This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R1147-20240611
Regulation (EU) 2021/1147 of the European Parliament and of the Council of 7 July 2021 establishing the Asylum, Migration and Integration Fund
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32024R1351 | Emendata minn | anness VI tabella 1 punt IV Test | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 2 punt 12 | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | anness II punt 4 punt (c) | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | anness VI tabella 3 Test | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 2 punt 4 | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 2 punt 11 | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 2 punt 2 | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 20 | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 2 punt 1 | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 15 paragrafu 6a | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 35 paragrafu 2 punt (ha) | 01/07/2026 |
32024R1351 | Emendata minn | artikolu 2 punt 15 | 01/07/2026 |
32024R1359 | Emendata minn | artikolu 31 paragrafu 1 punt (ba) | 01/07/2026 |
02021R1147 — MT — 11.06.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2021/1147 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251 15.7.2021, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2022/585 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ April 2022 |
L 112 |
1 |
11.4.2022 |
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1350 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Mejju 2024 |
L 1350 |
1 |
22.5.2024 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2021/1147 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Lulju 2021
li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (il-“Fond”), għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament jistipula l-objettivi tal-Fond, il-baġit għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ dan il-finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“applikant għal protezzjoni internazzjonali” tfisser applikant kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż fi ħdan faċilitajiet ta’ taħlit skont it-tifsira tal-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju;
“membru tal-familja” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz definit bħala membru tal-familja taħt il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġat mill-Fond;
“ammissjoni umanitarja” tfisser ammissjoni umanitarja kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“appoġġ operazzjonali” tfisser parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u mill-għoti tas-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni;
“tneħħija” tfisser tneħħija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“risistemazzjoni” tfisser risistemazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar- Regolament (UE) 2024/1350;
“ritorn” tfisser “ritorn” kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“azzjonijiet speċifiċi” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew nazzjonali li jġibu valur miżjud tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-Fond li fir-rigward tiegħu Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom;
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna, inkluża persuna apolida jew persuna b’ċittadinanza mhux determinata, li mhix ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) TFUE;
“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser minorenni mhux akkumpanjati kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;
“azzjonijiet tal-Unjoni” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari tal-Unjoni implimentati f’konformità mal-objettivi tal-Fond;
“persuna vulnerabbli” tfisser kwalunkwe persuna definita bħala persuna vulnerabbli skont il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġat taħt il-Fond.
Artikolu 3
Objettivi tal-Fond
Fl-ambitu ta’-objettiv ta’ politika stipulat fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:
it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha;
it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l-inklużjoni soċjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;
il-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni rregolari, li jiggarantixxi ritorn u riammissjoni aktar effettivi, sikuri u dinjitużi, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għar-riintegrazzjoni inizjali effettiva fil-pajjiżi terzi;
it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk l-aktar milquta mill-isfidi tal-migrazzjoni u l-ażil, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni prattika.
Artikolu 4
Sħubija
Għall-finijiet tal-Fond, is-sħubiji għandhom, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jinkludu awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw tali awtoritajiet, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħal organizzazzjonijiet tar-refuġjati u organizzazzjonijiet immexxija mill-migranti, kif ukoll istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u korpi nazzjonali tal-ugwaljanza, u sħab ekonomiċi u soċjali.
Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ
Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet fl-Anness III sabiex jiġu miżjuda azzjonijiet ġodda.
Fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw koordinazzjoni mal-politiki, l-istrateġiji u l-istrumenti rilevanti tal-Unjoni. Huma għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom:
jitwettqu f’sinerġija u f’koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti oħrajn tal-Unjoni;
ikunu koerenti mal-politika esterna tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju tal-koerenza politika għall-iżvilupp u jkunu konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;
jiffukaw fuq miżuri li mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp; u
jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u jkunu konsistenti mal-attivitajiet imwettqa ġewwa l-Unjoni.
Artikolu 6
Ugwaljanza bejn il-ġeneri u nondiskriminazzjoni
Artikolu 7
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond
Il-ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond, għandu bħala minimu:
jiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni u r-ritorn fl-ispirtu tal-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà;
ikun mirfud, għat-tul tal-Fond, mill-prinċipji tan-non-refoulement, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet magħmula mill-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-Fond u tal-benefiċċji li dan jirċievi;
jistipula l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Fond, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond, u l-kostijiet amministrattivi tiegħu;
ma jagħti l-ebda setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet lill-pajjiż terzi fir-rigward tal-Fond;
jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tħares l-interessi finanzjarji tagħha;
jistipula li l-pajjiż terz jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mill-OLAF u mill-Qorti tal-Awdituri f’konformità mal-Artikolu 8.
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 8
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Fond permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
KAPITOLU II
QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 9
Prinċipji ġenerali
Artikolu 10
Baġit
Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:
EUR 6 270 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi tal-Istati Membri;
EUR 3 612 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 11.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika
Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu, li huma kif ġej:
azzjonijiet speċifiċi;
azzjonijiet tal-Unjoni;
assistenza ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 31;
risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja;
appoġġ lill-Istati Membri fit-trasferiment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jew ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bħala parti minn sforzi ta’ solidarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 20; u
Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26.
L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tirċievi appoġġ ukoll mill-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.
Il-finanzjament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta’ finanzjament użat għal assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1), għandu jappoġġa biss l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III, inkluż r-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja f’ konformità mal-Artikolu 19 bħala parti mid-dimensjoni esterna tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.
TAQSIMA 2
APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA
Artikolu 12
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 13
Riżorsi baġitarji
L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) għandu jiġi allokat għall-programmi tal-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:
EUR 5 225 000 000 f’konformità mal-Anness I;
EUR 1 045 000 000 għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 17(1).
Artikolu 14
Prefinanzjament
F’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament għall-Fond għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej:
2021: 4 %;
2022: 3 %;
2023: 5 %;
2024: 5 %;
2025: 5 %;
2026: 5 %.
Artikolu 15
Rati ta’ kofinanzjament
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tistabbilixxi għal kull tip ta’ azzjoni jekk ir-rata ta’ kofinanzjament tiġix applikata fir-rigward ta’:
il-kontribuzzjoni totali, inkluż il-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew
il-kontribuzzjoni pubblika biss.
Artikolu 16
Programmi tal-Istati Membri
Minħabba n-natura interna tal-Fond, il-programmi tal-Istati Membri għandhom primarjament jaqdu l-politika interna tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament(UE) 2021/1060.
Fil-limiti tar-riżorsi allokati fl-Artikolu 13(1), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jalloka fil-programm tiegħu:
mhux inqas minn 15 % tar-riżorsi tiegħu allokati għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2); u
mhux inqas minn 15 % tar-riżorsi tiegħu allokati għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2).
Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun rilevanti, tagħmel ukoll użu mill-għarfien espert tal-aġenziji deċentralizzati dwar kwistjonijiet speċifiċi li jaqgħu taħt il-kompetenzi ta’ dawk l-aġenziji.
Artikolu 17
Rieżami ta’ nofs it-terminu
Artikolu 18
Azzjonijiet speċifiċi
Artikolu 19
Riżorsi għal risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja
L-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal EUR 8 000 għal kull persuna ammessa permezz ta’ ammissjoni umanitarja jew ammessa taħt skema nazzjonali ta’ risistemazzjoni li tagħmel parti minn grupp vulnerabbli wieħed jew aktar li ġejjin:
nisa u tfal f’riskju;
minuri mhux akkumpanjati;
persuni li għandhom ħtiġijiet mediċi li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ ammissjoni umanitarja;
persuni li jeħtieġu ammissjoni umanitarja minħabba ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika, inkluż il-vittmi ta’ vjolenza jew ta’ tortura.
Artikolu 20
Riżorsi għat-trasferiment ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali
Artikolu 21
Appoġġ operazzjonali
Artikolu 22
Verifiki ta’ ġestjoni u awditi ta’ proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali
Barra minn hekk, fejn il-kostijiet għandhom jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li:
il-fatturi u l-prova tal-ħlas tagħhom mill-benefiċjarju jkunu ġew ivverifikati;
ir-rekords kontabilistiċi jew tal-kodiċijiet kontabilistiċi miżmuma mill-benefiċjarju għat-tranżazzjonijiet marbuta man-nefqa ddikjarata lill-awtorità ta’ ġestjoni jkunu ġew ivverifikati.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika, u konsegwentement awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun meħtieġa twettaq verifika ta’ ġestjoni, fejn:
dik l-awtorità ta’ ġestjoni tidentifika riskju speċifiku ta’ irregolarità jew indikazzjoni ta’ frodi fir-rigward ta’ proġett mibdi jew implimentat mill-organizzazzjoni internazzjonali;
l-organizzazzjoni internazzjonali tonqos milli tippreżenta lil dik l-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7;
id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7 li ġew ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux kompluti.
TAQSIMA 3
APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA JEW INDIRETTA
Artikolu 23
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ taħt din it-taqsima direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu.
Artikolu 24
Entitajiet eliġibbli
L-entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni:
entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:
Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;
pajjiż terz assoċjat mal-Fond skont ftehim speċifiku skont l-Artikolu 7, dment li jkun kopert mill-programm ta’ ħidma u l-kondizzjonijiet li hemm fih;
pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;
entitajiet ġuridiċi istitwiti taħt il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti għall-finijiet tal-Fond.
L-entitajiet li jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet li jipparteċipaw fihom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Karta u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-Fond.
Artikolu 25
Azzjonijiet tal-Unjoni
Artikolu 26
Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni
Artikolu 27
Operazzjonijiet ta’ taħlit
L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi taħt il-Fond għandhom jitwettqu f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 28
Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-Fond jista’ jappoġġa l-assistenza teknika implimentata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, b’rata ta’ finanzjament ta’ 100 %.
Artikolu 29
Awditi
L-awditi tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż minn persuni jew entitajiet minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 30
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi tal-Fond.
TAQSIMA 4
APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA, DIRETTA JEW INDIRETTA
Artikolu 31
Assistenza ta’ emerġenza
Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti u speċifiċi f’każijiet ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati li jirriżultaw minn każ wieħed jew aktar mis-segwenti:
sitwazzjoni migratorja eċċezzjonali ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn Stat Membru wieħed jew aktar li tpoġġi domanda sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u ta’ detenzjoni ta’ dawk l-Istati Membri u fuq is-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni tagħhom;
eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ( 7 );
sitwazzjoni migratorja eċċezzjonali f’pajjiż terz, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew konflitti politiċi, l-aktar fejn jista’ jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi tal-migrazzjoni lejn l-Unjoni.
Bħala rispons għal tali sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tipprovdi assistenza ta’ emerġenza, inkluż għal rilokazzjoni volontarja, fil-limiti tar-riżorsi disponibbli. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-ħin.
Artikolu 32
Finanzjament kumulattiv u alternattiv
F’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-FEŻR jew l-FSE+ jistgħu jappoġġaw azzjonijiet li lilhom tiġi attribwita tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fil-punt (45) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu attribwiti tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt i-Fond;
ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;
ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.
TAQSIMA 5
MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U EVALWAZZJONI
Artikolu 33
Monitoraġġ u rapportar
Artikolu 34
Evalwazzjoni
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dan ir-Regolament. Minbarra dak previst fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tivvaluta dan li ġej:
l-effikaċja tal-Fond, inkluż il-progress magħmul lejn it-twettiq tal-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti diġà disponibbli, b’mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 u l-indikaturi tal-output u tar-riżultati stipulati fl-Anness VIII;
l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi allokati għall-Fond u tal-effiċjenza tal-miżuri ta’ ġestjoni u kontroll introdotti biex jimplimentawh;
il-kontinwazzjoni tar-rilevanza u l-adegwatezza tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II;
il-koordinazzjoni, il-koerenza u l-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt dan il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni;
il-valur miżjud tal-Unjoni tal-azzjonijiet implimentati taħt il-Fond.
Dik l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva tal-effetti tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perijodu 2014-2020.
Artikolu 35
Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni
Il-perijodu ta’ rapportar għandu jkopri l-aħħar sena tal-kontabbiltà kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, li tippreċedi s-sena tal-preżentazzjoni tar-rapport. Ir-rapport ippreżentat sal-15 ta’ Frar 2023 għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021.
Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom, b’mod partikolari, jagħtu informazzjoni dwar:
il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u fit-twettiq tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fih, filwaqt li titqies l-aktar data reċenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060;
il-kwistjonijiet li jkunu qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u l-azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu indirizzati, inkluż informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Fond;
il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk l-azzjonijiet meħudin f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom;
il-kontribut tal-programm tal-Istat Membru għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u tal-pjanijiet ta’ azzjoni u għall-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;
l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;
l-adempiment tal-kondizzjonijiet ta’ abilitazzjoni applikabbli u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ programmazzjoni, b’mod partikolari l-konformità mad-drittijiet fundamentali;
l-għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja b’referenza għall-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 19;
l-għadd ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 20;
l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiż terz jew b’rabta miegħu.
Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi sommarju li jkopri l-punti kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sommarji pprovduti mill-Istati Membri jiġu tradotti għal-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 36
Monitoraġġ u rapportar taħt ġestjoni kondiviża
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 37
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 38
Proċedura ta’ kumitat
Fejn l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 39
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Istati Membri jistgħu jkomplu wara l-1 ta’ Jannar 2021 jappoġġaw proġett magħżul u mibdi taħt ir-Regolament (UE) Nru 516/2014, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-proġett ikollu żewġ fażijiet identifikabbli mil-lat finanzjarju b’sekwenzi tal-awditjar separati;
il-kost totali tal-proġett jaqbeż EUR 500 000 ;
il-ħlasijiet magħmula mill-awtorità responsabbli lil benefiċjarji għall-ewwel fażi tal-proġett għandhom jiġu inklużi fit-talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas taħt ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u n-nefqa għat-tieni fażi tal-proġett għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għal pagament taħt ir-Regolament (UE) 2021/1060;
it-tieni fażi tal-proġett tikkonforma mal-liġi applikabbli u hija eliġibbli għal appoġġ mill-Fond taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/1060;
l-Istat Membru jimpenja ruħu li jlesti l-proġett, jagħmlu operattiv u jirrapporta dwaru fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ppreżentat sal-15 ta’ Frar 2024.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw għat-tieni fażi ta’ proġett kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal proġetti li ntgħażlu taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS I
KRITERJI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA’ FINANZJAMENT GĦAL PROGRAMMI TAL-ISTATI MEMBRI
1. Ir-riżorsi baġitarji disponibbli taħt l-Artikolu 13 għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:
fil-bidu tal-perijodu ta’ programmazzjoni, kull Stat Membru għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 8 000 000 mill-Fond, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, Malta u l-Greċja, li kull wieħed minnhom għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 28 000 000 ;
ir-riżorsi baġitarji li jifdal imsemmija fl-Artikolu 13 għandhom jitqassmu abbażi tal-kriterji li ġejjin:
2. Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ażil għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:
30 % fi proporzjon għall-għadd ta’ persuni li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
60 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali;
10 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jiġu risistemati fi Stat Membru jew li diġà ġew risistemati.
3. Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-migrazzjoni legali u tal-integrazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:
50 % fi proporzjon għall-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn legali fi Stat Membru;
50 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu l-ewwel permess ta’ residenza; madankollu,, il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi:
4. Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inkluż ir-ritorn għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:
70 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn taħt il-liġi nazzjonali, jiġifieri deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jkun jiddikjara l-illegalità tas-soġġorn u jimponi l-obbligu tar-ritorn;
30 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-fatt ħallew it-territorju tal-Istat Membru wara li tkun inħarġitilhom ordni amministrattiva jew ġudizzjarja biex dawn jitilqu, kemm jekk ikunu telqu b’mod volontarju jew furzat.
5. Għall-allokazzjoni inizjali ċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data statistika annwali maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-snin 2017, 2018 u 2019 abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Għar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data statistika annwali maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-snin 2021, 2022 u 2023 abbażi ta’ data pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri ma jkunux taw d-data statistika kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat), huma għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista’ jkun.
6. Qabel taċċetta d-data msemmija fil-paragrafu 5 bħala ċifri ta’ referenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni statistika f’konformità mal-proċeduri operazzjonali normali. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jagħtuha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel dan.
ANNESS II
MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
1. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:
tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet marbuta mas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil;
tiġi appoġġata l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri fir-rigward tal-infrastrutturi u tas-servizzi, fejn meħtieġ, inkluż fil-livell lokali u reġjonali;
jissaħħu l-kooperazzjoni u s-sħubija ma’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluż billi jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex itejbu l-protezzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fil-kuntest tal-isforzi ta’ kooperazzjoni globali;
tingħata assistenza teknika u operazzjonali lil Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż f’kooperazzjoni mal-EASO.
2. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:
jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jippromwovu l-migrazzjoni legali u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali, inkluż ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-infurzar tal-istandards tax-xogħol;
jiġu appoġġati miżuri li jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza regolari fl-Unjoni;
jissaħħu l-kooperazzjoni u s-sħubija ma’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż permezz ta’ mezzi legali ta’ dħul fl-Unjoni, fil-kuntest tal-isforzi ta’ kooperazzjoni globali fil-qasam tal-migrazzjoni;
jiġu promossi miżuri ta’ integrazzjoni għall-inklużjoni soċjali u ekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u miżuri ta’ protezzjoni għal persuni vulnerabbli fil-kuntest tal-miżuri ta’ integrazzjoni, il-faċilitazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni attiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-aċċettazzjoni tagħhom f’dik is-soċjetà, bl-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali u, b’mod partikolari dawk reġjonali jew lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet immexxija minn refuġjati u organizzazzjonijiet immexxija minn migranti, u sħab soċjali.
3. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:
tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet tal-politika dwar l-infrastruttura, il-proċeduri u s-servizzi;
jiġi appoġġat approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għal ritorn effettiv, dinjituż u sostenibbli, u biex jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari;
jiġu appoġġati r-ritorn volontarju assistit, it-traċċar tal-familji u r-riintegrazzjoni, filwaqt li jiġu rispettati l-aħjar interessi tat-tfal;
tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-kapaċità tagħhom b’rabta mar-riammissjoni u r-ritorn sostenibbli.
4. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:
jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi affettwati mill-flussi tal-migrazzjoni, inkluż permezz ta’ risistemazzjoni fl-Unjoni u permezz ta’ mezzi legali oħra għal protezzjoni fl-Unjoni;
jingħata appoġġ għat-trasferiment minn Stat Membru għal ieħor ta’ persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew li jibbenefikaw minnha.
ANNESS III
AMBITU TAL-APPOĠĠ
1. Fl-objettiv ta’ politika stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari:
l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali b’rabta mal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari f’konformità mal-acquis rilevanti tal-Unjoni;
l-istabbiliment ta’ strutturi amministrattivi, għodod u sistemi, inkluż sistemi tal-ICT, u t-taħriġ tal-persunal, inkluż il-persunal tal-awtoritajiet lokali u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, f’kooperazzjoni ma’ aġenziji deċentralizzati rilevanti, fejn adatt;
l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu gwida imparzjali, informazzjoni prattika u assistenza dwar l-aspetti kollha tal-Fond lil benefiċjarji potenzjali u entitajiet eliġibbli;
l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, inkluż il-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta’ informazzjoni u data; it-tixrid ta’ data u statistika kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali; u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika;
l-iskambju ta’ informazzjoni, tal-aħjar prattiki u ta’ strateġiji; it-tagħlim reċiproku, l-istudji u r-riċerka; l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u operazzjonijiet konġunti; u l-istabbiliment ta’ networks ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali;
servizzi ta’ assistenza u ta’ appoġġ ipprovduti b’mod sensittiv għall-ġeneru li huma konsistenti mal-istatus u l-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari persuni vulnerabbli;
azzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni effettiva tat-tfal migranti, inkluż l-implimentazzjoni ta’ valutazzjonijiet dwar l-aħjar interessi tat-tfal, it-tisħiħ tas-sistemi tal-kustodja, kif ukoll l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri dwar il-protezzjoni tat-tfal;
azzjonijiet maħsuba biex itejbu s-sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali dwar il-politiki tal-ażil, l-integrazzjoni, il-migrazzjoni legali u r-ritorn, b’attenzjoni speċifika għal persuni vulnerabbli, inkluż il-minorenni.
2. Fl-objettiv ta’ politika speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:
il-forniment ta’ għajnuna materjali, inkluż assistenza fuq il-fruntiera;
it-twettiq ta’ proċeduri tal-ażil f’konformità mal-acquis dwar l-ażil, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ bħat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, l-assistenza legali, it-traċċar tal-familja u servizzi oħra li huma konsistenti mal-istatus tal-persuna kkonċernata;
l-identifikazzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta’ akkoljenza speċjali, inkluż l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi tat-traffikar, bil-ħsieb li jiġu riferuti għal servizzi speċjalizzati bħal servizzi psikosoċjali u ta’ riabilitazzjoni;
l-għoti ta’ servizzi speċjalizzati bħal servizzi psikosoċjali u ta’ riabilitazzjoni kwalifikati lil applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta’ akkoljenza speċjali;
l-istabbiliment jew it-titjib ta’ infrastruttura ta’ akkomodazzjoni għall-akkoljenza, bħal infrastruttura fuq skala żgħira li tindirizza l-bżonnijiet ta’ familji b’minorenni, inkluż l-akkomodazzjoni u l-infrastruttura pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u inkluż il-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;
it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jaqsmu mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini;
azzjonijiet relatati ma’ programmi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni jew skemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja, inkluż it-twettiq ta’ proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom;
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi biex itejbu l-protezzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni, inkluż permezz ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni għat-tfal migranti;
l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta’ alternattivi effettivi għad-detenzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ minorenni mhux akkumpanjati u familji, u inkluż, fejn xieraq, kura mhux istituzzjonalizzata integrata fis-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal.
3. Fl-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:
il-pakketti ta’ informazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni, inkluż dwar l-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali;
l-iżvilupp ta’ skemi ta’ mobbiltà lejn l-Unjoni, bħal skemi ta’ migrazzjoni ċirkolari jew temporanja, inkluż it-taħriġ sabiex titjieb l-impjegabbiltà;
il-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u l-aġenziji tar-reklutaġġ, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri;
il-valutazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, inkluż l-esperjenza professjonali, miksuba f’pajjiż terz, kif ukoll t-trasparenza, u l-ekwivalenza tagħhom ma’ dawk ta’ Stat Membru;
l-assistenza fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE ( 13 );
l-assistenza, inkluż l-assistenza u r-rappreżentanza legali, b’rabta ma’ bidla fl-istatus għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu diġà qed jgħixu legalment fi Stat Membru, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda il-kisba ta’ status ta’ residenza legali kif definit fil-livell tal-Unjoni;
l-assistenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jfittxu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari dawk relatati mal-mobbiltà, fil-qafas tal-istrumenti tal-Unjoni tal-migrazzjoni legali;
il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħall-appoġġ imfassal skont il-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u l-programmi ta’ integrazzjoni li jiffokaw fuq il-konsulenza, l-edukazzjoni, il-lingwi u taħriġ ieħor, bħal korsijiet ta’ orjentazzjoni ċivika u gwida professjonali;
l-azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess għal servizzi pubbliċi u privati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-għoti ta’ tali servizzi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-appoġġ psikosoċjali u l-azzjonijiet li jadattaw tali servizzi għall-bżonnijiet tal-grupp fil-mira;
il-kooperazzjoni bejn korpi governattivi u nongovernattivi, b’mod integrat, inkluż permezz ta’ ċentri koordinati ta’ appoġġ għall-integrazzjoni, bħal punti uniċi ta’ servizz;
l-azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi;
il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz ta’ konsultazzjoni ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż;
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-servizzi ta’ integrazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.
4. Fl-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:
l-istabbiliment jew it-titjib ta’ infrastruttura miftuħa għall-akkoljenza jew id-detenzjoni, inkluż il-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;
l-introduzzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u t-titjib ta’ miżuri alternattivi effettivi għad-detenzjoni, inkluż il-ġestjoni lokali tal-każijiet, b’mod partikolari b’rabta ma’ minorenni mhux akkumpanjati u familji;
l-introduzzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi indipendenti u effettivi għall-monitoraġġ tar-ritorn furzat, kif stabbilit fl-Artikolu 8(6), tad-Direttiva 2008/115/KE;
il-ġlieda kontra l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta’ migranti irregolari, permezz ta’ spezzjonijiet effettivi u adegwati bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b’lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, u kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE;
il-preparazzjoni tar-ritorn, inkluż miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;
il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni jew awtoritajiet u servizzi rilevanti oħra ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinkisbu d-dokumenti tal-ivvjaġġar, jiġi ffaċilitat ir-ritorn u tiġi żgurata r-riammissjoni inkluż permezz tal-ingaġġar ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi;
l-assistenza għar-ritorn, b’mod partikolari r-ritorn volontarju assistit u informazzjoni dwar programmi ta’ ritorn volontarju assistit, inkluż billi tingħata gwida speċifika għat-tfal fil-proċeduri ta’ ritorn;
l-operazzjonijiet ta’ tneħħija, inkluż il-miżuri relatati, f’konformità mal-istandards stipulati fil-liġi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-appoġġ għal tagħmir koerċittiv;
il-miżuri li jappoġġaw ir-ritorn u r-riintegrazzjoni sostenibbli tal-persuna rimpatrijata, inkluż inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal kollokament u impjieg u appoġġ biex jinbdew attivitajiet ekonomiċi;
il-faċilitajiet u s-servizzi ta’ appoġġ f’pajjiżi terzi biex jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza adegwati mal-wasla u, fejn xieraq, tranżizzjoni rapida lejn akkomodazzjoni fil-komunità;
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u dwar ir-ritorn u r-riammissjoni effettivi;
il-miżuri għas-sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi legali xierqa għall-migrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni irregolari;
l-assistenza u l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi li jgħinu fit-titjib tal-kooperazzjoni effettiva bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni u li jappoġġaw ir-riintegrazzjoni fis-soċjetà ta’ oriġini.
5. Fl-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:
l-implimentazzjoni tat-trasferimenti minn Stat Membru wieħed għal ieħor ta’ persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew li jibbenefikaw minnha;
l-appoġġ operazzjonali f’termini ta’ persunal sekondat jew assistenza finanzjarja pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor affettwat mill-isfidi tal-migrazzjoni, inkluż appoġġ ipprovdut lill-EASO;
l-implimentazzjoni volontarja ta’ skemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni jew ta’ ammissjoni umanitarja;
l-appoġġ minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor affettwat mill-isfidi tal-migrazzjoni f’termini ta’ stabbiliment jew titjib tal-infrastruttura ta’ akkoljenza.
ANNESS IV
AZZJONIJIET ELIĠIBBLI GĦAL RATI OGĦLA TA’ KOFINANZJAMENT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 15(3) U 16(9)
ANNESS V
INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 33(1)
L-indikaturi kollha relatati mal-persuni għandhom jiġu rrappurtati skont il-kategorija tal-età (< 18, 18-60, > 60) u skont il-ġeneru.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
1. L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu t-taħriġ utli għax-xogħol tagħhom.
2. L-għadd ta’ parteċipanti li, tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ, jirrappurtaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-taħriġ.
3. L-għadd ta’ persuni li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni, li jispeċifikaw separatament;
l-għadd ta’ minorenni mhux akkumpanjati li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni;
l-għadd ta’ familji li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)
1. L-għadd ta’ parteċipanti f’korsijiet ta’ lingwa li, meta telqu mill-kors tal-lingwa, ikunu tejbu l-livell ta’ profiċjenza tagħhom fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti b’mill-inqas livell wieħed tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi jew ekwivalenti nazzjonali.
2. L-għadd ta’ parteċipanti li jirrappurtaw li l-attività kienet ta’ għajnuna għall-integrazzjoni tagħhom;
3. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw għar-rikonoxximent jew il-valutazzjoni tal-kwalifiki jew tal-ħiliet miksuba f’pajjiż terz;
4. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw għal status ta’ residenza fit-tul.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
1. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rritornaw b’mod volontarju.
2. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li tneħħew.
3. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati soġġetti għal alternattivi għad-detenzjoni.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2)
1. L-għadd ta’ applikanti għal u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru għal ieħor.
2. L-għadd ta’ persuni risistemati.
3. L-għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ skemi ta’ ammissjoni umanitarja.
ANNESS VI
TIPI TA’ INTERVENT
TABELLA 1: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT
I. Sistema Ewropea Komuni dwar l-Ażil |
|
001 |
Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza |
002 |
Proċeduri tal-ażil |
003 |
Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni |
004 |
Tfal migranti |
005 |
Persuni bi bżonnijiet ta’ akkoljenza u bżonnijiet proċedurali speċjali |
006 |
Programmi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni jew risistemazzjoni nazzjonali u skemi ta’ ammissjoni umanitarja (Anness III, punt 2 (g)) |
007 |
Appoġġ operazzjonali |
II. Migrazzjoni legali u integrazzjoni |
|
001 |
Żvilupp ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni |
002 |
Vittmi tat-traffikar tal-bnedmin |
003 |
Miżuri ta’ integrazzjoni – informazzjoni u orjentazzjoni, punti uniċi ta’ servizz |
004 |
Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ ta’ lingwa |
005 |
Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ ċiviku u taħriġ ieħor |
006 |
Miżuri ta’ integrazzjoni – introduzzjoni, parteċipazzjoni, skambji fis-soċjetà ospitanti |
007 |
Miżuri ta’ integrazzjoni – ħtiġijiet bażiċi |
008 |
Miżuri ta’ qabel it-tluq |
009 |
Skemi ta’ mobbiltà |
010 |
Akkwist ta’ residenza legali |
011 |
Persuni vulnerabbli, inkluż minorenni mhux akkumpanjati |
012 |
Appoġġ operazzjonali |
III. Ritorn |
|
001 |
Alternattivi għad-detenzjoni |
002 |
Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza/detenzjoni |
003 |
Proċeduri ta’ ritorn |
004 |
Ritorn volontarju assistit |
005 |
Assistenza għar-riintegrazzjoni |
006 |
Operazzjonijiet ta’ tneħħija/ritorn |
007 |
Sistema ta’ monitoraġġ tar-ritorn furzat |
008 |
Persuni vulnerabbli, inkluż minorenni mhux akkumpanjati |
009 |
Miżuri li jindirizzaw l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari |
010 |
Appoġġ operazzjonali |
IV. Solidarjetà u kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà |
|
001 |
Trasferimenti lejn Stat Membru ieħor (‘rilokazzjoni’) |
002 |
Appoġġ minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor, inkluż appoġġ mogħti lil EASO |
003 |
Risistemazzjoni (Artikolu 19) |
004 |
Ammissjoni umanitarja (Artikolu 19) |
005 |
Appoġġ, f’termini ta’ infrastruttura ta’ riċeviment, lil Stat Membru ieħor |
006 |
Appoġġ operazzjonali |
V. Assistenza teknika |
|
001 |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
002 |
Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
003 |
Evalwazzjoni u studji, ġbir ta’ data |
004 |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet |
TABELLA 2: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAT-TIP TA’ AZZJONI
001 |
Żvilupp ta’ strateġiji nazzjonali |
002 |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet |
003 |
Edukazzjoni u taħriġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi |
004 |
Żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika |
005 |
Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki |
006 |
Azzjonijiet/operazzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri |
007 |
Kampanji u informazzjoni |
008 |
Skambju u ssekondar ta’ esperti |
009 |
Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju |
010 |
Attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi |
011 |
Għoti ta’ assistenza u servizzi ta’ appoġġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi |
012 |
Infrastruttura |
013 |
Tagħmir |
TABELLA 3: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL- IMPLIMENTAZZJONI
001 |
Azzjonijiet koperti mill-Artikolu 15(1) |
002 |
Azzjonijiet speċifiċi |
003 |
Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV |
004 |
Appoġġ operazzjonali |
005 |
Assistenza ta’ emerġenza |
TABELLA 4: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TA’ TEMI PARTIKOLARI
001 |
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi |
002 |
Azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom |
003 |
L-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq |
ANNESS VII
NEFQA ELIĠIBBLI GĦAL APPOĠĠ OPERAZZJONALI
Fi ħdan l-objettivi speċifiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali għandu jkopri:
ANNESS VIII
INDIKATURI TAL-OUTPUT U TAR-RIŻULTATI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 33(3)
L-indikaturi kollha relatati mal-persuni għandhom jiġu rrappurtati skont il-kategoriji tal-età (< 18, 18-60, > 60) u skont il-ġeneru.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. L-għadd ta’ parteċipanti appoġġati, li jispeċifikaw separatament;
l-għadd ta’ parteċipanti li rċevew assistenza legali;
l-għadd ta’ parteċipanti li jibbenefikaw minn tipi ta’ appoġġ minbarra l-assistenza legali, inkluż informazzjoni u assistenza tul il-proċedura tal-ażil ( 14 );
l-għadd ta’ parteċipanti vulnerabbli assistiti.
2. L-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ;
3. L-għadd ta’ postijiet ġodda fl-infrastruttura ta’ akkoljenza f’konformità mal-acquis tal-Unjoni, li jispeċifikaw separatament;
l-għadd ta’ postijiet maħluqa ġodda għal minorenni mhux akkumpanjati.
4. L-għadd ta’ postijiet rinnovati jew mgħammra mill-ġdid fl-infrastruttura ta’ akkoljenza f’konformità mal-acquis tal-Unjoni, li jispeċifikaw separatament;
l-għadd ta’ postijiet rinnovati jew mgħammra mill-ġdid għal minorenni mhux akkumpanjati.
Indikaturi tar-riżultati
5. L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu t-taħriġ utli għax-xogħol tagħhom;
6. L-għadd ta’ parteċipanti li, tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ, jirrappurtaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-taħriġ;
7. L-għadd ta’ persuni li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni, li jispeċifikaw separatament;
l-għadd ta’ minorenni mhux akkumpanjati li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni;
l-għadd ta’ familji li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. L-għadd ta’ parteċipanti f’miżuri ta’ qabel it-tluq.
2. L-għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali appoġġati biex jimplimentaw miżuri ta’ integrazzjoni.
3. L-għadd ta’ parteċipanti appoġġati, li jispeċifikaw separatament:
l-għadd ta’ parteċipanti f’kors ta’ lingwa;
l-għadd ta’ parteċipanti f’kors ta’ orjentazzjoni ċivika;
l-għadd ta’ parteċipanti li rċevew gwida professjonali ppersonalizzata.
4. L-għadd ta’ pakketti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-modi ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni.
5. L-għadd ta’ parteċipanti li jirċievu informazzjoni jew assistenza meta applikaw għal riunifikazzjoni tal-familja.
6. L-għadd ta’ parteċipanti li jibbenefikaw minn skemi ta’ mobbiltà.
7. L-għadd ta’ proġetti ta’ integrazzjoni fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-benefiċjarji.
Indikaturi tar-riżultati
8. L-għadd ta’ parteċipanti f’korsijiet ta’ lingwa li, meta telqu mill-kors tal-lingwa, ikunu tejbu l-livell ta’ profiċjenza tagħhom fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti b’mill-inqas livell wieħed tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi jew ekwivalenti nazzjonali.
9. L-għadd ta’ parteċipanti li jirrappurtaw li l-attività kienet ta’ għajnuna għall-integrazzjoni tagħhom.
10. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw biex il-kwalifika jew ħiliet tagħhom miksuba f’pajjiż terz jiġu rikonoxxuti jew ivvalutati.
11. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw għal status ta’ residenza fit-tul.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. L-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ.
2. L-għadd ta’ unitajiet ta’ tagħmir mixtri, inkluż l-għadd ta’ sistemi tal-ICT mixtrija jew aġġornati.
3. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni.
4. L-għadd ta’ postijiet fiċ-ċentri ta’ detenzjoni maħluqa.
5. L-għadd ta’ postijiet fiċ-ċentri ta’ detenzjoni mgħammra mill-ġdid jew rinnovati.
Indikaturi tar-riżultati
6. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rritornaw b’mod volontarju.
7. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li tneħħew.
8. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati soġġetti għal alternattivi għad-detenzjoni.
Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2)
Indikaturi tal-output
1. L-għadd ta’ membri tal-persunal imħarrġa.
2. L-għadd ta’ parteċipanti li rċevew appoġġ ta’ qabel it-tluq.
Indikaturi tar-riżultati
3. L-għadd ta’ applikanti għal u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru għal ieħor.
4. L-għadd ta’ persuni risistemati.
5. L-għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ skemi ta’ ammissjoni umanitarja.
( 1 ) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
( 2 ) Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni u l-Amissjoni Umanitarja u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147 (ĠU L, 2024/1350, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1350/oj).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
( 7 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
( 8 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara l-paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 9 ) Din id-data għandha titqies biss f’każ li tiġi attivata d-Direttiva 2001/55/KE.
( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12).
( 11 ) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).
( 13 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
( 14 ) Dan l-indikatur huwa ġġenerat awtomatikament għall-finijiet ta’ rapportar mis-sistema billi jitnaqqas l-għadd ta’ parteċipanti li rċevew assistenza legali mill-għadd ta’ parteċipanti appoġġati. Id-data għal dan l-indikatur hija ġġenerata mill-SFC2021 għall-finijiet ta’ rapportar. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jirrappurtaw data għal dan l-indikatur, u lanqas ma għandhom bżonn jistabbilixxu stadji importanti jew miri.