Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019D0785-20240531

    Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 3461) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/785/2024-05-31

    02019D0785 — MT — 31.05.2024 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/785

    tal-14 ta' Mejju 2019

    dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE

    (notifikata bid-dokument C(2019) 3461)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 127 16.5.2019, p. 23)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1467 tas-27 ta’ Mejju 2024

      L 1467

    1

    31.5.2024




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/785

    tal-14 ta' Mejju 2019

    dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE

    (notifikata bid-dokument C(2019) 3461)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju mill-apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “apparat li juża teknoloġija ultra-wideband” tfisser apparat li jinkorpora, bħala parti integrali jew bħala aċċessorju, teknoloġija għal radjukomunikazzjoni ta' medda qasira, li tinvolvi l-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni intenzjonali ta' enerġija ta' frekwenzi tar-radju li tinfirex fuq medda tal-frekwenzi aktar wiesgħa minn 50 MHz, li tista tirfes bosta baned tal-frekwenzi allokati għal servizzi tar-radjukomunikazzjoni;

    (b) 

    “bażi bla interferenzi u mhux protetta” tfisser li ma tista' ssir l-ebda interferenza dannuża lil xi servizz tar-radjukomunikazzjoni u li ma tista' ssir l-ebda rikjesta għall-protezzjoni ta' dawn l-apparati kontra interferenzi li joriġinaw mis-servizzi tar-radjukomunikazzjoni;

    (c) 

    “ġewwa” tfisser ġol-bini jew il-postijiet fejn tipikament l-ilqugħ ikun jipprovdi l-attenwazzjoni meħtieġa biex jiġu protetti s-servizzi tar-radjukomunikazzjoni kontra l-interferenzi dannużi;

    (d) 

    “vettura bil-mutur” għandha l-istess tifsira kif stabbilit fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

    (e) 

    “vettura ferrovjarja” għandha l-istess tifsira kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)(4) tar-Regolament (UE) 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

    (f) 

    “e.i.r.p” tfisser potenza rradjata isotropika ekwivalenti, li hija l-multiplikazzjoni tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f'direzzjoni speċifika relattiva għal antenna isotropika (gwadann assolut jew isotropiku);

    (g) 

    “densità spettrali ta' potenza medja massima” tfisser il-potenza medja għal kull bandwidth tal-unità (iċċentrata fuq dik il-frekwenza) irradjata fid-direzzjoni tal-livell massimu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-kejl u li hija speċifikata bħala l-e.i.r.p. tat-tagħmir tar-radju li qed jiġi ttestjat bi frekwenza partikolari;

    (h) 

    “l-ogħla potenza” tfisser il-potenza li tinsab fi ħdan il-bandwidth ta' 50 MHz bil-frekwenza li fiha sseħħ l-akbar potenza rradjata medja, irradjata fid-direzzjoni tal-livell massimu bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kejl u li hija speċifikata bħala l-e.i.r.p.;

    ▼M1

    (i) 

    “densità spettrali tal-potenza rradjata totali” (TRPsd) tfisser il-valuri tad-densità spettrali tal-potenza rradjata medja (e.i.r.p.) imkejla b’riżoluzzjoni ta’ 15-il grad fuq sfera madwar l-apparat UWB (użu ġeneriku jew bħala vettura) jew madwar ix-xenarju relatat mal-każ tal-użu (bħala emissjonijiet indiretti għall-apparati UWB li jiddeterminaw il-materjali;

    ▼B

    (j) 

    “abbord inġenju tal-ajru” tfisser l-użu ta' links tar-radju għal skopijiet ta' komunikazzjoni ġo inġenju tal-ajru;

    (k) 

    “LT1” tfisser sistemi maħsuba għat-traċċar ġenerali tal-lokazzjoni ta' persuni u oġġetti li jistgħu jitħaddmu fuq bażi mhux liċenzjata.

    ▼M1

    Artikolu 3

    Fi żmien 6 xhur wara li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli l-ispettru tar-radju, abbażi li ma jkunx hemm interferenzi u protezzjoni, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, diment li dan l-apparat ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness u jkun jintuża ġewwa jew, jekk jintuża barra, ma jkunx imwaħħal ma’ installazzjoni fissa, infrastruttura fissa jew antenna fissa fuq barra.

    L-apparat li juża teknoloġija ultra-wideband li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandu jkun permess ukoll fil-vetturi bil-mutur u ferrovjarji jew jitħalla jitwaħħal ma’ installazzjoni fissa jew ma’ infrastruttura fissa jew jintuża ma’ antenna fissa fuq barra fejn dan ikun espliċitament permess fl-Anness.

    ▼B

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-baned identifikati fl-Anness minn apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, b'mod partikolari biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni jibqgħu rilevanti, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 2007/131/KE hi mħassra.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M1




    ANNESS

    1.    UŻU ĠENERIKU TAL-ULTRA-WIDEBAND (UWB)



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6  GHz

    -90  dBm/MHz

    -50  dBm

    1,6 < f ≤ 2,7  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    2,7 < f ≤ 3,1  GHz

    -70  dBm/MHz

    -36  dBm

    3,1 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) jew tad-DAA (2)

    -36  dBm

    jew

    0  dBm

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz

    -80  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu ta’ LDC (1) jew DAA (2)

    -40  dBm

    jew

    0  dBm

    3,8 < f ≤ 4,8  GHz

    -70  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) jew tad-DAA (2)

    -30  dBm

    jew

    0  dBm

    4,8 < f ≤ 6  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

    6 < f ≤ 8,5  GHz

    –41,3  dBm/MHz

    0  dBm

    8,5 < f ≤ 9  GHz

    -65  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu ta’ DAA (2)

    -25  dBm

    jew

    0  dBm

    9 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    (1)   

    Fi ħdan il-banda ta’ 3,1 GHz sa 4,8 GHz. It-teknika tal-mitigazzjoni taċ-Ċiklu tat-Tħaddim Baxx (LDC) u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62) u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (2)   

    Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-Detezzjoni u l-Evitar (“DAA”) u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1,1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    Ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fit-tabella ta’ hawn fuq ma għandhomx japplikaw għal:

    (1) 

    apparati u infrastruttura użati f’post fiss fuq barra jew konnessi ma’ antenna fissa fuq barra;

    (2) 

    apparati installati fil-mudelli tat-titjir, fl-inġenji tal-ajru u f’apparati oħra tal-avjazzjoni;

    (3) 

    installati f’vetturi tat-triq u ferrovjarji.

    2.    SISTEMI TAT-TREKKJAR TAL-POŻIZZJONI tat-Tip 1 (LT1)



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6  GHz

    -90  dBm/MHz

    -50  dBm

    1,6 < f ≤ 2,7  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    2,7 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz

    -36  dBm

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz

    -80  dBm/MHz

    -40  dBm

    3,8 < f ≤ 6,0  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

    6 < f ≤ 8,5  GHz

    –41,3  dBm/MHz

    0  dBm

    8,5 < f ≤ 9  GHz

    -65  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tad-DAA (1)

    -25  dBm

    jew

    0  dBm

    9 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    (1)   

    It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-2 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    3.    APPARATI UWB INSTALLATI FIL-VETTURI BIL-MUTUR U FERROVJARJI

    3.1.    Rekwiżiti tekniċi ġenerali



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6  GHz

    -90  dBm/MHz

    -50  dBm

    1,6 < f ≤ 2,7  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    2,7 < f ≤ 3,1  GHz

    -70  dBm/MHz

    -36  dBm

    3,1 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) + e.l. (4)

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tat-TPC (3) + DAA (2) + e.l. (4)

    -36  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz

    -80  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) + e.l. (4)

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tat-TPC (3) + DAA (2) + e.l. (4)

    -40  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    3,8 < f ≤ 4,8  GHz

    -70  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) + e.l. (4)

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tat-TPC (3) + DAA (2) + e.l. (4)

    -30  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    4,8 < f ≤ 6  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

    6 < f ≤ 8,5  GHz

    –53,3  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) + e.l. (4)

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tat-TPC (3) + e.l. (4)

    –13,3  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    8,5 < f ≤ 9  GHz

    -65  dBm/MHz

    jew

    –41,3  dBm/MHz bl-użu tat-TPC (3) + DAA (2) + e.l. (4)

    -25  dBm

    jew

    ≤ 0  dBm

    9 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    (1)   

    It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (2)   

    It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (3)   

    It-teknika tal-mitigazzjoni tat-Trażmissjoni b’Kontroll tal-Potenza (“TPC”) u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.7.1.1, 4.7.1.2 u 4.7.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (4)   

    Il-limitu estern (e.l.) ≤ –53,3 dBm/MHz hu meħtieġ. Il-limitu estern hu stabbilit fil-klawżoli 4.3.4.1, 4.3.4.2 u 4.3.4.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    3.2.    Rekwiżiti tekniċi speċifiċi għal sistemi tal-aċċess għall-vetturi li jużaw skattar qabel it-trażmissjoni

    Ir-rekwiżiti tekniċi li għandhom jintużaw fi ħdan il-baned 3,8-4,2 GHz u 6-8,5 GHz għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi li jużaw skattar qabel it-trażmissjoni huma stabbiliti fit-tabella li ġejja.



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    3,8 < f ≤ 4,2  GHz

    –41,3  dBm/MHz b’operazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni u LDC ≤ 0,5  % (f’1 h)

    0  dBm

    6 < f ≤ 8,5  GHz

    –41,3  dBm/MHz b’operazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni u LDC ≤ 0,5  % (f’1 h) jew TPC

    0  dBm

    Il-mitigazzjoni ta’ “skattar qabel it-trażmissjoni” hi ddefinita bħala trażmissjoni UWB li tibda tintuża biss meta jkun meħtieġ, b’mod speċifiku meta s-sistema tindika li hemm apparati UWB fil-qrib. Il-komunikazzjoni tiġi skattata minn utent jew mill-vettura. Il-komunikazzjoni sussegwenti tista’ titqies bħala “komunikazzjoni skattata”. Tapplika l-mitigazzjoni eżistenti tal-LDC (jew inkella TPC fil-medda ta’ 6 GHz sa 8,5  GHz). Ma jridx jiġi applikat rekwiżit ta’ limitu estern meta tintuża t-teknika tal-mitigazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi.

    Għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi għandhom jintużaw tekniki tal-mitigazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni li jkunu jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti jiġu deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata minn tal-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Dawn it-tekniki għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    3.3.    Rekwiżiti tekniċi għal applikazzjonijiet oħra għall-vetturi fil-banda ta’ 6-8,5 GHz, inkluż applikazzjonijiet li jinvolvu komunikazzjoni minn infrastruttura lejn vettura u minn vettura għall-oħra

    Ir-rekwiżiti tekniċi fit-tabella ta’ hawn taħt huma applikabbli għall-applikazzjonijiet għall-vetturi li joperaw fil-banda 6-8,5 GHz, inkluż applikazzjonijiet li jinvolvu komunikazzjoni minn infrastruttura lejn vettura u minn vettura għall-oħra. Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-emissjonijiet taħt is-6 GHz u ’l fuq minn 8,5 GHz huma dawk stabbiliti fit-tabella fit-taqsima 3.1 “Apparati UWB installati fil-vetturi bil-mutur u ferrovjarji — rekwiżiti tekniċi ġenerali”.



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    6 < f ≤ 8,5  GHz (1) , (2)

    –41,3  dBm/MHz

    0  dBm

    (1)   

    Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin japplikaw għall-installazzjonijiet fissi fuq barra li magħhom taħdem il-komunikazzjoni ma’ apparati UWB installati fil-vetturi tat-triq u ferrovjarji: L-antenni jkunu direttivi, inklinati ’l isfel u installati f’għoli massimu ta’ 10 m. Iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 5 % kull sekonda.

    (2)   

    Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin japplikaw għall-apparati UWB installati fil-vetturi tat-triq u ferrovjarji: L-antenni jkunu installati f’għoli massimu ta’ 4 m. Iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 1 % kull sekonda.

    4.    APPLIKAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TAR-RADJUDETERMINAZZJONI, TAT-TREKKJAR TAL-POŻIZZJONI, TAT-TRAĊĊAR U TAL-AKKWIŻIZZJONI TAD-DATA FIL-BANDA TA’ 6-8,5 GHz

    4.1.    Applikazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu installazzjonijiet fissi fuq barra

    Ir-rekwiżiti tekniċi fit-tabella ta’ hawn taħt huma applikabbli għall-apparati u għall-infrastruttura użati f’pożizzjoni fissa fuq barra jew konnessi ma’ antenna fissa fuq barra u li magħhom jaħdmu l-applikazzjonijiet tar-radjudeterminazzjoni, tat-trekkjar tal-pożizzjoni, tat-traċċar jew tal-akkwiżizzjoni tad-data li joperaw fil-banda ta’ 6-8,5 GHz.



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6  GHz

    -90  dBm/MHz

    -50  dBm

    1,6 < f ≤ 2,7  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    2,7 < f ≤ 3,1  GHz

    -70  dBm/MHz

    -36  dBm

    3,1 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz

    -36  dBm

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz

    -80  dBm/MHz

    -40  dBm

    3,8 < f ≤ 4,2  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

    4,2 < f ≤ 4,8  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

    4,8 < f ≤ 6  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

    6 < f ≤ 8,5  GHz (1) , (2) , (3)

    –41,3  dBm/MHz

    0  dBm

    8,5 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    (1)   

    Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz, iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 5 % kull sekonda u l-antenni jiġu installati f’għoli massimu ta’ 10 m.

    (2)   

    Għal għoli tal-antenna ’l fuq minn 2,5 m, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali massima (TRPsd) hija limitata għal –46,3 dBm/MHz u l-antenni jridu jkunu direttivi u inklinati ’l isfel.

    (3)   

    L-antenni għall-akkwiżizzjoni tad-data għall-awtentikazzjoni/kontroll tal-aċċess (PACS) huma esklużi mir-rekwiżiti tad-direttività tal-antenna mogħtija fin-nota 2.

    4.2.    Applikazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu apparati msaħħa fuq ġewwa

    Ir-rekwiżiti tekniċi fit-tabella ta’ hawn taħt huma applikabbli għall-apparati b’potenza msaħħa li joperaw fuq ġewwa u li magħhom jaħdmu l-applikazzjonijiet tar-radjudeterminazzjoni, tat-trekkjar tal-pożizzjoni, tat-traċċar jew tal-akkwiżizzjoni tad-data li joperaw fil-banda ta’ 6-8,5 GHz. Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-emissjonijiet taħt is-6 GHz u ’l fuq minn 8,5 GHz huma stabbiliti fit-tabella fit-taqsima 2 “Sistemi ta’ trekkjar tal-pożizzjoni tat-tip 1 (LT1)”.



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    6 < f ≤ 8,5  GHz (1)

    –31,3  dBm/MHz

    10  dBm

    (1)   

    Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz, iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 5 % kull sekonda. L-apparat portabbli jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ogħla minn –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ogħla minn 0 dBm definita f’ 50 MHz biss fi ħdan network identifikabbli u soġġett għal kontroll minn infrastruttura fuq ġewwa.

    5.    UWB ABBORD L-INĠENJI TAL-AJRU

    Il-valuri tad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għall-apparati ta’ medda qasira li jużaw teknoloġija UWB, bl-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni jew mingħajrhom, huma elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt.



    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima

    massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    Rekwiżiti għat-tekniki tal-mitigazzjoni

    f ≤ 1,6  GHz

    -90  dBm/MHz

    -50  dBm

     

    1,6 < f ≤ 2,7  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

     

    2,7 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz

    -36  dBm

     

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz

    -80  dBm/MHz

    -40  dBm

     

    3,8 < f ≤ 6,0  GHz

    -70  dBm/MHz

    -30  dBm

     

    6,0 < f ≤ 6,650  GHz

    –41,3  dBm/MHz

    0  dBm

     

    6,650 < f ≤ 6,6752  GHz

    –62,3  dBm/MHz

    -21  dBm

    għandha tiġi implimentata faxxa (notch) ta’ 21  dB biex jiġi ssodisfat il-livell ta’ –62,3  dBm/MHz (1)

    6,6752 < f ≤ 8,5  GHz

    –41,3  dBm/MHz

    0  dBm

    7,25 sa 7,75  GHz (protezzjoni FSS u MetSat (7,45 sa 7,55  GHz)) (1) (2)

    7,75 to 7,9  GHz (protezzjoni MetSat) (1) (3)

    8,5 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

     

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

     

    (1)   

    Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni, bħall-użu ta’ bokkaporti protetti, diment li minn tal-inqas dawn jiżguraw prestazzjoni ekwivalenti.

    (2)   

    Protezzjoni ta’ 7,25 sa 7,75 GHz (Servizz tas-Satellita Fissa) u 7,45 sa 7,55 GHz (Satellita Meteoroloġika): –51,3 - 20*log10(10[km]/x[km])(dBm/MHz) għal għoli ’l fuq mill-art li jaqbeż l-1 000  m, fejn x hi l-għoli f’kilometri tal-inġenju tal-ajru ’l fuq mill-art, u –71,3 dBm/MHz għal għoli ’l fuq mill-art ta’ 1 000  m u inqas.

    (3)   

    Protezzjoni ta’ 7,75 to 7,9 GHz (Satellita Meteoroloġika): –44,3 - 20*log10(10 [km]/x [km]) (dBm/MHz) għal għoli ’l fuq mill-art li jaqbeż l-1 000  m, fejn x hi l-għoli f’kilometri tal-inġenju tal-ajru ’l fuq mill-art, u –64,3 dBm/MHz għal għoli ’l fuq mill-art ta’ 1 000  m u inqas.

    6.    APPARATI TAD-DETEZZJONI TAL-MATERJALI LI JUŻAW TEKNOLOĠIJA UWB

    6.1.    Introduzzjoni

    L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB huma maqsuma f’żewġ klassijiet:

    — 
    Apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB, li għalihom it-trażmettitur UWB jinxtegħel biss meta jkun f’kuntatt dirett mal-materjal li qed jiġi investigat;
    — 
    L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB, li għalihom it-trażmettitur UWB jinxtegħel biss meta jkun qrib il-materjal investigat u t-trażmettitur UWB jiġi direzzjonat lejn il-materjal li qed jiġi investigat (pereżempju manwalment bl-użu ta’ sensur tal-prossimità jew b’disinn mekkaniku).

    L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażat fuq teknoloġija UWB għandhom jikkonformaw mar-Regolament dwar l-użu ġeneriku tal-UWB ibbażat fuq il-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness jew mal-limiti speċifiċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali kif stabbiliti fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3.

    Ir-Regolament dwar l-użu ġeneriku tal-UWB stabbilit fit-Taqsima 1 jeskludi installazzjonijiet fissi fuq barra. L-emissjonijiet irradjati minn apparat tad-detezzjoni tal-materjali ma jridux jaqbżu l-limiti tar-Regolament dwar l-użu ġeneriku tal-UWB speċifikati fit-Taqsima 1. L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali jrid jissodisfa r-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni speċifikati għall-użu ġeneriku tal-UWB fit-Taqsima 1.

    Il-limiti speċifiċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali, inkluż it-tekniki tal-mitigazzjoni, huma elenkati fit-tabelli li ġejjin. L-emissjonijiet irradjati mill-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li huma permessi skont din id-Deċiżjoni jridu jinżammu sal-iktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma jridux jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet imsemmija fit-tabelli li ġejjin. Il-konformità mal-limiti speċifiċi trid tiġi żgurata mill-apparat imqiegħed fuq struttura rappreżentattiva tal-materjal investigat. Il-limiti speċifiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin huma applikabbli fl-ambjenti kollha għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali, għajr dawk li għalihom tapplika n-nota 5 ta’ dawn it-tabelli, li teskludi l-installazzjoni fissa fuq barra f’ċerti meded tal-frekwenzi applikabbli.

    6.2.    Apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq il-kuntatt

    Il-limiti speċifiċi għad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq il-kuntatt li jużaw teknoloġija UWB huma stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.



    Rekwiżiti tekniċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB u bbażat fuq il-kuntatt

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,73  GHz

    -85  dBm/MHz (1)

    -45  dBm

    1,73 < f ≤ 2,2  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    2,2 < f ≤ 2,5  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    2,5 < f ≤ 2,69  GHz

    -65  dBm/MHz (1) (2)

    -25  dBm

    2,69 < f ≤ 2,7  GHz (4)

    -55  dBm/MHz (3)

    -15  dBm

    2,7 < f ≤ 2,9  GHz

    -70  dBm/MHz (1)

    -30  dBm

    2,9 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz (1) , (6) , (7)

    -30  dBm

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz (4)

    -50  dBm/MHz (2) , (6) , (7)

    -10  dBm

    3,8 < f ≤ 4,8  GHz

    -50  dBm/MHz (6) , (7)

    -10  dBm

    4,8 < f ≤ 5,0  GHz (4)

    -55  dBm/MHz (2) , (3)

    -15  dBm

    5,0 < f ≤ 5,25  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    5,25 < f ≤ 5,35  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    5,35 < f ≤ 5,6  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    5,6 < f ≤ 5,65  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    5,65 < f ≤ 5,725  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    5,725 < f ≤ 6,0  GHz

    -50  dBm/MHz

    -10  dBm

    6,0 < f ≤ 8,5  GHz

    –41,3  dBm/MHz (5)

    0  dBm

    8,5 < f ≤ 9,0  GHz

    -65  dBm/MHz (7)

    -25  dBm

    9,0 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    (1)   

    L-apparati li jużaw il-mekkaniżmu Isma’ Qabel Titkellem (“LBT”) jistgħu joperaw fil-medda tal-frekwenzi ta’ 1,215 GHz sa 1,73 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,7 GHz sa 3,4 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -50 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ -10 dBm/50 MHz. Il-mekkaniżmu tal-LBT hu stabbilit fil-klawżoli 4.5.2.1, 4.5.2.2 u 4.5.2.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-4 V1.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (2)   

    Biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, l-installazzjonijiet li mhumiex fissi jridu jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għad-densità spettrali tal-potenza rradjata totali:

    (a)  Fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 10 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (b)  Fil-medda tal-frekwenzi 3,4 GHz sa 3,8 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 5 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (3)   

    Biex jitħares is-Servizz tar-Radjuastronomija (RAS) fil-baned 2,69 GHz sa 2,7 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun inqas minn -65  dBm/MHz.

    (4)   

    Limitazzjoni taċ-ċiklu tat-tħaddim għal 10 % kull sekonda.

    (5)   

    L-ebda installazzjoni fissa fuq barra mhi permessa.

    (6)   

    Fi ħdan il-banda ta’ 3,1 GHz sa 4,8 GHz, l-apparati li jimplimentaw it-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat LDC, tapplika n-nota 5.

    (7)   

    Fi ħdan il-baned ta’ 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz, l-apparati li jimplimentaw it-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat id-DAA, tapplika n-nota 5.

    6.3.    Apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq in-nuqqas ta’ kuntatt

    Il-limiti speċifiċi għad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq in-nuqqas ta’ kuntatt li jużaw teknoloġija UWB huma stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.



    Rekwiżiti tekniċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB u bbażati fuq in-nuqqas ta’ kuntatt

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,73  GHz

    -85  dBm/MHz (1)

    -60  dBm

    1,73 < f ≤ 2,2  GHz

    -70  dBm/MHz

    -45  dBm

    2,2 < f ≤ 2,5  GHz

    -50  dBm/MHz

    -25  dBm

    2,5 < f ≤ 2,69  GHz

    -65  dBm/MHz (1) , (2)

    -40  dBm

    2,69 < f ≤ 2,7  GHz (4)

    -70  dBm/MHz (3)

    -45  dBm

    2,7 < f ≤ 2,9  GHz

    -70  dBm/MHz (1)

    -45  dBm

    2,9 < f ≤ 3,4  GHz

    -70  dBm/MHz (1) , (6) , (7)

    -45  dBm

    3,4 < f ≤ 3,8  GHz (4)

    -70  dBm/MHz (2) , (6) , (7)

    -45  dBm

    3,8 < f ≤ 4,8  GHz

    -50  dBm/MHz (6) , (7)

    -25  dBm

    4,8 < f ≤ 5,0  GHz (4)

    -55  dBm/MHz (2) , (3)

    -30  dBm

    5,0 < f ≤ 5,25  GHz

    -55  dBm/MHz

    -30  dBm

    5,25 < f ≤ 5,35  GHz

    -50  dBm/MHz

    -25  dBm

    5,35 < f ≤ 5,6  GHz

    -50  dBm/MHz

    -25  dBm

    5,6 < f ≤ 5,65  GHz

    -50  dBm/MHz

    -25  dBm

    5,65 < f ≤ 5,725  GHz

    -65  dBm/MHz

    -40  dBm

    5,725 < f ≤ 6,0  GHz

    -60  dBm/MHz

    -35  dBm

    6,0 < f ≤ 8,5  GHz

    –41,3  dBm/MHz (5)

    0  dBm

    8,5 < f ≤ 9,0  GHz

    -65  dBm/MHz (7)

    -25  dBm

    9,0 < f ≤ 10,6  GHz

    -65  dBm/MHz

    -25  dBm

    f > 10,6  GHz

    -85  dBm/MHz

    -45  dBm

    (1)   

    L-apparati li jużaw il-mekkaniżmu tal-LBT jistgħu joperaw fil-medda tal-frekwenzi ta’ 1,215 GHz sa 1,73 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,7 GHz sa 3,4 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -50 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ -10 dBm/50 MHz. Il-mekkaniżmu tal-LBT hu stabbilit fil-klawżoli 4.5.2.1, 4.5.2.2 u 4.5.2.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-4 V1.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (2)   

    Biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, l-installazzjonijiet li mhumiex fissi jridu jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għad-densità spettrali tal-potenza rradjata totali:

    (a)  Fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 10 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (b)  Fil-meded tal-frekwenzi 3,4 GHz sa 3,8 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 5 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (3)   

    Biex jitħares l-RAS fil-baned 2,69 GHz sa 2,7 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun inqas minn -65 dBm/MHz.

    (4)   

    Limitazzjoni taċ-ċiklu tat-tħaddim għal 10 % kull sekonda.

    (5)   

    L-ebda installazzjoni fissa fuq barra mhi permessa.

    (6)   

    Fi ħdan il-banda 3,1 GHz sa 4,8 GHz, it-tagħmir li jimplimenta t-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC hu permess li jopera b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat LDC, tapplika n-nota 5.

    (7)   

    Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz, l-apparati li jimplimentaw it-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat DAA, tapplika n-nota 5.

    Il-valuri tal-livell limitu tal-ogħla potenza għall-mekkaniżmu tal-LBT biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-servizzi tar-radju elenkati hawn taħt huma stabbiliti fit-tabella li ġejja.



    Rekwiżiti tekniċi tal-mekkaniżmu tal-LBT għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali

    Medda tal-frekwenzi

    Servizz tar-radju għad-detezzjoni

    Valur tal-livell limitu tal-ogħla potenza

    1,215 < f ≤ 1,4  GHz

    Servizz tar-radjudeterminazzjoni

    +8  dBm/MHz

    1,61 < f ≤ 1,66  GHz

    Servizz mobbli bis-satellita

    -43  dBm/MHz

    2,5 < f ≤ 2,69  GHz

    Servizz mobbli terrestri

    -50  dBm/MHz

    2,9 < f ≤ 3,4  GHz

    Servizz tar-radjudeterminazzjoni

    -7  dBm/MHz

    Rekwiżiti addizzjonali għad-detezzjoni tar-radar: smigħ kontinwu u tifi awtomatiku fi żmien 10 ms għall-medda tal-frekwenzi relatata jekk jinqabeż il-valur tal-livell limitu (tabella bil-mekkaniżmu tal-LBT). Mument ta’ skiet ta’ mill-inqas 12-il sekonda waqt smigħ kontinwu hu meħtieġ qabel ma t-trażmettitur ikun jista’ jerġa’ jinxtegħel. Dan il-mument ta’ skiet li matulu r-riċevitur tal-LBT biss ikun attiv irid ikun żgurat anke meta l-apparat ikun mitfi.



    ( 1 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

    ( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 1)

    Top