This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021D0698-20230320
Council Decision (CFSP) 2021/698 of 30 April 2021 on the security of systems and services deployed, operated and used under the Union Space Programme and the Union Secure Connectivity Programme which may affect the security of the Union, and repealing Decision 2014/496/CFSP
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 tad-30 ta’ April 2021 dwar is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi skjerati, operati u użati taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/496/PESK
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 tad-30 ta’ April 2021 dwar is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi skjerati, operati u użati taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/496/PESK
02021D0698 — MT — 20.03.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/698 tad-30 ta’ April 2021 (ĠU L 170 12.5.2021, p. 178) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 79 |
165 |
17.3.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/698
tad-30 ta’ April 2021
dwar is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi skjerati, operati u użati taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/496/PESK
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet li għandhom jiġu eżerċitati mill-Kunsill u mir-Rappreżentant Għoli:
biex tiġi evitata theddida għas-sigurtà tal-Unjoni jew għal xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew biex tiġi mitigata ħsara serja għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha li tirriżulta mill-iskjerament, l-operazzjoni jew l-użu ta’ sistemi stabbiliti, u servizzi pprovduti, taħt il-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni jew tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura (il-“Programmi”); jew
fil-każ ta’ theddida għall-operazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawk is-sistemi jew għall-forniment ta’ dawk is-servizzi.
Artikolu 2
Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 7
Il-Kunsill għandu jirrieżamina u, kif meħtieġ, jemenda r-regoli u l-proċeduri li jinsabu f’din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, jew fuq talba ta’ Stat Membru.
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-qasam tar-responsabbiltà rispettiva tagħhom, f’konformità, inter alia, mal-Artikolu 34(6)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punt jew punti ta’ kuntatt biex jassistu fil-ġestjoni operazzjonali ta’ theddida. Dawk il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
Artikolu 9
Id-Deċiżjoni 2014/496/PESK hija b’dan imħassra.
Il-proċeduri operazzjonali żviluppati taħt id-Deċiżjoni 2014/496/PESK fir-rigward tas-sistema Galileo għandhom jibqgħu japplikaw sa meta jiġu aġġornati taħt din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.