu ta’ lokazzjoni jekk il-kuntratt ikun fih opzjonijiet ta’ estensjoni jew ta’ terminazzjoni tal-lokazzjoni.

Lokazzjonijiet preċedentement ikklassifikati bħala lokazzjonijiet finanzjarji

C11 Jekk lokatarju jagħżel li japplika dan l-Istandard f’konformità mal-paragrafu C5(b), għal lokazzjonijiet li kienu klassifikati bħala lokazzjonijiet finanzjarji bl-applikazzjoni tal-IAS 17, l-ammont riportat tal-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali għandu jkun l-ammont riportat tal-assi ta’ lokazzjoni u l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni immedjatament qabel dik id-data mkejla bl-applikazzjoni tal-IAS 17. Għal dawk il-lokazzjonijiet, lokatarju għandu jikkontabbilizza l-assi bid-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni bl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Divulgazzjoni

C12 Jekk lokatarju jagħżel li japplika dan l-Istandard f’konformità mal-paragrafu C5(b), il-lokatarju għandu jiddivulga informazzjoni dwar l-applikazzjoni inizjali meħtieġa mill-paragrafu 28 tal-IAS 8, ħlief l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 28(f) tal-IAS 8. Minflok l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 28(f) tal-IAS 8, il-lokatarju għandu jiddivulga:

(a) 

il-medja ponderata bir-rata ta’ teħid b’self inkrementali tal-lokatarju applikata għall-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali; u

(b) 

spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenza bejn:

(i) 

impenji ta’ lokazzjoni operatorja ddivulgata bl-applikazzjoni tal-IAS 17 fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali, skontati bl-użu tar-rata ta’ teħid b’self inkrementali fid-data tal-applikazzjoni inizjali kif deskritt fil-paragrafu C8(a); u

(ii) 

l-obbligazzjonijiet ta’ lokazzjoni rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C13 Jekk lokatarju juża wieħed mill-espedjenti prattiċi jew aktar speċifikati fil-paragrafu C10, dan għandu jiddivulga dak il-fatt.

Lokaturi

C14 Ħlief kif deskritt fil-paragrafu C15, lokatur mhuwa meħtieġ jagħmel l-ebda aġġustament ta’ tranżizzjoni għal lokazzjonijiet li fihom ikun lokatur u għandu jikkontabbilizza dawk il-lokazzjonijiet bl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard mid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C15 Lokatur intermedjarju għandu:

(a) 

jirrivaluta sullokazzjonijiet li kienu klassifikati bħala lokazzjonijiet operatorji bl-applikazzjoni tal-IAS 17 u li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tal-applikazzjoni inizjali, sabiex jiġi determinat jekk jenħtieġx li kull sullokazzjoni tiġi klassifikata bħala lokazzjoni operatorja jew lokazzjoni finanzjarja bl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. Il-lokatur intermedjarju għandu jwettaq din il-valutazzjoni fid-data tal-applikazzjoni inizjali fuq il-bażi tat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali li jifdal tal-lokazzjoni prinċipali u s-sullokazzjoni f’dik id-data.

(b) 

għal sullokazzjonijiet li kienu klassifikati bħala lokazzjonijiet operatorji bl-applikazzjoni tal-IAS 17 iżda bħala lokazzjonijiet finanzjarji bl-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard, jikkontabbilizza s-sullokazzjoni bħala lokazzjoni finanzjarja ġdida li daħlet fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali

C16 Entità ma għandhiex tirrivaluta tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura li daħlu fis-seħħ qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali sabiex tiddetermina jekk it-trasferiment tal-assi sottostanti jissodisfax ir-rekwiżiti fl-IFRS 15 li jiġi kontabbilizzat bħala bejgħ.

C17 Jekk tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura ġiet kontabbilizzata bħala bejgħ u lokazzjoni finanzjarja bl-applikazzjoni tal-IAS 17, il-bejjiegħ lokatarju għandu:

(a) 

jikkontabbilizza l-lokazzjoni lura bl-istess mod bħal ma jikkontabbilizza kwalunkwe lokazzjoni finanzjarja oħra li teżisti fid-data tal-applikazzjoni inizjali; u

(b) 

jkompli jamortizza kwalunkwe qligħ fuq il-bejgħ matul it-terminu ta’ lokazzjoni.

C18 Jekk tranżazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura ġiet kontabbilizzata bħala bejgħ u lokazzjoni operatorja bl-applikazzjoni tal-IAS 17, il-bejjiegħ lokatarju għandu:

(a) 

jikkontabbilizza l-lokazzjoni lura bl-istess mod bħal ma jikkontabbilizza kwalunkwe lokazzjoni operatorja li tkun teżisti fid-data tal-applikazzjoni inizjali; u

(b) 

jaġġusta l-assi bid-dritt tal-użu tal-lokazzjoni lura għal kwalunkwe qligħ jew telf differit li jirrigwarda t-termini mhux tas-suq rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

Ammonti preċedentement rikonoxxuti fir-rigward ta’ kombinamenti ta’ negozji

C19 Jekk lokatarju irrikonoxxa preċedentement assi jew obbligazzjoni bl-applikazzjoni tal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji li jirrigwardaw termini favorevoli jew sfavorevoli ta’ lokazzjoni operatorja akkwistata bħala parti minn kombinament ta’ negozji, il-lokatarju għandu jirtira r-rikonoxximent ta’ dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni u jaġġusta l-ammont riportat tal-assi bid-dritt tal-użu b’ammont korrispondenti fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

Referenzi għall-lFRS 9

C20 Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kwalunkwe referenza f’dan l-Istandard għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

Konċessjonijiet tal-Kiri Relatati mal-COVID-19 għal-lokatarji

C20A Lokatarju għandu japplika Konċessjonijiet tal-Kiri relatati mal-COVID-19 (ara l-paragrafu C1A) retrospettivament, filwaqt li jirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emenda bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar annwali li fih il-lokatarju japplika l-emenda għall-ewwel darba.

C20B Fil-perjodu ta’ rapportar li fih lokatarju japplika Konċessjonijiet tal-Kiri relatati mal-COVID-19 għall-ewwel darba, lokatarju ma jkunx meħtieġ jiddivulga l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8.

C20BA Lokatarju għandu japplika Konċessjonijiet tal-Kiri relatati mal-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2021 (ara l-paragrafu C1C) retrospettivament, filwaqt li jirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emenda bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih il-lokatarju japplika l-emenda għall-ewwel darba.

C20BB Fil-perjodu ta’ rapportar li fih lokatarju japplika Konċessjonijiet tal-Kiri relatati mal-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2021 , lokatarju ma jkunx meħtieġ jiddivulga l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8.

C20BC Bl-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Istandard, lokatarju għandu japplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 46A b’mod konsistenti għall-kuntratti eliġibbli b’karatteristiki simili u f’ċirkustanzi simili, irrispettivament minn jekk il-kuntratt sarx eliġibbli għall-espedjent prattiku b’riżultat tal-applikazzjoni tal-lokatarju ta’ Konċessjonijiet tal-Kiri relatati mal-COVID-19 (ara l-paragrafu C1A) jew Konċessjonijiet tal-Kiri relatati mal-COVID-19 wara t-30 ta’ Ġunju 2021 (ara l-paragrafu C1C).

Riforma tal-Parametru Referenzjarju tar-Rati tal-Imgħax – Fażi 2

C20C Entità għandha tapplika dawn l-emendi retrospettivament f’konformità mal-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi C20D.

C20D Entità mhijiex meħtieġa tirridikjara perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti jekk, u biss jekk, dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità ma tirridikjarax perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu ta’ rapportar annwali li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi.

▼M2

Obbligazzjoni ta’ lokazzjoni f’bejgħ u lokazzjoni lura

C20E Bejjiegħ lokatarju għandu japplika Obbligazzjoni ta’ Lokazzjoni f’Bejgħ u Lokazzjoni Lura (ara l-paragrafu C1D) b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 għal tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u lokazzjoni lura li jsiru wara d-data tal-applikazzjoni inizjali.

▼B

IRTIRAR TA’ STANDARDS OĦRA

C21 Dan l-Istandard jieħu post l-Istandards u l-Interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-IAS 17 Lokazzjonijiet;

(b) 

l-IFRIC 4 Determinar jekk Arranġament fihx Lokazzjoni;

(c) 

l-SIC-15 Lokazzjoni Operatorja —Inċentivi; u

(d) 

l-SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta’ Lokazzjoni.

Appendiċi D

Emendi għal Standards oħra

Dan l-Appendiċi jistipula l-emendi għal Standards oħra li huma konsegwenza tal-ħruġ mill-IASB ta’ dan l-Istandard. Entità għandha tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fil-1 ta' Jannar 2019 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu aktar bikri, din għandha tapplika wkoll dawn l-emendi għal dak il-perjodu aktar bikri.

Entità mhijiex permessa tapplika l-IFRS 16 qabel ma tapplika l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi (ara l-paragrafu C1).

Konsegwentement, għal Standards li kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2016, l-emendi f’dan l-Appendiċi huma ppreżentati abbażi tat-test ta’ dawn l-Istandards, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2016, kif emendat mill-IFRS 15. It-test ta’ dawk l-Istandards f’dan l-Appendiċi ma jinkludi l-ebda emenda oħra li ma kinitx effettiva fl-1 ta’ Jannar 2016.

Għal Standards li ma kinux effettivi fl-1 ta’ Jannar 2016, l-emendi f’dan l-Appendiċi huma ppreżentati abbażi tat-test tal-pubblikazzjoni inizjali ta’ dak l-Istandard, kif emendat mill-IFRS 15. It-test ta’ dawk l-Istandards f’dan l-Appendiċi ma jinkludi l-ebda emenda oħra li ma kinitx effettiva fl-1 ta’ Jannar 2016.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 17

Kuntratti tal-Assigurazzjoni

OBJETTIV

1   L-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni jistabbilixxi prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Istandard. L-objettiv tal-IFRS 17 huwa li jiżgura li entità tipprovdi informazzjoni rilevanti li tirrappreżenta b’mod leali dawn il-kuntratti. Din l-informazzjoni tagħti bażi għal utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-kuntratti tal-assigurazzjoni jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus ta’ entità.

2 Entità għandha tqis id-drittijiet u l-obbligi sostantivi, kemm jekk jirriżultaw minn kuntratt, liġi jew regolament, meta japplikaw l-IFRS 17. Kuntratt huwa ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. L-infurzabbiltà tad-drittijiet u l-obbligi f’kuntratt hija punt ta’ liġi. Il-kuntratti jistgħu jkunu bil-miktub, verbali jew implikati minn prattiki ta’ negozju abitwali ta’ entità. It-termini kuntrattwali jinkludu t-termini kollha f’kuntratt, espliċiti jew impliċiti, iżda entità għandha tinjora t-termini li ma għandhom l-ebda sustanza kummerċjali (jiġifieri l-ebda effett dixxernibbli fuq l-ekonomija tal-kuntratt). It-termini implikati f’kuntratt jinkludu dawk imposti bil-liġi jew b’regolament. Il-prattiki u l-proċessi għall-istabbiliment ta’ kuntratti mal-konsumaturi jvarjaw bejn ġuriżdizzjonijiet legali, industriji u entitajiet. Barra minn hekk, jistgħu jvarjaw fi ħdan entità (pereżempju, jistgħu jiddependu fuq il-klassi tal-konsumatur jew in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda).

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3 Entità għandha tapplika l-IFRS 17 għal:

(a) 

kuntratti tal-assigurazzjoni, inkluż kuntratti ta’ riassigurazzjoni, li toħroġ;

(b) 

kuntratti ta’ riassigurazzjoni li żżomm; u

(c) 

kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni li toħroġ, dment li l-entità toħroġ ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni.

4 Ir-referenzi kollha fl-IFRS 17 għal kuntratti tal-assigurazzjoni japplikaw ukoll għal:

(a) 

kuntratti ta’ riassigurazzjoni li żżomm, ħlief:

(i) 

għal referenzi għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni maħruġa; u

(ii) 

kif deskritt fil-paragrafi 60-70A.

(b) 

kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3(c), ħlief għar-referenza għall-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-paragrafu 3(c) u kif deskritt fil-paragrafu 71.

5 Ir-referenzi kollha fl-IFRS 17 għal kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa japplikaw ukoll għal kuntratti tal-assigurazzjoni miksuba mill-entità fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew kombinament ta’ negozji għajr il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

6 L-Appendiċi A jiddefinixxi kuntratt tal-assigurazzjoni u l-paragrafi B2–B30 tal-Appendiċi B jipprovdu gwida dwar id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni.

7 Entità ma għandhiex tapplika l-IFRS 17 għal:

(a) 

garanziji pprovduti minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut b’rabta mal-bejgħ tal-oġġetti jew is-servizzi tiegħu lil konsumatur (ara l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi).

(b) 

assi u obbligazzjonijiet tal-impjegaturi minn pjanijiet ta’ benefiċċju tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati u l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma) u obbligi ta’ benefiċċji tal-irtirar rapportati bi pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar definiti (ara l-IAS 26 Kontabbiltà u Rapportar bi Pjanijiet ta’ Benefiċċji tal-Irtirar).

(c) 

drittijiet kuntrattwali jew obbligi kuntrattwali kontinġenti fuq l-użu futur ta’ entrata mhux finanzjarja, jew id-dritt għall-użu tagħha (pereżempju, xi tariffi tal-liċenzji, royalties, pagamenti ta’ lokazzjoni varjabbli u kontinġenti oħrajn u entrati simili: ara l-IFRS 15, l-IAS 38 Assi Intanġibbli u l-IFRS 16 Lokazzjonijiet).

(d) 

garanziji ta’ valur residwu pprovduti minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut u garanziji ta’ valur residwu ta’ lokatarju meta jkunu inkorporati f’lokazzjoni (ara l-IFRS 15 u l-IFRS 16).

(e) 

kuntratti ta’ garanzija finanzjarja, sakemm l-emittent ma jkunx iddikjara b’mod espliċitu preċedentement li jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u jkun uża kontabbilizzazzjoni applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni. L-emittent għandu jagħżel li japplika l-IFRS 17 jew l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet u l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji għal tali kuntratti ta’ garanzija finanzjarja. L-emittent jista’ jagħmel dik l-għażla kuntratt b’kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli.

(f) 

korrispettiv kontinġenti pagabbli jew riċevibbli f’kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji).

(g) 

kuntratti tal-assigurazzjoni li fihom l-entità tkun id-detentur ta’ polza, sakemm dawk il-kuntratti ma jkunux kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (ara l-paragrafu 3(b)).

(h) 

kuntratti ta’ karti tal-kreditu, jew kuntratti simili li jipprovdu arranġamenti ta’ kreditu jew ta’ pagament, li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jekk, u biss jekk, l-entità ma tirriflettix valutazzjoni tar-riskju tal-assigurazzjoni assoċjat ma’ konsumatur individwali fl-istabbiliment tal-prezz tal-kuntratt ma’ dak il-konsumatur (ara l-IFRS 9 u Standards oħra applikabbli tal-IFRS). Madankollu, jekk, u biss jekk, l-IFRS 9 jitlob li entità tissepara komponent ta’ kopertura tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu 2.1(e)(iv) tal-IFRS 9) li jkun inkorporat f’tali kuntratt, l-entità għandha tapplika l-IFRS 17 għal dak il-komponent.

8 Xi kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni iżda għandhom bħala l-iskop primarju tagħhom il-provvista ta’ servizzi għal tariffa fissa. Entità tista’ tagħżel li tapplika l-IFRS 15 minflok l-IFRS 17 għal tali kuntratti li toħroġ jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifikati. L-entità tista’ tagħmel dik l-għażla kuntratt b’kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli. Il-kundizzjonijiet huma:

(a) 

l-entità ma tirriflettix valutazzjoni tar-riskju assoċjat ma’ konsumatur individwali fl-istabbiliment tal-prezz tal-kuntratt ma’ dak il-konsumatur;

(b) 

il-kuntratt jikkumpensa lill-konsumatur billi jipprovdi servizzi, minflok ma jagħmel pagamenti fi flus lill-konsumatur; u

(c) 

ir-riskju tal-assigurazzjoni trasferit mill-kuntratt jirriżulta primarjament mill-użu tas-servizzi tal-konsumatur minflok minn inċertezza fuq il-kost ta’ dawk is-servizzi.

8A Xi kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni iżda jillimitaw il-kumpens għal eventi assigurati għall-ammont li altrimenti jkun meħtieġ biex isalda l-obbligu tad-detentur ta’ polza maħluq mill-kuntratt (pereżempju, self b’rinunzji ta’ mewt). Entità għandha tagħżel li tapplika l-IFRS 17 jew l-IFRS 9 għal tali kuntratti li toħroġ sakemm tali kuntratti ma jiġux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 bil-paragrafu 7. L-entità għandha tagħmel dik l-għażla għal kull portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, u l-għażla għal kull portafoll hija irrevokabbli.

Kombinament ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni

9 Sett jew sensiela ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-istess kontroparti jew kontroparti relatata tista’ tikseb, jew tkun imfassla biex tikseb, effett kummerċjali kumplessiv. Sabiex tirrapporta s-sustanza ta’ tali kuntratti, jista’ jkun meħtieġ li is-sett jew is-sensiela ta’ kuntratti jiġu trattati bħala wieħed sħiħ. Pereżempju, jekk id-drittijiet jew l-obbligi f’kuntratt wieħed ma jagħmlu xejn ħlief jiċħdu interament id-drittijiet jew l-obbligi f’kuntratt ieħor li jkun iddaħħal fis-seħħ fl-istess ħin mal-istess kontroparti, l-effett ikkombinat ikun li ma jkun jeżisti l-ebda dritt jew obbligu.

Separazzjoni tal-komponenti minn kuntratt tal-assigurazzjoni (il-paragrafi B31–B35)

10 Kuntratt tal-assigurazzjoni jista’ jkun fih komponent wieħed jew iktar li jkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standard ieħor jekk dawn ikunu kuntratti separati. Pereżempju, kuntratt tal-assigurazzjoni jista’ jinkludi komponent ta’ investiment jew komponent għal servizzi għajr servizzi ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni (jew it-tnejn). Entità għandha tapplika l-paragrafi 11–13 biex tidentifika u tikkontabbilizza l-komponenti tal-kuntratt.

11 Entità għandha:

(a) 

tapplika l-IFRS 9 biex tiddetermina jekk hemmx derivattiv inkorporat li għandu jiġi sseparat u, jekk ikun hemm, kif tikkontabbilizza dak id-derivattiv.

(b) 

tissepara minn kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti komponent ta’ investiment jekk, u biss jekk, dak il-komponent ta’ investiment ikun distint (ara l-paragrafi B31-B32). L-entità għandha tapplika l-IFRS 9 biex tikkontabbilizza l-komponent ta’ investiment separat, sakemm ma jkunx kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 (ara l-paragrafu 3(c)).

12 Wara li tapplika l-paragrafu 11 biex tissepara kwalunkwe flussi ta’ flus relatati ma’ derivattivi inkorporati u komponenti ta’ investiment distinti, entità għandha tissepara mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti kwalunkwe wegħda li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi distinti, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, lil detentur ta’ polza, billi tapplika l-paragrafu 7 tal-IFRS 15. L-entità għandha tikkontabbilizza tali wegħdiet billi tapplika l-IFRS 15. Meta tapplika l-paragrafu 7 tal-IFRS 15 biex tissepara l-wegħda, l-entità għandha tapplika l-paragrafi B33-B35 tal-IFRS 17 u, mar-rikonoxximent inizjali, għandha:

(a) 

tapplika l-IFRS 15 biex tattribwixxi l-influssi ta’ flus bejn il-komponent tal-assigurazzjoni u kwalunkwe wegħda li tipprovdi oġġetti jew servizzi distinti, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni; u

(b) 

tattribwixxi l-flussi ta’ ħruġ ta’ flus bejn il-komponent tal-assigurazzjoni u kwalunkwe oġġett jew servizz imwiegħed, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kontabbilizzati bl-applikazzjoni tal-IFRS 15 sabiex b’hekk:

(i) 

il-flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirrigwardjaw direttament kull komponent jiġu attribwiti għal dak il-komponent; u

(ii) 

kwalunkwe fluss ta’ ħruġ ta’ flus li jifdal jiġi attribwit fuq bażi sistematika u razzjonali, li tkun tirrifletti l-flussi ta’ ħruġ ta’ flus li l-entità tkun tistenna li jirriżulta kieku dak il-komponent kien kuntratt separat.

13 Wara li tapplika l-paragrafi 11-12, entità għandha tapplika l-IFRS 17 għall-komponenti kollha li jifdal tal-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti. Minn hawn ’il quddiem, ir-referenzi kollha fl-IFRS 17 għal derivattivi inkorporati jirreferu għad-derivattivi li ma ġewx isseparati mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti u r-referenzi kollha għal komponenti ta’ investiment jirreferu għall-komponenti ta’ investiment li ma ġewx isseparati mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti (ħlief dawk ir-referenzi fil-paragrafi B31-B32).

LIVELL TA’ AGGREGAZZJONI TAL-KUNTRATTI TAL-ASSIGURAZZJONI

14   Entità għandha tidentifika portafolji ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Portafoll jinkludi kuntratti soġġetti għal riskji simili u ġestiti flimkien. Il-kuntratti f’linja ta’ prodotti jkunu mistennija li jkollhom riskji simili u, b’hekk, ikunu mistennija li jkunu fl-istess portafoll jekk jiġu ġestiti flimkien. Il-kuntratti f’linji ta’ prodotti differenti (pereżempju annwalitajiet fissi bi primjum wieħed, imqabbla ma’ assigurazzjoni fuq il-ħajja b’terminu regolari) ma jkunux mistennija li jkollhom riskji simili u, b’hekk, ikunu mistennija li jkunu f’portafolji differenti.

15   Il-paragrafi 16-24 japplikaw għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa. Ir-rekwiżiti għal-livell ta’ aggregazzjoni tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma huma ppreżentati fil-paragrafu 61.

16   Entità għandha tiddividi portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa f’minimu ta’:

(a) 

grupp ta’ kuntratti li huma onerużi mar-rikonoxximent inizjali, jekk ikun hemm;

(b) 

grupp ta’ kuntratti li, mar-rikonoxximent inizjali, ma jkollhom ebda possibbiltà sinifikanti li sussegwentement isiru onerużi, jekk ikun hemm; u

(c) 

grupp tal-kuntratti li jifdal fil-portafoll, jekk ikun hemm.

17 Jekk entità jkollha informazzjoni raġonevoli u sostnuta biex tikkonkludi li sett ta’ kuntratti se jkun kollu fl-istess grupp li japplika l-paragrafu 16, din tista’ tkejjel is-sett ta’ kuntratti biex tiddetermina jekk il-kuntratti humiex onerużi (ara l-paragrafu 47) u tivvaluta s-sett ta’ kuntratti biex tiddetermina jekk il-kuntratti għandhomx possibbiltà sinifikanti li sussegwentement isiru onerużi (ara l-paragrafu 19). Jekk l-entità ma jkollha ebda informazzjoni raġonevoli u sostnuta sabiex tikkonkludi li sett ta’ kuntratti se jkun kollu fl-istess grupp, din għandha tiddetermina l-grupp li għalih jappartjenu l-kuntratti billi tikkunsidra kuntratti individwali.

18 Għall-kuntratti maħruġa li għalihom entità tapplika l-approċċ ta’ allokazzjoni ta’ primjum (ara l-paragrafi 53-59), l-entità għandha tassumi li l-ebda kuntratt fil-portafoll ma huwa oneruż mar-rikonoxximent inizjali, sakemm il-fatti u ċ-ċirkustanzi ma jindikawx mod ieħor. Entità għandha tivvaluta jekk il-kuntratti li mhumiex onerużi mar-rikonoxximent inizjali għandhomx possibbiltà sinifikanti li sussegwentement isiru onerużi billi tivvaluta l-probabbiltà ta’ bidliet fil-fatti u ċ-ċirkustanzi applikabbli.

19 Għal kuntratti maħruġa li għalihom entità ma tapplikax l-approċċ ta’ allokazzjoni ta’ primjum (ara l-paragrafi 53-54), entità għandha tivvaluta jekk il-kuntratti li mhumiex onerużi mar-rikonoxximent inizjali għandhomx possibbiltà sinifikanti li jsiru onerużi:

(a) 

abbażi tal-probabbiltà ta’ bidliet fis-suppożizzjonijiet li, kieku seħħew, iwasslu biex il-kuntratti jsiru onerużi;

(b) 

bl-użu ta’ informazzjoni dwar l-istimi pprovduti mir-rapportar intern tal-entità. B’hekk, fil-valutazzjoni ta’ jekk il-kuntratti li mhumiex onerużi mar-rikonoxximent inizjali għandhomx possibbiltà sinifikanti li jsiru onerużi:

(i) 

entità ma għandhiex tinjora l-informazzjoni pprovduta mir-rapportar intern tagħha dwar l-effett tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet fuq kuntratti differenti dwar il-possibbiltà li jsiru onerużi; iżda

(ii) 

entità mhijiex meħtieġa tiġbor informazzjoni addizzjonali lil hinn minn dik ipprovduta mir-rapportar intern tal-entità dwar l-effett tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet fuq kuntratti differenti.

20 Jekk, wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 14-19, il-kuntratti f’portafoll jaqgħu fi gruppi differenti biss minħabba li l-liġi jew ir-regolament jirrestrinġu speċifikament il-kapaċità prattika tal-entità li tiffissa prezz jew livell differenti ta’ benefiċċji għad-detenturi tal-poloz b’karatteristiki differenti, l-entità tista’ tinkludi dawk il-kuntratti fl-istess grupp. L-entità ma għandhiex tapplika dan il-paragrafu b’analoġija għal entrati oħrajn.

21 Entità hija permessa tissuddividi l-gruppi deskritti fil-paragrafu 16. Pereżempju, entità tista’ tagħżel li taqsam il-portafolji fi:

(a) 

aktar gruppi li mhumiex onerużi mar-rikonoxximent inizjali—jekk ir-rapportar intern tal-entità jipprovdi informazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn:

(i) 

il-livelli differenti ta’ profittabiltà; jew

(ii) 

il-possibbiltajiet differenti li l-kuntratti jsiru onerużi wara r-rikonoxximent inizjali; u

(b) 

aktar minn grupp wieħed ta’ kuntratti li jkunu onerużi mar-rikonoxximent inizjali—jekk ir-rapportar intern ta’ entità jipprovdi informazzjoni f’livell aktar dettaljat dwar kemm il-kuntratti huma onerużi.

22   Entità ma għandhiex tinkludi l-kuntratti maħruġa aktar minn sena bogħod minn xulxin fl-istess grupp. Sabiex tikseb dan, jekk ikun meħtieġ, l-entità għandha tkompli taqsam il-gruppi deskritti fil-paragrafi 16-21.

23  Grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għandu jinkludi kuntratt wieħed jekk dak ikun ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafi 14–22.

24 Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ kejl u rikonoxximent tal-IFRS 17 għall-gruppi ta’ kuntratti kif determinati permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafi 14–23. Entità għandha tistabbilixxi l-gruppi mar-rikonoxximent inizjali u żżid kuntratti mal-gruppi billi tapplika l-paragrafu 28. L-entità ma għandhiex tirrivaluta l-kompożizzjoni tal-gruppi sussegwentement. Sabiex tkejjel grupp ta’ kuntratti, entità tista’ tistma l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni mill-grupp jew mill-portafoll, dment li l-entità tkun tista’ tinkludi l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni xierqa fil-kejl tal-grupp, billi tapplika l-paragrafi 32(a), 40(a)(i) u 40(b) u billi talloka dawn l-istimi lil gruppi ta’ kuntratti.

RIKONOXXIMENT

25   Entità għandha tirrikonoxxi grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li hija toħroġ mal-ewwel wieħed li jiġi minn dawn:

(a) 

il-bidu tal-perjodu ta’ kopertura tal-grupp ta’ kuntratti;

(b) 

id-data meta jsir dovut l-ewwel pagament minn detentur ta’ polza fil-grupp; u

(c) 

għal grupp ta’ kuntratti onerużi, meta l-grupp isir oneruż.

26 Jekk ma jkun hemm ebda data ta’ maturità kuntrattwali, l-ewwel pagament mid-detentur ta’ polza jitqies li huwa dovut meta jiġi riċevut. Entità hija meħtieġa tiddetermina jekk xi kuntratti jiffurmawx grupp ta’ kuntratti onerużi bl-applikazzjoni tal-paragrafu 16 qabel l-aktar data kmieni minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 25(a) u 25(b) jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li hemm grupp bħal dan.

27 [Imħassar]

28 Fir-rikonoxximent ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’perjodu ta’ rapportar, entità għandha tinkludi biss il-kuntratti li individwalment jissodisfaw wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 25 u għandha tagħmel stimi għar-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali (ara l-paragrafu B73) u għall-unitajiet ta’ kopertura pprovduti fil-perjodu ta’ rapportar (ara l-paragrafu B119). Entità tista’ tinkludi aktar kuntratti fil-grupp wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar, soġġetta għall-paragrafi 14-22. Entità għandha żżid kuntratt mal-grupp fil-perjodu ta’ rapportar li fih dak il-kuntratt jissodisfa wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 25. Dan jista’ jwassal għal bidla fid-determinazzjoni tar-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali bl-applikazzjoni tal-paragrafu B73. Entità għandha tapplika r-rati riveduti mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih il-kuntratti ġodda jiżdiedu mal-grupp.

Flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (il-paragrafi B35A-B35D)

28A Entità għandha talloka flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni lil gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-użu ta’ metodu sistematiku u razzjonali li japplika l-paragrafi B35A-B35B, sakemm ma tagħżilx li tirrikonoxxihom bħala spejjeż billi tapplika l-paragrafu 59(a).

28B Entità li ma tapplikax il-paragrafu 59(a) għandha tirrikonoxxi bħala assi l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni mħallsa (jew il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li għalihom ġiet rikonoxxuta obbligazzjoni bl-applikazzjoni ta’ Standard tal-IFRS ieħor) qabel ma jiġi rikonoxxut il-grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi tali assi għal kull grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni.

28C Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni meta l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jiġu inklużi fil-kejl tal-grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 38(c)(i) jew tal-paragrafu 55(a)(iii).

28D Jekk japplika l-paragrafu 28, entità għandha tapplika l-paragrafi 28B-28C f’konformità mal-paragrafu B35C.

28E Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar, entità għandha tivvaluta r-rekuperabbiltà ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li l-assi jista’ jiġi indebolit (ara l-paragrafu B35D). Jekk entità tidentifika telf minn indeboliment, l-entità għandha taġġusta l-ammont riportat tal-assi u tirrikonoxxi t-telf minn indeboliment fi profitt jew telf.

28F Entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf riversjar ta’ parti mit-telf minn indeboliment jew tat-telf kollu li qabel kien rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28E u żżid l-ammont riportat tal-assi, sakemm il-kundizzjonijiet tal-indeboliment ma jibqgħux jeżistu jew ikunu tjiebu.

KEJL (IL-PARAGRAFI B36-B119F)

29 Entità għandha tapplika l-paragrafi 30–52 għall-gruppi kollha ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għall-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji speċifikati fil-paragrafu 53, entità tista’ tissimplifika l-kejl tal-grupp bl-użu tal-approċċ ta’ allokazzjoni tal-primjum imsemmi fil-paragrafi 55-59;

(b) 

għall-gruppi ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, entità għandha tapplika l-paragrafi 32–46 kif meħtieġ mill-paragrafi 63–70A. Il-paragrafu 45 (dwar kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni) u l-paragrafi 47–52 (dwar kuntratti onerużi) ma japplikax għal gruppi ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma;

(c) 

għall-gruppi ta’ kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafi 32-52 kif modifikati mill-paragrafu 71.

30 Meta tapplika l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jiġġeneraw flussi ta’ flus f’munita barranija, entità għandha tittratta l-grupp ta’ kuntratti, inkluż il-marġini kuntrattwali ta’ servizz, bħala entrata monetarja.

31 Fir-rapporti finanzjarji ta’ entità li toħroġ kuntratti tal-assigurazzjoni, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ma għandhomx jirriflettu r-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dik l-entità (riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni huwa definit fl-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust).

Kejl mar-rikonoxximent inizjali (il-paragrafi B36-B95F)

32   Mar-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fit-total ta’:

(a) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni, li jinkludu:

(i) 

stimi tal-flussi futuri ta’ flus (il-paragrafi 33–35);

(ii) 

aġġustament li jirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji finanzjarji relatati mal-flussi futuri ta’ flus, sakemm ir-riskji finanzjarji ma jiġux inklużi fl-istimi tal-flussi futuri ta’ flus (il-paragrafu 36); u

(iii) 

aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju (il-paragrafu 37).

(b) 

il-marġini kuntrattwali tas-servizz, imkejjel bl-applikazzjoni tal-paragrafi 38-39.

Stimi tal-flussi futuri ta’ flus (il-paragrafi B36-B71)

33   Entità għandha tinkludi fil-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni l-flussi futuri ta’ flus kollha fil-limitu ta’ kull kuntratt fil-grupp (ara l-paragrafu 34). Billi tapplika l-paragrafu 24, entità tista’ tistma l-flussi futuri ta’ flus f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni u mbagħad talloka l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirriżultaw għal gruppi ta’ kuntratti individwali. L-istimi tal-flussi futuri ta’ flus għandhom:

(a) 

jinkorporaw, b’mod imparzjali, l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv dwar l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza ta’ dawk il-flussi futuri ta’ flus (ara l-paragrafi B37-B41). Sabiex tagħmel dan, entità għandha tistma l-valur mistenni (jiġifieri l-medja ponderata għall-probabbiltà) tal-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli;

(b) 

jirriflettu l-perspettiva tal-entità, dment li l-istimi ta’ kwalunkwe varjabbli tas-suq rilevanti jkunu konsistenti mal-prezzijiet tas-swieq osservabbli għal dawk il-varjabbli (ara l-paragrafi B42-B53);

(c) 

ikunu attwali—l-istimi għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet eżistenti fid-data tal-kejl, inklużi s-suppożizzjonijiet dwar il-futur f’dik id-data (ara l-paragrafi B54–B60);

(d) 

ikunu espliċiti—l-entità għandha tistma l-aġġustament għar-riskju mhux finanzjarju separatament mill-istimi l-oħrajn (ara l-paragrafu B90). L-entità għandha tistma wkoll il-flussi ta’ flus separatament mill-aġġustament għall-valur taż-żmien tal-flus u r-riskju finanzjarju, sakemm l-aktar teknika ta’ kejl xierqa ma tikkombinax dawn l-istimi (ara l-paragrafu B46).

34 Il-flussi ta’ flus ikunu fil-limitu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jekk jirriżultaw minn drittijiet u obbligi sostantivi li jkunu jeżistu matul il-perjodu ta’ rapportar, li fih l-entità tista’ ġġiegħel lid-detentur ta’ polza jħallas il-primjums jew li fih l-entità jkollha obbligu sostantiv li tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni lid-detentur ta’ polza (ara l-paragrafi B61-B71). Obbligu sostantiv li jiġu pprovduti servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jintemm meta:

(a) 

l-entità jkollha l-kapaċità prattika li tirrivaluta r-riskji tad-detentur ta’ polza partikolari u, b’riżultat ta’ dan, tkun tista’ tiffissa prezz jew livell ta’ benefiċċji li jkun jirrifletti bis-sħiħ dawk ir-riskji; jew

(b) 

jiġu ssodisfati ż-żewġ kriterji li ġejjin:

(i) 

l-entità jkollha l-kapaċità prattika li tirrivaluta r-riskji tal-portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jkun fih il-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, tkun tista’ tiffissa prezz jew livell ta’ benefiċċji li jkun jirrifletti bis-sħiħ ir-riskju ta’ dak il-portafoll; u

(ii) 

l-ipprezzar tal-primjums sad-data meta r-riskji jiġu vvalutati mill-ġdid ma jqisx ir-riskji li jirrigwardjaw il-perjodi wara d-data ta’ rivalutazzjoni.

35 Entità ma għandhiex tirrikonoxxi bħala obbligazzjoni jew bħala assi kwalunkwe ammont li jirrigwarda l-primjums jew il-pretensjonijiet mistennija lil hinn mil-limitu tal-kuntratt tal-assigurazzjoni. Dawn l-ammonti jirrigwardaw il-kuntratti tal-assigurazzjoni futuri.

Rati ta’ skont (il-paragrafi B72-B85)

36   Entità għandha taġġusta l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus sabiex ikunu jirriflettu l-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji finanzjarji relatati ma’ dawk il-flussi ta’ flus, sakemm ir-riskji finanzjarji ma jiġux inklużi fl-istimi tal-flussi ta’ flus. Ir-rati ta’ skont applikati għall-istimi tal-flussi futuri ta’ flus deskritti fil-paragrafu 33 għandhom:

(a) 

jirriflettu l-valur taż-żmien tal-flus, il-karatteristiki tal-flussi ta’ flus u l-karatteristiki tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni;

(b) 

ikunu konsistenti mal-prezzijiet tas-suq attwali osservabbli (jekk ikun hemm) għall-istrumenti finanzjarji bi flussi ta’ flus li l-karatteristiki tagħhom ikunu konsistenti ma’ dawk tal-kuntratti tal-assigurazzjoni, f’termini ta’, pereżempju, it-twaqqit, il-munita u l-likwidità; u

(c) 

jeskludu l-effett ta’ fatturi li jinfluwenzaw tali prezzijiet tas-suq osservabbli, iżda ma jaffettwawx il-flussi futuri ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni.

Aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju (il-paragrafi B86–B92)

37   Entità għandha taġġusta l-istima tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus sabiex dawn ikunu jirriflettu l-kumpens li l-entità teħtieġ sabiex iġġarrab l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li tirriżulta minn riskju mhux finanzjarju.

Marġini kuntrattwali ta’ servizz

38   Il-marġini kuntrattwali ta’ servizz huwa komponent tal-assi jew tal-obbligazzjoni għall-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrappreżenta l-profitt mhux gwadanjat li l-entità tirrikonoxxi hekk kif tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-futur. Entità għandha tkejjel il-marġini kuntrattwali ta’ servizz mar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’ammont li, sakemm ma japplikax il-paragrafu 47 (dwar il-kuntratti onerużi) jew il-paragrafu B123A (dwar id-dħul mill-assigurazzjoni relatat mal-paragrafu 38(c)(ii)), ma jirriżulta f’ebda introjtu jew spejjeż li jirriżultaw minn:

(a) 

ir-rikonoxximent inizjali ta’ ammont għall-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni, imkejjel bl-applikazzjoni tal-paragrafi 32-37;

(b) 

kwalunkwe fluss ta’ flus li jirriżulta mill-kuntratti fil-grupp f’dik id-data;

(c) 

l-irtirar tar-rikonoxximent fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’:

(i) 

kwalunkwe assi għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28C; u

(ii) 

kwalunkwe assi ieħor jew obbligazzjoni oħra li qabel kienu rikonoxxuti għal flussi ta’ flus relatati mal-grupp ta’ kuntratti kif speċifikat fil-paragrafu B66A.

39 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwiżiti fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3, entità għandha tapplika l-paragrafu 38 f’konformità mal-paragrafi B93-B95F.

Kejl sussegwenti

40   L-ammont riportat ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar għandu jkun it-total ta’:

(a) 

l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, li tinkludi:

(i) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni relatati ma’ servizz futur allokat lill-grupp f’dik id-data, imkejla bl-applikazzjoni tal-paragrafi 33-37 u B36-B92;

(ii) 

il-marġini kuntrattwali ta’ servizz tal-grupp f’dik id-data, imkejjel bl-applikazzjoni tal-paragrafi 43-46; u

(b) 

l-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba, li tinkludi l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni relatati ma’ servizz passat allokat lill-grupp f’dik id-data, imkejla bl-applikazzjoni tal-paragrafi 33–37 u B36–B92.

41   Entità għandha tirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż għall-bidliet li ġejjin fl-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal:

(a) 

id-dħul mill-assigurazzjoni—għat-tnaqqis fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal minħabba s-servizzi pprovduti fil-perjodu, imkejjel bl-applikazzjoni tal-paragrafi B120–B124;

(b) 

l-ispejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni—għat-telf fuq gruppi ta’ kuntratti onerużi u r-riversjar ta’ dan it-telf (ara l-paragrafi 47–52); u

(c) 

introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni—għall-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju kif speċifikat fil-paragrafu 87.

42   Entità għandha tirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż għall-bidliet li ġejjin fl-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba:

(a) 

spejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni—għaż-żieda fl-obbligazzjoni minħabba l-pretensjonijiet u l-ispejjeż imġarrba fil-perjodu, minbarra kwalunkwe komponent ta’ investiment;

(b) 

spejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni—għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni relatati mal-pretensjonijiet u l-ispejjeż imġarrba; u

(c) 

introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni—għall-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju kif speċifikat fil-paragrafu 87.

Marġni ta’ servizz kuntrattwali (il-paragrafi B96–B119B)

43   Il-marġini ta’ servizz kuntrattwali fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jirrappreżenta l-profitt fil-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li sa issa għadu ma ġiex rikonoxxut fi profitt jew telf minħabba li jirrigwarda servizz futur li jrid jiġi pprovdut skont il-kuntratti fil-grupp.

44 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, l-ammont riportat tal-marġni kuntrattwali ta’ servizz ta’ grupp ta’ kuntratti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar huwa daqs l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar aġġustat għal:

(a) 

l-effett ta’ kwalunkwe kuntratt ġdid miżjud mal-grupp (ara l-paragrafu 28);

(b) 

l-imgħax akkumulat fuq l-ammont riportat tal-marġni kuntrattwali ta’ servizz matul il-perjodu ta’ rapportar, imkejjel bir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(b);

(c) 

il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni relatati ma’ servizz futur kif speċifikat fil-paragrafi B96-B100, ħlief sal-punt li:

(i) 

tali żidiet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni jaqbżu l-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali ta’ servizz, tant li jwasslu għal telf (ara l-paragrafu 48(a)); jew

(ii) 

tali tnaqqis fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni jiġi allokat għall-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu 50(b);

(d) 

l-effett ta’ kwalunkwe differenza fil-kambju fuq il-marġini ta’ servizz kuntrattwali; u

(e) 

l-ammont rikonoxxut bħala dħul mill-assigurazzjoni minħabba t-trasferiment ta’ servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-perjodu, iddeterminat mill-allokazzjoni tal-marġini ta’ servizz kuntrattwali li jifdal fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar (qabel kwalunkwe allokazzjoni) matul il-perjodu ta’ kopertura attwali u li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu B119.

45 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni (ara l-paragrafi B101-B118), l-ammont riportat tal-marġini ta’ servizz kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar huwa daqs l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar aġġustat għall-ammonti speċifikati fis-subparagrafi (a)–(e) hawn taħt. Entità mhijiex meħtieġa tidentifika dawn l-aġġustamenti separatament. Minflok, jista’ jiġi determinat ammont ikkombinat għal uħud mill-aġġustamenti, jew għalihom kollha. L-aġġustamenti huma:

(a) 

l-effett ta’ kwalunkwe kuntratt ġdid miżjud mal-grupp (ara l-paragrafu 28);

(b) 

il-bidla fl-ammont tas-sehem tal-entità mill-valur ġust tal-entrati sottostanti (ara l-paragrafu B104(b)(i)), ħlief sal-punt li:

(i) 

japplika l-paragrafu B115 (dwar il-mitigazzjoni tar-riskji);

(ii) 

it-tnaqqis fl-ammont tas-sehem tal-entità mill-valur ġust tal-entrati sottostanti jaqbeż l-ammont riportat tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali, tant li jwassal għal telf (ara l-paragrafu 48); jew

(iii) 

iż-żieda fl-ammont tas-sehem tal-entità mill-valur ġust tal-entrati sottostanti taqleb l-ammont fi (ii).

(c) 

il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni relatati ma’ servizz futur, kif speċifikat fil-paragrafi B101–B118, ħlief sal-punt li:

(i) 

japplika l-paragrafu B115 (dwar il-mitigazzjoni tar-riskji);

(ii) 

tali żidiet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni jaqbżu l-ammont riportat tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali, tant li jwasslu għal telf (ara l-paragrafu 48); jew

(iii) 

tali tnaqqis fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni jiġi allokat għall-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu 50(b).

(d) 

l-effett ta’ kwalunkwe differenza tal-kambju fuq il-marġini ta’ servizz kuntrattwali; u

(e) 

l-ammont rikonoxxut bħala dħul mill-assigurazzjoni minħabba t-trasferiment ta’ servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-perjodu, iddeterminat mill-allokazzjoni tal-marġini ta’ servizz kuntrattwali li jifdal fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar (qabel kwalunkwe allokazzjoni) matul il-perjodu ta’ kopertura attwali u li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu B119.

46 Xi bidliet fil-marġni ta’ servizz kuntrattwali jpaċu l-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għall-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, li ma jirriżultaw f’ebda bidla fl-ammont riportat totali tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal. Sakemm il-bidliet fil-marġini ta’ servizz kuntrattwali ma jpaċux il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għall-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, entità għandha tirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż għall-bidliet, billi tapplika l-paragrafu 41.

Kuntratti onerużi

47 Kuntratt tal-assigurazzjoni jkun oneruż fid-data tar-rikonoxximent inizjali jekk il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni allokati għall-kuntratt, kwalunkwe fluss ta’ flus mill-akkwiżizzjoni li kien rikonoxxut qabel u kwalunkwe fluss ta’ flus li jirriżulta mill-kuntratt fid-data tar-rikonoxximent inizjali fit-total ikunu fluss ta’ ħruġ nett. Billi tapplika l-paragrafu 16(a), entità għandha tiġbor flimkien dawn il-kuntratti separatament mill-kuntratti li mhumiex onerużi. Sal-punt li japplika l-paragrafu 17, entità tista’ tidentifika l-grupp ta’ kuntratti onerużi billi tkejjel sett ta’ kuntratti minflok kuntratti individwali. Entità għandha tirrikonoxxi telf fil-profitt jew telf għall-fluss ta’ ħruġ nett għall-grupp ta’ kuntratti onerużi, li jwassal biex l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-grupp ikun daqs il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni u l-marġini kuntrattwali ta’ servizz tal-grupp ikun żero.

48 Grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jsir oneruż (jew aktar oneruż) fuq il-kejl sussegwenti jekk l-ammonti li ġejjin jaqbżu l-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali ta’ servizz:

(a) 

bidliet sfavorevoli relatati ma’ servizz futur fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni allokati lill-grupp li jirriżultaw minn bidliet fl-istimi ta’ flussi futuri ta’ flus u l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju; u

(b) 

għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, it-tnaqqis fl-ammont tas-sehem tal-entità mill-valur ġust tal-entrati sottostanti.

Billi tapplika l-paragrafi 44(c)(i), 45(b)(ii) u 45(c)(ii), entità għandha tirrikonoxxi telf fil-profitt jew telf sal-limitu ta’ dak l-eċċess.

49 Entità għandha tistabbilixxi (jew iżżid) komponent ta’ telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għal grupp oneruż li juri t-telf rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafi 47-48. Il-komponent tat-telf jiddetermina l-ammonti li huma ppreżentati fi profitt jew telf bħala riversjar tat-telf fuq gruppi onerużi u li konsegwentement jiġu esklużi mid-determinazzjoni tad-dħul mill-assigurazzjoni.

50 Wara li entità tkun irrikonoxxiet telf fuq grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, din għandha talloka:

(a) 

il-bidliet sussegwenti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal speċifikati fil-paragrafu 51 fuq bażi sistematika bejn:

(i) 

il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal; u

(ii) 

l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, minbarra l-komponent tat-telf.

(b) 

għall-komponent tat-telf biss sakemm dak il-komponent jitnaqqas għal żero:

(i) 

kwalunkwe tnaqqis sussegwenti relatat ma’ servizz futur fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni allokati lill-grupp li jirriżultaw minn bidliet fl-istimi ta’ flussi futuri ta’ flus u l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju; u

(ii) 

kwalunkwe żieda sussegwenti fl-ammont tas-sehem tal-entità mill-valur ġust tal-entrati sottostanti.

Billi tapplika l-paragrafi 44(c)(ii), 45(b)(iii) u 45(c)(iii), entità għandha taġġusta l-marġini ta’ servizz kuntrattwali biss għall-eċċess tat-tnaqqis fuq l-ammont allokat għall-komponent tat-telf.

51 Il-bidliet sussegwenti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal li għandhom jiġu allokati bl-applikazzjoni tal-paragrafu 50(a) huma:

(a) 

l-istimi tal-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus għall-pretensjonijiet u l-ispejjeż meħlusa mill-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal minħabba l-ispejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni mġarrba;

(b) 

il-bidliet fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju rikonoxxut fi profitt jew telf minħabba l-ħelsien mir-riskju; u

(c) 

l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni.

52 L-allokazzjoni sistematika meħtieġa mill-paragrafu 50(a) għandha twassal biex l-ammonti totali allokati għall-komponent tat-telf f’konformità mal-paragrafi 48–50 ikunu ugwali għal żero sal-aħħar tal-perjodu ta’ kopertura ta’ grupp ta’ kuntratti.

Approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum

53 Entità tista’ tissimplifika l-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni billi tuża l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum stabbilit fil-paragrafi 55–59 jekk, u biss jekk, fil-bidu tal-grupp:

(a) 

l-entità tistenna b’mod raġonevoli li tali simplifikazzjoni tipproduċi kejl tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għall-grupp li ma jkunx differenti b’mod materjali minn dak li jiġi prodott wara li jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafi 32–52; jew

(b) 

il-perjodu ta’ kopertura ta’ kull kuntratt fil-grupp (inklużi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirriżultaw mill-primjums kollha fil-limitu tal-kuntratt iddeterminati f’dik id-data bl-applikazzjoni tal-paragrafu 34) ikun ta’ sena jew inqas.

54 Il-kriterju fil-paragrafu 53(a) ma jiġix issodisfat jekk, fil-bidu tal-grupp, entità tistenna varjabbiltà sinifikanti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li taffettwa l-kejl tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal matul il-perjodu qabel tiġi mġarrba pretensjoni. Il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tiżdied, pereżempju, ma’:

(a) 

il-firxa tal-flussi futuri ta’ flus relatati ma’ kwalunkwe derivattiv inkorporat fil-kuntratti; u

(b) 

it-tul tal-perjodu ta’ kopertura tal-grupp ta’ kuntratti.

55 Bl-użu tal-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum, entità għandha tkejjel l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal kif ġej:

(a) 

mar-rikonoxximent inizjali, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni jkun:

(i) 

il-primjums, jekk ikun hemm, riċevuti mar-rikonoxximent inizjali;

(ii) 

mingħajr fluss ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni f’dik id-data, sakemm l-entità ma tagħżilx li tirrikonoxxi l-pagamenti bħala spiża billi tapplika l-paragrafu 59(a); u

(iii) 

li miegħu jiżdied jew minnu jitnaqqas kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent f’dik id-data ta’:

1. 

kwalunkwe assi għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28C; u

2. 

kwalunkwe assi ieħor jew obbligazzjoni oħra li qabel kienu rikonoxxuti għal flussi ta’ flus relatati mal-grupp ta’ kuntratti kif speċifikat fil-paragrafu B66A.

(b) 

fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar sussegwenti, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni jkun l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar:

(i) 

li miegħu jiżdiedu l-primjums riċevuti fil-perjodu;

(ii) 

li minnu jitnaqqsu l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni; sakemm l-entità ma tagħżilx li tirrikonoxxi l-pagamenti bħala spiża billi tapplika l-paragrafu 59(a);

(iii) 

li miegħu jiżdied kwalunkwe ammont relatat mal-amortizzament tal-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni rikonoxxuti bħala spiża fil-perjodu ta’ rapportar; sakemm l-entità ma tagħżilx li tirrikonoxxi l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bħala spiża billi tapplika l-paragrafu 59(a);

(iv) 

li miegħu jiżdied kwalunkwe aġġustament għal komponent ta’ finanzjament, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 56;

(v) 

li minnu jitnaqqas l-ammont rikonoxxut bħala dħul mill-assigurazzjoni għas-servizzi pprovduti f’dak il-perjodu (ara l-paragrafu B126); u

(vi) 

li minnu jitnaqqas kwalunkwe komponent ta’ investiment imħallas jew ittrasferit lill-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba.

56 Jekk il-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-grupp ikollhom komponent ta’ finanzjament sinifikanti, entità għandha taġġusta l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal sabiex tkun tirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju bl-użu tar-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu 36, kif iddeterminati mar-rikonoxximent inizjali. L-entità mhijiex meħtieġa taġġusta l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal sabiex tkun tirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju jekk, mar-rikonoxximent inizjali, l-entità tistenna li ż-żmien bejn il-forniment ta’ kull parti tas-servizzi u d-data ta’ maturità tal-primjum relatat ma jkunx aktar minn sena.

57 Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ kopertura, il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni huwa oneruż, entità għandha tikkalkula d-differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal iddeterminat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 55; u

(b) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirrigwardjaw il-kopertura li jifdal tal-grupp, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 33-37 u B36-B92. Madankollu, jekk meta tapplika l-paragrafu 59(b), l-entità ma taġġustax l-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba għall-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju, din ma għandha tinkludi ebda aġġustament bħal dan fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni.

58 Sakemm il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni deskritti fil-paragrafu 57(b) jaqbżu l-ammont riportat deskritt fil-paragrafu 57(a), l-entità għandha tirrikonoxxi telf fil-profitt jew telf u żżid l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal.

59 Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum, entità:

(a) 

tista’ tagħżel li tirrikonoxxi kwalunkwe fluss ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bħala spejjeż meta hija ġġarrab dawk il-kostijiet, dment li l-perjodu ta’ kopertura ta’ kull kuntratt fil-grupp mar-rikonoxximent inizjali ma jkunx ta’ aktar minn sena;

(b) 

għandha tkejjel l-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba għall-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni relatati mal-pretensjonijiet imġarrba, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 33-37 u B36-B92. Madankollu, l-entità mhijiex meħtieġa taġġusta l-flussi futuri ta’ flus għall-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju jekk dawk il-flussi ta’ flus ikunu mistennija li jitħallsu jew jiġu riċevuti fi żmien sena jew inqas mid-data meta jiġġarrbu l-pretensjonijiet.

Kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma

60 Ir-rekwiżiti fl-IFRS 17 huma mmodifikati għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif stabbilit fil-paragrafi 61-70A.

61 Entità għandha taqsam il-portafolli ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma billi tapplika l-paragrafi 14-24, ħlief li r-referenzi għal kuntratti onerużi f’dawk il-paragrafi għandhom jiġu sostitwiti b’referenza għall-kuntratti li fuqhom hemm qligħ nett mar-rikonoxximent inizjali. Għal xi kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, l-applikazzjoni tal-paragrafi 14–24 se tirriżulta fi grupp li jkun magħmul minn kuntratt wieħed biss.

Rikonoxximent

62 Minflok tapplika l-paragrafu 25, entità għandha tirrikonoxxi grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma mill-aktar kmieni minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-bidu tal-perjodu ta’ kopertura tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma; u

(b) 

id-data li fiha l-entità tirrikonoxxi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti bl-applikazzjoni tal-paragrafu 25(c), jekk l-entità tkun daħlet fil-kuntratt ta’ riassigurazzjoni relatat miżmum fil-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma f’dik id-data jew qabel.

62A Minkejja l-paragrafu 62(a), entità għandha tittardja r-rikonoxximent ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li jipprovdu kopertura proporzjonata sad-data li fiha kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni sottostanti jiġi rikonoxxut inizjalment, jekk dik id-data tkun aktar tard mill-bidu tal-perjodu ta’ kopertura tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

Kejl

63 Fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kejl tal-paragrafi 32-36 għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, sa fejn il-kuntratti sottostanti jitkejlu wkoll bl-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi, l-entità għandha tuża suppożizzjonijiet konsistenti sabiex tkejjel l-istimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus għall-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u l-istimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus għall-grupp(i) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti. Barra minn hekk, l-entità għandha tinkludi fl-istimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus għall-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma l-effett ta’ kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-emittent tal-kuntratt ta’ riassigurazzjoni, inklużi l-effetti ta’ kollateral u telf minn tilwimiet.

64 Minflok tapplika l-paragrafu 37, entità għandha tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju sabiex ikun jirrappreżenta l-ammont ta’ riskju li jiġi ttrasferit mid-detentur tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni lill-emittent ta’ dawk il-kuntratti.

65 Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 38 li jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-marġni kuntrattwali ta’ servizz mar-rikonoxximent inizjali huma modifikati sabiex jirriflettu l-fatt li, għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, ma jkun hemm ebda profitt mhux gwadanjat, iżda minflok ikun hemm kost nett jew qligħ nett fuq l-akkwist tar-riassigurazzjoni. B’hekk, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 65A, mar-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe kost nett jew qligħ nett fuq l-akkwist tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma bħala marġni kuntrattwali ta’ servizz imkejjel f’ammont ugwali għat-total ta’:

(a) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni;

(b) 

l-ammont li r-rikonoxximent tiegħu jkun ġie rtirat f’dik id-data ta’ kwalunkwe assi jew obbligazzjoni li kienu rikonoxxuti qabel għal flussi ta’ flus relatati mal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma;

(c) 

kwalunkwe flussi ta’ flus li jirriżultaw f’dik id-data; u

(d) 

kwalunkwe introjtu rikonoxxut fi profitt jew telf bl-applikazzjoni tal-paragrafu 66A.

65A Jekk il-kost nett tal-akkwist ta’ kopertura ta’ riassigurazzjoni jkun jirrigwarda eventi li seħħew qabel l-akkwist tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni, minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu B5, l-entità għandha tirrikonoxxi tali kost immedjatament fi profitt jew telf bħala spiża.

66 Minflok tapplika l-paragrafu 44, entità għandha tkejjel il-marġini kuntrattwali ta’ servizz fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma bħala l-ammont riportat determinat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar, aġġustat għal:

(a) 

l-effett ta’ kwalunkwe kuntratt ġdid miżjud mal-grupp (ara l-paragrafu 28);

(b) 

l-imgħax akkumulat fuq l-ammont riportat tal-marġni kuntrattwali ta’ servizz, imkejjel bir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(b);

(ba) 

l-introjtu rikonoxxut fi profitt jew telf fil-perjodu ta’ rapportar bl-applikazzjoni tal-paragrafu 66A;

(bb) 

ir-riversjar ta’ komponent ta’ rkupru tat-telf rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafu 66B (ara l-paragrafu B119F), sa fejn dak ir-riversjar ma jkunx bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma;

(c) 

il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni, imkejla bir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(c), sa fejn il-bidla tkun tirrigwarda servizz futur, sakemm:

(i) 

il-bidla ma tirriżultax minn bidla fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li ma taġġustax il-marġini kuntrattwali ta’ servizz għall-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti; jew

(ii) 

il-bidla ma tirriżultax mill-applikazzjoni tal-paragrafi 57-58 (dwar il-kuntratti onerużi), jekk l-entità tkejjel grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti billi tapplika l-approċċ ta’ allokazzjoni tal-primjum.

(d) 

l-effett ta’ kwalunkwe differenza tal-kambju fuq il-marġini ta’ servizz kuntrattwali; u

(e) 

l-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf minħabba s-servizzi riċevuti fil-perjodu, determinat mill-allokazzjoni tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali li jifdal fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar (qabel kwalunkwe allokazzjoni) matul il-perjodu ta’ kopertura attwali u li jifdal tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, bl-applikazzjoni tal-paragrafu B119.

66A Entità għandha taġġusta l-marġini ta’ servizz kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u, bħala riżultat, tirrikonoxxi l-introjtu, meta l-entità tirrikonoxxi telf mar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti jew maż-żieda ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti onerużi ma’ grupp (ara l-paragrafi B119C– B119E).

66B Entità għandha tistabbilixxi (jew taġġusta) komponent ta’ rkupru tat-telf tal-assi għall-kopertura li jifdal għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li juri l-irkupru tat-telf rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafi 66(c)(i)– (ii) u 66A. Il-komponent ta’ rkupru tat-telf jiddetermina l-ammonti li huma ppreżentati fi profitt jew telf bħala riversjar ta’ rkupri tat-telf minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u li konsegwentement jiġu esklużi mill-allokazzjoni tal-primjums imħallsa lir-riassiguratur (ara l-paragrafu B119F).

67 Il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirriżultaw mill-bidliet fir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-emittent ta’ kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmum ma jirrigwardawx servizz futur u ma għandhomx jaġġustaw il-marġini ta’ servizz kuntrattwali.

68 Il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma ma jistgħux ikunu onerużi. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 47-52 ma japplikawx.

Approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma

69 Entità tista’ tuża l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum stabbilit fil-paragrafi 55-56 u 59 (adattat sabiex ikun jirrifletti l-aspetti tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma differenti mill-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, pereżempju l-ġenerazzjoni tal-ispejjeż jew it-tnaqqis fl-ispejjeż, minflok id-dħul) sabiex tissimplifika l-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, jekk fil-bidu tal-grupp:

(a) 

l-entità tistenna b’mod raġonevoli li l-kejl li jirriżulta ma jkunx differenti b’mod materjali mir-riżultat tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafi 63–68; jew

(b) 

il-perjodu ta’ kopertura ta’ kull kuntratt fil-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (inkluża l-kopertura tal-assigurazzjoni mill-primjums kollha fil-limitu kuntrattwali determinati f’dik id-data bl-applikazzjoni tal-paragrafu 34) huwa ta’ sena jew inqas.

70 Entità ma tistax tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 69(a) jekk, fil-bidu tal-grupp, entità tistenna varjabbiltà sinifikanti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li taffettwa l-kejl tal-assi għall-kopertura li jifdal matul il-perjodu qabel ma tiġi mġarrba pretensjoni. Il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tiżdied, pereżempju, ma’:

(a) 

il-firxa tal-flussi futuri ta’ flus relatati ma’ kwalunkwe derivattiv inkorporat fil-kuntratti; u

(b) 

it-tul tal-perjodu ta’ kopertura tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

70A Jekk entità tkejjel grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma billi tapplika l-approċċ tal-allokazzjoni tal-primjum, l-entità għandha tapplika l-paragrafu 66A billi taġġusta l-ammont riportat tal-assi għall-kopertura li jifdal minflok taġġusta l-marġini ta’ servizz kuntrattwali.

Kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni

71 Kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni ma jinkludix trasferiment ta’ riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Konsegwentement, ir-rekwiżiti fl-IFRS 17 għall-kuntratti tal-assigurazzjoni huma modifikati għall-kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni kif ġej:

(a) 

id-data tar-rikonoxximent inizjali (ara l-paragrafi 25 u 28) hija d-data li fiha l-entità ssir parti għall-kuntratt;

(b) 

il-limitu kuntrattwali (ara l-paragrafu 34) huwa modifikat sabiex il-flussi ta’ flus ikunu fil-limitu kuntrattwali jekk huma jirriżultaw minn obbligu sostantiv tal-entità li tikkonsenja flus f’data preżenti jew futura. L-entità ma għandha ebda obbligu sostantiv sabiex tikkonsenja flus jekk din ikollha l-kapaċità prattika li tiffissa prezz għall-wegħda li tikkonsenja l-flus li jirrifletti b’mod sħiħ l-ammont ta’ flus mwiegħda u r-riskji relatati;

(c) 

l-allokazzjoni tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali (ara l-paragrafi 44(e) u 45(e)) hija modifikata sabiex l-entità għandu jkollha tirrikonoxxi l-marġni ta’ servizz kuntrattwali matul id-durata tal-grupp ta’ kuntratti b’mod sistematiku li jirrifletti t-trasferiment tas-servizzi ta’ investiment skont il-kuntratt.

MODIFIKA U RTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT

Modifika ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni

72 Jekk it-termini ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jiġu modifikati, pereżempju, permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet għall-kuntratt jew permezz ta’ bidla fir-regolament, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-kuntratt oriġinali u tirrikonoxxi l-kuntratt modifikat bħala kuntratt ġdid, billi tapplika l-IFRS 17 jew Standards applikabbli oħrajn jekk, u biss jekk, tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet f’(a)–(c). L-eżerċitar ta’ dritt inkluż fit-termini ta’ kuntratt mhuwiex modifika. Il-kundizzjonijiet huma li:

(a) 

kieku t-termini modifikati kienu inklużi fil-bidu tal-kuntratt:

(i) 

il-kuntratt modifikat kien ikun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 3–8A;

(ii) 

entità kienet tissepara l-komponenti differenti mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti billi tapplika l-paragrafi 10–13, li jirriżultaw f’kuntratt tal-assigurazzjoni differenti li għalih kien japplika l-IFRS 17;

(iii) 

il-kuntratt modifikat kien ikollu limitu tal-kuntratt sostanzjalment differenti bl-applikazzjoni tal-paragrafu 34; jew

(iv) 

il-kuntratt modifikat kien jiġi inkluż fi grupp differenti ta’ kuntratti bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14–24.

(b) 

il-kuntratt oriġinali ssodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, iżda l-kuntratt modifikat ma għadux jissodisfa dik id-definizzjoni, jew viċi versa; jew

(c) 

l-entità applikat l-approċċ tal-allokazzjoni tal-primjum imsemmi fil-paragrafi 53– 59 jew fil-paragrafi 69–70 għall-kuntratt oriġinali, iżda l-modifiki jfissru li l-kuntratt ma għadux jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà għal dak l-approċċ fil-paragrafu 53 jew fil-paragrafu 69.

73 Jekk modifika ta’ kuntratt ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 72, l-entità għandha tittratta l-bidliet fil-flussi ta’ flus ikkawżati mill-modifika bħala bidliet fl-istimi tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni billi tapplika l-paragrafi 40–52.

Irtirar tar-rikonoxximent

74   Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni meta, u biss meta:

(a) 

jiġi eżawrit, jiġifieri meta l-obbligu speċifikat fil-kuntratt tal-assigurazzjoni jiskadi jew jiġi rilaxxat jew ikkanċellat; jew

(b) 

tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 72.

75 Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jiġi eżawrit, l-entità ma tibqax f’riskju u, għaldaqstant, ma tibqax meħtieġa tittrasferixxi riżorsi ekonomiċi sabiex tissodisfa l-kuntratt tal-assigurazzjoni. Pereżempju, meta entità tixtri riassigurazzjoni, din għandha tirtira r-rikonoxximent tal-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni sottostanti meta, u biss meta, il-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni sottostanti jiġi/u eżawrit(i).

76 Entità tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni minn grupp ta’ kuntratti billi tapplika r-rekwiżiti li ġejjin fl-IFRS 17:

(a) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni allokati lill-grupp jiġu aġġustati sabiex jeliminaw il-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus u l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju relatat mad-drittijiet u l-obbligi li r-rikonoxximent tagħhom ġie rtirat mill-grupp, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 40(a)(i) u 40(b);

(b) 

il-marġni ta’ servizz kuntrattwali tal-grupp jiġi aġġustat għall-bidla fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni deskritta f’(a), sa fejn ikun meħtieġ mill-paragrafi 44(c) u 45(c), sakemm ma japplikax il-paragrafu 77; u

(c) 

l-għadd ta’ unitajiet ta’ kopertura għas-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li mistennija jifdal jiġi aġġustat sabiex ikun jirrifletti l-unitajiet ta’ kopertura li r-rikonoxximent tagħhom ġie rtirat mill-grupp, u l-ammont tal-marġini ta’ servizz kuntrattwali rikonoxxut fi profitt jew telf fil-perjodu jkun ibbażat fuq dak l-għadd aġġustat bl-applikazzjoni tal-paragrafu B119.

77 Meta entità tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni minħabba li tittrasferixxi l-kuntratt lil parti terza jew tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni u tirrikonoxxi kuntratt ġdid bl-applikazzjoni tal-paragrafu 72, l-entità, minflok tapplika l-paragrafu 76(b), għandha:

(a) 

taġġusta l-marġni ta’ servizz kuntrattwali tal-grupp li minnu r-rikonoxximent tal-kuntratt ikun ġie rtirat, sa fejn ikun meħtieġ mill-paragrafi 44(c) u 45(c), għad-differenza bejn (i) u (ii) għall-kuntratti trasferiti lil parti terza, jew bejn (i) u (iii) għall-kuntratti li r-rikonoxximent tagħhom ikun ġie rtirat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 72:

(i) 

il-bidla fl-ammont riportat tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li tirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent tal-kuntratt, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 76(a);

(ii) 

il-primjum mitlub mill-parti terza;

(iii) 

il-primjum li l-entità kienet titlob kieku daħlet f’kuntratt b’termini ekwivalenti għal dawk tal-kuntratt ġdid fid-data tal-modifika tal-kuntratt, mingħajr ebda primjum addizzjonali mitlub għall-modifika.

(b) 

tkejjel il-kuntratt ġdid rikonoxxut billi tapplika l-paragrafu 72 jekk wieħed jassumi li l-entità rċeviet il-primjum deskritt f’(a)(iii) fid-data tal-modifika.

PREŻENTAZZJONI FIR-RAPPORT TAL-POŻIZZJONI FINANZJARJA

78   Entità għandha tippreżenta separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja l-ammont riportat ta’ portafolji ta’:

(a) 

kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa li huma assi;

(b) 

kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa li huma obbligazzjonijiet;

(c) 

kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma assi; u

(d) 

kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma obbligazzjonijiet.

79 Entità għandha tinkludi kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni rikonoxxuti billi tapplika l-paragrafu 28B fl-ammont riportat tal-portafolji relatati ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, kif ukoll kwalunkwe assi jew obbligazzjoni għall-flussi ta’ flus relatati mal-portafolji ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (ara l-paragrafu 65(b)) fl-ammont riportat tal-portafolji ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

RIKONOXXIMENT U PREŻENTAZZJONI FIR-RAPPORT(I) TAL-PRESTAZZJONI FINANZJARJA (IL-PARAGRAFI B120–B136)

80   Billi tapplika l-paragrafi 41 u 42, entità għandha tiddiżaggrega l-ammonti rikonoxxuti fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja) fi:

(a) 

riżultat tas-servizz ta’ assigurazzjoni (il-paragrafi 83–86), li jinkludi d-dħul mill-assigurazzjoni u l-ispejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni; u

(b) 

l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni (il-paragrafi 87–92).

81 Entità mhijiex meħtieġa tiddiżaggrega l-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju bejn ir-riżultat tas-servizz ta’ assigurazzjoni u l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni. Jekk entità ma tagħmilx din id-diżaggregazzjoni, din għandha tinkludi l-bidla kollha fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju bħala parti mir-riżultat tas-servizz ta’ assigurazzjoni.

82   Entità għandha tippreżenta l-introjtu jew l-ispejjeż mill-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma separatament mill-ispejjeż jew l-introjtu mill-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa.

Riżultat ta’ servizz ta’ assigurazzjoni

83   Entità għandha tippreżenta fi profitt jew telf id-dħul mill-assigurazzjoni li jirriżulta mill-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa. Id-dħul mill-assigurazzjoni għandu juri l-provvista ta’ servizzi li jirriżultaw mill-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’ammont li jirrifletti l-korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għal dawk is-servizzi. Il-paragrafi B120–B127 jispeċifikaw kif entità tkejjel id-dħul mill-assigurazzjoni.

84   Entità għandha tippreżenta fi profitt jew telf l-ispejjeż ta’ servizz ta’ assigurazzjoni li jirriżultaw minn grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, li jinkludu l-pretensjonijiet imġarrba (minbarra r-ripagamenti tal-komponenti ta’ investiment), spejjeż imġarrba oħrajn tas-servizz ta’ assigurazzjoni u ammonti oħrajn kif deskritti fil-paragrafu 103(b).

85   Id-dħul mill-assigurazzjoni u l-ispejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni ppreżentati fi profitt jew telf għandhom jeskludu kwalunkwe komponent ta’ investiment. Entità ma għandhiex tippreżenta informazzjoni dwar primjums fi profitt jew telf jekk dik l-informazzjoni tkun inkonsistenti mal-paragrafu 83.

86 Entità tista’ tippreżenta l-introjtu jew l-ispejjeż minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (ara l-paragrafi 60–70A), għajr għall-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni, bħala ammont wieħed; jew l-entità tista’ tippreżenta separatament l-ammonti rkuprati mir-riassiguratur u allokazzjoni tal-primjums imħallsin li flimkien jagħtu ammont nett daqs dak l-ammont waħdieni. Jekk entità tippreżenta separatament l-ammonti rkuprati mir-riassiguratur u allokazzjoni tal-primjums imħallsin, din għandha:

(a) 

tittratta l-flussi ta’ flus tar-riassigurazzjoni li huma kontinġenti fuq il-pretensjonijiet tal-kuntratti sottostanti bħala parti mill-pretensjonijiet li mistennija jiġu rimborżati skont il-kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmum;

(b) 

tittratta l-ammonti mir-riassiguratur li din tistenna li tirċievi u li mhumiex kontinġenti fuq il-pretensjonijiet tal-kuntratti sottostanti (pereżempju, xi tipi ta’ kummissjonijiet ċedenti) bħala tnaqqis fil-primjums li jridu jitħallsu lir-riassiguratur;

(ba) 

tittratta l-ammonti rikonoxxuti fir-rigward tal-irkupru tat-telf billi tapplika l-paragrafi 66(c)(i)-(ii) u 66A–66B bħala ammonti rkuprati mingħand ir-riassiguratur; u

(c) 

ma tippreżentax l-allokazzjoni tal-primjums imħallsin bħala tnaqqis fid-dħul.

Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B128–B136)

87   L-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni jinkludu l-bidla fl-ammont riportat tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirriżultaw minn:

(a) 

l-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u l-bidliet fil-valur taż-żmien tal-flus; u

(b) 

l-effett tar-riskju finanzjarju u l-bidliet fir-riskju finanzjarju; iżda

(c) 

minbarra kwalunkwe bidla bħal din għall-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni li jaġġustaw il-marġni ta’ servizz kuntrattwali, iżda ma jagħmlux dan meta jiġu applikati l-paragrafi 45(b)(ii), 45(b)(iii), 45(c)(ii) jew 45(c)(iii). Dawn huma inklużi fl-ispejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni.

87A   Entità għandha tapplika:

(a) 

il-paragrafu B117A għall-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu B115 (il-mitigazzjoni tar-riskji); u

(b) 

il-paragrafi 88 u 89 għall-introjtu jew l-ispejjeż l-oħrajn kollha tal-finanzjament tal-assigurazzjoni.

88   Meta tapplika l-paragrafu 87A(b), sakemm ma japplikax il-paragrafu 89, entità għandha tagħmel għażla ta’ politika tal-kontabbiltà bejn:

(a) 

l-inklużjoni tal-introjtu jew tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu fi profitt jew telf; jew

(b) 

id-diżaggregazzjoni tal-introjtu jew tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu sabiex jiġi inkluż fi profitt jew telf ammont determinat permezz ta’ allokazzjoni sistematika tal-introjtu jew tal-ispejjeż totali mistennija mill-finanzjament tal-assigurazzjoni matul id-durata tal-grupp ta’ kuntratti, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B130–B133.

89   Meta tapplika l-paragrafu 87A(b) għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, li għalihom l-entità żżomm l-entrati sottostanti, entità għandha tagħmel għażla ta’ politika tal-kontabbiltà bejn:

(a) 

l-inklużjoni tal-introjtu jew tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu fi profitt jew telf; jew

(b) 

id-diżaggregazzjoni tal-introjtu jew tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu sabiex jiġi inkluż fi profitt jew telf ammont li jelimina l-ispariġġi kontabbilistiċi mal-introjtu jew l-ispejjeż inklużi fi profitt jew telf fuq l-entrati sottostanti miżmuma, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B134–B136.

90   Jekk entità tagħżel il-politika tal-kontabbiltà stabbilita fil-paragrafu 88(b) jew fil-paragrafu 89(b), din għandha tinkludi f’introjtu ieħor komprensiv id-differenza bejn l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni mkejla fuq il-bażi stabbilita f’dawk il-paragrafi u l-introjtu jew l-ispejjeż totali tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu.

91   Jekk entità tittrasferixxi grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 77:

(a) 

din għandha tirriklassifika għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji) kwalunkwe ammont li jifdal għall-grupp (jew kuntratt) li kien rikonoxxut preċedentement f’introjtu ieħor komprensiv minħabba li l-entità għażlet il-politika tal-kontabbiltà stabbilita fil-paragrafu 88(b);

(b) 

din ma għandhiex tirriklassifika għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1) ebda ammont li jifdal għall-grupp (jew kuntratt) li kien rikonoxxut preċedentement f’introjtu ieħor komprensiv minħabba li l-entità għażlet il-politika tal-kontabbiltà stabbilita fil-paragrafu 89(b).

92 Il-paragrafu 30 jitlob li entità tittratta kuntratt tal-assigurazzjoni bħala entrata monetarja skont l-IAS 21 għall-fini tal-qlib tal-entrati tal-kambju fil-munita funzjonali tal-entità. Entità tinkludi d-differenzi tal-kambju fuq il-bidliet fl-ammont riportat tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rapport tal-profitt jew telf, sakemm ma jkunux relatati ma’ bidliet fl-ammont riportat tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni inklużi f’introjtu ieħor komprensiv bl-applikazzjoni tal-paragrafu 90, f’liema każ huma għandhom jiġu inklużi f’introjtu ieħor komprensiv.

DIVULGAZZJONI

93   L-objettiv tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni huwa li entità tiddivulga l-informazzjoni fin-noti li, flimkien mal-informazzjoni pprovduta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja u fir-rapport tal-flussi ta’ flus, tipprovdi bażi għall-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 għandhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tal-entità. Sabiex tilħaq dak l-objettiv, entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar:

(a) 

l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha għall-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 (ara l-paragrafi 97–116);

(b) 

il-ġudizzji sinifikanti, u l-bidliet f’dawk il-ġudizzji, magħmula meta jiġi applikat l-IFRS 17 (ara l-paragrafi 117–120); u

(c) 

in-natura u l-firxa tar-riskji mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 (ara l-paragrafi 121–132).

94 Entità għandha tikkunsidra l-livell ta’ dettall meħtieġ sabiex tissodisfa l-objettiv tad-divulgazzjoni u kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mid-diversi rekwiżiti. Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti, wara li jiġu applikati l-paragrafi 97–132, ma jkunux biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 93, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tilħaq dak l-objettiv.

95 Entità għandha taggrega jew tiddiżaggrega l-informazzjoni sabiex informazzjoni utli ma tiġix oskurata bl-inklużjoni ta’ ammont kbir ta’ dettall insinifikanti jew bl-aggregazzjoni ta’ entrati li għandhom karatteristiki differenti.

96 Il-paragrafi 29–31 tal-IAS 1 jistabbilixxu r-rekwiżiti relatati mal-materjalità u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni. Eżempji ta’ bażijiet ta’ aggregazzjoni li jistgħu jkunu xierqa għall-informazzjoni divulgata dwar il-kuntratti tal-assigurazzjoni huma:

(a) 

it-tip ta’ kuntratt (pereżempju, linji ta’ prodotti ewlenin);

(b) 

iż-żona ġeografika (pereżempju, il-pajjiż jew ir-reġjun); jew

(c) 

is-segment soġġett għar-rapportar, kif definit fl-IFRS 8 Segmenti Operatorji.

Spjegazzjoni ta’ ammonti rikonoxxuti

97 Mid-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 98–109A, huma biss dawk fil-paragrafi 98–100, 102–103, 105–105B u 109A li japplikaw għall-kuntratti li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum. Jekk entità tuża l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum, din għandha tiddivulga wkoll:

(a) 

liema mill-kriterji fil-paragrafi 53 u 69 issodisfat;

(b) 

jekk tagħmilx aġġustament għall-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju bl-applikazzjoni tal-paragrafi 56, 57(b) u 59(b); u

(c) 

il-metodu li hija għażlet sabiex tirrikonoxxi l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 59(a).

98 Entità għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjonijiet li juru kif inbidlu l-ammonti riportati netti tal-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 matul il-perjodu minħabba l-flussi ta’ flus u l-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja. Għandhom jiġu ddivulgati rikonċiljazzjonijiet separati għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti tal-riassigurazzjoni miżmuma. Entità għandha tadatta r-rekwiżiti tal-paragrafi 100-109 sabiex ikunu jirriflettu l-aspetti tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, li jvarjaw minn dawk tal-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa; pereżempju, il-ġenerazzjoni tal-ispejjeż jew it-tnaqqis fl-ispejjeż, minflok id-dħul.

99 Entità għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni fir-rikonċiljazzjonijiet sabiex tippermetti li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jidentifikaw il-bidliet mill-flussi ta’ flus u l-ammonti li huma rikonoxxuti fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja. Sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit, entità għandha:

(a) 

tiddivulga, f’tabella, ir-rikonċiljazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 100-105B; u

(b) 

għal kull rikonċiljazzjoni, tippreżenta l-ammonti riportati netti fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu, diżaggregati f’total għal portafolji ta’ kuntratti li huma assi u total għal portafolji ta’ kuntratti li huma obbligazzjonijiet, li jkunu ugwali għall-ammonti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, billi tapplika l-paragrafu 78.

100 Entità għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjonijiet mill-bilanċi tal-ftuħ sal-bilanċi tal-għeluq separatament għal kull wieħed u waħda minn:

(a) 

l-obbligazzjonijiet (jew l-assi) netti għall-komponent tal-kopertura li jifdal, minbarra ebda komponent ta’ telf;

(b) 

kwalunkwe komponent ta’ telf (ara l-paragrafi 47-52 u 57-58);

(c) 

l-obbligazzjonijiet għall-pretensjonijiet imġarrba. Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53–59 jew 69–70A, entità għandha tiddivulga rikonċiljazzjonijiet separati għal:

(i) 

l-istimi tal-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus; u

(ii) 

l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju.

101 Għal kuntratti tal-assigurazzjoni għajr dawk li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53–59 jew 69–70A, entità għandha tiddivulga wkoll ir-rikonċiljazzjonijiet mill-bilanċi tal-ftuħ sal-bilanċi tal-għeluq separatament għal kull wieħed jew waħda minn:

(a) 

l-istimi tal-valur preżenti tal-flussi futuri ta’ flus;

(b) 

l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju; u

(c) 

il-marġni ta’ servizz kuntrattwali.

102 L-objettiv tar-rikonċiljazzjonijiet fil-paragrafi 100-101 huwa li jiġu pprovduti tipi differenti ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tas-servizz tal-assigurazzjoni.

103 Entità għandha tiddivulga separatament fir-rikonċiljazzjonijiet mitluba fil-paragrafu 100 kull wieħed mill-ammonti li ġejjin relatati mas-servizzi, jekk ikunu applikabbli:

(a) 

id-dħul mill-assigurazzjoni;

(b) 

l-ispejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni, billi turi separatament:

(i) 

il-pretensjonijiet imġarrba (minbarra l-komponenti tal-investiment) u spejjeż imġarrba oħrajn tas-servizz tal-assigurazzjoni;

(ii) 

l-amortizzament tal-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni;

(iii) 

il-bidliet li jirrigwardjaw servizz passat, jiġifieri bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirrigwardaw l-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba; u

(iv) 

il-bidliet li jirrigwardaw servizz futur, jiġifieri t-telf fuq gruppi onerużi ta’ kuntratti u r-riversjar ta’ tali telf.

(c) 

il-komponenti ta’ investiment esklużi mid-dħul mill-assigurazzjoni u mill-ispejjeż ta’ servizz tal-assigurazzjoni (flimkien ma’ rifużjonijiet ta’ primjums, sakemm ir-rifużjonijiet ta’ primjums ma jiġux ippreżentati bħala parti mill-flussi ta’ flus fil-perjodu deskritt fil-paragrafu 105(a)(i)).

104 Entità għandha tiddivulga separatament fir-rikonċiljazzjonijiet mitluba fil-paragrafu 101 kull wieħed mill-ammonti li ġejjin relatati mas-servizzi, jekk ikunu applikabbli:

(a) 

il-bidliet li jirrigwardjaw servizz futur, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B96–B118, fejn turi separatament:

(i) 

il-bidliet fl-istimi li jaġġustaw il-marġni ta’ servizz kuntrattwali;

(ii) 

il-bidliet fl-istimi li ma jaġġustawx il-marġni ta’ servizz kuntrattwali, jiġifieri t-telf fuq gruppi ta’ kuntratti onerużi u r-riversjar ta’ tali telf; u

(iii) 

l-effetti tal-kuntratti inizjalment rikonoxxuti fil-perjodu.

(b) 

il-bidliet li jirrigwardaw servizz attwali, jiġifieri:

(i) 

l-ammont tal-marġini ta’ servizz kuntrattwali rikonoxxut fi profitt jew telf sabiex ikun jirrifletti t-trasferiment tas-servizzi;

(ii) 

il-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, li ma tkunx tirrigwarda servizz futur jew servizz passat; u

(iii) 

l-aġġustamenti tal-esperjenza (ara l-paragrafi B97(c) u B113(a)), minbarra l-ammonti li jirrigwardaw l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju inkluż fi (ii).

(c) 

il-bidliet li jirrigwardaw servizz passat, jiġifieri l-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirrigwardaw il-pretensjonijiet imġarrba (ara l-paragrafi B97(b) u B113(a)).

105 Sabiex tikkompleta r-rikonċiljazzjonijiet fil-paragrafi 100-101, entità għandha tiddivulga wkoll separatament kull wieħed mill-ammonti li ġejjin mhux relatati mas-servizzi pprovduti fil-perjodu, jekk ikunu applikabbli:

(a) 

il-flussi ta’ flus fil-perjodu, inklużi:

(i) 

il-primjums riċevuti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa (jew imħallsin għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma);

(ii) 

flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni; u

(iii) 

il-pretensjonijiet imġarrba mħallsin u spejjeż oħrajn tas-servizz tal-assigurazzjoni mħallsin għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa (jew irkuprati skont il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma), minbarra l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni.

(b) 

l-effett tal-bidliet fir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-emittent tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma;

(c) 

l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni; u

(d) 

kwalunkwe entrata f’linja addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa sabiex tinftiehem il-bidla fl-ammont riportat nett tal-kuntratti tal-assigurazzjoni.

105A Entità għandha tiddivulga rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni rikonoxxuti billi tapplika l-paragrafu 28B. Entità għandha taggrega l-informazzjoni għar-rikonċiljazzjoni f’livell li jkun konsistenti ma’ dak għar-rikonċiljazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni, billi tapplika l-paragrafu 98.

105B Entità għandha tiddivulga separatament fir-rikonċiljazzjoni mitluba mill-paragrafu 105A kwalunkwe telf minn indeboliment u riversjar ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut billi tapplika l-paragrafu 28E–28F.

106 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa għajr dawk li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53–59, entità għandha tiddivulga analiżi tad-dħul mill-assigurazzjoni rikonoxxut fil-perjodu, li tinkludi:

(a) 

l-ammonti li jirrigwardaw il-bidliet fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal kif speċifikat fil-paragrafu B124, billi tiddivulga separatament:

(i) 

l-ispejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni mġarrba matul il-perjodu kif speċifikat fil-paragrafu B124(a);

(ii) 

il-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, kif speċifikat fil-paragrafu B124(b);

(iii) 

l-ammont tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali rikonoxxut fi profitt jew telf minħabba t-trasferiment tas-servizzi tal-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-perjodu, kif speċifikat fil-paragrafu B124(c); u

(iv) 

ammonti oħrajn, jekk ikun hemm, pereżempju, aġġustamenti tal-esperjenza għal riċevuti ta’ primjums minbarra dawk li jirrigwardaw servizz futur kif speċifikat fil-paragrafu B124(d).

(b) 

l-allokazzjoni tal-porzjon tal-primjums li jirrigwardaw l-irkupru tal-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu B125).

107 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni għajr dawk li għalihom kien applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53–59 jew 69–70A, entità għandha tiddivulga l-effett fuq ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja separatament għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma inizjalment rikonoxxuti fil-perjodu, filwaqt li turi l-effett tagħhom mar-rikonoxximent inizjali fuq:

(a) 

l-istimi tal-valur preżenti tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus fil-futur, filwaqt li turi separatament l-ammont tal-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni;

(b) 

l-istimi tal-valur preżenti tal-influssi ta’ flus fil-futur;

(c) 

l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju; u

(d) 

il-marġni ta’ servizz kuntrattwali.

108 Fid-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafu 107, entità għandha tiddivulga separatament l-ammonti li jirriżultaw minn:

(a) 

kuntratti akkwiżiti minn entitajiet oħrajn fi trasferimenti ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew kombinamenti ta’ negozji; u

(b) 

gruppi ta’ kuntratti li huma onerużi.

109 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni għajr dawk li għalihom kien applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53–59 jew 69–70A, entità għandha tiddivulga meta hija tistenna li tirrikonoxxi l-marġni kuntrattwali tas-servizz li jifdal fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar fi profitt jew telf, b’mod kwantitattiv, f’meded ta’ żmien xierqa. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta separatament għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

109A Entità għandha tiddivulga b’mod kwantitattiv, f’meded ta’ żmien xierqa, meta hija tistenna li tirtira r-rikonoxximent ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28C.

Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni

110 Entità għandha tiddivulga u tispjega l-ammont totali ta’ introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fil-perjodu ta’ rapportar. B’mod partikulari, entità għandha tispjega r-relazzjoni bejn l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni u r-redditu tal-investiment fuq l-assi tagħha, sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jkunu jistgħu jevalwaw is-sorsi ta’ introjtu jew spejjeż finanzjarji rikonoxxuti fi profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv.

111 Għall-kuntratti b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, l-entità għandha tiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-entrati sottostanti u tiddivulga l-valur ġust tagħhom.

112 Għall-kuntratti b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, jekk entità tagħżel li ma taġġustax il-marġni ta’ servizz kuntrattwali għal xi bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafu B115, din għandha tiddivulga l-effett ta’ dik l-għażla fuq l-aġġustament għall-marġni ta’ servizz kuntrattwali fil-perjodu attwali.

113 Għall-kuntratti b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, jekk entità tbiddel il-bażi tad-diżaggregazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv, billi tapplika l-paragrafu B135, din għandha tiddivulga, fil-perjodu meta tkun seħħet il-bidla fl-approċċ:

(a) 

ir-raġuni għaliex l-entità kienet meħtieġa tbiddel il-bażi tad-diżaggregazzjoni;

(b) 

l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament għal kull entrata f’linja tar-rapport finanzjarju affettwata; u

(c) 

l-ammont riportat tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom applikat il-bidla fid-data tal-bidla.

Ammonti ta’ tranżizzjoni

114 Entità għandha tipprovdi divulgazzjonijiet li jippermettu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jidentifikaw l-effett tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mkejla fid-data tat-tranżizzjoni bl-applikazzjoni tal-approċċ retrospettiv modifikat (ara l-paragrafi C6–C19A) jew tal-approċċ tal-valur ġust (ara l-paragrafi C20–C24B) fuq il-marġni ta’ servizz kuntrattwali u d-dħul mill-assigurazzjoni f’perjodi sussegwenti. B’hekk, entità għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjoni tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali billi tapplika l-paragrafu 101(c), u l-ammont ta’ dħul mill-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu 103(a), separatament, għal:

(a) 

il-kuntratti tal-assigurazzjoni li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni li għalihom l-entità applikat l-approċċ retrospettiv modifikat;

(b) 

il-kuntratti tal-assigurazzjoni li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni li għalihom l-entità applikat l-approċċ tal-valur ġust; u

(c) 

il-kuntratti tal-assigurazzjoni l-oħrajn kollha.

115 Għall-perjodi kollha li fihom isiru d-divulgazzjonijiet bl-applikazzjoni tal-paragrafi 114(a) jew 114(b), sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu n-natura u s-sinifikat tal-metodi użati u tal-ġudizzji applikati fid-determinazzjoni tal-ammonti tat-tranżizzjoni, entità għandha tispjega kif hija ddeterminat il-kejl tal-kuntratti tal-assigurazzjoni fid-data tat-tranżizzjoni.

116 Entità li tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv tapplika l-paragrafi C18(b), C19(b), C24(b) u C24(c) sabiex tiddetermina d-differenza kumulattiva bejn l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni li kienu jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf u l-introjtu jew l-ispejjeż totali tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fid-data tat-tranżizzjoni għall-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom tapplika d-diżaggregazzjoni. Għall-perjodi kollha li fihom jeżistu l-ammonti determinati bl-applikazzjoni ta’ dawn il-paragrafi, l-entità għandha tiddivulga rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq tal-ammonti kumulattivi inklużi f’introjtu ieħor komprensiv għall-assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv relatat mal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi, pereżempju, il-qligħ jew it-telf rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fil-perjodu u l-qligħ jew it-telf diġà rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv f’perjodi preċedenti riklassifikati fil-perjodu għal profitt jew telf.

Ġudizzji sinifikanti fl-applikazzjoni tal-IFRS 17

117 Entità għandha tiddivulga l-ġudizzji sinifikanti u l-bidliet fil-ġudizzji magħmula bl-applikazzjoni tal-IFRS 17. B’mod speċifiku, entità għandha tiddivulga l-inputs, is-suppożizzjonijiet u t-tekniki ta’ stima użati, inklużi:

(a) 

il-metodi użati sabiex jitkejlu l-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 u l-proċessi għall-istima tal-inputs għal dawk il-metodi. Sakemm ma jkunx imprattikabbli, entità għandha tipprovdi wkoll informazzjoni kwantitattiva dwar dawk l-inputs;

(b) 

kwalunkwe bidla fil-metodi u l-proċessi għall-istima tal-inputs użati sabiex jitkejlu l-kuntratti, ir-raġuni għal kull bidla u t-tip ta’ kuntratti affettwati;

(c) 

sal-punt li ma jkunx kopert f’(a), l-approċċ użat:

(i) 

sabiex issir distinzjoni bejn il-bidliet fl-istimi tal-flussi futuri ta’ flus li jirriżultaw mill-eżerċitar tad-diskrezzjoni u bidliet oħrajn fl-istimi tal-flussi futuri ta’ flus għall-kuntratti mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni (ara l-paragrafu B98);

(ii) 

sabiex jiġi determinat l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, inkluż jekk il-bidliet fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju humiex diżaggregati f’komponent ta’ servizz tal-assigurazzjoni u komponent ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni jew humiex ippreżentati b’mod sħiħ fir-riżultat tas-servizz tal-assigurazzjoni;

(iii) 

sabiex jiġu determinati r-rati ta’ skont;

(iv) 

sabiex jiġu determinati l-komponenti ta’ investiment; u

(v) 

sabiex tiġi determinata l-ponderazzjoni relattiva tal-benefiċċji pprovduti mill-kopertura tal-assigurazzjoni u s-servizz ta’ redditu fuq l-investiment jew mill-kopertura tal-assigurazzjoni u s-servizz relatat mal-investiment (ara l-paragrafi B119–B119B).

118 Jekk, wara li tapplika l-paragrafu 88(b) jew il-paragrafu 89(b), entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni f’ammonti ppreżentati fi profitt jew telf u ammonti ppreżentati f’introjtu ieħor komprensiv, l-entità għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-metodi użati sabiex tiddetermina l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fi profitt jew telf.

119 Entità għandha tiddivulga l-livell ta’ fiduċja użat sabiex tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. Jekk l-entità tuża teknika għajr it-teknika tal-livell ta’ fiduċja sabiex tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, din għandha tiddivulga t-teknika użata u l-livell ta’ fiduċja li jikkorrispondi għar-riżultati ta’ dik it-teknika.

120 Entità għandha tiddivulga l-kurva tar-rendiment (jew il-medda ta’ kurvi tar-rendiment) użata għall-iskontar tal-flussi ta’ flus li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti, billi tapplika l-paragrafu 36. Meta entità tipprovdi din id-divulgazzjoni b’mod aggregat għal għadd ta’ gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, din għandha tipprovdi tali divulgazzjonijiet fil-forma ta’ medji ponderati, jew meded relattivament dojoq.

Natura u firxa tar-riskji li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17

121 Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw in-natura, l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Il-paragrafi 122–132 fihom rekwiżiti għad-divulgazzjonijiet li normalment ikunu meħtieġa sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit.

122 Dawn id-divulgazzjonijiet jiffukaw fuq ir-riskji finanzjarji u tal-assigurazzjoni li jinħolqu mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u kif dawn ġew ġestiti. Ir-riskji finanzjarji tipikament jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità u riskju tas-suq.

123 Jekk l-informazzjoni divulgata dwar l-iskopertura għar-riskju ta’ entità fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ma tkunx rappreżentattiva tal-iskopertura għar-riskju tagħha matul il-perjodu, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt, ir-raġuni għaliex l-iskopertura fi tmiem il-perjodu mhijiex rappreżentattiva, u aktar informazzjoni li hija rappreżentattiva tal-iskopertura għar-riskju tagħha matul il-perjodu.

124 Għal kull tip ta’ riskju li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-iskopertura għar-riskju u kif dawn joriġinaw;

(b) 

l-objettivi, il-politiki u l-proċessi tal-entità għall-ġestjoni tar-riskji u l-metodi użati sabiex jitkejlu r-riskji; u

(c) 

kwalunkwe bidla f’(a) jew (b) mill-perjodu preċedenti.

125 Għal kull tip ta’ riskju li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:

(a) 

informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għal dak ir-riskju fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Din id-divulgazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment;

(b) 

id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 127-132, sal-punt li ma jsirux bl-applikazzjoni tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

126 Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar l-effett tal-oqfsa regolatorji li topera fihom; pereżempju, ir-rekwiżiti kapitali minimi jew il-garanziji tar-rati tal-imgħax meħtieġa. Jekk entità tapplika l-paragrafu 20 sabiex tiddetermina l-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom hija tapplika r-rekwiżiti ta’ rikonoxximent u kejl tal-IFRS 17, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

It-tipi kollha ta’ riskju—il-konċentrazzjonijiet tar-riskju

127 Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju li jirriżultaw minn kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, inkluża deskrizzjoni ta’ kif l-entità tiddetermina l-konċentrazzjonijiet u deskrizzjoni tal-karatteristika kondiviża li tidentifika kull konċentrazzjoni (pereżempju, it-tip ta’ event assigurat, l-industrija, iż-żona ġeografika jew il-munita). Il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju finanzjarju jistgħu jirriżultaw, pereżempju, mill-garanziji tar-rata tal-imgħax li jidħlu fis-seħħ fl-istess livell għal għadd kbir ta’ kuntratti. Il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju finanzjarju jistgħu jirriżultaw ukoll mill-konċentrazzjonijiet ta’ riskju mhux finanzjarju; pereżempju, jekk entità tipprovdi protezzjoni għal responsabbiltà għal dannu minn prodotti lil kumpaniji tal-farmaċewtika, kif ukoll ikollha investimenti f’dawk il-kumpaniji.

Riskji tas-swieq u tal-assigurazzjoni—analiżi tas-sensittività

128 Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar is-sensittivitajiet għall-bidliet fil-varjabbli tar-riskju li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit, entità għandha tiddivulga:

(a) 

analiżi tas-sensittività li turi kif il-profitt jew it-telf u l-ekwità kienu jkunu affettwati mill-bidliet fil-varjabbli tar-riskju li kienu possibbli b’mod raġonevoli fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar:

(i) 

għal riskju tal-assigurazzjoni—billi jintwera l-effett għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, qabel u wara l-mitigazzjoni tar-riskji mill-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma; u

(ii) 

għal kull tip ta’ riskju tas-suq—b’mod li tiġi spjegata r-relazzjoni bejn is-sensittivitajiet għall-bidliet fil-varjabbli tar-riskju li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u dawk li jirriżultaw mill-assi finanzjarji miżmuma mill-entità.

(b) 

il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fil-preparament tal-analiżi tas-sensittività; u

(c) 

il-bidliet mill-perjodu preċedenti fil-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fil-preparament tal-analiżijiet tas-sensittività, u r-raġunijiet għal dawn il-bidliet.

129 Jekk entità tipprepara analiżi tas-sensittività li turi kif l-ammonti differenti minn dawk speċifikati fil-paragrafu 128(a) huma affettwati mill-bidliet fil-varjabbli tar-riskju u tuża dik l-analiżi tas-sensittività sabiex iġġestixxi r-riskji li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, din tista’ tuża dik l-analiżi tas-sensittività minflok l-analiżi speċifikata fil-paragrafu 128(a). L-entità għandha tiddivulga wkoll:

(a) 

spjegazzjoni tal-metodu użat fil-preparament ta’ tali analiżi tas-sensittività u tal-parametri u s-suppożizzjonijiet ewlenin li fuqhom tkun ibbażata l-informazzjoni pprovduta; u

(b) 

spjegazzjoni tal-objettiv tal-metodu użat u ta’ kwalunkwe limitazzjoni li tista’ tirriżulta fl-informazzjoni pprovduta.

Riskju tal-assigurazzjoni—l-iżvilupp tal-pretensjonijiet

130 Entità għandha tiddivulga l-pretensjonijiet attwali mqabbla mal-istimi preċedenti tal-ammont mhux skontat tal-pretensjonijiet (jiġifieri l-iżvilupp tal-pretensjonijiet). Id-divulgazzjoni dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet għandha tibda mal-perjodu meta tkun inħolqot/jkunu nħolqu l-ewwel pretensjoni(jiet) materjali u li għalih(om) ikun għad hemm inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-pagamenti tal-pretensjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar; iżda d-divulgazzjoni mhijiex meħtieġa li tibda aktar minn 10 snin qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. L-entità mhijiex meħtieġa tiddivulga informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet li għalihom l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-pagamenti tal-pretensjonijiet ġeneralment tiġi solvuta fi żmien sena. Entità għandha tirrikonċilja d-divulgazzjoni dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet mal-ammont riportat aggregat tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, li l-entità tiddivulga meta tapplika l-paragrafu 100(c).

Riskju ta’ kreditu—informazzjoni oħra

131 Għar-riskju ta’ kreditu li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:

(a) 

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tagħha għar-riskju ta’ kreditu fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, separatament għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma; u

(b) 

informazzjoni dwar il-kwalità tal-kreditu tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma assi.

Riskju ta’ likwidità—informazzjoni oħra

132 Għar-riskju ta’ likwidità li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:

(a) 

deskrizzjoni ta’ kif hija ġġestixxi r-riskju ta’ likwidità;

(b) 

analiżijiet tal-maturità separati għall-portafolji ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa li huma obbligazzjonijiet u għall-portafolji ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma obbligazzjonijiet, li juru, bħala minimu, il-flussi ta’ flus netti tal-portafolji għal kull waħda mill-ewwel ħames snin wara d-data tar-rapportar u b’mod aggregat wara l-ewwel ħames snin. Entità mhijiex meħtieġa tinkludi f’dawn l-analiżijiet l-obbligazzjonijiet għall-kopertura li jifdal imkejla bl-applikazzjoni tal-paragrafi 55-59 u tal-paragrafi 69–70A. L-analiżijiet jistgħu jieħdu l-forma ta’:

(i) 

analiżi, skont it-twaqqit stmat, tal-flussi ta’ flus netti kuntrattwali u mhux skontati li jifdal; jew

(ii) 

analiżi, skont it-twaqqit stmat, tal-istimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus.

(c) 

l-ammonti li huma pagabbli fuq talba, li jispjegaw ir-relazzjoni bejn tali ammonti u l-ammont riportat tal-portafolji ta’ kuntratti relatati, jekk ma jiġux divulgati bl-applikazzjoni tal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu.

Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

marġni ta’ servizz kuntrattwali

Komponent tal-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrappreżenta l-profitt mhux gwadanjat li l-entità se tirrikonoxxi hekk kif tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni taħt il-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-grupp.

perjodu tal-kopertura

Il-perjodu li matulu l-entità tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Dan il-perjodu jinkludi s-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardaw il-primjums kollha fil-limitu tal-kuntratt tal-assigurazzjoni.

aġġustament tal-esperjenza

Differenza bejn:

(a) 

għall-irċevuti tal-primjums (u għal kwalunkwe fluss ta’ flus relatat bħal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni u taxxi fuq il-primjums tal-assigurazzjoni)—l-istima fil-bidu tal-perjodu tal-ammonti mistennija fil-perjodu u l-flussi ta’ flus reali fil-perjodu; jew

(b) 

għall-ispejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni (minbarra l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni)—l-istima fil-bidu tal-perjodu tal-ammonti li mistennija jiġġarrbu fil-perjodu u l-ammonti attwali mġarrbin fil-perjodu.

riskju finanzjarju

Ir-riskju ta’ bidla possibbli fil-futur f’waħda jew aktar minn rata tal-imgħax speċifikata, prezz ta’ strument finanzjarju, prezz tal-komodità, rata tal-kambju, indiċi ta’ prezzijiet jew rati, klassifikazzjoni ta’ kreditu jew indiċi ta’ kreditu jew kwalunkwe varjabbli ieħor, dment li, fil-każ ta’ varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli ma jkunx speċifiku għal parti għall-kuntratt.

flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni

Stima espliċita, imparzjali u ponderata għall-probabbiltà (jiġifieri l-valur mistenni) tal-valur preżenti tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus fil-futur mingħajr il-valur preżenti tal-influssi ta’ flus fil-futur li jirriżultaw hekk kif l-entità tissodisfa l-kuntratti tal-assigurazzjoni, inkluż aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju.

grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni

Sett ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirriżultaw mill-qasma ta’ portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fi, bħala minimu, kuntratti maħruġa f’perjodu ta’ mhux aktar minn sena u li, mar-rikonoxximent inizjali:

(a) 

ikunu onerużi, jekk ikun hemm;

(b) 

ma jkollhom ebda possibbiltà sinifikanti li sussegwentement isiru onerużi, jekk ikun hemm; jew

(c) 

ma jaqgħux la taħt (a) u lanqas taħt (b), jekk ikun hemm.

flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni

Flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kostijiet tal-bejgħ, tas-sottoskrizzjoni u tal-bidu ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (maħruġa jew li mistennija jinħarġu) li huma direttament attribwibbli għall-portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom jappartjeni l-grupp. Tali flussi ta’ flus jinkludu flussi ta’ flus li mhumiex direttament attribwibbli għal kuntratti individwali jew gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-portafoll.

kuntratt tal-assigurazzjoni

Kuntratt li abbażi tiegħu parti waħda (l-emittent) taċċetta riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti minn parti oħra (id-detentur ta’ polza) billi taqbel li tikkumpensa lid-detentur ta’ polza jekk event futur inċert speċifikat (l-event assigurat) jaffettwa b’mod avvers lid-detentur ta’ polza.

servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni

Is-servizzi li ġejjin li entità tipprovdi lil detentur ta’ polza ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni:

(a) 

kopertura għal event assigurat (kopertura tal-assigurazzjoni);

(b) 

għal kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, il-ġenerazzjoni ta’ redditu fuq l-investiment għad-detentur ta’ polza, jekk applikabbli (servizz ta’ redditu fuq l-investiment); u

(c) 

għal kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, il-ġestjoni tal-entrati sottostanti f’isem id-detentur ta’ polza (servizz relatat mal-investiment).

kuntratt tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni

Kuntratt tal-assigurazzjoni li għalih, fil-bidu:

(a) 

it-termini kuntrattwali jispeċifikaw li d-detentur ta’ polza jipparteċipa f’sehem ta’ aggregazzjoni identifikata b’mod ċar ta’ entrati sottostanti;

(b) 

l-entità tistenna li tħallas lid-detentur ta’ polza ammont ugwali għal sehem sostanzjali tar-redditi b’valur ġust fuq l-entrati sottostanti; u

(c) 

l-entità tistenna li proporzjon sostanzjali ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti li jridu jitħallsu lid-detentur ta’ polza jvarja bil-bidla fil-valur ġust tal-entrati sottostanti.

kuntratt tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni

Kuntratt tal-assigurazzjoni li mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni.

riskju tal-assigurazzjoni

Riskju, għajr riskju finanzjarju, ittrasferit mid-detentur ta’ kuntratt lill-emittent.

event assigurat

Event futur inċert kopert minn kuntratt tal-assigurazzjoni li joħloq riskju tal-assigurazzjoni.

komponent ta’ investiment

L-ammonti li kuntratt tal-assigurazzjoni jitlob lill-entità tħallas lura lil detentur ta’ polza fiċ-ċirkustanzi kollha, irrispettivament minn jekk iseħħx event assigurat.

kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni

Strument finanzjarju li jipprovdi lil investitur partikulari bid-dritt kuntrattwali li jirċievi, bħala suppliment għal ammont li mhuwiex soġġett għad-diskrezzjoni tal-emittent, ammonti addizzjonali:

(a) 

li huma mistennija jkunu porzjon sinifikanti mill-benefiċċji kuntrattwali totali;

(b) 

li t-twaqqit jew l-ammont tagħhom ikunu kuntrattwalment fid-diskrezzjoni tal-emittent; u

(c) 

li jkunu kuntrattwalment ibbażati fuq:

(i) 

ir-redditi fuq ġabra speċifikata ta’ kuntratti jew tip speċifikat ta’ kuntratt;

(ii) 

ir-redditi realizzati u/jew mhux realizzati fuq l-investiment fuq grupp speċifikat ta’ assi miżmuma mill-emittent; jew

(iii) 

il-profitt jew telf tal-entità jew tal-fond li joħroġ il-kuntratt.

obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba

Obbligu ta’ entità li:

(a) 

tinvestiga u tħallas pretensjonijiet validi għall-eventi assigurati li seħħew diġà, inklużi eventi li seħħew iżda li l-pretensjonijiet għalihom ma ġewx irrapportati, kif ukoll spejjeż tal-assigurazzjoni oħrajn imġarrbin; u

(b) 

tħallas ammonti li mhumiex inklużi f’(a) u li jirrigwardaw:

(i) 

servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li diġà ġew ipprovduti; jew

(ii) 

kwalunkwe komponent ta’ investiment jew ammonti oħrajn li ma jkunux relatati mal-provvista ta’ servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u li ma jkunux fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal.

obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal

Obbligu ta’ entità li:

(a) 

tinvestiga u tħallas pretensjonijiet validi skont il-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti għall-eventi assigurati li għadhom ma seħħewx (jiġifieri l-obbligu li jirrigwarda l-porzjon li jkun għadu ma skadiex tal-kopertura tal-assigurazzjoni); u

(b) 

tħallas ammonti skont il-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti li mhumiex inklużi f’(a) u li jirrigwardaw:

(i) 

servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti (jiġifieri l-obbligi li jirrigwardaw il-provvista futura ta’ servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni); jew

(ii) 

kwalunkwe komponent ta’ investiment jew ammonti oħrajn li ma jkunux relatati mal-forniment ta’ servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u li ma jkunux ġew ittrasferiti lill-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba.

detentur ta’ polza

Parti li għandha dritt għal kumpens skont kuntratt tal-assigurazzjoni jekk iseħħ event assigurat.

portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni

Kuntratti tal-assigurazzjoni soġġetti għal riskji simili u ġestiti flimkien.

kuntratt ta’ riassigurazzjoni

Kuntratt tal-assigurazzjoni maħruġ minn entità waħda (ir-riassiguratur) sabiex jikkumpensa lil entità oħra għall-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar maħruġ(a) minn dik l-entità l-oħra (kuntratti sottostanti).

aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju

Il-kumpens li teħtieġ entità sabiex iġġorr l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li tinħoloq mir-riskju mhux finanzjarju hekk kif l-entità tissodisfa l-kuntratti tal-assigurazzjoni.

entrati sottostanti

Entrati li jiddeterminaw uħud mill-ammonti pagabbli lil detentur ta’ polza. L-entrati sottostanti jistgħu jinkludu kwalunkwe entrata; pereżempju, portafoll ta’ referenza tal-assi, l-assi netti tal-entità jew subsett speċifikat tal-assi netti tal-entità.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

B1 Dan l-Appendiċi jipprovdi gwida dwar dawn li ġejjin:

(a) 

definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B2–B30);

(b) 

is-separazzjoni tal-komponenti minn kuntratt tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B31–B35);

(ba) 

l-assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B35A–B35D);

(c) 

il-kejl (ara l-paragrafi B36–B119F);

(d) 

id-dħul mill-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B120–B127);

(e) 

l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B128–B136); u

(f) 

ir-rapporti finanzjarji interim (ara l-paragrafu B137).

DEFINIZZJONI TA’ KUNTRATT TAL-ASSIGURAZZJONI (APPENDIĊI A)

B2 Din it-taqsima tipprovdi gwida dwar id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni kif speċifikat fl-Appendiċi A. Tindirizza dawn li ġejjin:

(a) 

event futur inċert (ara l-paragrafi B3–B5);

(b) 

pagamenti in natura (ara l-paragrafu B6);

(c) 

id-distinzjoni bejn riskju tal-assigurazzjoni u riskji oħrajn (ara l-paragrafi B7–B16);

(d) 

riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B17–B23);

(e) 

bidliet fil-livell ta’ riskju tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B24–B25); u

(f) 

eżempji ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B26–B30).

Event futur inċert

B3 L-inċertezza (jew ir-riskju) hija l-essenza ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. Għalhekk, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin huwa inċert fil-bidu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni:

(a) 

il-probabbiltà li jseħħ event assigurat;

(b) 

meta se jseħħ l-event assigurat; jew

(c) 

kemm se jkollha bżonn tħallas l-entità jekk iseħħ l-event assigurat.

B4 F’xi kuntratti tal-assigurazzjoni, l-event assigurat huwa s-sejba ta’ telf matul it-terminu tal-kuntratt, anki jekk dak it-telf jirriżulta minn event li jkun seħħ qabel il-bidu tal-kuntratt. F’kuntratti tal-assigurazzjoni oħrajn, l-event assigurat huwa event li jseħħ matul it-terminu tal-kuntratt, anki jekk it-telf li jirriżulta jiġi skopert wara t-tmiem tat-terminu tal-kuntratt.

B5 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jkopru eventi li diġà seħħew, iżda li l-effett finanzjarju tagħhom għadu inċert. Eżempju huwa kuntratt tal-assigurazzjoni li jipprovdi kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-iżvilupp sfavorevoli ta’ event li diġà seħħ. F’kuntratti bħal dawn, l-event assigurat huwa d-determinazzjoni tal-kost aħħari ta’ dawk il-pretensjonijiet.

Pagamenti in natura

B6 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jeħtieġu jew jippermettu li jsiru pagamenti in natura. F’każijiet bħal dawn, l-entità tipprovdi oġġetti jew servizzi lid-detentur ta’ polza sabiex issalda l-obbligu tal-entità bil-għan li tikkumpensa lid-detentur ta’ polza għall-eventi assigurati. Eżempju huwa meta l-entità tissostitwixxi oġġett misruq minflok tirrimborża lid-detentur ta’ polza għall-ammont ta’ telf tiegħu. Eżempju ieħor huwa meta entità tuża l-isptarijiet u l-persunal mediku tagħha sabiex tipprovdi servizzi mediċi koperti mill-kuntratt tal-assigurazzjoni. Dawn il-kuntratti huma kuntratti tal-assigurazzjoni, anki jekk il-pretensjonijiet jiġu saldati in natura. Il-kuntratti ta’ servizzi b’tariffi fissi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 8 huma wkoll kuntratti tal-assigurazzjoni iżda, billi tapplika l-paragrafu 8, entità tista’ tagħżel li tikkontabbilizzahom billi tapplika l-IFRS 17 jew l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi.

Id-distinzjoni bejn riskju tal-assigurazzjoni u riskji oħrajn

B7 Id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni tirrikjedi li parti waħda taċċetta riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni minn parti oħra. L-IFRS 17 jiddefinixxi r-riskju tal-assigurazzjoni bħala “riskju, għajr riskju finanzjarju, ittrasferit mid-detentur ta’ kuntratt lill-emittent”. Kuntratt li jesponi lill-emittent għal riskju finanzjarju mingħajr riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni.

B8 Id-definizzjoni ta’ riskju finanzjarju fl-Appendiċi A tirreferi għal varjabbli finanzjarji u varjabbli mhux finanzjarji. Eżempji ta’ varjabbli mhux finanzjarji mhux speċifiċi għal parti għall-kuntratt jinkludu indiċi ta’ telf minn terremoti f’reġjun partikulari jew temperaturi f’belt partikulari. Riskju finanzjarju jeskludi riskju minn varjabbli mhux finanzjarji li huma speċifiċi għal parti għall-kuntratt, bħal meta jseħħ jew ma jseħħx nar li jagħmel ħsara jew jeqred assi ta’ dik il-parti. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ bidliet fil-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju mhuwiex riskju finanzjarju jekk il-valur ġust ikun jirrifletti l-bidliet fil-prezzijiet tas-suq għal assi bħal dawn (jiġifieri varjabbli finanzjarju) u l-kundizzjoni ta’ assi mhux finanzjarju speċifiku miżmum minn parti għal kuntratt (jiġifieri varjabbli mhux finanzjarju). Pereżempju, jekk garanzija tal-valur residwu ta’ karozza speċifika li fiha d-detentur ta’ polza għandu interess assigurabbli tesponi lill-garanti għar-riskju ta’ bidliet fil-kundizzjoni fiżika tal-karozza, dak ir-riskju huwa riskju tal-assigurazzjoni, mhux riskju finanzjarju.

B9 Xi kuntratti jesponu lill-emittent għal riskju finanzjarju minbarra għal riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Pereżempju, ħafna kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja jiggarantixxu rata ta’ redditu minima lid-detenturi tal-poloz, billi joħolqu riskju finanzjarju, u fl-istess ħin iwiegħdu benefiċċji tal-mewt li jistgħu jaqbżu b’mod sinifikanti l-bilanċ tal-kont ta’ detentur ta’ polza, u b’hekk joħolqu riskju tal-assigurazzjoni fil-forma ta’ riskju ta’ mortalità. Kuntratti bħal dawn huma kuntratti tal-assigurazzjoni.

B10 Taħt xi kuntratti, event assigurat jikkaġuna l-pagament ta’ ammont marbut ma’ indiċi tal-prezzijiet. Kuntratti bħal dawn huma kuntratti tal-assigurazzjoni, dment li l-pagament kontinġenti fuq l-event assigurat jista’ jkun sinifikanti. Pereżempju, annwalità kontinġenti fuq il-ħajja marbuta ma’ indiċi tal-għoli tal-ħajja tittrasferixxi riskju tal-assigurazzjoni minħabba li l-pagament jiġi skattat minn event inċert fil-futur—is-sopravivenza tal-persuna li tirċievi l-annwalità. Ir-rabta mal-indiċi tal-prezzijiet hija derivattiv, iżda tittrasferixxi wkoll ir-riskju tal-assigurazzjoni minħabba li l-għadd ta’ pagamenti li għalihom japplika l-indiċi jiddependi fuq is-sopravivenza tal-benefiċjarju tal-annwalità. Jekk it-trasferiment li jirriżulta ta’ riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti, id-derivattiv jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, f’liema każ dan ma għandux jiġi sseparat mill-kuntratt ospitanti (ara l-paragrafu 11(a)).

B11 Riskju tal-assigurazzjoni huwa r-riskju li l-entità taċċetta mingħand id-detentur ta’ polza. Dan ifisser li l-entità trid taċċetta, mingħand id-detentur ta’ polza, riskju li għalih id-detentur ta’ polza kien diġà espost. Kwalunkwe riskju ġdid maħluq mill-kuntratt għall-entità jew għad-detentur ta’ polza mhuwiex riskju tal-assigurazzjoni.

B12 Id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal effett sfavorevoli fuq id-detentur ta’ polza. Din id-definizzjoni ma tillimitax il-pagament mill-entità għal ammont ugwali għall-effett finanzjarju tal-event avvers. Pereżempju, id-definizzjoni tinkludi kopertura tal-assigurazzjoni “ġdida għal qadima” li tħallas lid-detentur ta’ polza ammont li jippermetti s-sostituzzjoni ta’ assi użat u danneġġat b’wieħed ġdid. Bl-istess mod, id-definizzjoni ma tillimitax il-pagament skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għat-telf finanzjarju mġarrab mid-dipendenti tal-persuna mejta, u lanqas ma teskludi kuntratti li jispeċifikaw il-pagament ta’ ammonti stabbiliti minn qabel sabiex jikkwantifikaw it-telf ikkawżat minn mewt jew inċident.

B13 Xi kuntratti jirrikjedu li jsir pagament jekk iseħħ event futur inċert speċifikat, iżda ma jirrikjedux il-ħtieġa ta’ effett avvers fuq id-detentur ta’ polza bħala prekundizzjoni għall-pagament. Dan it-tip ta’ kuntratt mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni, anki jekk id-detentur jużah sabiex jimmitiga skopertura għal riskju sottostanti. Pereżempju, jekk id-detentur juża derivattiv sabiex jiħħeġġja varjabbli finanzjarju jew mhux finanzjarju sottostanti korrelatat mal-flussi ta’ flus minn assi tal-entità, id-derivattiv ma jkunx kuntratt tal-assigurazzjoni minħabba li l-pagament mhuwiex kundizzjonali fuq jekk id-detentur huwiex affettwat b’mod avvers minn tnaqqis fil-flussi ta’ flus mill-assi. Id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal event futur inċert li għalih effett avvers fuq id-detentur ta’ polza huwa prekundizzjoni kuntrattwali għal pagament. Prekundizzjoni kuntrattwali ma tirrikjedix li l-entità tinvestiga jekk l-event effettivament ikkawżax effett avvers, iżda tippermetti lill-entità tiċħad il-pagament jekk ma tkunx issodisfata li l-event ikkawża effett avvers.

B14 Ir-riskju ta’ ċessazzjoni jew ta’ persistenza (jiġifieri r-riskju li l-kontroparti tikkanċella l-kuntratt aktar qabel jew aktar tard minn meta l-emittent ikun stenna mal-ipprezzar tal-kuntratt) mhuwiex riskju tal-assigurazzjoni minħabba li l-varjabbiltà li tirriżulta fil-pagament lill-kontroparti mhijiex kontinġenti għal event futur inċert li jaffettwa b’mod avvers lid-detentur ta’ polza. Bl-istess mod, riskju ta’ spejjeż (jiġifieri r-riskju ta’ żidiet mhux mistennija fil-kostijiet amministrattivi assoċjati mat-tħaddim ta’ kuntratt, aktar milli fil-kostijiet assoċjati ma’ eventi assigurati) mhuwiex riskju tal-assigurazzjoni minħabba li żieda mhux mistennija fi spejjeż bħal dawn ma taffettwax b’mod avvers lid-detentur ta’ polza.

B15 Konsegwentement, kuntratt li jesponi lill-entità għal riskju ta’ skadenza, riskju ta’ persistenza jew riskju ta’ spejjeż mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni, sakemm ma jesponix ukoll lill-entità għal riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Madankollu, jekk l-entità tnaqqas ir-riskju tagħha billi tuża kuntratt sekondarju għat-trasferiment ta’ parti mir-riskju mhux tal-assigurazzjoni lil parti oħra, it-tieni kuntratt jesponi lill-parti l-oħra għal riskju tal-assigurazzjoni.

B16 Entità tista’ taċċetta riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni mingħand id-detentur ta’ polza biss jekk l-entità tkun separata mid-detentur ta’ polza. Fil-każ ta’ entità ta’ benefiċċju komuni, l-entità ta’ benefiċċju komuni taċċetta riskju mingħand kull detentur ta’ polza u tippulja dak ir-riskju. Għalkemm id-detenturi ta’ poloz iġorru dak ir-riskju ppuljat b’mod kollettiv minħabba li għandhom l-interess residwu fl-entità, l-entità ta’ benefiċċju komuni hija entità separata li aċċettat ir-riskju.

Riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti

B17 Kuntratt huwa kuntratt tal-assigurazzjoni biss jekk jittrasferixxi riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti. Il-paragrafi B7–B16 jiddiskutu r-riskju tal-assigurazzjoni. Il-paragrafi B18–B23 jiddiskutu l-valutazzjoni ta’ jekk ir-riskju tal-assigurazzjoni huwiex sinifikanti.

B18 Riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti jekk, u biss jekk, event assigurat jista’ jwassal biex l-emittent iħallas ammonti addizzjonali li jkunu sinifikanti fi kwalunkwe xenarju waħdieni, minbarra xenarji li ma għandhom ebda sustanza kummerċjali (jiġifieri ebda effett dixxernibbli fuq l-ekonomija tat-tranżazzjoni). Jekk event assigurat jista’ jfisser li jkun hemm ammonti addizzjonali sinifikanti li jkunu pagabbli fi kwalunkwe xenarju li jkollu sustanza kummerċjali, il-kundizzjoni fis-sentenza preċedenti tista’ tiġi ssodisfata jekk l-event assigurat ikun estremament improbabbli, jew saħansitra jekk il-valur attwali mistenni (jiġifieri ponderat għall-probabbiltà) tal-flussi ta’ flus kontinġenti jkun proporzjon żgħir tal-valur attwali mistenni tal-flussi ta’ flus li jifdal mill-kuntratt tal-assigurazzjoni.

B19 Barra minn hekk, kuntratt jittrasferixxi riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni biss jekk ikun hemm xenarju li jkollu sustanza kummerċjali fejn l-emittent ikollu possibbiltà ta’ telf abbażi tal-valur attwali. Madankollu, anki jekk kuntratt ta’ riassigurazzjoni ma jesponix lill-emittent għall-possibbiltà ta’ telf sinifikanti, dak il-kuntratt jitqies bħala li jittrasferixxi riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni jekk jittrasferixxi għand ir-riassiguratur sostanzjalment ir-riskju tal-assigurazzjoni kollu relatat mal-porzjonijiet riassigurati tal-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti.

B20 L-ammonti addizzjonali deskritti fil-paragrafu B18 jiġu determinati abbażi tal-valur preżenti. Jekk kuntratt tal-assigurazzjoni jirrikjedi li jsir pagament meta jseħħ event bi twaqqit inċert u jekk il-pagament ma jkunx aġġustat għall-valur taż-żmien tal-flus, jista’ jkun hemm xenarji li fihom il-valur preżenti tal-pagament jiżdied, anki jekk il-valur nominali tiegħu jkun fiss. Eżempju ta’ dan huwa assigurazzjoni li tipprovdi benefiċċju tal-mewt fiss meta jmut id-detentur ta’ polza, mingħajr data ta’ skadenza għall-kopertura (li ta’ spiss issir referenza għaliha bħala assigurazzjoni fuq il-ħajja kollha għal ammont fiss). Hija ħaġa ċerta li d-detentur ta’ polza se jmut, iżda d-data tal-mewt hija inċerta. Il-pagamenti jistgħu jsiru meta detentur ta’ polza individwali jmut aktar kmieni milli mistenni. Minħabba li dawk il-pagamenti mhumiex aġġustati għall-valur taż-żmien tal-flus, jista’ jeżisti riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti anki jekk ma jkun hemm ebda telf ġenerali fuq il-portafoll ta’ kuntratti. Bl-istess mod, it-termini kuntrattwali li jdewmu r-rimborż f’waqtu lid-detentur ta’ polza jistgħu jeliminaw ir-riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti. Entità għandha tuża r-rati ta’ skont meħtieġa fil-paragrafu 36 sabiex tiddetermina l-valur preżenti tal-ammonti addizzjonali.

B21 L-ammonti addizzjonali deskritti fil-paragrafu B18 jirreferu għall-valur preżenti tal-ammonti li jaqbżu dawk li jkunu pagabbli jekk ma jkun seħħ ebda event assigurat (minbarra xenarji li ma għandhomx sustanza kummerċjali). Dawk l-ammonti addizzjonali jinkludu l-ġestjoni tal-pretensjonijiet u l-kostijiet tal-valutazzjoni, iżda jeskludu:

(a) 

in-nuqqas ta’ ħila fejn id-detentur ta’ polza jintalab iħallas għal servizz futur. Pereżempju, f’kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut mal-investiment, il-mewt tad-detentur ta’ polza tfisser li l-entità ma tistax twettaq aktar servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment u tiġbor tariffa biex tagħmel dan. Madankollu, dan it-telf ekonomiku għall-entità ma jirriżultax minn riskju tal-assigurazzjoni, bħalma maniġer ta’ fond mutwu ma jiħux riskju tal-assigurazzjoni b’rabta mal-mewt possibbli ta’ klijent. Konsegwentement, it-telf potenzjali ta’ tariffi għall-ġestjoni ta’ investiment fil-futur mhuwiex rilevanti fil-valutazzjoni ta’ kemm jiġi trasferit riskju tal-assigurazzjoni permezz ta’ kuntratt;

(b) 

rinunzja, mal-mewt, ta’ imposti li kienu jsiru mal-kanċellazzjoni jew maċ-ċediment. Minħabba li l-kuntratt ġab dawk l-imposti fl-eżistenza, ir-rinunzja tagħhom ma tikkumpensax lid-detentur ta’ polza għal riskju li kien jeżisti qabel. Konsegwentement, mhumiex rilevanti fil-valutazzjoni ta’ kemm jiġi trasferit riskju tal-assigurazzjoni permezz ta’ kuntratt;

(c) 

pagament kundizzjonali għal event li ma jikkawżax telf sinifikanti għad-detentur tal-kuntratt. Pereżempju, ikkunsidra kuntratt li jirrikjedi li l-emittent iħallas CU 1 miljun ( 62 ) jekk assi jġarrab ħsara fiżika li tikkawża telf ekonomiku insinifikanti ta’ CU 1 lid-detentur. F’dan il-kuntratt, id-detentur jittrasferixxi r-riskju insinifikanti tat-telf ta’ CU 1 lill-emittent. Fl-istess ħin, il-kuntratt joħloq riskju mhux ta’ assigurazzjoni li l-emittent ikollu bżonn iħallas CU 999,999 jekk iseħħ l-event speċifikat. Minħabba li ma hemm ebda xenarju li fih event assigurat jikkawża telf sinifikanti għad-detentur tal-kuntratt, l-emittent ma jaċċettax riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni mingħand id-detentur u dan il-kuntratt mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni;

(d) 

rkupri possibbli ta’ riassigurazzjoni. L-entità tikkontabbilizzahom separatament.

B22 Entità għandha tivvaluta s-sinifikat tar-riskju tal-assigurazzjoni kuntratt b’kuntratt. Konsegwentement, ir-riskju tal-assigurazzjoni jista’ jkun sinifikanti anki jekk ikun hemm probabbiltà minima ta’ telf sinifikanti għal portafoll jew grupp ta’ kuntratti.

B23 Mill-paragrafi B18–B22 jirriżulta li, jekk kuntratt iħallas benefiċċju tal-mewt li jaqbeż l-ammont pagabbli fuq sopravivenza, il-kuntratt ikun kuntratt tal-assigurazzjoni, ħlief jekk il-benefiċċju tal-mewt addizzjonali ma jkunx sinifikanti (kif iġġudikat b’referenza għall-kuntratt innifsu minflok għal portafoll sħiħ ta’ kuntratti). Kif irrimarkat fil-paragrafu B21(b), ir-rinunzja, mal-mewt, tal-imposti ta’ kanċellazzjoni jew ċediment ma tiġix inkluża f’din il-valutazzjoni jekk dik ir-rinunzja ma tikkumpensax lid-detentur ta’ polza għal riskju li kien jeżisti qabel. Bl-istess mod, kuntratt ta’ annwalità li jħallas somom regolari għall-bqija tal-ħajja ta’ detentur ta’ polza huwa kuntratt tal-assigurazzjoni, sakemm il-pagamenti aggregati kontinġenti fuq il-ħajja ma jkunux insinifikanti.

Bidliet fil-livell tar-riskju tal-assigurazzjoni

B24 Għal xi kuntratti, it-trasferiment ta’ riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent iseħħ wara perjodu ta’ żmien. Pereżempju, ikkunsidra kuntratt li jipprovdi redditu speċifikat fuq l-investiment u li jinkludi opzjoni għad-detentur ta’ polza li juża r-rikavat tal-investiment fil-maturità sabiex jixtri annwalità kontinġenti fuq il-ħajja bl-istess rati li titlob l-entità lil benefiċjarji ta’ annwalitajiet ġodda oħrajn fil-mument li d-detentur tal-polza jeżerċita dik l-opzjoni. Kuntratt bħal dan jittrasferixxi riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent biss wara li tiġi eżerċitata l-opzjoni, minħabba li l-entità tibqa’ libera li tipprezza l-annwalità fuq bażi li tirrifletti r-riskju tal-assigurazzjoni li jiġi ttrasferit lill-entità f’dak il-mument. Konsegwentement, il-flussi ta’ flus li jseħħu mal-eżerċitar tal-opzjoni jaqgħu barra mil-limitu tal-kuntratt u, qabel l-eżerċitar, ma jkun hemm ebda fluss ta’ flus tal-assigurazzjoni fil-limitu tal-kuntratt. Madankollu, jekk il-kuntratt jispeċifika r-rati tal-annwalità (jew bażi għajr għar-rati tas-suq għall-iffissar tar-rati tal-annwalità), il-kuntratt jittrasferixxi r-riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent minħabba li l-emittent ikun espost għar-riskju li r-rati tal-annwalità jkunu sfavorevoli għall-emittent meta d-detentur tal-polza jeżerċita l-opzjoni. F’dak il-każ, il-flussi ta’ flus li jseħħu meta tiġi eżerċitata l-opzjoni jkunu fil-limitu tal-kuntratt.

B25 Kuntratt li jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jibqa’ kuntratt tal-assigurazzjoni sakemm jiġu eżawriti d-drittijiet u l-obbligi kollha (jiġifieri jiġu rilaxxati, ikkanċellati jew jiskadu), sakemm ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tal-kuntratt bl-applikazzjoni tal-paragrafi 74–77, minħabba modifika fil-kuntratt.

Eżempju ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni

B26 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ kuntratti li huma kuntratti tal-assigurazzjoni, jekk it-trasferiment ta’ riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti:

(a) 

assigurazzjoni kontra serq jew dannu;

(b) 

assigurazzjoni kontra responsabbiltà għall-prodotti, responsabbiltà professjonali, responsabbiltà ċivili jew spejjeż legali;

(c) 

assigurazzjoni tal-ħajja u skemi ta’ ħlas minn qabel għal servizzi ta’ funerali (għalkemm il-mewt hija ċerta, mhuwiex ċert meta se tiġi l-mewt jew, għal xi tipi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jekk il-mewt hix se tiġi fil-perjodu kopert mill-assigurazzjoni);

(d) 

annwalitajiet u pensjonijiet kontinġenti fuq il-ħajja, jiġifieri kuntratti li jipprovdu kumpens għall-event futur inċert —is-sopravivenza tal-benefiċjarju tal-annwalità jew tal-pensjonant—sabiex il-benefiċjarju tal-annwalità jew il-pensjonant jiġi pprovdut b’livell ta’ introjtu li altrimenti jiġi affettwat b’mod avvers mis-sopravivenza tiegħu. (L-obbligazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu, li jirriżultaw mill-pjanijiet ta’ benefiċċji għall-impjegati u mill-obbligi ta’ benefiċċji tal-irtirar irrapportati minn pjanijiet ta’ benefiċċji tal-irtirar definiti, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 7(b));

(e) 

assigurazzjoni għad-diżabilità u kostijiet mediċi;

(f) 

bonds ta’ avall, bonds ta’ fiduċja, garanziji tal-eżekuzzjoni u garanziji tal-offerti, jiġifieri kuntratti li jikkumpensaw lid-detentur jekk parti oħra tonqos milli teżegwixxi obbligu kuntrattwali; pereżempju, obbligu li jinbena bini.

(g) 

garanziji tal-prodotti. Il-garanziji tal-prodotti maħruġa minn parti oħra għal oġġetti mibjugħa minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Madankollu, il-garanziji tal-prodotti maħruġa direttament minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 bl-applikazzjoni tal-paragrafu 7(a) u minflok jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 15 jew tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti;

(h) 

assigurazzjoni titolari (assigurazzjoni kontra s-sejba ta’ difetti fit-titolu għal art jew bini li ma kinux apparenti meta nħareġ il-kuntratt tal-assigurazzjoni). F’dan il-każ, l-event assigurat ikun is-sejba ta’ difett fit-titolu, mhux id-difett innifsu;

(i) 

assigurazzjoni tal-ivvjaġġar (kumpens fi flus jew in natura lid-detenturi ta’ poloz għal telf imġarrab qabel jew waqt l-ivvjaġġar);

(j) 

bonds għall-katastrofi li jipprevedu pagamenti mnaqqsin ta’ kapital, mgħax jew it-tnejn, jekk event speċifikat jaffettwa b’mod avvers lill-emittent tal-bond (sakemm l-event speċifikat ma joħloqx riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni; pereżempju, jekk l-event ikun bidla f’rata tal-imgħax jew f’rata tal-kambju);

(k) 

swaps tal-assigurazzjoni u kuntratti oħrajn li jirrikjedu li jsir pagament abbażi ta’ bidliet fil-varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew varjabbli fiżiċi oħrajn li huma speċifiċi għal parti għall-kuntratt.

B27 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ entrati li mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni:

(a) 

kuntratti ta’ investiment li għandhom il-forma ġuridika ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni iżda li ma jittrasferixxu l-ebda riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni lill-emittent. Pereżempju, il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom l-entità ma ġġorr ebda rata ta’ mortalità jew morbidità sinifikanti mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni; tali kuntratti huma strumenti finanzjarji jew kuntratti ta’ servizzi—ara l-paragrafu B28. Il-kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni; madankollu, dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, dment li jinħarġu minn entità li toħroġ ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 3(c);

(b) 

kuntratti li għandhom il-forma ġuridika ta’ assigurazzjoni, iżda li jirritornaw ir-riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni kollu lid-detentur ta’ polza permezz ta’ mekkaniżmi inkanċellabbli u infurzabbli li jaġġustaw il-pagamenti futuri mid-detentur ta’ polza lill-emittent bħala riżultat dirett tat-telf assigurat. Pereżempju, xi kuntratti tar-riassigurazzjoni finanzjarji jew xi kuntratti ta’ grupp jirritornaw ir-riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni kollu lid-detenturi tal-poloz; tali kuntratti normalment ikunu strumenti finanzjarji jew kuntratti ta’ servizzi (ara l-paragrafu B28).

(c) 

awtoassigurazzjoni (jiġifieri ż-żamma ta’ riskju li seta’ kien kopert permezz ta’ assigurazzjoni). F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ma jkun hemm ebda kuntratt ta’ assigurazzjoni minħabba li ma jkun hemm ebda ftehim ma’ parti oħra. B’hekk, jekk entità toħroġ kuntratt tal-assigurazzjoni lill-kumpanija omm, il-kumpanija sussidjarja jew sussidjarja sieħba tagħha, ma jkun hemm ebda kuntratt tal-assigurazzjoni fir-rapporti finanzjarji konsolidati minħabba li ma jkun hemm ebda kuntratt ma’ parti oħra. Madankollu, għar-rapporti finanzjarji individwali jew separati tal-emittent jew tad-detentur, hemm kuntratt tal-assigurazzjoni;

(d) 

kuntratti (bħal kuntratti tal-logħob tal-azzard) li jirrikjedu li jsir pagament jekk iseħħ event futur inċert speċifikat, iżda li ma jirrikjedux, bħala prekundizzjoni kuntrattwali għal pagament, li l-event jaffettwa b’mod avvers lid-detentur ta’ polza. Madankollu, dan ma jeskludix mid-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni lil dawk il-kuntratti li jispeċifikaw żborż stabbilit minn qabel sabiex jiġi kkwantifikat it-telf ikkawżat minn event speċifikat bħal mewt jew inċident (ara l-paragrafu B12);

(e) 

derivattivi li jesponu lil parti waħda għal riskju finanzjarju iżda mhux għal riskju tal-assigurazzjoni, minħabba li d-derivattivi jirrikjedu li dik il-parti tagħmel (jew tagħtihom id-dritt li jirċievu) pagament ibbażat biss fuq il-bidliet f’rata tal-imgħax speċifikata waħda jew aktar, prezz ta’ strument finanzjarju, prezz tal-prodott bażiku, rata tal-kambju, indiċi ta’ prezzijiet jew rati, klassifikazzjoni ta’ kreditu jew indiċi ta’ kreditu jew kwalunkwe varjabbli ieħor, dment li, fil-każ ta’ varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli ma jkunx speċifiku għal parti għall-kuntratt;

(f) 

garanziji relatati ma’ kreditu li jirrikjedu li jsiru pagamenti, anki jekk id-detentur ma jkun ġarrab ebda telf fuq in-nuqqas tad-debitur li jagħmel pagamenti meta jkunu dovuti; tali kuntratti jiġu kontabilizzati bl-applikazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (ara l-paragrafu B29);

(g) 

kuntratti li jirrikjedu li jsir pagament li jiddependi fuq varjabbli klimatiku, ġeoloġiku jew kwalunkwe varjabbli fiżiku ieħor mhux speċifiku għal parti għall-kuntratt (li komunement huma deskritti bħala derivattivi marbutin mat-temp);

(h) 

kuntratti li jipprevedu pagamenti mnaqqsin ta’ kapital, mgħax jew it-tnejn, li jiddependu fuq varjabbli klimatiku, ġeoloġiku jew kwalunkwe varjabbli fiżiku ieħor, li l-effett tagħhom mhuwiex speċifiku għal parti għall-kuntratt (li komunement issir referenza għalihom bħala bonds għall-katastrofi).

B28 Entità għandha tapplika Standards applikabbli oħrajn, bħall-IFRS 9 u l-IFRS 15, għall-kuntratti deskritti fil-paragrafu B27.

B29 Il-garanziji relatati ma’ kreditu u l-kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-kreditu diskussi fil-paragrafu B27(f) jistgħu jieħdu diversi forom ġuridiċi, bħal dik ta’ garanzija, xi tipi ta’ ittri ta’ kreditu, kuntratt ta’ inadempjenza tal-kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. Dawk il-kuntratti huma kuntratti tal-assigurazzjoni jekk jirrikjedu li l-emittent jagħmel pagamenti speċifikati sabiex jirrimborża lid-detentur għal telf li huwa jġarrab minħabba li debitur speċifikat jonqos milli jagħmel pagament meta dovut lid-detentur ta’ polza bl-applikazzjoni tat-termini oriġinali jew modifikati ta’ strument ta’ dejn. Madankollu, tali kuntratti tal-assigurazzjoni huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, sakemm l-emittent ma jkunx diġà asserixxa b’mod espliċitu li huwa jqis il-kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u ma jkunx uża l-kontabbiltà applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu 7(e)).

B30 Il-garanziji relatati ma’ kreditu u l-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ kreditu li jirrikjedu li jsir pagament, anki jekk id-detentur ta’ polza ma jkun ġarrab ebda telf fuq in-nuqqas tad-debitur li jagħmel il-pagamenti meta jkunu dovuti, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17 minħabba li ma jittrasferixxu ebda riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Dawn il-kuntratti jinkludu dawk li jirrikjedu li jsir pagament:

(a) 

irrispettivament minn jekk il-kontroparti żżommx l-istrument ta’ dejn sottostanti; jew

(b) 

fuq bidla fil-klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-indiċi tal-kreditu, minflok fuq in-nuqqas ta’ debitur speċifikat li jagħmel il-pagamenti meta jkunu dovuti.

SEPARAZZJONI TAL-KOMPONENTI MINN KUNTRATT TAL-ASSIGURAZZJONI (PARAGRAFI 10–13)

Komponenti ta’ investiment (il-paragrafu 11(b))

B31 Il-paragrafu 11(b) jirrikjedi li entità tissepara komponent ta’ investiment distint mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti. Komponent ta’ investiment ikun distint jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-komponent ta’ investiment u l-komponent ta’ assigurazzjoni ma jkunux interrelatati ħafna;

(b) 

kuntratt b’termini ekwivalenti jinbiegħ, jew ikun jista’ jinbiegħ, separatament fl-istess suq jew fl-istess ġuriżdizzjoni, mill-entitajiet li joħorġu kuntratti tal-assigurazzjoni jew minn partijiet oħrajn. L-entità għandha tqis l-informazzjoni kollha raġonevolment disponibbli sabiex tagħmel din id-determinazzjoni. L-entità mhijiex meħtieġa tagħmel tfittxija eżawrjenti sabiex tidentifika jekk komponent ta’ investiment jinbiegħx separatament.

B32 Komponent ta’ investiment u komponent ta’ assigurazzjoni jkunu interrelatati ħafna jekk, u biss jekk:

(a) 

l-entità ma tkunx tista’ tkejjel komponent wieħed mingħajr ma tqis l-ieħor. B’hekk, jekk il-valur ta’ komponent wieħed ivarja skont il-valur tal-ieħor, entità għandha tapplika l-IFRS 17 sabiex tikkontabbilizza l-komponent ta’ assigurazzjoni u l-komponent ta’ investiment ikkombinati flimkien; jew

(b) 

id-detentur ta’ polza ma jkunx jista’ jibbenefika minn komponent wieħed sakemm l-ieħor ma jkunx preżenti wkoll. B’hekk, jekk l-iskadenza jew il-maturità ta’ komponent wieħed f’kuntratt tikkawża l-iskadenza jew il-maturità tal-ieħor, l-entità għandha tapplika l-IFRS 17 sabiex tikkontabbilizza l-komponent ta’ investiment u l-komponent ta’ assigurazzjoni ikkombinati.

Wegħdiet li jiġu trasferiti oġġetti jew servizzi distinti għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (il-paragrafu 12)

B33 Il-paragrafu 12 jirrikjedi li entità tissepara minn kuntratt tal-assigurazzjoni wegħda li oġġetti jew servizzi distinti, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, jiġu trasferiti lil detentur ta’ polza. Għall-finijiet ta’ separazzjoni, entità ma għandhiex tqis l-attivitajiet li entità trid twettaq sabiex tissodisfa kuntratt, sakemm l-entità ma tittrasferix oġġett jew servizz għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, lid-detentur ta’ polza hekk kif iseħħu dawk l-attivitajiet. Pereżempju, entità jista’ jkollha bżonn twettaq diversi kompiti amministrattivi sabiex tagħmel kuntratt. It-twettiq ta’ dawk il-kompiti ma jittrasferix servizz lid-detentur ta’ polza waqt li jkunu qegħdin jitwettqu dawk il-kompiti.

B34 Oġġett jew servizz, għajr servizz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, imwiegħed lil detentur ta’ polza jkun distint jekk id-detentur ta’ polza jkun jista’ jibbenefika mill-oġġett jew mis-servizz waħdu jew flimkien ma’ riżorsi oħrajn li jkunu faċilment disponibbli għad-detentur ta’ polza. Riżorsi faċilment disponibbli huma oġġetti jew servizzi li jinbiegħu separatament (mill-entità jew minn entità oħra), jew riżorsi li d-detentur ta’ polza kellu diġà (mingħand l-entità jew minn tranżazzjonijiet jew eventi oħrajn).

B35 Oġġett jew servizz, għajr servizz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, li jiġi mwiegħed lid-detentur ta’ polza ma jkunx distint jekk:

(a) 

il-flussi ta’ flus u r-riskji assoċjati mal-oġġett jew mas-servizz ikunu interrelatati ħafna mal-flussi ta’ flus u mar-riskji assoċjati mal-komponenti tal-assigurazzjoni fil-kuntratt; u

(b) 

l-entità tipprovdi servizz sinifikanti li jintegra l-oġġett jew is-servizz mal-komponenti tal-assigurazzjoni.

FLUSSI TA’ FLUS MILL-AKKWIŻIZZJONI TAL-ASSIGURAZZJONI (IL-PARAGRAFI 28A-28F)

B35A Sabiex tapplika l-paragrafu 28A, entità għandha tuża metodu sistematiku u razzjonali biex talloka:

(a) 

flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni direttament attribwibbli għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni:

(i) 

għal dak il-grupp; u

(ii) 

għal gruppi li jinkludu kuntratti tal-assigurazzjoni li huma mistennija li jirriżultaw minn tiġdid tal-kuntratti tal-assigurazzjoni f’dak il-grupp.

(b) 

flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni direttament attribwibbli għal portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, għajr dawk f’(a), għal gruppi ta’ kuntratti fil-portafoll.

B35B Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar, entità għandha tirrevedi l-ammonti allokati kif speċifikat fil-paragrafu B35A biex ikunu jirriflettu kwalunkwe bidla fis-suppożizzjonijiet li jiddeterminaw l-inputs għall-metodu tal-allokazzjoni użat. Entità ma għandhiex tbiddel l-ammonti allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni wara li l-kuntratti kollha jkunu żdiedu mal-grupp (ara l-paragrafu B35C).

B35C Entità tista’ żżid kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni matul aktar minn perjodu ta’ rapportar wieħed (ara l-paragrafu 28). F’dawk iċ-ċirkustanzi, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-porzjon ta’ assi għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jirrigwarda l-kuntratti tal-assigurazzjoni miżjuda mal-grupp f’dak il-perjodu u tkompli tirrikonoxxi assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni sal-punt li l-assi jkun jirrigwarda l-kuntratti tal-assigurazzjoni li mistennija jiżdiedu mal-grupp f’perjodu ta’ rapportar futur.

B35D Sabiex tapplika l-paragrafu 28E:

(a) 

entità għandha tirrikonoxxi telf minn indeboliment fi profitt jew telf u tnaqqas l-ammont riportat ta’ assi għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni sabiex l-ammont riportat tal-assi ma jaqbiżx l-influss ta’ flus nett mistenni għall-grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, determinat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 32(a);

(b) 

meta entità talloka flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu B35A(a)(ii), l-entità għandha tirrikonoxxi telf minn indeboliment fi profitt jew telf u tnaqqas l-ammont riportat tal-assi relatati għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni sal-punt li:

(i) 

l-entità tistenna li dawk il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jaqbżu l-influss ta’ flus nett għat-tiġdid mistenni, determinat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 32(a); u

(ii) 

l-eċċess determinat bl-applikazzjoni ta’ (b)(i) għadu ma ġiex rikonoxxut bħala telf minn indeboliment bl-applikazzjoni ta’ (a).

KEJL (PARAGRAFI 29-71)

Stimi tal-flussi futuri ta’ flus (il-paragrafi 33–35)

B36 Din it-taqsima tindirizza:

(a) 

l-użu imparzjali tal-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv (ara l-paragrafi B37–B41);

(b) 

il-varjabbli tas-suq u l-varjabbli mhux tas-suq (ara l-paragrafi B42–B53);

(c) 

l-użu tal-istimi kurrenti (ara l-paragrafi B54-B60); u

(d) 

il-flussi ta’ flus fil-limitu kuntrattwali (ara l-paragrafi B61–B71).

Użu imparzjali tal-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv (il-paragrafu 33(a))

B37 L-objettiv tal-istima tal-flussi futuri ta’ flus huwa li tiddetermina l-valur mistenni, jew il-medja ponderata għall-probabbiltà, tal-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli, billi titqies l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli fid-data ta’ rapportar mingħajr kost jew sforz eċċessiv. Informazzjoni raġonevoli u sostnuta disponibbli fid-data tar-rapportar mingħajr kost jew sforz eċċessiv tinkludi informazzjoni dwar l-eventi passati u l-kundizzjonijiet attwali, u previżjonijiet tal-kundizzjonijiet futuri (ara l-paragrafu B41). L-informazzjoni li tkun disponibbli mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-entità titqies bħala li hija disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv.

B38 Il-punt tat-tluq għal stima tal-flussi tal-flus huwa firxa ta’ xenarji li tirrifletti l-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli. Kull xenarju jispeċifika l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus għal eżitu partikulari u l-probabbiltà stmata ta’ dak l-eżitu. Il-flussi ta’ flus minn kull xenarju jiġu skontati u ponderati skont il-probabbiltà stmata ta’ dak l-eżitu sabiex jinkiseb valur preżenti mistenni. Konsegwentement, l-objettiv mhuwiex li jiġi żviluppat l-aktar eżitu probabbli, jew eżitu aktar probabbli milli le, għall-flussi futuri ta’ flus.

B39 Meta titqies il-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli, l-objettiv huwa li tiġi inkorporata l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv b’mod imparzjali, minflok jiġi identifikat kull xenarju possibbli. Fil-prattika, l-iżvilupp ta’ xenarji espliċiti mhuwiex meħtieġ jekk l-istima li tirriżulta tkun konsistenti mal-objettiv tal-kejl li titqies l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv meta tiġi determinata l-medja. Pereżempju, jekk entità tistma li d-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-eżiti tkun ġeneralment konsistenti ma’ distribuzzjoni tal-probabbiltà li tista’ tiġi deskritta kompletament b’għadd żgħir ta’ parametri, ikun biżżejjed li jiġi stmat l-għadd iżgħar ta’ parametri. Bl-istess mod, f’xi każijiet, immudellar relattivament sempliċi jista’ jagħti tweġiba fi ħdan firxa aċċettabbli ta’ preċiżjoni, mingħajr il-ħtieġa għal ħafna simulazzjonijiet dettaljati. Madankollu, f’xi każijiet, il-flussi ta’ flus jistgħu jiġu xprunati minn fatturi sottostanti kumplessi u jistgħu jirrispondu b’mod mhux lineari għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Dan jista’ jseħħ jekk, pereżempju, il-flussi ta’ flus ikunu jirriflettu sensiela ta’ opzjonijiet interrelatati li huma impliċiti jew espliċiti. F’każijiet bħal dawn, x’aktarx ikun meħtieġ immudellar stokastiku aktar sofistikat sabiex jissodisfa l-objettiv tal-kejl.

B40 Ix-xenarji żviluppati għandhom jinkludu stimi imparzjali tal-probabbiltà ta’ telf katastrofiku skont il-kuntratti eżistenti. Dawk ix-xenarji jeskludu l-pretensjonijiet possibbli skont il-kuntratti futuri possibbli.

B41 Entità għandha tistma l-probabbiltajiet u l-ammonti tal-pagamenti futuri skont il-kuntratti eżistenti abbażi tal-informazzjoni miksuba, inkluż:

(a) 

informazzjoni dwar il-pretensjonijiet diġà rrapportati mid-detenturi ta’ poloz;

(b) 

informazzjoni oħra dwar il-karatteristiki magħrufa jew stmati tal-kuntratti tal-assigurazzjoni;

(c) 

data storika dwar l-esperjenza proprja tal-entità, issupplimentata, meta jkun meħtieġ, b’data storika minn sorsi oħrajn. Id-data storika tiġi aġġustata sabiex tkun tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti, pereżempju, jekk:

(i) 

il-karatteristiki tal-popolazzjoni assigurata jkunu differenti (jew se jkunu differenti, pereżempju, minħabba għażla avversa) minn dawk tal-popolazzjoni li tkun intużat bħala bażi għad-data storika;

(ii) 

ikun hemm indikazzjonijiet li x-xejriet storiċi mhumiex se jissoktaw, li se jitfaċċaw xejriet ġodda jew li bidliet ekonomiċi, demografiċi u bidliet oħrajn jistgħu jaffettwaw il-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti; jew

(iii) 

ikun hemm bidliet fl-entrati, bħal proċeduri ta’ sottoskrizzjoni u proċeduri ta’ ġestjoni tal-pretensjonijiet, li jistgħu jaffettwaw ir-rilevanza tad-data storika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni.

(d) 

informazzjoni dwar il-prezzijiet kurrenti, jekk tkun disponibbli, għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni u għal strumenti finanzjarji oħrajn (jekk ikun hemm) li jkopru riskji simili, bħal bonds għall-katastrofi u derivattivi marbutin mat-temp, kif ukoll il-prezzijiet tas-suq riċenti għat-trasferimenti ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġustata sabiex tkun tirrifletti d-differenzi bejn il-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni jew minn strumenti finanzjarji oħrajn u l-flussi ta’ flus li jirriżultaw hekk kif l-entità tissodisfa l-kuntratti sottostanti mad-detentur ta’ polza.

Varjabbli tas-suq u varjabbli mhux tas-suq

B42 L-IFRS 17 jidentifika żewġ tipi ta’ varjabbli:

(a) 

varjabbli tas-suq—varjabbli li jistgħu jiġu osservati fis-swieq jew derivati direttament minnhom (pereżempju, il-prezzijiet ta’ titoli u rati tal-imgħax innegozjati pubblikament); u

(b) 

varjabbli mhux tas-suq—il-varjabbli l-oħrajn kollha (pereżempju, il-frekwenza u s-severità tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni u l-mortalità).

B43 Il-varjabbli tas-suq ġeneralment iwasslu għal riskju finanzjarju (pereżempju, rati tal-imgħax osservabbli) u l-varjabbli mhux tas-suq ġeneralment iwasslu għal riskju mhux finanzjarju (pereżempju, rati ta’ mortalità). Madankollu, dan mhux dejjem ikun il-każ. Pereżempju, jista’ jkun hemm suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw ir-riskji finanzjarji li l-varjabbli għalihom ma jistgħux jiġu osservati fis-swieq jew ikunu derivati direttament minnhom (pereżempju, rati tal-imgħax li ma jistgħux jiġu osservati fis-swieq jew ikunu derivati direttament minnhom).

Varjabbli tas-suq (il-paragrafu 33(b))

B44 L-istimi tal-varjabbli tas-suq għandhom ikunu konsistenti mal-prezzijiet tas-swieq osservabbli fid-data tal-kejl. Entità għandha timmassimizza l-użu ta’ inputs osservabbli u ma għandhiex tissostitwixxi l-istimi tagħha għad-data tas-suq osservabbli ħlief kif deskritt fil-paragrafu 79 tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. B’mod konsistenti mal-IFRS 13, jekk ikun meħtieġ li jiġu derivati l-varjabbli (pereżempju, minħabba li ma jkun jeżisti ebda varjabbli tas-suq osservabbli), dawn għandhom ikunu konsistenti kemm jista’ jkun mal-varjabbli tas-suq osservabbli.

B45 Il-prezzijiet tas-suq iħalltu firxa ta’ fehmiet dwar l-eżiti futuri possibbli u jirriflettu wkoll il-preferenzi tar-riskji tal-parteċipanti fis-suq. Konsegwentement, dawn mhumiex l-unika previżjoni tal-eżitu futur. Jekk l-eżitu attwali jkun differenti mill-prezz tas-suq preċedenti, dan ma jfissirx li l-prezz tas-suq kien “ħażin”.

B46 Applikazzjoni importanti tal-varjabbli tas-suq hija l-kunċett ta’ assi replikanti jew portafoll replikanti tal-assi. Assi replikanti huwa wieħed li l-flussi ta’ flus tiegħu jkunu jaqblu eżattament, fix-xenarji kollha, mal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza. F’xi każijiet, jista’ jkun jeżisti assi replikanti għal uħud mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Il-valur ġust ta’ dak l-assi jirrifletti kemm il-valur attwali mistenni tal-flussi ta’ flus mill-assi, kif ukoll ir-riskju assoċjat ma’ dawk il-flussi ta’ flus. Jekk ikun jeżisti portafoll replikanti tal-assi għal uħud mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, l-entità tista’ tuża l-valur ġust ta’ dawk l-assi sabiex tkejjel il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni rilevanti minflok tistma b’mod espliċitu l-flussi ta’ flus u r-rata ta’ skont.

B47 L-IFRS 17 ma jirrikjedix li entità tuża teknika ta’ portafoll replikanti. Madankollu, jekk ikun jeżisti assi jew portafoll replikanti għal uħud mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u entità tagħżel li tuża teknika differenti, l-entità għandha tissodisfa lilha nnifisha li teknika ta’ portafoll replikanti aktarx li ma twassalx għal kejl materjalment differenti ta’ dawk il-flussi ta’ flus.

B48 Tekniki għajr għal teknika ta’ portafoll replikanti, bħal tekniki ta’ mmudellar stokastiku, jistgħu jkunu aktar robusti jew aktar faċli biex jiġu implimentati jekk ikun hemm interdipendenzi sinifikanti bejn il-flussi ta’ flus li jvarjaw skont ir-redditi fuq l-assi u flussi ta’ flus oħrajn. Huwa meħtieġ ġudizzju sabiex tiġi determinata t-teknika li tissodisfa bl-aħjar mod l-objettiv tal-konsistenza mal-varjabbli osservabbli tas-swieq f’ċirkustanzi speċifiċi. B’mod partikulari, it-teknika użata trid tirriżulta fil-kejl ta’ kwalunkwe opzjoni u garanzija inkluża fil-kuntratti tal-assigurazzjoni li jkunu konsistenti mal-prezzijiet osservabbli tas-swieq (jekk ikun hemm) għal tali opzjonijiet u garanziji.

Varjabbli mhux tas-suq

B49 L-estimi tal-varjabbli mhux tas-suq għandhom jirriflettu l-evidenza raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn, kemm esterna kif ukoll interna.

B50 Id-data esterna mhux tas-suq (pereżempju, l-istatistika tal-mortalità nazzjonali) jista’ jkollha aktar jew inqas rilevanza mid-data interna (pereżempju, l-istatistika tal-mortalità żviluppata internament), skont iċ-ċirkustanzi. Pereżempju, entità li toħroġ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma għandhiex tiddependi biss fuq l-istatistika tal-mortalità nazzjonali, iżda għandha tqis is-sorsi interni u esterni l-oħrajn kollha ta’ informazzjoni raġonevoli u sostnuta disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv meta tiżviluppa stimi imparzjali ta’ probabbiltajiet għax-xenarji ta’ mortalità għall-kuntratti tal-assigurazzjoni tagħha. Fl-iżvilupp ta’ dawk il-probabbiltajiet, entità għandha tagħti aktar piż lill-informazzjoni aktar persważiva. Pereżempju:

(a) 

l-istatistika tal-mortalità interna tista’ tkun aktar persważiva mid-data tal-mortalità nazzjonali jekk id-data nazzjonali tkun derivata minn popolazzjoni kbira li ma tkunx rappreżentattiva tal-popolazzjoni assigurata. Dan jista’ jkun minħabba li, pereżempju, il-karatteristiki demografiċi tal-popolazzjoni assigurata jistgħu jkunu differenti b’mod sinifikanti minn dawk tal-popolazzjoni nazzjonali, li jfisser li jkun meħtieġ li entità tpoġġi aktar piż fuq id-data interna u inqas piż fuq l-istatistika nazzjonali;

(b) 

min-naħa l-oħra, jekk l-istatistika interna tkun derivata minn popolazzjoni żgħira b’karatteristiki li huma maħsuba li huma qrib ħafna dawk tal-popolazzjoni nazzjonali, u l-istatistika nazzjonali tkun kurrenti, entità għandha tpoġġi aktar piż fuq l-istatistika nazzjonali.

B51 Il-probabbiltajiet stmati għall-varjabbli mhux tas-suq ma għandhomx jikkontradixxu l-varjabbli tas-swieq osservabbli. Pereżempju, il-probabbiltajiet stmati għax-xenarji tar-rata tal-inflazzjoni futuri għandhom ikunu kemm jista’ jkun konsistenti mal-probabbiltajiet implikati mir-rati tal-imgħax fis-suq.

B52 F’xi każijiet, entità tista’ tikkonkludi li l-varjabbli tas-suq ivarjaw b’mod indipendenti mill-varjabbli mhux tas-suq. Jekk dan ikun il-każ, l-entità għandha tqis xenarji li jirriflettu l-firxa ta’ eżiti għall-varjabbli mhux tas-suq, b’kull xenarju juża l-istess valur osservat tal-varjabbli tas-suq.

B53 F’każijiet oħrajn, il-varjabbli tas-suq u l-varjabbli mhux tas-suq jistgħu jkunu korrelatati. Pereżempju, jista’ jkun hemm evidenza li r-rati ta’ skadenza (varjabbli mhux tas-suq) huma korrelatati mar-rati tal-imgħax (varjabbli tas-suq). Bl-istess mod, jista’ jkun hemm evidenza li l-livelli ta’ pretensjonijiet għal assigurazzjoni tad-djar jew tal-karozzi huma korrelatati maċ-ċikli ekonomiċi u, għaldaqstant, mar-rati tal-imgħax u mal-ammonti tal-ispejjeż. L-entità għandha tiżgura li l-probabbiltajiet għax-xenarji u l-aġġustamenti tar-riskju għar-riskju mhux finanzjarju li huwa relatat mal-varjabbli tas-suq huma konsistenti mal-prezzijiet osservati tas-suq li jiddependu fuq dawk il-varjabbli tas-suq.

Użu tal-istimi kurrenti (il-paragrafu 33(c))

B54 Fl-istima ta’ kull xenarju ta’ fluss ta’ flus u tal-probabbiltà tiegħu, entità għandha tuża l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv. Entità għandha tirrieżamina l-istimi li tkun għamlet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar preċedenti u taġġornahom. Meta tagħmel dan, entità għandha tqis jekk:

(a) 

l-istimi aġġornati jirrappreżentawx b’mod leali l-kundizzjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar;

(b) 

il-bidliet fl-istimi jirrappreżentawx b’mod leali l-bidliet fil-kundizzjonijiet matul il-perjodu. Pereżempju, nagħmlu mod li l-istimi kienu f’wieħed mit-truf ta’ firxa raġonevoli fil-bidu tal-perjodu. Jekk il-kundizzjonijiet ma nbidlux, iċ-ċaqliq tal-istimi lejn it-tarf l-ieħor tal-firxa fi tmiem il-perjodu ma jirrappreżentax b’mod leali dak li seħħ matul il-perjodu. Jekk l-aktar stimi riċenti tal-entità jkunu differenti mill-istimi preċedenti tagħha, iżda l-kundizzjonijiet ma nbidlux, din għandha tivvaluta jekk il-probabbiltajiet ġodda assenjati għal kull xenarju humiex ġustifikati. Meta taġġorna l-istimi tagħha ta’ dawk il-probabbiltajiet, l-entità għandha tqis kemm l-evidenza li appoġġat l-istimi preċedenti tagħha kif ukoll l-evidenza ġdida kollha disponibbli, filwaqt li tagħti aktar piż lill-evidenza aktar persważiva.

B55 Il-probabbiltà assenjata għal kull xenarju għandha tirrifletti l-kundizzjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Konsegwentement, bl-applikazzjoni tal-IAS 10 Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar, event li jseħħ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u li jirrisolvi inċertezza li kienet teżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ma jipprovdi ebda evidenza tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu f’dik id-data. Pereżempju, jista’ jkun hemm probabbiltà ta’ 20 fil-mija fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar li tfaqqa’ maltempata kbira matul is-sitt xhur li jkun fadal ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. Wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, iżda qabel l-awtorizzazzjoni għall-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji, tfaqqa’ maltempata kbira. Il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni skont dak il-kuntratt ma għandhomx jirriflettu l-maltempata li, meta wieħed iħares lura, huwa magħruf li seħħet. Minflok, il-flussi ta’ flus inklużi fil-kejl jinkludu l-probabbiltà ta’ 20 fil-mija evidenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar (b’divulgazzjoni li tapplika l-IAS 10 li seħħ event li ma jirrikjedix aġġustament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar).

B56 L-istimi kurrenti tal-flussi ta’ flus mistennija mhux bilfors ikunu identiċi għall-esperjenza attwali l-aktar riċenti. Pereżempju, nassumu li l-esperjenza tal-mortalità fil-perjodu ta’ rapportar kienet 20 fil-mija agħar mill-esperjenza tal-mortalità preċedenti u mill-aspettattivi preċedenti tal-esperjenza tal-mortalità. Hemm diversi fatturi li setgħu kkawżaw il-bidla f’daqqa fl-esperjenza, fosthom:

(a) 

bidliet dejjiema fil-mortalità;

(b) 

bidliet fil-karatteristiki tal-popolazzjoni assigurata (pereżempju, bidliet fis-sottoskrizzjoni jew fid-distribuzzjoni, jew skadenzi selettivi minn detenturi ta’ poloz f’kundizzjoni ta’ saħħa aħjar min-normal);

(c) 

varjazzjonijiet aleatorji; jew

(d) 

kawżi mhux rikorrenti identifikabbli.

B57 Entità għandha tinvestiga r-raġunijiet għall-bidla fl-esperjenza u tiżviluppa stimi ġodda ta’ flussi ta’ flus u probabbiltajiet fid-dawl tal-aktar esperjenza riċenti, l-esperjenza preċedenti u informazzjoni oħra. Ir-riżultat għall-eżempju msemmi fil-paragrafu B56 normalment ikun li l-valur preżenti mistenni tal-benefiċċji tal-mewt jinbidel, iżda mhux sa 20 fil-mija. Fl-eżempju msemmi fil-paragrafu B56, jekk ir-rati tal-mortalità jkomplu jkunu ferm ogħla mill-istimi preċedenti għal raġunijiet li mistennija jissoktaw, il-probabbiltà stmata assenjata lix-xenarji ta’ mortalità għolja tiżdied.

B58 L-istimi tal-varjabbli mhux tas-suq għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-livell kurrenti ta’ eventi assigurati u informazzjoni dwar ix-xejriet. Pereżempju, ir-rati ta’ mortalità naqsu b’mod konsistenti fuq perjodi twal f’ħafna pajjiżi. Id-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tirrifletti l-probabbiltajiet li jiġu assenjati lil kull xenarju ta’ xejriet possibbli, filwaqt li titqies l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv.

B59 Bl-istess mod, jekk il-flussi ta’ flus allokati lil grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jkunu sensittivi għall-inflazzjoni, id-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għandha tirrifletti l-istimi kurrenti tar-rati tal-inflazzjoni futuri possibbli. Minħabba li r-rati tal-inflazzjoni x’aktarx ikunu korrelatati mar-rati tal-imgħax, il-kejl tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għandu jirrifletti l-probabbiltajiet għal kull xenarju ta’ inflazzjoni b’mod li jkun konsistenti mal-probabbiltajiet implikati mir-rati tal-imgħax tas-suq użati fl-istima tar-rata ta’ skont (ara l-paragrafu B51).

B60 Meta tistima l-flussi ta’ flus, entità għandha tqis l-aspettattivi kurrenti tal-eventi futuri li jistgħu jaffettwaw lil dawk il-flussi ta’ flus. L-entità għandha tiżviluppa xenarji ta’ flussi ta’ flus li jkunu jirriflettu dawk l-eventi futuri, kif ukoll stimi imparzjali tal-probabbiltà ta’ kull xenarju. Madankollu, entità ma għandhiex tqis l-aspettattivi kurrenti tal-bidliet futuri fil-leġiżlazzjoni li jbiddlu jew jirrilaxxaw l-obbligu preżenti jew joħolqu obbligi ġodda skont il-kuntratt tal-assigurazzjoni eżistenti sakemm il-bidla fil-leġiżlazzjoni tiġi ppromulgata b’mod sostantiv.

Flussi ta’ flus fil-limitu kuntrattwali (il-paragrafu 34)

B61 L-istimi tal-flussi ta’ flus f’xenarju għandhom jinkludu l-flussi ta’ flus kollha fil-limitu ta’ kuntratt eżistenti u ebda fluss ta’ flus ieħor. Entità għandha tapplika l-paragrafu 2 sabiex tiddetermina l-limitu ta’ kuntratt eżistenti.

B62 Ħafna kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom aspetti li jippermettu lid-detenturi ta’ poloz jieħdu azzjonijiet li jbiddlu l-ammont, it-twaqqit, in-natura jew l-inċertezza tal-ammonti li jirċievu. Tali aspetti jinkludu opzjonijiet ta’ tiġdid, opzjonijiet ta’ ċessjoni, opzjonijiet ta’ konverżjoni u opzjonijiet ta’ waqfien ta’ pagament ta’ primjums waqt li tkun għadek qed tirċievi benefiċċji skont il-kuntratti. Il-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għandu jirrifletti, abbażi tal-valur mistenni, l-istimi attwali tal-entità ta’ kif id-detenturi ta’ poloz fil-grupp se jeżerċitaw l-opzjonijiet disponibbli, filwaqt li l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jirrifletti l-istimi attwali tal-entità ta’ kif l-imġiba proprja tad-detenturi tal-poloz tista’ tkun differenti mill-imġiba mistennija. Dan ir-rekwiżit li jiġi determinat il-valur mistenni japplika irrispettivament mill-għadd ta’ kuntratti fi grupp; pereżempju, japplika anki jekk il-grupp ikun magħmul minn kuntratt wieħed. B’hekk, il-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni ma għandux jassumi probabbiltà ta’ 100 fil-mija li d-detenturi tal-poloz se:

(a) 

iċedu l-kuntratti tagħhom, jekk ikun hemm xi probabbiltà li wħud mid-detenturi ta’ poloz ma jagħmlux dan; jew

(b) 

ikomplu bil-kuntratti tagħhom, jekk ikun hemm xi probabbiltà li wħud mid-detenturi ta’ poloz ma jagħmlux dan.

B63 Meta emittent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jkun meħtieġ mill-kuntratt li jġedded jew ikompli b’mod ieħor bil-kuntratt, dan għandu japplika l-paragrafu 34 sabiex jivvaluta jekk il-primjums u l-flussi ta’ flus relatati li jirriżultaw mill-kuntratt imġedded humiex fil-limitu tal-kuntratt oriġinali.

B64 Il-paragrafu 34 jirreferi għall-kapaċità prattika ta’ entità li tiffissa prezz f’data futura (data ta’ tiġdid) li jkun jirrifletti b’mod sħiħ ir-riskji fil-kuntratt minn dik id-data. Entità għandha dik il-kapaċità prattika fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet li jimpedixxu lill-entità milli tiffissa l-istess prezz għal kuntratt ġdid bl-istess karatteristiki bħall-kuntratt eżistenti maħruġ f’dik id-data, jew jekk tista’ temenda l-benefiċċji sabiex tkun konsistenti mal-prezz li hija se tiddebita. Bl-istess mod, entità għandha l-kapaċità prattika li tiffissa prezz meta tkun tista’ tirrevedi l-prezz ta’ kuntratt eżistenti sabiex il-prezz ikun jirrifletti l-bidliet globali fir-riskji f’portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, anki jekk il-prezz iffissat għal kull detentur ta’ polza individwali ma jkunx jirrifletti l-bidla fir-riskju għal dak id-detentur ta’ polza speċifiku. Meta tivvaluta jekk l-entità għandhiex il-kapaċità prattika li tiffissa prezz li jkun jirrifletti b’mod sħiħ ir-riskji fil-kuntratt jew fil-portafoll, din għandha tqis ir-riskji kollha li tqis meta tissottoskrivi kuntratti ekwivalenti fid-data ta’ tiġdid għas-servizz li jifdal. Meta tiddetermina l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus fi tmiem perjodu ta’ rapportar, entità għandha tirrivaluta l-limitu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni sabiex ikun jinkludi l-effett tal-bidliet fiċ-ċirkustanzi fuq id-drittijiet u l-obbligi sostantivi tal-entità.

B65 Il-flussi ta’ flus fil-limitu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni huma dawk li huma relatati direttament mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, inklużi l-flussi ta’ flus li għalihom l-entità għandha diskrezzjoni fuq l-ammont jew it-twaqqit. Il-flussi ta’ flus fil-limitu jinkludu:

(a) 

il-primjums (inklużi l-aġġustamenti tal-primjums u l-primjums fi ħlasijiet parzjali) minn detentur ta’ polza u kwalunkwe fluss ta’ flus addizzjonali li jirriżulta minn dawk il-primjums;

(b) 

il-pagamenti lil (jew f’isem) detentur ta’ polza, inklużi l-pretensjonijiet li ġew irrapportati diġà iżda li għadhom ma tħallsux (jiġifieri pretensjonijiet irrapportati), il-pretensjonijiet imġarrba għal eventi li seħħew iżda li l-pretensjonijiet għalihom ma ġewx irrapportati u l-pretensjonijiet futuri kollha li għalihom l-entità għandha obbligu sostantiv (ara l-paragrafu 34);

(c) 

il-pagamenti lil (jew f’isem) detentur ta’ polza li jvarjaw skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti;

(d) 

il-pagamenti lil (jew f’isem) detentur ta’ polza li jirriżultaw minn derivattivi, pereżempju, opzjonijiet u garanziji inkorporati fil-kuntratt, sakemm dawk l-opzjonijiet u l-garanziji ma jkunux isseparati mill-kuntratt tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu 11(a));

(e) 

allokazzjoni ta’ flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni attribwibbli għall-portafoll li għalih jappartjeni l-kuntratt;

(f) 

il-kostijiet tal-immaniġġar tal-pretensjonijiet (jiġifieri l-kostijiet li l-entità se ġġarrab fl-investigazzjoni, fl-ipproċessar u fir-riżoluzzjoni tal-pretensjonijiet skont il-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti, inklużi t-tariffi legali u tal-periti tekniċi u l-kostijiet interni tal-investigazzjoni tal-pretensjonijiet u tal-ipproċessar tal-pagamenti tal-pretensjonijiet);

(g) 

il-kostijiet li l-entità se ġġarrab sabiex tipprovdi benefiċċji kuntrattwali mħallsin in natura;

(h) 

il-kostijiet tal-manutenzjoni u l-amministrazzjoni tal-politika, bħall-kostijiet tal-kontijiet tal-primjums u tat-trattament tal-bidliet fil-politika (pereżempju, konverżjonijiet u riintegrazzjonijiet). Dawn il-kostijiet jinkludu wkoll il-kummissjonijiet rikorrenti li huma mistennija jitħallsu lill-intermedjarji jekk detentur ta’ polza partikulari jkompli jħallas il-primjums fil-limitu tal-kuntratt tal-assigurazzjoni;

(i) 

taxxi bbażati fuq it-tranżazzjonijiet (bħal taxxi fuq il-primjums, taxxi fuq il-valur miżjud u taxxi fuq oġġetti u servizzi) u imposti (bħal imposti fuq is-servizz tat-tifi tan-nar u valutazzjonijiet tal-fondi ta’ garanzija) li jirriżultaw direttament mill-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti, jew li jistgħu jiġu attribwiti għalihom fuq bażi raġonevoli u konsistenti;

(j) 

il-pagamenti mill-assiguratur f’kapaċità ta’ fiduċjarju biex jiġu ssodisfati l-obbligi tat-taxxa mġarrba mid-detentur tal-polza, u r-riċevuti relatati;

(k) 

influssi ta’ flus potenzjali minn irkupri (bħal salvataġġ u surroga) fuq pretensjonijiet futuri koperti mill-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti u, sa fejn ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent bħala assi separati, l-influssi ta’ flus potenzjali minn irkupri fuq pretensjonijiet passati;

(ka) 

il-kostijiet li l-entità se ġġarrab:

(i) 

fit-twettiq ta’ attività ta’ investiment, sal-punt li l-entità twettaq dik l-attività biex ittejjeb il-benefiċċji mill-kopertura tal-assigurazzjoni għad-detenturi tal-poloz. L-attivitajiet ta’ investiment itejbu l-benefiċċji mill-kopertura tal-assigurazzjoni jekk l-entità twettaq dawk l-attivitajiet li jistennew li jiġġeneraw redditu fuq l-investiment li minnu għandhom jibbenefikaw id-detenturi tal-poloz jekk iseħħ event assigurat;

(ii) 

fl-għoti ta’ servizz ta’ redditu fuq l-investiment lid-detenturi tal-poloz ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni (ara l-paragrafu B119B);

(iii) 

fil-provvista ta’ servizz relatat ma’ investiment lid-detenturi tal-poloz ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni.

(l) 

allokazzjoni tal-ispejjeż ġenerali fissi u varjabbli (bħall-kostijiet tal-kontabbiltà, tar-riżorsi umani, tat-teknoloġija tal-informatika u tal-appoġġ, tad-deprezzament tal-bini, tal-kera u tal-manutenzjoni u l-utilitajiet) attribwibbli direttament għall-issodisfar tal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Dawn l-ispejjeż ġenerali jiġu allokati għal gruppi ta’ kuntratti li jużaw metodi li huma sistematiċi u razzjonali u jiġu applikati b’mod konsistenti għall-kostijiet kollha li għandhom karatteristiki simili;

(m) 

kwalunkwe kost ieħor speċifikament imponibbli lid-detentur ta’ polza skont it-termini tal-kuntratt.

B66 Il-flussi ta’ flus li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi meta jiġu stmati l-flussi ta’ flus li jirriżultaw hekk kif l-entità tissodisfa kuntratt tal-assigurazzjoni eżistenti:

(a) 

redditi fuq l-investiment. L-investimenti jiġu rikonoxxuti, jitkejlu u jiġu ppreżentati separatament;

(b) 

il-flussi ta’ flus (pagamenti jew riċevuti) li jinħolqu taħt il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma jiġu rikonoxxuti, jitkejlu u jiġu ppreżentati separatament;

(c) 

il-flussi ta’ flus li jistgħu jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni futuri, jiġifieri flussi ta’ flus barra l-limitu tal-kuntratti eżistenti (ara l-paragrafi 34–35);

(d) 

il-flussi ta’ flus relatati mal-kostijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fejn hemm il-kuntratt, bħal xi kostijiet tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-taħriġ. Dawn il-kostijiet jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf meta jiġġarrbu;

(e) 

il-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn ammonti anormali ta’ xogħol moħli jew riżorsi oħrajn li jintużaw sabiex jissodisfaw il-kuntratt. Dawn il-kostijiet jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf meta jiġġarrbu;

(f) 

il-pagamenti u r-riċevuti tat-taxxa fuq l-introjtu li l-assiguratur ma jħallasx jew ma jirċevix f’kapaċità ta’ fiduċjarju jew li ma jkunux speċifikament imponibbli lid-detentur ta’ polza skont it-termini tal-kuntratt;

(g) 

il-flussi ta’ flus bejn komponenti differenti tal-entità relatriċi, bħall-fondi tad-detenturi ta’ poloz u l-fondi tal-azzjonisti, jekk dawk il-flussi ta’ flus ma jbiddlux l-ammont li jitħallas lid-detenturi tal-poloz;

(h) 

il-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn komponenti separati mill-kuntratt tal-assigurazzjoni u kontabbilizzati bl-użu ta’ Standards applikabbli oħrajn (ara l-paragrafi 10–13).

B66A Qabel ir-rikonoxximent ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, entità tista’ tkun meħtieġa tirrikonoxxi assi jew obbligazzjoni għal flussi ta’ flus relatati mal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni minbarra flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jew minħabba l-okkorrenza tal-flussi ta’ flus jew inkella minħabba r-rekwiżiti ta’ Standard tal-IFRS ieħor. Il-flussi ta’ flus huma relatati mal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jekk dawk il-flussi ta’ flus kienu jkunu inklużi fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fid-data tar-rikonoxximent inizjali tal-grupp li kieku tħallsu jew ġew riċevuti wara dik id-data. Sabiex tapplika l-paragrafu 38(c)(ii), entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ tali assi jew obbligazzjoni sal-punt li l-assi jew l-obbligazzjoni ma jkunux rikonoxxuti separatament mill-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jekk il-fluss ta’ flus jew l-applikazzjoni tal-Istandard tal-IFRS ikunu seħħew fid-data tar-rikonoxximent inizjali tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni.

Kuntratti bi flussi ta“ flus li jaffettwaw jew li huma affettwati minn flussi ta” flus għal detenturi ta“ poloz ta” kuntratti oħrajn

B67 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jaffettwaw il-flussi ta’ flus għad-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħrajn billi ikunu jeħtieġu:

(a) 

lid-detentur ta’ polza jikkondividi mad-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħrajn ir-redditi fuq l-istess pula speċifikata ta’ entrati sottostanti; u

(b) 

waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

lid-detentur ta’ polza jġarrab tnaqqis fis-sehem tar-redditi tiegħu fuq l-entrati sottostanti minħabba l-pagamenti lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħrajn li jikkondividu f’dik il-pula, inklużi l-pagamenti li jirriżultaw mill-garanziji magħmula lid-detenturi tal-poloz ta’ dawk il-kuntratti l-oħrajn; jew

(ii) 

lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħrajn jġarrbu tnaqqis fis-sehem tar-redditi tagħhom fuq l-entrati sottostanti minħabba pagamenti lid-detentur tal-polza, inklużi pagamenti li jirriżultaw mill-garanziji magħmula lid-detentur tal-polza.

B68 Xi drabi, dawn il-kuntratti jaffettwaw il-flussi tal-flus lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn. Il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ta’ kull grupp jirriflettu kemm il-kuntratti fil-grupp iwasslu sabiex l-entità tiġi affettwata mill-flussi ta’ flus mistennija, kemm jekk lid-detenturi tal-poloz f’dak il-grupp kif ukoll jekk lid-detenturi tal-poloz fi grupp ieħor. B’hekk, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għal grupp:

(a) 

jinkludu l-pagamenti li jirriżultaw mit-termini tal-kuntratti eżistenti lid-detenturi tal-poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk il-pagamenti humiex mistennija li jsiru lid-detenturi tal-poloz kurrenti jew futuri; u

(b) 

jeskludu l-pagamenti lid-detenturi tal-poloz fil-grupp li, bl-applikazzjoni ta’ (a), ġew inklużi fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ta’ grupp ieħor.

B69 Pereżempju, sa fejn il-pagamenti lid-detenturi tal-poloz fi grupp wieħed jitnaqqsu minn sehem fir-redditi fuq l-entrati sottostanti ta’ CU 350 għal CU 250 minħabba l-pagamenti ta’ ammont garantit lid-detenturi tal-poloz fi grupp ieħor, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tal-ewwel grupp jinkludu l-pagamenti ta’ CU 100 (jiġifieri jkunu CU 350) u l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tat-tieni grupp jeskludu l-pagamenti ta’ CU 100 tal-ammont garantit.

B70 Jistgħu jintużaw approċċi prattiċi differenti sabiex jiddeterminaw il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ta’ gruppi ta’ kuntratti li jaffettwaw jew li huma affettwati minn flussi ta’ flus għal detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn. F’xi każijiet, entità tista’ tkun kapaċi tidentifika l-bidla fl-entrati sottostanti u l-bidla li tirriżulta fil-flussi ta’ flus biss f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni mill-gruppi. F’każijiet bħal dawn, l-entità għandha talloka l-effett tal-bidla fl-entrati sottostanti għal kull grupp fuq bażi razzjonali u sistematika.

B71 Wara li jkunu ġew ipprovduti s-servizzi tal-kuntratti tal-assigurazzjoni kollha lill-kuntratti fi grupp, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni xorta jistgħu jinkludu l-pagamenti li mistennija jsiru lid-detenturi tal-poloz attwali fi gruppi oħrajn jew lil detenturi ta’ poloz futuri. Entità mhijiex meħtieġa tkompli talloka dawn il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni lil gruppi speċifiċi, iżda minflok tista’ tirrikonoxxi u tkejjel obbligazzjoni għal tali flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirriżultaw mill-gruppi kollha.

Rati ta’ skont (il-paragrafu 36)

B72 Entità għandha tuża r-rati ta’ skont li ġejjin meta tapplika l-IFRS 17:

(a) 

sabiex tkejjel il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni—ir-rati ta’ skont kurrenti bl-applikazzjoni tal-paragrafu 36;

(b) 

sabiex tiddetermina l-imgħax li jakkumula fuq il-marġni ta’ servizz kuntrattwali bl-applikazzjoni tal-paragrafu 44(b) għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni—ir-rati ta’ skont determinati fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 36, għall-flussi ta’ flus nominali li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq kwalunkwe entrata sottostanti;

(c) 

sabiex tkejjel il-bidliet fil-marġni ta’ servizz kuntrattwali, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B96(a)–B96(b) u B96(d), għal kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni—rati ta’ skont, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 36, kif determinati mar-rikonoxximent inizjali;

(d) 

għal gruppi ta’ kuntratti li japplikaw l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum li għandhom komponent ta’ finanzjament sinifikanti, sabiex taġġusta l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu 56—ir-rati ta’ skont bl-applikazzjoni tal-paragrafu 36, kif stabbiliti mar-rikonoxximent inizjali;

(e) 

jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv (ara l-paragrafu 88), sabiex tiddetermina l-ammont tal-introjtu jew tal-ispejjeż finanzjarji tal-assigurazzjoni inklużi fi profitt jew telf:

(i) 

għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bidliet għalihom fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardaw riskju finanzjarju ma jkollhom ebda effett sostanzjali fuq l-ammonti li jitħallsu lid-detenturi tal-poloz, bl-applikazzjoni tal-paragrafu B131—ir-rati ta’ skont determinati fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 36, għal flussi ta’ flus nominali li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq xi entrata sottostanti;

(ii) 

għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bidliet għalihom fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardaw riskju finanzjarju ma jkollhom ebda effett sostanzjali fuq l-ammonti li jitħallsu lid-detenturi tal-poloz, bl-applikazzjoni tal-paragrafu B132(a)(i)—ir-rati ta’ skont li jallokaw l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament mistennija u riveduti li jifdal matul id-durata li jifdal tal-grupp ta’ kuntratti b’rata kostanti; u

(iii) 

għal gruppi ta’ kuntratti li japplikaw l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum bl-applikazzjoni tal-paragrafi 59(b) u B133—ir-rati ta’ skont stabbiliti fid-data tal-pretensjoni mġarrba, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 36 għall-flussi ta’ flus nominali li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq xi entrata sottostanti.

B73 Sabiex tiddetermina r-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti deskritti fil-paragrafi B72(b)–B72(e), entità tista’ tuża rati ta’ skont bil-medja ponderata matul il-perjodu li fih jinħarġu l-kuntratti fil-grupp, liema perjodu ma jistax ikun ta’ aktar minn sena meta jiġi applikat il-paragrafu 22.

B74 L-istimi tar-rati ta’ skont għandhom ikunu konsistenti ma’ stimi oħrajn użati sabiex ikejlu l-kuntratti tal-assigurazzjoni bil-għan li jiġu evitati għadd doppju jew ommissjonijiet; pereżempju:

(a) 

il-flussi ta’ flus li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti għandhom jiġu skontati b’rati li ma jirriflettu ebda varjabbiltà bħal din;

(b) 

il-flussi ta’ flus li jvarjaw skont ir-redditi fuq xi entrati finanzjarji sottostanti għandhom jiġu:

(i) 

skontati bl-użu ta’ rati li jirriflettu dik il-varjabbiltà; jew

(ii) 

aġġustati għall-effett ta’ dik il-varjabbiltà u skontati b’rata li tirrifletti l-aġġustament li jkun sar.

(c) 

il-flussi ta’ flus nominali (jiġifieri dawk li jinkludu l-effett tal-inflazzjoni) għandhom jiġu skontati b’rati li jinkludu l-effett tal-inflazzjoni; u

(d) 

il-flussi ta’ flus reali (jiġifieri dawk li jeskludu l-effett tal-inflazzjoni) għandhom jiġu skontati b’rati li jeskludu l-effett tal-inflazzjoni.

B75 Il-paragrafu B74(b) jirrikjedi li l-flussi ta’ flus li jvarjaw abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti jiġu skontati bl-użu ta’ rati li jirriflettu dik il-varjabbiltà, jew jiġu aġġustati għall-effett ta’ dik il-varjabbiltà u skontati b’rata li tirrifletti l-aġġustament li jkun sar. Il-varjabbiltà hija fattur rilevanti, irrispettivament minn jekk tirriżultax minħabba termini kuntrattwali jew minħabba li l-entità teżerċita diskrezzjoni u irrispettivament minn jekk l-entità żżommx l-entrati sottostanti.

B76 Il-flussi ta’ flus li jvarjaw skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti b’redditi varjabbli, iżda li huma soġġetti għal garanzija ta’ redditu minimu, ma jvarjawx biss abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti, anki meta l-ammont garantit ikun aktar baxx mir-redditu mistenni fuq l-entrati sottostanti. B’hekk, entità għandha taġġusta r-rata li tirrifletti l-varjabbiltà tar-redditi fuq l-entrati sottostanti għall-effett tal-garanzija, anki meta l-ammont garantit ikun aktar baxx mir-redditu mistenni fuq l-entrati sottostanti.

B77 L-IFRS 17 ma jirrikjedix li entità taqsam il-flussi ta’ flus stmati f’dawk li jvarjaw abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti u dawk li ma jagħmlux dan. Jekk entità ma taqsamx il-flussi ta’ flus stmati b’dan il-mod, l-entità għandha tapplika rati ta’ skont xierqa għall-flussi ta’ flus stmati fis-sħuħija tagħhom; pereżempju, bl-użu ta’ tekniki ta’ mmudellar stokastiku jew tekniki ta’ kejl newtrali għar-riskji.

B78 Ir-rati ta’ skont għandhom jinkludu biss fatturi rilevanti, jiġifieri fatturi li jirriżultaw mill-valur taż-żmien tal-flus, il-karatteristiki tal-flussi ta’ flus u l-karatteristiki tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Dawn ir-rati ta’ skont jistgħu ma jkunux direttament osservabbli fis-suq. B’hekk, meta ma jkunux disponibbli rati tas-swieq osservabbli għal strument bl-istess karatteristiki, jew ikunu disponibbli rati tas-swieq osservabbli għal strumenti simili, iżda li ma jidentifikawx separatament il-fatturi li jiddistingwu l-istrument mill-kuntratti tal-assigurazzjoni, entità għandha tistma r-rati xierqa. L-IFRS 17 ma jirrikjedi ebda teknika ta’ stima partikulari għad-determinazzjoni tar-rati ta’ skont. Meta tapplika teknika ta’ stima, entità għandha:

(a) 

timmassimizza l-użu ta’ inputs osservabbli (ara l-paragrafu B44) u tirrifletti l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha dwar il-varjabbli mhux tas-suq disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv, kemm esterna kif ukoll interna (ara l-paragrafu B49). B’mod partikulari, ir-rati ta’ skont li jintużaw ma għandhomx jikkontradixxu d-data tas-suq rilevanti u disponibbli u l-varjabbli mhux tas-suq li jintużaw ma għandhomx jikkontradixxu l-varjabbli osservabbli tas-swieq;

(b) 

tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq attwali mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq;

(c) 

teżerċita ġudizzju sabiex tivvaluta l-grad ta’ similarità bejn l-aspetti tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li jitkejlu u l-aspetti tal-istrument li għalih huma disponibbli prezzijiet tas-swieq osservabbli u taġġusta dawk il-prezzijiet sabiex ikunu jirriflettu d-differenzi bejniethom.

B79 Għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti, ir-rata ta’ skont tirrifletti l-kurva tar-rendiment fil-munita xierqa għall-istrumenti li ma jesponu lid-detentur għal ebda riskju ta’ kreditu jew li jesponuh għal riskju ta’ kreditu negliġibbli, aġġustata sabiex tkun tirrifletti l-karatteristiki tal-likwidità tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Dak l-aġġustament għandu jirrifletti d-differenza bejn il-karatteristiki tal-likwidità tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u l-karatteristiki tal-likwidità tal-assi użati sabiex tiġi ddeterminata l-kurva tar-rendiment. Il-kurvi tar-rendiment jirriflettu l-assi nnegozjati fi swieq attivi li, ġeneralment, id-detentur ikun jista’ jbigħ faċilment fi kwalunkwe ħin mingħajr ma jġarrab kostijiet sinifikanti. B’kuntrast, skont xi kuntratti tal-assigurazzjoni, l-entità ma tistax tiġi sfurzata tagħmel pagamenti aktar kmieni minn meta jseħħu eventi assigurati jew mid-dati speċifikati fil-kuntratti.

B80 B’hekk, għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti, entità tista’ tiddetermina r-rati ta’ skont billi taġġusta kurva tar-rendiment mingħajr riskji ta’ likwidità sabiex tkun tirrifletti d-differenzi bejn il-karatteristiki tal-likwidità tal-istrumenti finanzjarji li fuqhom huma msejsa r-rati osservati fis-suq u l-karatteristiki tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni (approċċ axxendenti).

B81 Inkella, entità tista’ tiddetermina r-rati ta’ skont xierqa għall-kuntratti tal-assigurazzjoni abbażi ta’ kurva tar-rendiment li tirrifletti r-rati ta’ redditu attwali tas-suq impliċiti f’kejl tal-valur ġust ta’ portafoll ta’ assi ta’ referenza (approċċ dixxendenti). Entità għandha taġġusta dik il-kurva tar-rendiment sabiex telimina kwalunkwe fattur li mhuwiex rilevanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, iżda mhijiex meħtieġa taġġusta l-kurva tar-rendiment għad-differenzi fil-karatteristiki tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-portafoll ta’ referenza.

B82 Fl-istima tal-kurva tar-rendiment deskritta fil-paragrafu B81:

(a) 

jekk ikun hemm prezzijiet tas-suq osservabbli fi swieq attivi għall-assi fil-portafoll ta’ referenza, entità għandha tuża dawk il-prezzijiet (konsistenti mal-paragrafu 69 tal-IFRS 13);

(b) 

jekk suq ma jkunx attiv, entità għandha taġġusta l-prezzijiet tas-suq osservabbli għal assi simili sabiex tagħmilhom komparabbli mal-prezzijiet tas-suq għall-assi li jkunu qegħdin jitkejlu (konsistenti mal-paragrafu 83 tal-IFRS 13);

(c) 

jekk ma jkun hemm ebda suq għall-assi fil-portafoll ta’ referenza, entità għandha tapplika teknika ta’ stima. Għal assi bħal dawn (konsistenti mal-paragrafu 89 tal-IFRS 13), entità għandha:

(i) 

tiżviluppa inputs mhux osservabbli li jużaw l-aħjar informazzjoni disponibbli fiċ-ċirkustanzi. Tali inputs jistgħu jinkludu d-data proprja tal-entità u, fil-kuntest tal-IFRS 17, l-entità tista’ tpoġġi aktar piż fuq l-istimi fit-tul milli fuq il-varjazzjonijiet fuq perjodu qasir; u

(ii) 

taġġusta dik id-data sabiex tkun tirrifletti l-informazzjoni kollha dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq li hija raġonevolment disponibbli.

B83 Fl-aġġustament tal-kurva tar-rendiment, entità għandha taġġusta r-rati tas-suq osservati fi tranżazzjonijiet riċenti fi strumenti b’karatteristiki simili għal ċaqliq fil-fatturi tas-suq mid-data tat-tranżazzjoni u għandha taġġusta r-rati tas-suq osservati sabiex ikunu jirriflettu l-grad ta’ dissimilarità bejn l-istrument li jkun qed jitkejjel u l-istrument li l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet tiegħu huma osservabbli. Għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-assi fil-portafoll ta’ referenza, dawn l-aġġustamenti jinkludu:

(a) 

l-aġġustament għad-differenzi bejn l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi ta’ flus tal-assi fil-portafoll u l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni; u

(b) 

l-esklużjoni tal-primjums fuq ir-riskju tas-suq għar-riskju ta’ kreditu, li huma rilevanti biss għall-assi inklużi fil-portafoll ta’ referenza.

B84 Fil-prinċipju, għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi tal-assi fil-portafoll ta’ referenza, jenħtieġ li jkun hemm kurva tar-rendiment mingħajr riskji ta’ illikwidità waħda li telimina l-inċertezza kollha dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus. Madankollu, fil-prattika, l-approċċ dixxendenti u l-approċċ axxendenti jistgħu jirriżultaw f’kurvi tar-rendiment differenti, anki fl-istess munita. Dan minħabba l-limitazzjonijiet inerenti fl-istima tal-aġġustamenti magħmula taħt kull approċċ u n-nuqqas possibbli ta’ aġġustament għall-karatteristiki differenti tal-likwidità fl-approċċ dixxendenti. Entità mhijiex meħtieġa tirrikonċilja r-rata ta’ skont determinata skont l-approċċ magħżul minnha mar-rata ta’ skont li kienet tiġi ddeterminata skont l-approċċ l-ieħor.

B85 L-IFRS 17 ma jispeċifikax restrizzjonijiet fuq il-portafoll ta’ referenza tal-assi użati fl-applikazzjoni tal-paragrafu B81. Madankollu, se jkunu meħtieġa inqas aġġustamenti sabiex jiġu eliminati l-fatturi li huma rilevanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni meta l-portafoll tal-assi ta’ referenza jkollu karatteristiċi simili. Pereżempju, jekk il-flussi ta’ flus mill-kuntratti tal-assigurazzjoni ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti, ikunu meħtieġa inqas aġġustamenti jekk entità tkun użat l-istrumenti tad-dejn bħala punt tat-tluq minflok l-istrumenti ta’ ekwità. Għall-istrumenti tad-dejn, l-objettiv ikun li jiġu eliminati mir-rendiment totali tal-bonds l-effett tar-riskju ta’ kreditu u fatturi oħrajn li mhumiex rilevanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni. Mod wieħed ta’ kif jiġi stmat l-effett ta’ riskju ta’ kreditu huwa li jintuża l-prezz tas-suq ta’ derivattiv ta’ kreditu bħala punt ta’ referenza.

Aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju (il-paragrafu 37)

B86 L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jirrigwardja r-riskju li jirriżulta mill-kuntratti tal-assigurazzjoni għajr għal riskju finanzjarju. Ir-riskju finanzjarju huwa inkluż fl-istimi tal-flussi futuri ta’ flus jew ir-rata ta’ skont użata sabiex taġġusta l-flussi ta’ flus. Ir-riskji koperti mill-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju huma r-riskju tal-assigurazzjoni u riskji mhux finanzjarji oħrajn, bħar-riskju ta’ skadenza u r-riskju ta’ spejjeż (ara l-paragrafu B14).

B87 L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għall-kuntratti tal-assigurazzjoni jkejjel il-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex tagħmel l-entità indifferenti bejn:

(a) 

l-issodisfar ta’ obbligazzjoni li għandha firxa ta’ eżiti possibbli li jirriżultaw minn riskju mhux finanzjarju; u

(b) 

l-issodisfar ta’ obbligazzjoni li tiġġenera flussi ta’ flus fissi bl-istess valur preżenti mistenni bħall-kuntratti tal-assigurazzjoni.

Pereżempju, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jkejjel il-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex tagħmilha indifferenti bejn l-issodisfar ta’ obbligazzjoni li—minħabba riskju mhux finanzjarju—għandha probabbiltà ta’ 50 fil-mija li tkun CU 90 u probabbiltà ta’ 50 fil-mija li tkun CU 110 u l-issodisfar ta’ obbligazzjoni li hija ffissata għal CU 100. B’riżultat ta’ dan, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jwassal informazzjoni lill-utenti ta’ rapporti finanzjarji dwar l-ammont mitlub mill-entità għall-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li tirriżulta minn riskju mhux finanzjarju.

B88 Minħabba li l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jirrifletti l-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex iġġorr ir-riskju mhux finanzjarju li jirriżulta mill-ammont u t-twaqqit inċerti tal-flussi ta’ flus, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jirrifletti wkoll:

(a) 

il-grad tal-benefiċċju tad-diversifikazzjoni li l-entità tinkludi meta tiddetermina l-kumpens li hija teħtieġ sabiex iġġorr dak ir-riskju; u

(b) 

l-eżiti favorevoli u sfavorevoli, b’mod li jirriflettu l-grad ta’ averżjoni mir-riskju tal-entità.

B89 L-iskop tal-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju huwa li jkejjel l-effett ta’ inċertezza fil-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni, għajr għall-inċertezza li tirriżulta minn riskju finanzjarju. Konsegwentement, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jirrifletti r-riskji mhux finanzjarji kollha assoċjati mal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Dan ma għandux jirrifletti r-riskji li ma jirriżultawx mill-kuntratti tal-assigurazzjoni, bħalma hu r-riskju operazzjonali ġenerali.

B90 L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jiġi inkluż fil-kejl b’mod espliċitu. L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju huwa kunċettwalment separat mill-istimi tal-flussi futuri ta’ flus u mir-rati ta’ skont li jaġġustaw dawk il-flussi ta’ flus. L-entità ma għandhiex tgħodd darbtejn l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju billi, pereżempju, tinkludi wkoll l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju impliċitament meta tiddetermina l-istimi tal-flussi futuri ta’ flus jew ir-rati ta’ skont. Ir-rati ta’ skont li jiġu ddivulgati sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 120 ma għandhom jinkludu ebda aġġustament impliċitu għal riskju mhux finanzjarju.

B91 L-IFRS 17 ma jispeċifikax it-teknika/i ta’ stima użata/i sabiex jiġi determinat l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. Madankollu, sabiex ikun jirrifletti l-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex iġġorr ir-riskju mhux finanzjarju, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jkollu l-karatteristiki li ġejjin:

(a) 

ir-riskji bi frekwenza baxxa u severità għolja jirriżultaw f’aġġustamenti tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju ogħla mir-riskji bi frekwenza għolja u severità baxxa;

(b) 

għal riskji simili, il-kuntratti b’durata itwal jirriżultaw f’aġġustamenti tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju ogħla mill-kuntratti b’durata iqsar;

(c) 

ir-riskji b’distribuzzjoni tal-probabbiltà usa’ jirriżultaw f’aġġustamenti tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju ogħla mir-riskji b’distribuzzjoni aktar dejqa;

(d) 

inqas ma jkun magħruf dwar l-istima kurrenti u x-xejra tagħha, aktar ikun għoli l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju; u

(e) 

sa fejn l-esperjenza emerġenti tnaqqas l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus, l-aġġustamenti tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jonqsu u viċi versa.

B92 Entità għandha tapplika ġudizzju meta tiddetermina teknika ta’ stima xierqa għall-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. Meta tapplika dak il-ġudizzju, entità għandha tqis ukoll jekk it-teknika tipprovdix divulgazzjoni informattiva u konċiża sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jistabbilixxu parametru referenzjarju għall-prestazzjoni tal-entità kontra l-prestazzjoni ta’ entitajiet oħrajn. Il-paragrafu 119 jirrikjedi li entità tuża teknika oħra għajr it-teknika tal-livell ta’ fiduċja għad-determinazzjoni tal-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju sabiex tiddivulga t-teknika użata u l-livell ta’ fiduċja li jikkorrispondi għar-riżultati ta’ dik it-teknika.

Rikonoxximent inizjali tat-trasferimenti ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u kombinamenti ta’ negozji (il-paragrafu 39)

B93 Meta entità takkwista l-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa jew il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jiffurmawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3, l-entità għandha tapplika l-paragrafi 14-24 biex tidentifika l-gruppi ta’ kuntratti akkwiżiti, daqs li kieku daħlet fil-kuntratti fid-data tat-tranżazzjoni.

B94 Entità għandha tuża l-korrispettiv riċevut jew imħallas għall-kuntratti bħala indikatur tal-primjums riċevuti. Il-korrispettiv riċevut jew imħallas għall-kuntratti jeskludi l-korrispettiv riċevut jew imħallas għal kwalunkwe assi u obbligazzjoni oħra akkwiżiti fl-istess tranżazzjoni. F’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3, il-korrispettiv riċevut jew imħallas huwa l-valur ġust tal-kuntratti f’dik id-data. Meta tiġi biex tiddetermina dak il-valur ġust, entità ma għandhiex tapplika l-paragrafu 47 tal-IFRS 13 (li jirrigwardja l-aspetti ta’ ġbid bla avviż).

B95 Sakemm ma japplikax l-approċċ ta’ allokazzjoni tal-primjum għall-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal kif speċifikat fil-paragrafi 55–59 u 69–70A, mar-rikonoxximent inizjali, il-marġni ta’ servizz kuntrattwali jiġi kkalkulat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 38 għall-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwiżiti maħruġa u bl-applikazzjoni tal-paragrafu 65 għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni akkwiżiti miżmuma bl-użu tal-korrispettiv riċevut jew imħallas għall-kuntratti bħala indikatur għall-primjums riċevuti jew imħallsin fid-data tar-rikonoxximent inizjali.

B95A Jekk il-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwiżiti maħruġa jkunu onerużi, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 47, l-entità għandha tirrikonoxxi l-eċċess tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fuq il-korrispettiv imħallas jew riċevut bħala parti minn avvjament jew qligħ fuq xiri bi prezz innegozjat għal kuntratti akkwiżiti f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3, jew bħala telf fi profitt jew telf għal kuntratti akkwiżiti fi trasferiment. L-entità għandha tistabbilixxi komponent ta’ telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għal dak l-eċċess u tapplika l-paragrafi 49–52 sabiex talloka l-bidliet sussegwenti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għal dak il-komponent ta’ telf.

B95B Għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni li għalihom japplikaw il-paragrafi 66A–66B, entità għandha tiddetermina l-komponent tal-irkupru tat-telf tal-assi għall-kopertura li jifdal fid-data tat-tranżazzjoni billi timmultiplika:

(a) 

il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal tal-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti fid-data tat-tranżazzjoni; u

(b) 

il-persentaġġ ta’ pretensjonijiet fuq il-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li l-entità tistenna fid-data tat-tranżazzjoni biex tirkupra mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

B95C L-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont tal-komponent ta’ rkupru tat-telf iddeterminat bl-applikazzjoni tal-paragrafu B95B bħala parti minn avvjament jew qligħ fuq xiri bi prezz innegozjat għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma akkwiżiti f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3, jew bħala introjtu fi profitt jew telf għal kuntratti akkwiżiti fi trasferiment.

B95D Billi tapplika l-paragrafi 14–22, fid-data tat-tranżazzjoni, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafu B95B f’każijiet bħal dawn, entità għandha tuża bażi sistematika u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tal-komponent tat-telf tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwarda l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

Assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni

B95E Meta entità takkwista kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jiffurmawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3, l-entità għandha tirrikonoxxi assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni skont il-valur ġust fid-data tat-tranżazzjoni għad-drittijiet sabiex jinkisbu:

(a) 

kuntratti tal-assigurazzjoni futuri li jkunu tiġdid ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fid-data tat-tranżazzjoni; u

(b) 

kuntratti tal-assigurazzjoni futuri, għajr għal dawk f’(a), wara d-data tat-tranżazzjoni mingħajr ma jerġgħu jitħallsu l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li l-akkwiżit ikun diġà ħallas u li huma direttament attribwibbli għall-portafoll relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni.

B95F Fid-data tat-tranżazzjoni, l-ammont ta’ kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni ma għandux jiġi inkluż fil-kejl tal-grupp akkwiżit ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafi B93–B95A.

Bidliet fl-ammont riportat tal-marġni kuntrattwali tas-servizz għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiki ta’ parteċipazzjoni diretta (il-paragrafu 44)

B96 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, il-paragrafu 44(c) jirrikjedi aġġustament għall-marġni kuntrattwali ta’ servizz ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għal bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirrigwardaw servizz futur. Dawn il-bidliet jinkludu:

(a) 

aġġustamenti tal-esperjenza li jirriżultaw mill-primjums riċevuti fil-perjodu li jirrigwardaw servizz futur, u l-flussi ta’ flus relatati, bħall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni u t-taxxi bbażati fuq primjums, imkejla bir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(c);

(b) 

bidliet fl-istimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, ħlief dawk deskritti fil-paragrafu B97(a), imkejla bir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(c);

(c) 

id-differenzi bejn kwalunkwe komponent ta’ investiment mistenni li jsir pagabbli fil-perjodu u l-komponent ta’ investiment attwali li jsir pagabbli fil-perjodu. Dawk id-differenzi jiġu determinati billi (i) il-komponent ta’ investiment attwali li jsir pagabbli fil-perjodu jitqabbel ma’ (ii) il-pagament fil-perjodu li kien mistenni fil-bidu tal-perjodu flimkien ma’ kwalunkwe introjtu jew spejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni relatati ma’ dak il-pagament mistenni qabel ma jsir pagabbli;

(ca) 

id-differenzi bejn kwalunkwe self lil detentur ta’ polza li mistenni jsir ripagabbli fil-perjodu u s-self attwali lil detentur ta’ polza li jsir ripagabbli fil-perjodu. Dawk id-differenzi jiġu determinati billi (i) is-self attwali lil detentur ta’ polza li jsir ripagabbli fil-perjodu jitqabbel ma’ (ii) ir-ripagament fil-perjodu li kien mistenni fil-bidu tal-perjodu, flimkien ma’ kwalunkwe introjtu jew spejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni relatati ma’ dak ir-ripagament mistenni qabel ma jsir ripagabbli;

(d) 

bidliet fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju li jirrigwardaw servizz futur. Entità mhijiex meħtieġa tiddiżaggrega l-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju bejn (i) bidla relatata ma’ riskju mhux finanzjarju u (ii) l-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u l-bidliet fil-valur taż-żmien tal-flus. Jekk entità tagħmel tali diżaggregazzjoni, din għandha taġġusta l-marġni ta’ servizz kuntrattwali għall-bidla relatata mar-riskju mhux finanzjarju, imkejjel bir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(c).

B97 Entità ma għandhiex taġġusta l-marġni ta’ servizz kuntrattwali għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni għall-bidliet li ġejjin fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni minħabba li ma jirrigwardawx servizz futur:

(a) 

l-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u l-bidliet fil-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju u l-bidliet fir-riskju finanzjarju. Dawn l-effetti jinkludu:

(i) 

l-effett, jekk ikun hemm, fuq il-flussi ta’ flus futuri stmati;

(ii) 

l-effett, jekk diżaggregat, fuq l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju; u

(iii) 

l-effett ta’ bidla fir-rata ta’ skont.

(b) 

il-bidliet fl-istimi tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fl-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba;

(c) 

l-aġġustamenti tal-esperjenza, ħlief dawk deskritti fil-paragrafu B96(a).

B98 It-termini ta’ xi kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni jagħtu diskrezzjoni lil entità fuq il-flussi ta’ flus li jridu jitħallsu lid-detenturi ta’ poloz. Bidla fil-flussi ta’ flus diskrezzjonarji titqies bħala li tirrigwarda servizz futur u, għaldaqstant, taġġusta l-marġni ta’ servizz kuntrattwali. Sabiex tiddetermina kif għandha tiġi identifikata bidla fil-flussi ta’ flus diskrezzjonarji, entità għandha tispeċifika fil-bidu tal-kuntratt il-bażi li fuqha tistenna li tiddetermina l-impenn tagħha skont il-kuntratt; pereżempju, abbażi ta’ rata tal-imgħax fissa, jew abbażi ta’ redditi li jvarjaw skont ir-redditi tal-assi speċifikati.

B99 Entità għandha tuża dik l-ispeċifikazzjoni sabiex tagħmel distinzjoni bejn l-effett tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardaw riskju finanzjarju fuq dak l-impenn (li ma jaġġustawx il-marġni ta’ servizz kuntrattwali) u l-effett tal-bidliet diskrezzjonarji għal dak l-impenn (li jaġġustaw il-marġini ta’ servizz kuntrattwali).

B100 Jekk entità ma tkunx tista’ tispeċifika fil-bidu tal-kuntratt xi tqis li huwa l-impenn tagħha skont il-kuntratt u xi tqis li huwa diskrezzjonarju, din għandha tqis l-impenn tagħha bħala li huwa r-redditu impliċitu fl-istima tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fil-bidu tal-kuntratt, aġġornat sabiex ikun jirrifletti s-suppożizzjonijiet attwali li jirrigwardaw ir-riskju finanzjarju.

Bidliet fl-ammont riportat tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni (il-paragrafu 45)

B101 Il-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni huma kuntratti tal-assigurazzjoni li huma sostanzjalment kuntratti ta’ servizzi relatati mal-investiment skont liema entità twiegħed redditu fuq l-investiment ibbażat fuq l-entrati sottostanti. B’hekk, huma definiti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom:

(a) 

it-termini kuntrattwali jispeċifikaw li d-detentur ta’ polza jipparteċipa f’sehem ta’ pula identifikata b’mod ċar ta’ entrati sottostanti (ara l-paragrafi B105-B106);

(b) 

l-entità tistenna li tħallas lid-detentur ta’ polza ammont ugwali għal sehem sostanzjali tar-redditi bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti (ara l-paragrafu B107); u

(c) 

l-entità tistenna li proporzjon sostanzjali ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti li jridu jitħallsu lid-detentur ta’ polza jvarja skont il-bidla fil-valur ġust tal-entrati sottostanti (ara l-paragrafu B107).

B102 Entità għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B101 humiex issodisfati billi tuża l-aspettattivi tagħha fil-bidu tal-kuntratt u ma għandhiex tirrivaluta l-kundizzjonijiet wara, sakemm il-kuntratt ma jiġix modifikat, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 72.

B103 Sa fejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni fi grupp jaffettwaw il-flussi ta’ flus lid-detenturi tal-poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn (ara l-paragrafi B67–B71), entità għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B101 humiex issodisfati billi tqis il-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tħallas lid-detenturi tal-poloz iddeterminati bl-applikazzjoni tal-paragrafi B68–B70.

B104 Il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B101 jiżguraw li l-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni jkunu kuntratti li taħthom l-obbligu tal-entità lejn id-detentur ta’ polza jkun nett minn:

(a) 

l-obbligu li tħallas lid-detentur ta’ polza ammont ugwali għall-valur ġust tal-entrati sottostanti; u

(b) 

tariffa varjabbli (ara l-paragrafi B110–B118) li l-entità tnaqqas minn (a) bi skambju għas-servizz futur ipprovdut mill-kuntratt tal-assigurazzjoni, li jinkludi:

(i) 

l-ammont tas-sehem tal-entità mill-valur ġust tal-entrati sottostanti; mingħajr

(ii) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti.

B105 Sehem imsemmi fil-paragrafu B101(a) ma jipprekludix l-eżistenza tad-diskrezzjoni tal-entità li tvarja l-ammonti mħallsin lid-detentur ta’ polza. Madankollu, ir-rabta mal-entrati sottostanti trid tkun infurzabbli (ara l-paragrafu 2).

B106 Il-pula ta’ entrati sottostanti msemmija fil-paragrafu B101(a) tista’ tinkludi kwalunkwe entrata, pereżempju portafoll ta’ assi ta’ referenza, l-assi netti tal-entità, jew subsett speċifikat tal-assi netti tal-entità, sakemm ikunu identifikati b’mod ċar mill-kuntratt. Entità ma għandhiex bżonn iżżomm il-pula identifikata ta’ entrati sottostanti. Madankollu, ma tkunx teżisti pula identifikata b’mod ċar ta’ entrati sottostanti meta:

(a) 

entità tkun tista’ tbiddel l-entrati sottostanti li jiddeterminaw l-ammont tal-obbligu tal-entità b’effett retrospettiv; jew

(b) 

ma jkunx hemm entrati sottostanti identifikati, anki jekk id-detentur ta’ polza jkun jista’ jiġi pprovdut b’redditu li ġeneralment ikun jirrifletti l-prestazzjoni u l-aspettattivi ġenerali tal-entità, jew il-prestazzjoni u l-aspettattivi ta’ subsett ta’ assi li għandha l-entità. Eżempju ta’ redditu bħal dan huwa rata ta’ kreditar jew pagament tad-dividendi stabbiliti fi tmiem il-perjodu li miegħu huma relatati. F’dan il-każ, l-obbligu lid-detentur ta’ polza jirrifletti r-rata ta’ kreditar jew l-ammonti ta’ dividendi stabbiliti mill-entità u ma jirriflettix l-entrati sottostanti identifikati.

B107 Il-paragrafu B101(b) jirrikjedi li l-entità tistenna li sehem sostanzjali mir-redditi bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti jitħallas lid-detentur ta’ polza u l-paragrafu B101(c) jirrikjedi li l-entità tistenna li proporzjon sostanzjali ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti li jridu jitħallsu lid-detentur ta’ polza jkun ivarja skont il-bidla fil-valur ġust tal-entrati sottostanti. Entità għandha:

(a) 

tinterpreta t-terminu “sostanzjali” fiż-żewġ paragrafi fil-kuntest tal-objettiv tal-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni bħala kuntratti li taħthom l-entità tipprovdi servizzi relatati mal-investiment u tiġi kkumpensata għas-servizzi permezz ta’ tariffa li tiġi determinata b’referenza għall-entrati sottostanti; u

(b) 

tivvaluta l-varjabbiltà fl-ammonti fil-paragrafi B101(b) u B101(c):

(i) 

matul id-durata tal-kuntratt tal-assigurazzjoni; u

(ii) 

abbażi ta’ medja ponderata għall-probabbiltà skont il-valur preżenti, mhux abbażi tal-aqwa jew l-agħar eżitu (ara l-paragrafi B37–B38).

B108 Pereżempju, jekk l-entità tistenna li tħallas sehem sostanzjali mir-redditi bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti, soġġetta għal garanzija ta’ redditu minimu, ikun hemm xenarji li fihom:

(a) 

il-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tħallas lid-detentur ta’ polza jvarjaw skont il-bidliet fil-valur ġust tal-entrati sottostanti minħabba li r-redditu garantit u flussi ta’ flus oħrajn li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti ma jaqbżux ir-redditu bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti; u

(b) 

il-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tħallas lid-detentur ta’ polza ma jvarjawx skont il-bidliet fil-valur ġust tal-entrati sottostanti minħabba li r-redditu garantit u flussi ta’ flus oħrajn li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti jaqbżu r-redditu bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti.

Il-valutazzjoni mill-entità tal-varjabbiltà fil-paragrafu B101(c) għal dan l-eżempju se tkun tirrifletti medja ponderata għall-probabbiltà skont il-valur attwali ta’ dawn ix-xenarji kollha.

B109 Il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni maħruġa u l-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma ma jistgħux ikunu kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni għall-finijiet tal-IFRS 17.

B110 Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, il-marġni ta’ servizz kuntrattwali jiġi aġġustat sabiex ikun jirrifletti n-natura varjabbli tat-tariffa. B’hekk, il-bidliet fl-ammonti stabbiliti fil-paragrafu B104 jiġu ttrattati kif stabbilit fil-paragrafi B111–B114.

B111 Il-bidliet fl-obbligu li d-detentur ta’ polza jitħallas ammont ugwali għall-valur ġust tal-entrati sottostanti (il-paragrafu B104(a)) ma jirrigwardawx servizz futur u ma jaġġustawx il-marġni ta’ servizz kuntrattwali.

B112 Il-bidliet fl-ammont tas-sehem tal-entità tal-valur ġust tal-entrati sottostanti (il-paragrafu B104(b)(i)) jirrigwardaw servizz futur u jaġġustaw il-marġni ta’ servizz kuntrattwali, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 45(b).

B113 Il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti (il-paragrafu B104(b)(ii)) jinkludu:

(a) 

bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għajr għal dawk speċifikati f’(b). Entità għandha tapplika l-paragrafi B96–B97, b’mod konsistenti mal-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, sabiex tiddetermina sa fejn dawn jirrigwardaw servizz futur u, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 45(c), taġġusta l-marġni ta’ servizz kuntrattwali. L-aġġustamenti kollha jitkejlu bl-użu tar-rati ta’ skont attwali;

(b) 

il-bidla fl-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u tar-riskji finanzjarji li ma jirriżultawx mill-entrati sottostanti; pereżempju, l-effett tal-garanziji finanzjarji. Dawn jirrigwardaw servizz futur u, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 45(c), jaġġustaw il-marġni ta’ servizz kuntrattwali, ħlief sa fejn japplika l-paragrafu B115.

B114 Entità mhijiex meħtieġa li tidentifika l-aġġustamenti għall-marġni ta’ servizz kuntrattwali meħtieġa mill-paragrafi B112 u B113 separatament. Minflok, jista’ jiġi determinat ammont ikkombinat għal uħud mill-aġġustamenti jew għalihom kollha.

Mitigazzjoni tar-riskju

B115 Sa fejn entità tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu B116, din tista’ tagħżel li ma tirrikonoxxix bidla fil-marġni ta’ servizz kuntrattwali sabiex tirrifletti wħud mill-bidliet jew il-bidliet kollha fl-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskju finanzjarju fuq:

(a) 

l-ammont tas-sehem tal-entità tal-entrati sottostanti (ara l-paragrafu B112) jekk l-entità ttaffi l-effett tar-riskju finanzjarju fuq dak l-ammont bl-użu ta’ derivattivi jew kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma; u

(b) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni stabbiliti fil-paragrafu B113(b) jekk l-entità ttaffi l-effett ta’ riskju finanzjarju fuq dawk il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni bl-użu ta’ derivattivi, strumenti finanzjarji nonderivattivi mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jew kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

B116 Sabiex tapplika l-paragrafu B115, entità jrid ikollha objettiv u strateġija ta’ ġestjoni tar-riskji ddokumentati preċedentement biex ittaffi r-riskju finanzjarju kif deskritt fil-paragrafu B115. Fl-applikazzjoni ta’ tali objettiv u strateġija:

(a) 

teżisti tpaċija ekonomika bejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni u d-derivattiv, l-istrument finanzjarju nonderivattiv imkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jew il-kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmum (jiġifieri l-valuri tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u dawk l-entrati ta’ mitigazzjoni tar-riskji ġeneralment jiċċaqilqu f’direzzjonijiet opposti minħabba li jirrispondu b’mod simili għall-bidliet fir-riskju li jkun qed jittaffa). Entità ma għandhiex tqis id-differenzi tal-kejl tal-kontabbiltà fil-valutazzjoni tat-tpaċija ekonomika;

(b) 

riskju ta’ kreditu ma jiddominax it-tpaċija ekonomika.

B117 L-entità għandha tiddetermina l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fi grupp li għalih japplika l-paragrafu B115 b’mod konsistenti f’kull perjodu ta’ rapportar.

B117A Jekk l-entità timmitiga l-effett tar-riskju finanzjarju bl-użu ta’ strumenti finanzjarji derivattivi jew nonderivattivi mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, din għandha tinkludi l-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu B115 fi profitt jew telf. Jekk l-entità timmitiga l-effett tar-riskju finanzjarju bl-użu tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, din għandha tapplika l-istess politika tal-kontabbiltà għall-preżentazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu B115 hekk kif l-entità tapplika għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma bl-applikazzjoni tal-paragrafi 88 u 90.

B118 Jekk, u biss jekk, xi waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu B116 ma tibqax issodisfata, entità għandha tieqaf tapplika l-paragrafu B115 minn dik id-data. Entità ma għandha tagħmel ebda aġġustament għall-bidliet rikonoxxuti preċedentement fi profitt jew telf.

Rikonoxximent tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali fi profitt jew telf

B119 Ammont tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni huwa rikonoxxut fi profitt jew telf f’kull perjodu sabiex ikun jirrifletti s-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni pprovduti taħt il-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’dak il-perjodu (ara l-paragrafi 44(e), 45(e) u 66(e)). L-ammont jiġi ddeterminat permezz ta’:

(a) 

identifikazzjoni tal-unitajiet ta’ kopertura fil-grupp. L-għadd ta’ unitajiet ta’ kopertura fi grupp huwa l-kwantità ta’ servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni pprovduti mill-kuntratti fil-grupp, iddeterminata billi jiġu kkunsidrati, għal kull kuntratt, il-kwantità tal-benefiċċji pprovduti taħt kuntratt u l-perjodu ta’ kopertura mistenni tiegħu;

(b) 

allokazzjoni tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali fi tmiem il-perjodu (qabel ir-rikonoxximent ta’ kwalunkwe ammont fi profitt jew telf sabiex ikun jirrifletti s-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni pprovduti fil-perjodu) b’mod ugwali għal kull unità ta’ kopertura pprovduta fil-perjodu kurrenti u li mistennija tiġi pprovduta fil-futur;

(c) 

rikonoxximent fi profitt jew telf tal-ammont allokat għall-unitajiet ta’ kopertura pprovduti fil-perjodu.

B119A Sabiex jiġi applikat il-paragrafu B119, il-perjodu ta’ servizz ta’ redditu fuq l-investiment jew ta’ servizz relatat mal-investiment jintemm fid-data jew qabel id-data li fiha jkunu tħallsu l-ammonti kollha dovuti lid-detenturi tal-poloz attwali relatati ma’ dawk is-servizzi, mingħajr ma jitqiesu l-pagamenti lid-detenturi tal-poloz futuri inklużi fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu B68.

B119B Il-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni jistgħu jipprovdu servizz ta’ redditu fuq l-investiment jekk, u biss jekk:

(a) 

ikun jeżisti komponent ta’ investiment, jew id-detentur tal-polza jkollu dritt li jirtira ammont;

(b) 

l-entità tistenna li l-komponent jew l-ammont tal-investiment li d-detentur tal-polza jkollu d-dritt li jirtira jkun jinkludi redditu fuq l-investiment (ir-redditu fuq l-investiment jista’ jkun taħt iż-żero, pereżempju, f’ambjent b’rata tal-imgħax negattiva); u

(c) 

l-entità tistenna li twettaq attività ta’ investiment biex tiġġenera dak ir-redditu fuq l-investiment.

Kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma—rikonoxximent tal-irkupru tat-telf fuq kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti (il-paragrafi 66A – 66B)

B119C Il-paragrafu 66A japplika jekk, u biss jekk, il-kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmum jiġi konkluż qabel jew fl-istess żmien li jiġu rikonoxxuti l-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti onerużi.

B119D Sabiex tapplika l-paragrafu 66A, entità għandha tiddetermina l-aġġustament għall-marġni ta’ servizz kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u l-introjtu li jirriżulta billi timmultiplika:

(a) 

it-telf rikonoxxut fuq il-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti; u

(b) 

il-persentaġġ ta’ pretensjonijiet fuq il-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li l-entità tistenna li tirkupra mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

B119E Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14–22, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafi 66(c)(i)–(ii) u l-paragrafu 66A f’każijiet bħal dawn, l-entità għandha tapplika metodu sistematiku u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tat-telf rikonoxxut fuq il-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

B119F Wara li entità tkun stabbiliet komponent ta’ rkupru tat-telf bl-applikazzjoni tal-paragrafu 66B, l-entità għandha taġġusta l-komponent ta’ rkupru tat-telf biex ikun jirrifletti l-bidliet fil-komponent tat-telf ta’ grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti (ara l-paragrafi 50–52). L-ammont riportat tal-komponent ta’ rkupru tat-telf ma għandux jaqbeż il-porzjon tal-ammont riportat tal-komponent tat-telf tal-grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li l-entità tistenna li tirkupra mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

DĦUL MILL-ASSIGURAZZJONI (IL-PARAGRAFI 83 U 85)

B120 Id-dħul totali tal-assigurazzjoni għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni huwa l-korrispettiv għall-kuntratti, jiġifieri l-ammont ta’ primjums imħallsin lill-entità:

(a) 

aġġustati għal effett ta’ finanzjament; u

(b) 

mingħajr l-ebda komponent ta’ investiment.

B121 Il-paragrafu 83 jirrikjedi li l-ammont ta’ dħul mill-assigurazzjoni rikonoxxut f’perjodu jkun juri t-trasferiment tas-servizzi mwiegħda f’ammont li jkun jirrifletti l-korrispettiv li għalih l-entità mistennija tkun intitolata bi skambju għal dawk is-servizzi. Il-korrispettiv totali għal grupp ta’ kuntratti jkopri l-ammonti li ġejjin:

(a) 

ammonti relatati mal-provvista ta’ servizzi, li jinkludu:

(i) 

spejjeż ta’ servizzi tal-assigurazzjoni, minbarra kwalunkwe ammont li jirrigwardja l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju inkluż fi (ii) u kwalunkwe ammont allokat għall-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal;

(ia) 

ammonti relatati mat-taxxa fuq l-introjtu li jkunu imponibbli b’mod speċifiku lid-detentur ta’ polza;

(ii) 

l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, minbarra kwalunkwe ammont allokat għall-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal; u

(iii) 

il-marġni ta’ servizz kuntrattwali.

(b) 

ammonti relatati mal-flussi ta' flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni.

B122 Id-dħul mill-assigurazzjoni għal perjodu li jirrigwarda l-ammonti deskritti fil-paragrafu B121(a) jiġi determinat kif stabbilit fil-paragrafi B123–B124. Id-dħul mill-assigurazzjoni għal perjodu li jirrigwarda l-ammonti deskritti fil-paragrafu B121(b) jiġi determinat kif stabbilit fil-paragrafu B125.

B123 Bl-applikazzjoni tal-IFRS 15, meta entità tipprovdi servizzi, din tirtira r-rikonoxximent tal-obbligu ta’ prestazzjoni għal dawk is-servizzi u tirrikonoxxi d-dħul. B’mod konsistenti, bl-applikazzjoni tal-IFRS 17, meta entità tipprovdi servizzi f’perjodu, din tnaqqas l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għas-servizzi pprovduti u tirrikonoxxi d-dħul mill-assigurazzjoni. It-tnaqqis fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, li jwassal għal dħul mill-assigurazzjoni, jeskludi l-bidliet fl-obbligazzjoni li ma jirrigwardawx is-servizzi li mistennija jiġu koperti mill-korrispettiv riċevut mill-entità. Dawk il-bidliet huma:

(a) 

il-bidliet li ma jirrigwardawx is-servizzi pprovduti fil-perjodu, pereżempju:

(i) 

il-bidliet li jirriżultaw minn influss ta’ flus mill-primjums riċevuti;

(ii) 

il-bidliet li jirrigwardaw il-komponenti ta’ investiment fil-perjodu;

(iia) 

il-bidliet li jirriżultaw minn flussi ta’ flus minn self lid-detenturi ta’ poloz;

(iii) 

il-bidliet li jirrigwardjaw it-taxxi bbażati fuq it-tranżazzjonijiet miġbura f’isem partijiet terzi (bħal taxxi fuq il-primjums, taxxi fuq il-valur miżjud u taxxi fuq oġġetti u servizzi) (ara l-paragrafu B65(i));

(iv) 

l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni;

(v) 

il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu B125); u

(vi) 

l-irtirar tar-rikonoxximent tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lil parti terza.

(b) 

il-bidliet li jirrigwardaw is-servizzi, iżda li għalihom l-entità ma tistenna ebda korrispettiv, jiġifieri żidiet u tnaqqis fil-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal (ara l-paragrafu 47–52).

B123A Sa fejn entità tirtira r-rikonoxximent ta’ assi għall-flussi ta’ flus minbarra l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi 38(c)(ii) u B66A), din għandha tirrikonoxxi d-dħul mill-assigurazzjoni u l-ispejjeż tal-assigurazzjoni għall-ammont li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent f’dik id-data.

B124 Konsegwentement, id-dħul mill-assigurazzjoni għall-perjodu jista’ jiġi analizzat ukoll bħala t-total tal-bidliet fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fil-perjodu li jirrigwardja s-servizzi li għalihom l-entità tistenna li tirċievi korrispettiv. Dawk il-bidliet huma:

(a) 

l-ispejjeż tas-servizz tal-assigurazzjoni mġarrba fil-perjodu (imkejla fl-ammonti mistennija fil-bidu tal-perjodu), minbarra:

(i) 

l-ammonti allokati għall-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu 51(a);

(ii) 

ir-ripagamenti tal-komponenti tal-investiment;

(iii) 

l-ammonti li jirrigwardaw it-taxxi bbażati fuq it-tranżazzjonijiet miġbura f’isem partijiet terzi (bħal taxxi fuq il-primjums, taxxi fuq il-valur miżjud u taxxi fuq oġġetti u servizzi) (ara l-paragrafu B65(i));

(iv) 

l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu B125); u

(v) 

l-ammont relatat mal-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju (ara (b)).

(b) 

il-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, minbarra:

(i) 

il-bidliet inklużi fl-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 87;

(ii) 

il-bidliet li jaġġustaw il-marġni ta’ servizz kuntrattwali minħabba li jirrigwardaw servizz futur bl-applikazzjoni tal-paragrafi 44(c) u 45(c); u

(iii) 

l-ammonti allokati għall-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal bl-applikazzjoni tal-paragrafu 51(b).

(c) 

l-ammont tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali rikonoxxut fi profitt jew telf fil-perjodu, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 44(e) u 45(e);

(d) 

ammonti oħrajn, jekk ikun hemm, pereżempju, aġġustamenti tal-esperjenza għal irċevuti ta’ primjums minbarra dawk li jirrigwardjaw servizz futur (ara l-paragrafu B96(a)).

B125 Entità għandha tiddetermina d-dħul mill-assigurazzjoni relatat mal-flussi ta' flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni billi talloka l-porzjon tal-primjums li jirrigwardjaw l-irkupru ta’ dawk il-flussi ta’ flus għal kull perjodu ta’ rapportar b’mod sistematiku fuq il-bażi tal-mogħdija taż-żmien. Entità għandha tirrikonoxxi l-istess ammont bħala spejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni.

B126 Meta entità tapplika l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum imsemmi fil-paragrafi 55-58, id-dħul mill-assigurazzjoni għall-perjodu jkun l-ammont ta’ primjum li mistenni jiġi riċevut (minbarra kwalunkwe komponent ta’ investiment u aġġustat sabiex ikun jirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju, jekk ikun applikabbli, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 56) allokat għall-perjodu. L-entità għandha talloka r-riċevuti tal-primjum mistennija għal kull perjodu tas-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni:

(a) 

abbażi tal-mogħdija taż-żmien; iżda

(b) 

jekk il-mudell mistenni ta’ ħelsien mir-riskju matul il-perjodu ta’ kopertura jkun differenti b’mod sinifikanti mill-mogħdija taż-żmien, mela fuq il-bażi tat-twaqqit mistenni tal-ispejjeż imġarrba mis-servizz tal-assigurazzjoni.

B127 Entità għandha tbiddel il-bażi tal-allokazzjoni bejn il-paragrafi B126(a) u B126(b), kif meħtieġ, jekk jinbidlu l-fatti u ċ-ċirkustanzi.

INTROJTU JEW SPEJJEŻ TAL-FINANZJAMENT TAL-ASSIGURAZZJONI (IL-PARAGRAFI 87-92)

B128 Il-paragrafu 87 jirrikjedi li entità tinkludi fl-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni l-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u tar-riskju finanzjarju u l-bidliet fihom. Għall-finijiet tal-IFRS 17:

(a) 

is-suppożizzjonijiet dwar l-inflazzjoni abbażi ta’ indiċi tal-prezzijiet jew tar-rati jew abbażi tal-prezzijiet tal-assi b’redditi marbuta mal-inflazzjoni huma suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju;

(b) 

is-suppożizzjonijiet dwar l-inflazzjoni abbażi tal-aspettattiva tal-entità ta’ bidliet speċifiċi fil-prezzijiet mhumiex suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju; u

(c) 

il-bidliet fil-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni kkawżati minn bidliet fil-valur tal-entrati sottostanti (esklużi ż-żidiet u l-irtirar) huma bidliet li jirriżultaw mill-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u tar-riskju finanzjarju u l-bidliet fihom.

B129 Il-paragrafi 88-89 jirrikjedu li entità tagħmel għażla ta’ politika tal-kontabbiltà dwar jekk tiddiżaggregax l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu bejn profitt jew telf u introjtu ieħor Entità għandha tapplika l-għażla tal-politika tal-kontabbiltà tagħha għall-portafolji ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Fil-valutazzjoni tal-politika tal-kontabbiltà xierqa għal portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 13 tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbbiltà u Erruri, l-entità għandha tqis, għal kull portafoll, l-assi li żżomm l-entità u kif hija tikkontabbilizza dawk l-assi.

B130 Jekk japplika l-paragrafu 88(b), entità għandha tinkludi fi profitt jew telf ammont determinat permezz ta’ allokazzjoni sistematika tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament totali mistennija matul id-durata tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. F’dan il-kuntest, allokazzjoni sistematika hija allokazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament totali mistennija ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni matul id-durata tal-grupp li:

(a) 

hija bbażata fuq il-karatteristiki tal-kuntratti, mingħajr referenza għal fatturi li ma jaffettwawx il-flussi ta’ flus li mistennija jirriżultaw skont il-kuntratti. Pereżempju, l-allokazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament ma għandhiex tkun ibbażata fuq ir-redditi rikonoxxuti mistennija fuq l-assi jekk dawk ir-redditi rikonoxxuti mistennija ma jaffettwawx il-flussi ta’ flus tal-kuntratti fil-grupp;

(b) 

tirriżulta fl-ammonti rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv matul id-durata tal-grupp ta’ kuntratti li jammontaw għal żero. L-ammont kumulattiv rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fi kwalunkwe data huwa d-differenza bejn l-ammont riportat tal-grupp ta’ kuntratti u l-ammont li l-grupp jitkejjel fih meta tiġi applikata l-allokazzjoni sistematika.

B131 Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bidliet għalihom fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju ma jkollhom ebda effett sostanzjali fuq l-ammonti li jitħallsu lid-detentur tal-polza, l-allokazzjoni sistematika tiġi determinata bl-użu tar-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(e)(i).

B132 Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bidliet għalihom fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju ma jkollhom ebda effett sostanzjali fuq l-ammonti li jitħallsu lid-detenturi ta’ poloz:

(a) 

allokazzjoni sistematika għall-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament li jirriżultaw mill-istimi tal-flussi futuri ta’ flus tista’ tiġi determinata b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i) 

bl-użu ta’ rata li talloka l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament riveduti li mistennija jifdal matul id-durata li jifdal tal-grupp ta’ kuntratti b’rata kostanti; jew

(ii) 

għal kuntratti li jużaw rata tal-ikkreditar sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti dovuti lid-detenturi ta’ poloz—bl-użu ta’ allokazzjoni li hija bbażata fuq l-ammonti kkreditati fil-perjodu u li mistennija jiġu kkreditati fil-perjodi futuri.

(b) 

allokazzjoni sistematika għall-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament li jirriżultaw mill-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, jekk jiġu diżaggregati separatament minn bidliet oħrajn fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju bl-applikazzjoni tal-paragrafu 81, tiġi determinata bl-użu ta’ allokazzjoni konsistenti ma’ dik użata għall-allokazzjoni għall-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament li jirriżultaw mill-flussi futuri ta’ flus;

(c) 

allokazzjoni sistematika għall-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament li jirriżultaw mill-marġni ta’ servizz kuntrattwali tiġi determinata:

(i) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma għandhomx aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, bl-użu tar-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(b); u

(ii) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, bl-użu ta’ allokazzjoni konsistenti ma’ dik użata għall-allokazzjoni għall-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament li jirriżultaw mill-flussi futuri ta’ flus.

B133 Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum għall-kuntratti tal-assigurazzjoni deskritti fil-paragrafi 53–59, entità tista’ tkun meħtieġa, jew tista’ tagħżel, li tnaqqas l-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba. F’każijiet bħal dawn, din tista’ tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu 88(b). Jekk l-entità tagħmel din l-għażla, din għandha tiddetermina l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fi profitt jew telf billi tuża r-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu B72(e)(iii).

B134 Il-paragrafu 89 japplika jekk entità, b’għażla tagħha jew minħabba li tkun meħtieġa tagħmel hekk, iżżomm l-entrati sottostanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni. Jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu 89(b), din għandha tinkludi fi profitt jew telf l-introjtu jew l-ispejjeż li jaqblu eżattament mal-introjtu jew l-ispejjeż inklużi fi profitt jew telf għall-entrati sottostanti, li jirriżultaw fl-effett nett tal-entrati ppreżentati separatament bħala żero.

B135 Entità tista’ tikkwalifika għall-għażla ta’ politika tal-kontabbiltà fil-paragrafu 89 f’xi perjodi, iżda mhux f’oħrajn, minħabba bidla f’jekk iżżommx l-entrati sottostanti. Jekk isseħħ bidla bħal din, l-għażla tal-politika tal-kontabbiltà disponibbli għall-entità tinbidel minn dik stabbilita fil-paragrafu 88 għal dik stabbilita fil-paragrafu 89, jew viċi versa. B’hekk, entità tista’ tbiddel il-politika tal-kontabbiltà tagħha bejn dik stabbilita fil-paragrafu 88(b) u dik stabbilita fil-paragrafu 89(b). Meta tagħmel bidla bħal din, entità għandha:

(a) 

tinkludi l-ammont akkumulat li kien inkluż diġà f’introjtu ieħor komprensiv sad-data tal-bidla bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni fi profitt jew telf fil-perjodu ta’ bidla u f’perjodi futuri, kif ġej:

(i) 

jekk l-entità tkun preċedentement applikat il-paragrafu 88(b)—l-entità għandha tinkludi fi profitt jew telf l-ammont akkumulat inkluż f’introjtu ieħor komprensiv qabel il-bidla daqslikieku l-entità kienet qed tissokta bl-approċċ imsemmi fil-paragrafu 88(b) abbażi tas-suppożizzjonijiet li kienu japplikaw immedjatament qabel il-bidla; u

(ii) 

jekk l-entità tkun preċedentement applikat il-paragrafu 89(b)—l-entità għandha tinkludi fi profitt jew telf l-ammont akkumulat inkluż f’introjtu ieħor komprensiv qabel il-bidla daqs li kieku l-entità kienet qed tissokta bl-approċċ imsemmi fil-paragrafu 89(b) abbażi tas-suppożizzjonijiet li kienu japplikaw immedjatament qabel il-bidla.

(b) 

ma tirridikjarax l-informazzjoni komparattiva tal-perjodu preċedenti.

B136 Meta tapplika l-paragrafu B135(a), entità ma għandhiex tikkalkula mill-ġdid l-ammont akkumulat li kien diġà inkluż f’introjtu ieħor komprensiv daqslikieku d-diżaggregazzjoni l-ġdida kienet applikata dejjem; u s-suppożizzjonijiet użati għar-riklassifikazzjoni f’perjodi futuri ma għandhomx jiġu aġġornati wara d-data tal-bidla.

L-EFFETT TAL-Istimi tal-kontabbiltà MAGĦMULA F’RAPPORTI FINANZJARJI INTERIM

B137 Jekk entità tipprepara rapporti finanzjarji interim billi tapplika l-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim, l-entità għandha tagħmel għażla ta’ politika tal-kontabbiltà dwar jekk tbiddilx it-trattament tal-istimi tal-kontabbiltà li jkunu saru f’rapporti finanzjarji interim preċedenti meta tapplika l-IFRS 17 f’rapporti finanzjarji interim sussegwenti u fil-perjodu ta’ rapportar annwali. L-entità għandha tapplika l-għażla tal-politika tal-kontabbiltà tagħha għall-gruppi kollha ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa minnha u għall-gruppi ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma minnha.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika l-IFRS 17 għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 17 aktar kmieni, din għandha tiddivulga dak il-fatt. L-applikazzjoni bikrija hija permessa għall-entitajiet li japplikaw l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17 jew qabel.

C2 Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fil-paragrafi C1 u C3–C33:

(a) 

id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih entità tapplika l-IFRS 17 għall-ewwel darba; u

(b) 

id-data tat-tranżizzjoni hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

C2A  Applikazzjoni Inizjali tal-IFRS 17 u l-IFRS 9 — Informazzjoni Komparattiva, maħruġ f’Diċembru 2021, żied il-paragrafi C28A-C28E u C33A. Entità li tagħżel li tapplika l-paragrafi C28A-C28E u C33A għandha tapplikahom mal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17.

TRANŻIZZJONI

C3 Sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel hekk, jew jekk japplika l-paragrafu C5A, entità għandha tapplika l-IFRS 17 b’mod retrospettiv, ħlief li:

(a) 

entità mhijiex meħtieġa tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva mitluba mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbbiltà u Erruri; u

(b) 

entità ma għandhiex tapplika l-għażla fil-paragrafu B115 għal perjodi qabel id-data ta’ tranżizzjoni. Entità tista’ tapplika l-għażla fil-paragrafu B115 b’mod prospettiv fid-data ta’ tranżizzjoni jew wara jekk, u biss jekk, l-entità tiddeżinja relazzjonijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskji fid-data meta tapplika l-għażla jew qabel dik id-data.

C4 Sabiex tapplika l-IFRS 17 b’mod retrospettiv, entità għandha fid-data ta’ tranżizzjoni:

(a) 

tidentifika, tirrikonoxxi u tkejjel kull grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni daqslikieku l-IFRS 17 kien japplika dejjem;

(aa) 

tidentifika, tirrikonoxxi u tkejjel kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni daqslikieku l-IFRS 17 kien applikat dejjem (ħlief li entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ rkupru fil-paragrafu 28E qabel id-data ta’ tranżizzjoni);

(b) 

tirtira r-rikonoxximent ta’ kwalunkwe bilanċ eżistenti li ma kienx jeżisti kieku l-IFRS 17 kien japplika dejjem; u

(c) 

tirrikonoxxi kwalunkwe differenza netta li tirriżulta f’ekwità.

C5 Jekk, u biss jekk, ikun imprattikabbli għal entità li tapplika l-paragrafu C3 għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, entità għandha tapplika l-approċċi li ġejjin minflok tapplika l-paragrafu C4(a):

(a) 

l-approċċ retrospettiv modifikat fil-paragrafi C6-C19A, soġġett għall-paragrafu C6(a); jew

(b) 

l-approċċ tal-valur ġust fil-paragrafi C20-C24B.

C5A Minkejja l-paragrafu C5, entità tista’ tagħżel li tapplika l-approċċ tal-valur ġust imsemmi fil-paragrafi C20–C24B għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni li għalihom tista’ tapplika l-IFRS 17 b’mod retrospettiv jekk, u biss jekk:

(a) 

l-entità tagħżel li tapplika l-għażla ta’ mitigazzjoni tar-riskji fil-paragrafu B115 għall-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’mod prospettiv mid-data ta’ tranżizzjoni; u

(b) 

l-entità tkun użat derivattivi, strumenti finanzjarji nonderivattivi mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jew kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma biex jiġi mitigat ir-riskju finanzjarju li jirriżulta mill-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kif speċifikat fil-paragrafu B115, qabel id-data ta’ tranżizzjoni.

C5B Jekk, u biss jekk, ikun imprattikabbli li entità tapplika l-paragrafu C4(aa) għal assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni, l-entità għandha tapplika l-approċċi li ġejjin biex tkejjel l-assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni:

(a) 

l-approċċ retrospettiv modifikat fil-paragrafi C14B–C14D u C17A, soġġett għall-paragrafu C6(a); jew

(b) 

l-approċċ tal-valur ġust fil-paragrafi C24A–C24B.

Approċċ retrospettiv modifikat

C6 L-objettiv tal-approċċ retrospettiv modifikat huwa li jinkiseb l-eqreb eżitu possibbli għal applikazzjoni retrospettiva billi tintuża l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv. Għaldaqstant, fl-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ, entità għandha:

(a) 

tuża informazzjoni raġonevoli u sostnuta. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tikseb l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta meħtieġa sabiex tapplika l-approċċ retrospettiv modifikat, din għandha tapplika l-approċċ tal-valur ġust;

(b) 

timmassimizza l-użu tal-informazzjoni li kienet tintuża sabiex jiġi applikat approċċ kompletament retrospettiv, iżda jeħtieġ biss li tuża l-informazzjoni disponibbli mingħajr kost jew sforz eċċessiv.

C7 Il-paragrafi C9–C19A jistabbilixxu l-modifiki permessi għall-applikazzjoni retrospettiva fl-oqsma li ġejjin:

(a) 

il-valutazzjonijiet tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li kienu jsiru fid-data tal-bidu jew tar-rikonoxximent inizjali;

(b) 

l-ammonti relatati mal-marġini kuntrattwali tas-servizz jew mal-komponent tat-telf għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni;

(c) 

l-ammonti relatati mal-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew mal-komponent tat-telf għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni; u

(d) 

l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni.

C8 Sabiex tilħaq l-objettiv tal-approċċ retrospettiv modifikat, entità hija permessa tuża kull modifika fil-paragrafi C9–C19A biss sal-punt li ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u sostnuta sabiex tapplika approċċ retrospettiv.

Valutazzjonijiet fil-bidu jew rikonoxximent inizjali

C9 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina l-kwistjonijiet li ġejjin bl-użu tal-informazzjoni disponibbli fid-data tat-tranżizzjoni:

(a) 

kif jiġu identifikati l-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14–24;

(b) 

jekk kuntratt tal-assigurazzjoni jissodisfax id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B101–B109;

(c) 

kif jiġu identifikati l-flussi ta’ flus diskrezzjonarji għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B98–B100; u

(d) 

jekk kuntratt ta’ investiment jissodisfax id-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 71.

C9A Sa fejn huwa permess mill-paragrafu C8, entità għandha tikklassifika bħala obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba obbligazzjoni għas-saldu tal-pretensjonijiet imġarrba qabel kien akkwiżit kuntratt tal-assigurazzjoni fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jifformawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3.

C10 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità ma għandhiex tapplika l-paragrafu 22 sabiex taqsam il-gruppi f’dawk li ma jinkludux kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin.

Determinazzjoni tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew tal-komponent tat-telf għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni

C11 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, għal kuntratti mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, entità għandha tiddetermina l-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal (ara l-paragrafi 49–52) fid-data ta’ tranżizzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafi C12–C16C.

C12 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tistma l-flussi futuri ta’ flus fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bħala l-ammont tal-flussi futuri ta’ flus fid-data tat-tranżizzjoni (jew f’data aktar kmieni, jekk il-flussi futuri ta’ flus f’dik id-data aktar kmieni jkunu jistgħu jiġu determinati b’mod retrospettiv, bl-applikazzjoni tal-paragrafu C4(a)), aġġustati bil-flussi ta’ flus li huma magħrufa li seħħew bejn id-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u d-data tat-tranżizzjoni (jew data aktar kmieni). Il-flussi ta’ flus li huma magħrufa li seħħew jinkludu l-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti li ma baqgħux jeżistu qabel id-data tat-tranżizzjoni.

C13 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina r-rati ta’ skont li applikaw fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (jew sussegwentement):

(a) 

bl-użu ta’ kurva tar-rendiment osservabbli li, għal mill-inqas tliet snin immedjatament qabel id-data tat-tranżizzjoni, tapprossimizza l-kurva tar-rendiment billi tapplika l-paragrafi 36 u B72–B85, jekk tkun teżisti tali kurva tar-rendiment osservabbli;

(b) 

jekk il-kurva tar-rendiment osservabbli msemmija fil-paragrafu (a) ma tkunx teżisti, tistma r-rati ta’ skont li kienu japplikaw fid-data tar-rikonoxximent inizjali (jew sussegwentement) billi tiddetermina firxa medja bejn kurva tar-rendiment osservabbli u l-kurva tar-rendiment stmata bl-applikazzjoni tal-paragrafi 36 u B72–B85 u bl-applikazzjoni ta’ dik il-firxa għal dik il-kurva tar-rendiment osservabbli. Dik il-firxa għandha tkun medja fuq mill-inqas tliet snin immedjatament qabel id-data ta’ tranżizzjoni.

C14 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (jew sussegwentement) billi taġġusta l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju fid-data ta’ tranżizzjoni permezz tal-ħelsien mir-riskju mistenni qabel id-data ta’ tranżizzjoni. Il-ħelsien mir-riskju mistenni għandu jiġi determinat permezz ta’ referenza għall-ħelsien mir-riskju għal kuntratti tal-assigurazzjoni simili li l-entità toħroġ fid-data ta’ tranżizzjoni.

C14A Billi tapplika l-paragrafu B137, entità tista’ tagħżel li ma tbiddilx it-trattament tal-istimi tal-kontabbiltà magħmula f’rapporti finanzjarji interim preċedenti. Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, tali entità għandha tiddetermina l-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew il-komponent tat-telf fid-data ta’ tranżizzjoni daqslikieku l-entità ma kinitx ħejjiet rapporti finanzjarji interim qabel id-data ta’ tranżizzjoni.

C14B Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tuża l-istess metodu sistematiku u razzjonali li hija tistenna li tuża wara d-data ta’ tranżizzjoni meta tapplika l-paragrafu 28A biex talloka kwalunkwe flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni mħallsa (jew li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta obbligazzjoni bl-applikazzjoni ta’ Standard tal-IFRS ieħor) qabel id-data ta’ tranżizzjoni (eskluż kwalunkwe ammont li jirrigwardja kuntratti tal-assigurazzjoni li ma baqgħux jeżistu qabel id-data ta’ tranżizzjoni) għal:

(a) 

gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jiġu rikonoxxuti fid-data ta’ tranżizzjoni; u

(b) 

gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li huma mistennija li jiġu rikonoxxuti wara d-data ta’ tranżizzjoni.

C14C Il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jitħallsu qabel id-data ta’ tranżizzjoni li huma allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fid-data ta’ tranżizzjoni jaġġustaw il-marġni ta’ servizz kuntrattwali ta’ dak il-grupp, sa fejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni li mistennija jkunu fil-grupp ikunu ġew rikonoxxuti f’dik id-data (ara l-paragrafi 28C u B35C). Flussi ta’ flus oħrajn mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jkunu tħallsu qabel id-data ta’ tranżizzjoni, inklużi dawk allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li huma mistennija jiġu rikonoxxuti wara d-data ta’ tranżizzjoni, huma rikonoxxuti bħala assi, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28B.

C14D Jekk entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u sostnuta biex tapplika l-paragrafu C14B, l-entità għandha tiddetermina l-ammonti li ġejjin bħala żero fid-data ta’ tranżizzjoni:

(a) 

l-aġġustament għall-marġini ta’ servizz kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fid-data ta’ tranżizzjoni u kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jirrigwardjaw dak il-grupp; u

(b) 

l-assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li mistennija jiġu rikonoxxuti wara d-data ta’ tranżizzjoni.

C15 Jekk l-applikazzjoni tal-paragrafi C12–C14D tirriżulta f’marġni ta’ servizz kuntrattwali fid-data tar-rikonoxximent inizjali, sabiex tiddetermina l-marġni ta’ servizz kuntrattwali fid-data ta’ tranżizzjoni, entità għandha:

(a) 

jekk l-entità tapplika C13 sabiex tistma r-rati ta’ skont li japplikaw mar-rikonoxximent inizjali, tuża dawk ir-rati sabiex takkumula l-imgħax fuq il-marġni ta’ servizz kuntrattwali; u

(b) 

sa fejn permess mill-paragrafu C8, tiddetermina l-ammont tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali rikonoxxut fi profitt jew telf minħabba t-trasferiment tas-servizzi qabel id-data tat-tranżizzjoni, billi tqabbel l-unitajiet ta’ kopertura li jifdal f’dik id-data mal-unitajiet ta’ kopertura pprovduti taħt il-grupp ta’ kuntratti qabel id-data tat-tranżizzjoni (ara l-paragrafu B119).

C16 Jekk l-applikazzjoni tal-paragrafi C12–C14D tirriżulta f’komponent ta’ telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fid-data tar-rikonoxximent inizjali, entità għandha tiddetermina kwalunkwe ammont allokat għall-komponent tat-telf qabel id-data ta’ tranżizzjoni billi tapplika l-paragrafi C12–C14D u billi tuża bażi sistematika ta’ allokazzjoni.

C16A Għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li jipprovdi kopertura għal grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u li jkun ġie konkluż qabel jew fl-istess ħin li nħarġu l-kuntratti tal-assigurazzjoni, entità għandha tistabbilixxi komponent ta’ rkupru tat-telf tal-assi għal kopertura li jifdal fid-data ta’ tranżizzjoni (ara l-paragrafi 66A–66B). Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina l-komponent ta’ rkupru tat-telf billi timmultiplika:

(a) 

il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti fid-data ta’ tranżizzjoni (ara l-paragrafi C16 u C20); u

(b) 

il-persentaġġ ta’ pretensjonijiet għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li l-entità tistenna li tirkupra mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

C16B Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14–22, fid-data ta’ tranżizzjoni, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafu C16A f’każijiet bħal dawn, entità għandha tuża bażi sistematika u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tal-komponent tat-telf tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwarda l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

C16C Jekk entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u sostnuta biex tapplika l-paragrafu C16A, l-entità ma għandhiex tidentifika komponent ta’ rkupru tat-telf għall-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

Determinazzjoni tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew tal-komponent tat-telf għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni

C17 Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, għall-kuntratti b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, entità għandha tiddetermina l-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fid-data tat-tranżizzjoni bħala:

(a) 

il-valur ġust totali tal-entrati sottostanti f’dik id-data; mingħajr

(b) 

il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni f’dik id-data; li magħhom jiżdied jew minnhom jitnaqqas

(c) 

aġġustament għal:

(i) 

l-ammonti li l-entità titlob mid-detenturi ta’ poloz (inklużi l-ammonti mnaqqsin mill-entrati sottostanti) qabel dik id-data;

(ii) 

l-ammonti mħallsin qabel dik id-data li ma kinux ivarjaw abbażi tal-entrati sottostanti;

(iii) 

il-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju kkawżata mill-ħelsien mir-riskju qabel dik id-data. L-entità għandha tistma dan l-ammont b’referenza għall-ħelsien mir-riskju għal kuntratti tal-assigurazzjoni simili li toħroġ l-entità fid-data tat-tranżizzjoni;

(iv) 

il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni mħallsa (jew li għalihom ġiet rikonoxxuta obbligazzjoni bl-applikazzjoni ta’ Standard tal-IFRS ieħor) qabel id-data ta’ tranżizzjoni li huma allokati lill-grupp (ara l-paragrafu C17A).

(d) 

jekk (a)–(c) jirriżultaw f’marġni ta’ servizz kuntrattwali—mingħajr l-ammont tal-marġni ta’ servizz kuntrattwali li jirrigwarda s-servizzi pprovduti qabel dik id-data. It-total ta’ (a)–(c) huwa indikatur għall-marġni ta’ servizz kuntrattwali totali għas-servizzi kollha li jridu jiġu pprovduti taħt il-grupp ta’ kuntratti, jiġifieri qabel kwalunkwe ammont li kien jkun rikonoxxut fi profitt jew telf għas-servizzi pprovduti. L-entità għandha testima l-ammonti li kienu jkunu rikonoxxuti fi profitt jew telf għas-servizzi pprovduti billi tqabbel l-unitajiet ta’ kopertura li jifdal fid-data tat-tranżizzjoni mal-unitajiet ta’ kopertura pprovduti taħt il-grupp ta’ kuntratti qabel id-data tat-tranżizzjoni; jew

(e) 

jekk (a)–(c) jirriżultaw f’komponent ta’ telf—taġġusta l-komponent ta’ telf għal żero u żżid l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, minbarra l-komponent ta’ telf, bl-istess ammont.

C17A Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tapplika l-paragrafi C14B–C14D biex tirrikonoxxi assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni, u kwalunkwe aġġustament fil-marġni ta’ servizz kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu C17(c)(iv)).

Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni

C18 Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li, bl-applikazzjoni tal-paragrafu C10, jinkludu kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin:

(a) 

entità hija permessa tiddetermina r-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp speċifikat fil-paragrafi B72(b)-B72(e)(ii) u r-rati ta’ skont fid-data tal-pretensjoni mġarrba speċifikata fil-paragrafu B72(e)(iii) fid-data ta’ tranżizzjoni minflok fid-data tar-rikonoxximent inizjali jew tal-pretensjoni mġarrba

(b) 

jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn l-ammonti inklużi fi profitt jew telf u l-ammonti inklużi f’introjtu ieħor komprensiv, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 88(b) jew 89(b), ikun meħtieġ li l-entità tiddetermina l-ammont kumulattiv tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fid-data tat-tranżizzjoni sabiex tapplika l-paragrafu 91(a) f’perjodi futuri. L-entità hija permessa tiddetermina dak l-ammont kumulattiv billi tapplika l-paragrafu C19(b) jew:

(i) 

bħala żero, sakemm ma japplikax (ii); u

(ii) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni li għalihom japplika l-paragrafu B134, bħala ugwali għall-ammont kumulattiv rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fuq l-entrati sottostanti.

C19 Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jinkludux kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin:

(a) 

jekk entità tapplika l-paragrafu C13 sabiex tistma r-rati ta’ skont li applikaw mar-rikonoxximent inizjali (jew sussegwentement), din għandha tiddetermina wkoll ir-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafi B72(b)–B72(e) bl-applikazzjoni tal-paragrafu C13; u

(b) 

jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn l-ammonti inklużi fi profitt jew telf u l-ammonti inklużi f’introjtu ieħor komprensiv, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 88(b) jew 89(b), ikun meħtieġ li l-entità tiddetermina l-ammont kumulattiv tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fid-data tat-tranżizzjoni sabiex tapplika l-paragrafu 91(a) f’perjodi futuri. L-entità għandha tiddetermina dak l-ammont kumulattiv:

(i) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom entità tapplika l-metodi ta’ allokazzjoni sistematika stabbiliti fil-paragrafu B131—jekk l-entità tapplika l-paragrafu C13 sabiex tistma r-rati ta’ skont mar-rikonoxximent inizjali—billi tuża r-rati ta’ skont li kienu japplikaw fid-data tar-rikonoxximent inizjali, bl-applikazzjoni wkoll tal-paragrafu C13;

(ii) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom entità tapplika l-metodi ta’ allokazzjoni sistematika stabbiliti fil-paragrafu B132—abbażi li s-suppożizzjonijiet li huma relatati mar-riskju finanzjarju li kien japplika fid-data tar-rikonoxximent inizjali, huma dawk li japplikaw fid-data tat-tranżizzjoni, jiġifieri bħala żero;

(iii) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom entità tapplika l-metodi ta’ allokazzjoni sistematika stabbiliti fil-paragrafu B133—jekk l-entità tapplika l-paragrafu C13 sabiex tistma r-rati ta’ skont mar-rikonoxximent inizjali (jew sussegwentement)—billi tuża r-rati ta’ skont li kienu japplikaw fid-data tal-pretensjoni mġarrba, bl-applikazzjoni wkoll tal-paragrafu C13; u

(iv) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni li għalihom japplika l-paragrafu B134—bħala ugwali għall-ammont kumulattiv rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv fuq l-entrati sottostanti.

C19A Billi tapplika l-paragrafu B137, entità tista’ tagħżel li ma tbiddilx it-trattament tal-estimi kontabilistiċi magħmula f’rapporti finanzjarji interim preċedenti. Sa fejn ikun permess mill-paragrafu C8, tali entità għandha tiddetermina l-ammonti relatati mal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fid-data ta’ tranżizzjoni daqslikieku ma kinitx ippreparat rapporti finanzjarji interim qabel id-data ta’ tranżizzjoni.

Approċċ tal-valur ġust

C20 Sabiex tapplika l-approċċ tal-valur ġust, entità għandha tiddetermina l-marġni ta’ servizz kuntrattwali jew il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fid-data tat-tranżizzjoni bħala d-differenza bejn il-valur ġust ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’dik id-data u l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni mkejla f’dik id-data. Fid-determinazzjoni ta’ dak il-valur ġust, entità ma għandhiex tapplika l-paragrafu 47 tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust (li jirrigwarda l-aspetti ta’ ġbid bla avviż).

C20A Għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni li għalihom japplikaw il-paragrafi 66A–66B (mingħajr il-ħtieġa li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu B119C), entità għandha tiddetermina l-komponent ta’ rkupru tat-telf tal-assi għall-kopertura li jifdal fid-data ta’ tranżizzjoni billi timmultiplika:

(a) 

il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti fid-data ta’ tranżizzjoni (ara l-paragrafi C16 u C20); u

(b) 

il-persentaġġ ta’ pretensjonijiet għall-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li l-entità tistenna li tirkupra mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

C20B Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14–22, fid-data ta’ tranżizzjoni, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafu C20A f’każijiet bħal dawn, entità għandha tuża bażi sistematika u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tal-komponent tat-telf tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma.

C21 Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, entità tista’ tapplika l-paragrafu C22 sabiex tiddetermina:

(a) 

kif jiġu identifikati l-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14–24;

(b) 

jekk kuntratt tal-assigurazzjoni jissodisfax id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B101–B109;

(c) 

kif jiġu identifikati l-flussi ta’ flus diskrezzjonarji għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr aspetti diretti tal-parteċipazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafi B98–B100; u

(d) 

jekk kuntratt ta’ investiment jissodisfax id-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 71.

C22 Entità tista’ tagħżel li tiddetermina l-kwistjonijiet fil-paragrafu C21 bl-użu ta’:

(a) 

informazzjoni raġonevoli u sostnuta għal dak li l-entità kienet tiddetermina fid-dawl tat-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet tas-suq fid-data tal-bidu jew tar-rikonoxximent inizjali, kif xieraq; jew

(b) 

informazzjoni raġonevoli u sostnuta disponibbli fid-data ta’ tranżizzjoni.

C22A Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, entità tista’ tagħżel li tikklassifika bħala obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba obbligazzjoni għas-saldu tal-pretensjonijiet imġarrba qabel kien akkwiżit kuntratt tal-assigurazzjoni fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jiffurmawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 3.

C23 Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, entità mhijiex meħtieġa tapplika l-paragrafu 22 u tista’ tinkludi fi grupp il-kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin. Entità għandha taqsam il-gruppi biss f’dawk li jinkludu biss kuntratti maħruġa fi żmien sena (jew inqas) jekk hija jkollha informazzjoni raġonevoli u sostnuta sabiex tagħmel il-qasma. Irrispettivament minn jekk entità tapplikax il-paragrafu 22, din hija permessa tiddetermina r-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp speċifikat fil-paragrafi B72(b)-B72(e)(ii) u r-rati ta’ skont fid-data tal-pretensjoni mġarrba speċifikata fil-paragrafu B72(e)(iii) fid-data tat-tranżizzjoni, minflok fid-data tar-rikonoxximent inizjali jew tal-pretensjoni mġarrba.

C24 Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu ieħor komprensiv, din hija permessa tiddetermina l-ammont kumulattiv tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv fid-data tat-tranżizzjoni:

(a) 

b’mod retrospettiv—iżda biss jekk ikollha informazzjoni raġonevoli u sostnuta sabiex tagħmel dan; jew

(b) 

bħala żero—sakemm ma japplikax (c); u

(c) 

għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti diretti tal-parteċipazzjoni li għalihom japplika l-paragrafu B134—bħala ugwali għall-ammont kumulattiv rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv mill-entrati sottostanti.

Assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni

C24A Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust għal assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu C5B(b)), fid-data ta’ tranżizzjoni, entità għandha tiddetermina assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni f’ammont ugwali għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li l-entità ġġarrab fid-data ta’ tranżizzjoni għad-drittijiet sabiex jinkisbu:

(a) 

rkupri ta’ flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni minn primjums ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa qabel id-data ta’ tranżizzjoni iżda li ma ġewx rikonoxxuti fid-data ta’ tranżizzjoni;

(b) 

kuntratti tal-assigurazzjoni futuri li huma tiġdid ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fid-data ta’ tranżizzjoni u kuntratti tal-assigurazzjoni deskritti f’(a); u

(c) 

kuntratti tal-assigurazzjoni futuri, minbarra dawk f’(b), wara d-data ta’ tranżizzjoni mingħajr ma jerġgħu jitħallsu l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li l-entità tkun diġà ħallset u li huma direttament attribwibbli għall-portafoll relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni.

C24B Fid-data ta’ tranżizzjoni, l-entità għandha teskludi mill-kejl ta’ kwalunkwe grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni l-ammont ta’ kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni.

Informazzjoni komparattiva

C25 Minkejja r-referenza għall-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali fil-paragrafu C2(b), entità tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni komparattiva aġġustata billi tapplika l-IFRS 17 għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda ma tkunx meħtieġa tagħmel dan. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, ir-referenza għall-“bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali” fil-paragrafu C2(b) għandha tinqara bħala “l-bidu tal-aktar perjodu komparattiv aġġustat kmieni ppreżentat”.

C26 Entità mhijiex meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 93–132 għal kwalunkwe perjodu ppreżentat qabel il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali.

C27 Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata u divulgazzjonijiet għal kwalunkwe perjodu preċedenti, din għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddivulga li din iet ippreparata fuq bażi differenti u tispjega dik il-bażi.

C28 Entità ma għandhiex bżonn tiddivulga l-informazzjoni li ma kinitx ippubblikata qabel dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet li seħħ aktar kmieni minn ħames snin qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih hija tapplika l-IFRS 17 għall-ewwel darba. Madankollu, jekk entità ma tiddivulgax dik l-informazzjoni, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

Entitajiet li japplikaw l-IFRS 17 u l-IFRS 9 għall-ewwel darba fl-istess ħin

C28A Entità li tapplika l-IFRS 17 u l-IFRS 9 għall-ewwel darba fl-istess ħin titħalla tapplika l-paragrafi C28B-C28E (sovrappożizzjoni ta’ klassifikazzjoni) għall-fini tal-preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva dwar assi finanzjarju jekk l-informazzjoni komparattiva għal dak l-assi finanzjarju ma tkunx ġiet iddikjarata mill-ġdid għall-IFRS 9. Informazzjoni komparattiva għal assi finanzjarju ma tiġix iddikjarata mill-ġdid għall-IFRS 9 jekk l-entità tagħżel li ma terġax tiddikjara perjodi preċedenti (ara l-paragrafu 7.2.15 tal-IFRS 9), jew l-entità tiddikjara mill-ġdid perjodi preċedenti iżda l-assi finanzjarju jkun ġie rtirat mir-rikonoxximent matul dawk il-perjodi preċedenti (ara l-paragrafu 7.2.1 tal-IFRS 9).

C28B Entità li tapplika s-sovrappostazzjoni tal-klassifikazzjoni għal assi finanzjarju għandha tippreżenta informazzjoni komparattiva daqslikieku r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni u ta’ kejl tal-IFRS 9 kienu ġew applikati għal dak l-assi finanzjarju. L-entità għandha tuża informazzjoni raġonevoli u sostenibbli disponibbli fid-data ta’ tranżizzjoni (ara l-paragrafu C2(b)) biex tiddetermina kif l-entità tistenna li l-assi finanzjarju jiġi kklassifikat u mkejjel mal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9 (pereżempju, entità tista’ tuża valutazzjonijiet preliminari mwettqa biex tħejji għall-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9).

C28C Fl-applikazzjoni tal-klassifika sovrappostazzjoni għal assi finanzjarju, entità mhijiex meħtieġa tapplika r-rekwiżiti ta’ indeboliment fit-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9. Jekk, abbażi tal-klassifikazzjoni determinata bl-applikazzjoni tal-paragrafu C28B, l-assi finanzjarju jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ indeboliment fit-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9 iżda l-entità ma tapplikax dawk ir-rekwiżiti fl-applikazzjoni tal-kopertura tal-klassifikazzjoni, l-entità għandha tkompli tippreżenta kwalunkwe ammont rikonoxxut fir-rigward tal-indeboliment fil-perjodu preċedenti f’konformità mal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Inkella, kwalunkwe ammont bħal dan għandu jiġi rimborżat.

C28D Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti ta’ assi finanzjarju u l-ammont riportat fid-data ta’ tranżizzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi C28B-C28C għandha tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) fid-data ta’ tranżizzjoni.

C28E Entità li tapplika l-paragrafi C28B-C28D għandha:

(a) 

tiddivulga informazzjoni kwalitattiva li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jifhmu:

(i) 

il-punt sa fejn ġiet applikata s-sovrappostazzjoni tal-klassifikazzjoni (pereżempju, jekk ġietx applikata għall-assi finanzjarji kollha li r-rikonoxximent tagħhom ġie rtirat fil-perjodu komparattiv);

(ii) 

jekk ġewx applikati r-rekwiżiti ta’ indeboliment fit-Taqsima 5.5 tal-IFRS 9 u sa liema punt (ara l-paragrafu C28C);

(b) 

japplikaw biss dawk il-paragrafi għal informazzjoni komparattiva għal perjodi ta’ rapportar bejn id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRS 17 u d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17 (ara l-paragrafi C2 u C25); u

(c) 

fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 9, tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fl-IFRS 9 (ara t-Taqsima 7.2 tal-IFRS 9).

Rideżinjazzjoni ta’ assi finanzjarji

C29 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17, entità li tkun applikat l-IFRS 9 għal perjodi ta’ rapportar annwali qabel l-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17:

(a) 

tista’ tirrivaluta jekk assi finanzjarju eliġibbli jissodisfax il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.2(a) jew fil-paragrafu 4.1.2 A(a) tal-IFRS 9. Assi finanzjarju jkun eliġibbli biss jekk l-assi finanzjarju ma jinżammx fir-rigward ta’ attività li ma tkunx konnessa ma’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17. Eżempji ta’ assi finanzjarji li ma jkunux eliġibbli għal rivalutazzjoni huma l-assi finanzjarji miżmuma fir-rigward tal-attivitajiet bankarji jew l-assi finanzjarji miżmuma f’fondi li jirrigwardjaw il-kuntratti ta’ investiment li jkunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 17;

(b) 

għandha tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 ma tkunx għadha ssodisfata minħabba l-applikazzjoni tal-IFRS 17;

(c) 

tista’ tiddeżinja assi finanzjarju kif imkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk il-kundizzjoni fil-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 tkun issodisfata;

(d) 

tista’ tiddeżinja investiment fi strument ta’ ekwità fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv bl-applikazzjoni tal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9;

(e) 

tista’ tirrevoka d-deżinjazzjoni preċedenti tagħha ta’ investiment fi strument ta’ ekwità fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv bl-applikazzjoni tal-paragrafu 5.7.5 tal-IFRS 9.

C30 Entità għandha tapplika l-paragrafu C29 abbażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17. Entità għandha tapplika dawk id-deżinjazzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet b’mod retrospettiv. Meta tagħmel dan, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni rilevanti fl-IFRS 9. Id-data tal-applikazzjoni inizjali għal dak l-għan għandha titqies bħala li hija d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17.

C31 Entità li tapplika l-paragrafu C29 mhijiex meħtieġa tirridikjara l-perjodi preċedenti sabiex tirrifletti dawn il-bidliet fid-deżinjazzjonijiet jew fil-klassifikazzjonijiet. L-entità tista’ tirridikjara perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità tirridikjara l-perjodi preċedenti, ir-rapporti finanzjarji rridikjarati jridu jirriflettu r-rekwiżiti kollha tal-IFRS 9 għal dawk l-assi finanzjarji affettwati. Jekk entità ma tirridikjarax il-perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi, fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) fid-data tal-applikazzjoni inizjali, kwalunkwe differenza bejn:

(a) 

l-ammont riportat preċedenti ta’ dawk l-assi finanzjarji; u

(b) 

l-ammont riportat ta’ dawk l-assi finanzjarji fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

C32 Meta entità tapplika l-paragrafu C29, din għandha tiddivulga f’dak il-perjodu ta’ rapportar annwali għal dawk l-assi finanzjarji skont il-klassi:

(a) 

jekk japplika l-paragrafu C29(a)—il-bażi tagħha għad-determinazzjoni tal-assi finanzjarji eliġibbli;

(b) 

jekk japplika xi wieħed mill-paragrafi C29(a)–C29(e):

(i) 

il-kategorija tal-kejl u l-ammont riportat tal-assi finanzjarji affettwati determinati immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17; u

(ii) 

il-kategorija ġdida tal-kejl u l-ammont riportat tal-assi finanzjarji affettwati determinati wara l-applikazzjoni tal-paragrafu C29.

(c) 

jekk japplika l-paragrafu C29(b)—l-ammont riportat tal-assi finanzjarji fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li kienu preċedentement deżinjati kif imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bl-applikazzjoni tal-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9 u li ma għadhomx deżinjati hekk.

C33 Meta entità tapplika l-paragrafu C29, l-entità għandha tiddivulga f’dak il-perjodu ta’ rapportar annwali informazzjoni kwalitattiva li tippermetti lill-utenti ta’ rapporti finanzjarji jifhmu:

(a) 

kif din applikat il-paragrafu C29 għall-assi finanzjarji li l-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet mal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17;

(b) 

ir-raġunijiet għal kwalunkwe deżinjazzjoni jew irtirar tad-deżinjazzjoni ta’ assi finanzjarji kif imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bl-applikazzjoni tal-paragrafu 4.1.5 tal-IFRS 9; u

(c) 

għaliex l-entità waslet għal kwalunkwe konklużjoni differenti fil-valutazzjoni l-ġdida bl-applikazzjoni tal-paragrafi 4.1.2(a) jew 4.1.2 A(a) tal-IFRS 9.

C33A Għal assi finanzjarju li r-rikonoxximent tiegħu ġie rtirat bejn id-data ta’ tranżizzjoni u d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17, entità tista’ tapplika l-paragrafi C28B-C28E (sovrappożizzjoni ta’ klassifikazzjoni) għall-fini tal-preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva daqslikieku l-paragrafu C29 kien ġie applikat għal dak l-assi. Tali entità għandha tadatta r-rekwiżiti tal-paragrafi C28B-C28E sabiex il-klassifika sovrapposta tkun ibbażata fuq kif l-entità tistenna li l-assi finanzjarju jkun speċifikat bl-applikazzjoni tal-paragrafu C29 fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17.

IRTIRAR TA’ STANDARDS IFRS OĦRAJN

C34 L-IFRS 17 jissostitwixxi l-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, kif emendat fl-2020.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 1

Bidliet fl-Obbligazzjonijiet Eżistenti tad-Dekummissjonar, Restawr u Obbligazzjonijiet Simili

REFERENZI

— 
L-IFRS 16 Lokazzjonijiet
— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)
— 
L-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self
— 
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi (kif rivedut fl-2004)
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1 Bosta entitajiet għandhom obbligi li jżarmaw, ineħħu jew jirrestawraw entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir. F’din l-Interpretazzjoni, obbligi bħal dawn jissejħu “obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonar, restawr u obbligazzjonijiet simili”. Skont l-IAS 16, il-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir tinkludi l-istima inizjali tal-kostijiet taż-żarmar u tat-tneħħija tal-entrata u tar-restawr tas-sit fejn jinsab, obbligu li entità ġġarrab meta l-entrata tiġi akkwistata jew b’konsegwenza li tkun għamlet użu mill-entrata matul perjodu partikulari għal skopijiet li ma jinkludux il-produzzjoni ta’ inventarji matul dak il-perjodu. L-IAS 37 jinkludi r-rekwiżiti dwar kif jitkejlu obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar, ir-restawr u obbligazzjonijiet simili. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif tikkontabbilizza l-effett tal-bidliet fil-kejl ta’ obbligazzjonijiet tad-dekummissjonar, restawr jew obbligazzjonijiet simili eżistenti.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal bidliet fil-kejl ta' kull dekumissjonament, restawr jew obbligu eżistenti li huma kemm:

(a) 

rikonoxxuti bħala parti mill-kost ta’ entrata ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir f’konformità mal-IAS 16 jew bħala parti mill-kost ta’ assi bid-dritt tal-użu f’konformità mal-IFRS 16; kif ukoll

(b) 

rikonoxxuti bħala obbligazzjoni f’konformità mal-IAS 37.

Pereżempju, tista’ teżisti obbligazzjoni ta’ dekummissjonar, restawr jew obbligazzjoni simili għad-dekummissjonar ta’ impjant, ir-riabilitazzjoni ta’ ħsara ambjentali f’industriji ta’ estrazzjoni, jew it-tneħħija ta’ tagħmir.

KWISTJONI

3 Din l-Interpretazzjoni tindirizza kif jenħtieġ li l-effett tal-eventi li ġejjin li jbiddlu l-kejl ta’ obbligazzjoni ta’ dekummissjonar, restawr jew obbligazzjoni simili eżistenti jiġi kontabbilizzat:

(a) 

bidla fl-istima tal-fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jirrappreżentaw il-benefiċċji ekonomiċi (eż. flussi ta’ flus) meħtieġa għas-saldu tal-obbligu;

(b) 

bidla fir-rata ta’ skont ibbażata fuq is-suq kurrenti kif definit fil-paragrafu 47 tal-IAS 37 (dan jinkludi bidliet fil-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji speċifiċi għall-obbligazzjoni); u

(c) 

żieda li tirrifletti l-mogħdija taż-żmien (imsemmija wkoll treġġigħ lura tal-iskont).

KUNSENS

4 Bidliet fil-kejl ta’ obbligazzjoni ta’ dekummissjonar, restawr u obbligazzjoni simili eżistenti li jirriżultaw minn bidliet fl-istima tat-twaqqit jew tal-ammont ta’ flus ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jirrappreżentaw il-benefiċċji ekonomiċi meħtieġa biex jiġi saldat l-obbligu, jew bidla fir-rata ta’ skont, għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-paragrafi 5-7 hawn taħt.

5 Jekk l-assi relatat jitkejjel bl-użu tal-mudell tal-kost:

(a) 

soġġett għal (b), bidliet fl-obbligazzjoni għandhom jiżdiedu mal-kost tal-assi relatat fil-perjodu kurrenti, jew jitnaqqsu minnu;

(b) 

l-ammont imnaqqas mill-kost ta’ assi ma għandux jaqbeż l-ammont riportat tiegħu. Jekk tnaqqis fl-obbligazzjoni jaqbeż l-ammont riportat tal-assi, l-eċċess għandu jkun rikonoxxut immedjatament fi profitt jew telf;

(c) 

jekk l-aġġustament jirriżulta f’żieda mal-kost ta’ assi, l-entità għandha tqis jekk din hijiex indikazzjoni li l-ammont riportat il-ġdid tal-assi ma jkunx kompletament rekuperabbli. Jekk ikun hemm indikazzjoni bħal din, l-entità għandha tittestja l-assi għall-indeboliment billi tistma l-ammont rekuperabbli tagħha, u għandha tikkontabbilizza kwalunkwe telf minn indeboliment, f’konformità mal-IAS 36.

6 Jekk l-assi relatat jitkejjel bl-użu tal-mudell ta’ rivalwazzjoni:

(a) 

bidliet fl-obbligazzjoni jibdlu s-surplus jew id-defiċit ta’ rivalwazzjoni preċedentement rikonoxxut fuq dak l-assi, sabiex:

(i) 

tnaqqis fl-obbligazzjoni għandu (soġġett għal (b)) ikun rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv u jżid is-surplus ta’ rivalwazzjoni fl-ekwità, ħlief li għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf sal-punt li dan jirriversja defiċit ta’ rivalwazzjoni fuq l-assi li kien preċedentement rikonoxxut fi profitt jew telf;

(ii) 

żieda fl-obbligazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf, ħlief li għandha tiġi rikonoxxuta f’introjtu ieħor komprensiv u tnaqqas is-surplus ta’ rivalwazzjoni fl-ekwità sal-punt li jkun hemm kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu fis-surplus ta’ rivalwazzjoni relatat ma’ dak l-assi;

(b) 

fil-każ li tnaqqis fl-obbligazzjoni jaqbeż l-ammont riportat li kien jiġi rikonoxxut kieku l-assi kien riportat skont il-mudell tal-kost, l-eċċess għandu jiġi rikonoxxut immedjatament fi profitt jew telf;

(c) 

bidla fl-obbligazzjoni hija indikazzjoni li assi jista’ jkollu jiġi rivalwat sabiex ikun żgurat li l-ammont riportat ma jkunx materjalment differenti minn dak li kieku kellu jiġi determinat bl-użu tal-valur ġust fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Kwalunkwe rivalwazzjoni bħal din għandha titqies fid-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jkunu rikonoxxuti fi profitt jew telf jew f’introjtu ieħor komprensiv taħt (a). Jekk ikun hemm bżonn ta’ rivalwazzjoni, l-assi kollha ta’ dik il-klassi għandhom jiġu rivalwati;

(d) 

L-IAS 1 jirrikjedi divulgazzjoni fir-rapport tal-introjtu komprensiv ta’ kull komponent ta’ introjtu komprensiv ieħor jew spiża. Biex tkun konformi ma’ dan ir-rekwiżit, il-bidla fis-surplus ta’ rivalwazzjoni li toriġina minn bidla fl-obbligazzjoni għandha tkun identifikata b’mod separat u divulgata bħala tali.

7 L-ammont deprezzabbli aġġustat tal-assi huwa deprezzat tul il-ħajja utli tiegħu. Għaldaqstant, ladarba assi relatat ikun wasal fit-tmiem il-ħajja utli tiegħu, il-bidliet sussegwenti kollha fl-obbligazzjoni għandhom ikunu rikonoxxuti fi profitt jew telf hekk kif iseħħu. Dan japplika kemm għall-mudell tal-kost kif ukoll għall-mudell ta’ rivalwazzjoni.

8 It-treġġigħ lura perjodiku tal-iskont għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf bħala kost finanzjarju hekk kif iseħħ. Il-kapitalizzazzjoni skont l-IAS 23 mhijiex permessa.

DATA EFFETTIVA

9 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Settembru 2004 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu qabel l-1 ta’ Settembru 2004, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

9A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

9B L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 2. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

TRANŻIZZJONI

10 Bidliet fil-politika tyal-kontabbiltà għandhom jiġu kontabbilizzati skont ir-rekwiżiti tal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri ( 63 ).

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 2

Ishma ta’ Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili

REFERENZI

— 
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
— 
L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust
— 
L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni u Preżentazzjoni (kif rivedut fl-2003) ( 64 )

SFOND

1 Kooperattivi u entitajiet simili oħrajn jiġu ffurmati minn gruppi ta' persuni biex jissodisfaw ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali komuni. Il-liġijiet nazzjonali tipikament jiddefinixxu kooperattiva bħala soċjetà li għandha l-għan li tipprova tippromwovi l-avvanz ekonomiku tal-membri tagħha permezz ta’ operazzjoni ta’ negozju konġunt (il-prinċipju li wieħed jgħin ruħu). L-interessi tal-membri f’kooperattiva ta’ spiss huma karatterizzati bħala ishma tal-membri, unitajiet jew affarijiet simili, u hawn taħt jissejħu “ishma tal-membri”.

2 L-IAS 32 jistabbilixxi prinċipji għall-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji bħala obbligazzjonijiet finanzjarji jew ekwità. B’mod partikulari, dawk il-prinċipji japplikaw għal klassifikazzjoni ta’ strumenti puttable li jippermettu li d-detentur irodd lura dawk l-istrumenti lill-emittent għal flus jew strument finanzjarju ieħor. L-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji għall-ishma tal-membri f’entitajiet kooperattivi u strumenti simili hija diffiċli. Xi kostitwenti tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà talbu l-għajnuna biex jifhmu kif il-prinċipji fl-IAS 32 japplikaw għall-ishma tal-membri u strumenti simili li għandhom ċerti aspetti, u ċ-ċirkustanzi li fihom dawk l-aspetti jaffettwaw il-klassifikazzjoni bħal obbligazzjonijiet jew ekwità.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal strumenti finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 32, li jinkludi strumenti finanzjarji maħruġa għal membri ta’ entitajiet kooperattivi li turi evidenza tal-interess proprjetarju tal-membri fl-entità. Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal strumenti finanzjarji li se jiġu saldati, jew jistgħu jiġu saldati, fi strumenti ta’ ekwità tal-entità stess.

KWISTJONI

4 Ħafna strumenti finanzjarji, inklużi l-ishma tal-membri, għandhom karatteristiki ta’ ekwità, inklużi drittijiet tal-vot u drittijiet ta’ parteċipazzjoni f’distribuzzjonijiet ta’ dividendi. Xi strumenti finanzjarji jagħtu lid-detentur id-dritt li jitlob il-fidi għal flus jew assi finanzjarju ieħor, iżda jistgħu jinkludu jew ikunu soġġetti għal limiti fuq kif l-istrumenti finanzjarji se jinfdew. Dawk it-termini ta’ tifdija kif għandhom jiġu evalwati biex jiġi determinat jekk jenħtieġx li l-istrumenti finanzjarji jiġu klassifikati bħala obbligazzjonijiet jew ekwità?

KUNSENS

5 Id-dritt kuntrattwali tad-detentur ta’ strument finanzjarju (inklużi ishma tal-membri f’entitajiet kooperattivi) biex jitlob it-tifdija, fih innifsu ma jeħtieġx li strument finanzjarju jiġi klassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja. Minflok, l-entità trid tqis it-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-istrument finanzjarju fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala obbligazzjoni finanzjarja jew ekwità. Dawk it-termini u kundizzjonijiet jinkludu liġijiet lokali rilevanti, regolamenti u l-istatut regolatorju tal-entità li jkun fis-seħħ fid-data tal-klassifikazzjoni, iżda mhux l-emendi futuri mistennija għal dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew l-istatut.

6 L-ishma tal-membri li jkunu klassifikati bħala ekwità jekk il-membri ma kellhomx id-dritt li jitolbu t-tifdija huma ekwità jekk il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7 u 8 ikunu preżenti jew l-ishma tal-membri jkollhom l-aspetti kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Depożiti ta’ bla avviż, inklużi kontijiet kurrenti, kontijiet ta’ depożitu u kuntratti simili li jinħolqu meta membri jaġixxu ta’ konsumaturi huma obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità.

7 L-ishma tal-membri jkunu ekwità jekk l-entità jkollha dritt mhux kundizzjonat li tirrifjuta l-fidi tal-ishma tal-membri.

8 Il-liġi lokali, regolament jew l-istatut regolatorju tal-entità jista’ jimponi diversi tipi ta’ projbizzjonijiet fuq il-fidi ta’ ishma tal-membri, eż. projbizzjonijiet mhux ikkundizzjonati jew projbizzjonijiet ibbażati fuq kriterji ta’ likwidità. Jekk il-fidi jkun ipprojbit b’mod mhux kundizzjonat mil-liġi lokali, regolament jew l-istatut regolatorju tal-entità, l-ishma tal-membri jkunu ekwità. Madankollu, id-dispożizzjonijiet fil-liġi lokali, regolament jew l-istatut regolatorju tal-entità li jipprojbixxu l-fidi biss jekk il-kundizzjonijiet — bħal restrizzjonijiet tal-likwidità — jiġu ssodisfati (jew ma jiġux issodisfati) ma jwasslux biex l-ishma tal-membri jkunu ekwità.

9 Projbizzjoni mhux kundizzjonata tista’ tkun assoluta, peress li l-fidi kollu huwa pprojbit. Projbizzjoni mhux kundizzjonata tista’ tkun parzjali, jiġifieri tipprojbixxi l-fidi ta’ ishma tal-membri jew il-fidi jwassal biex l-għadd ta’ ishma tal-membri jew l-ammont ta’ kapital imħallas mill-ishma tal-membri jaqa’ taħt livell speċifikat. Ishma tal-membri aktar mill-projbizzjoni kontra l-fidi huma obbligazzjonijiet, sakemm l-entità ma jkollhiex id-dritt mhux kundizzjonat li tirrifjuta l-fidi kif deskritt fil-paragrafu 7 jew l-ishma tal-membri jkollhom l-aspetti kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. F’xi każijiet, l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta’ kapital imħallas soġġett għal projbizzjoni tal-fidi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Din il-bidla fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn l-obbligazzjonijiet finanzjarji u l-ekwità.

10 Fir-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tkejjel l-obbligazzjoni finanzjarja tagħha għal fidi fil-valur ġust. Fil-każ ta’ ishma tal-membri b’karatteristika ta’ fidi, l-entità tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja għal fidi f’mhux inqas mill-ammont massimu pagabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-fidi tal-istatut regolatorju tagħha jew il-liġi applikabbli skontata mill-ewwel data li l-ammont jista’ jkun meħtieġ li jitħallas (ara l-Eżempju 3).

11 Kif meħtieġ mill-paragrafu 35 tal-IAS 32, id-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta’ strumenti ta’ ekwità huma rikonoxxuti direttament f’ekwità. Mgħax, dividendi u redditi oħrajn marbuta ma’ strumenti finanzjarji klassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji huma spejjeż, irrispettivament minn jekk dawk l-ammonti mħallsa humiex legalment ikkaratterizzati bħala dividendi, mgħax jew xi ħaġa oħra.

12 L-Appendiċi, li huwa parti integrali mill-kunsens, jipprovdi eżempji tal-applikazzjoni ta’ dan il-kunsens.

DIVULGAZZJONI

13 Meta bidla fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u ekwità, l-entità għandha tiddivulga separatament l-ammont, it-twaqqit u r-raġuni għat-trasferiment.

DATA EFFETTIVA

14 Id-data effettiva u r-rekwiżit tat-tranżizzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni huma l-istess bħal dawk għall-IAS 32 (kif rivedut fl-2003). Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Din l-Interpretazzjoni għandha tiġi applikata b’mod retrospettiv.

14A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 6, 9, A1 u A12 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi fl-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġ fi Frar 2008, għal perjodu aktar bikri, l-emendi fil-paragrafi 6, 9, A1 u A12 għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

15 [Imħassar]

16 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu A8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

17  Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 11. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika dik l-emenda għall-IAS 32 bħala parti mit-Titjib Annwali Ċiklu 2009–2011 (maħruġ f’Mejju 2012) għal perjodu aktar bikri, l-emenda fil-paragrafu 11 għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

18 [Imħassar]

19 L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi A8 u A10 u ħassar il-paragrafi 15 u 18. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

Appendiċi

Eżempji tal-applikazzjoni tal-kunsens

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Interpretazzjoni.

A1 Dan l-Appendiċi jippreżenta seba’ eżempji tal-applikazzjoni tal-kunsens tal-IFRIC. L-eżempji ma jikkostitwux lista eżawrenti; disinji oħra tal-fatti huma possibbli. Kull eżempju jassumi li ma hemmx kundizzjonijiet minbarra dawk ippreżentati fil-fatti tal-eżempju li jkunu jeħtieġu li l-istrument finanzjarju jkun klassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja u li l-istrument finanzjarju ma għandux l-aspetti kollha jew ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32.

DRITT MHUX KONDIZZJONAT LI TIRRIFJUTA L-FIDI (il-paragrafu 7)

Eżempju 1

Fatti

A2 L-istatut tal-entità jiddikjara li l-fidi jsir fid-diskrezzjoni unika tal-entità. L-istatut ma jipprovdix elaborazzjoni jew limitazzjoni ulterjuri dwar dik id-diskrezzjoni. Fl-istorja tagħha, l-entità qatt ma rrifjutat li tifdi l-ishma tal-membri, għalkemm il-bord ta’ tmexxija għandu d-dritt li jagħmel hekk.

Klassifikazzjoni

A3 L-entità għandha d-dritt mhux kondizzjonat li tirrifjuta l-fidi u l-ishma tal-membri huma ekwità. L-IAS 32 jistabbilixxi prinċipji għal klassifikazzjoni li huma bbażati fuq it-termini tal-istrument finanzjarju u jinnota li storja ta’, jew l-intenzjoni li jsiru, pagamenti diskrezzjonali ma jikkaġunax klassifikazzjoni ta’ obbligazzjoni. Il-paragrafu AG26 tal-IAS 32 jiddikjara:

Meta ishma privileġġati ma jkunux rimborżabbli, il-klassifikazzjoni xierqa tagħhom tiġi determinata bid-drittijiet l-oħra li huma marbuta magħhom. Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq valutazzjoni tas-sustanza tal-arranġamenti kuntrattwali u d-definizzjonijiet ta’ obbligazzjoni finanzjarja u strument ta’ ekwità. Meta d-distribuzzjonijiet tal-ishma privileġġati lid-detenturi, kemm jekk huma kumulattivi kif ukoll jekk mhumiex kumulattivi, ikunu fid-diskrezzjoni tal-emittent, l-ishma jkunu strumenti ta’ ekwità. Il-klassifikazzjoni ta’ sehem privileġġat bħala strument ta’ekwità jew obbligazzjoni finanzjarja mhijiex affettwata, pereżempju:

(a) 

bi storja ta’ għoti ta’ distribuzzjonijiet;

(b) 

b’intenzjoni li jsiru distribuzzjonijiet fil-futur;

(c) 

b’impatt negattiv possibbli fuq il-prezz tal-ishma ordinarji tal-emittent jekk ma jsirux distribuzzjonijiet (minħabba restrizzjonijiet fuq ħlas ta’ dividendi fuq l-ishma ordinarji jekk id-dividendi ma jitħallsux fuq l-ishma privileġġati);

(d) 

bl-ammont ta’ riżervi tal-emittent;

(e) 

bl-istennija tal-emittent ta' profitt jew telf għal perjodu; jew

(f) 

bl-abbiltà jew bl-inabbiltà tal-emittent li jinfluwenza l-ammont tal-profitt jew telf tiegħu għall-perjodu.

Eżempju 2

Fatti

A4 L-istatut tal-entità jiddikjara li l-fidi jsir fid-diskrezzjoni unika tal-entità. Madankollu, l-istatut jiddikjara wkoll li l-approvazzjoni ta’ talba għal fidi hija awtomatika ħlief jekk l-entità ma tkunx kapaċi tagħmel il-pagamenti mingħajr ma tikser ir-regolamenti lokali dwar il-likwidità jew ir-riżervi.

Klassifikazzjoni

A5 L-entità ma għandhiex id-dritt mhux kondizzjonat li tirrifjuta l-fidi u l-ishma tal-membri huma obbligazzjoni finanzjarja. Ir-restrizzjonijiet deskritti hawn fuq huma bbażati fuq l-abbiltà tal-entità li ssalda l-obbligazzjoni tagħha. Dawn jirrestrinġu l-fidi biss jekk il-likwidità jew ir-rekwiżiti tar-riżervi ma jkunux issodisfati u dan isir biss meta huma jkunu ssodisfati. Għalhekk, dawn, taħt il-prinċipji stabbiliti fl-IAS 32, ma jirriżultawx fil-klassifikazzjoni tal-istrument finanzjarju bħala ekwità. Il-paragrafu AG25 tal-IAS 32 jiddikjara:

Ishma privileġġati jistgħu jinħarġu b’diversi drittijiet. Biex jiġi determinat jekk sehem privileġġat huwiex obbligazzjoni finanzjarja jew strument ta’ekwità, emittent jivvaluta d-drittijiet partikulari marbuta mas-sehem biex jiddetermina jekk dan jurix il-karatteristika fundamentali ta’ obbligazzjoni finanzjarja. Pereżempju, sehem privileġġat li jipprevedi tifdija f’data speċifika jew, jekk id-detentur jagħżel hekk, ikun fih obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent ikollu obbligazzjoni li jittrasferixxi assi finanzjarji lid-detentur tas-sehem. L-inabbiltà potenzjali ta’ emittent li jissodisfa obbligazzjoni biex jifdi sehem privileġġat meta marbut b’kuntratt li jagħmel hekk, kemm minħabba nuqqas ta’ fondi, restrizzjoni statutorja jew profitti jew riżervi insuffiċjenti, ma tikkanċellax l-obbligazzjoni. [Enfasi miżjuda]

PROJBIZZJONIJIET KONTRA FIDI (il-paragrafi 8 u 9)

Eżempju 3

Fatti

A6 Entità kooperattiva ħarġet ishma għal membri tagħha f’dati differenti u f’ammonti differenti fil-passat, kif ġej:

(a) 

fl-1 ta’ Jannar 20X1, 100 000 sehem ta’ CU 10 kull wieħed (CU 1 000 000);

(b) 

fl-1 ta’ Jannar 20X2, 100 000 sehem ta’ CU 20 kull wieħed (CU 2 000 000 addizzjonali, biex it-total ta’ ishma maħruġa jkun ta’ CU 3 000 000).

L-ishma jistgħu jinfdew fuq talba fl-ammont li fihom inħarġu.

A7 L-istatut tal-entità jiddikjara li fidi kumulattiv ma jistax jaqbeż l-20 fil-mija tal-ogħla numru ta’ ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti. Fil-31 ta’ Diċembru 20X2, l-entità kellha 200 000 sehem pendenti, li hu l-ogħla numru ta’ ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti, u l-ebda sehem ma kien mifdi fil-passat. Fl-1 ta’ Jannar 20X3, l-entità temenda l-istatut regolatorju tagħha u żżid il-livell permess ta’ fidi kumulattiv għal 25 fil-mija tal-ogħla numru ta’ ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti.

Klassifikazzjoni

Qabel l-emenda fl-istatut regolatorju

A8 L-ishma tal-membri li jaqbżu l-projbizzjoni għat-tifdija huma obbligazzjonijiet finanzjarji. L-entità kooperattiva tkejjel din l-obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali. Minħabba li dawn l-ishma jinfdew fuq talba, l-entità kooperattiva tkejjel il-valur ġust ta’ dawn l-obbligazzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 47 tal-IFRS 13: “Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ ġbid bla avviż (eż. depożitu ta’ bla avviż) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq talba ...”. Għaldaqstant, l-entità kooperattiva tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli fuq talba taħt id-dispożizzjonijiet tat-tifdija.

A9 Fl-1 ta’ Jannar 20X1, l-ammont massimu pagabbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi huwa ta’ 20 000 sehem ta’ CU 10 kull wieħed u għaldaqstant l-entità tikklassifika CU 200 000 bħala obbligazzjoni finanzjarja u CU 800 000 bħala ekwità. Madankollu, fl-1 ta' Jannar 20X2, minħabba l-ħruġ ġdid ta’ ishma ta’ CU 20, l-ammont massimu pagabbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi jiżdied għal 40000 sehem ta’ CU 20 kull wieħed. Il-ħruġ ta’ ishma addizzjonali ta’ CU 20 joħloq obbligazzjoni ġdida li titkejjel fir-rikonoxximent inizjali fil-valur ġust. L-obbligazzjoni wara li dawn l-ishma jkunu nħarġu hija ta’ 20 fil-mija tal-ishma totali li nħarġu (200 000 ), imkejjel b’CU 20, jew CU 800 000. Dan jeħtieġ rikonoxximent ta’ obbligazzjoni addizzjonali ta’ CU 600 000. F’dan l-eżempju l-ebda qligħ jew telf ma jkun rikonoxxut. Għaldaqstant l-entità issa tikklassifika CU 800 000 bħala obbligazzjonijiet finanzjarji u CU 2 200 000 bħala ekwità. Dan l-eżempju jassumi li dawn l-ammonti ma nbidlux bejn l-1 ta’ Jannar 20X1 u l-31 ta’ Diċembru 20X2.

Wara l-emenda fl-istatut regolatorju

A10 Wara l-bidla fl-istatut regolatorju tagħha, l-entità kooperattiva issa tista’ tkun meħtieġa tifdi massimu ta’ 25 fil-mija tal-ishma pendenti tagħha jew massimu ta’ 50 000 sehem b’CU 20 kull wieħed. Għaldaqstant, fl-1 ta’ Jannar 20X3 l-entità kooperattiva tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji ammont ta’ CU 1 000 000 li huwa l-ammont massimu pagabbli fuq domanda taħt id-dispożizzjonijiet tat-tifdija, kif determinat f’konformità mal-paragrafu 47 tal-IFRS 13. Għaldaqstant, fl-1 ta’ Jannar 20X3, din titrasferixxi minn ekwità għal obbligazzjonijiet finanzjarji, ammont ta’ CU 200 000, u tħalli CU 2 000 000 ikklassifikati bħala ekwità. F’dan l-eżempju l-entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf waqt it-trasferiment.

Eżempju 4

Fatti

A11 Il-liġi lokali li tirregola l-operazzjonijiet tal-kooperattivi, jew it-termini tal-istatut regolatorju tal-entità, jipprojbixxu entità milli tifdi l-ishma tal-membri jekk, bil-fidi tagħhom, hi tkun se tnaqqas il-kapital imħallas minn ishma tal-membri taħt il-75 fil-mija tal-ogħla ammont ta’ kapital imħallas minn ishma tal-membri. L-ogħla ammont għal kooperattiva partikulari huwa ta’ CU 1 000 000. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, il-bilanċ tal-kapital imħallas huwa ta’ CU 900 000.

Klassifikazzjoni

A12 F’dan il-każ, CU 750 000 ikunu klassifikati bħala ekwità u CU 150 000 ikunu klassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Minbarra l-paragrafi li diġà ssemmew, il-paragrafu 18(b) tal-IAS 32 jiddikjara parzjalment:

... strument finanzjarju li jagħti d-dritt lid-detentur li jroddu lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor (strument puttable) huwa obbligazzjoni finanzjarja, għajr dawk l-istrumenti klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja anki meta l-ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħrajn ikun determinat abbażi ta’ indiċi jew entrata oħra li għandha l-potenzjal li tiżdied jew tonqos. L-eżistenza ta’ opzjoni għad-detentur li jrodd l-istrument lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor ifisser li l-istrument puttable jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, ħlief għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti ta’ ekwità f’konformità mal-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

A13 Il-projbizzjoni tal-fidi deskritta f’dan l-eżempju hija differenti mir-restrizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 19 u AG25 tal-IAS 32. Dawk ir-restrizzjonijiet huma limitazzjonijiet fuq l-abbiltà tal-entità li tħallas l-ammont dovut fuq obbligazzjoni finanzjarja, jiġifieri jipprevjenu l-pagament tal-obbligazzjoni biss jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati. B’kuntrast ma’ dan, dan l-eżempju jiddeskrivi projbizzjoni mhux kundizzjonata fuq il-fidi ’l fuq minn ammont speċifiku, irrispettivament mill-abbiltà tal-entità li tifdi ishma tal-membri (eż. minħabba r-riżorsi ta’ flus, profitti jew riżervi distribwibbli tagħha). Fil-fatt, il-projbizzjoni kontra l-fidi tipprevjeni lill-entità milli ġġarrab ebda obbligazzjoni finanzjarja biex tifdi iktar minn ammont speċifiku ta’ kapital imħallas. Għaldaqstant, il-porzjon ta’ ishma soġġetti għal projbizzjoni tal-fidi mhuwiex obbligazzjoni finanzjarja. Filwaqt li l-ishma ta’ kull membru jistgħu jinfdew individwalment, porzjon tal-ishma totali pendenti ma jistax jinfeda taħt l-ebda ċirkustanza, ħlief fil-każ tal-likwidazzjoni tal-entità.

Eżempju 5

Fatti

A14 Il-fatti ta’ dan l-eżempju huma kif iddikjarat fl-Eżempju 4. Barra minn hekk, fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, ir-rekwiżiti tal-likwidità imposti fil-ġuriżdizzjoni lokali jipprevjenu lill-entità milli tifdi ebda sehem tal-membri ħlief jekk il-pussess tagħha ta’ flus u investimenti b’terminu qasir ikunu ikbar minn ammont speċifiku. L-effett ta’ dawn ir-rekwiżiti tal-likwidità fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar huwa li l-entità ma tistax tħallas iktar minn CU 50000 biex tifdi l-ishma tal-membri.

Klassifikazzjoni

A15 Bħal fl-Eżempju 4, l-entità tikklassifika CU 750 000 bħala ekwità u CU 150 000 bħala obbligazzjoni finanzjarja. Dan minħabba li l-ammont ikklassifikat bħala obbligazzjoni huwa bbażat fuq id-dritt mhux kondizzjonat tal-entità li tirrifjuta l-fidi u mhux fuq restrizzjonijiet kondizzjonati li jipprevjenu l-fidi biss jekk il-likwidità jew kundizzjonijiet oħrajn ma jkunux issodisfati, u dan isir biss meta huma jkunu ssodisfati. Il-provvedimenti tal-paragrafi 19 u AG25 tal-IAS 32 japplikaw f’dan il-każ.

Eżempju 6

Fatti

A16 L-istatut regolatorju jipprojbixxi lill-entità milli tifdi ishma tal-membri, ħlief sal-punt tar-rikavati riċevuti mill-ħruġ ta’ ishma addizzjonali tal-membri għal membri ġodda jew eżistenti matul it-tliet snin ta’ qabel. Ir-rikavati mill-ħruġ ta’ ishma tal-membri jridu jiġu applikati biex jinfdew dawk l-ishma li għalihom il-membri kienu talbu l-fidi. Matul it-tliet snin ta’ qabel, ir-rikavati mill-ħruġ ta’ ishma tal-membri kienu ta’ CU 12 000 u ma nfeda l-ebda sehem tal-membri.

Klassifikazzjoni

A17 L-entità tikklassifika CU 12 000 tal-ishma tal-membri bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. B’mod konsistenti mal-konklużjonijiet deskritti fl-Eżempju 4, l-ishma tal-membri soġġetti għal projbizzjoni mhux kondizzjonata kontra l-fidi mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji. Projbizzjoni mhux kondizzjonata bħal din tapplika għal ammont ugwali għar-rikavati tal-ishma maħruġa qabel it-tliet snin preċedenti, u għaldaqstant, dan l-ammont huwa kklassifikat bħala ekwità. Madankollu, ammont ugwali għar-rikavati minn kwalunkwe sehem maħruġ fit-tliet snin ta’ qabel, ma jkunx soġġett għal projbizzjoni mhux kondizzjonata fuq il-fidi. Għaldaqstant, ir-rikavati mill-ħruġ ta’ ishma tal-membri fit-tliet snin ta’ qabel joħolqu obbligazzjonijiet finanzjarji sakemm dawn ma jkunux iktar disponibbli għal fidi ta’ ishma tal-membri. Bħala riżultat, l-entità għandha obbligazzjoni finanzjarja ugwali għar-rikavati ta’ ishma maħruġa matul it-tliet snin ta’ qabel, netti minn kwalunkwe fidi matul il-perjodu.

Eżempju 7

Fatti

A18 L-entità hija bank kooperattiv. Il-liġi lokali li tirregola l-operat tal-banek kooperattivi tiddikjara li mill-inqas 50 fil-mija tal-“obbligazzjonijiet pendenti” (terminu definit fir-regolamenti biex jiġu inklużi l-kontijiet tal-ishma tal-membri) totali tal-entità jridu jkunu fil-forma ta’ kapital imħallas tal-membri. L-effett tar-regolament huwa li jekk l-obbligazzjonijiet pendenti kollha ta’ kooperattiva jkunu fil-forma ta’ ishma tal-membri, din tkun kapaċi tifdihom kollha. Fil-31 ta’ Diċembru 20X1, l-entità għandha obbligazzjonijiet pendenti totali ta’ CU 200 000, li minnhom CU 125 000 jirrappreżentaw il-kontijiet tal-ishma tal-membri. It-termini tal-kontijiet tal-ishma tal-membri jippermettu li d-detentur jifdihom mingħajr avviż u ma hemmx limitazzjonijiet fuq il-fidi fl-istatut tal-entità.

Klassifikazzjoni

A19 F’dan l-eżempju l-ishma tal-membri huma klassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Il-projbizzjoni tal-fidi hija simili għar-restrizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 19 u AG25 tal-IAS 32. Ir-restrizzjoni hija limitazzjoni kondizzjonata fuq l-abbiltà tal-entità li tħallas l-ammont dovut fuq obbligazzjoni finanzjarja, jiġifieri jipprevjenu l-pagament tal-obbligazzjoni biss jekk kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati. B’mod iktar speċifiku, l-entità tista’ tkun meħtieġa tifdi l-ammont kollu ta’ ishma tal-membri (CU 125 000) jekk tagħmel ripagament tal-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha tagħha (CU 75 000). Konsegwentement, il-projbizzjoni kontra l-fidi ma tipprevjenix lill-entità milli ġġarrab obbligazzjoni finanzjarja biex tifdi aktar minn għadd speċifiku ta’ ishma tal-membri jew ammont ta’ kapital imħallas. Din tippermetti lill-entità biss li tiddiferixxi l-fidi sakemm kundizzjoni tiġi ssodisfata, jiġifieri r-ripagament ta’ obbligazzjonijiet oħrajn. Ishma tal-membri f’dan l-eżempju mhumiex soġġetti għal projbizzjoni mhux kondizzjonata kontra l-fidi u għaldaqstant huma klassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 5

Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonar, Restawr u Riabilitazzjoni Ambjentali

REFERENZI

— 
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
— 
L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati
— 
L-IFRS 11 Impriżi Konġunti
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1 L-iskop tal-fondi għad-dekummissjonar, restawr u riabilitazzjoni ambjentali, minn hawn ’il quddiem imsejħa “fondi tad-dekummissjonar” jew “fondi”, huwa li jiġu segregati l-assi biex jiġu ffinanzjati l-kostijiet kollha jew parti minnhom għad-dekummissjonar ta’ impjant (bħal impjant nukleari) jew ċertu tagħmir (bħal karozzi), jew li jittieħed impenn ta’ riabilitazzjoni ambjentali (bħat-tindif ta’ ilma mniġġes jew ir-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri), flimkien imsejħa “dekummissjonar”.

2 Il-kontribuzzjonijiet għal dawn il-fondi jistgħu jkunu volontarji jew meħtieġa minn regolament jew liġi. Il-fondi jista’ jkollhom waħda minn dawn l-istrutturi li ġejjin:

(a) 

fondi li jkunu stabbiliti minn kontributur wieħed li jiffinanzja l-obbligi tad-dekummissjonar tiegħu, kemm jekk dan ikun għal sit wieħed partikulari, kif ukoll jekk għal għadd ta’ siti mferrxa ġeografikament;

(b) 

fondi li jkunu stabbiliti b’kontributuri multipli biex jiffinanzjaw l-obbligi tagħhom individwali jew konġunti tad-dekummissjonar, meta l-kontributuri jkunu intitolati għal rimborż għall-ispejjeż tad-dekummissjonar, sal-punt tal-kontribuzzjonijiet tagħhom flimkien ma’ kwalunkwe qligħ attwali fuq dawk il-kontribuzzjonijiet, mingħajr sehemhom tal-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-fond. Il-kontributuri jista’ jkollhom obbligu li jagħtu kontribuzzjonijiet addizzjonali, pereżempju, fil-każ tal-falliment ta’ kontributur ieħor;

(c) 

fondi li jkunu stabbiliti ma’ kontributuri multipli biex jiffinanzjaw l-obbligi tagħhom individwali jew konġunti tad-dekummissjonar meta l-livell meħtieġ tal-kontribuzzjonijiet ikun ibbażat fuq l-attività kurrenti ta’ kontributur u l-benefiċċju miksub minn dak il-kontributur ikun ibbażat fuq attività tiegħu fil-passat. F’każijiet bħal dawn ikun hemm il-potenzjal ta’ spariġġ fl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li saru minn kontributur (ibbażati fuq l-attività kurrenti) u l-valur realizzabbli mill-fond (ibbażat fuq l-attività fil-passat).

3 Fondi bħal dawn ġeneralment ikollhom dawn il-aspetti li ġejjin:

(a) 

il-fond ikun amministrat separatament minn trustees indipendenti;

(b) 

entitajiet (kontributuri) jagħtu l-kontribuzzjonijiet lill-fond, li jiġu investiti f’firxa ta’ assi li jistgħu jinkludu kemm investimenti ta’ dejn kif ukoll ta’ ekwità, u li jkunu disponibbli biex jgħinu fil-ħlas tal-kostijiet tad-dekummissjonar tal-kontributuri. It-trustees jiddeterminaw kif il-kontribuzzjonijiet jiġu investiti, fil-limitazzjonijiet stipulati mid-dokumenti li jirregolaw il-fond u kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli jew regolamenti oħrajn;

(c) 

il-kontributuri jżommu l-obbligu li jħallsu l-kostijiet tad-dekummissjonar. Madankollu, il-kontributuri jkunu jistgħu jiksbu rimborż tal-kostijiet tad-dekummissjonar mill-fond sal-inqas mill-kostijiet tad-dekummissjonar imġarrba u s-sehem tal-kontributur tal-assi tal-fond;

(d) 

il-kontributuri jista’ jkollhom aċċess ristrett jew l-ebda aċċess għal kwalunkwe surplus ta’ assi tal-fond iktar minn dawk użati biex jissodisfaw il-kostijiet eliġibbli tad-dekummissjonar.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-kontabbiltà fir-rapporti finanzjarji ta’ kontributur għal interessi li jirriżultaw minn fondi għad-dekummissjonament li jkollhom iż-żewġ aspetti li ġejjin:

(a) 

l-assi jkunu amministrati separatament (billi jinżammu f’entità legali separata jew bħala assi segregati f’entità oħra); u

(b) 

id-dritt ta’ kontributur li jkollu aċċess għall-assi jkun ristrett.

5 Interess residwu f’fond li jestendi lil hinn minn dritt għal rimborż, bħal dritt kuntrattwali għal distribuzzjonijiet ladarba jkun tlesta d-dekummissjonar kollu jew mal-istralċ tal-fond, jista’ jkun strument ta’ ekwità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IFRS 9 u ma jkunx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni.

KWISTJONIJIET

6 Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) 

kif jenħtieġ li kontributur jikkontabbilizza l-interess tiegħu f’fond?

(b) 

meta kontributur ikollu obbligu li jagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali, pereżempju, fil-każ tal-falliment ta’ kontributur ieħor, kif jenħtieġ li jiġi kontabbilizzat dak l-obbligu?

KUNSENS

Kontabbilizzar ta’ interess f’fond

7 Il-kontributur għandu jirrikonoxxi l-obbligu tiegħu li jħallas il-kostijiet tad-dekummissjonar bħala obbligazzjoni u jirrikonoxxi l-interess tiegħu fil-fond separatament, ħlief jekk il-kontributur ma jkunx reponsabbli li jħallas il-kostijiet tad-dekummissjonar anki jekk il-fond jonqos milli jħallas.

8 Il-kontributur għandu jiddetermina jekk għandux kontroll jew kontroll konġunt tal-fond, jew influwenza sinifikanti fuqu, billi jirreferi għall-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IAS 28. Jekk ikollu, il-kontributur għandu jikkontabbilizza l-interess tiegħu fil-fond f’konformità ma’ dawk l-Istandards.

9 Jekk kontributur ma jkollux kontroll jew kontroll konġunt fuq il-fond, jew influwenza sinifikanti fuqu, il-kontributur għandu jirrikonoxxi d-dritt li jirċievi rimborż mill-fond bħala rimborż f’konformità mal-IAS 37. Dan ir-rimborż għandu jitkejjel fl-iktar baxx bejn dawn it-tnejn:

(a) 

l-ammont tal-obbligi tad-dekummissjonar rikonoxxuti; u

(b) 

is-sehem tal-kontributur tal-valur ġust tal-assi netti tal-fond attribwibbli lill-kontributuri.

Bidliet fil-valur riportat tad-dritt li tirċievi rimborż minbarra l-kontribuzzjonijiet għall-fond, u pagamenti minnu, għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fil-perjodu li fih iseħħu dawn il-bidliet.

Kontabbilizzar ta’ obbligi biex tagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali

10 Meta kontributur ikollu obbligu li jagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali potenzjali, pereżempju, fil-każ tal-falliment ta’ kontributur ieħor jew jekk il-valur tal-assi tal-investiment miżmuma fil-fond jonqos sal-punt li ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi tar-rimborż tal-fond, dan l-obbligu jkun obbligazzjoni kontinġenti li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37. Il-kontributur għandu jirrikonoxxi obbligazzjoni biss jekk ikun probabbli li jkunu se jsiru kontribuzzjonijiet addizzjonali.

Divulgazzjoni

11 Kontributur għandu jiddivulga n-natura tal-interess tiegħu f’fond u kwalunkwe restrizzjoni ta’ aċċess għall-assi fil-fond.

12 Meta kontributur ikollu obbligu li jagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali potenzjali li mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni (ara l-paragrafu 10), dan għandu jagħmel id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 86 tal-IAS 37.

13 Meta kontributur jikkontabbilizza l-interess tiegħu fil-fond f’konformità mal-paragrafu 9, dan għandu jagħmel id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 85(c) tal-IAS 37.

DATA EFFETTIVA

14 Entità għandha tapplika din l-interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2006, din għandha tiddivulga dan il-fatt.

14A [Imħassar]

14B L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 8 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

14C [Imħassar]

14D L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafu 5 u ħassar il-paragrafi 14A u 14C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

TRANŻIZZJONI

15 Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mar-rekwiżiti tal-IAS 8.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 6

Obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-Parteċipazzjoni f’Suq Speċifiku — Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku

REFERENZI

— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1 Il-paragrafu 17 tal-IAS 37 jispeċifika li event obbliganti huwa event li jwassal għal obbligu preżenti li entità ma jkollha ebda alternattiva realistika għajr li ssalda.

2 Il-paragrafu 19 tal-IAS 37 jiddikjara li l-provvedimenti huma rikonoxxuti biss għal “obbligi li jirriżultaw minn eventi passati li jeżistu indipendentement minn azzjonijiet futuri tal-entità”.

3 Id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (Waste Electrical and Electronic Equipment, WEEE), li tirregola l-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi tal-iskart li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, qanqlet kwistjonijiet dwar meta jenħtieġ li l-obbligazzjoni għad-dekummissjonar tal-WE&EE tkun rikonoxxuta. Id-Direttiva tagħmel distinzjoni bejn skart “ġdid” u “storiku” u bejn skart li ġej minn djar privati u skart li ġej minn sorsi li mhumiex djar privati. Skart ġdid huwa relatat ma’ prodotti mibjugħa wara t-13 ta’ Awwissu 2005. It-tagħmir tad-dar mibjugħ qabel dik id-data huwa kkunsidrat li jiġġenera skart storiku għall-iskopijiet tad-Direttiva.

4 Id-Direttiva tiddikjara li jenħtieġ li l-kost tal-immaniġġar tal-iskart għat-tagħmir storiku tad-dar jiġġarrab mill-produtturi ta’ dak it-tip ta’ tagħmir li jkun fis-suq matul perjodu li jkun speċifikat fil-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ kull Stat Membru (il-perjodu tal-kejl). Id-Direttiva tiddikjara li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mekkaniżmu biex il-produtturi jikkontribwixxu għall-kostijiet b’mod proporzjonali “pereżempju, fi proporzjon għas-sehem rispettiv tagħhom fis-suq skont it-tip ta’ tagħmir.”

5 Diversi termini użati fl-Interpretazzjoni bħalma huma “sehem mis-suq” u “perjodu tal-kejl” jistgħu jkunu definiti b’mod differenti ħafna fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istati Membri individwali. Pereżempju, it-tul tal-perjodu tal-kejl jista’ jkun ta’ sena jew ta’ xahar biss. B’mod simili, il-kejl tas-sehem mis-suq u l-formuli għall-komputazzjoni tal-obbligu jistgħu jkunu differenti fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali varji. Madankollu, dawn l-eżempji kollha jaffettwaw biss il-kejl tal-obbligazzjoni, li mhuwiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Interpretazzjoni.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

6 Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar ir-rikonoxximent, fir-rapporti finanzjarji tal-produtturi, tal-obbligazzjonijiet tal-immaniġġar tal-iskart skont id-Direttiva tal-UE dwar il-WE&EE fir-rispett tal-bejgħ ta’ tagħmir tad-dar storiku.

7 L-Interpretazzjoni la tindirizza skart ġdid u lanqas skart storiku minn sorsi li mhumiex djar privati. L-obbligazzjoni għal dak it-tip ta’ mmaniġġar ta’ skart hija koperta b’mod adegwat fl-IAS 37. Madankollu, jekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, skart ġdid minn djar privati jiġi trattat b’mod simili għal skart storiku minn djar privati, il-prinċipji tal-Interpretazzjoni japplikaw b’referenza għall-ġerarkija fil-paragrafi 10–12 tal-IAS 8. Il-ġerarkija tal-IAS 8 hija relevanti wkoll għal regolamenti oħra li jimponu obbligi b’mod li huwa simili għall-mudell tal-attribuzzjoni tal-kostijiet speċifikat fid-Direttiva tal-UE.

KWISTJONI

8 L-IFRIC kien mitlub jiddetermina fil-kuntest tad-dekummissjonar tal-WE&EE x’jikkostitwixxi l-event obbliganti f’konformità mal-paragrafu 14(a) tal-IAS 37 għar-rikonoxximent ta’ provvediment għall-kostijiet tal-immaniġġar tal-iskart:

— 
il-manifattura jew il-bejgħ tat-tagħmir tad-dar storiku?
— 
il-parteċipazzjoni fis-suq waqt il-perjodu tal-kejl?
— 
it-tiġrib ta’ kostijiet fil-prestazzjoni ta’ attivitajiet tal-immaniġġar tal-iskart?

KUNSENS

9 Il-parteċipazzjoni fis-suq matul il-perjodu tal-kejl huwa l-event obbliganti f’konformità mal-paragrafu 14(a) tal-IAS 37. B’konsegwenza ta’ dan, ma tinħoloqx obbligazzjoni għall-kostijiet tal-immaniġġar tal-iskart għat-tagħmir tad-dar storiku mal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodotti. Minħabba li l-obbligu għat-tagħmir tad-dar storiku huwa marbut mal-parteċipazzjoni fis-suq matul il-perjodu tal-kejl, minflok mal-produzzjoni jew il-bejgħ tal-entrati li għandu jsir disponiment minnhom, ma hemmx obbligu jekk u sakemm ma jkunx hemm sehem mis-suq matul il-perjodu tal-kejl. It-twaqqit tal-event obbliganti jista’ jkun indipendenti wkoll mill-perjodu partikulari li fih isiru l-attivitajiet biex isir l-immaniġġar tal-iskart u jiġġarrbu l-kostijiet relatati.

DATA EFFETTIVA

10 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Diċembru 2005 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Diċembru 2005, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

11 Il-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 8.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 7

Applikazzjoni tal-Approċċ tar-Rapportar mill-Ġdid taħt l-IAS 29 Rapportar Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji

REFERENZI

— 
L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu
— 
L-IAS 29 Rapportar Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji

SFOND

1 Din l-Interpretazzjoni tagħti gwida dwar kif għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-IAS 29 f’perjodu ta’ rapportar fejn entità tidentifika ( 65 ) l-eżistenza ta’ iperinflazzjoni fl-ekonomija tal-munita funzjonali tagħha, meta dik l-ekonomija ma kinitx iperinflazzjonarja fil-perjodu preċedenti, u għaldaqstant l-entità tirridikjara r-rapporti finanzjarji tagħha f’konformità mal-IAS 29.

KWISTJONIJIET

2 Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) 

kif jenħtieġ li jiġi interpretat ir-rekwiżit “…ddikjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar” fil-paragrafu 8 tal-IAS 29 meta entità tapplika l-Istandard?

(b) 

entità kif jenħtieġ li tikkontabbilizza entrati ta’ ftuħ ta’ taxxa differita meta tirridikjara r-rapporti finanzjarji tagħha?

KUNSENS

3 Fil-perjodu ta’ rapportar li fih entità tidentifika l-eżistenza tal-iperinflazzjoni fl-ekonomija tal-munita funzjonali tagħha, meta ma kinitx iperinflazzjonarja fil-perjodu preċedenti, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-IAS 29 daqslikieku l-ekonomija minn dejjem kienet iperinflazzjonarja. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ entrati nonmonetarji mkejla fil-kost storiku, ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ tal-entità fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat fir-rapporti finanzjarji għandu jiġi ridikjarat biex jirrifletti l-effett tal-inflazzjoni mid-data li fiha l-assi ġew akkwistati u l-obbligazzjonijiet iġġarrbu jew ġew assunti sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. Għall-effetti nonmonetarji riportati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ f’ammonti li kienu kurrenti f’dati differenti minn dawk tal-akkwiżizzjoni jew it-tiġrib, dik ir-ridikjarazzjoni għandha tirrifletti minflok l-effett tal-inflazzjoni mid-dati ta’ meta dawk l-ammonti riportati kienu ġew determinati sat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

4 Fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, l-entrati ta’ taxxa differita jiġu rikonoxxuti u mkejla f’konformità mal-IAS 12. Madankollu, il-figuri tat-taxxa differita fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ għall-perjodu ta’ rapportar għandhom jiġu determinati kif ġej:

(a) 

l-entità terġa’ tkejjel l-entrati tat-taxxa differita f’konformità mal-IAS 12 wara li tkun irridikjarat l-ammonti riportati nominali tal-entrati nonmonetarji tagħha fid-data tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ tal-perjodu ta’ rapportar billi tapplika l-unità tal-kejl f’dik id-data;

(b) 

l-entrati ta’ taxxa differita mkejla b’mod ġdid f’konformità ma’ (a) huma rridikjarati għall-bidla fl-unità tal-kejl mid-data tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ tal-perjodu ta’ rapportar sat-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar.

L-entità tapplika l-approċċ f’(a) u (b) meta tirridikjara l-entrati tat-taxxa differita tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-ftuħ ta’ kwalunkwe perjodu komparattiv ippreżentat fir-rapporti finanzjarji rridikjarati għall-perjodu ta’ rapportar li fih l-entità tapplika l-IAS 29.

5 Wara li entità tkun irridikjarat ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-figuri korrispondenti kollha fir-rapporti finanzjarji għal perjodu ta’ rapportar sussegwenti, inklużi l-entrati ta’ taxxa differita, huma rridikjarati bl-applikazzjoni tal-bidla fl-unità tal-kejl għal dak il-perjodu ta’ rapportar sussegwenti, biss għar-rapporti finanzjarji rridikjarati għall-perjodu ta’ rapportar preċedenti.

DATA EFFETTIVA

6 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Marzu 2006 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal rapporti finanzjarji għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Marzu 2006, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 10

Rapportar Finanzjarju Interim u Indeboliment

REFERENZI

— 
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
— 
L-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim
— 
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi

SFOND

1 Entità hija mitluba tivvaluta l-avvjament għal indeboliment fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar, u, jekk meħtieġ, tirrikonoxxi telf minn indeboliment f’dik id-data f’konformità mal-IAS 36. Madankollu, fi tmiem perjodu ta’ rapportar sussegwenti, il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu nbidlu tant li t-telf minn indeboliment ikun tnaqqas jew ġie evitat kieku l-valutazzjoni tal-indeboliment tkun saret biss f’dik id-data. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar jekk jenħtieġx li telf bħal dan minn indeboliment jiġi riversjat.

2 L-Interpretazzjoni tindirizza l-interazzjoni bejn ir-rekwiżiti tal-IAS 34 u r-rikonoxximent ta’ telf minn indeboliment fuq avvjament fl-IAS 36, u l-effett ta’ dik l-interazzjoni fuq rapporti finanzjarji interim u annwali sussegwenti.

KWISTJONI

3 Il-paragrafu 28 tal-IAS 34 jirrikjedi li entità tapplika l-istess politiki tal-kontabbiltà fir-rapporti finanzjarji interim tagħha kif ikunu applikati fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Jiddikjara wkoll li “l-frekwenza tar-rapportar ta’ entità (annwali, kull sitt xhur, jew kull tliet xhur) ma għandhiex taffettwa l-kejl tar-riżultati annwali tagħha. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-kejl għal skopijiet ta’ rapportar interim għandu jsir abbażi tas-sena sa issa.”

4 L-IAS 36 il-paragrafu 124 jiddikjara li “Telf minn indeboliment rikonoxxut għal avvjament ma għandux jiġi riversjat f’perjodu sussegwenti.”

5 [Imħassar]

6 [Imħassar]

7 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjoni li ġejja:

Jenħtieġ li entità tirriversja telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodu interim fuq avvjament jekk telf ma jkunx ġie rikonoxxut, jew telf iżgħar ma jkunx ġie rikonoxxut, kieku valutazzjoni ta’ indeboliment tkun saret biss fit-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar sussegwenti?

KUNSENS

8 Entità ma għandhiex tirriversja telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodu interim preċedenti fir-rigward ta’ avvjament.

9 Entità ma għandhiex testendi dan il-kunsens permezz ta’ analoġija għal oqsma oħra ta’ kunflitt potenzjali bejn l-IAS 34 u standards oħra.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

10 Entità għandha tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Novembru 2006 jew wara. Titħeġġeġ applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Novembru 2006, din għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità għandha tapplika l-Interpretazzjoni għall-avvjament prospettivament mid-data li fiha tkun applikat l-IAS 36 għall-ewwel darba; din għandha tapplika l-Interpretazzjoni għal investimenti fi strumenti ta’ ekwità jew f’assi finanzjarji riportati skont il-kost prospettivament mid-data li fiha tkun applikat il-kriterji tal-kejl tal-IAS 39 għall-ewwel darba.

11 [Imħassar]

12 [Imħassar]

13 [Imħassar]

14 L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 1, 2, 7 u 8 u ħassar il-paragrafi 5, 6, 11–13. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 12

Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz

REFERENZI

— 
Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji  ( 66 )
— 
L-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju
— 
L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet
— 
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
— 
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi
— 
L-IFRS 16 Lokazzjonijiet
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir
— 
L-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern
— 
L-IAS 23 Kostijiet tat-Teħid b’Self
— 
L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni
— 
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti
— 
L-IAS 38 Assi Intanġibbli
— 
L-SIC-29 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz: Divulgazzjoni  ( 67 )

SFOND

1 F’bosta pajjiżi, l-infrastruttura għas-servizzi pubbliċi — bħat-toroq, pontijiet, mini, ħabsijiet, sptarijiet, ajruporti, faċilitajiet għad-distribuzzjoni tal-ilma, il-forniment tal-enerġija u n-networks tat-telekomunikazzjoni — tradizzjonalment inbnew, tħaddmu u ġew mantenuti mis-settur pubbliku u ffinanzjati permezz ta’ approprjazzjoni tal-baġit pubbliku.

2 F’ċerti pajjiżi, il-gvernijiet introduċew arranġamenti ta’ servizz kuntrattwali biex jattiraw il-parteċipazzjoni tas-settur privat lejn l-iżvilupp, il-finanzjament, it-tħaddim u l-manteniment ta’ infrastruttura bħal din. L-infrastruttura għandha mnejn diġà teżisti, jew tista’ tinbena waqt il-perjodu tal-arranġament tas-servizz. Arranġament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni ġeneralment jinvolvi entità tas-settur privat (operatur) li jibni l-infrastruttura li tintuża biex tforni s-servizz pubbliku jew taġġornah (pereżempju, billi żżid il-kapaċità) u t-tħaddim u l-manteniment ta’ dik l-infrastruttura għal perjodu ta’ żmien speċifiku. L-operatur jitħallas għas-servizzi tiegħu matul il-perjodu tal-arranġament. L-arranġament huwa rregolat permezz ta’ kuntratt li jistabbilixxi l-istandards ta’ prestazzjoni, mekkaniżmi għall-aġġustament tal-prezzijiet, u arranġamenti għall-arbitraġġ tat-tilwim. Arranġament bħal dan ta’ sikwit huwa deskritt bħala arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz ta’“ibni-ħaddem-ittrasferixxi”, “irriabilita-ħaddem-ittrasferixxi” jew “minn pubbliku għal privat”.

3 Wieħed mill-aspetti ta’ dawn l-arranġamenti ta’ servizz huwa n-natura ta’ servizz pubbliku tal-obbligu meħud mill-operatur. Il-politika pubblika tapplika għas-servizzi marbuta mal-infrastruttura li trid tiġi fornita lill-pubbliku, irrispettivament mill-identità tal-parti li topera s-servizzi. L-arranġament tas-servizz jobbliga kuntrattwalment l-operatur jipprovdi s-servizzi lill-pubbliku f’isem l-entità tas-settur pubbliku. Aspetti komuni oħrajn huma:

(a) 

il-parti li tagħti l-arranġament tas-servizz (il-konċedent) hija entità tas-settur pubbliku, inkluż korp governattiv, jew entità tas-settur privat li ngħatat ir-responsabbiltà għas-servizz.

(b) 

l-operatur huwa responsabbli għal mill-inqas parti mill-immaniġġar tas-servizzi tal-infrastruttura u servizzi relatati u ma jaġixxix biss bħala aġent f’isem il-konċedent.

(c) 

il-kuntratt jistabbilixxi l-prezzijiet inizjali li għandhom jinġabru mill-operatur u jirregola r-reviżjonijiet tal-prezzijiet matul il-perjodu tal-arranġament tas-servizz.

(d) 

l-operatur huwa obbligat jittrasferixxi l-infrastruttura lill-konċedent f’kundizzjoni speċifikata fl-aħħar tal-perjodu tal-arranġament, għal ftit jew l-ebda korrispettiv inkrementali, irrispettivament minn liema parti ffinanzjat inizjalment l-infrastruttura.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4 Din l-Interpretazzjoni toffri gwida dwar il-kontabbiltà mill-operaturi għal arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz minn pubbliku għal privat.

5 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz minn pubbliku għal privat jekk:

(a) 

il-konċedent jikkontrolla jew jirregola liema servizzi jrid jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min irid jipprovdihom, u għal liema prezz; u

(b) 

il-konċedent jikkontrolla — permezz ta’ sjieda, intitolament benefiċjarju jew xort’oħra — kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fi tmiem it-terminu tal-arranġament.

6 L-infrastruttura użata fl-arranġament ta’ konċessjoni ta’servizz minn pubbliku għal privat għall-ħajja utli kollha tagħha (il-ħajja kollha tal-assi) taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5(a). Il-paragrafi AG1-AG8 jipprovdu gwida dwar id-determinazzjoni dwar jekk, u sa fejn, l-arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz minn pubbliku għal privat jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni.

7 Din l-Interpretazzjoni tapplika kemm:

(a) 

għall-infrastruttura li l-operatur jibni jew jakkwista minn parti terza għall-iskop tal-arranġament tas-servizz; kif ukoll

(b) 

għall-infrastruttura eżistenti li għaliha l-konċedent jagħti aċċess lill-operatur għall-iskop tal-arranġament tas-servizz.

8 Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax il-kontabbiltà għall-infrastruttura li nżammet u ġiet rikonoxxuta bħala proprjetà, impjanti u tagħmir mill-operatur qabel ma daħal għall-arranġament tas-servizz. Ir-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent tal-IFRSs (stabbiliti fl-IAS 16) japplikaw għal infrastruttura bħal din.

9 Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax il-kontabbiltà min-naħa tal-konċedenti.

KWISTJONIJIET

10 Din l-Interpretazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ obbligi u drittijiet relatati fl-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz. Rekwiżiti għal divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz jinsabu fl-SIC-29. Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) 

it-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura;

(b) 

ir-rikonoxximent u l-kejl tal-korrispettiv tal-arranġament;

(c) 

is-servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ ammeljorament;

(d) 

is-servizzi ta’ operat;

(e) 

il-kostijiet tat-teħid b’self;

(f) 

it-trattament kontabbilistiku sussegwenti ta’ assi finanzjarju u assi intanġibbli; u

(g) 

entrati pprovduti mill-konċedent lill-operatur.

KUNSENS

Trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura

11 L-infrastruttura fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni ma għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant u tagħmir tal-operatur minħabba li l-arranġament tas-servizz kuntrattwali ma jagħtix id-dritt għall-kontroll tal-użu tal-infrastruttura tas-servizz pubbliku lill-operatur. L-operatur għandu l-aċċess biex jopera l-infrastruttura biex jipprovdi s-servizz pubbliku f’isem il-konċedent f’konformità mat-termini speċifikati fil-kuntratt.

Rikonoxximent u kejl tal-korrispettiv tal-arranġament

12 Skont it-termini tal-arranġamenti kuntrattwali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni, l-operatur jaġixxi bħala fornitur ta’ servizzi. L-operatur jibni u jaġġorna l-infrastruttura (servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ ammeljorament) li tintuża biex tipprovdi servizz pubbliku u jopera u jżomm dik l-infrastruttura (servizzi ta’ operat) għal perjodu ta’ żmien speċifikat.

13 L-operatur għandu jirrikonoxxi u jkejjel id-dħul f’konformità mal-IFRS 15 għas-servizzi li jwettaq. In-natura tal-korrispettiv tiddetermina t-trattament kontabbilistiku sussegwenti. Il-kontabbiltà sussegwenti għall-korrispettiv riċevut bħala assi finanzjarju u bħala assi intanġibbli hija deskritta fil-paragrafi 23–26 hawn taħt.

Servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ ammeljorament

14 L-operatur għandu jikkontabbilizza s-servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ ammeljorament f’konformità mal-IFRS 15.

Korrispettiv mogħti mill-konċedent lill-operatur

15 Jekk l-operatur jipprovdi servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ ammeljorament, il-korrispettiv riċevut jew riċevibbli mill-operatur għandu jkun rikonoxxut f’konformità mal-IFRS 15. Il-korrispettiv jista’ jikkonsisti minn drittijiet għal:

(a) 

assi finanzjarju, jew

(b) 

assi intanġibbli.

16 L-operatur għandu jirrikonoxxi assi finanzjarju sal-punt fejn ikollu dritt kuntrattwali mhux kundizzjonat li jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor minn jew fid-direzzjoni tal-konċedent għas-servizzi ta’ kostruzzjoni; il-konċedent għandu ftit, jekk għandu, diskrezzjoni biex jevita li jħallas, ġeneralment minħabba li l-ftehim huwa infurzabbli bil-liġi. L-operatur għandu dritt mhux kundizzjonat li jirċievi flus jekk il-konċedent jiggarantixxi b’kuntratt li jħallas lill-operatur (a) ammonti speċifikati jew determinabbli jew (b) in-nuqqas, jekk ikun hemm, bejn l-ammonti riċevuti mill-utenti tas-servizz pubbliku u ammonti speċifikati jew determinabbli, anki jekk il-pagament ikun kontinġenti fuq l-operatur u jiżgura li l-infrastruttura tissodisfa rekwiżiti ta’ kwalità jew effiċjenza speċifikati.

17 L-operatur għandu jirrikonoxxi assi intanġibbli sal-punt fejn jirċievi dritt (liċenzja) biex jimponi pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku. Dritt li l-utenti tas-servizz pubbliku jintalbu jħallsu mhuwiex dritt bla kundizzjoni għar-riċeviment ta’ flus minħabba li l-ammonti huma kontinġenti fuq kemm il-pubbliku juża s-servizz.

18 Jekk l-operatur jitħallas għas-servizzi ta’ kostruzzjoni parzjalment permezz ta’ assi finanzjarju u parzjalment permezz ta’ assi intanġibbli, ikun neċessarju li kull komponent mill-korrispettiv tal-operatur jiġi kontabbilizzat separatament. Il-korrispettiv riċevut jew riċevibbli għaż-żewġ komponenti għandu jiġi rikonoxxut inizjalment f’konformità mal-IFRS 15.

19 In-natura tal-korrispettiv mogħti mill-konċedent lill-operatur għandha tiġi determinata b’referenza għat-termini tal-kuntratt u, meta din teżisti, il-liġi rilevanti dwar il-kuntratti. In-natura tal-korrispettiv tiddetermina l-kontabbiltà sussegwenti kif deskritta fil-paragrafi 23–26. Madankollu, iż-żewġ tipi ta’ korrispettiv huma klassifikati bħala assi kuntrattwali matul il-perjodu ta’ kostruzzjoni jew ta’ ammeljorament f’konformità mal-IFRS 15.

Servizzi ta’ operat

20 L-operatur għandu jikkontabbilizza s-servizzi ta’ operat f’konformità mal-IFRS 15.

Obbligi kuntrattwali biex l-infrastruttura tiġi restawrata għal-livell speċifikat tal-kapaċità ta’ servizzjar

21 L-operatur jista’ jkollu obbligi kuntrattwali li jrid jissodisfa bħala kundizzjoni tal-liċenzja tiegħu (a) biex iżomm l-infrastruttura f’livell speċifikat tal-kapaċità ta’ servizzjar jew (b) biex l-infrastruttura tiġi restawrata għal kundizzjoni speċifikata qabel ma tiġi trasferita lill-konċedent fit-tmiem tal-arranġament tas-servizz. Dawn l-obbligi kuntrattwali biex tinżamm jew tiġi restawrata l-infrastruttura, ħlief għal kwalunkwe element ta’ ammeljorament (ara l-paragrafu 14), għandhom jiġu rikonoxxuti u mkejla f’konformità mal-IAS 37, jiġifieri fl-aħjar stima tan-nefqa li tkun meħtieġa biex jiġi saldat l-obbligu preżenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

Kostijiet tat-teħid b’self imġarrba mill-operatur

22 F’konformità mal-IAS 23, il-kostijiet tat-teħid b’self attribwibbli għall-arranġament għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spiża fil-perjodu li fih jiġġarrbu sakemm l-operatur ma jkollux dritt kuntrattwali li jirċievi assi intanġibbli (dritt li jimponi pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku). F’dan il-każ, il-kostijiet tat-teħid b’self attribwibbli għall-arranġament għandhom jiġu kapitalizzati waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-arranġament f’konformità ma’ dak l-Istandard.

Assi finanzjarju

23 L-IAS 32 u l-IFRSs 7 u 9 japplikaw għall-assi finanzjarju rikonoxxut skont il-paragrafi 16 u 18.

24 L-ammont dovut mill-konċedent jew fid-direzzjoni tiegħu huwa kontabbilizzat f’konformità mal-IFRS 9 kif imkejjel:

(a) 

fil-kost amortizzat;

(b) 

fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komrensiv; jew

(c) 

fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

25 Jekk l-ammont dovut mill-konċedent jitkejjel fil-kost amortizzat jew fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv, l-IFRS 9 jeħtieġ mgħax ikkalkolat bil-metodu tal-imgħax effettiv li għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

Assi intanġibbli

26 L-IAS 38 japplika għall-assi intanġibbli rikonoxxuti f’konformità mal-paragrafi 17 u 18. Il-paragrafi 45–47 tal-IAS 38 jipprovdu gwida għall-kejl tal-assi intanġibbli akkwistati bi skambju għal assi nonmonetarju wieħed jew aktar jew taħlita ta’ assi monetarji u nonmonetarji.

Entrati pprovduti mill-konċedent lill-operatur

27 F’jkonformità mal-paragrafu 11, l-enrati ta’ infrastruttura li għalihom il-konċedent jagħti aċċess lill-operatur għall-finijiet tal-arranġament tas-servizz mhumiex rikonoxxuti bħala proprjetà, impjant, u tagħmir tal-operatur. Il-konċedent jista’ jipprovdi wkoll entrati oħra li l-operatur jista’ jżomm jew jittratta kif jixtieq. Jekk assi bħal dawn jiffurmaw parti mill-korrispettiv pagabbli mill-konċedent għas-servizzi, dawn mhumiex għotjiet tal-gvern kif definiti fl-IAS 20. Minflok, dawn jiġu kontabbilizzati bħala parti mill-prezz tat-tranżazzjoni kif definit fl-IFRS 15.

DATA EFFETTIVA

28 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2008 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2008, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

28D L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda t-taqsima tar-“Referenzi” u l-paragrafi 13–15, 18–20 u 27. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.

28E L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 23–25 u ħassar il-paragrafi 28A–28C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

28F L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu AG8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

TRANŻIZZJONI

29 Soġġetti għall-paragrafu 30, il-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 8, jiġifieri b’mod retrospettiv.

30 Jekk, għal kwalunkwe arranġament ta’ servizz partikulari, ikun imprattikabbli li operatur japplika din l-Interpretazzjoni b’mod retrospettiv fil-bidu tal-iktar perjodu bikri ppreżentat, dan għandu:

(a) 

jirrikonoxxi l-assi finanzjarji u l-assi intanġibbli li kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat;

(b) 

juża l-ammonti riportati preċedenti ta’ dawk l-assi finanzjarji u intanġibbli (skont kif kienu kklassifikati preċedentement) bħala l-ammonti riportati tagħhom f’dik id-data; u

(c) 

jittestja l-assi finanzjarji u intanġibbli rikonoxxuti f’dik id-data għal indeboliment, sakemm dan ma jkunx imprattikabbli, f’liema każ l-ammonti għandhom jiġu ttestjati għal indeboliment fil-bidu tal-perjodu kurrenti.

Appendiċi A

Gwida tal-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Interpretazzjoni.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI (il-paragrafu 5)

AG1 Il-paragrafu 5 ta’ din l-Interpretazzjoni jispeċifika li l-infrastruttura hija fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-konċedent jikkontrolla jew jirregola liema servizzi jrid jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min irid jipprovdihom, u għal liema prezz; u

(b) 

il-konċedent jikkontrolla — permezz ta’ sjieda, intitolament benefiċjarju jew xort’oħra — kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fi tmiem it-terminu tal-arranġament.

AG2 Il-kontroll jew regolament imsemmi fil-kundizzjoni (a) jista’ jsir permezz ta’ kuntratt jew xort’oħra (pereżempju permezz ta’ regolatur), u jinkludi ċirkustanzi fejn il-konċedent jixtri l-output kollu kif ukoll ċirkustanzi fejn l-output kollu jew parti minnu tkun inxtrat minn utenti oħra. Fl-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, il-konċedent u kwalunkwe parti relatata għandhom jitqiesu flimkien. Jekk il-konċedent ikun entità tas-settur pubbliku, is-settur pubbliku kollu, flimkien ma’ kwalunkwe regolatur li jaġixxi fl-interess pubbliku, għandhom jitqiesu bħala marbuta mal-konċedent għall-finijiet ta’ din l-Interpretazzjoni.

AG3 Għall-finijiet ta’ din il-kundizzjoni (a), il-konċedent ma għandux għalfejn ikollu kontroll sħiħ tal-prezz: huwa biżżejjed li l-prezz ikun regolat mill-konċedent, mill-kuntratt jew mir-regolatur, pereżempju permezz ta' mekkaniżmu ta’ limitar. Madankollu, il-kundizzjoni għandha tiġi applikata għas-sustanza tal-ftehim. Aspetti mhux sostantivi, bħal limitu li japplika biss f’ċirkustanzi rari, għandhom jiġu injorati. Min-naħa l-oħra, jekk pereżempju kuntratt jagħti lill-operatur il-libertà li jistabbilixxi prezzijiet, iżda kwalunkwe qligħ eċċessiv jirritorna għand il-konċedent, jitqiegħed limitu fuq id-dħul tal-konċedent u jintlaħaq l-element ta’ prezz tat-test tal-kontroll.

AG4 Għall-fini tal-kundizzjoni (b), jenħtieġ li l-kontroll tal-konċedent fuq kwalunkwe interess residwu sinifikanti jirrestrinġi kemm l-abbiltà prattika tal-operatur li jbigħ jew iwiegħed l-infrastruttura kif ukoll jagħti lill-konċedent dritt ta’ użu kontinwu matul il-perjodu tal-arranġament. L-interess residwu fl-infrastruttura huwa l-valur kurrenti stmat tal-infrastruttura daqslikieku kien diġà fl-età u l-kundizzjoni mistennija fi tmiem il-perjodu tal-arranġament.

AG5 Il-kontroll jenħtieġ li jkun distint mit-tmexxija. Jekk il-konċedent iżomm kemm il-grad ta’ kontroll deskritt fil-paragrafu 5(a) u kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura, l-operatur ikun qed imexxi biss l-infrastruttura f’isem il-konċedent — għalkemm, f’ħafna każijiet, jista’ jkollu diskrezzjoni wiesgħa fit-tmexxija.

AG6 Kundizzjonijiet (a) u (b) flimkien jidentifikaw meta l-infrastruttura, inkluż kwalunkwe sostituzzjoni meħtieġa (ara l-paragrafu 21) tiġi kontrollata mill-konċedent matul il-ħajja ekonomika tagħha kollha. Pereżempju, jekk l-operatur ikollu jissostitwixxi parti minn entrata tal-infrastruttura waqt il-perjodu tal-arranġament (eż. is-saff ta’ fuq nett ta’ xi triq jew is-saqaf ta’ xi bini), l-entrata tal-infrastruttura għandha titqies kollha kemm hi. Għalhekk, il-kundizzjoni (b) tintlaħaq għall-infrastruttura sħiħa, inkluża l-parti li tiġi sostitwita, jekk il-konċedent jikkontrolla kwalunkwe interess residwu sinifikanti fis-sostituzzjoni finali ta’ dik il-parti.

AG7 Xi kultant l-użu tal-infrastruttura huwa regolat parzjalment fil-mod deskritt fil-paragrafu 5(a) u parzjalment mhux regolat. Madankollu, dawn l-arranġamenti jieħdu diversi forom:

(a) 

kwalunkwe infrastruttura li tkun separabbli fiżikament u kapaċi tiġi operata b’mod indipendenti u tissodisfa d-definizzjoni ta’ unità li tiġġenera l-flus kif definit fl-IAS 36 għandha tiġi analizzata b’mod separat jekk tintuża totalment għal finijiet mhux regolati. Pereżempju, dan jista’ japplika għal parti privata ta’ sptar, fejn il-bqija tal-isptar jintuża mill-konċedent għat-trattament ta’ pazjenti pubbliċi.

(b) 

meta attivitajiet purament anċillari (bħal ħanut ġewwa sptar) ma jkunux regolati, it-testijiet tal-kontroll għandhom jiġu applikati daqslikieku dawk is-servizzi ma kinux jeżistu, minħabba li fil-każijiet fejn il-konċedent jikkontrolla s-servizzi fil-mod deskritt fil-paragrafu 5, l-eżistenza tal-attivitajiet anċillari ma tnaqqasx il-kontroll tal-infrastruttura tal-konċedent.

AG8 L-operatur jista’ jkollu dritt li juża l-infrastruttura separabbli deskritta fil-paragrafu AG7(a), jew il-faċilitajiet użati biex jipprovdu servizzi anċillari mhux regolati deskritti fil-paragrafu AG7(b). Fiż-żewġ każijiet, jista’ fis-sustanza jkun hemm lokazzjoni mill-konċedent lill-operatur; jekk dan ikun il-każ, din għandha tiġi kontabbilizzata f’konformità mal-IFRS 16.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 14

IAS 19 — Il-Limitu fuq Assi ta’ Benefiċċju Definit, Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni Tagħhom

REFERENZI

— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati (kif emendat fl-2011)
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1 Il-paragrafu 64 tal-IAS 19 jillimita l-kejl ta’ assi ta’ benefiċċju definit nett għall-aktar surplus baxx bejn dak fil-pjan ta’ benefiċċji definiti u dak tal-limitu massimu tal-assi. Il-paragrafu 8 tal-IAS 19 jiddefinixxi l-livell massimu tal-assi bħala “l-valur preżenti ta’ kwalunkwe benefiċċju ekonomiku disponibbli fil-forma ta’ rifużjonijiet mill-pjan jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri għall-pjan”. Saru mistoqsijiet dwar meta jenħtieġ li r-rifużjonijiet jew it-tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri jitqiesu li huma disponibbli, partikolarment fejn ikun hemm rekwiżit ta’ finanzjament minimu.

2 Ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jeżisti f’ħafna pajjiżi biex tittejjeb is-sigurtà tal-wegħda tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li tkun saret lil membri fi pjan ta’ benefiċċji tal-impjegati. Dawn ir-rekwiżiti normalment jistipulaw ammont jew livell minimu ta’ kontribuzzjonijiet li jridu jsiru lil pjan fuq ċertu perjodu. Għaldaqstant, rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista’ jillimita l-kapaċità tal-entità li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet futuri.

3 Barra minn hekk, il-limitu fuq il-kejl ta’ assi ta’ benefiċċju definit jista’ jikkawża li rekwiżit ta’ finanzjament minimu jkun oneruż. Normalment, rekwiżit biex isiru kontribuzzjonijiet għall-pjan ma jaffettwax il-kejl tal-assi jew tal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit. Dan għaliex il-kontribuzzjonijiet, ladarba jitħallsu, isiru assi tal-pjan u għalhekk l-obbligazzjoni netta addizzjonali hija żero. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista’ joħloq obbligazzjoni jekk il-kontribuzzjonijiet meħtieġa ma jkunux disponibbli għall-entità ladarba jkunu tħallsu.

3A F’Novembru 2009, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà emenda l-IFRIC 14 biex ineħħi l-konsegwenzi inċidentali li jirriżultaw mit-trattament tal-prepagamenti ta’ kontribuzzjonijiet futuri f’xi ċirkustanzi meta jkun hemm rekwiżit ta’ finanzjament minimu.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-benefiċċji definiti kollha ta’ wara l-impjieg u benefiċċji definiti oħra fit-tul għall-impjegati.

5 Għall-fini ta’ din l-Interpretazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ finanzjament minimu huma kwalunkwe rekwiżit biex ikun iffinanzjat pjan ta’ benefiċċji definiti ta’ wara l-impjieg jew pjan ieħor ta’ benefiċċji definiti fit-tul.

KWISTJONIJIET

6 Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) 

meta jenħtieġ li rifużjonijiet jew tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri jitqiesu bħala disponibbli f’konformità mad-definizzjoni tal-livell massimu tal-assi fil-paragrafu 8 tal-IAS 19;

(b) 

kif ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista’ jaffettwa d-disponibilità ta’ tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri;

(c) 

meta rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista’ joħloq obbligazzjoni.

KUNSENS

Disponibbiltà ta’ rifużjoni jew tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri

7 Entità għandha tiddetermina d-disponibbiltà ta’ rifużjoni jew tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjan u kwalunkwe rekwiżit statutorju fil-ġuriżdizzjoni tal-pjan.

8 Benefiċċju ekonomiku, fil-forma ta’ rifużjoni jew tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri, ikun disponibbli jekk l-entità tkun tista’ tirrealizzah f’xi punt tul il-ħajja tal-pjan jew meta l-obbligazzjonijiet tal-pjan ikunu saldati. B’mod partikulari, tali benefiċċju ekonomiku jista’ jkun disponibbli anki jekk ma jkunx realizzabbli immedjatament fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

9 Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli ma jiddependix fuq kif l-entità għandha l-intenzjoni li tuża s-surplus. Entità għandha tiddetermina l-benefiċċju ekonomiku massimu li jkun disponibbli mir-rifużjonijiet, mit-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jew kombinament tat-tnejn. Entità ma għandhiex tirrikonoxxi benefiċċji ekonomiċi minn kombinament ta’ rifużjonijiet u tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri bbażati fuq suppożizzjonijiet li jeskludu lil xulxin.

10 F’konformità mal-IAS 1, l-entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar is-sorsi prinċipali tal-inċertezza tal-istimi magħmula fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar li jkollhom riskju sinifikanti li jikkawżaw aġġustament materjali fl-ammont riportat tal-assi jew l-obbligazzjoni netta rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Dan jista’ jinkludi divulgazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-realizzabbiltà kurrenti tas-surplus jew divulgazzjoni tal-bażi użata biex jiġi determinat l-ammont tal-benefiċċju ekonomiku disponibbli.

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala rifużjoni

Id-dritt għal rifużjoni

11 Rifużjoni tkun disponibbli għal entità biss jekk l-entità jkollha dritt bla kundizzjoni għal rifużjoni:

(a) 

tul il-ħajja tal-pjan, mingħajr ma wieħed jassumi li l-obbligazzjonijiet tal-pjan iridu jiġu saldati biex tinkiseb ir-rifużjoni (eż. f’xi ġuriżdizzjonijiet, l-entità jista’ jkollha dritt għal rifużjoni tul il-ħajja tal-pjan, irrispettivament minn jekk l-obbligazzjonijiet tal-pjan jiġux saldati); jew

(b) 

jekk wieħed jassumi s-saldu gradwali tal-obbligazzjonijiet tal-pjan matul iż-żmien sakemm il-membri kollha jkunu ħarġu mill-pjan; jew

(c) 

jekk wieħed jassumi s-saldu sħiħ tal-obbligazzjonijiet tal-pjan f’event wieħed (jiġifieri bħall-istralċ tal-pjan).

Dritt bla kundizzjoni għal rifużjoni jista’ jeżisti ikun x’ikun il-livell ta’ finanzjament tal-pjan fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

12 Jekk id-dritt tal-entità għal rifużjoni ta’ surplus jiddependi fuq l-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ event jew eventi inċerti fil-futur li ma jkunux għalkollox taħt il-kontroll tagħha, l-entità ma jkollhiex dritt bla kundizzjoni u ma għandhiex tirrikonoxxi assi.

Kejl tal-benefiċċju ekonomiku

13 Entità għandha tkejjel il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala rifużjoni bħala l-ammont tas-surplus fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar (li jkun il-valur ġust tal-assi tal-pjan, mingħajr il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit) li l-entità jkollha dritt li tirċievi bħala rifużjoni, mingħajr ebda kost assoċjat miegħu. Pereżempju, jekk rifużjoni tkun soġġetta għal taxxa barra t-taxxa fuq l-introjtu, entità għandha tkejjel l-ammont tar-rifużjoni netta wara t-taxxa.

14 Meta entità tkejjel l-ammont ta’ rifużjoni disponibbli ladarba l-pjan ikun stralċjat (il-paragrafu 11(c)), din għandha tinkludi l-kostijiet tal-pjan li ssalda l-obbligazzjonijiet tal-pjan u li tagħmel ir-rifużjoni. Pereżempju, entità għandha tnaqqas it-tariffi professjonali jekk dawn jitħallsu mill-pjan minflok mill-entità, u l-kostijiet ta’ kwalunkwe primjums tal-assigurazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa biex jassiguraw l-obbligazzjoni meta jsir l-istralċ.

15 Jekk l-ammont ta’ rifużjoni jkun determinat bħala l-ammont sħiħ jew proporzjon tas-surplus, minflok ammont fiss, entità ma għandha tagħmel l-ebda aġġustament għall-valur taż-żmien tal-flus, anki jekk ir-rifużjoni tkun realizzabbli biss f’data fil-futur.

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjoni

16 Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta’ finanzjament minimu għall-kontribuzzjonijiet dwar is-servizz futur, il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri ikun il-kost ta’ servizz futur għall-entità għal kull perjodu tul il-ħajja mistennija tal-pjan jew il-ħajja mistennija tal-entità, skont liema tkun l-iqsar. Il-kost ta’ servizz futur għall-entità jeskludi l-ammonti li se jiġġarrbu mill-impjegati.

17 Entità għandha tiddetermina l-kostijiet ta’ servizz futur billi tuża suppożizzjonijiet konsistenti ma’ dawk użati biex tiddetermina l-obbligu tal-benefiċċju definit u mas-sitwazzjoni li tkun teżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar kif determinat fl-IAS 19. Għaldaqstant, entità ma għandha tassumi l-ebda bidla fil-benefiċċji li għandhom jiġu pprovduti minn pjan fil-futur sakemm il-pjan ma jkunx emendat, u għandha tassumi forza tax-xogħol stabbli fil-futur, sakemm l-entità ma tnaqqasx l-għadd ta' impjegati koperti mill-pjan. Fil-każ tal-aħħar, is-suppożizzjoni dwar il-forza tax-xogħol fil-futur għandha tinkludi t-tnaqqis.

L-effett tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu fuq il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri

18 Entità għandha tanalizza kwalunkwe rekwiżit ta’ finanzjament minimu f’data speċifika f’kontribuzzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikopru (a) kwalunkwe nuqqas eżistenti għal servizz fil-passat fuq il-bażi ta’ finanzjament minimu u (b) servizz futur.

19 Kontribuzzjonijiet biex ikopru xi nuqqas eżistenti fuq il-bażi ta’ finanzjament minimu fir-rigward ta’ servizzi diġà riċevuti ma jaffettwawx il-kontribuzzjonijiet futuri għal servizz fil-futur. Dawn jistgħu joħolqu obbligazzjoni f’konformità mal-paragrafi 23–26.

20 Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta’ finanzjament minimu għall-kontribuzzjonijiet dwar is-servizz futur, il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jkun it-total ta’:

(a) 

kwalunkwe ammont li jnaqqas il-kontribuzzjonijiet minimi tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur minħabba li l-entità għamlet prepagament (jiġifieri ħallset l-ammont qabel ma kienet meħtieġa tagħmel hekk); u

(b) 

il-kost stmat tas-servizz futur f’kull perjodu f’konformità mal-paragrafi 16 u 17 mingħajr il-kontribuzzjonijiet stmati tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu li jkunu meħtieġa għas-servizz futur f’dawk il-perjodi jekk ma jkun hemm l-ebda prepagament kif deskritt f’(a).

21 Entità għandha tistima l-kontribuzzjonijiet futuri tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur billi tqis l-effett ta’ kwalunkwe surplus pożittiv eżistenti determinat bl-użu tal-bażi tal-finanzjament minimu iżda bl-esklużjoni tal-prepagament deskritt fil-paragrafu 20(a). Entità għandha tuża suppożizzjonijiet konsistenti mal-bażi ta’ finanzjament minimu u, għal kwalunkwe fattur mhux speċifikat f’dik il-bażi, suppożizzjonijiet konsistenti ma’ dawk użati biex jiġi determinat l-obbligu ta’ benefiċċju definit u mas-sitwazzjoni eżistenti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar kif determinat mill-IAS 19. L-istima għandha tinkludi kwalunkwe bidla mistennija li tirriżulta meta l-entità tħallas il-kontribuzzjonijiet minimi meta jkunu dovuti. Madankollu, l-istima ma għandhiex tinkludi l-effett tal-bidliet mistennija fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-bażi ta’ finanzjament minimu li ma jkunux ippromulgati sostantivament jew miftiehma kuntrattwalment fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

22 Meta entità tiddetermina l-ammont deskritt fil-paragrafu 20(b), jekk il-kontribuzzjonijiet futuri tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur jaqbeż il-kost futur tas-servizz futur tal-IAS 19 fi kwalunkwe perjodu partikulari, dak l-eċċess inaqqas l-ammont tal-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri. Madankollu, l-ammont deskritt fil-paragrafu 20(b) ma jista’ qatt ikun anqas minn żero.

Meta r-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jkun jista’ joħloq obbligazzjoni

23 Jekk entità jkollha obbligu taħt rekwiżit ta’ finanzjament minimu biex tħallas kontribuzzjonijiet biex tkopri nuqqas eżistenti fuq il-bażi ta’ finanzjament minimu fir-rigward ta’ servizzi diġà riċevuti, l-entità għandha tiddetermina jekk il-kontribuzzjonijiet pagabbli humiex se jkunu disponibbli bħala rifużjoni jew tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri wara li jitħallsu fil-pjan.

24 Sal-limitu fejn il-kontribuzzjonijiet pagabbli ma jkunux disponibbli wara li jitħallsu fil-pjan, l-entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni meta jinħoloq l-obbligu. L-obbligazzjoni għandha tnaqqas l-assi ta’ benefiċċju definit jew iżżid l-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett biex b’hekk l-ebda qligħ jew telf ma jkun mistenni li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 64 tal-IAS 19 meta l-kontribuzzjonijiet jitħallsu.

DATA EFFETTIVA

27 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2008 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

27A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

27B  Prepagamenti ta’ Rekwiżit ta’ Finanzjament Minimu żied il-paragrafu 3A u emenda l-paragrafi 16-18 u 20-22. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

27C L-IAS 19 (kif emendat fl-2011) emenda l-paragrafi 1, 6, 17 u 24 u ħassar il-paragrafi 25 u 26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 19 (kif emendat fl-2011).

TRANŻIZZJONI

28 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni mill-bidu tal-ewwel perjodu ppreżentat fl-ewwel rapport finanzjarju li għalihom tapplika l-Interpretazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe aġġustament inizjali li jinħoloq mill-applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni bħala qligħ imfaddal fil-bidu ta’ dak il-perjodu.

29 Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 3A, 16-18 u 20-22 mill-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri ppreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji fejn l-entità tapplika din l-Interpretazzjoni. Jekk l-entità tkun diġà applikat din l-Interpretazzjoni qabel ma tkun applikat l-emendi, din għandha tirrikonoxxi l-aġġustament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-emendi fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri ppreżentat.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 16

Ħeġġijiet ta’ Investiment Nett f’Operazzjoni Barranija

REFERENZI

— 
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju

SFOND

1 Ħafna entitajiet relaturi għandhom investimenti f’operazzjonijiet barranin (kif definiti fl-IAS 21, il-paragrafu 8). Dawn l-operazzjonijiet barranin jistgħu jkunu sussidjarji, kumpaniji assoċjati, impriżi konġunti jew fergħat. L-IAS 21 jeħtieġ li entità tiddetermina l-munita funzjonali ta’ kull waħda mill-operazzjonijiet barranin tagħha bħala l-munita tal-ambjent ekonomiku primarju ta’ dik l-operazzjoni. Meta jinqelbu r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni barranija f’munita ta’ preżentazzjoni, l-entità tkun meħtieġa tirrikonoxxi differenzi fil-kambju f’introjtu ieħor komprensiv sa meta tiddisponi mill-operazzjoni barranija.

2 Il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tar-riskju tal-munita barranija li jirriżulta minn investiment nett f’operazzjoni barranija tapplika biss meta l-assi netti ta’ dik l-operazzjoni barranija jkunu inklużi fir-rapporti finanzjarji ( 68 ). L-entrata li tiġi ħħeġġjata fir-rigward tar-riskju tal-munita barranija li jirriżulta mill-investiment nett f’operazzjoni barranija jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont riportat tal-assi netti tal-operazzjoni barranija.

3 L-IFRS 9 jeħtieġ id-deżinjazzjoni ta’ entrata ħħeġġjata eliġibbli u strumenti għall-iħħeġġjar eliġibbli f’relazzjoni ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Jekk ikun hemm relazzjoni tal-iħħeġġjar iddeżinjata, fil-każ ta’ ħeġġ ta’ investiment nett, il-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li jkun determinat bħala ħeġġ effettiv tal-investiment nett huwa rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv u inkluż mad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija.

4 Entità b’ħafna operazzjonijiet barranin tista’ tkun esposta għal għadd ta’ riskji tal-munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar l-identifikazzjoni tar-riskji tal-munita barranija li jikkwalifikaw bħala riskju ħħeġġjat fil-ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija.

5 L-IFRS 9 jippermetti li entità tiddeżinja strument finanzjarju derivattiv jew nonderivattiv (jew taħlita ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u nonderivattivi) bħala strumenti għall-iħħeġġjar għal riskju tal-munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar fejn, fi grupp, strumenti għall-iħħeġġjar li jkunu ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija jistgħu jinżammu biex jikkwalifikaw għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

6 L-IAS 21 u l-IFRS 9 jeħtieġu ammonti kumulattivi rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv relatati kemm mad-differenzi fil-kambju li jinħolqu mal-qlib tar-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija u l-qligħ jew telf fuq l-istrument għall-iħħeġġjar li huwa determinat li jkun ħeġġ effettiv tal-investiment nett li għandu jiġi riklassifikat minn ekwità għall-profitt jew telf bħala aġġustament ta’ riklassifikazzjoni meta l-kumpanija omm tiddisponi mill-operazzjoni barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif entità jenħtieġ li tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu riklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf kemm għall-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll għall-entrata ħħeġġjata.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

7 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal entità li tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija li jirriżulta mill-investimenti netti tagħha f’operazzjonijiet barranin u li tixtieq tikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’konformità mal-IFRS 9. Għall-finijiet ta’ konvenjenza, din l-Interpretazzjoni tirreferi għal tali entità bħala entità omm u għar-rapporti finanzjarji li fihom ikunu inklużi l-assi netti ta’ operazzjonijiet barranin bħala rapporti finanzjarji konsolidati. Ir-referenzi kollha għal entità omm japplikaw ukoll għal entità li jkollha investiment nett f’operazzjoni barranija li tkun impriża konġunta, kumpanija assoċjata jew fergħa.

8 Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal ħeġġijiet ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin; jenħtieġ li ma tiġix applikata b’analoġija għal tipi oħra ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

KWISTJONIJIET

9 Investimenti f’operazzjonijiet barranin jistgħu jinżammu direttament minn entità omm jew indirettament mis-sussidjarja jew sussidjarji tagħha. Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) 

in-natura tar-riskju ħħeġġjat u l-ammont tal-entrata ħħeġġjata li għalihom tista’ tiġi deżinjata relazzjoni tal-iħħeġġjar:

(i) 

jekk l-entità omm tistax tiddeżinja bħala riskju ħħeġġjat id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw minn differenza bejn il-muniti funzjonali tal-entità omm u l-operazzjoni barranija tagħha, jew jekk tistax tiddeżinja wkoll bħala r-riskju ħħeġġjat id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mid-differenza bejn il-munita tal-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm u l-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija;

(ii) 

jekk l-entità omm tkun tippossjedi l-operazzjoni barranija indirettament, jekk ir-riskju ħħeġġjat jistax jinkludi biss id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw minn differenzi fil-muniti funzjonali bejn l-operazzjoni barranija u l-entità omm immedjata tagħha, jew jekk ir-riskju ħħeġġjat jistax jinkludi wkoll xi differenzi fil-kambju bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u kwalunkwe entità omm intermedja jew finali (jiġifieri jekk il-fatt li l-investiment nett fl-operazzjoni barranija jinżamm permezz ta’ kumpanija omm intermedja jaffettwax ir-riskju ekonomiku tal-kumpanija omm apikali);

(b) 

fejn, fi grupp, jista’ jinżamm l-istrument għall-iħħeġġjar:

(i) 

jekk relazzjoni li tikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tistax tiġi stabbilita biss jekk l-entità li tiħħeġġja l-investiment nett tagħha tkunx parti għall-istrument għall-iħħeġġjar jew jekk kwalunkwe entità fil-grupp, irrispettivament mill-munita funzjonali tagħha, tistax iżżomm l-istrument għall-iħħeġġjar;

(ii) 

jekk in-natura tal-istrument għall-iħħeġġjar (derivattiv jew nonderivattiv) jew il-metodu tal-konsolidament jaffettwawx il-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ;

(c) 

liema ammonti jenħtieġ li jiġu riklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni mad-disponiment tal-operazzjoni barranija:

(i) 

meta jsir disponiment minn operazzjoni barranija li kienet iħħeġġjata, liema ammonti mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija tal-entità omm fir-rigward tal-istrument għall-iħħeġġjar u fir-rigward ta’ dik l-operazzjoni barranija jenħtieġ li jiġu riklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm;

(ii) 

jekk il-metodu tal-konsolidament jaffettwax id-determinazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu riklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf.

KUNSENS

In-natura tar-riskju ħħeġġjat u l-ammont tal-entrata ħħeġġjata li għalihom tista’ tiġi deżinjata relazzjoni tal-iħħeġġjar

10 Il-kontabilità għall-iħħeġġjar tista’ tiġi applikata biss għad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u l-munita funzjonali tal-entità omm.

11 F’ħeġġ tar-riskji tal-munita barranija li jirriżultaw minn investiment nett f’operazzjoni barranija, l-entrata ħħeġġjata tista’ tkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont riportat tal-assi netti tal-operazzjoni barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm. L-ammont riportat tal-assi netti ta’ operazzjoni barranija li tista’ tiġi deżinjata bħala l-entrata ħħeġġjata fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità omm jiddependi fuq jekk xi entità omm f’livell inferjuri tal-operazzjoni barranija applikatx kontabbiltà għall-iħħeġġjar għall-assi netti kollha jew parti minnhom ta’ dik l-operazzjoni barranija u dik il-kontabbiltà baqgħetx tinżamm fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm.

12 Ir-riskju ħħeġġjat jista’ jiġi deżinjat bħala l-iskopertura għall-munita barranija li tirriżulta bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u l-munita funzjonali ta’ kwalunkwe entità omm (l-entità omm immedjata, intermedja jew finali) ta’ dik l-operazzjoni barranija. Il-fatt li l-investiment nett jinżamm permezz ta’ kumpanija omm intermedja ma jaffettwax in-natura tar-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-iskopertura għall-munita barranija għall-entità omm apikali.

13 Skopertura għal riskju tal-munita barranija li jirriżulta minn investiment nett f’operazzjoni barranija jista’ jikkwalifika għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar darba biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Għaldaqstant, jekk l-istess assi netti ta’ operazzjoni barranija jiġu ħħeġġjati minn aktar minn entità omm waħda fil-grupp (pereżempju, kemm entità omm diretta kif ukoll waħda indiretta) għall-istess riskju, relazzjoni tal-iħħeġġjar waħda biss tikkwalifika għall-kontabbiltà tal-iħħeġġjar fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija omm apikali. Relazzjoni tal-iħħeġġjar deżinjata minn entità omm waħda fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha ma għandhiex għalfejn tinżamm minn entità omm oħra f’livell superjuri. Madankollu, jekk ma tinżammx mill-entità omm f’livell superjuri, il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar applikata mill-entità omm f’livell inferjuri trid tiġi riversjata qabel ma tiġi rikonoxxuta l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar tal-kumpanija omm f’livell superjuri.

Fejn jista’ jinżamm l-istrument tal-iħħeġġjar

14 Strument derivattiv jew nonderivattiv (jew kombinament ta’ strumenti derivattivi u nonderivattivi) jista’ jiġi deżinjat bħala strument għall-iħħeġġjar f’ħeġġ ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija. L-istrument(i) għall-iħħeġġjar jistgħu jinżammu minn kwalunkwe entità jew entitajiet fil-grupp, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-deżinjazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-effettività tal-IFRS 9, il-paragrafu 6.4.1 li jirrigwarda ħeġġ ta’ investiment nett. B’mod partikulari, jenħtieġ li l-istrateġija tal-iħħeġġjar tal-grupp tiġi ddokumentata b’mod ċar minħabba l-possibbiltà ta’ deżinjazzjonijiet differenti f’livelli differenti tal-grupp.

15 Għall-iskop tal-valutazzjoni tal-effettività, il-bidla fil-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar fir-rigward tar-riskju tal-kambju tiġi kkomputata b’referenza għall-munita funzjonali tal-entità omm li kontra l-munita funzjonali tagħha jitkejjel ir-riskju ħħeġġjat, f’konformità mad-dokumentazzjoni tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Skont fejn jinżamm l-istrument tal-iħħeġġjar, fin-nuqqas ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar, il-bidla totali fil-valur tista’ tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf, f’introjtu ieħor komprensiv, jew fit-tnejn. Madankollu, il-valutazzjoni tal-effettività mhijiex affettwata minn jekk il-bidla fil-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar hijiex rikonoxxuta fi profitt jew telf jew f’introjtu ieħor komprensiv. Bħala parti mill-applikazzjoni tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, il-porzjon totali effettiv tal-bidla huwa inkluż f’introjtu ieħor komprensiv. Il-valutazzjoni tal-effettività mhijiex affettwata minn jekk l-istrument tal-iħħeġġjar huwiex strument derivattiv jew nonderivattiv jew mill-metodu tal-konsolidament.

Disponiment ta’ operazzjoni barranija ħħeġġjata

16 Meta jsir disponiment ta’ operazzjoni barranija li kienet iħħeġġjata, l-ammont riklassifikat għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni mir-riżerva ta’ qlib ta’ munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija omm fir-rigward tal-istrument għall-iħħeġġjar huwa l-ammont li l-IFRS 9, il-paragrafu 6.5.14 jeħtieġ li jiġi identifikat. Dak l-ammont huwa l-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-iħħeġġjar li kien determinat li huwa ħeġġ effettiv.

17 L-ammont riklassifikat bħala profitt jew telf mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ kumpanija omm fir-rigward tal-investiment nett f’dik l-operazzjoni barranija f’konformità mal-IAS 21, il-paragrafu 48 huwa l-ammont inkluż fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija ta’ dik il-kumpanija omm fir-rigward ta’ dik l-operazzjoni barranija. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija omm apikali, l-ammont nett aggregat rikonoxxut fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rigward tal-operazzjonijiet barranin kollha mhuwiex affettwat mill-metodu tal-konsolidament. Madankollu, jekk il-kumpanija omm apikali tużax il-metodu tal-konsolidament dirett jew pass pass ( 69 ) jista’ jaffettwa l-ammont inkluż fir-riżerva tagħha tal-qlib tal-munita barranija fir-rigward ta’ operazzjoni barranija individwali. L-użu tal-metodu tal-konsolidament pass pass jista’ jirriżulta fir-riklassifikazzjoni għal profitt jew telf ta’ ammont li jkun differenti minn dak użat biex tiġi determinata l-effettività tal-ħeġġ. Din id-differenza tista’ tiġi eliminata billi jiġi determinat l-ammont relatat ma’ dik l-operazzjoni barranija li kien jirriżulta kieku ntuża l-metodu dirett tal-konsolidament. L-IAS 21 ma jeħtieġx li jsir dan l-aġġustament. Madankollu, din hija għażla tal-politika tal-kontabbiltà li jenħtieġ li tiġi segwita b’mod konsistenti għall-investimenti netti kollha.

DATA EFFETTIVA

18 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Ottubru 2008 jew wara. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 14 li saret permezz tat-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija tat-tnejn li huma hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Ottubru 2008, jew l-emenda għall-paragrafu 14 qabel l-1 ta’ Lulju 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

18B L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 3, 5–7, 14, 16, AG1 u AG8 u ħassar il-paragrafi 18A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

TRANŻIZZJONI

19 L-IAS 8 jispeċifika kif entità tapplika bidla fil-politika tal-kontabbiltà li tirriżulta mill-applikazzjoni inizjali ta’ Interpretazzjoni. Entità mhijiex meħtieġa tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti meta tapplika l-Interpretazzjoni għall-ewwel darba. Jekk entità tkun iddeżinjat strument għall-iħħeġġjar bħala ħeġġ ta’ investiment nett iżda l-ħeġġ ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-kontabbiltà għall-iħħeġġjar f’din l-Interpretazzjoni, l-entità għandha tapplika l-IAS 39 biex ma tkomplix dik il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar b’mod prospettiv.

Appendiċi

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Interpretazzjoni.

AG1 Dan l-appendiċi juri l-applikazzjoni tal-Interpretazzjoni permezz tal-istruttura korporattiva murija hawn taħt. Fil-każijiet kollha, ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar deskritti jiġu ttestjati għall-effettività f’konformità mal-IFRS 9, għalkemm dan l-ittestjar mhuwiex diskuss f’dan l-appendiċi. Il-Kumpanija Omm, li hija l-entità prinċipali apikali, tippreżenta r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha fil-munita funzjonali tagħha tal-euro (EUR). Kull waħda mis-sussidjarji hija posseduta kollha. L-investiment nett tal-Kumpanija Omm ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B (il-munita funzjonali hija l-lira sterlina (GBP)) jinkludi l-ekwivalenti ta’ £159 miljun tal-investiment nett ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja B fis-Sussidjarja C (il-munita funzjonali hija d-dollaru Amerikan (USD)). Fi kliem ieħor, l-assi netti tas-Sussidjarja B apparti l-investiment tagħha fis-Sussidjarja C huma ta’ £341 miljun.

Natura ta’ riskju ħħeġġjat li għalih tista’ tiġi deżinjata relazzjoni tal-iħħeġġjar (il-paragrafi 10-13)

AG2 Il-Kumpanija Omm tista’ tiħħeġġja l-investiment nett tagħha f’kull waħda mis-Sussidjarji A, B u C għar-riskju tal-kambju bejn il-muniti funzjonali rispettivi tagħhom (il-yen Ġappuniż (JPY), il-lira sterlina u d-dollaru Amerikan) u l-euro. Barra minn hekk, il-Kumpanija Omm tista’ tiħħeġġja r-riskju tal-kambju USD/GBP bejn il-muniti funzjonali tas-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, is-Sussidjarja B tista’ tiħħeġġja l-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C għar-riskju tal-munita barranija bejn il-muniti funzjonali tagħhom tad-dollaru Amerikan u l-lira sterlina. Fl-eżempji li ġejjin, ir-riskju deżinjat huwa r-riskju tal-kambju spot peress li l-istrumenti għall-iħħeġġjar huma nonderivattivi. Kieku l-istrumenti għall-iħħeġġjar kienu kuntratti forward, il-Kumpanija Omm kienet tkun tista’ tiddeżinja r-riskju tal-kambju forward.

image

L-ammont ta’ entrata ħħeġġjata li għalih tista’ tiġi deżinjata relazzjoni tal-iħħeġġjar (il-paragrafi 10-13)

AG3 Il-Kumpanija Omm tixtieq tiħħeġġja r-riskju tal-munita barranija mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C. Nassumu li s-Sussidjarja A għandha teħid b’self estern ta’ US$300 miljun. L-assi netti tas-Sussidjarja A fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar huma ta’ JPY 400 000  miljun inkluż ir-rikavati mit-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun.

AG4 L-entrata ħħeġġjata tista’ tkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont riportat tal-investiment nett tal-Kumpanija Omm fis-Sussidjarja C (US$300 miljun) fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, il-Kumpanija Omm tista’ tiddeżinja t-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala ħeġġ tar-riskju tal-kambju spot EUR/USD assoċjat mal-investiment nett tagħha fl-assi netti ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja C. F’dan il-każ, kemm id-differenza fil-kambju EUR/USD fuq it-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A kif ukoll id-differenza fil-kambju EUR/USD fuq l-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C huma inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm wara l-applikazzjoni tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar.

AG5 Fin-nuqqas ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar, id-differenza totali tal-kambju USD/EUR fuq it-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm kif ġej:

— 
il-bidla fir-rata tal-kambju spot USD/JPY, maqluba għal euro, fi profitt jew telf, u
— 
il-bidla fir-rata tal-kambju spot JPY/EUR f’introjtu ieħor komprensiv.

Minflok id-deżinjazzjoni fil-paragrafu AG4, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha l-Kumpanija Omm tista’ tiddeżinja t-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala ħeġġ tar-riskju tal-kambju spot GBP/USD bejn is-Sussidjarja C u s-Sussidjarja B. F’dan il-każ, id-differenza totali fil-kambju USD/EUR fuq it-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A minflok tiġi rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm kif ġej:

— 
il-bidla fir-rata tal-kambju spot GBP/USD fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija relatata mas-Sussidjarja C,
— 
il-bidla fir-rata tal-kambju spot GBP/JPY, maqluba għal euro, fi profitt jew telf, u
— 
il-bidla fir-rata tal-kambju spot JPY/EUR f’introjtu ieħor komprensiv.

AG6 Il-Kumpanija Omm ma tistax tiddeżinja t-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala ħeġġ kemm tar-riskju tal-kambju spot EUR/USD kif ukoll tar-riskju tal-kambju spot GBP/USD fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Strument għall-iħħeġġjar wieħed jista’ jiħħeġġja l-istess riskju deżinjat darba biss. Is-Sussidjarja B ma tistax tapplika l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha minħabba li l-istrument għall-iħħeġġjar jinżamm barra mill-grupp li jinkludi s-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C.

Fejn, fi grupp, jista’ jinżamm l-istrument għall-iħħeġġjar (il-paragrafi 14 u 15)?

AG7 Kif ġie nnutat fil-paragrafu AG5, il-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-munita barranija tat-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A tiġi rreġistrata kemm fil-profitt jew telf (ir-riskju spot USD/JPY) kif ukoll f’introjtu ieħor komprensiv (ir-riskju spot EUR/JPY) fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm fin-nuqqas ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar. Iż-żewġ ammonti huma inklużi għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ deżinjata fil-paragrafu AG4 minħabba li l-bidla fil-valur kemm tal-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll tal-entrata ħħeġġjata huma kkomputati b’referenza għall-munita funzjonali tal-euro tal-Kumpanija Omm kontra l-munita funzjonali tad-dollaru Amerikan tas-Sussidjarja C, f’konformità mad-dokumentazzjoni tal-ħeġġ. Il-metodu tal-konsolidament (jiġifieri l-metodu dirett jew il-metodu pass pass) ma jaffettwax il-valutazzjoni tal-effettività tal-ħeġġ.

Ammonti riklassifikati bħala profitt jew telf mad-disponiment ta’ operazzjoni barranija (il-paragrafi 16 u 17)

AG8 Meta jsir disponiment tas-Sussidjarja C, l-ammonti riklassifikati fi profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm mir-riżerva ta’ qlib ta’ munita barranija (FCTR, foreign currency translation reserve) tagħha huma:

(a) 

fir-rigward tat-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja A, l-ammont li l-IFRS 9 jeħtieġ li jiġi identifikat, jiġifieri l-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-munita barranija li ġie rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv bħala l-porzjon effettiv tal-ħeġġ; u

(b) 

fir-rigward tal-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C, l-ammont determinat mill-metodu tal-konsolidament tal-entità. Jekk il-Kumpanija Omm tuża l-metodu dirett, l-FCTR tagħha fir-rigward tas-Sussidjarja C tiġi determinata direttament mir-rata tal-kambju tal-EUR/USD. Jekk il-Kumpanija Omm tuża l-metodu pass pass, l-FCTR tagħha fir-rigward tas-Sussidjarja C tiġi determinata mill-FCTR rikonoxxuta mis-Sussidjarja B li tirrifletti r-rata tal-kambju tal-GBP/USD, maqluba għall-munita funzjonali tal-Kumpanija Omm bl-użu tar-rata tal-kambju tal-EUR/GBP. L-użu mill-Kumpanija Omm tal-metodu tal-konsolidament pass pass f’perjodi preċedenti la jeħtieġ u lanqas jipprekludiha milli tiddetermina l-ammont ta’ FCTR li għandu jiġi riklassifikat meta hija tiddisponi mis-Sussidjarja C bħala l-ammont li hija kienet tirrikonoxxi kieku hija dejjem użat il-metodu dirett, skont il-politika tal-kontabbiltà tagħha.

Iħħeġġjar ta’ aktar minn operazzjoni barranija waħda (il-paragrafi 11, 13 u 15)

AG9 L-eżempji li ġejjin juru li fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm, ir-riskju li jista’ jiġi ħħeġġjat huwa dejjem ir-riskju bejn il-munita funzjonali tagħha (l-euro) u l-muniti funzjonali tas-Sussidjarji B u C. Irrispettivament minn kif ikunu deżinjati l-ħeġġijiet, l-ammonti massimi li jistgħu jkunu ħeġġijiet effettivi biex jiġu inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm meta ż-żewġ operazzjonijiet barranin ġew iħħeġġjati huma ta’ US$300 miljun għar-riskju tal-EUR/USD u £341 miljun għar-riskju tal-EUR/GBP. Bidliet oħrajn fil-valur dovuti għall-bidliet fir-rati tal-kambju huma inklużi fil-profitt jew telf konsolidat tal-Kumpanija Omm. Naturalment, huwa possibbli li l-Kumpanija Omm tiddeżinja US$300 miljun biss għal bidliet fir-rata tal-kambju spot USD/GBP biss jew £500 miljun biss għal bidliet fir-rata ta’ kambju spot GBP/EUR.

Il-Kumpanija Omm ikollha strumenti għall-iħħeġġjar kemm USD kif ukoll GBP

AG10 Il-Kumpanija Omm tista’ tkun tixtieq tiħħeġġja r-riskju tal-kambju fir-rigward tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B kif ukoll fir-rigward tas-Sussidjarja C. Nassumu li l-Kumpanija Omm għandha strumenti għal-iħħeġġjar denominati fid-dollaru Amerikan u fil-lira sterlina li hija tista’ tiddeżinja bħala ħeġġijiet tal-investimenti netti tagħha fis-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C. Id-deżinjazzjonijiet li l-Kumpanija Omm tista’ tagħmel fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

strument għall-iħħeġġjar ta’ US$300 miljun deżinjat bħala ħeġġ tal-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C fejn ir-riskju jkun l-iskopertura għall-kambju spot (EUR/USD) bejn il-Kumpanija Omm u s-Sussidjarja C u strument għall-iħħeġġjar sa £341 miljun deżinjat bħala ħeġġ ta’ £341 tal-investiment nett fis-Sussidjarja B fejn ir-riskju jkun l-iskopertura għall-kambju spot (EUR/GBP) bejn il-Kumpanija Omm u s-Sussidjarja B.

(b) 

strument għall-iħħeġġjar ta’ US$300 miljun deżinjat bħala ħeġġ tal-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C fejn ir-riskju jkun l-iskopertura għall-kambju spot (GBP/USD) bejn is-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C u strument għal-iħħeġġjar sa £500 miljun deżinjat bħala ħeġġ ta’ £500 tal-investiment nett fis-Sussidjarja B fejn ir-riskju jkun l-iskopertura għall-kambju spot (EUR/GBP) bejn il-Kumpanija Omm u s-Sussidjarja B.

AG11 Ir-riskju tal-EUR/USD mill-investiment nett tal-Kumpanija Omm fis-Sussidjarja C huwa riskju differenti mir-riskju tal-EUR/GBP mill-investiment nett tal-Kumpanija Omm fis-Sussidjarja B. Madankollu, fil-każ deskritt fil-paragrafu AG10(a), permezz tad-deżinjazzjoni tagħha tal-istrument għall-iħħeġġjar USD li għandha, il-Kumpanija Omm diġà ħħeġġjat kompletament ir-riskju tal-EUR/USD mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C. Kieku l-Kumpanija Omm iddeżinjat ukoll strument GBP li hija żżomm bħala ħeġġ tal-investiment nett tagħha ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B, £159 miljun ta’ dak l-investiment nett, li jirrappreżenta l-ekwivalenti f’GBP tal-investiment nett USD tagħha fis-Sussidjarja C, kien jiġi ħħeġġjat darbtejn għar-riskju tal-GBP/EUR fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm.

AG12 Fil-każ deskritt fil-paragrafu AG10(b), jekk il-Kumpanija Omm tiddeżinja r-riskju ħħeġġjat bħala l-iskopertura tal-kambju spot (GBP/USD) bejn is-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C, il-parti GBP/USD biss tal-bidla fil-valur tal-istrument għall-iħħeġġjar tagħha ta’ US$300 miljun tiġi inkluża fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija tal-Kumpanija Omm relatata mas-Sussidjarja C. Il-bqija tal-bidla (ekwivalenti għal bidla GBP/EUR fuq £159 miljun) tiġi inkluża fil-profitt jew telf konsolidat tal-Kumpanija Omm, bħal fil-paragrafu AG5. Minħabba li d-deżinjazzjoni tar-riskju USD/GBP bejn is-Sussidjarji B u C ma tinkludix ir-riskju GBP/EUR, il-Kumpanija Omm tista’ tiddeżinja wkoll sa £500 miljun tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B bir-riskju jkun l-iskopertura għall-kambju spot (GBP/EUR) bejn l-Entità Omm u s-Sussidjarja B.

Is-Sussidjarja B jkollha l-istrument għall-iħħeġġjar USD

AG13 Nassumu li s-Sussidjarja B għandha US$300 miljun ta’ dejn estern li r-rikavati tagħhom ġew trasferiti lill-Kumpanija Omm permezz ta’ self bejn il-kumpaniji denominat fil-lira sterlina. Peress li kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjonijiet tagħha żdiedu b’£159 miljun, l-assi netti tas-Sussidjarja B jibqgħu l-istess. Is-Sussidjarja B tista’ tiddeżinja d-dejn estern bħala ħeġġ tar-riskju GBP/USD tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Il-Kumpanija Omm tista’ żżomm id-deżinjazzjoni tas-Sussidjarja B ta’ dak l-istrument għall-iħħeġġjar bħala ħeġġ tal-investiment nett tagħha ta’ US$300 fis-Sussidjarja C għar-riskju GBP/USD (ara l-paragrafu 13) u l-Kumpanija Omm tista’ tiddeżinja l-istrument għall-iħħeġġjar GBP li hija żżomm bħala ħeġġ għall-investiment nett sħiħ tagħha ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B. L-ewwel ħeġġ, deżinjat mis-Sussidjarja B, jiġi vvalutat b’referenza għall-munita funzjonali tas-Sussidjarja B (il-lira sterlina) u t-tieni ħeġġ, deżinjat mill-Kumpanija Omm, jiġi vvalutat b’referenza għall-munita funzjonali tal-Kumpanija Omm (l-euro). F’dan il-każ, huwa biss ir-riskju GBP/USD mill-investiment nett tal-Kumpanija Omm fis-Sussidjarja C li ġie ħħeġġjat fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm mill-istrument għall-iħħeġġjar USD, u mhux ir-riskju EUR/USD kollu. Għaldaqstant, ir-riskju sħiħ EUR/GBP mill-investiment nett ta’ £500 miljun tal-Kumpanija Omm fis-Sussidjarja B jista’ jiġi ħħeġġjat fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm.

AG14 Madankollu, il-kontabbiltà għas-self ta’ £159 miljun tal-Kumpanija Omm pagabbli lis-Sussidjarja B trid tiġi kkunsidrata wkoll. Jekk is-self pagabbli tal-Kumpanija Omm ma jitqiesx bħala parti mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B għaliex ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fl-IAS 21, il-paragrafu 15, id-differenza fil-kambju GBP/EUR li tirriżulta mill-qlib tiegħu tiġi inkluża fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Omm. Jekk is-self ta’ £159 miljun pagabbli lis-Sussidjarja B jiġi kkunsidrat bħala parti mill-investiment nett tal-Kumpanija Omm, dak l-investiment nett ikun biss ta’ £341 miljun u l-ammont li l-Kumpanija Omm tkun tista’ tiddeżinja bħala l-entrata ħħeġġjata għar-riskju GBP/EUR jitnaqqas minn £500 miljun għal £341 miljun skont dan.

AG15 Jekk il-Kumpanija Omm tkun irriversjat ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar deżinjata mis-Sussidjarja B, il-Kumpanija Omm tkun tista’ tiddeżinja t-teħid b’self estern ta’ US$300 miljun miżmum mis-Sussidjarja B bħala ħeġġ tal-investiment nett tagħha ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C għar-riskju EUR/USD u tiddeżinja l-istrument għall-iħħeġġjar GBP li hi stess iżżomm bħala ħeġġ ta’ mhux aktar minn £341 miljun tal-investiment nett fis-Sussidjarja B. F’dan il-każ l-effettività taż-żewġ ħeġġijiet tiġi kkomputata b’referenza għall-munita funzjonali tal-Kumpanija Omm (l-euro). Konsegwentement, kemm il-bidla USD/GBP fil-valur tat-teħid b’self estern miżmum mis-Sussidjarja B kif ukoll il-bidla GBP/EUR fil-valur tas-self tal-Kumpanija Omm pagabbli lis-Sussidjarja B (ekwivalenti għal USD/EUR bħala total) jiġu inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Kumpanija Omm. Peress li l-Kumpanija Omm tkun diġà ħħeġġjat kompletament ir-riskju EUR/USD mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C, hija tista’ tiħħeġġja biss sa mhux aktar minn £341 miljun għar-riskju EUR/GBP tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 17

Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien

REFERENZI

— 
L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008)
— 
L-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx
— 
L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet
— 
L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati
— 
L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust
— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)
— 
L-IAS 10 Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar

SFOND

1 Xi kultant entità tiddistribwixxi assi oħra għajr flus (assi mhux flus) bħala dividendi lis-sidien tagħha ( 70 ) li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien. F’dawn is-sitwazzjonijiet, entità tista’ wkoll tagħti għażla lis-sidien li jirċievu assi mhux flus jew alternattiva fi flus. L-IFRIC irċieva talbiet għal gwida dwar kif jenħtieġ li entità tikkontabbilizza tali distribuzzjonijiet.

2 L-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs) ma jipprovdux gwida dwar kif jenħtieġ li entità tkejjel distribuzzjonijiet lis-sidien tagħha (magħrufin b’mod komuni bħala dividendi). L-IAS 1 jirrikjedi li entità tippreżenta dettalji ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti mar-rapporti finanzjarji.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

3 Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tipi li ġejjin ta’ distribuzzjonijiet mhux reċiproċi ta’ assi minn entità lis-sidien tagħha li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien:

(a) 

distribuzzjonijiet ta’ assi mhux flus (eż. oġġetti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, negozji kif definiti fl-IFRS 3, interessi proprjetarji f’entità oħra jew gruppi ta’ disponiment kif definiti fl-IFRS 5); u

(b) 

distribuzzjonijiet li jagħtu għażla lis-sidien li jirċievu assi mhux flus jew alternattiva fi flus.

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal distribuzzjonijiet li fihom is-sidien kollha tal-istess klassi ta’ strumenti ta’ ekwità jiġu trattati b’mod ugwali.

5 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal distribuzzjoni ta’ assi mhux flus li finalment ikun ikkontrollat mill-istess parti jew partijiet qabel u wara d-distribuzzjoni. Din l-esklużjoni tapplika għar-rapporti finanzjarji separati, individwali u konsolidati ta’ entità li tagħmel id-distribuzzjoni.

6 F’konformità mal-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta l-assi mhux flus finalment ikun ikkontrollat mill-istess partijiet kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni. Il-paragrafu B2 tal-IFRS 3 jiddikjara li “Grupp ta’ individwi għandu jitqies li qed jikkontrolla entità meta, b’riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, kollettivament ikollhom is-setgħa li jirregolaw il-politiki finanzjarji u operatorji tagħha biex jinkisbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha”. Għaldaqstant, biex distribuzzjoni tkun barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni fuq il-bażi li l-istess partijiet jikkontrollaw l-assi kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni, grupp ta’ azzjonisti individwali li jirċievu d-distribuzzjoni jrid ikollhom, b’riżultat tal-arranġamenti kuntrattwali, din is-setgħa kollettiva finali fuq l-entità li tagħmel id-distribuzzjoni.

7 F’konformità mal-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tiddistribwixxi xi wħud mill-interessi propjetarji tagħha f’sussidjarja iżda żżomm kontroll tas-sussidjarja. L-entità li tagħmel distribuzzjoni li twassal biex l-entità tirrikonoxxi interess nonkontrollanti fis-sussidjarja tagħha tikkontabbilizza d-distribuzzjoni f’konformità mal-IFRS 10.

8 Din l-Interpretazzjoni tindirizza biss il-kontabbiltà minn entità li tagħmel distribuzzjoni ta’ assi mhux flus. Ma tindirizzax il-kontabbiltà mill-azzjonisti li jirċievu tali distribuzzjoni.

KWISTJONIJIET

9 Meta entità tiddikjara distribuzzjoni u jkollha obbligu li tiddistribwixxi l-assi kkonċernati lis-sidien tagħha, din trid tirrikonoxxi obbligazzjoni għad-dividend pagabbli. Konsegwentement, din l-Interpretazzjoni tindirizza dawn il-kwistjonijiet:

(a) 

Meta jenħtieġ li entità tirrikonoxxi d-dividend pagabbli?

(b) 

Kif jenħtieġ li entità tkejjel id-dividend pagabbli?

(c) 

Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, kif jenħtieġ li tikkontabbilizza kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-assi distribwiti u l-ammont riportat tad-dividend pagabbli?

KUNSENS

Meta għandu jiġi rikonoxxut dividend pagabbli

10 L-obbligazzjoni li jitħallas dividend għandha tiġi rikonoxxuta meta d-dividend ikun awtorizzat b’mod xieraq u ma jkunx għadu fid-diskrezzjoni tal-entità, li hija d-data:

(a) 

meta d-dikjarazzjoni tad-dividend, eż. mill-maniġment jew mill-bord tad-diretturi, tkun approvata mill-awtorità rilevanti, eż. l-azzjonisti, jekk il-ġuriżdizzjoni tkun teħtieġ tali approvazzjoni, jew

(b) 

meta d-dividend jiġi ddikjarat, eż. mill-maniġment jew mill-bord tad-diretturi, jekk il-ġuriżdizzjoni ma tkunx teħtieġ approvazzjoni ulterjuri.

Kejl ta’ dividend pagabbli

11 Entità għandha tkejjel obbligazzjoni li tiddistribwixxi assi mhux flus bħala dividend lis-sidien tagħha fil-valur ġust tal-assi li jridu jiġu distribwiti.

12 Jekk entità tagħti għażla lis-sidien tagħha li jirċievu assi mhux flus jew alternattiva fi flus, l-entità għandha tistma d-dividend pagabbli billi tqis kemm il-valur ġust ta’ kull alternattiva kif ukoll il-probabbiltà assoċjata li s-sidien jagħżlu alternattiva jew oħra.

13 Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar u fid-data tas-saldu, l-entità għandha tirrieżamina u taġġusta l-ammont riportat tad-dividend pagabbli, bi kwalunkwe bidla fl-ammont riportat tad-dividend pagabbli rikonoxxuta fl-ekwità bħala aġġustamenti għall-ammont tad-distribuzzjoni.

Kontabbiltà għal kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-assi distribwiti u l-ammont riportat tad-dividend pagabbli meta entità ssalda d-dividend pagabbli

14 Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, din għandha tirrikonoxxi d-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont riportat tal-assi distribwiti u l-ammont riportat tad-dividend pagabbli fi profitt jew telf.

Preżentazzjoni u divulgazzjonijiet

15 Entità għandha tippreżenta d-differenza deskritta fil-paragrafu 14 bħala entrata f’linja separata fil-profitt jew telf.

16 Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli:

(a) 

l-ammont riportat tad-dividend pagabbli fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu; u

(b) 

iż-żieda jew it-tnaqqis fl-ammont riportat rikonoxxut fil-perjodu f’konformità mal-paragrafu 13 b’riżultat ta’ bidla fil-valur ġust tal-assi li għandhom jiġu distribwiti.

17 Jekk, wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar iżda qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, entità tiddikjara dividend għad-distribuzzjoni ta’ assi mhux flus, din għandha tiddivulga:

(a) 

in-natura tal-assi li għandu jiġi distribwit;

(b) 

l-ammont riportat tal-assi li għandu jiġi distribwit fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar; u

(c) 

il-valur ġust tal-assi li għandu jiġi distribwit fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, jekk ikun differenti mill-ammont riportat tiegħu, u l-informazzjoni dwar il-metodu/i użat(i) għall-kejl tal-valur ġust meħtieġ mill-paragrafi 93(b), (d), (g) u (i) u 99 tal-IFRS 13.

DATA EFFETTIVA

18 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhijiex permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2009, din għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRS 5 (kif emendat minn din l-Interpretazzjoni).

19 L-IFRS 10, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10.

20 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 17. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 19

Eżawriment tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta’ Strumenti ta’ Ekwità

REFERENZI

— 
Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji  ( 71 )
— 
L-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma
— 
L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji
— 
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
— 
L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust
— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

SFOND

1 Debitur u kreditu jistgħu jirrinegozjaw it-termini ta’ obbligazzjoni finanzjarja bir-riżultat li d-debitur jeżawrixxi totalment jew parzjalment l-obbligazzjoni bil-ħruġ ta’ strumenti ta’ ekwità lill-kreditur. Dawn it-tranżazzjonijiet xi drabi jissejħu “swaps ta’ dejn ma’ ekwità”. L-IFRIC irċieva talbiet għal gwida dwar il-kontabbiltà ta’ tali tranżazzjonijiet.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabbiltà minn entità meta t-termini ta’ obbligazzjoni finanzjarja jkunu rrinegozjati u jirriżultaw fil-ħruġ ta’ strumenti ta’ ekwità lil kreditur tal-entità biex teżawrixxi l-obbligazzjoni finanzjarja totalment jew parzjalment. Ma tindirizzax il-kontabbiltà mill-kreditur.

3 Entità ma għandhiex tapplika din l-Interpretazzjoni għal tranżazzjonijiet f’sitwazzjonijiet fejn:

(a) 

il-kreditur ikun ukoll azzjonist dirett jew indirett u jkun qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist dirett jew indirett eżistenti.

(b) 

il-kreditur u l-entità jkunu kkontrollati mill-istess parti jew partijiet qabel jew wara t-tranżazzjoni u s-sustanza tat-tranżazzjoni tinkludi distribuzzjoni ta’ ekwità mill-entità jew kontribuzzjoni ta’ ekwità lill-entità.

(c) 

l-eżawriment tal-obbligazzjoni finanzjarja bil-ħruġ ta’ ishma ta’ ekwità ikun f’konformità mat-termini oriġinali tal-obbligazzjoni finanzjarja.

KWISTJONIJIET

4 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

Jinħarġu strumenti ta’ ekwità ta’ entità biex tiġi eżawrita l-obbligazzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha ta’ “korrispettiv imħallas” f’konformità mal-paragrafu 3.3.3 tal-IFRS 9?

(b) 

Entità kif jenħtieġ li inizjalment tkejjel l-istrumenti ta’ ekwità maħruġa biex tiġi eżawrita tali obbligazzjoni finanzjarja?

(c) 

Entità kif jenħtieġ li tikkontabbilizza kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja eżawrit u l-ammont tal-kejl inizjali tal-istrumenti ta’ ekwità maħruġa?

KUNSENS

5 Il-kwistjoni tal-istrumenti ta’ ekwità ta’ entità lil kreditur biex jeżawrixxi l-obbligazzjoni finanzjarja totalment jew parzjalment hija korrispettiv imħallas f’konformità mal-paragrafu 3.3.3 tal-IFRS 9. Entità għandha tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha meta, u biss meta, din tiġi eżawrita f’konformità mal-paragrafu 3.3.1 tal-IFRS 9.

6 Meta l-istrumenti ta’ ekwità maħruġa lil kreditur għall-eżawriment totali jew parzjali ta’ obbligazzjoni finanzjarja jkunu inizjalment rikonoxxuti, entità għandha tkejjilhom fil-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità maħruġa, sakemm dak il-valur ġust ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

7 Jekk il-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità maħruġa ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, l-istrumenti ta’ ekwità għandhom jitkejlu b’mod li jirriflettu l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja eżawrita. Fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja eżawrita li tinkludi aspett ta’ ġbid bla avviż (eż. depożitu ta’ bla avviż), il-paragrafu 47 tal-IFRS 13 ma japplikax.

8 Jekk tiġi eżawrita biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tivvaluta jekk parti mill-korrispettiv imħallas ikunx relatat ma’ modifika fit-termini tal-obbligazzjoni li tibqa’ pendenti. Jekk parti mill-korrispettiv imħallas tkun relatata ma’ modifika fit-termini tal-parti li jifdal tal-obbligazzjoni, l-entità għandha talloka l-korrispettiv imħallas bejn il-parti tal-obbligazzjoni eżawrita u l-parti tal-obbligazzjoni li baqgħet pendenti. Meta tagħmel din l-allokazzjoni, l-entità għandha tqis il-fatti kollha rilevanti u ċ-ċirkustanzi dwar it-tranżazzjoni.

9 Id-differenza bejn l-ammont riportat tal-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) eżawrita, u l-korrispettiv imħallas, għandha tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf, f’konformità mal-paragrafu 3.3.3 tal-IFRS 9. L-istrumenti ta’ ekwità maħruġa għandhom jiġu rikonoxxuti inizjalment u jitkejlu fid-data li l-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn dik l-obbligazzjoni) tiġi eżawrita.

10 Meta tiġi eżawrita biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja, il-korrispettiv għandu jiġi allokat f’konformità mal-paragrafu 8. Il-korrispettiv allokat għall-obbligazzjoni li jifdal għandu jifforma parti mill-valutazzjoni ta’ jekk it-termini ta’ dik l-obbligazzjoni li jifdal ġewx modifikati sostanzjalment. Jekk l-obbligazzjoni li jifdal tkun ġiet modifikata sostanzjalment, l-entità għandha tikkontabbilizza l-modifika bħala l-eżawriment tal-obbligazzjoni oriġinali u r-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni ġdida kif meħtieġ mill-paragrafu 3.3.2 tal-IFRS 9.

11 Entità għandha tiddivulga qligħ jew telf rikonoxxut f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 bħala entrata f’linja separata fil-profitt jew telf jew fin-noti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

12 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2010, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

13 Entità għandha tapplika bidla fil-politika tal-kontabbiltà f’konformità mal-IAS 8 mill-bidu tal-aktar perjodu komparattiv bikri ppreżentat.

14 [Imħassar]

15 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

16 [Imħassar]

17 L-IFRS 9, kif maħruġ f’Lulju 2014, emenda l-paragrafi 4, 5, 7, 9 u 10 u ħassar il-paragrafi 14 u 16. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 9.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 20

Kostijiet tat-Tneżżigħ fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tas-Superfiċe

REFERENZI

— 
Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju  ( 72 )
— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
— 
L-IAS 2 Inventarji
— 
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir
— 
L-IAS 38 Assi Intanġibbli

SFOND

1 F’operazzjonijiet ta’ estrazzjoni f’minjieri tas-superfiċe, jista’ jkun meħtieġ li l-entitajiet ineħħu materjal ta’ skart tal-minjieri (“materjal tal-art ta’ kopertura”) biex ikollhom aċċess għal depożiti ta’ minerali. Din l-attività ta’ tneħħija tal-iskart hija magħrufa bħala “tneżżigħ”.

2 Matul il-fażi tal-iżvilupp tal-minjiera (qabel ma tibda l-produzzjoni), il-kostijiet tat-tneżżigħ normalment huma kapitalizzati bħala parti mill-kost deprezzabbli tal-bini, l-iżvilupp u l-kostruzzjoni tal-minjiera. Dawk il-kostijiet kapitalizzati huma deprezzati jew amortizzati fuq bażi sistematika, normalment billi jintuża l-metodu tal-unitajiet tal-produzzjoni, ladarba tibda l-produzzjoni.

3 Entità tal-estrazzjoni fil-minjieri tista’ tkompli tneħħi l-materjal tal-art ta’ kopertura u ġġarrab kostijiet tat-tneżżigħ matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera.

4 Il-materjal imneħħi waqt it-tneżżigħ fil-fażi tal-produzzjoni mhux bilfors ikun 100 % skart; dan ta’ spiss ikun taħlita ta’ minerali u skart. Il-proporzjon ta’ minerali għal skart jista’ jvarja minn grad baxx mhux ekonomiku għal grad għoli profittabbli. It-tneħħija tal-materjal bi proporzjon baxx ta’ minerali għal skart jista’ jipproduċi xi materjal utilizzabbli, li jista’ jintuża biex ikun prodott l-inventarju. Din it-tneħħija tista’ tipprovdi wkoll aċċess għal livelli aktar profondi ta’ materjal li għandu proporzjon ogħla ta’ minerali għal skart. Għaldaqstant, mill-attività tat-tneżżigħ jista’ jkun hemm żewġ benefiċċji li tgawdi minnhom l-entità: minerali utilizzabbli li jistgħu jintużaw biex jiġi prodott l-inventarju u jittejjeb l-aċċess għal kwantitajiet ulterjuri ta’ materjal li se jittella’ mill-minjieri f’perjodi futuri.

5 Din l-Interpretazzjoni tikkunsidra meta u kif tikkontabbilizza b’mod separat dawn iż-żewġ benefiċċji li ġejjin mill-attività tat-tneżżigħ, kif ukoll kif jitkejlu dawn il-benefiċċji kemm inizjalment kif ukoll sussegwentement.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

6 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-kostijiet tat-tneħħija tal-iskart li jiġġarrbu fl-attività tal-estrazzjoni fil-minjieri tas-superfiċe matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera (“kostijiet tat-tneżżigħ għall-produzzjoni”).

KWISTJONIJIET

7 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rikonoxximent tal-kostijiet tat-tneżżigħ għall-produzzjoni bħala assi;

(b) 

il-kejl inizjali tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ; u

(c) 

il-kejl sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ.

KUNSENS

Rikonoxximent tal-kostijiet tat-tneżżigħ għall-produzzjoni bħala assi

8 Sal-punt fejn il-benefiċċju mill-attività tat-tneżżigħ isseħħ fil-forma tal-inventarju prodott, l-entità għandha tikkontabbilizza l-kostijiet tal-attività tat-tneżżigħ f’konformità mal-prinċipji tal-IAS 2 Inventarji. Sal-punt fejn il-benefiċċju jkun li jittejjeb l-aċċess għall-minerali, l-entità għandha tirrikonoxxi dawn il-kostijiet bħala assi mhux kurrenti, jekk ikunu ssodisfati l-kriterji fil-paragrafu 9 ta’ hawn taħt. Din l-Interpretazzjoni tirreferi għall-assi mhux attwali bħala “l-assi tal-attività tat-tneżżigħ”.

9 Entità għandha tirrikonoxxi assi tal-attività tat-tneżżigħ jekk, u biss jekk, jiġi ssodisfat dan kollu li ġej:

(a) 

ikun probabbli li l-benefiċċju ekonomiku futur (aċċess imtejjeb għall-massa mineralizzata) li huma assoċjati mal-attività tat-tneżżigħ se jgħaddu lill-entità;

(b) 

l-entità tista’ tidentifika l-komponent tal-massa mineralizzata li għalih ikun ittejjeb l-aċċess; u

(c) 

il-kostijiet relatati mal-attività tat-tneżżigħ assoċjati ma’ dak il-komponent ikunu jistgħu jitkejlu b'mod affidabbli.

10 L-assi tal-attività tat-tneżżigħ għandhom jitqiesu bħal żieda mal-assi eżistenti, jew titjib tiegħu. Fi kliem ieħor, l-assi tal-attività tat-tneżżigħ se jiġi kontabbilizzat bħala parti minn assi eżistenti.

11 Il-klassifikazzjoni tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ bħala assi tanġibbli jew intanġibbli hija l-istess bħall-assi eżistenti. Fi kliem ieħor, in-natura ta’ dan l-assi eżistenti se tiddetermina jekk l-entità għandhiex tikklassifika l-assi tal-attività tat-tneżżigħ bħala tanġibbli jew intanġibbli.

Kejl inizjali tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ

12 L-entità għandha tkejjel inizjalment l-assi tal-attività tat-tneżżigħ fuq il-bażi tal-kost, dan ikun l-akkumulazzjoni tal-kostijiet direttament imġarrba biex titwettaq l-attività tat-tneżżigħ li ttejjeb l-aċċess għall-komponent identifikat tal-minerali, flimkien ma’ allokazzjoni ta’ kostijiet ġenerali fissi attribwibbli direttament. Ċerti operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu fl-istess ħin tal-attività tat-tneżżigħ għall-produzzjoni, iżda li mhumiex neċessarjament għall-attività tat-tneżżigħ għall-produzzjoni biex tkompli kif ippjanat. Il-kostijiet assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet inċidentali ma għandhomx jiġu inklużi fil-kost tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ.

13 Meta l-kostijiet tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ u l-inventarju prodott ma jkunux identifikabbli separatament, l-entità għandha talloka l-kostijiet tat-tneżżigħ għall-produzzjoni bejn l-inventarju prodott u l-assi tal-attività tat-tneżżigħ billi tuża bażi ta’ allokazzjoni bbażata fuq miżura ta’ produzzjoni rilevanti. Din il-miżura ta’ produzzjoni għandha tiġi kkalkulata għall-komponent identifikat tal-massa mineralizzata, u għandha tintuża bħala parametru referenzjarju biex jiġi identifikat il-limitu sa fejn tkun seħħet l-attività addizzjonali biex jinħoloq benefiċċju fil-futur. Eżempji ta’ dawn il-miżuri jinkludu:

(a) 

il-kost tal-inventarju prodott imqabbel mal-kost mistenni;

(b) 

il-volum ta’ skart estratt imqabbel mal-volum mistenni, għal volum partikulari ta’ produzzjoni tal-minerali; u

(c) 

il-kontenut ta’ minerali tal-minerali estratti imqabbel mal-kontenut ta’ minerali mistenni li għandu jiġi estratt, għal kwantità partikulari ta’ minerali prodotti.

Kejl sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneżżigħ

14 Wara r-rikonoxximent inizjali, l-assi tal-attività tat-tneżżigħ għandu jiġi riportat fuq bażi tal-kost tiegħu jew fl-ammont rivalwat mingħajr id-deprezzament jew l-amortizzament u mingħajr it-telf minn indeboliment, bl-istess mod tal-assi eżistenti li tiegħu jifforma parti.

15 L-assi tal-attività tat-tneżżigħ għandha tiġi deprezzata jew amortizzata fuq bażi sistematika, tul il-ħajja utli mistennija tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li ssir aktar aċċessibbli b’riżultat tal-attività tat-tneżżigħ. Għandu jiġi applikat il-metodu tal-unitajiet tal-produzzjoni sakemm ma jkunx aktar xieraq metodu ieħor.

16 Il-ħajja utli mistennija tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li tintuża biex tiddeprezza jew tamortizza l-assi tal-attività tat-tneżżigħ se tkun differenti mill-ħajja utli mistennija li tintuża biex tiddeprezza jew tamortizza l-minjiera nnifisha u l-assi relatati mal-ħajja tal-minjiera. Dawk iċ-ċirkustanzi limitati meta l-attività tat-tneżżigħ tipprovdi titjib fl-aċċess għall-massa mineralizzata sħiħa li jifdal huma l-eċċezzjoni għal dan. Pereżempju, dan jista’ jseħħ lejn tmiem il-ħajja utli ta’ minjiera meta l-komponent identifikat jirrappreżenta l-parti finali tal-massa mineralizzata li għandha tiġi estratta.

Appendiċi A

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Interpretazzjoni u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Interpretazzjoni.

A1 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

A2 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-kostijiet tat-tneżżigħ għall-produzzjoni li jsiru fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat jew wara.

A3 Bħal fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat, kwalunkwe bilanċ tal-assi rikonoxxuti preċedentement li jkun irriżulta minn attività tat-tneżżigħ li tkun saret matul il-fażi tal-produzzjoni (“assi tat-tneżżigħ preċedenti”) għandu jiġi riklassifikat bħala parti minn assi eżistenti li għalih tkun relatata l-attività tat-tneżżigħ, sal-punt fejn jibqa’ komponent identifikabbli tal-massa mineralizzata li tista’ tiġi assoċjata mal-assi tat-tneżżigħ preċedenti. Dawn il-bilanċi għandhom jiġu deprezzati jew amortizzati tul il-ħajja utli mistennija li jkun fadal tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li għaliha jirrelata kull bilanċ tal-assi tat-tneżżigħ preċedenti.

A4 Jekk ma jkun hemm l-ebda komponent identifikabbli tal-massa mineralizzata li għaliha jirrelataw dawn l-assi tat-tneżżigħ preċedenti, dan għandu jiġi rikonoxxut fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ bil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 21

Imposti

REFERENZI

— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu
— 
L-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjonijiet ta’ Assistenza mill-Gvern
— 
L-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati
— 
L-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti
— 
L-IFRIC 6 Obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-Parteċipazzjoni f’Suq Speċifiku — Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku

SFOND

1. Gvern jista’ jimponi imposta fuq entità. Il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS irċieva talbiet għal gwida dwar il-kontabbiltà għal imposti fir-rapporti finanzjarji tal-entità li tħallas l-imposta. Il-kwistjoni tirrigwarda meta għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni biex titħallas imposta li hija kontabbilizzata f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2. Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabbiltà għal obbligazzjoni biex titħallas imposta jekk dik l-obbligazzjoni tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37. Din tindirizza wkoll il-kontabbiltà għal obbligazzjoni biex titħallas imposta li t-twaqqit u l-ammont tal-ħlas tagħha jkunu ċerti.

3. Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax il-kontabbiltà għall-kostijiet li jirriżultaw meta tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni biex titħallas imposta. Jenħtieġ li l-entitajiet japplikaw Standards oħra biex jiddeċiedu jekk ir-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni biex titħallas imposta jagħtix lok għal ass jew spiża.

4. Għall-finijiet ta’ din l-Interpretazzjoni, imposta hija fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi li huwa impost mill-gvernijiet fuq entitajiet f’konformità mal-leġiżlazzjoni (jiġifieri l-liġijiet u/jew ir-regolamenti), ħlief:

(a) 

dawk il-flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Standards oħra (bħal taxxi fuq l-introjtu li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu); u

(b) 

multi jew penali oħra li huma imposti għal ksur tal-leġiżlazzjoni.

“Gvern” tirreferi għal gvern, aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali jew internazzjonali.

5. Pagament imħallas minn entità għall-akkwist ta’ assi, jew għall-provvista ta’ servizzi taħt ftehim kuntrattwali ma’ gvern, ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ imposta.

6. Entità mhijiex meħtieġa tapplika din l-Interpretazzjoni għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn skemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

KWISTJONIJIET

7. Biex tiċċara l-kontabbiltà għal obbligazzjoni biex titħallas imposta, din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

x’inhu l-event obbliganti li jagħti lok għar-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni biex titħallas imposta?

(b) 

l-isforz ekonomiku biex l-operat ikompli f’perjodu futur joħloq obbligazzjoni kostruttiva biex titħallas imposta li se titqanqal bl-operat f’dak il-perjodu futur?

(c) 

il-preżunzjoni ta’ negozju avvjat timplika li entità għandha obbligazzjoni preżenti li tħallas imposta li se titqanqal bl-operat f’perjodu futur?

(d) 

ir-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni biex titħallas imposta jseħħ f’punt fiż-żmien jew, f’ċerti ċirkustanzi, jirriżulta progressivament maż-żmien?

(e) 

x’inhu l-event obbliganti li jagħti lok għar-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni biex titħallas imposta li titqanqal jekk jintlaħaq limitu minimu?

(f) 

il-prinċipji għar-rikonoxximent, fir-rapporti finanzjarji annwali u fir-rapport finanzjarju interim, ta’ obbligazzjoni biex titħallas imposta huma l-istess?

KUNSENS

8. L-event obbliganti li jagħti lok għal obbligazzjoni biex titħallas imposta huwa l-attività li tikkaġuna l-pagament tal-imposta, kif identifikat mil-leġiżlazzjoni. Pereżempju, jekk l-attività li tikkaġuna l-pagament tal-imposta tkun il-ġenerazzjoni tad-dħul fil-perjodu kurrenti u l-kalkolu ta’ dik l-imposta jkun ibbażat fuq id-dħul li ġie ġġenerat f’perjodu preċedenti, l-event obbliganti għal dik l-imposta jkun il-ġenerazzjoni tad-dħul fil-perjodu kurrenti. Il-ġenerazzjoni tad-dħul fil-perjodu preċedenti hija meħtieġa, iżda mhijiex biżżejjed, biex toħloq obbligu preżenti.

9. Entità ma jkollhiex obbligu kostruttiv li tħallas imposta li se tiġi kkaġunata bl-operat f’perjodu futur b’riżultat tal-fatt li l-entità tkun ekonomikament imġiegħla tkompli topera f’dak il-perjodu futur.

10. It-tħejjija tar-rapporti finanzjarji taħt is-suppożizzjoni ta’ negozju avvjat ma timplikax li entità għandha obbligu preżenti li tħallas pagament li se jitqanqal bl-operat f’perjodu futur.

11. Ir-responsabbiltà li titħallas imposta hija rikonoxxuta progressivament jekk l-event obbliganti jseħħ fuq perjodu ta’ żmien (jiġifieri jekk l-attività li tikkaġuna l-pagament tal-imposta, kif identifikat mil-leġiżlazzjoni, isseħħ fuq perjodu ta’ żmien). Pereżempju, jekk l-event obbliganti jkun il-ġenerazzjoni ta’ dħul tul perjodu ta’ żmien, l-obbligazzjoni korrispondenti tkun rikonoxxuta bħala l-entità li tiġġenera d-dħul.

12. Jekk l-obbligu biex titħallas imposta titqanqal meta jintlaħaq limitu minimu, il-kontabbiltà għall-obbligazzjoni li tinħoloq minn dak l-obbligu għandha tkun konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 8–14 ta’ din l-Interpretazzjoni (b’mod partikulari, il-paragrafi 8 u 11). Pereżempju, jekk l-event obbliganti jkun l-ilħiq ta’ limitu minimu ta’ attività (bħal ammont minimu ta’ dħul jew bejgħ iġġenerat jew output prodott), l-obbligazzjoni korrispondenti tkun rikonoxxuta meta jintlaħaq dak il-limitu minimu ta’ attività.

13. Entità għandha tapplika l-istess prinċipji ta’ rikonoxximent fir-rapport finanzjarju interim li tapplika fir-rapporti finanzjarji annwali. B’riżultat ta’ dan, fir-rapport finanzjarju interim, l-obbligazzjoni li titħallas imposta:

(a) 

ma għandhiex tiġi rikonoxxuta jekk ma jkun hemm l-ebda obbligu preżenti li titħallas imposta fit-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar interim; u

(b) 

għandha tiġi rikonoxxuta jekk jeżisti obbligu preżenti li titħallas imposta fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar interim.

14. Entità għandha tirrikonoxxi assi jekk tkun ħallset imposta minn qabel iżda għad ma għandhiex obbligu preżenti li tħallas dik l-imposta.

Appendiċi A

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-Interpretazzjoni u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Interpretazzjoni.

A1  Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

A2  Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni inizjali ta’ din l-Interpretazzjoni għandhom jiġu kontabbilizzati b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 22

Tranżazzjonijiet f’Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem

REFERENZI

— 
Il-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju  ( 73 )
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju

SFOND

1. Il-paragrafu 21 tal-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju jeħtieġ li entità tirreġistra tranżazzjoni f’munita barranija, mar-rikonoxximent inizjali fil-munita funzjonali tagħha, billi tapplika għall-ammont f’munita barranija r-rata tal-kambju spot bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija (ir-rata tal-kambju) fid-data tat-tranżazzjoni. Il-paragrafu 22 tal-IAS 21 jiddikjara li d-data tat-tranżazzjoni hija d-data li fiha t-tranżazzjoni tikkwalifika għal rikonoxximent għall-ewwel darba f’konformità mal-Istandards tal-IFRS (Standards).

2. Jekk entità tħallas jew tirċievi korrispettiv bil-quddiem f’munita barranija, din ġeneralment tirrikonoxxi assi nonmonetarju jew obbligazzjoni nonmonetarja ( 74 ) qabel ir-rikonoxximent tal-assi, l-ispiża jew l-introjtu relatat. L-assi, l-ispiża jew l-introjtu (jew parti minnu) relatat huwa l-ammont rikonoxxut li japplika l-Istandards rilevanti, li jirriżulta fl-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi nonmonetarju jew l-obligazzjoni nonmonetarja li tirriżulta mill-korrispettiv bil-quddiem.

3. Il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS (il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet) inizjalment irċieva mistoqsija li tistaqsi kif għandha tiġi determinata “d-data tat-tranżazzjoni” li tapplika l-paragrafi 21–22 tal-IAS 21 meta jiġi rikonoxxut id-dħul. Il-mistoqsija indirizzat b’mod speċifiku ċirkustanzi li fihom entità tirrikonoxxi obbligazzjoni nonmonetarja li tirriżulta mir-riċeviment ta’ korrispettiv bil-quddiem qabel ma tirrikonoxxi d-dħul relatat. Meta ddiskuta l-kwistjoni, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet innota li r-riċeviment jew il-pagament ta’ korrispettiv bil-quddiem f’munita barranija mhuwiex ristrett għal tranżazzjonijiet ta’ dħul. Għaldaqstant, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet iddeċieda li jiċċara d-data tat-tranżazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, l-ispiża jew l-introjtu relatat meta entità tkun irċeviet jew ħallset korrispettiv bil-quddiem f’munita barranija.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4. Din l-Interpretazzjoni tapplika għal tranżazzjoni f’munita barranija (jew parti minnha) meta entità tirrikonoxxi assi nonmonetarju jew obbligazzjoni nonmonetarja li tirriżulta mill-pagament jew ir-riċeviment ta’ korrispettiv bil-quddiem qabel ma l-entità tirrikonoxxi l-assi, l-ispiża jew l-introjtu (jew parti minnu) relatat.

5. Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tkejjel l-assi, l-ispiża jew l-introjtu relatat mar-rikonoxximent inizjali:

(a) 

fil-valur ġust; jew

(b) 

fil-valur ġust tal-korrispettiv imħallas jew riċevut f’data oħra għajr dik tar-rikonoxximent inizjali tal-assi nonmonetarju jew l-obbligazzjoni nonmonetarja li tirriżulta minn korrispettiv bil-quddiem (pereżempju, il-kejl ta’ avvjament li japplika l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji).

6. Entità mhijiex meħtieġa tapplika din l-Interpretazzjoni għal:

(a) 

taxxi fuq l-introjtu; jew

(b) 

kuntratti tal-assigurazzjoni (inklużi kuntratti ta’ riassigurazzjoni) li toħroġ hi jew kuntratti ta’ riassigurazzjoni li żżomm.

KWISTJONI

7. Din l-Interpretazzjoni tindirizza kif għandha tiġi determinata d-data tat-tranżazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu mar-rikonoxximent inizjali tal-assi, l-ispiża jew l-introjtu (jew parti minnu) relatat dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi nonmonetarju jew obbligazzjoni nonmonetarja li tirriżulta mill-pagament jew mir-riċeviment ta’ korrispettiv bil-quddiem f’munita barranija.

KUNSENS

8. Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 21–22 tal-IAS 21, id-data tat-tranżazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu mar-rikonoxximent inizjali tal-assi, l-ispiża jew l-introjtu (jew parti minnu) relatat hija d-data li fiha entità tirrikonoxxi inizjalment l-assi mhux monetarju jew l-obbligazzjoni nonmonetarja li tirriżulta mill-pagament jew mir-riċeviment ta’ korrispettiv bil-quddiem.

9. Jekk ikun hemm diversi pagamenti jew riċevuti bil-quddiem, l-entità għandha tiddetermina data tat-tranżazzjoni għal kull pagament jew riċevuta ta’ korrispettiv bil-quddiem.

Appendiċi A

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRIC 22 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħra tal-IFRIC 22.

DATA EFFETTIVA

A1 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

A2 Mal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni:

(a) 

billi tapplika b’mod retrospettiv l-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri; jew

(b) 

prospettivament għall-assi, l-ispejjeż u l-introjtu kollu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni rikonoxxuti inizjalment jew wara:

(i) 

il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih l-entità tapplika għall-ewwel darba din l-Interpretazzjoni; jew

(ii) 

il-bidu ta’ perjodu ta’ rapportar preċedenti ppreżentat bħala informazzjoni komparattiva fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu ta’ rapportar li fih l-entità tapplika għall-ewwel darba din l-Interpretazzjoni.

A3 Entità li tapplika l-paragrafu A2(b) għandha, mal-applikazzjoni inizjali, tapplika l-Interpretazzjoni għal assi, l-ispejjeż u l-introjtu rikonoxxuti inizjalment fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar jew wara fil-paragrafu A2(b)(i) jew (ii) li għalihom l-entità tkun irrikonoxxiet assi nonmonetarji jew obbligazzjonijiet nonmonetarji li jirriżultaw minn korrispettiv bil-quddiem qabel dik id-data.

Appendiċi B

L-emenda f’dan l-Appendiċi għandha tkun applikata għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 23

Inċertezza dwar it-Trattamenti tat-Taxxa fuq l-Introjtu

REFERENZI

— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 10 Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar
— 
L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu

SFOND

1. L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu jispeċifika r-rekwiżiti għal assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti u differiti. Entità tapplika r-rekwiżiti fl-IAS 12 abbażi tal-liġijiet tat-taxxa applikabbli.

2. Jista’ ma jkunx ċar kif il-liġi fiskali tapplika għal tranżazzjoni jew ċirkustanza partikulari. L-aċċettabbiltà ta’ trattament tat-taxxa partikulari skont il-liġi tat-taxxa tista’ ma tkunx magħrufa sakemm l-awtorità tat-taxxa jew qorti rilevanti tieħu deċiżjoni fil-futur. Konsegwentement, tilwima jew eżami ta’ trattament tat-taxxa partikulari mill-awtorità tat-taxxa tista’ taffettwa l-kontabbiltà ta’ entità għal assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti jew differita.

3. F’din l-Interpretazzjoni:

(a) 

“trattamenti tat-taxxa” tirreferi għat-trattamenti użati minn entità jew li tippjana li tuża fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu tagħha.

(b) 

“awtorità tat-taxxa” tirreferi għal korp jew korpi li jiddeċiedu jekk trattamenti tat-taxxa humiex aċċettabbli skont il-liġi tat-taxxa. Dan jista’ jinkludi qorti.

(c) 

“trattament tat-taxxa inċert” huwa trattament li dwaru jkun hemm inċertezza dwar jekk l-awtorità tat-taxxa rilevanti hijiex se taċċetta t-trattament tat-taxxa skont il-liġi tat-taxxa. Pereżempju, deċiżjoni ta’ entità li ma tippreżenta ebda dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu f’ġuriżdizzjoni tat-taxxa, jew li ma tinkludix introjtu partikulari fil-profitt taxxabbli, huwa trattament tat-taxxa inċert jekk l-aċċettazzjoni tiegħu tkun inċerta skont il-liġi tat-taxxa.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

4. Din l-Interpretazzjoni tiċċara kif għandhom jiġu applikati l-ħtiġijiet ta’ rikonoxximent u kejl fl-IAS 12 meta jkun hemm inċertezza dwar it-trattamenti tat-taxxa fuq l-introjtu. F’tali ċirkustanza, entità għandha tirrikonoxxi u tkejjel l-assi jew l-obbligazzjoni tat-taxxa kurrenti jew differita tagħha billi tapplika r-rekwiżiti fl-IAS 12 abbażi tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati u r-rati tat-taxxa determinati bl-applikazzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni.

KWISTJONIJIET

5. Meta jkun hemm inċertezza dwar it-trattamenti tat-taxxa fuq l-introjtu, din l-Interpretazzjoni tindirizza:

(a) 

jekk entità tikkunsidrax trattament tat-taxxa inċert b’mod separat;

(b) 

is-suppożizzjonijiet li tagħmel entità dwar l-eżami tat-trattamenti tat-taxxa mill-awtoritajiet tat-taxxa;

(c) 

kif entità tiddetermina l-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati u rati tat-taxxa; u

(d) 

kif entità tikkunsidra bidliet fil-fatti u ċ-ċirkustanzi.

KUNSENS

Jekk entità tikkunsidra trattament tat-taxxa inċert b’mod separat

6. Entità għandha tiddetermina jekk tikkunsidrax kull trattament tat-taxxa inċert b’mod separat jew flimkien ma’ trattament tat-taxxa inċerti wieħed jew aktar fuq il-bażi ta’ liema approċċ jipprevedi aħjar ir-riżoluzzjoni tal-inċertezza. Fid-determinazzjoni tal-approċċ li jipprevedi aħjar ir-riżoluzzjoni tal-inċertezza, entità tista' tikkunsidra, pereżempju, (a) kif tħejji d-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tagħha u kif tappoġġa trattamenti tat-taxxa; jew (b) kif l-entità tistenna li l-awtorità ta' tassazzjoni twettaq l-eżami tagħha u ssolvi kwistjonijiet li jistgħu jqumu minn dan l-eżami.

7. Jekk, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6, entità tikkunsidra flimkien iktar minn trattament wieħed tat-taxxa, l-entità għandha tifhem ir-referenzi għal “trattament tat-taxxa inċert” f’din l-Interpretazzjoni bħala referenza għall-grupp ta’ trattamenti ta’ taxxa inċerti kkunsidrati flimkien.

Eżami mill-awtoritajiet tat-taxxa

8. Fil-valutazzjoni ta’ jekk u kif trattament tat-taxxa inċert jaffettwa d-determinazzjoni ta’ profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati u rati tat-taxxa, entità għandha tassumi li awtorità tat-taxxa se teżamina l-ammonti li għandha dritt li teżamina u jkollha għarfien sħiħ tal-informazzjoni kollha relatata meta twettaq dawn l-eżamijiet.

Determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati u rati tat-taxxa

9. Entità għandha tqis jekk ikunx probabbli li awtorità tat-taxxa taċċetta trattament tat-taxxa inċert.

10. Jekk entità tikkonkludi li jkun probabbli li l-awtorità tat-taxxa se taċċetta trattament tat-taxxa inċert, l-entità għandha tiddetermina l-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati jew rati tat-taxxa b'mod konsistenti mat-trattament tat-taxxa użat jew ippjanat li jintuża fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu tagħha.

11. Jekk entità tikkonkludi li mhuwiex probabbli li l-awtorità tat-taxxa se taċċetta trattament tat-taxxa inċert, l-entità għandha tirrifletti l-effett ta’ inċertezza fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli relatat (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati jew rati tat-taxxa. Entità għandha tirrifletti l-effett ta’ inċertezza għal kull trattament tat-taxxa inċert billi tuża wieħed mill-metodi segwenti, skont liema metodu l-entità tistenna li jipprevedi aħjar ir-riżoluzzjoni tal-inċertezza:

(a) 

l-ammont l-aktar probabbli—l-ammont singolu l-aktar probabbli fost il-firxa ta’ eżiti possibbli. L-ammont l-aktar probabbli jista’ jipprevedi aħjar ir-riżoluzzjoni tal-inċertezza jekk l-eżiti possibbli jkunu binarji jew ikunu kkonċentrati fuq valur wieħed.

(b) 

il-valur mistenni — is-somma tal-ammonti ponderati għall-probabbiltà f’firxa ta’ eżiti possibbli. Il-valur mistenni jista’ jipprevedi aħjar ir-riżoluzzjoni tal-inċertezza jekk ikun hemm firxa ta’ eżiti possibbli li la jkunu binarji u lanqas ikkonċentrati fuq valur wieħed.

12. Jekk trattament tat-taxxa inċert jaffettwa taxxa kurrenti u taxxa differita (pereżempju, jekk taffettwa kemm il-profitt taxxabbli li jintuża biex tiġi determinata t-taxxa kurrenti kif ukoll il-bażijiet tat-taxxa użati biex tiġi determinata t-taxxa differita), entità għandha tagħmel ġudizzji u stimi konsistenti kemm għat-taxxa kurrenti kif ukoll għat-taxxa differita.

Bidliet fil-fatti u fiċ-ċirkustanzi

13. Entità għandha tirrivaluta ġudizzji jew stima meħtieġa minn din l-Interpretazzjoni jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi li fuqhom il-ġudizzju jew l-istima kienet ibbażata jinbidlu jew bħala riżultat ta’ informazzjoni ġdida li taffettwa l-ġudizzju jew l-istima. Pereżempju, bidla fil-fatti u ċ-ċirkustanzi tista’ tibdel il-konklużjonijiet ta’ entità dwar l-aċċettabbiltà ta’ trattament tat-taxxa jew l-istima tal-entità tal-effett ta’ inċertezza, jew it-tnejn. Il-paragrafi A1–A3 jistabbilixxu gwida dwar bidliet fil-fatti u ċ-ċirkustanzi.

14. Entità għandha tirrifletti l-effett ta’ bidla fil-fatti u fiċ-ċirkustanzi jew ta’ informazzjoni ġdida bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà billi tapplika l-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Entità għandha tapplika l-IAS 10 Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar biex tiddetermina jekk bidla li sseħħ wara l-perjodu ta’ rapportar hijiex event ta’ aġġustament jew ta’ nuqqas ta’ aġġustament.

Appendiċi A

Gwida tal-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRIC 23 u għandu l-istess awtorità ta' partijiet oħra tal-IFRIC 23.

BIDLIET FIL-FATTI U FIĊ-ĊIRKUSTANZI (IL-PARAGRAFU 13)

A1 Bl-applikazzjoni tal-paragrafu 13 ta’ din l-Interpretazzjoni, entità għandha tivvaluta r-rilevanza u l-effett ta’ bidla fil-fatti u ċ-ċirkustanzi jew ta’ informazzjoni ġdida fil-kuntest ta’ liġijiet tat-taxxa applikabbli. Pereżempju, event partikulari jista’ jwassal għal rivalutazzjoni ta’ ġudizzju jew stima magħmula għal trattament tat-taxxa iżda mhux għal ieħor, jekk dawn it-trattamenti tat-taxxa jkunu soġġetti għal liġijiet tat-taxxa differenti.

A2 Eżempji ta’ bidliet fil-fatti u ċ-ċirkustanzi jew informazzjoni ġdida li, skont iċ-ċirkustanzi, tista’ tirriżulta fir-rivalutazzjoni ta’ ġudizzju jew stima meħtieġa minn din l-Interpretazzjoni jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) 

eżamijiet jew azzjonijiet minn awtorità tat-taxxa. Pereżempju:

(i) 

ftehim jew nuqqas ta’ ftehim mill-awtorità tat-taxxa mat-trattament tat-taxxa jew trattament tat-taxxa simili li jintuża mill-entità;

(ii) 

informazzjoni li l-awtorità tat-taxxa qablet jew ma qablitx ma’ trattament tat-taxxa simili użat minn entità oħra; u

(iii) 

informazzjoni dwar l-ammont riċevut jew imħallas biex jiġi saldat trattament tat-taxxa simili.

(b) 

bidliet fir-regoli stabbiliti minn awtorità tat-taxxa.

(c) 

l-iskadenza tad-dritt ta’ awtorità tat-taxxa li teżamina jew tirrieżamina trattament tat-taxxa.

A3 In-nuqqas ta’ ftehim minn awtorità tat-taxxa bi trattament tat-taxxa, waħdu, x’aktarx ma jikkostitwix bidla fil-fatti u fiċ-ċirkustanzi jew informazzjoni ġdida li taffettwa l-ġudizzji u l-istimi meħtieġa minn din l-Interpretazzjoni.

DIVULGAZZJONI

A4 Meta jkun hemm inċertezza dwar it-trattamenti tat-taxxa fuq l-introjtu, entità għandha tiddetermina jekk għandhiex tiddivulga:

(a) 

ġudizzji li jsiru fid-determinar tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati u rati tat-taxxa bl-applikazzjoni tal-paragrafu 122 tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji; u

(b) 

informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet u l-istimi li jsiru fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli (telf ta’ taxxa), bażijiet tat-taxxa, telf ta’ taxxa mhux użati, krediti ta’ taxxa mhux użati u rati tat-taxxa li japplikaw il-paragrafi 125–129 tal-IAS 1.

A5 Jekk entità tikkonkludi li jkun probabbli li awtorità tat-taxxa taċċetta trattament tat-taxxa inċert, l-entità għandha tiddetermina jekk għandhiex tiddivulga l-effett potenzjali ta’ inċertezza bħala kontinġenza relatata mat-taxxa billi jiġi applikat il-paragrafu 88 tal-IAS 12.

Appendiċi B

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali tal-IFRIC 23 u għandu l-istess awtorità ta' partijiet oħra tal-IFRIC 23.

DATA EFFETTIVA

B1 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din għandha tiddivulga dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

B2 Mal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni:

(a) 

billi tapplika b’mod retrospettiv l-IAS 8, jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara; jew

(b) 

b’mod retrospettiv bl-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-Interpretazzjoni rikonoxxut fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Jekk entità tagħżel dan l-approċċ ta’ tranżizzjoni, ma għandhiex tirridikjara informazzjoni komparattiva. Minflok, l-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta’ din l-Interpretazzjoni bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ miżmum (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq). Id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih entità tapplika din l-Interpretazzjoni għall-ewwel darba.

INTERPRETAZZJONI TAL-SIC 7

Introduzzjoni tal-Euro

REFERENZI

— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 10 Eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar
— 
L-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju (kif rivedut fl-2003)
— 
L-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008)

KWISTJONI

1 Mill-1 ta’ Jannar 1999, il-bidu effettiv tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), l-euro se ssir munita fiha nnifisha u r-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti nazzjonali parteċipanti se jkunu ffissati b’mod irrevokabbli, jiġifieri r-riskju ta' differenzi sussegwenti tal-kambju relatati ma’ dawk il-muniti huwa eliminat minn din id-data ’l quddiem.

2 Il-kwistjoni hija l-applikazzjoni tal-IAS 21 għall-bidla mill-muniti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea għall-euro (“il-bidla għall-euro”).

KUNSENS

3 Ir-rekwiżiti tal-IAS 21 dwar il-qlib ta’ tranżazzjonijiet f’munita barranija u ta’ rapporti finanzjarji ta’ operazzjonijiet barranin jenħtieġ li jkunu applikati strettament għall-bidla għall-euro. L-istess raġunament japplika għall-iffissar tar-rati tal-kambju meta l-pajjiżi jissieħbu fl-UEM fi stadji aktar tard.

4 Dan ifisser li, b’mod partikulari:

(a) 

assi u obbligazzjonijiet monetarji fil-munita barranija li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet għandhom ikomplu jinqalbu fil-munita funzjonali bir-rata tal-għeluq. Kwalunkwe differenza fil-kambju li tirriżulta għandha tiġi rikonoxxuta bħala introjtu jew spiża minnufih, ħlief li entità għandha tkompli tapplika l-politika tal-kontabbiltà eżistenti tagħha għall-qligħ u t-telf relatati ma’ ħeġġijiet tar-riskju tal-munita ta’ tranżazzjoni prevista;

(b) 

id-differenzi tal-kambju kumulattivi relatati mal-qlib tar-rapporti finanzjarji ta’ operazzjonijiet barranin, rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv, għandhom ikunu akkumulati f’ekwità u għandhom ikunu riklassifikati minn ekwità għal qligħ jew telf biss malli jsir id-disponiment jew id-disponiment parzjali tal-investiment nett fl-operazzjoni barranija; u

(c) 

id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mil-qlib ta’ obbligazzjonijiet denominati f’muniti parteċipanti ma għandhomx jiġu inklużi fl-ammont riportat ta’ assi relatati.

DATA TAL-KUNSENS

Ottubru 1997

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1998. Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà għandhom jiġu kontabbilizzati skont ir-rekwiżiti tal-IAS 8.

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafu 4(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

INTERPRETAZZJONI TAL-SIC 10

Assistenza mill-Gvern—L-Ebda Relazzjoni Speċifika mal-Attivitajiet tal-Operat

REFERENZI

— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza mill-Gvern

KWISTJONI

1 F’xi pajjiżi, l-assistenza mill-gvern lill-entitajiet tista’ tkun immirata biex tinkoraġġixxi jew biex issostni fit-tul l-attivitajiet tan-negozju jew f’ċerti reġjuni jew f’setturi tal-industrija. Il-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi din l-assistenza jistgħu ma jkunux relatati b’mod speċifiku mal-attivitajiet operatorji tal-entità. Eżempji ta’ din l-assistenza huma t-trasferimenti ta’ riżorsi mill-gvernijiet lil entitajiet li:

(a) 

joperaw f’industrija partikulari;

(b) 

jibqgħu joperaw f'industriji privatizzati riċentement; jew

(c) 

jibdew jew ikomplu jmexxu n-negozju tagħhom f’żoni sottożviluppati.

2 Il-kwistjoni tirrigwarda jekk din l-assistenza mill-gvern hijiex “għotja tal-gvern” fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 20 u għaldaqstant, jenħtieġx li tiġi kontabbilizzata f’konformità ma’ dan l-Istandard.

KUNSENS

3 L-assistenza mill-gvern lill-entitajiet tissodisfa d-definizzjoni ta’ għotjiet tal-gvern fl-IAS 20, anki jekk ma hemm l-ebda kundizzjoni li għandha x’taqsam b’mod speċifiku mal-attivitajiet operatorji tal-entità minbarra r-rekwiżit biex topera f’ċerti reġjuni jew setturi tal-industrija. Għaldaqstant, dawn l-għotjiet ma għandhomx ikunu kkreditati direttament lill-interessi tal-azzjonisti.

DATA TAL-KUNSENS

Jannar 1998

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1998. Il-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 8.

INTERPRETAZZJONI TAL-SIC 25

Taxxi fuq l-Introjtu —Bidliet fl-Istat tat-Taxxa ta’ Entità jew l-Azzjonisti Tagħha

REFERENZI

— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)
— 
L-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri
— 
L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu

KWISTJONI

1 Bidla fl-istat tat-taxxa ta’ entità jew tal-azzjonisti tagħha jista’ jkollha konsegwenzi għal entità billi żżid jew tnaqqas l-obbligazzjonijiet jew l-assi tat-taxxa tagħha. Dan jista’, pereżempju, iseħħ malli ssir il-kwotazzjoni pubblika tal-istrumenti ta’ ekwità tal-entità jew malli jseħħ ir-ristrutturar tal-ekwità ta' entità. Jista’ jseħħ ukoll meta azzjonist kontrollanti jitlaq f’pajjiż barrani. B'riżultat ta’ dan l-event, entità tista' tkun intaxxata b'mod differenti; pereżempju, tista' takkwista jew titlef inċentivi tat-taxxa jew issir soġġetta għal rata differenti ta' taxxa fil-futur.

2 Bidla fl-istat tat-taxxa ta’ entità jew tal-azzjonisti tagħha jista’ jkollha effett immedjat fuq l-obbligazzjonijiet jew l-assi tat-taxxa kurrenti tal-entità. Il-bidla tista’ wkoll iżżid jew tnaqqas l-obbligazzjonijiet jew l-assi tat-taxxa differita rikonoxxuti mill-entità, skont l-effett li l-bidla fl-istat tat-taxxa għandha fuq il-konsegwenzi tat-taxxa li jirriżultaw mill-irkupru jew is-saldu tal-ammont riportat tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità.

3 Il-kwistjoni tirrigwarda kif entità jenħtieġ li tikkontabbilizza l-konsegwenzi għat-taxxa ta’ bidla fl-istat tat-taxxa tagħha jew ta’ dak tal-azzjonisti tagħha.

KUNSENS

4 Bidla fl-istat tat-taxxa ta’ entità jew tal-azzjonisti tagħha ma twassalx għal żidiet jew tnaqqis f’ammonti rikonoxxuti direttament f’ekwità. Il-konsegwenzi fit-taxxa kurrenti u dik differita ta’ bidla fl-istat tat-taxxa għandhom ikunu inklużi fi profitt jew telf għall-perjodu, ħlief jekk dawk il-konsegwenzi jirrigwardaw tranżazzjonijiet u eventi li jirriżultaw, fl-istess perjodu jew f’perjodu differenti, fi kreditu jew debitu dirett fl-ammont riportat ta’ ekwità jew fl-ammonti rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv. Dawk il-konsegwenzi fit-taxxa li jirrigwardaw bidliet fl-ammont rikonoxxut ta’ ekwità, fl-istess perjodu jew f’perjodu differenti (mhux inklużi fi profitt jew telf), għandhom ikunu ddebitati jew ikkreditati direttament lill-ekwità. Dawk il-konsegwenzi fit-taxxa li jirrigwardaw ammonti rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv, għandhom ikunu rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv.

DATA TAL-KUNSENS

Awwissu 1999

DATA EFFETTIVA

Dan il-kunsens isir effettiv fil-15 ta' Lulju 2000. Il-bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà għandhom jiġu kontabbilizzati f’konformità mal-IAS 8.

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

INTERPRETAZZJONI TAL-SIC 29

Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz: Divulgazzjonijiet

REFERENZI

— 
L-IFRS 16 Lokazzjonijiet
— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)
— 
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)
— 
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti
— 
L-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004)
— 
L-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz

KWISTJONI

1 Entità (l-operatur) tista’ tidħol f’arranġament ma’ entità oħra (il-konċedent) biex tipprovdi servizzi li jagħtu aċċess pubbliku lil faċilitajiet ekonomiċi u soċjali maġġuri. Il-konċedent jista’ jkun entità fis-settur pubbliku jew privat, inkluż korp governattiv. Eżempji ta’ arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz jinvolvu faċilitajiet ta’ trattament u forniment ta’ ilma, toroq, spazji ta’ parkeġġ għall-karozzi, mini, pontijiet, ajruporti u networks tat-telekomunikazzjoni. Eżempji ta’ arranġamenti li mhumiex arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz jinkludu entità li testernalizza l-operazzjoni tas-servizzi interni tagħha (eż. kafetterija għall-impjegati, manutenzjoni ta’ bini, jew funzjonijiet kontabbilistiċi jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni).

2 Arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz ġeneralment jinvolvi li l-konċedent jipprovdi għall-perjodu tal-konċessjoni lill-operatur:

(a) 

id-dritt li jipprovdi servizzi li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal faċilitajiet ekonomiċi u soċjali maġġuri, u

(b) 

f’xi każijiet, id-dritt li jintużaw assi tanġibbli, assi intanġibbli, jew assi finanzjarji speċifikati;

bi skambju għall-operatur:

(c) 

jimpenja lilu nnifsu li jipprovdi servizzi skont ċerti termini u kundizzjonijiet waqt il-perjodu ta’ konċessjoni; u

(d) 

fejn applikabbli, jimpenja lilu nnifsu li jirritorna fit-tmiem tal-perjodu tal-konċessjoni d-drittijiet riċevuti fil-bidu tal-perjodu tal-konċessjoni u/jew akkwistati waqt il-perjodu tal-konċessjoni.

3 Il-karatteristika komuni tal-arranġamenti kollha għall-konċessjoni ta’ servizz hija li l-operatur jirċievi dritt kif ukoll iġarrab obbligu li jipprovdi servizzi pubbliċi.

4 Il-kwistjoni hija liema informazzjoni jenħtieġ li tiġi divulgata fin-noti tar-rapporti finanzjarji ta’ operatur u ta’ konċedent.

5 Ċerti aspetti u divulgazzjonijiet relatati ma’ xi arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz huma diġà indirizzati mill-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (eż. l-IAS 16 japplika għall-akkwiżizzjonijiet ta’ entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, l-IFRS 16 japplika għal-lokazzjoni ta’ assi, u l-IAS 38 japplika għal akkwiżizzjonijiet ta’ assi intanġibbli). Madankollu, arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz jista’ jinvolvi kuntratti eżekutorji li ma jkunux indirizzati fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, sakemm il-kuntratti ma jkunux onerużi, f’liema każ japplika l-IAS 37. Għaldaqstant, din l-Interpretazzjoni tindirizza divulgazzjonijiet addizzjonali ta’ arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz.

KUNSENS

6 L-aspetti kollha ta’ arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz għandhom ikunu kkunsidrati fid-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet xierqa fin-noti. Operatur u konċedent għandhom jiddivulgaw dan li ġej f’kull perjodu:

(a) 

deskrizzjoni tal-arranġament;

(b) 

termini sinifikanti tal-arranġament li jistgħu jaffettwaw l-ammont, it-twaqqit u ċ-ċertezza tal-flussi futuri ta’ flus (eż. il-perjodu tal-konċessjoni, dati ta’ riprezzament u l-bażi li fuqha jkunu determinati r-riprezzament jew ir-rinegozjar);

(c) 

in-natura u l-firxa (eż. il-kwantità, il-perjodu ta’ żmien jew l-ammont kif adatt) ta’:

(i) 

drittijiet li jintużaw assi speċifikati;

(ii) 

obbligi ta’ forniment jew drittijiet li jkun mistenni forniment ta’ servizzi;

(iii) 

obbligi li jiġu akkwistati jew jinbnew entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir;

(iv) 

obbligi li jitwasslu jew drittijiet li jkunu riċevuti assi speċifikati fit-tmiem tal-perjodu ta’ konċessjoni;

(v) 

opzjonijiet ta’ tiġdid u terminazzjoni; u

(vi) 

drittijiet u obbligi oħrajn (eż. bidliet maġġuri); u

(d) 

bidliet fl-arranġament li saru waqt il-perjodu; u

(e) 

kif ġie klassifikat l-arranġament tas-servizz.

6A Operatur għandu jiddivulga l-ammont ta’ dħul u profitti jew telf rikonoxxuti fil-perjodu tal-iskambju tas-servizzi ta’ kostruzzjoni għal assi finanzjarju jew assi mhux tanġibbli.

7 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ din l-Interpretazzjoni għandhom jingħataw individwalment għal kull arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz jew f’aggregat għal kull klassi ta’ arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz. Klassi hija raggruppament ta’ arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz li jinvolvu servizzi ta’ natura simili (eż. ġbir ta’ tariffi, telekomunikazzjonijiet u servizzi ta’ trattament tal-ilma).

DATA TAL-KUNSENS

Mejju 2001

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fl-31 ta’ Diċembru 2001.

Entità għandha tapplika l-emenda fil-paragrafi 6(e) u 6A għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2008 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRIC 12 għal perjodu aktar bikri, dik l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

INTERPRETAZZJONI TAL-SIC 32

Assi Intanġibbli - Kostijiet tas-Siti Web

REFERENZI

— 
L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji
— 
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi
— 
L-IFRS 16 Lokazzjonijiet
— 
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)
— 
L-IAS 2 Inventarji (kif rivedut fl-2003)
— 
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)
— 
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi (kif rivedut fl-2004)
— 
L-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004)

KWISTJONI

1 Entità tista’ ġġarrab nefqa interna fuq l-iżvilupp u l-operat tas-sit web tagħha stess għall-aċċess intern jew estern. Sit web iddisinjat għal aċċess estern jista’ jintuża għal diversi skopijiet bħall-promozzjoni u r-reklamar tal-prodotti u s-servizzi tal-entità nnifisha, biex jipprovdi servizzi elettroniċi, u biex ibigħ prodotti u servizzi. Sit web iddisinjat għal aċċess intern jista’ jintuża biex jaħżen politiki tal-kumpanija u dettalji tal-konsumaturi, u jfittex informazzjoni rilevanti.

2 L-istadji tal-iżvilupp ta’ sit web jistgħu jiġu deskritti kif ġej:

(a) 

Ippjanar — jinkludi t-twettiq ta’ studji ta’ fattibbiltà, id-definizzjoni tal-objettivi u l-ispeċifikazzjonijiet, l-evalwazzjoni ta’ alternattivi u l-għażla ta’ preferenzi.

(b) 

Applikazzjoni u żvilupp tal-infrastruttura — jinkludi l-akkwist ta’ isem ta’ dominju, ix-xiri u l-iżvilupp ta’ hardware u software operattiv, l-installar ta’ applikazzjonijiet żviluppati u simulazzjonijiet ta’ kriżi.

(c) 

Żvilupp tad-disinn grafiku — jinkludi d-disinn tad-dehra tal-paġni tal-internet.

(d) 

Żvilupp tal-kontenut — jinkludi l-ħolqien, ix-xiri, il-preparazzjoni u l-uploading ta’ informazzjoni, kemm testwali kif ukoll grafika, fuq is-sit web qabel it-tlestija tal-iżvilupp tas-sit web. Din l-informazzjoni tista’ tinħażen f’bażijiet tad-data separati li huma integrati fis-sit web (jew aċċessati minnu) jew kodifikati direttament fil-paġni tal-internet.

3 Ladarba l-iżvilupp ta’ sit web ikun tlesta, jibda l-Istadju operattiv. Matul dan l-istadju, entità żżomm u ttejjeb l-applikazzjonijiet, l-infrastruttura, id-disinn grafiku u l-kontenut tas-sit web.

4 Meta wieħed jikkontabbilizza n-nefqa interna fuq l-iżvilupp u l-operat tas-sit web proprju ta’ entità għal aċċess intern jew estern, il-kwistjonijiet huma:

(a) 

jekk is-sit web huwiex assi intanġibbli ġġenerat internament li huwa soġett għall-obbligi tal-IAS 38; u

(b) 

it-trattament kontabbilistiku xieraq ta’ dik in-nefqa.

5 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għan-nefqa fuq ix-xiri, l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ hardware (eż. servers tal-web, staging servers, servers ta’ produzzjoni u konnessjonijiet mal-internet) ta’ sit web. Din in-nefqa hija kontabbilizzata skont l-IAS 16. Barra minn hekk, meta entità ġġarrab nefqa fuq fornitur tas-servizz tal-internet li jkun qed jospita s-sit web tal-entità, in-nefqa tkun rikonoxxuta bħala spiża skont l-IAS 1.88. u l-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju meta s-servizzi jkunu riċevuti.

6 L-IAS 38 ma japplikax għal assi intanġibbli miżmuma minn entità għall-bejgħ fil-kors normali tan-negozju (ara l-IAS 2 u l-IFRS 15) jew lokazzjonijiet ta’ assi intanġibbli kontabbilizzati f’konformità mal-IFRS 16. Għaldaqstant, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għan-nefqa fuq l-iżvilupp jew it-tħaddim ta’ sit web (jew software tas-sit web) għall-bejgħ lil entità oħra jew li tkun kontabbilizzata skont l-IFRS 16.

KUNSENS

7 Is-sit web proprju ta’ entità li jirriżulta minn żvilupp u li jkun għal aċċess intern jew estern huwa assi intanġibbli ġġenerat internament li jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-IAS 38.

8 Sit web li jirriżulta minn żvilupp għandu jkun rikonoxxut bħala assi intanġibbli jekk, u biss jekk, minbarra li jikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali deskritti fl-IAS 38.21 għar-rikonoxximent u l-kejl inizjali, entità tista’ tissodisfa r-rekwiżiti fl-IAS 38.57. B’mod partikulari, entità tista’ tkun kapaċi tissodisfa r-rekwiżit biex turi kif is-sit web tagħha se jiġġenera benefiċċji ekonomiċi futuri probabbli f’konformità mal-IAS 38.57(d) meta, pereżempju, is-sit web ikun kapaċi jiġġenera dħul, inkluż dħul dirett minn ordnijiet awtorizzanti li jkunu se jsiru. Entità ma tkunx tista’ turi kif sit web żviluppat biss jew primarjament għall-promozzjoni u r-reklamar tal-prodotti u s-servizzi proprji tagħha se jiġġenera benefiċċji ekonomiċi probabbli futuri, u konsegwentement in-nefqa kollha li ssir fuq l-iżvilupp ta’ sit web bħal dan għandu jkun rikonoxxut bħala spiża meta jseħħ.

9 Kwalunkwe nefqa interna fuq l-iżvilupp u operat tas-sit web proprju ta’ entità stess għandha tkun kontabbilizzata f’konformità mal-IAS 38. In-natura ta’ kull attività li għaliha ġġarrab nefqa (eż. taħriġ tal-impjegati u manutenzjoni tas-sit) u l-istadju ta’ żvilupp jew ta’ wara l-iżvilupp tas-sit web għandhom ikunu evalwati biex ikun determinat it-trattament kontabbilistiku xieraq (gwida addizzjonali hija pprovduta fl-eżempju illustrattiv li jakkumpanja din l-Interpretazzjoni). Pereżempju:

(a) 

l-istadju tal-ippjanar huwa simili fin-natura għal fażi tar-riċerka fl-IAS 38.54-.56. Nefqa mġarrba f’dan l-istadju għandha tkun rikonoxxuta bħala spiża meta din tiġġarrab;

(b) 

l-istadju tal-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura, l-istadju tad-disinn grafiku u l-istadju tal-iżvilupp tal-kontenut, sal-punt fejn il-kontenut ikun żviluppat għal skopijiet oħra li mhumiex ir-reklamar u l-promozzjoni tal-prodotti u servizzi proprji ta’ entità, huma simili fin-natura għall-fażi tal-iżvilupp fl-IAS 38.57-.64. Nefqa mġarrba f’dawn l-istadji għandha tiġi inkluża fil-kost ta’ sit web rikonoxxut bħala assi intanġibbli f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ din l-Interpretazzjoni meta n-nefqa tista’ tkun direttament attribwita u tkun meħtieġa għall-ħolqien, il-produzzjoni jew il-preparazzjoni tas-sit web biex ikun kapaċi jopera fil-mod intenzjonat mill-maniġment. Pereżempju, nefqa fuq ix-xiri jew ħolqien ta’ kontenut (ħlief kontenut li jirreklama jew jippromwovi l-prodotti u s-servizzi proprji tal-entità) speċifikament għal sit web, jew nefqa biex l-użu tal-kontenut ikun jista’ jsir (eż. tariffa għall-akkwiżizzjoni ta’ liċenzja biex tkun tista’ ssir riproduzzjoni) fuq is-sit web, għandha tkun inkluża fil-kost fl-iżvilupp meta din il-kundizzjoni tintlaħaq. Madankollu, f’konformità mal-IAS 38.71, nefqa fuq entrata intanġibbli li kienet inizjalment rikonoxxuta bħala spiża f’rapporti finanzjarji preċedenti ma għandhiex tkun rikonoxxuta bħala parti mill-kost ta’ assi intanġibbli f’data aktar tard (eż. jekk il-kostijiet tad-drittijiet tal-awtur kienu amortizzati kollha, u l-kontenut ikun sussegwentement ipprovdut fuq sit web);

(c) 

nefa mġarrba fl-istadju tal-iżvilupp tal-kontenut, sal-punt fejn il-kontenut ikun żviluppat biex jirreklama u jippromwovi l-prodotti u s-servizzi proprji tal-entità (eż. ritratti diġitali tal-prodotti), għandha tkun rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab f’konformità mal-IAS 38.69(c). Pereżempju, għall-kontabbiltà tal-infiq ta’ servizzi professjonali għat-teħid tar-ritratti diġitali tal-prodotti proprji tal-entità u għat-titjib tal-immaġini tagħhom, in-nefqa għandha tkun rikonoxxuta bħala spiża għaliex is-servizzi professjonali jinkisbu matul il-proċess, mhux meta r-ritratti diġitali jintwerew fuq is-sit web;

(d) 

il-fażi operatorja tibda malli l-iżvilupp ta’ sit web ikun lest. In-nefqa mġarrba f’dan l-istadju għandha tkun rikonoxxuta bħala spiża meta tiġġarrab ħlief jekk tissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent fl-IAS 38.18.

10 Sit web li huwa rikonoxxut bħala assi intanġibbli skont il-paragrafu 8 ta’ din l-Interpretazzjoni għandu jitkejjel wara r-rikonoxximent inizjali bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-IAS 38.72-.87. L-aħjar stima tal-ħajja utli ta’ sit web jenħtieġ li tkun qasira.

DATA TAL-KUNSENS

Mejju 2001

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni ssir effettiva fil-25 ta’ Marzu 2002. L-effetti tal-adozzjoni ta’ din l-Interpretazzjoni għandhom jiġu kontabbilizzati permezz tar-rekwiżiti tat-tranżizzjoni fil-verżjoni tal-IAS 38 li nħarġet fl-1998. Għaldaqstant, meta sit web ma jissodisfax il-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli, iżda kien rikonoxxut preċedentement bħala assi, għandu jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-entrata fid-data meta din l-Interpretazzjoni ssir effettiva. Meta sit web jeżisti u n-nefqa għall-iżvilupp tiegħu tissodisfa l-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli, iżda ma kienx rikonoxxut preċedentement bħala assi, l-assi intanġibbli ma għandux ikun rikonoxxut fid-data meta din l-Interpretazzjoni saret effettiva. Meta jeżisti sit web u n-nefqa għall-iżvilupp tiegħu tissodisfa l-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli, u kien rikonoxxut preċedentement bħala assi u mkejjel inizjalment fil-kost tiegħu, l-ammont rikonoxxut inizjalment jitqies bħala li kien ġie determinat kif suppost.

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn hekk, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi, maħruġ f’Mejju 2014, emenda t-taqsima “Referenzi” u l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.

L-IFRS 16, maħruġ f’Jannar 2016, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 16.

Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġ fl-2018, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. L-applikazzjoni bikrija hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru minn Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS. Entità għandha tapplika l-emendi fl-SIC-32 b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 Politika tal-Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabbiltà u Erruri. Madankollu, jekk entità tiddetermina li applikazzjoni retrospettiva tkun imprattikabbli jew tkun tinvolvi kost jew sforz eċċessiv, din għandha tapplika l-emenda tal-SIC-32 b’referenza għall-paragrafi 23–28, 50–53 u 54F tal-IAS 8.



( 1 ) Definizzjoni tal-IFRSs emendati wara l-bidliet fl-ismijiet introdotti bil-Kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS riveduta fl-2010.

( 2 ) F’Settembru 2007, l-IASB emenda t-titolu tal-IAS 7 minn Rapporti tal-Flussi ta’ Flus għal Rapport tal-Flussi ta’ Flus b’konsegwenza tar-reviżjoni tal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji fl-2007.

( 3 ) Definizzjoni tal-IFRSs emendata wara l-bidliet fl-ismijiet introdotti bil-Kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS riveduta fl-2010.

( 4 ) Il-paragrafu 54G jispjega kif dan ir-rekwiżit jiġi emendat għall-bilanċi tal-kontijiet regolatorji.

( 5 ) Ir-referenza hija għall-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji tal-IASC adottat mill-Bord fl-2001.

[Nota tal-editur: Silta mill-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji tal-IASC, adottat mill-Bord fl-2001, tinsab fuq il-paġna tal-IAS 8 tal-qasam tal-“Implimentazzjoni ta’ Appoġġ” tas-sit web tal-Fondazzjoni, taħt “Implimentazzjoni ta’ Appoġġ bl-Istandard tal-IFRS”.]

( 6 ) Skont din l-analiżi, ma hemm ebda differenza temporanja taxxabbli. Analiżi alternattiva hija dik li d-dividendi dovuti riċevibbli għandhom bażi għat-taxxa ta' żero u li rata tat-taxxa ta’ żero tiġi applikata għad-differenza temporanja taxxabbli li tirriżulta, li hija 100. Skont iż-żewġ analiżijiet, ma hemm ebda obbligazzjoni ta’ taxxa differita.

( 7 ) Skont din l-analiżi, ma hemm ebda differenza temporanja deduċibbli. Analiżi alternattiva hija dik li l-multi u l-penali dovuti pagabbli għandhom bażi għat-taxxa ta’ żero u li rata ta’ taxxa ta’ żero tiġi applikata għad-differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta, li hija 100. Skont iż-żewġ analiżijiet, ma hemm ebda assi ta’ taxxa differita.

( 8 ) Il-paragrafu 91 jirreferi għal “rapporti finanzjarji annwali” f’konformità ma’ lingwaġġ aktar espliċitu għall-kitba ta’ dati effettivi adottati fl-1998. Il-paragrafu 89 jirreferi għal “rapporti finanzjarji”.

( 9 ) Polza kwalifikanti tal-assigurazzjoni mhijiex neċessarjament kuntratt tal-assigurazzjoni, kif definit fl-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

( 10 ) F’dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji (CU, currency units)”.

( 11 ) Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008, il-Bord emenda t-terminoloġija użata f’dan l-Istandard biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej:

(a) 
“introjtu taxxabbli” ġiet emendata għal “profitt taxxabbli jew telf ta’ taxxa”;
(b) 
“rikonoxxut bħala introjtu/spiża” ġiet emendata għal “rikonoxxut fi profitt jew telf”;
(c) 
“ikkreditat direttament fl-interessi/ekwità tal-azzjonisti” ġiet emendata għal “rikonoxxut barra mill-profitt jew telf”; u
(d) 
“reviżjoni ta’ stima tal-kontabbiltà” ġiet emendata għal “bidla fl-istima tal-kontabbiltà”.

( 12 ) Ara wkoll l-SIC-10 Assistenza mill-Gvern – l-ebda relazzjoni speċifika mal-attivitajiet tal-operat.

( 13 ) Ara wkoll l-SIC-7 Introduzzjoni tal-Euro.

( 14 ) L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jiddefinixxi l-kuntratti eżekutorji bħala kuntratti li fihom il-partijiet ma jkunu wettqu xejn mill-obbligi tagħhom jew fejn iż-żewġ partijiet ikunu wettqu l-obbligi tagħhom parzjalment u fl-istess miżura.

( 15 ) Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008, il-Bord bidel it-termini użati fl-IAS 29 biex ikunu konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej: (a) “valur tas-suq” ġiet emendata għal “valur ġust”, u (b) “riżultati tal-operazzjonijiet” u “introjtu nett” ġew emendati għal “profitt jew telf”.

( 16 ) F’dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji” (CU, currency units).

( 17 ) F’Awwissu 2005 l-IASB ittrasferixxa d-divulgazzjonijiet kollha dwar strumenti finanzjarji għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet.

( 18 ) F’din il-gwida, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji” (CU, currency units).

( 19 ) Dan hu minnu għall-biċċa l-kbira tad-derivattivi, iżda mhux għal kollha, eż. f'xi swaps bejn il-muniti tar-rati tal-imgħax, l-ammont kapitali jiġi skambjat fil-bidu (u skambjat mill-ġdid fil-maturità).

( 20 ) F’din il-gwida, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji” (CU, currency units).

( 21 ) Il-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ġie sostitwit mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà, li beda jopera fl-2001.

( 22 ) Dan il-paragrafu kien emendat bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 biex jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 34.

( 23 ) Fil-każ ta’ assi intanġibbli, it-terminu “amortizzament” ġeneralment jintuża minflok “deprezzament”. Iż-żewġ termini għandhom l-istess tifsira.

( 24 ) Ladarba assi jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew ikun inkluż fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ), dan jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard u jiġi kontabbilizzat f’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li Ma Tkomplewx.

( 25 ) F’dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji” (CU, currency units).

( 26 ) Id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni f’dan l-Istandard ma ġietx riveduta wara r-reviżjoni tad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni fil-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju maħruġ fl-2018.

( 27 ) L-interpretazzjoni ta’ “probabbli” f’dan l-Istandard bħala “aktar probabbli li jseħħ milli le” mhux neċessarjament tapplika fi standards oħrajn.

( 28 ) Id-definizzjoni ta’ assi f’dan l-Istandard ma ġietx riveduta wara r-reviżjoni tad-definizzjoni ta’ assi fil-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju maħruġ fl-2018.

( 29 ) F’dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji” (CU, currency units).

( 30 ) Ir-rapport, “Reforming Major Interest Rate Benchmarks”, jinsab hawn: http://www.fsb.org/wp-content/uploads/r_140722.pdf.

( 31 ) L-istess kunsiderazzjonijiet ta’ materjalità japplikaw f'dan il-kuntest kif japplikaw fl-IFRSs kollha.

( 32 ) Ara l-paragrafi 77 u AG94.

( 33 ) Ara l-paragrafu 75.

( 34 ) L-istess kunsiderazzjonijiet ta’ materjalità japplikaw f'dan il-kuntest kif japplikaw fl-IFRSs kollha.

( 35 ) Definizzjoni tal-IFRSs emendati wara l-bidliet fl-ismijiet introdotti bil-Kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS riveduta fl-2010.

( 36 ) Tali bidliet jinkludu riklassifikazzjonijiet minn jew għal assi intanġibbli jekk l-avvjament ma kienx rikonoxxut bħala assi f’konformità mal-GAAP preċedenti. Dan iseħħ jekk, f’konformità mal-GAAP preċedenti, l-entità (a) naqqset l-avvjament direttament mill-ekwità jew (b) ma trattatx il-kombinament ta’ negozji bħala akkwiżizzjoni.

( 37 ) It-titolu tal-IAS 32 ġie emendat fl-2005.

( 38 ) Dan l-IFRS juża l-frażi “b’referenza għal” minflok “fi”, minħabba li t-tranżazzjoni finalment titkejjel billi l-valur ġust tal-istrumenti ta’ ekwità mogħtija jiġi mmultiplikat, jitkejjel fid-data speċifikata fil-paragrafu 11 jew 13 (skont liema minnhom ikun applikabbli), bl-għadd ta’ strumenti ta’ ekwità li jkunu vestiti, kif spjegat fil-paragrafu 19.

( 39 ) Fil-bqija ta’ dan l-IFRS, ir-referenzi kollha għall-impjegati jinkludu wkoll oħrajn li jipprovdu servizzi simili.

( 40 ) Fil-paragrafi 35-43, ir-referenzi kollha għall-flus jinkludu wkoll assi oħra tal-entità.

( 41 ) Il-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju maħruġ fl-2018 jiddefinixxi obbligazzjoni bħala obbligu preżenti tal-entità li tittrasferixxi riżorsa ekonomika b’riżultat ta’ eventi passati.

( 42 ) F'dan l-Appendiċi, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji” (CU, currency units).

( 43 )  “Grupp” huwa definit fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati bħala “kumpanija omm u s-sussidjarji kollha tagħha” mill-perspettiva tal-kumpanija omm apikali tal-entità relatriċi.

( 44 ) Fil-paragrafi B56–B62, it-terminu “għotjiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma” jirreferi għal tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma vestiti jew mhux vestiti.

( 45 ) Għal assi kklassifikati skont preżentazzjoni skont il-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn 12-il xahar wara d-data tal-perjodu ta’ rapportar. Il-paragrafu 3 japplika għall-klassifikazzjoni ta’ dawk l-assi.

( 46 ) Madankollu, ladarba l-flussi ta’ flus minn assi jew grupp ta’ assi jkunu mistennija jirriżultaw prinċipalment minn bejgħ minflok minn użu kontinwu, dawn isiru inqas dipendenti fuq flussi ta’ flus li jirriżultaw minn assi oħrajn, u grupp tad-disponiment li kien parti minn unità li tiġġenera l-flus issir unità separata li tiġġenera l-flus.

( 47 ) Minbarra l-paragrafi 18 u 19 li jeħtieġu li l-assi inkwistjoni jitkejlu f’konformità ma’ IFRSs applikabbli oħrajn.

( 48 ) Kostijiet tad-distribuzzjoni huma kostijiet inkrementali direttament attribwibbli għad-distribuzzjoni, esklużi l-kosti tal-finanzi u l-ispejjeż tat-taxxa fuq l-introjtu.

( 49 ) Jekk l-assi mhux kurrenti jkun parti minn unità li tiġġenera l-flus, l-ammont rekuperabbli tiegħu jkun l-ammont riportat li kieku kien jiġi rikonoxxut wara l-allokazzjoni ta’ kwalunkwe telf minn indeboliment li jirriżulta fuq dik l-unità li tiġġenera l-flus f’konformità mal-IAS 36.

( 50 ) Ħlief jekk l-assi jkun proprjetà, impjanti u tagħmir jew assi intanġibbli li kien ġie rivalwat f’konformità mal-IAS 16 jew l-IAS 38 qabel il-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ, f'liema każ l-aġġustament għandu jiġi trattat bħala żieda jew tnaqqis fir-rivalwazzjoni.

( 51 ) Il-paragrafu 44G ġie emendat b’konsegwenza ta’ Eżenzjoni Limitata minn Divulgazzjonijiet Komparattivi skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba (Emenda fl-IFRS 1) maħruġ f’Jannar 2010. Il-Bord emenda l-paragrafu 44G biex jikkjarifika l-konklużjonijiet tiegħu u t-tranżizzjoni intenzjonata għal Titjib tad-Divulgazzjonijiet dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi fl-IFRS 7).

( 52 ) Għal assi kklassifikati skont preżentazzjoni skont il-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn 12-il xahar wara d-data tal-perjodu tar-rapportar.

( 53 ) Għal assi kklassifikati skont preżentazzjoni skont il-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn 12-il xahar wara d-data tal-perjodu ta’ rapportar.

( 54 ) F’konformità mal-paragrafu 7.2.21, entità tista’ tagħżel, bħala l-politika kontabilistika tagħha, li tkompli tapplika r-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IAS 39 minflok ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 6 ta’ dan l-Istandard. Jekk entità tkun għamlet din l-għażla, ir-referenzi f’dan l-Istandard għal rekwiżiti partikolari ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar fil-Kapitolu 6 mhumiex rilevanti. Minflok, l-entità tapplika r-rekwiżiti rilevanti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar fl-IAS 39.

( 55 ) Ir-rapport, ‘Reforming Major Interest Rate Benchmarks’, jinsab hawnhekk: http://www.fsb.org/wp-content/uploads/r_140722.pdf.

( 56 ) Dan it-terminu (kif definit fl-IFRS 7) jintuża fir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tal-effetti tal-bidliet fir-riskju ta’ kreditu fuq l-obbligazzjonijiet deżinjati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (ara l-paragrafu 5.7.7).

( 57 ) L-IFRS 3 jindirizza l-akkwiżizzjoni ta’ kuntratti b’derivattivi inkorporati f’kombinament ta’ negozji.

( 58 ) F’dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji (CU, currency units)” u “unitajiet monetarji barranin (FC, foreign currency)”.

( 59 ) Il-paragrafu C7 tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati jgħid “Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhijiex qiegħda tapplika l-IFRS 9, kwalunkwe referenza f’dan l-IFRS għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.”

( 60 ) Jekk entità tapplika dawn l-emendi iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, ir-referenza f’dawn l-emendi għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

( 61 ) F’dan l-IFRS, l-ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet monetarji (CU, currency units)”.

( 62 ) CU tirrappreżenta l-unità monetarja.

( 63 ) Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2005, l-entità għandha ssegwi r-rekwiżiti tal-verżjoni preċedenti tal-IAS 8, li kien jismu Profitt jew Telf Nett għall-Perjodu, Erruri Fundamentali u Bidliet fil-Politiki tal-Kontabbiltà, ħlief jekk l-entità tkun qed tapplika l-verżjoni riveduta ta’ dak l-Istandard għal dak il-perjodu aktar bikri.

( 64 ) F’Awwissu 2005, l-IAS 32 ġie emendat bħala l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. Fi Frar 2008 l-IASB emenda l-IAS 32 billi talab li l-istrumenti jiġu klassifikati bħala ekwità jekk dawk l-istrumenti jkollhom l-aspetti kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16Au 16B jew fil-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32.

( 65 ) L-identifikazzjoni tal-iperinflazzjoni hija bbażata fuq il-ġudizzju tal-entità tal-kriterji fil-paragrafu 3 tal-IAS 29.

( 66 ) Ir-referenza hija għall-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji tal-IASC, adottat mill-Bord fl-2001 u li kien fis-seħħ meta ġiet żviluppata l-Interpretazzjoni.

( 67 ) It-titolu tal-SIC-29 li qabel kien Divulgazzjoni - Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz, ġie emendat bl-IFRIC 12.

( 68 ) Dan ikun il-każ għal rapporti finanzjarji konsolidati, rapporti finanzjarji li fihom investimenti bħal kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jiġu kontabbilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità u rapporti finanzjarji li jinkludu fergħa jew operazzjoni konġunta kif speċifikat fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti.

( 69 ) Il-metodu dirett huwa l-metodu tal-konsolidament fejn ir-rapporti finanzjarji tal-operazzjoni barranija jinqelbu direttament fil-munita funzjonali tal-kumpanija omm apikali. Il-metodu pass pass huwa l-metodu tal-konsolidament fejn ir-rapporti finanzjarji tal-operazzjoni barranija l-ewwel jinqelbu fil-munita funzjonali ta’ kwalunkwe kumpanija omm intermedja u mbagħad jinqelbu fil-munita funzjonali tal-kumpanija omm apikali (jew fil-munita tal-preżentazzjoni jekk tkun differenti).

( 70 ) Il-paragrafu 7 tal-IAS 1 jiddefinixxi lis-sidien bħala utenti ta’ strumenti klassifikati bħala ekwità.

( 71 ) Ir-referenza hija għall-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji tal-IASC, adottat mill-Bord fl-2001 u li kien fis-seħħ meta ġiet żviluppata l-Interpretazzjoni.

( 72 ) Ir-referenza hija għall-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju, maħruġ fl-2010 u li kien fis-seħħ meta ġiet żviluppata l-Interpretazzjoni.

( 73 ) Ir-referenza hija għall-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju, maħruġ fl-2010 u li kien fis-seħħ meta ġiet żviluppata l-Interpretazzjoni.

( 74 ) Pereżempju, il-paragrafu 106 tal-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Konsumaturi jeħtieġ li jekk konsumatur iħallas korrispettiv, jew entità jkollha dritt għal ammont ta’ korrispettiv li jkun bla kundizzjoni (jiġifieri riċevibbli), qabel ma l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-konsumatur, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala obbligazzjoni tal-kuntratt meta jsir il-pagament jew meta l-pagament ikun dovut (skont liema jiġi l-ewwel).

Top