Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017R1129-20240109

    Consolidated text: Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1129/2024-01-09

    02017R1129 — MT — 09.01.2024 — 004.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 2017/1129 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Ġunju 2017

    dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 168 30.6.2017, p. 12)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    Regolament (UE) 2019/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019

      L 320

    1

    11.12.2019

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) 2020/1503 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-7 ta' Ottubru 2020

      L 347

    1

    20.10.2020

    ►M3

    REGOLAMENT (UE) 2021/337 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-16 ta’ Frar 2021

      L 68

    1

    26.2.2021

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-13 ta’ Diċembru 2023

      L 

    1

    20.12.2023




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 2017/1129 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Ġunju 2017

    dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u eżenzjonijiet

    1.  
    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew jopera fi Stat Membru.
    2.  

    Dan ir-Regolament m’għandux japplika għat-tipi ta’ titoli li ġejjin:

    (a) 

    l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra għal investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq;

    (b) 

    it-titoli mingħajr ekwità maħruġa minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

    (c) 

    l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali tal-Istati Membri;

    (d) 

    it-titoli garantiti mingħajr kondizzjonijiet u b’mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru;

    (e) 

    it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status legali jew korpi li ma jagħmlux profitt, rikonoxxuti minn Stat Membru, għall-finijiet li jinkiseb il-finanzjament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom mingħajr skop ta’ profitt;

    (f) 

    ishma mhux funġibbli ta’ kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdi lid-detentur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta’ proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbiegħu lil ħaddieħor mingħajr ma jiskadi dan id-dritt;

    3.  

    Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għall-Artikolu 4, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal offerta ta’ titoli lill-pubbliku b’korrispettiv totali fl-Unjoni ta’ inqas minn EUR 1 000 000 , li għandu jiġi kkalkolat fuq perijodu ta’ 12-il xahar.

    L-Istati Membri ma għandhomx jestendu l-obbligu tat-tfassil ta' prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament għall-offerti ta' titoli lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Madankollu, f'dawk il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu rekwiżiti ta’ żvelar oħra fil-livell nazzjonali sakemm tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux piż sproporzjonat jew mhux meħtieġ.

    4.  

    L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(1) m'għandux japplika għal kwalunkwe wieħed mit-tipi li ġejjin ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku:

    (a) 

    offerta ta' titoli indirizzata lil investituri kwalifikati biss;

    (b) 

    offerta ta' titoli indirizzata lil inqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru, għajr għal investituri kwalifikati;

    (c) 

    offerta ta’ titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000 ;

    (d) 

    offerta ta’ titoli indirizzata lil investituri li jiksbu titoli għal korrispettiv totali ta’ mill-inqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata;

    (e) 

    l-ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

    (f) 

    titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal- arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

    (g) 

    titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

    (h) 

    id-dividendi mħallsa lil azzjonisti eżistenti fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

    (i) 

    titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

    (j) 

    titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 75 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu ikkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawk it-titoli:

    (i) 

    ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u

    (ii) 

    ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

    ▼M2

    (k) 

    offerta ta' titoli lill-pubbliku mingħand fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat skont ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), dment li din ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament;

    ▼M3

    (l) 

    mit-18 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022, titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

    (i) 

    ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew skambjabbli; kif ukoll

    (ii) 

    ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv.

    ▼B

    5.  

    L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(3) m’għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    titoli funġibbli b'titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, bil-kondizzjoni li dawn jirrappreżentaw, fuq perijodu ta’ 12-il xahar, inqas minn 20 % tan-numru ta’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

    (b) 

    ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta’ titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti minn titoli oħra, fejn l-ishma li jirriżultaw huma tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, bil-kondizzjoni li l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perijodu ta’ 12-il xahar, inqas minn 20 % tan-numru ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, soġġett għat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu;

    (c) 

    it-titoli li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli, fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra minn awtorità ta' riżoluzzjoni dovuti għall-eżerċizzju ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 53(2), 59(2) jew fl-Artikolu 63(1) jew (2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

    (d) 

    ishma maħruġa minflok ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, meta l-ħruġ ta’ tali ishma ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;

    (e) 

    titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

    (f) 

    titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

    (g) 

    ishma offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li l-ishma msemmija jkunu tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat u jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

    (h) 

    titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew ta’ qabel minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli msemmija jkunu tal-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, u li jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

    (i) 

    titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 75 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

    (i) 

    ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u

    (ii) 

    ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

    (j) 

    l-ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq ieħor regolat, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) 

    li dawk it-titoli, jew titoli tal-istess klassi, ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f'dak is-suq l-ieħor regolat għal iktar minn 18-il xahar;

    (ii) 

    li, għal titoli ammessi l-ewwel għall-kummerċ f’suq regolat wara l-1 ta’ Lulju 2005, l-ammissjoni għall-kummerċ f’dak is-suq regolat l-ieħor kienet soġġetta għal prospett approvat u ppubblikat f'konformità mad-Direttiva 2003/71/KE;

    (iii) 

    li, ħlief fejn japplika l-punt (ii), għal titoli ammessi l-ewwel għall-ħruġ wara t-30 ta’ Ġunju 1983, id-dettalji tal-ħruġ kienu ġew approvati f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE ( 2 ) jew id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

    (iv) 

    li l-obbligi attwali għall-kummerċ f’dak is-suq regolat l-ieħor ikunu ġew onorati;

    (v) 

    li l-persuna li tfittex l-ammissjoni ta’ titolu għall-kummerċ f’suq regolat skont l-eżenzjoni stabbilita f'dan il-punt (j) tagħmel disponibbli għall-pubbliku fl-Istat Membru tas-suq regolat fejn l-ammissjoni għall-kummerċ tkun qed tintalab, f’komformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), dokument li l-kontenut tiegħu jkun konformi mal-Artikolu 7, bid-differenza li t-tul massimu stabbilit fl-Artikolu 7(3) għandu jiġi estiż b'żewġ faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4, imfassla b’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tas-suq regolat fejn l-ammissjoni tkun qed tiġi mfittxija; u

    (vi) 

    li d-dokument imsemmi fil-punt (v) jiddikjara minn fejn jista' jinkiseb il-prospett l-iktar reċenti u fejn hija disponibbli l-informazzjoni finanzjarja ppubblikata mill-emittent skont l-obbligi ta’ żvelar kontinwu;

    ▼M3

    (k) 

    mit-18 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022, titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

    (i) 

    ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew skambjabbli; kif ukoll

    (ii) 

    ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv.

    ▼B

    Ir-rekwiżit li l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perjodu ta’ 12-il xahar, inqas minn 20 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    meta prospett ikun tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2003/71/KE mal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma;

    (b) 

    meta t-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma nħarġu qabel l-20 ta’ Lulju 2017;

    (c) 

    meta l-ishma jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) ta’ istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament u li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali maħruġa minn dik l-istituzzjoni minħabba li jkun hemm avveniment skattatur kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament;

    (d) 

    meta l-ishma jikkwalifikaw bħala fondi proprji eliġibbli jew fondi proprji bażiċi eliġibbli kif definit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ titoli oħra li bdiet għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi ta’ konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew tar-Rekwiżit Kapitali Minimu kif stabbilit fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE jew ir-rekwiżit tas-solvenza tal-grupp kif stabbilit fit-Titolu III tad-Direttiva 2009/138/KE.

    6.  
    L-eżenzjonijiet mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett li huma stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu jiġu kkombinati flimkien. Madankollu, l-eżenzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ma għandhomx jiġu kkombinati flimkien jekk tali kombinament jista’ jwassal għall-ammissjoni immedjata jew differita għall-kummerċ f'suq regolat fuq perijodu ta’ 12-il xahar ta’ aktar minn 20 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, mingħajr ma jiġi ppubblikat prospett.

    ▼M1

    6a.  

    L-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (f) tal-paragrafu 4 u fil-punt (e) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss fir-rigward tat-titoli ta’ ekwità, u biss fil-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    it-titoli ta’ ekwità offerti huma funġibbli ma’ titoli eżistenti li diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat qabel ix-xiri u t-tranżazzjoni relatata miegħu, u x-xiri ma jitqiesx bħala tranżazzjoni ta’ akkwist invers fis-sens tal-paragrafu B19 tal-istandards internazzjonali ta’ rappurtaġġ finanzjarju (IFRS) 3, Kombinamenti ta’ Negozji, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 ( 6 ); jew

    (b) 

    l-awtorità superviżorja li għandha l-kompetenza, fejn applikabbli, li teżamina d-dokument tal-offerta skont id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) tkun ħarġet approvazzjoni minn qabel tad-dokument imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 4 jew il-punt (e) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    6b.  

    L-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (g) tal-paragrafu 4 u fil-punt (f) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss għal titoli ta’ ekwità li fir-rigward tagħhom it-tranżazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala tranżazzjoni ta’ akkwist invers fis-sens tal-paragrafu B19 tal-IFRS 3, Kombinamenti ta’ Negozji, u biss fil-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    it-titoli ta’ ekwità tal-entità li tkun għamlet l-akkwist ikunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat qabel it-tranżazzjoni; jew

    (b) 

    it-titoli ta’ ekwità tal-entitajiet soġġetti għad-diviżjoni jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat qabel it-tranżazzjoni.

    ▼B

    7.  
    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kontenut minimu ta’ informazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 4 u l-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE bl-eċċezzjoni ta’ strumenti tas-suq monetarju kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li jkollhom maturità ta’ inqas minn 12-il xahar;

    (b) 

    “titoli ta’ ekwità” tfisser l-ishma u t-titoli trasferibbli l-oħra ekwivalenti għall-ishma f'kumpanniji, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jinkiseb kwalunkwe wieħed mit-titoli msemmija hawn fuq bħala konsegwenza li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti jew li jiġu eżerċitati minnhom id-drittijiet ikkonferiti minnhom, bil-kondizzjoni li t-titoli tat-tip tal-aħħar jinħarġu mill-emittent tal-ishma sottostanti jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent imsemmi;

    (c) 

    “titoli mingħajr ekwità” tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta’ ekwità;

    (d) 

    “offerta ta' titoli lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni fi kwalunkwe għamla u bi kwalunkwe mezz, li tippreżenta informazzjoni biżżejjed dwar it-termini tal-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti, sabiex l-investitur ikun jista' jiddeċiedi jekk jixtrix jew jissottoskrivix għal dawk it-titoli. Din id-definizzjoni tapplika wkoll għat-tqegħid ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

    (e) 

    “investituri kwalifikati” tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, u persuni jew entitajiet li, fuq talba, huma ttrattati bħala klijenti professjonali f'konformità mat-Taqsima II ta' dak l-Anness II, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE sakemm ma jkunux daħlu fi ftehim li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonali f'konformità mar-raba’ paragrafu tat-Taqsima I ta' dak l-Anness. Għall-finijiet ta' applikazzjoni tal-ewwel sentenza ta' dan il-punt, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom, fuq talba mill-emittent, jikkomunikaw il-klassifika tal-klijenti tagħhom lill-emittent, soġġett għall-konformità mal-liġijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data;

    (f) 

    “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) 

    kumpanniji li, skont il-kontijiet annwali jew konsolidati l-aktar reċenti tagħhom, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja ta’ inqas minn 250, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx l-EUR 43 000 000  u qligħ nett annwali li ma jaqbiżx l-EUR 50 000 000 ; jew

    (ii) 

    intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

    (g) 

    “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (h) 

    “emittent” tfisser entità legali li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;

    (i) 

    “offerent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li toffri t-titoli lill-pubbliku;

    (j) 

    “suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

    (k) 

    “reklam” tfisser komunikazzjoni b'dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

    (i) 

    dwar offerta speċifika ta' titoli lill-pubbliku jew ta' ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat;

    (ii) 

    bil-għan li jippromwovi speċifikament is-sottoskrizzjoni potenzjali jew l-akkwist ta’ titoli;

    (l) 

    “informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni regolata kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE;

    (m) 

    “Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser:

    (i) 

    għall-emittenti kollha ta' titoli stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

    (ii) 

    għal kwalunkwe ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal mill-inqas EUR 1 000 , u għal kwalunkwe ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li jagħti d-dritt li jakkwistaw kwalunkwe titolu trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza li dawn ikunu ġew konvertiti jew id-drittijiet ikkonferiti minnhom jiġu eżerċitati, bil-kondizzjoni li l-emittent tat-titoli mingħajr ekwità ma jkunx l-emittent tat-titoli sottostanti jew entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent tal-aħħar, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew ikunu ser jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat. L-istess għandu japplika għat-titoli mingħajr ekwità f’munita oħra għajr l-euro, bil-kondizzjoni li l-valur ta’ tali denominazzjoni minima jkun kważi ekwivalenti għal EUR 1 000 ;

    (iii) 

    għall-emittenti kollha ta’ titoli stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn it-titoli jkunu intiżi li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba jew meta tkun saret l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, soġġett għal għażla sussegwenti mill-emittenti stabbiliti f’pajjiż terz f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    — 
    fejn l-Istat Membru ta’ domiċilju ma jkunx ġie ddeterminat mill-għażla ta’ dawk l-emittenti,
    — 
    f'konformità mal-punt (i)(iii) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/109/KE;
    (n) 

    “Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru fejn issir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn tkun qed tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju;

    (o) 

    “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nominata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 31, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament;

    (p) 

    “intrapriża għal investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq” tfisser fiduċjarji ta' unità u l-kumpanniji tal-investiment b’dawn iż-żewġ karatteristiċi:

    (i) 

    jiġġeneraw kapital minn numru ta’ investituri, bil-ħsieb li jinvestuh f'konformità mal-politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri;

    (ii) 

    l-unitajiet tagħhom huma, fuq talba tad-detentur, mixtrija jew mifdija mill-ġdid, direttament jew indirettament, mill-assi tagħhom;

    (q) 

    “unitajiet ta’ intrapriża għal investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn intrapriża għal investiment kollettiv li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f’din l-intrapriża fuq l-assi tagħha;

    (r) 

    “approvazzjoni” tfisser l-att pożittiv mar-riżultat tal-iskrutinju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju rigward il-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni mogħtija fil-prospett;

    (s) 

    “prospett bażi” tfisser prospett li jkun konformi mal-Artikolu 8, u, skont l-għażla tal-emittent, it-termini finali tal-offerta;

    (t) 

    “jiem ta’ xogħol”, tfisser jiem ta' xogħol tal-awtorità kompetenti rilevanti esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi, kif definit fil-liġi nazzjonali applikabbli għal dik l-awtorità kompetenti;

    (u) 

    “faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

    (v) 

    “faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

    (w) 

    “suq tal-SMEs li qed jespandi” tfisser suq tal-SMEs li qed jespandi kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

    (x) 

    “emittent ta’ pajjiż terz” tfisser emittent stabbilit f’pajjiż terz;

    (y) 

    “perijodu tal-offerta” tfisser il-perijodu li matulu l-investituri potenzjali jistgħu jixtru jew jissottoskrivu għat-titoli kkonċernati;

    (z) 

    “mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li:

    (i) 

    jippermetti lil klijent jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b'mod aċċessibbli għal referenza futura u għal perijodu adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

    (ii) 

    jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna.

    Artikolu 3

    Obbligu ltal-pubblikazzjoni ta' prospett u eżenzjoni

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4), it-titoli għandhom jiġu offruti biss lill-pubbliku fl-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta' prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.
    2.  

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jeżenta offerti ta' titoli lill-pubbliku mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett kif stabbilit fil-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li:

    (a) 

    tali offerti ma jkun ux soġġwtti għal notifika f'konformità mal-Artikolu 25; u

    (b) 

    il-korrispettiv totali ta' kull offerta bħal din fl-Unjoni jkun inqas minn ammont monetarju kkalkolat fuq perijodu ta’ 12-il xahar li m’għandux jeċċedi l-EUR 8 000 000 .

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA dwar jekk humiex ser japplikaw l-eżenzjoni u kif ser jiddeċiedu li japplikawha skont l-ewwel subparagrafu, inkluż l-ammont monetarju li taħtu tapplika l-eżenzjoni għall-offerti f'dak l-Istat Membru. Huma għandhom jinnotifikaw ulill-Kummissjoni u lill-ESMA bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal dak l-ammont monetarju.

    3.  
    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(5), it-titoli għandhom ikunu ammessi biss għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew li jopera ġewwa l-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Prospett volontarju

    1.  
    Meta offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ f’suq regolat ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 1(3), jew hija eżentata mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett f'konformità mal-Artikolu 1(4), 1(5) jew 3(2), l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom ikunu intitolati li volontarjament tfasslu prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.
    2.  
    Tali prospett imfassal volontarjament approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, kif iddeterminat f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 2, għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha previsti għal prospett meħtieġ skont dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, taħt is-superviżjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti.

    Artikolu 5

    Bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli

    1.  

    Kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli li qabel kienu s-soġġett ta’ tip wieħed jew aktar ta’ offerta ta’ titoli għall-pubbliku elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(4) għandu jitqies bħala offerta separata u d-definizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-Artikolu 2 għandha tapplika sabiex jiġi ddeterminat jekk dak il-bejgħ mill-ġdid huwiex offerta ta' titoli lill-pubbliku. It-tqegħid ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji għandu jkun soġġett għall-pubblikazzjoni ta’ prospett sakemm ma tapplikax waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(4) fir-rigward tat-tqegħid finali.

    L-ebda prospett addizzjonali m’għandu jkun meħtieġ fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti tali ta’ titoli jew tqegħid finali ta' titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji sakemm prospett validu jkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 12 u l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu permezz ta’ ftehim bil-miktub.

    2.  
    Meta prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità li għandhom ikunu negozjati f’suq regolat, jew parti speċifika tagħhom, li għalihom l-investituri kkwalifikati biss jista' jkollhom aċċess għall-finijiet ta' kummerċ f’tali titoli, it-titoli m’għandhomx jinbiegħu mill-ġdid lil investituri mhux kwalifikati, sakemm ma jitfassalx prospett f’konformità ma’ dan ir-Regolament li huwa xieraq għal investituri mhux kwalifikati.

    KAPITOLU II

    IT-TFASSIL TAL-PROSPETT

    Artikolu 6

    Il-prospett

    ▼M3

    1.  

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14(2), 14a(2) u 18(1), prospett għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun sinifikanti għal investitur biex jagħmel valutazzjoni infurmata ta’:

    ▼B

    (a) 

    l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-qligħ u t-telf, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-prospetti tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti;

    (b) 

    id-drittijiet marbuta mat-titoli; u

    (c) 

    ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent.

    Dik l-informazzjoni tista' tvarja skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    in-natura tal-emittent;

    (b) 

    it-tip ta' titoli;

    (c) 

    iċ-ċirkostanzi tal-emittent;

    (d) 

    fejn rilevanti, sew jekk it-titoli mingħajr ekwità jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-anqas EUR 100 000  u jew jekk le, jew, u ser ikunu nnegozjati biss f'suq regolat, jew parti speċifika tiegħu, li għalih jista' jkollhom aċċess biss investituri kwalifikati għall-finijiet tal-kummerċ fit-titoli.

    2.  
    L-informazzjoni fi prospett għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem, u tieħu kont tal-fatturi stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
    3.  

    L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tista' tfassal il-prospett bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(8) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f’dokument tar-reġistrazzjoni, nota tat-titoli u sommarju. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni relatata mal-emittent. In-nota tat-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni li tirrigwarda t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

    Artikolu 7

    Is-sommarju tal-prospett

    1.  

    Il-prospett għandu jinkludi sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, il-garanti u t-titoli li qed jiġu offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jrid jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett biex jgħin lill-investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux f’titoli bħal dawn.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, m'għandu jkun meħtieġ l-ebda sommarja meta l-prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità bil-kondizzjoni li:

    (a) 

    tali titoli għandhom jiġu kummerċjalizzati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kkwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ kummerċ f’titoli bħal dawn; jew

    (b) 

    tali titoli għandhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000 .

    2.  
    Il-kontenut tas-sommarju għandu jkun preċiż, ġust u ċar u ma għandux ikun qarrieqi. Huwa jrid jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett u għandu jkun konsistenti mal-partijiet l-oħra tal-prospett.
    3.  

    Is-sommarju għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ tul massimu ta’ seba' faċċati ta’ karti ta' daqs A4 meta jiġi stampat. Is-sommarju għandu:

    (a) 

    jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta' daqs li jinqara;

    (b) 

    jinkiteb b’lingwaġġ u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b’mod partikolari, b'lingwaġġ li jkun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għall-investituri.

    4.  

    Is-sommarju għandu jkun magħmul mill-erba’ taqsimiet li ġejjin:

    (a) 

    introduzzjoni, li fiha t-twissijiet;

    (b) 

    informazzjoni ewlenija dwar l-emittent;

    (c) 

    informazzjoni ewlenija dwar it-titoli;

    (d) 

    informazzjoni ewlenija dwar l-offerta ta' titoli lill-pubbliku u/jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

    5.  

    It-taqsima msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha:

    (a) 

    l-isem u n-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tat-titoli;

    (b) 

    l-identità u d-dettalji tal-emittent, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tiegħu;

    (c) 

    fejn applikabbli, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-offerent, inkluż il-LEI tiegħu jekk l-offerent ikollu personalità ġuridika, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

    (d) 

    l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett u, meta differenti, l-awtorità kompetenti li approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

    (e) 

    id-data tal-approvazzjoni tal-prospett;

    Għandu jkun fih it-twissijiet li ġejjin:

    (a) 

    is-sommarju għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;

    (b) 

    kwalunkwe deċiżjoni ta’ investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq konsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;

    (c) 

    fejn applikabbli, li l-investitur jista' jitlef il-kapital investit kollu jew parti minnu u, fejn ir-responsabbiltà tal-investitur ma tkunx limitata għall-ammont tal-investiment, twissija li l-investitur jista' jitlef aktar mill-kapital investit u l-portata ta’ tali telf potenzjali;

    (d) 

    meta pretensjoni relatata mal-informazzjoni li tinsab fi prospett titressaq quddiem il-qorti, l-investitur attur jista’, skont il-liġi nazzjonali, jkollu jġarrab l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċeduri legali;

    (e) 

    ir-responsabbiltà ċivili għandha x’taqsam biss ma’ dawk il-persuni li jkunu ppreżentaw is-sommarju, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, iżda biss fejn is-sommarju jkun qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew fejn dan ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f’tali titoli;

    (f) 

    fejn applikabbli, l-allert ta’ komprensjoni meħtieġ f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

    6.  

    It-taqsima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-emittent tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tal-emittent tat-titoli, inkluż mill-inqas dan li ġej:

    (i) 

    id-domiċilju u l-forma ġuridika tiegħu, il-LEI tiegħu, il-liġi li taħtha jopera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tiegħu;

    (ii) 

    l-attivitajiet prinċipali tiegħu;

    (iii) 

    l-azzjonisti ewlenin tiegħu, inkluż jekk ikunx immexxi jew ikkontrollat direttament jew indirettament u minn min;

    (iv) 

    l-identità tad-diretturi maniġerjali ewlenin tiegħu;

    (v) 

    l-identità tal-awdituri statutorji tiegħu;

    (b) 

    taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhi l-informazzjoni finanzjarja ewlenija li tirrigwarda l-emittent?” għażla ta’ informazzjoni finanzjarja ewlenija storika ppreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perijodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perijodu finanzjarju interim sussegwenti akkumpanjat minn data komparattiva mill-istess perijodu fis-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rekwiżit għal informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ għandu jiġi ssodisfat bil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ ta' tmiem is-sena. L-informazzjoni finanzjarja prinċipali, fejn ikun applikabbli, għandha tinkludi:

    (i) 

    informazzjoni finanzjarja pro forma;

    (ii) 

    deskrizzjoni fil-qosor ta’ kwalunkwe kwalifika fir-rapport tal-awditjar relatata mal-informazzjoni finanzjarja storika;

    (c) 

    taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għall-emittent?” deskrizzjoni fil-qosor tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għall-emittent li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux il-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10.

    7.  

    It-taqsima msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma l-karatteristiċi ewlenin tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż mill-inqas:

    (i) 

    it-tip, il-klassi u l-ISIN tagħhom;,

    (ii) 

    fejn applikabbli, il-valuta tagħhom, id-denominazzjoni, il-valur nominali, in-numru ta' titoli maħruġa u t-terminu tat-titoli;

    (iii) 

    id-drittijiet marbuta mat-titoli;

    (iv) 

    is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza, inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u l-impatt potenzjali fuq l-investiment fil-każ ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE;

    (v) 

    kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli;

    (vi) 

    fejn applikabbli, il-politika tad-dividendi jew ħlas;

    (b) 

    taħt subtaqsima intitolata “Fejn ser jiġu nnegozjati t-titoli?”, indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex jew hux ser ikunu suġġetti għal applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew għall-kummerċ f’MTF u l-identità tas-swieq kollha fejn jinsabu t-titoli jew fejn għandhom jiġu nnegozjati;

    (c) 

    meta hemm garanzija marbuta mat-titoli, taħt subtaqsima intitolata “Hemm garanzija marbuta mat-titoli?”, l-informazzjoni li ġejja:

    (i) 

    deskrizzjoni qasira tan-natura u l-ambitu tal-garanzija;,

    (ii) 

    deskrizzjoni qasira tal-garanti, inkluż il-LEI tiegħu;

    (iii) 

    l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-abbiltà tal-garanti li jissodisfa l-impenji tiegħu taħt il-garanzija; u

    (iv) 

    deskrizzjoni qasira tal-fatturi ta’ riskju materjali l-aktar marbuta mal-garanti li tinsab fil-prospett f'konformità mal-Artikolu 16(3), filwaqt li ma jaqbiżx l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10;

    (d) 

    taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli?”, deskrizzjoni qasira tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għat-titoli li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10.

    Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tagħmel it-talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jistgħu jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu mal-informazzjoni li tinsab fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Fejn japplika r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, kull Stat Membru li jaġixxi bħala Stat Membru ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jista' jeħtieġ lill-emittenti, l-offerenti u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat biex jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 fil-prospetti approvati mill-awtorità kompetenti tiegħu.

    Meta jkun hemm sostituzzjoni tal-kontenut skont it-tieni subparagrafu, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Il-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija għandu jiġi inkluż bħala taqsima distinta tas-sommarju. It-tqassim tal-paġna ta' dik it-taqsima għandu jidentifikaha b’mod ċar li hija d-dokument ta' informazzjoni ewlenija kif stabbilit fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

    Meta, f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(9), sommarju wieħed ikopri diversi titoli li jvarjaw biss f’xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b'żewġ faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Madankollu, fil-każ li dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal dawk it-titoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għal ammissjoni tipproċedi bis-sostituzzjoni tal-kontenut imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tul massimu għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta’ karti ta' daqs A4 għal kull titolu addizzjonali.

    Meta s-sommarju jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b'faċċata addizzjonali waħda ta' karta ta' daqs A4.

    8.  

    It-taqsima msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    taħt subtaqsima intitolata “Taħt liema kondizzjonijiet u skeda ta' żmien nista' ninvesti f'dan it-titolu?”, fejn applikabbli, it-termini ġenerali, il-kondizzjonijiet u l-iskeda ta' żmien mistennija tal-offerta, id-dettalji tal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, il-pjan għad-distribuzzjoni, l-ammont u l-perċentwali ta’ dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-offerta u l-istima tal-ispejjeż totali tal-ħruġ u/jew offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li ser jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent;

    (b) 

    jekk differenti mill-emittent, taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-offerent u/jew il-persuna li qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ?”, deskrizzjoni qasira tal-offerent tat-titoli u/jew tal-persuna li qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż id-domiċilju u l-forma ġuridika tagħha, il-liġi li taħtha hija topera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tagħha;

    (c) 

    taħt subtaqsima ntitolata “Għaliex qed jiġi prodott dan il-prospett?”, deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għall-offerta jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, kif ukoll, fejn applikabbli:

    (i) 

    l-użu u l-ammont nett stmat tal-introjtu:

    (ii) 

    indikazzjoni ta’ jekk l-offerta hijiex soġġetta għal ftehim ta’ sottoskrizzjoni fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli, li tiddikjara kwalunkwe porzjon mhux kopert,

    (iii) 

    indikazzjoni tal-konflitti materjali l-aktar ta' interess li jappartjenu għall-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

    9.  
    Taħt kull waħda mit-taqsimiet deskritti fil-paragrafi 6, 7 u 8, l-emittent jista’ jżid subintestaturi fejn iqis li jkun meħtieġ.
    10.  
    In-numru totali ta’ fatturi ta’ riskju inklużi fit-taqsimiet tas-sommarju msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 6 u l-punt (c) (iv) u l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 m’għandux jeċċedi l-15.
    11.  
    Is-sommarju m’għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni skont referenza.
    12.  
    Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal titoli offruti lill-pubbliku skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u Stat Membru ta' domiċilju jitlob li l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jissostitwixxu l-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija f'konformità mat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu7 ta' dan l-Artikolu, il-persuni li jagħtu pariri dwar jew ibigħu t-titoli f’isem l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jitqies li jkun issodisfa, matul l-perijodu tal-offerta, l-obbligu li jiġi pprovdut id-dokument ta' informazzjoni ewlenija f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, bil-kondizzjoni li minflok jipprovdu lill-investituri kkonċernati sommarju tal-prospett skont il-ħin u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14 ta’ dak ir-Regolament.

    ▼M3

    12a.  
    B’deroga mill-paragrafi 3 sa 12 ta’ dan l-Artikolu, Prospett ta’ Rkupru tal-UE mfassal skont l-Artikolu 14a għandu jinkludi sommarju mfassal skont dan il-paragrafu.

    Is-sommarju ta’ Prospett ta’ Rkupru tal-UE għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ tul massimu ta’ żewġ faċċati ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat.

    Is-sommarju ta’ Prospett ta’ Rkupru tal-UE ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni skont referenza u għandu:

    (a) 

    jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli li jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

    (b) 

    ikun miktub b’lingwaġġ u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b’mod partikolari, b’lingwaġġ li jkun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għall-investituri.

    (c) 

    ikun magħmul mill-erba’ taqsimiet li ġejjin:

    (i) 

    introduzzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, inklużi t-twissijiet u d-data ta’ approvazzjoni tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE;

    (ii) 

    informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, inkluża, jekk tkun applikabbli, referenza speċifika ta’ mhux inqas minn 200 kelma għall-impatt tan-negozju u finanzjarju fuq l-emittent, tal-pandemija tal-COVID-19;

    (iii) 

    informazzjoni ewlenija dwar l-ishma, inklużi d-drittijiet marbutin ma’ dawk l-ishma u kwalunkwe limitu fuq dawk id-drittijiet;

    (iv) 

    informazzjoni ewlenija dwar l-offerta ta’ ishma lill-pubbliku u/jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.

    ▼B

    13.  

    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 6, u l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti msemmija fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 7, filwaqt li tqis id-diversi tipi ta' titoli u emittenti u tiżgura li l-informazzjoni mogħtija tkun konċiża u tinftiehem.

    L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 8

    Il-prospett bażi

    1.  
    Għal titoli mingħajr ekwità, inkluż warrants fi kwalunkwe għamla, il-prospett jista’, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jikkonsisti minn prospett bażi li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-emittent u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.
    2.  

    Il-prospett bażi għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    mudell, intitolat “formola tal-kondizzjonijiet finali”, li għandu jimtela għal kull ħarġa individwali u li jindika l-għażliet disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi ddeterminata fil-kondizzjonijiet finali tal-offerta;

    (b) 

    l-indirizz tas-sit web fejn il-kondizzjonijiet finali ser ikunu ppubblikati.

    3.  
    Meta prospett bażi jinkludi opzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa min-nota rilevanti dwar it-titoli, il-kondizzjonijiet finali għandhom jiddeterminaw liema minn dawn l-opzjonijiet hija applikabbli għall-ħruġ individwali, billi jirreferu għat-taqsimiet rilevanti tal-prospett bażi jew permezz tar-riproduzzjoni ta’ din l-informazzjoni.
    4.  

    Il-kondizzjonijiet finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument separat jew għandhom ikunu inklużi fil-prospett bażi jew f’kwalunkwe suppliment għalih. Il-kondizzjonijiet finali għandhom jitħejjew f’forma faċilment analizzabbli u li tinftiehem.

    Il-kondizzjonijiet finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex iservu ta’ suppliment għall-prospett bażi. Il-punt (b) tal-Artikolu 17(1) għandu japplika f'każijiet bħal dawn.

    5.  

    Meta l-kondizzjonijiet finali la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, l-emittent għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21u jiddepożithom mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kemm jista' jkun malajr hekk kif it-titoli jiġu offruti lill-pubbliku u, fejn possibbli, qabel il-bidu tal-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

    Għandha tiddaħħal fil-kondizzjonijiet finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:

    (a) 

    li l-kondizzjonijiet finali jkunu ġew ippreparati għall-għan ta’ dan ir-Regolament u jridu jinqraw flimkien mal-prospett bażi u kwalunkwe suppliment tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha rilevanti;

    (b) 

    fejn il-prospett bażi u kwalunkwe supplimenti tiegħu jiġu ppubblikati f'konformità mal-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 21;

    (c) 

    li sommarju tal-ħruġ individwali jkun anness għall-kondizzjonijiet finali.

    6.  

    Prospett bażi jista’ jitfassal bħala dokument wieħed jew bħala dokumenti separati.

    Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ikunu ddepożitaw dokument tar-reġistrazzjoni għal titoli mingħajr ekwità, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali f'konformità mal-Artikolu 9, u jagħżlu li jfasslu prospett bażi, il-prospett bażi għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

    (a) 

    l-informazzjoni inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni, jew fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

    (b) 

    l-informazzjoni li kieku kellha tiġi inkluża fin-nota tat-titoli rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-kondizzjonijiet finali fejn il-kondizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi.

    7.  
    L-informazzjoni speċifika dwar kull wieħed mit-titoli differenti inklużi fi prospett bażi għandha tkun segregata b'mod ċar.
    8.  
    Sommarju għandu jitfassal biss ladarba l-kondizzjonijiet finali jkunu inklużi fil-prospett bażi, jew f'suppliment, jew ikunu ddepożitati, u dak is-sommarju għandu jkun speċifiku għall-ħarġa individwali.
    9.  

    Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess ħtiġijiet bħall-kondizzjonijiet finali, kif stabbiliti f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu annessi magħhom.

    Is-sommarju tal-ħarġa individwali għandu jikkonforma mal-Artikolu 7 u għandu jipprovdi dan li ġej:

    (a) 

    l-informazzjoni ewlenija fil-prospett bażi, inkluż l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent;

    (b) 

    l-informazzjoni ewlenija fil-kondizzjonijiet finali xierqa, inkluż l-informazzjoni ewlenija li ma ġietx inkluża fil-prospett bażi.

    Meta l-kondizzjonijiet finali jirreferu għal diversi titoli li huma differenti biss f’ċerti dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data ta’ maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista’ jintrabat ma’ dawk it-titoli kollha, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b’mod ċar.

    10.  
    L-informazzjoni li tinsab fil-prospett bażi għandha, fejn meħtieġ, tkun issupplimentata f’konformità mal-Artikolu 23.
    11.  

    Offerta ta' titoli lill-pubbliku tista’ tkompli wara l-iskadenza tal-prospett bażi li taħtu kienet bdiet bil-kondizzjoni li prospett bażi sussegwenti jiġi approvat u ppubblikat sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti. Il-kondizzjonijiet finali ta’ offerta bħal din għandhom jinkludu twissija prominenti fuq l-ewwel paġna tagħha li tindika l-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti u fejn il-prospett bażi sussegwenti ser ikun ippubblikat. Il-prospett bażi sussegwenti għandu jinkludi jew jinkorpora b’referenza l-formola tal-kondizzjonijiet finali mill-prospett bażi inizjali u jirreferi għall-kondizzjonijiet finali li huma rilevanti għall-offerta kontinwa.

    Dritt tal-irtirar skont l-Artikolu 23(2) għandu japplika wkoll għall-investituri li jkunu qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli matul il-perijodu tal-validità tal-prospett bażi preċedenti, ħlief jekk it-titoli jkunu diġà ngħataw lilhom.

    Artikolu 9

    Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali

    1.  
    Kwalunkwe emittent li t-titoli tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew MTF jista’ jfassal għal kull sena finanzjarja dokument tar-reġistrazzjoni universali fil-forma ta' dokument tar-reġistrazzjoni universali li jiddeskrivi l-organizzazzjoni, in-negozju, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospetti, il-governanza u l-istruttura tal-ishma tal-kumpannija.
    2.  

    Kwalunkwe emittent li jagħżel li jfassal dokument tar-reġistrazzjoni universali għal kull sena finanzjarja għandu jissottomettih għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2) u (4).

    Wara li l-emittent kellu dokument tar-reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti għal kull sena finanzjarja għal sentejn finanzjarji konsekuttivi, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti jistgħu jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel.

    Jekk l-emittent, minn hemm 'il quddiem, jonqos milli jiddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali għal sena finanzjarja waħda, il-benefiċċju tad-depożitu mingħajr l-approvazzjoni minn qabel jintilef u d-dokumenti kollha sussegwenti tar-reġistrazzjoni universali għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni sakemm il-kondizzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu terġa’ tkun sodisfatta.

    Fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti, l-emittent għandu jindika jekk id-dokument tar-reġistrazzjoni universali hux sottomess għall-approvazzjoni jew hux iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel.

    Meta l-emittent imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jitlob in-notifika tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu skont l-Artikolu 26, huwa għandu jippreżenta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu għall-approvazzjoni, inkluż kwalunkwe emenda għal dan li ġiet depożitata qabel.

    3.  
    L-emittenti li, qabel il-21 ta’ Lulju 2019, kellhom dokument tar-reġistrazzjoni, imfassal f'konformità mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 809/2004 ( 8 ), approvat minn awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn finanzjarji konsekuttivi u li wara ġie ddepożitat, f'konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/71/KE, jew fejn tali dokument tar-reġistrazzjoni ġie approvat kull sena, għandhom ikunu awtorizzati biex jiddepożitaw dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mill-21 ta’ Lulju 2019.
    4.  
    Ladarba jkun ġie approvat jew iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kif ukoll l-emendi għal dan imsemmija fil-paragrafi 7 u 9 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21.
    5.  
    Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati fl-Artikolu 27.
    6.  
    L-informazzjoni tista’ tkun inkorporata b’referenza f’dokument tar-reġistrazzjoni universali skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19.
    7.  
    Wara li jiġi ddepożitat jew approvat dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jista’ f'kwalunkwe ħin jaġġorna l-informazzjoni li jkun fih billi jiddepożita emenda għal dan mal-awtorità kompetenti. Soġġett għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 10(3), id-depożitu tal-emenda mal-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ approvazzjoni.
    8.  

    L-awtorità kompetenti tista’ f'kull ħin tirrevedi l-kontenut ta’ kwalunkwe dokument tar-reġistrazzjoni universali li jkun ġie ddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, kif ukoll il-kontenut ta' kwalunkwe emenda għal dan.

    Ir-reviżjoni mill-awtorità kompetenti għandha tikkonsisti mill-iskrutinju tal-kompletezza, il-konsistenza u l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan.

    9.  

    Meta l-awtorità kompetenti, matul ir-reviżjoni, issib li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jissodisfax l-istandards ta’ kompletezza, intelliġibbiltà u konsistenza, jew li huma meħtieġa emendi jew informazzjoni supplimentari, din għandha tinnotifika lill-emittent.

    Talba għal emenda jew informazzjoni supplimentari indirizzata mill-awtorità kompetenti lill-emittent teħtieġ tiġi kkunsidrata biss mill-emittent fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali sussegwenti ddepożitat għas-sena finanzjarja ta’ wara, ħlief fejn l-emittent jixtieq juża dokument tar-reġistrazzjoni universali bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali sa mhux aktar tard mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(6).

    B’deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-emittent li r-rikjesta tiegħu għall-emendi jew informazzjoni supplimentari tikkonċerna ommissjoni materjalijew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x’aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għal valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr dewmien żejjed.

    L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-emittent jipproduċi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat, meta tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni pprovduta f’dak id-dokument. Emittent jista’ volontarjament jinkludi verżjoni konsolidata tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali emendat tiegħu f’anness għall-emenda.

    10.  
    Il-paragrafi 7 u 9 għandhom japplikaw biss meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ma jintużax bħala parti kostitwenti ta’ prospett. Kull meta dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett, huwa biss l-Artikolu 23 dwar is-suppliment ta' prospett li għandu japplika mill-mument meta l-prospett jiġi approvat sal-għeluq finali tal-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew, skont il-każ, il-ħin meta l-kummerċ f’suq regolat jibda, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.
    11.  

    Emittent li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel jew fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkollu l-istatus ta’ emittent frekwenti u għandu jibbenefika mill-proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel f'konformità mal-Artikolu 20(6), bil-kondizzjoni li:

    (a) 

    mad-depożitu jew is-sottomissjoni għall-approvazzjoni ta' kull dokument tar-reġistrazzjoni universali, l-emittent jipprovdi konferma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li, sa fejn ikun jaf, l-informazzjoni regolata kollha li huwa kien meħtieġ jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE, jekk applikabbli, u skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tkun ġiet iddepożitata u ppubblikata f'konformità ma' dawk l-atti matul l-aħħar 18-il xahar jew tul il-perijodu meta jkun beda l-obbligu ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni regolata, skont liema jkun l-iqsar; u

    (b) 

    meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet reviżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8, l-emittent ikun emenda d-dokument tar-reġistrazzjoni universali tiegħu f'konformità mal-paragrafu 9.

    Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma tiġix sodisfatta mill-emittent, l-istatus ta’ emittent frekwenti għandu jintilef.

    12.  

    Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, u dan ikun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun żvelata fir-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju annwali meħtieġ minn dan l-Artikolu.

    Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali, jew emenda għal dan, tiġi ddepożitata għand jew approvata mill-awtorità kompetenti u ssir pubblika mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u fiha jkun hemm l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żvelata fir-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur previst taħt dak l-Artikolu.

    Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-emittent:

    (a) 

    għandu jinkludi fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali lista b’kontroreferenzi li tidentifika fejn jista’ jinstab kull punt meħtieġ fir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ nofs is-sena fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali;

    (b) 

    għandu jiddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali f'konformità mal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2004/109/KE u jagħmlu disponibbli għall-mekkaniżmu magħżul b’mod uffiċjali msemmi fl-Artikolu 21(2) ta' dik id-Direttiva;

    (c) 

    għandu jinkludi fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà bl-użu tat-termini mitluba mill-punt (c) tal-Artikolu 4(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva.

    13.  
    Il-paragrafu 12 għandu japplika biss meta l-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa wkoll l-Istat Membru ta' domiċilju għall-finijiet tad-Direttiva 2004/109/KE, u fejn il-lingwa tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE.
    14.  
    Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-iskrutinju u r-reviżjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, u l-proċeduri għall-approvazzjoni u d-depożitu ta' dawk id-dokumenti kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom l-istatus ta' emittent frekwenti jintilef.

    Artikolu 10

    Prospetti li jikkonsistu minn dokumenti separati

    1.  

    Emittent li diġà kellu dokument tar-reġistrazzjoni approvat minn awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ iħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju, fejn applikabbli, meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. F’dak il-każ, in-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

    Meta, mill-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni ’il quddiem, ikun hemm fattur sinifikanti ġdid, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli, għandu jkun sottomess għall-approvazzjoni suppliment għad-dokument tar-reġistrazzjoni, l-aktar tard fl-istess ħin bħan-nota tat-titoli u s-sommarju. Id-dritt li jiġu rtirati l-aċċettazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 23(2) ma għandux japplika f’dak il-każ.

    Id-dokument tar-reġistrazzjoni u s-suppliment tiegħu, fejn applikabbli, akkumpanjat bin-nota tat-titoli u s-sommarju għandu jikkostitwixxi prospett, ladarba approvat mill-awtorità kompetenti.

    2.  
    Ladarba jkun approvat, id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed u f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21.
    3.  

    Emittent li diġà kellu dokument tar-reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti, jew li jkun iddepożita dokument tar-reġistrazzjoni universali mingħajr approvazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), għandu jintalab iħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

    Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun diġà ġie approvat, in-nota tat-titoli, is-sommarju u l-emendi kollha għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitati sa mill-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

    Meta l-emittent ikun iddepożita dokument universali tar-reġistrazzjoni mingħajr approvazzjoni, id-dokument sħiħ, inkluż l-emendi għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni, minkejja l-fatt li dawk id-dokumenti jibqgħu separati.

    Id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, emendat f'konformità mal- Artikolu 9(7) jew (9), flimkien man-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom jikkostitwixxu prospett, ladarba approvati mill-awtorità kompetenti.

    Artikolu 11

    Responsabbiltà marbuta mal-prospett

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija fi prospett, u kwalunkwe suppliment tiegħu, tkun marbuta tal-inqas mal-emittent jew il-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, l-offerent, il-persuna li tagħmel talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-garanti, skont il-każ. Il-persuni responsabbli għall-prospett, u kwalunkwe suppliment tiegħu, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fil-prospett b’isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll dikjarazzjonijiet tagħhom li, sa fejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fil-prospett tkun f'konformità mal-fatti u li l-prospett ma jħalli xejn barra li x’aktarx jaffettwa l-importanza tiegħu.
    2.  

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mill-informazzjoni mogħtija f'prospett.

    Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil xi persuna esklużivament abbażi tas-sommarju skont l-Artikolu 7 jew is-sommarju speċifiku ta’ prospett UE tat-Tkabbir skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm:

    (a) 

    huwa jkun ta’ żgwida, ineżatt jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett; jew

    (b) 

    ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lil investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux fit-titoli.

    3.  

    Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’dokument tar-reġistrazzjoni jew f'dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tkun marbuta mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’każijiet fejn id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett approvat.

    L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE meta l-informazzjoni f’dawk l-Artikoli tiġi inkluża f’dokument tar-reġistrazzjoni universali.

    Artikolu 12

    Validità ta’ prospett, dokument tar-reġistrazzjoni u dokument tar-reġistrazzjoni universali

    1.  

    Prospett, kemm jekk ikun dokument uniku kif ukoll jekk jikkonsisti minn dokumenti separati, għandu jkun validu għal 12-il xahar wara li jiġi approvat għal offerti lill-pubbliku jew ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat, bil-kondizzjoni li jkun komplut b’kwalunkwe suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 23.

    Meta prospett ikun jikkonsisti minn dokumenti separati, il-perijodu ta’validità għandu tibda wara l-approvazzjoni tan-nota tat-titoli.

    2.  

    Dokument tar-reġistrazzjoni li jkun ġie approvat qabel għandu jkun validu biex jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett għal 12-il xahar wara l-approvazzjoni tiegħu.

    It-tmiem tal-validità ta’ tali dokument tar-reġistrazzjoni ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ prospett li jkun parti kostitwenti tiegħu.

    3.  

    Dokument tar-reġistrazzjoni universali għandu jkun validu biex jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett għal 12-il xahar wara l-approvazzjoni tiegħu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) jew wara d-depożitu tiegħu kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2).

    It-tmiem tal-validità ta’ tali dokument tar-reġistrazzjoni universali ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ prospett li jkun parti kostitwenti tiegħu.

    KAPITOLU III

    KONTENUT U FORMAT TAL-PROSPETT

    Artikolu 13

    Informazzjoni minima u format

    1.  

    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissuplimenta dan ir-Regolament rigward il-format tal-prospett, il-prospett bażi u l-kondizzjonijiet finali, u l-iskedi li jiddefinixxu l-informazzjoni speċifika li trid tkun inkluża fi prospett, inkluż LEIs u ISINs, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun magħmul minn dokumenti separati.

    B'mod partikolari, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji ta’ prospett, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

    (a) 

    it-tipi varji ta’ informazzjoni meħtieġa mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta’ ekwità mqabbla mat-titoli mingħajr ekwità; għandu jiġi segwit metodu konsistenti rigward l-informazzjoni meħtieġa fi prospett għat-titoli li jkollhom raġunament ekonomiku simili, partikolarment it-titoli derivattivi;

    (b) 

    it-tipi varji u l-karatteristiċi varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità;

    (c) 

    il-format użat u l-informazzjoni meħtieġa fil-prospetti bażi li jirrelataw ma' titoli mingħajr ekwità, inkluż il-warrants f'kwalunkwe għamla;

    (d) 

    fejn applikabbli, in-natura pubblika tal-emittent;

    (e) 

    fejn applikabbli, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-emittent.

    Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji tal-prospett, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tal-informazzjoni għall-prospetti li jirrigwardjaw l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità li:

    (a) 

    għandhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju ta’ titoli bħal dawn; jew

    (b) 

    ikollhom denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 100 000 .

    Dawk ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu adegwati, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-investituri kkonċernati.

    2.  

    Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-iskeda li tiddefinixxi l-informazzjoni minima li trid tkun inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali.

    Tali skeda għandha tiżgura li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-emittent sabiex l-istess dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun jista’ jintuża bl-istess mod għall-offerta sussegwenti għall-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta’ titoli ta’ ekwità jew mingħajr ekwità. Rigward l-informazzjoni finanzjarja, ir-reviżjoni operattiva u finanzjarja kif ukoll il-prospetti u l-governanza korporattiva, din l-informazzjoni għandha tkun allinjata kemm jista’ jkun mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żvelata fir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, inkluż ir-rapport ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva.

    3.  
    L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards fil-qasam tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja stabbiliti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, b’mod partikolari mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) u l-Annessi I, II u III għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 14

    Reġim simplifikat ta’ żvelar għall-ħruġ sekondarju

    1.  

    Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett simplifikat taħt ir-reġim simplifikat ta’ żvelar għall-ħruġ sekondarju, fil-każ ta’ offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ta’ ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat:

    (a) 

    emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-inqas l-aħħar 18-il xahar u li joħorġu titoli funġibbli b’titoli eżistenti li jkunu nħarġu preċedentement;

    ▼M1

    (b) 

    mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(5), emittenti li t-titoli ta’ ekwità tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew suq tat-tkabbir tal-SMEs kontinwament għal mill-inqas 18-il xahar u li joħorġu titoli mingħajr ekwità jew titoli li jagħtu aċċess għal titoli ta’ ekwità funġibbli mat-titoli ta’ ekwità eżistenti tal-emittent diġà ammess għall-kummerċ;

    ▼B

    (c) 

    offerenti ta’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-inqas l-aħħar 18-il xahar;

    ▼M1

    (d) 

    emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew offruti lill-pubbliku u ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs kontinwament għal mill-inqas sentejn, u li jkunu kkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi ta’ rappurtar u żvelar tul il-perijodu tal-ammissjoni għall-kummerċ u li jfittxu ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli funġibbli ma’ titoli eżistenti li jkunu nħarġu qabel.

    ▼B

    Il-prospett simplifikat għandu jikkonsisti minn sommarju f’konformità mal-Artikolu 7, dokument speċifiku tar-reġistrazzjoni li jista’ jintuża mill-persuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-pragrafu u nota speċifika tat-titoli li tista’ tintuża mill-persuni msemmija fil-punti (a) u (c) ta' dak is-subparagrafu.

    2.  

    B'deroga mill-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), il-prospett simplifikat għandu jinkludi l-informazzjoni mqassra rilevanti li hija meħtieġa biex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu:

    (a) 

    il-prospetti tal-emittent u l-bidliet sinifikanti fin-negozju u l-pożizzjoni finanzjarja tal-emittent u l-garanti li jkunu saru mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, jekk ikun hemm;

    (b) 

    id-drittijiet marbuta mat-titoli;

    (c) 

    ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, inkluż fuq l-istruttura kapitali globali tiegħu, u l-użu tad-dħul.

    L-informazzjoni li tinsab fil-prospett simplifikat għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment. Hija għandha tieħu kont ukoll tal-informazzjoni regolata li tkun diġà ġiet żvelata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, fejn applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014. ►M1  Dawk l-emittenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li huma meħtieġa jħejju kontijiet ikkonsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) wara l-ammissjoni tat-titoli tagħhom għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jikkompilaw l-informazzjoni finanzjarja l-aktar reċenti skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 14, li jkun fiha informazzjoni komparattiva għas-sena preċedenti inkluża fil-prospett simplifikat skont l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ). ◄

    ▼M1

    Dawk l-emittenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex meħtieġa jħejju kontijiet ikkonsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE wara l-ammissjoni tat-titoli tagħhom għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jikkompilaw l-informazzjoni finanzjarja l-aktar reċenti skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li jkun fiha informazzjoni komparattiva għas-sena preċedenti inkluża fil-prospett simplifikat, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih jkun inkorporat l-emittent.

    Emittenti ta’ pajjiż terz li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom jikkompilaw l-informazzjoni finanzjarja l-aktar reċenti skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li jkun fiha informazzjoni komparattiva għas-sena preċedenti inkluża fil-prospett simplifikat, skont l-istandards nazzjonali tal-kontabilità tagħhom, sakemm dawk l-istandards jkunu ekwivalenti għar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Jekk dawk l-istandards nazzjonali tal-kontabilità ma jkunux ekwivalenti għall-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju, l-informazzjoni finanzjarja għandha terġa tiġi fformulata skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

    ▼B

    3.  

    Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-iskedi li jispeċifikaw l-informazzjoni mqassra li trid tiġi inkluża fir-reġim simplifikat ta’ żvelar imsemmi fil-paragrafu 1.

    L-iskedi għandhom jinkludu b'mod partikolari:

    (a) 

    l-informazzjoni finanzjarja annwali u ta’ nofs is-sena ppubblikata matul it-12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-prospett;

    (b) 

    fejn applikabbli, previżjonijiet u stimi tal-profitt;

    (c) 

    sommarju konċiż tal-informazzjoni rilevanti żvelata skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 matul it-12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-prospett;

    (d) 

    fatturi ta’ riskju;

    ▼M1

    (e) 

    għal titoli ta’ ekwità, inkluż titoli li jagħtu aċċess għal titoli ta’ ekwità, id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta’ dejn, żvelar ta’ kunflitti ta’ interess rilevanti u tranżazzjonijiet ma’ parti relatata, azzjonisti maġġuri u, fejn applikabbli, informazzjoni finanzjarja pro forma.

    ▼B

    Meta tispeċifika l-informazzjoni mqassra li għandha tiġi inkluża fir-reġim simplifikat ta’ żvelar, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-ħtieġa li jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ fondi fis-swieq kapitali u l-importanza li jitnaqqas il-kost tal-kapital. Sabiex jiġi evitat li jiġu imposti piżijiet bla bżonn fuq l-emittenti, meta tispeċifika l-informazzjoni mqassra, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ukoll tal-informazzjoni li l-emittent diġà huwa mitlub jiżvela skont id-Direttiva 2004/109/KE, fejn applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkalibra l-informazzjoni mqassra sabiex tiffoka fuq l-informazzjoni li hija rilevanti għal ħruġ sekondarju u tkun proporzjonata.

    ▼M3

    Article 14a

    Prospett ta’ Rkupru tal-UE

    1.  

    Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jħejju Prospett ta’ Rkupru tal-UE skont ir-reġim ta’ żvelar simplifikat stabbilit f’dan l-Artikolu fil-każ ta’ offerta ta’ ishma lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ ta’ ishma f’suq regolat:

    (a) 

    emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat b’mod kontinwu għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar u li joħorġu ishma funġibbli ma’ ishma eżistenti li jkunu nħarġu qabel;

    (b) 

    emittenti li l-ishma tagħhom ikunu diġà ġew negozjati f’suq tat-tkabbir tal-SMEs kontinwament għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar, sakemm ikun ġie ppubblikat prospett għall-offerta ta’ dawk l-ishma, u li joħorġu ishma funġibbli b’ishma eżistenti li jkunu nħarġu qabel.

    (c) 

    offerenti ta’ ishma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tat-tkabbir tal-SMEs kontinwament għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar.

    L-emittenti jistgħu jfasslu Prospett ta’ Rkupru tal-UE biss sakemm l-għadd ta’ ishma maħsuba li jiġu offruti jirrappreżenta, flimkien mal-għadd ta’ ishma diġà offruti permezz ta’ Prospett ta’ Rkupru tal-UE fuq perjodu ta’ 12-il xahar, jekk ikun hemm, mhux aktar minn 150 % tal-għadd ta’ ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew suq tat-tkabbir tal-SMEs, skont il-każ, fid-data tal-approvazzjoni tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE;

    Il-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jibda fid-data tal-approvazzjoni tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE.

    2.  

    B’deroga mill-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE għandu jinkludi l-informazzjoni mqassra rilevanti li hija meħtieġa biex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu:

    (a) 

    il-prospetti u l-prestazzjoni finanzjarja tal-emittent u l-bidliet sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent li jkunu seħħew mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, jekk ikun hemm, kif ukoll l-istrateġija u l-objettivi kummerċjali fit-tul finanzjarji u mhux finanzjarji tiegħu, inkluża, jekk ikun applikabbli, referenza speċifika ta’ mhux inqas minn 400 kelma għall-impatt tan-negozju u finanzjarju tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-emittent u l-impatt futur antiċipat fuqu;

    (b) 

    l-informazzjoni essenzjali dwar l-ishma, inklużi d-drittijiet marbuta ma’ dawk l-ishma u kwalunkwe limitazzjoni fuq dawk id-drittijiet, ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, inkluż fuq l-istruttura ġenerali tal-kapital tal-emittent, kif ukoll l-iżvelar tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn, dikjarazzjoni tal-kapital operatorju u l-użu tar-rikavati.

    3.  
    L-informazzjoni li tinsab fil-Prospett ta’ Rkupru tal-UE għandha tkun miktuba u ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri, speċjalment l-investituri fil-livell tal-konsumatur, sabiex jagħmlu deċiżjoni informata filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni regolata li diġà ġiet divulgata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u, meta applikabbli, l-informazzjoni msemmija fir-Regolament Delegat talKummissjoni (UE) 2017/565 ( 11 ).
    4.  
    Il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE għandu jitfassal bħala dokument uniku li jkun fih l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness Va. Dan għandu jkun ta’ tul massimu, inkluż is-sommarju, ta’ 30 faċċata ta’ karta daqs A4 meta jiġi stampat u għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’tali mod li jkun faċli li jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara.
    5.  
    La s-sommarju u lanqas l-informazzjoni inkorporata b’referenza skont l-Artikolu 19 ma għandhom jitqiesu fir-rigward tat-tul massimu msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
    6.  
    L-emittenti jistgħu jiddeċiedu l-ordni li fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness Va tiġi stabbilita fil-Prospett ta’ Rkupru tal-UE.

    ▼B

    Artikolu 15

    Prospett UE tat-Tkabbir

    1.  

    Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jfasslu Prospett UE tat-Tkabbir taħt ir-reġim ta’ żvelar proporzjonat stabbilit f’dan l-Artikolu fil-każ ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku bil-kondizzjoni li dawn ma jkollhom l-ebda titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat:

    (a) 

    SMEs;

    (b) 

    emittenti, li mhumiex SMEs, li t-titoli tagħhom huma nnegozjati jew għandhom jiġu nnegozjati f’suq tal-SME li qed jespandi, bil-kondizzjoni li dawn l-emittenti kellhom medja tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ anqas minn EUR 500 000 000 abbażi tal-kwoti tal-aħħar tas-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti;

    (c) 

    emittenti, apparti dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), meta l-offerta ta' titoli lill-pubbliku hija ta’ korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jaqbiżx l-EUR 20 000 000 ikkalkulat fuq perijodu ta’ 12-il xahar, u bil-kondizzjoni li emittenti bħal dawn ma jkollhomx titoli nnegozjati f’MTF u jkollhom għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja preċedenti sa 499;

    ▼M1

    (ca) 

    emittenti, minbarra SMEs, li joffru ishma lill-pubbliku fl-istess waqt li jfittxu ammissjoni ta’ dawk l-ishma għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs, sakemm tali emittenti ma jkollhomx ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs u l-valur kombinat taż-żewġ komponenti li ġejjin ikun inqas minn EUR 200 000 000 :

    (i) 

    il-prezz tal-offerta finali, jew il-prezz massimu fil-każ imsemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 17(1);

    (ii) 

    l-għadd totali ta’ ishma pendenti immedjatament wara l-offerta ta’ ishma lill-pubbliku, ikkalkulat jew abbażi tal-ammont ta’ ishma offruti lill-pubbliku jew, fil-każ imsemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 17(1), abbażi tal-ammont massimu ta’ ishma offruti lill-pubbliku;

    ▼B

    (d) 

    offerenti ta’ titoli maħruġa minn emittenti msemmija fil-punti (a) u (b).

    Prospett UE tat-Tkabbir taħt ir-reġim proporzjonat ta' żvelar għandu jkun dokument b’format standardizzat, miktub b’lingwaġġ sempliċi u li jkun faċli għall-emittenti biex ilestuh. Huwa għandu jikkonsisti minn sommarju speċifiku bbażat fuq l-Artikolu 7, dokument ta’ reġistrazzjoni speċifiku u nota tat-titoli speċifika. L-informazzjoni fil-Prospett UE tat-Tkabbir għandha tkun preżenti f'sekwenza standardizzata f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2.

    2.  

    Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifikaw il-kontenut imqassar u l-format standardizzat u s-sekwenza għall-Prospett UE tat-Tkabbir, kif ukoll il-kontenut imqassar u l-format standardizzat tas-sommarju speċifiku.

    Is-sommarju speċifiku ma għandu jimponi l-ebda piż jew spejjeż addizzjonali fuq l-emittenti minħabba li huwa għandu jirrikjedi biss l-informazzjoni rilevanti diġà inkluża fil-Prospett UE tat-Tkabbir. Meta tispeċifika l-format standardizzat tas-sommarju speċifiku, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti sabiex tiżgura li huwa iqsar mis-sommarju previst fl-Artikolu 7.

    Meta tispeċifika l-kontenut imqassar u l-format u s-sekwenza standardizzati tal-Prospett UE tat-Tkabbir, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti biex jiffukaw fuq:

    (a) 

    l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti għall-investituri meta jagħmlu deċiżjoni dwar l-investiment;

    (b) 

    il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpannija u l-ispejjeż biex tipproduċi prospett.

    Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

    (a) 

    il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Prospett UE tat-Tkabbir ikun notevolment eħfef mill-prospett standard f'termini ta' piżijiet amministrattivi u ta' spejjeż għall-emittenti;

    (b) 

    il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs u jiġu mminimizzati l-ispejjeż għall-SMEs filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f’dawn il-kumpanniji;

    (c) 

    it-tipi varji ta’ informazzjoni relatata ma’ titoli ta’ ekwità u mingħajr ekwità meħtieġa mill-investituri.

    Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-Annessi IV u V.

    Artikolu 16

    Fatturi ta’ riskju

    1.  

    Il-fatturi ta’ riskju li jidhru fi prospett għandhom ikunu limitati għal riskji li huma speċifiċi għall-emittent u/jew għat-titoli u li huma materjali biex tittieħed deċiżjoni infurmata dwar l-investiment, kif ikkorroborat mill-kontenut tad-dokument tar-reġistrazzjoni u n-nota tat-titoli.

    Meta jitfassal il-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jivvalutaw il-materjalità tal-fatturi ta’ riskju bbażati fuq il-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom u l-kobor mistenni tal-impatt negattiv tagħhom.

    Kull fattur ta’ riskju għandu jiġi deskritt b’mod adegwat, billi jiġi spjegat kif jaffettwa lill-emittent jew lit-titoli li jkunu qed jiġu offruti jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ. Il-valutazzjoni tal-materjalità tal-fatturi ta' riskju previsti fit-tieni subparagrafu jistgħu wkoll jiġu żvelati bl-użu ta' skala kwalitattiva ta’ baxx, medju jew għoli.

    Il-fatturi ta’ riskju għandhom jiġu ppreżentati f’għadd limitat ta’ kategoriji skont in-natura tagħhom. F’kull kategorija għandhom jissemmew l-ewwel l-aktar fatturi ta’ riskju materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu.

    2.  
    Il-fatturi ta' riskju għandhom jinkludu wkoll dawk li jirriżultaw mil-livell ta' subordinazzjoni ta' titolu u l-impatt fuq id-daqs jew it-tempistika mistennija tal-pagamenti lid-detenturi tat-titoli f'każ ta' falliment, jew kwalunkwe proċedura oħra simili, inkluż, jekk ikun il-każ, l-insolvenza ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ir-riżoluzzjoni jew ir-ristrutturar tagħha f'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE.
    3.  
    Meta jkun hemm garanzija marbuta mat-titoli, il-prospett għandu jkun fih il-fatturi ta’ riskju speċifiċi u materjali li għandhom x’jaqsmu mal-garanti safejn dawn ikunu rilevanti għall-kapaċità tal-garanti li jwettaq l-impenn tiegħu skont il-garanzija.
    4.  
    Sabiex tinkoraġġixxi żvelar adegwat u ffukat tal-fatturi ta’ riskju, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fir-reviżjoni tagħhom tal-ispeċifiċità u l-materjalità tal-fatturi ta’ riskju u tal-preżentazzjoni tal-fatturi ta’ riskju fil-kategoriji skont in-natura tagħhom.
    5.  
    Is-setgħa ts’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni tal-ispeċifiċità u l-materjalità tal-fatturi ta’ riskju u għall-preżentazzjoni tal-fatturi ta’ riskju fil-kategoriji skont in-natura tagħhom.

    Artikolu 17

    Il-prezz finali tal-offerta u l-ammont ta’ titoli

    1.  

    Fejn il-prezz finali tal-offerta u/jew l-ammont ta’ titoli li għandhom jiġu offruti lill-pubbliku, kemm jekk espressi f’għadd ta’ titoli kif ukoll bħala ammont nominali aggregat, ma jistgħux jiġu inklużi fil-prospett:

    (a) 

    l-aċċettazzjonijiet tax-xiri jew is-sottoskrizzjoni ta’ titoli jistgħu jiġu rtirati għal mhux inqas minn jumejn ta' xogħol wara li jkunu ġew iddepożitati l-prezz tal-offerta finali u/jew l-ammont ta’ titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku, jew

    (b) 

    dan li ġej għandu jiġi żvelat fil-prospett:

    (i) 

    il-prezz massimu u/jew l-ammont massimu ta’ titoli, safejn dawn ikunu disponibbli; jew

    (ii) 

    il-metodi u l-kriterji ta’ valutazzjoni, u/jew il-kondizzjonijiet, li l-prezz tal-offerta finali jridu jiġi determinat f’konformità magħhom u spjegazzjoni ta' kwalunkwe metodu ta’ valutazzjoni użat;

    2.  
    Il-prezz tal-offerta finali u l-ammont ta’ titoli għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u jkunu disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 21(2).

    Artikolu 18

    Ommissjoni ta’ informazzjoni

    1.  

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista’ tawtorizza l-ommissjoni mill-prospett, jew minn partijiet kostitwenti minnu, ta’ ċerta informazzjoni li ser tiġi inkluża fih, fejn hi tqis li xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

    (a) 

    l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jkun kuntrarju għall-interess pubbliku;

    (b) 

    l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jkun ta’ detriment serju għall-emittent jew lill-garanti, jekk ikun hemm, sakemm l-ommissjoni ta’ tali informazzjoni aktarx ma tiżgwidax lill-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-offerent jew il-garanti, jekk ikun hemm, u tad-drittijiet marbuta mat-titoli kkonċernati ma’ dan il-prospett;

    (c) 

    din l-informazzjoni tkun ta’ importanza minuri fir-rigward ta’ offerta speċifika jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat u ma taffettwax il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent jew il-garanti, jekk ikun hemm.

    L-awtorità kompetenti għandha tibgħat rapport lill-ESMA fuq bażi annwali dwar l-informazzjoni li l-ommissjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata minnha.

    2.  
    Soġġett għall-fatt li tiġi pprovduta infomrazzjoni adegwata lill-investituri, fejn, b’mod eċċezzjonali, ċerta informazzjoni meħtieġa li trid tiġi inkluża fi prospett, jew partijiet kostitwenti minnu, ma tkunx xierqa għall-isfera ta’ attività jew għall-forma ġuridika tal-emittent jew tal-garanti, jekk ikun hemm, jew għat-titoli li magħhom ikollu x’jaqsam il-prospett, il-prospett, jew partijiet kostitwenti minnu, għandu jkun fih informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa, sakemm ma jkun hemm l-ebda informazzjoni bħal din.
    3.  
    Fejn it-titoli jkunu garantiti minn Stat Membru, emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett f'konformità mal-Artikolu 4, għandhom ikunu intitolati li jħallu barra informazzjoni li tappartjeni għal dak l-Istat Membru.
    4.  

    L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-każijiet fejn l-informazzjoni tista’ titħalla barra f'konformità mal-paragrafu 1, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA msemmija fil-paragrafu 1.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 19

    Inkorporazzjoni b’referenza

    1.  

    L-informazzjoni tista’ tkun inkorporata b’referenza fi prospett fejn din tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, imfassla f’lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 27 u fejn tinsab f’wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

    (a) 

    id-dokumenti li jkunu ġew approvati minn awtorità kompetenti, jew iddepożitati miegħu, f'konformità ma' dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/71/KE;

    (b) 

    id-dokumenti msemmija fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 1(4) u l-punti (e) sa (h) u l-punt (j)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(5);

    (c) 

    l-informazzjoni regolata;

    (d) 

    l-informazzjoni finanzjarja annwali u interim;

    (e) 

    ir-rapporti tal-awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

    (f) 

    ir-rapporti ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 5 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );

    (g) 

    id-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE;

    (h) 

    rapporti dwar id-determinazzjoni tal-valur ta’ assi jew ta’ kumpannija;

    (i) 

    rapporti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9b tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

    (j) 

    rapporti annwali jew kwalunkwe żvelar ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 );

    (k) 

    memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni.

    Tali informazzjoni għandha tkun dik l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent.

    Fejn ċerti partijiet biss ta’ dokument ikunu inkorporati b’referenza, għandha tiddaħħal dikjarazzjoni fil-prospett li l-partijiet mhux inkorporati jew mhumiex rilevanti għall-investitur jew huma koperti xi mkien ieħor fil-prospett.

    2.  
    Meta tiġi inkorporata l-informazzjoni b’referenza, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. B’mod partikolari, għandha tiġi pprovduta lista ta’ kontroreferenza fil-prospett sabiex tgħin lill-investituri jidentifikaw faċilment punti speċifiċi ta’ informazzjoni, u l-prospett għandu jkun fih hyperlinks għad-dokumenti kollha li jinkludu informazzjoni li hija inkorporata b’referenza.
    3.  
    Fejn possibbli flimkien mal-ewwel abbozz tal-prospett ippreżentat lill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ matul il-proċess tar-reviżjoni tal-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jissottomettu, f'format li bih tista’ titfittex elettronikament, kwalunkwe informazzjoni li tkun inkorporata b’referenza fil-prospett, sakemm informazzjoni bħal din ma tkunx diġà ġiet approvata jew iddepożitata mal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett.
    4.  

    L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex taġġorna l-lista ta’ dokument stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-inklużjoni ta’ tipi addizzjonali ta’ dokumenti meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni li jridu jiġu ddepożitati mal-awtorità pubblika jew approvati minnha.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    KAPITOLU IV

    ARRANĠAMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI U L-PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

    Artikolu 20

    Skrutinju u approvazzjoni tal-prospett

    1.  
    Prospett ma għandux jiġi ppubblikat sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx approvatu, jew il-partijiet kostitwenti kollha tiegħu f’konformità mal-Artikolu 10.
    2.  

    L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, bid-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-prospett fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni tal-abbozz tal-prospett.

    Fejn l-awtorità kompetenti tonqos milli tieħu deċiżjoni dwar il-prospett fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’dan il-paragrafu u l-paragrafi 3 u 6, tali nuqqas ma għandux jitqies li jikkostitwixxi l-approvazzjoni tal-applikazzjoni.

    L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni tal-prospett u kwalunkwe suppliment għalih kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel jum ta’ xogħol wara li dik l-approvazzjoni tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.

    3.  

    Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi estiż għal 20 jum ta' xogħol fejn l-offerta lill-pubbliku tinvolvi titoli maħruġa minn emittent ma jkollu ebda titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li preċedentement qatt ma' offra titoli lill-pubbliku.

    Il-limitu ta’ żmien ta’ 20 jum ta’ xogħol għandu japplika biss għas-sottomissjoni inizjali tal-abbozz tal-prospett. Fejn is-sottomissjonijiet sussegwenti jkunu meħtieġa f'konformità mal-paragrafu 4, għandu japplika l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

    4.  

    Fejn l-awtorità kompetenti ssib li l-abbozz tal-prospett ma jilħaqx il-livelli ta’ kompletezza, intelliġibbiltà u konsistenza meħtieġa għall-approvazzjoni tiegħu u/jew li jenħtieġu bidliet jew informazzjoni supplimentari:

    (a) 

    hija għandha tinforma lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat dwar dak il-fatt malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jew, kif applikabbli, il-paragrafu 3, kif ikkalkulati mis-sottomissjoni tal-abbozz ta’ prospett u/jew l-informazzjoni supplimentari; u

    (b) 

    hija għandha tispeċifika b’mod ċar il-bidliet jew l-informazzjoni supplimentari meħtieġa.

    F’każijiet bħal dawn, il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom konsegwentement japplikaw biss mid-data meta abbozz tal-prospett rivedut jew l-informazzjoni supplimentari mitluba jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti.

    5.  
    Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jagħmlu l-bidliet meħtieġa jew jipprovdu l-informazzjoni supplimentari mitluba f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-approvazzjoni tal-prospett u ttemm il-proċess ta’ reviżjoni. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat dwar id-deċiżjoni tagħha u tindika r-raġunijiet għal tali rifjut.
    6.  

    B’deroga mill-paragrafi 2 u 4, il-limiti ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal ħamest ijiem ta' xogħol għal prospett li jikkonsisti f'dokumenti separati mfassla mill-emittenti frekwenti msemmija fl-Artikolu 9(11), inkluż emittenti frekwenti li jużaw il-proċedura ta' notifika previst fl-Artikolu 26. L-emittent frekwenti għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data prevista għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

    Emittent frekwenti għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti applikazzjoni li jkun fiha l-emendi meħtieġa għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali, fejn applikabbli, in-nota tat-titoli u s-sommarju sottomess għall-approvazzjoni.

    ▼M3

    6a.  
    Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 2 u 4, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 4 għandhom jitnaqqsu għal sebat ijiem ta’ xogħol għal Prospett ta’ Rkupru tal-UE. L-emittent għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data prevista għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

    ▼B

    7.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu gwida fuq is-siti web tagħhom dwar il-proċess ta’ skrutinju u approvazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni effiċjenti u f’waqtha tal-prospetti. Tali gwida għandha tinkludi dettalji ta' kuntatt għall-finijiet tal-approvazzjonijiet. L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw u jinteraġġixxu direttament mal-persunal tal-awtorità kompetenti matul il-proċess tal-approvazzjoni tal-prospett.
    8.  
    Fuq talba tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista’ tittrasferixxi l-approvazzjoni tal-prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għan-notifika minn qabel lill-ESMA u bi qbil ma' dik l-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tittrasferixxi d-dokumentazzjoni ddepożitata, flimkien mad-deċiżjoni tagħha li tagħmel it-trasferiment, f’format elettroniku, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor fid-data tad-deċiżjoni tagħha. Tali trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. Il-limiti ta' żmien stabbilitfl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 għandu japplika mid-data li fiha ttieħdet id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. L-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 m’għandux japplika għat-trasferiment tal-approvazzjoni tal-prospett f'konformità ma' dan il-paragrafu. Meta jkun lest it-trasferiment tal-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet trasferita l-approvazzjoni tal-prospett għandha titqies li hija l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal dak il-prospett għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
    9.  

    Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti, li għandha tkompli tkun regolata biss mil-liġi nazzjonali.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti japplikaw biss għall-approvazzjonijiet tal-prospetti mill-awtorità kompetenti tagħhom.

    10.  
    Il-livell tat-tariffi imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospetti, ta’ dokumenti intenzjonati li jsiru parti kostitwenti tal-prospetti f’konformità mal-Artikolu 10 jew tas-supplimenti tal-prospetti kif ukoll għad-depożitu ta’ dokumenti tar-reġistrazzjoni universali, l-emendi għal dawn u l-kondizzjonijiet finali, għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati u għandhom ikunu żvelati lill-pubbliku mill-inqas fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti.
    11.  
    Il-Kummissjoni għandha, sal-21 ta’ Jannar 2019, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-iskrutinju tal-prospetti, b’mod partikolari l-kompletezza, l-intelliġibbiltà u l-konsistenza tal-informazzjoni li tinsab fih, u l-proċeduri għall-approvazzjoni tal-prospetti.
    12.  
    L-ESMA għandha tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tippromwovi l-konverġenza superviżorja fir-rigward tal-proċessi ta’ skrutinju u ta’ approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jevalwaw il-kompletezza, il-konsistenza u l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fi prospett. Għal dak il-għan, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-superviżjoni u l-infurzar fir-rigward ta’ prospetti, li jkopru l-eżami tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan. B’mod partikolari, l-ESMA għandha trawwem il-konverġenza fir-rigward tal-effiċjenza, il-metodi u ż-żmien tal-iskrutinju mill-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett, billi tuża b’mod partikolari r-reviżjonijiet bejn il-pari skont il-paragrafu 13.
    13.  
    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha torganizza u twettaq tal-anqas evalwazzjoni bejn il-pari waħda tal-proċeduri ta’ skrutinju u ta’ approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, inklużi n-notifiki tal-approvazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta’ approċċi differenti rigward l-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kapaċità tal-emittenti li jiġbru l-kapital fl-Unjoni. Ir-rapport dwar ir-reviżjoni bejn il-pari għandu jiġi ppubblikat sal-21 ta’ Lulju 2022. Fil-kuntest tar-reviżjoni bejn il-pari, l-ESMA għandha tikkunsidra l-opinjonijiet jew il-pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 21

    Pubblikazzjoni tal-prospett

    1.  

    Ladarba approvat, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi żmien raġonevoli bil-quddiem, u l-aktar tard fil-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti.

    Fil-każ ta’ offerta inizjali lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li hija ammessa għall-kummerċ f’suq regolat għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-inqas sitt ijiem ta' xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.

    2.  

    Il-prospett, kemm jekk ikun dokument uniku kif ukoll jekk ikun jikkonsisti f’dokumenti separati, għandu jitqies disponibbli għall-pubbliku meta dan jiġi ppubblikat f’forma elettronika fuq kwalunkwe waħda minn dawn is-siti web:

    (a) 

    is-sit web tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

    (b) 

    is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu;

    (c) 

    is-sit web tas-suq regolat meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ, jew meta ma tintalab l-ebda ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, is-sit web tal-operatur tal-MTF.

    3.  

    Il-prospett kollu għandu jiġi ppubblikat f’taqsima dedikata tas-sit web li tkun faċilment aċċessibbli meta wieħed jidħol fis-sit web. Dan għandu jkun jista’ jitniżżel, jiġi stampat u f’format li jitfittex elettronikament u ma jistax jiġi modifikat.

    Id-dokumenti li fihom informazzjoni inkorporata b’referenza fil-prospett, is-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali marbuta mal-prospett u kopja separata tas-sommarju għandhom ikunu aċċessibbli taħt l-istess taqsima flimkien mal-prospett, inkluż permezz ta' hyperlinks fejn meħtieġ.

    Il-kopja separata tas-sommarju għandha tindika b’mod ċar ma’ liema prospett hija relatata.

    4.  
    L-aċċess għall-prospett m’għandux ikun soġġett għat-tlestija ta' proċess ta’ reġistrazzjoni, l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà li tillimita r-responsabbiltà legali jew il-ħlas ta’ tariffa. Twissijiet li jispeċifikaw il-ġurisdizzjoni(jiet) li fiha/fihom tkun qed issir offerta jew ammissjoni għall-kummerċ ma għandhomx jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li tillimita r-responsabbiltà legali.
    5.  

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-prospetti kollha approvati jew għall-inqas il-lista tal-prospetti approvati, inkluża hyperlink għat-taqsimiet dedikati tas-sit web msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll bħala identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 25. Il-lista ppubblikata, inklużi l-hyperlinks, għandha tinżamm aġġornata u kull parti għandha tibqa’ fuq is-sit web mill-inqas għall-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

    Fl-istess żmien li tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni ta’ prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ESMA b’kopja elettronika tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha mill-ESMA fil-mekkaniżmu ta’ ħażna msemmi fil-paragrafu 6 u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 47.

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni dwar in-notifiki kollha sottomessi skont l-Artikolu 25.

    ▼M3

    5a.  
    Prospett ta’ Rkupru tal-UE għandu jiġi kklassifikat fil-mekkaniżmu tal-ħażna imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-prospetti mfassla skont l-Artikolu 14 tista’ tintuża għall-klassifikazzjoni tal-Prospetti ta’ Rkupru tal-UE mfassla skont l-Artikolu 14a, dment li ż-żewġ tipi ta’ prospetti jkunu differenzjati f’dak il-mekkaniżmu ta’ ħażna.

    ▼B

    6.  
    L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tippubblika l-prospetti kollha li jkunu waslu mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha, inkluż kwalunkwe suppliment għal dawn, il-kondizzjonijiet finali u t-traduzzjonijiet relatati fejn applikabbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 25. Il-pubblikazzjoni għandha tkun żgurata permezz ta’ mekkaniżmu ta’ ħażna li jipprovdi lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas u funzjonijiet ta’ tfittxija.
    7.  

    Il-prospetti kollha approvati għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku fil-forma elettronika għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-siti web imsemmija fil-paragrafi 2 u 6.

    Meta jintużaw hyperlinks għal informazzjoni inkorporata permezz ta’ referenza fil-prospett, u s-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali relatati mal-prospett, tali hyperlinks għandhom ikunu funzjonali għall-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

    8.  
    Prospett approvat għandu jinkludi twissija prominenti li tiddikjara meta tiskadi l-validità tal-prospett. It-twissija għandha tiddikjara wkoll li l-obbligu li prospett jiġi ssupplimentat fil-każ ta' fatturi ġodda sinifikanti, żbalji materjali jew ineżattezzi materjali, ma japplikax meta prospett ma jibqax validu.
    9.  
    Fil-każ ta’ prospett li jkun fih diversi dokumenti u/jew li jinkorpora informazzjoni b’referenza, id-dokumenti u l-informazzjoni li jikkostitwixxu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u distribwiti separatament sakemm dawk id-dokumenti jkunu disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-paragrafu 2. Meta prospett jikkonsisti minn dokumenti separati f’konformità mal-Artikolu 10, kull wieħed minn dawk id-dokumenti kostitwenti, għajr dokumenti inkorporati permezz ta’ referenza, għandhom jindikaw li hija biss parti waħda tal-prospett u minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti kostitwenti l-oħra.
    10.  
    It-test u l-format tal-prospett, u kwalunkwe suppliment għall-prospett li jkun disponibbli għall-pubbliku għandhom f’kull ħin ikunu identiċi għall-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
    11.  
    Kopja tal-prospett fuq mezz durevoli għandha tintbagħat lil kwalunkwe investitur potenzjali, fuq talba u mingħajr ħlas, mill-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew ibiegħu t-titoli. Fil-każ li investitur potenzjali jagħmel talba speċifika għal kopja stampata, l-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew intermedjarju finanzjarju li jqiegħed jew ibiegħ it-titoli għandu jibgħat verżjoni stampata tal-prospett. L-għoti għandu jkun limitat għall-ġurisdizzjonijiet li fihom issir l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat qed issir taħt dan ir-Regolament.
    12.  

    L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    13.  

    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti msemmija fil-paragrafu 5 u l-arranġamenti prattiċi biex jiġi żgurat li tali data, inklużi l-ISINs tat-titoli u l-LEIs tal-emittenti, l-offerenti u l-garanti, tkun tista’ tinqara minn magna.

    L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    ▼M4

    Artikolu 21a

    Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

    1.  
    Mill-10 ta’ Lulju 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punti (f) u (g), l-Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f), l-Artikoli 8(5), 9(4), 10(2), 17(2), 21(1), 21(9) u 23(1) ta’ dan ir-Regolament, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun rilevanti, għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).

    Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) 

    tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

    (b) 

    tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

    (i) 

    l-ismijiet kollha tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun rilevanti, li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

    (ii) 

    għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun rilevanti, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

    (iii) 

    għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-emittent skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

    (iv) 

    is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;

    (v) 

    it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

    (vi) 

    indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

    2.  
    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-emittenti, l-offerenti, jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, li huma persuni ġuridiċi, għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
    3.  
    Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha, sa fejn ikun possibbli, tibni fuq il-proċeduri u l-infrastrutturi mfassla u implimentati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 25(6), ta’ dan ir-Regolament.
    4.  
    Mill-10 ta’ Lulju 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 42(1) ta’ dan ir-Regolament issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

    Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) 

    tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

    (b) 

    tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

    (i) 

    l-ismijiet kollha tal-emittent jew, meta jkun applikabbli, tal-offerent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

    (ii) 

    meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent jew, meta jkun applikabbli, tal-offerent kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

    (iii) 

    it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

    (iv) 

    indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

    5.  

    Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

    (a) 

    kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

    (b) 

    l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

    (c) 

    għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

    Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

    L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

    Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    6.  
    Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

    ▼B

    Artikolu 22

    Reklami

    1.  
    Kwalunkwe tip ta' reklam relatat ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ma' ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu jkun konformi mal-prinċipji li jinsabu fil-paragrafi 2 sa 5. Il-paragrafi 2 sa 4 u l-punt (b) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss għall-każijiet fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun soġġett għall-obbligu li jfassal prospett.
    2.  
    Ir-reklami għandu jiddikjara li ġie ppubblikat jew ser jiġi ppubblikat prospett u jindika fejn l-investituri għandhom jew jistgħu jiksbuh.
    3.  
    Ir-reklami jridu jingħarfu b’mod ċar li huma tali. L-informazzjoni li tkun tinsab f’reklam ma għandhiex tkun preċiża jew qarrieqa u għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-prospett, fejn ikun diġà ppubblikat, jew mal-informazzjoni meħtieġa li tkun fil-prospett, fejn il-prospett għad irid jiġi ppubblikat.
    4.  
    L-informazzjoni kollha żvelata f'forma orali jew bil-miktub, li tikkonċerna l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, anki fejn mhux għal skopijiet ta’ reklamar, għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni li tinsab fil-prospett.
    5.  

    Fil-każ li tiġi żvelata informazzjoni materjali minn emittent jew offerent u indirizzata lil wieħed jew aktar mill-investituri magħżula f’forma orali jew bil-miktub, tali informazzjoni għandha, kif applikabbli, jew:

    (a) 

    tiġi żvelata lill-investituri kollha l-oħra li għalihom hija indirizzata l-offerta, fil-każ li ma jkunx meħtieġ li jiġi ppubblikat prospett f'konformità mal-Artikolu 1(4) u (5); jew

    (b) 

    tiġi inkluża fil-prospett jew f'suppliment f'konformità mal-Artikolu 23(1), fil-każ li jkun meħtieġ li jiġi ppubblikat prospett.

    6.  

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, mal-paragrafi 2 sa 4.

    Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(1), l-iskrutinju tar-reklamar min-naħa ta' awtorità kompetenti ma għandux jikkostitwixxi prekondizzjoni biex l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat issir f'xi Stat Membru ospitanti.

    L-użu ta’ kwalunkwe setgħa superviżorja u investigattiva stabbilita fl-Artikolu 32 fir-rigward tal-infurzar ta’ dan l-Artikolu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandu jiġi kkomunikat mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-emittent.

    7.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu biss tariffi li jkunu marbuta mal-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu. Il-livell ta’ tariffi għandu jiġi żvelat fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti. It-tariffi għandhom ikunu nondiskriminatorji, raġonevoli u proporzjonati għall-kompitu superviżorju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kompetenti ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit jew proċedura amministrattiva lil hinn minn dawk mitluba għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu.
    8.  
    B'deroga mill-paragrafu 6, kwalunkwe żewġ awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu ftehim li permezz tiegħu, għall finijiet li jitwettaq kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar f’sitwazzjonijiet transkonfinali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju żżomm kontroll fuq dik il-konformità. Kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-ESMA. L-ESMA għandha tippubblika u taġġorna regolarment lista ta’ ftehimiet bħal dawn.
    9.  

    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reklami stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, inkluż sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid tar-reklami u biex jiġu stabbiliti proċeduri dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istat Membru fejn isir it-tixrid tar-reklami.

    L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    10.  
    Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-kontroll eżerċitat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li tali kontroll ma jfixkilx il-funzjonament tal-proċedura ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 25, filwaqt li jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti li jagħmlu offerti transkonfinali fl-Unjoni.
    11.  
    Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet applikabbli oħra tal-liġi tal-Unjoni.

    Artikolu 23

    Supplimenti għall-prospetti

    1.  

    Kull fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fi prospett li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li tinħoloq jew tiġi nnotata bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew meta jibda n-negozjar f’suq regolat, skont liema jseħħ l-aħħar, għandha tissemma f’suppliment għall-prospett mingħajr dewmien żejjed.

    Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod bħal prospett f’massimu ta’ ħamest ijiem ta' xogħol u jiġi ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta l-prospett oriġinali kien ippubblikat f'konformità mal-Artikolu 21. Is-sommarju, u kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, fejn ikun meħtieġ, biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni l-ġdida inkluża fis-suppliment.

    2.  

    Fejn il-prospett ikollu x’jaqsam ma’ offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi żmien jumejn ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kondizzjoni li l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew jew ikunu ġew innotati qabel l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew l-għoti tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta’ rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

    Is-suppliment għandu jkun fih dikjarazzjoni prominenti dwar id-dritt tal-irtirar, li tiddikjara b’mod ċar:

    (a) 

    li dritt ta’ rtirar huwa mogħti biss lil dawk l-investituri li kienu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma ġie ppubblikat is-suppliment u meta t-titoli kienu għadhom ma ntbagħtux lill-investituri fil-ħin meta l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali feġġet jew ġiet innotata;

    (b) 

    il-perijodu li fih l-investituri jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-irtirar tagħhom; u

    (c) 

    lil min l-investituri jistgħu jikkuntattjaw jekk ikunu jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tal-irtirar.

    ▼M3

    2a.  
    B’deroga mill-paragrafu 2, mit-18 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022, meta l-prospett ikollu x’jaqsam ma’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kundizzjoni li l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball sinifikanti jew l-ineżattezza sinifikanti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu feġġew jew ikunu ġew innotati qabel l-għeluq tal-perjodu tal-offerta jew l-għoti tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta’ rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

    Is-suppliment għandu jkun fih dikjarazzjoni prominenti dwar id-dritt ta’ rtirar, li tiddikjara b’mod ċar:

    (a) 

    li dritt ta’ rtirar jingħata biss lil dawk l-investituri li kienu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma ġie ppubblikat is-suppliment u meta t-titoli kienu għadhom ma ntbagħtux lill-investituri fil-ħin meta l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball sinifikanti jew l-ineżattezza sinifikanti feġġew jew ġew innotati;

    (b) 

    il-perjodu li fih l-investituri jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar tagħhom; u

    (c) 

    lil min l-investituri jistgħu jikkuntattjaw jekk ikunu jixtiequ jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar.

    ▼B

    3.  

    Meta t-titoli jkunu mixtrija jew sottoskritti permezz ta’ intermedjarju finanzjarju, dak l-intermedjarju finanzjarju għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, meta u fejn ser jiġi ppubblikat u li l-intermedjarju finanzjarju ser jassistihom fit-twettiq tad-dritt tagħhom li jirtiraw aċċettazzjonijiet f’każ bħal dan.

    L-intermedjarju finanzjarju għandu jikkuntattja lill-investituri fil-jum meta jiġi ppubblikat is-suppliment.

    Meta t-titoli jkunu mixtrija jew sottoskritti direttament mill-emittent, dak l-emittent għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment u fejn ser jiġi ppubblikat u f’dak il-każ, huma jista’ jkollhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni.

    ▼M3

    3a.  
    B’deroga mill-paragrafu 3, mit-18 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022, meta l-investituri jixtru jew jissottoskrivu titoli permezz ta’ intermedjarju finanzjarju bejn iż-żmien meta l-prospett għal dawk it-titoli jiġi approvat u l-għeluq tal-perjodu tal-offerta inizjali, dak l-intermedjarju finanzjarju għandu jinforma lil dawk l-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, fejn u meta jiġi ppubblikat u li l-intermedjarju finanzjarju jgħinhom biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet f’każ bħal dan.

    Fejn l-investituri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkollhom id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 2a, l-intermedjarju finanzjarju għandu jikkuntattja lil dawk l-investituri sa tmiem l-ewwel jum ta’ xogħol ta’ wara dak li fih ġie ppubblikat is-suppliment.

    Fejn it-titoli jinxtraw jew jiġu sottoskritti direttament mill-emittent, dak l-emittent għandu jinforma lill-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment u fejn ser jiġi ppubblikat u li, f’dak il-każ, huma jista’ jkollhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni.

    ▼B

    4.  
    Fejn l-emittent jipprepara suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrigwarda l-unika kwistjoni jew diversi kwistjonijiet individwali, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom skont il-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-kwistjoni(jiet) rilevanti u mhux għal ħruġ ieħor ta’ titoli taħt il-prospett bażi.
    5.  
    Fil-każ li l-fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw biss l-informazzjoni li tinsab f’dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u fejn dak id-dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun użat simultanjament bħala parti kostitwenti ta' diversi prospetti, għandu jiġi mfassal u approvat suppliment wieħed biss. F’dak il-każ, is-suppliment għandu jsemmi l-prospetti kollha li jirrigwarda.
    6.  
    Meta jiġi eżaminat suppliment qabel l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li s-suppliment jinkludi fih verżjoni konsolidata tal-prospett supplimentat, id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali f’anness, fejn tali verżjoni konsolidata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett. Din it-talba għandha titqies li tkun talba għal informazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 20(4). Emittent jista’, fi kwalunkwe każ, jinkludi volontarjament verżjoni konsolidata tal-prospett supplimentat, dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali f’anness għas-suppliment.
    7.  

    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun teħtieġ suppliment għall-prospett li jrid jiġi ppubblikat.

    L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    KAPITOLU V

    OFFERTI U AMMISSJONIJIET TRANSKONFINALI GĦALL-KUMMERĊ F’ SUQ REGOLAT U L-UŻU TAL-LINGWI

    Artikolu 24

    Kamp ta’ applikazzjoni tal-Unjoni tal-approvazzjonijiet ta’ prospetti

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37, fejn offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat isseħħ fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru ta' domiċilju u kwalunkwe suppliment għal dan għandu jkun validu għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ fi kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, bil-kondizzjoni li l-ESMA u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 25. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jidħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi relatati mal-prospetti u supplimenti approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, u relatati mal-kondizzjonijiet finali.
    2.  
    Meta fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali tfeġġ jew tiġi nnotata fi ħdan il-qafas ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 23(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha teħtieġ li l-pubblikazzjoni tas-suppliment tiġi approvata f'konformità mal-Artikolu 20(1). L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju dwar il-bżonn ta’ informazzjoni ġdida.

    Artikolu 25

    Notifika tal-prospetti u s-supplimenti u l-komunikazzjoni tal-kondizzjonijiet finali

    1.  

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien jum ta' xogħol wieħed wara l-wasla ta’ dik it-talba jew, fejn it-talba titressaq flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien jum ta' xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'ċertifikat ta’ approvazzjoni li jixhed li l-prospett tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta’ dak il-prospett.

    Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tal-prospett u kwalunkwe sommarju, magħmul taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

    L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kwalunkwe suppliment għall-prospett.

    L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tkun innotifikata l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

    2.  
    Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.
    3.  
    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
    4.  
    Fejn il-kondizzjonijiet finali tal-prospett bażi li kien notifikat qabel la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunikahom b’mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-ESMA kemm jista’ jkun malajr malli dan ikun prattiku wara li jiġu ddepożitati.
    5.  
    M’għandha tiġi imposta l-ebda tariffa mill-awtoritajiet kompetenti għan-notifika, jew l-irċevuta tan-notifika, ta’ prospetti u supplimenti mehmużin magħhom, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata, kemm fl-Istat Membru ta' domiċilju jew fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.
    6.  

    L-ESMA għandha tistabbilixxi portal ta’ notifika li kull awtorità kompetenti għandha ttella’ fih iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni u l-kopji elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26(2), u l-kondizzjonijiet finali tal-prospetti bażi, għall-finijiet tan-notifiki u l-kommunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26.

    It-trasferimenti kollha ta’ dawk id-dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru permezz dak il-portal ta’ notifika.

    7.  

    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-arranġamenti tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tal-portal ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 6.

    L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Lulju 2018.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    8.  

    Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-prospett, kwalunkwe suppliment għal dan prospett u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju.

    Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 26

    Notifika tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni jew dokumenti tar-reġistrazzjoni universali

    1.  
    Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(m) u għal emittenti stabbiliti f’pajjiż terz imsemmija fil-punt (m)(iii) tal-Artikolu 2, fejn l-Istat Membru ta' domiċilju magħżul skont dawk id-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-prospett skont dawk id-dispożizzjonijiet, mhuwiex l-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali imfassal mill-emittent, mill-offerent jew mill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.
    2.  

    Awtorità kompetenti li tkun approvat dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha, fuq it-talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta’ tali dokument, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett b’ċertifikat ta’ approvazzjoni li jattesta li d-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, tfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta' dak id-dokument. Din in-notifika għandha ssir fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara li tasal it-talba jew, meta t-talba tiġi sottomessa flimkien mal-abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni jew abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni universali, fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni ta’ dak id-dokument.

    Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta' tali dokumenti.

    L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tiġi nnotifikata biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

    Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.

    L-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ dawk id-dokumenti fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

    L-ebda tariffa ma għandha tiġi imposta minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-notifika jew il-wasla tan-notifika, tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, jew tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata.

    3.  

    Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 jista’ jintuża bħala parti kostitwenti ta’ prospett sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett.

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandha tagħmel l-ebda skrutinju jew approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat u kwalunkwe emenda għal dawn, u għandha tapprova biss in-nota tat-titoli u s-sommarju, u biss wara li tasal in-notifika.

    4.  

    Dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument tar-reġistrazzjoni universali nnotifikat skont il-paragrafu 2 għandu jkun fih appendiċi li jistabbilixxi l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent imsemmija fl-Artikolu 7(6). L-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali għandha tinkludi l-appendiċi.

    Meta applikabbli skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), in-notifika għandha tkun akkumpanjata bi traduzzjoni tal-appendiċi għad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali.

    Meta jfasslu s-sommarju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandhom jirriproduċu l-kontenut tal-appendiċi mingħajr ebda bidla fit-taqsima msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(4). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandhiex tagħmel skrutinju ta’ dik it-taqsima tas-sommarju.

    5.  

    Fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali jinħoloq jew jiġi nnotat fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 23(1) u jkollu x’jaqsam mal-informazzjoni li tinsab fid-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, is-suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 23 għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali. Dak is-suppliment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tiegħu, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

    Meta dokument tar-reġistrazzjoni jew dokument ta’ reġistrazzjoni universali jkun użat b’mod simultanju bħala parti kostitwenti ta’ diversi prospetti, kif previst fl-Artikolu 23(5), is-suppliment għandu jiġi nnotifikat lil kull awtorità kompetenti li tkun approvat prospetti bħal dawn.

    6.  

    Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni marbuta mad-dokument tar-reġistrazzjoni, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kwalunkwe suppliment għal dan u t-traduzzjoni tiegħu.

    Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 27

    Użu tal-lingwi

    1.  
    Meta ssir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew tintalab ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru ta' domiċilju biss, il-prospett għandu jitfassal f’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.
    2.  

    Meta ssir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar minbarra l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri jew f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

    L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti għandha teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 jkun disponibbli fil-lingwa uffiċjali tiegħu, jew għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew f’lingwa oħra aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, iżda m’għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta’ xi parti oħra tal-prospett.

    Għall-fini tal-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f’lingwa aċċettata minn din l-awtorità jew b’lingwa użata fl-isfera finanzjarja internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

    3.  

    Meta ssir offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar inkluż l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal f’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, u għandu jkun disponibbli wkoll jew f’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jew inkella f’lingwa komuni fl-isfera finanzjarja internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

    L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti għandha teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 jkun disponibbli fil-lingwa uffiċjali tiegħu jew għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew f’lingwa oħra aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, iżda m’għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta’ xi parti oħra tal-prospett.

    4.  

    Il-kondizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali għandhom jitfasslu fl-istess lingwa bħal-lingwa tal-prospett bażi approvat.

    Meta, f'konformità mal-Artikolu 25(4), il-kondizzjonijiet finali jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk hemm aktar minn Stat Membru ospitanti wieħed, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, għandhom japplikaw ir-regoli tal-lingwa li ġejjin għall-kondizzjonijiet finali u s-sommarju anness magħhom:

    (a) 

    is-sommarju tal-ħruġ individwali anness mal-kondizzjonijiet finali għandu jkun disponibbli fil-lingwa uffiċjali jewtal-anqas waħda mil- lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew f'lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, kif applikabbli;

    (b) 

    meta l-prospett bażi jrid jiġi tradott skont il-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali annessi miegħu għandhom jiġu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ traduzzjoni bħal tal-prospett bażi.

    5.  

    Meta prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità u l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat hija mfittxija fi Stat Membru wieħed jew iktar, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew f'lingwa li tintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, bil-kondizzjoni li:

    (a) 

    tali titolijkollhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss jista' jkollhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju f’titoli bħal dawn, jew

    (b) 

    tali titoli jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000 .

    KAPITOLU VI

    REGOLI SPEĊIFIĊI RIGWARD EMITTENTI STABBILITI F’PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 28

    Offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat magħmula taħt prospett imfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament

    Meta emittent ta’ pajjiż terz ikun biħsiebu joffri titoli lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat stabbilit fl-Unjoni skont prospett imfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-prospett tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 20, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu.

    Ladarba prospett jiġi approvat f'konformità mal-ewwel subparagrafu, dan għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha previsti għal prospett skont dan ir-Regolament u l-prospett u l-emittent ta' pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

    Artikolu 29

    Offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat magħmula taħt prospett imfassal f’konformità mal-liġijiet ta' pajjiż terz

    1.  

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta’ emittent ta’ pajjiż terz tista’ tapprova prospett għal offerta ta' titoli lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, imfassal f’konformità ma’, u li huwa soġġett għal, il-liġijiet nazzjonali tal-emittent ta’ pajjiż terz, bil-kondizzjoni li:

    (a) 

    ir-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti mil-liġijiet ta’ dak il-pajjiż terz ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament; u

    (b) 

    l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-emittent tal-pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 30.

    2.  
    Fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għal negozju f’suq regolat tat-titoli maħruġa minn emittent ta’ pajjiż terz, fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24, 25 u 27.
    3.  

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 13.

    Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li r-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti mil-liġi ta' pajjiż terz huma ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Tali deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

    Artikolu 30

    Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

    1.  

    Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u, fejn jitqies meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 28, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi u l-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament fil-pajjiżi terzi sakemm dak il-pajjiż terz f'konformità ma' att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) ma jkunx fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li jkollhom nuqqasijiet strateġiċi fl-iskemi nazzjonali tagħhom ta' kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

    Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta tipproponi li tidħol f’arranġament bħal dan.

    2.  

    Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 28, l-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

    L-ESMA għandha wkoll, fejn ikun meħtieġ, tiffaċilita u tikkoordina l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għall-adozzjoni ta’ miżuri taħt l-Artikoli 38 u 39.

    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 35. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.
    4.  

    L-ESMA tista’, jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġament ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u d-dokument mudell li għandu jintuża għalihom.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    KAPITOLU VII

    L-ESMA U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

    Artikolu 31

    Awtoritajiet kompetenti

    1.  

    Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità amministrattiva kompetenti unika li tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra kif meħtieġ.

    L-awtorità kompetenti għandha tkun indipendenti mill-parteċipanti tas-suq.

    2.  

    L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti tagħhom biex jiddelegaw lill-partijiet terzi l-komptii tal-pubblikazzjoni elettronika ta’ prospetti approvati u dokumenti relatati.

    Kwalunkwe delegazzjoni ta’ kompiti bħal dawn għandha ssir b’deċiżjoni speċifika li tistipula dan li ġej:

    (a) 

    il-kompiti li ser jitwettqu u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu;

    (b) 

    klawżola li tobbliga lill-parti terza kkonċernata sabiex taġixxi u tkun organizzata b’tali mod li jiġu evitati konflitti ta’ interess u li tiżgura li l-informazzjoni miksuba waqt it-twettiq tal-kompiti delegati ma tintużax b’mod inġust jew biex timpedixxi l-kompetizzjoni; u

    (c) 

    l-arranġamenti kollha konklużi bejn l-awtorità kompetenti u l-parti terza li lilha jiġu ddelegati kompiti.

    Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u għall-approvazzjoni tal-prospett għandha tkun tal-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 1.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jiġu delegati kompiti kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

    3.  
    Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għat-territorji barranin Ewropej li dak l-Istat Membru jkun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom.

    Artikolu 32

    Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

    1.  

    Sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

    (a) 

    li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat li jinkludu fil-prospett informazzjoni supplimentari, fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri;

    (b) 

    li jeħtieġu lill-emittenti, lill-offerenti jew lill-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti;

    (c) 

    li jeħtieġu lill-awdituri u lill-maniġers tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kummissjonati li jwettqu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, biex jipprovdu l-informazzjoni;

    (d) 

    li jissospendu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’ suq regolat għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;

    (e) 

    li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jeħtieġu lill-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jew l-intermedjarji finanzjarji rilevanti sabiex iwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;

    (f) 

    li jipprojbixxu offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn jinstab illi sar ksur ta' dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jkun ser isir ksur tiegħu;

    (g) 

    li jissospendu jew jitolbu lis-swieq regolati rilevanti, l-MTFs jew l-OTFs li jissospendu n-negozjar f’suq regolat, MTF jew OTF għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f’kwalunkwe okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament inkisru;

    (h) 

    li jipprojbixxu n-negozjar f’suq regolat, f’MTF jew OTF meta jsibu li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament;

    (i) 

    li jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu;

    (j) 

    li jissospendu l-iskrutinju tal-prospett sottomess għall-approvazzjoni jew jissospendu jew jirrestrinġu l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fejn l-awtorità kompetenti tagħmel użu mis-setgħa li timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), sakemm tali projbizzjoni jew restrizzjoni tkun waqfet;

    (k) 

    li jirrifjutaw l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe prospett imfassal minn ċertu emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għal massimu ta’ ħames snin, fejn dak l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ikun kiser ripetutament u serjament dan Regolament;

    (l) 

    li jiżvelaw, jew li jeħtieġu lill-emittent biex jiżvela, l-informazzjoni materjali kollha li tista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri jew l-operazzjoni bla xkiel tas-suq;

    (m) 

    li jissospendu jew jitolbu lis-suq regolat, lill-MTF jew lill-OTF rilevanti biex jissospendu t-titoli mill-kummerċ meta jikkunsidraw li s-sitwazzjoni tal-emittent hija dik li l-kummerċ ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri;

    (n) 

    biex iwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-għan li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex ikun ipprovat il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

    Fejn meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

    Fil-każ li l-approvazzjoni ta' prospett tkun ġiet irrifjutata skont il-punt (k) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA b'dan, u din għandha sussegwetement tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha tkun intitolata li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punt (n) tal-ewwel subparagrafu meta dawk l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

    2.  

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a) 

    direttament;

    (b) 

    f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

    (c) 

    taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet;

    (d) 

    b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

    3.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.
    4.  
    Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti dwar xiri, transazzjonijiet ta’ fużjoni u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji li jittrasponu d-Direttiva 2004/25/KE u li jimponu rekwiżiti oħra minbarra r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
    5.  
    Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament m’għandhiex tkun kkunsidrata li kisret xi restrizzjoni fuq żvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m’għandha tkun soġġetta għal ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.
    6.  
    Il-paragrafi 1 sa 3 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli dak l-Istat Membru.

    Artikolu 33

    Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

    1.  

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u ta’ infurzar.

    Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-Artikolu 38, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom li jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali jew proċeduri mibdija għal ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-ESMA biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2.  

    Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba sabiex tikkoopera f’investigazzjoni biss f’xi waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

    (a) 

    fejn il-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew l-investigazzjoni kriminali tagħha stess;

    (b) 

    fejn proċeduri ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

    (c) 

    meta sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward ta’ dawn il-persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
    4.  

    L-awtorità kompetenti tista’ titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

    Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transkonfinali, l-ESMA għandha, fejn tintalab tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni.

    Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, din tista’tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

    (b) 

    tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

    (c) 

    tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;

    (d) 

    taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

    (e) 

    taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

    5.  
    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ESMA tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
    6.  

    L-ESMA tista’, jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    7.  

    L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

    Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 34

    Kooperazzjoni mal-ESMA

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
    2.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
    3.  

    Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 35

    Segretezza professjonali

    1.  
    L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kondizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor ikkonċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata jew tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.
    2.  
    L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe parti terzali lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat il-poteri. L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

    Artikolu 36

    Protezzjoni tad-data

    Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

    Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, din għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    Artikolu 37

    Miżuri ta' prekawzjoni

    1.  
    Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li twettqu irregolaritajiet mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew mill-intermedjarji finanzjarji responsabbli mill-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew li dawk il-persuni jkunu kisru l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u lill-ESMA.
    2.  
    Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-intermedjarji finanzjarji responsabbli mill-offerta ta' titoli lill-pubbliku jippersistu fil-ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-ESMA, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien żejjed.
    3.  
    Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ xi waħda mill-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti oħra f'konformità mal-paragrafu 2, hija tista’ ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ESMA. L-ESMA tista’ taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    KAPITOLU VIII

    SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA

    Artikolu 38

    Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

    1.  

    Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigatorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u li jieħdu miżuri amministrattivi oħra xierqa li għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom japplikaw mill-inqas għal:

    (a) 

    ksur tal-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1) sa (11), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1) u (3), l-Artikolu 14(1) u (2), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 16(1), (2) u (3), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(1) sa (3), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 21(1) sa (4) u (7) sa (11), l-Artikolu 22(2) sa (5), l-Artikolu 23(1), (2), (3) u (5), u l-Artikolu 27;

    (b) 

    nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 32.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ikun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sal-21 ta’ Lulju 2018. Fejn jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

    Sal-21 ta’ Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawn.

    2.  

    L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

    (a) 

    dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew l-entità legali responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 42;

    (b) 

    ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew entità ġuridika responsabbli li twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

    (c) 

    sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati;

    (d) 

    fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017, jew 3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali.

    Fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li hi meħtieġa biex tipprepara l-kontijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija;

    (e) 

    fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 700 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017.

    3.  
    L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi minn dawk previsti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 39

    Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jiġu imposti sanzjonijiet

    1.  

    L-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħra, għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti inkluż, fejn xieraq:

    (a) 

    il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

    (b) 

    il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

    (c) 

    is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

    (d) 

    l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri individwali;

    (e) 

    l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

    (f) 

    il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

    (g) 

    ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

    (h) 

    miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

    2.  
    Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikolu 38, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jimponu jkunu effettivi u xierqa skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra f’każijiet transkonfinali.

    Artikolu 40

    Dritt ta' appell

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament ikunu mmotivati kif xieraq u soġġetti għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.

    Għall-finijiet tal-Artikolu 20, għandu japplika wkoll dritt ta’ appell meta l-awtorità kompetenti la tkun ħadet deċiżjoni li tapprova jew tirrifjuta applikazzjoni għall-approvazzjoni u lanqas ma tkun għamlet xi talba għal bidliet jew għal informazzjoni supplimentari fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 20(2), (3) u (6) fir-rigward ta’ dik l-applikazzjoni.

    Artikolu 41

    Rapporti dwar ksur

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu u jippermettu r-rapportar ta’ ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament lilhom.
    2.  

    Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

    (a) 

    proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur reali jew potenzjali u l-issuktar tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;

    (b) 

    protezzjoni xierqa lill-impjegati li jaħdmu taħt kuntratt ta’ impjieg li jirrapportaw il-ksur mill-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust mill-impjegatur tagħhom jew partijiet terzi;

    (c) 

    protezzjoni tal-identità u d-data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur u tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli tal-ksur, fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm tali żvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew wara proċeduri ġudizzjarji.

    3.  
    L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi finanzjarji lil persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament li għandhom jingħataw f'konformità mal-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet legali jew kuntrattwali pre-eżistenti li jirrapportaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni tkun ġdida u li din tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew kriminali, jew fit-teħid ta’ miżura amministrattiva oħra, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.
    4.  
    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil impjegaturi li jkunu involuti f’attivitajiet li huma regolati għal skopijiet tas-servizzi finanzjarji biex ikollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrappurtaw ksur reali jew potenzjali internament permezz ta’ kanal speċifiku, indipendenti u awtonomu.

    Artikolu 42

    Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

    1.  
    Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi għallinqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigatorja.
    2.  

    Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew id-data tal-identità jew personali ta’ persuni fiżiċi, tkun meqjusa mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew fejn din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

    (b) 

    jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn il-pubblikazzjoni anonima tista’ tassigura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

    (c) 

    ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:

    (i) 

    li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

    (ii) 

    il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ natura minuri.

    Fil-każ ta’ deċiżjoni li tippubblika sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, kif imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi differita għal perijodu raġonevoli ta’ żmien fejn huwa previst li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima m’għandhomx jibqgħu jeżistu.

    3.  
    Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom xorta waħda jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi sanzjoni jew miżura.
    4.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq il-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għal perijodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

    Artikolu 43

    Rapportar tas-sanzjonijiet lill-ESMA

    1.  

    L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrazzjoni oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 38. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

    Fejn Stati Membri għażlu, f'konformità mal-Artikolu 38 (1), li jiġu stabbiliti sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dak il-paragraful-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u s-sanzjonijietkriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

    2.  
    Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjonijiet amministrattivi, miżuri amministrattivi oħra jew sanzjonijiet lill-pubbliku, hija għandha fl-istess ħin tirrapporthom lill-ESMA.
    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha jew miżuri amministrativi oħra imposti iżda mhux ippubblikati f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2) inkluż kwalunkwe appell dwarhom u l-eżitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm database ċentrali ta’ sanzjonijiet komunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik id-database għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

    KAPITOLU IX

    ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 44

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  
    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
    2.  
    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16(5) l-Artikolu 20(11) u l-Artikolu 29(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit mill-20 ta’ Lulju 2017.
    3.  
    Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16(5) l-Artikolu 20(11) u l-Artikolu 29(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
    4.  
    Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
    5.  
    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
    6.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(7), l-Artikolu 9(14), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 20(11) u l-Artikolu 29(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 45

    Proċedura tal-kumitat

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 18 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    2.  
    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    KAPITOLU X

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 46

    Tħassir

    1.  

    Id-Direttiva 2003/71/KE qed titħassar b'effett mill-21 ta’ Lulju 2019, ħlief għal:

    (a) 

    il-punti (a) u (g) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, jitħassru b’effett mill-20 ta’ Lulju 2017; u

    (b) 

    il-punt (h) tal-Artikolu 1(2) u l-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, jitħassru b’effett mill-21 ta’ Lulju 2018.

    2.  
    Referenzi għad-Direttiva 2003/71/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.
    3.  
    Il-prospetti approvati f’konformità mal-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2003/71/KE qabel il-21 ta’ Lulju 2019 għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dik il-liġi nazzjonali sal-aħħar tal-validità tagħhom, jew sakemm ikunu għaddew tnax-il xahar wara il-21 ta’ Lulju 2019, skont liema jseħħ l-ewwel.

    Artikolu 47

    Rapport tal-ESMA dwar il-prospetti

    1.  

    Abbażi tad-dokumenti li ġew ippubblikati permezz tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 21(6), l-ESMA għandha kull sena tippubblika rapport li jinkludi statistika dwar il-prospetti approvati u nnotifikati fl-Unjoni u analiżi tax-xejriet, b’kont meħud ta’:

    (a) 

    it-tip ta’ emittenti, b’mod partikolari l-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 15(1); u

    (b) 

    it-tip ta’ ħruġ, b’mod partikolari l-korrispettiv totali tal-offerti, it-tipi ta’ titoli trasferibbli, it-tipi ta’ post ta’ negozjar u d-denominazzjonijiet.

    2.  

    Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih b’mod partikolari:

    (a) 

    analiżi tal-punt sa fejn ir-reġimi ta’ żvelar stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9 qed jintużaw fl-Unjoni kollha;

    (b) 

    statistika dwar prospetti bażi u kondizzjonijiet finali, u fuq prospetti mfassla bħala dokumenti separati jew bħala dokument uniku;

    (c) 

    statistika dwar il-korrispettiv medju u globali ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku soġġetti għal dan ir-Regolament, minn kumpanniji mhux ikkwotati, kumpanniji li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fuq MTFs, inkluż swieq tal-SMEs li qed jespandu, u kumpanniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati. Fejn applikabbli, din l-istatistika għandha tipprovdi analiżi dettaljata bejn offerti pubbliċi inizjali u offerti sussegwenti, u bejn titoli ta’ ekwità u mingħajr ekwità;

    (d) 

    statistika dwar l-użu tal-proċeduri ta’ notifika tal-Artikoli 25 u 26, inkluż analiżi għal kull Stat Membru tal-għadd ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni nnotifikati fir-rigward tal-prospetti, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni u d-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali.

    ▼M3

    Artikolu 47a

    Limitu ta’ żmien ta’ validazzjoni tar-reġim tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE

    Ir-reġim tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE stipulat fl-Artikolu 7(12a), l-Artikolu 14a, l-Artikolu 20(6a) u l-Artikolu 21(5a) jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022.

    Il-Prospetti ta’ Rkupru tal-UE li jiġu approvati bejn it-18 ta’ Marzu 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2022 għandhom ikomplu jiġu rregolati skont l-Artikolu 14a sa tmiem il-validità tagħhom jew sa ma jkunu għaddew tnax-il xahar mill-31 ta’ Diċembru 2022, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel.

    ▼B

    Artikolu 48

    Reviżjoni

    1.  
    Qabel il-21 ta’ Lulju 2022 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġislattiva.

    ▼M3

    2.  

    Ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħrajn, jekk is-sommarju tal-prospett, ir-reġimi ta’ żvelar stipulati fl-Artikoli 14, 14a u 15 u d-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9 jibqgħux xierqa fid-dawl tal-għanijiet segwiti tagħhom. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi dawn li ġejjin:

    (a) 

    l-għadd ta’ Prospetti ta’ Tkabbir tal-UE ta’ persuni f’kull waħda mill-kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 15(1) u analiżi tal-evoluzzjoni ta’ kull wieħed minn dawn u tax-xejriet fl-għażla tal-postijiet ta’ negozjar mill-persuni intitolati li jużaw il-Prospett ta’ Tkabbir tal-UE;

    (b) 

    analiżi dwar jekk il-Prospett ta’ Tkabbir tal-UE jilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-persuni ntitolati li jużawh;

    (c) 

    l-għadd ta’ Prospetti ta’ Rkupru tal-UE approvati u analiżi tal-evoluzzjoni ta’ dan l-għadd, kif ukoll stima tal-kapitalizzazzjoni tas-suq addizzjonali attwali mmobilizzata mill-Prospetti ta’ Rkupru tal-UE fid-data tal-ħruġ sabiex tinġabar esperjenza dwar il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE għal valutazzjoni expost;

    (d) 

    il-kost tat-tħejjija u li jkun hemm Prospett ta’ Rkupru tal-UE approvat meta mqabbel mal-kostijiet attwali għat-tħejjija u l-approvazzjoni ta’ prospett standard, prospett sekondarju ta’ ħruġ u Prospett ta’ Tkabbir tal-UE, flimkien ma’ indikazzjoni tal-iffrankar finanzjarju globali miksub u liema kostijiet jistgħu jitnaqqsu aktar, u l-kostijiet totali tal-konformità ma’ dan ir-Regolament għall-emittenti, l-offerenti u l-intermedjarji finanzjarji flimkien ma’ kalkolu ta’ dawk il-kostijiet bħala perċentwal tal-kostijiet operattivi;

    (e) 

    analiżi dwar jekk il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE jilħaqx il-bilanċ ġust bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni ntitolati li jużawh u dwar l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni essenzjali għall-investituri.

    (f) 

    analiżi ta’ jekk ikunx xieraq li jiġi estiż it-tul tar-reġim tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE, inkluż jekk il-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14a(1), li lil hinn minnu Prospett ta’ Rkupru tal-UE ma jkunx jista’ jintuża, ikunx xieraq;

    (g) 

    analiżi dwar jekk il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 23(2a) u 23(3a) laħqux l-objettiv li jipprovdu ċarezza u flessibbiltà addizzjonali kemm lill-intermedjarji finanzjarji kif ukoll lill-investituri u jekk ikunx xieraq li dawk il-miżuri jsiru permanenti.

    ▼B

    3.  
    Abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 2, ir-rapport għandu jivvaluta jekk hijiex meħtieġa xi emenda għal dan ir-Regolament sabiex tiġi ffaċilitata aktar il-ġenerazzjoni tal-kapital minn kumpanniji iżgħar, filwaqt li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-investitur, inkluż jekk il-limiti massimi rilevanti jeħtieġu li jiġu aġġustati.
    4.  
    Barra minn hekk, ir-rapport għandu jevalwa jekk jistgħux jinkisbu LEIs u ISINs għal prezz raġonevoli u f’perijodu ta’ żmien raġonevoli mill-emittenti, b’mod partikolari l-SMEs. Ir-rapport għandu jikkunsidra r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 20(13).

    Artikolu 49

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
    2.  
    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(2), dan ir-Regolamentgħandu japplika mill-21 ta’ Lulju 2019, ħlief għall-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 3(2) li għandhom japplikaw mill-21 ta’ Lulju 2018 u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(5)li għandhom japplikaw mill-20 ta’ Lulju 2017.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 11, l-Artikolu 20(9), l-Artikolu 31, l-Artikolu 32, l-Artikolu 38 sa 43 sal-21 ta’ Lulju 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    IL-PROSPETT

    I. Sommarju

    II. Identità tad-diretturi, tal-kapijiet fl-amministrazzjoni, tal-konsulenti u tal-awdituri

    L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpannija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    III. Statistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

    L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-organizzazzjoni ta' kwalunkwe offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti relatati ma' din l-offerta.

    A. 

    Statistika tal-offerta

    B. 

    Metodu u skeda mistennija taż-żmien

    IV. Informazzjoni essenzjali

    L-għan huwa li ssir taqsira tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kondizzjoni finanzjarja, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju tal-kumpannija. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpannija jew il-politika tal-kontabbiltà, id-data finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

    A. 

    Data finanzjarja magħżula

    B. 

    Kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss)

    C. 

    Raġunijiet għall-offerta u użu tad-dħul

    D. 

    Fatturi ta’ riskju

    V. Informazzjoni dwar il-kumpannija

    Il-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li tingħata informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir tal-kumpannija, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għal żidiet jew tnaqqis tal-kapaċità futura.

    A. 

    L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpannija

    B. 

    Ħarsa ġenerali tan-negozju

    C. 

    Struttura tal-organizzazzjoni

    D. 

    Proprjetà, impjant u tagħmir

    VI. Ħarsa operattiva u finanzjarja u prospetti

    L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perijodi storiċi koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perijodi futuri.

    A. 

    Riżultati tal-operat

    B. 

    Likwidità u riżorsi kapitali

    C. 

    Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

    D. 

    Xejriet

    VII. Diretturi, kapijiet fl-amministrazzjoni u impjegati

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u l-kapijiet tal-kumpannija li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpannija.

    A. 

    Diretturi u kapijiet fl-amministrazzjoni

    B. 

    Remunerazzjoni

    C. 

    Prattiċi tal-Bord

    D. 

    Impjegati

    E. 

    Sjieda tal-ishma

    VIII. Azzjonisti prinċipali u transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

    L-għan huwa li jiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti prinċipali u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpannija. Tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpannija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpannija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpannija.

    A. 

    Azzjonisti prinċipali

    B. 

    Transazzjonijiet ma' partijiet relatati

    C. 

    Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

    IX. Informazzjoni finanzjarja

    L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perijodi li jridu jiġu koperti, id-data ta' meta saru d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li ser jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser jiġu stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

    A. 

    Dikjarazzjonijiet ikkonsolidati u informazzjoni finanzjarja oħra

    B. 

    Bidliet sinifikanti

    X. Dettalji tal-offerta u dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

    A. 

    Offerta u ammissjoni għall-kummerċ

    B. 

    Pjan għad-distribuzzjoni

    C. 

    Swieq

    D. 

    Detenturi tat-titoli li jkunu qegħdin ibiegħuhom

    E. 

    Dilwizzjoni (it-titoli ta' ekwità biss)

    F. 

    Spejjeż tal-ħruġ

    XI. Informazzjoni addizzjonali

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni, li l-biċċa l-kbira tagħha tkun ta' natura statutorja, li mhix koperta mkien ieħor fil-prospett.

    A. 

    Kapital azzjonarju

    B. 

    Memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni

    C. 

    Kuntratti materjali

    D. 

    Kontrolli tal-iskambju

    E. 

    Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

    F. 

    Dividendi u aġenti li jħallsu

    G. 

    Dikjarazzjoni tal-esperti

    H. 

    Dokumenti murija

    I. 

    Informazzjoni sussidjarja




    ANNESS II

    DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI

    I. Identità tad-diretturi, tal-kapijiet tal-amministrazzjoni, tal-konsulenti u tal-awdituri

    L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpannija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    II. Informazzjoni essenzjali dwar l-emittent

    L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kondizzjoni finanzjarja, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju tal-kumpannija. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpannija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

    A. 

    Data finanzjarja magħżula

    B. 

    Kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss)

    C. 

    Fatturi ta' riskju relatati mal-emittent

    III. Informazzjoni dwar il-kumpannija

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li tingħata informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir tal-kumpannija, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għal żidiet jew -tnaqqis tal-kapaċità futura.

    A. 

    L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpannija

    B. 

    Ħarsa ġenerali tan-negozju

    C. 

    Struttura tal-organizzazzjoni

    D. 

    Proprjetà, impjanti u tagħmir

    IV. Ħarsa operattiva u finanzjarja u prospetti

    L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perijodi storiċi koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-amministrazzjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perijodi futuri.

    A. 

    Riżultati tal-operat

    B. 

    Likwidità u riżorsi kapitali

    C. 

    Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

    D. 

    Xejriet

    V. Diretturi, kapijiet fl-amministrazzjoni u impjegati

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u l-kapijiet tal-kumpannija li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpannija.

    A. 

    Diretturi u kapijiet fl-amministrazzjoni

    B. 

    Remunerazzjoni

    C. 

    Prattiċi tal-Bord

    D. 

    Impjegati

    E. 

    Sjieda tal-ishma

    VI. Azzjonisti prinċipali u transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti prinċipali u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpannija. Tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpannija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpannija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpannija.

    A. 

    Azzjonisti prinċipali

    B. 

    Transazzjonijiet ma' partijiet relatati

    C. 

    Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

    VII. Informazzjoni finanzjarja

    L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perijodi li jridu jiġu koperti, id-data ta' meta saru d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li ser jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser jiġu stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

    A. 

    Dikjarazzjonijiet ikkonsolidati u informazzjoni finanzjarja oħra

    B. 

    Bidliet sinifikanti

    VIII. Informazzjoni addizzjonali

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni, li l-biċċa l-kbira tagħha tkun ta' natura statutorja, li mhix koperta mkien ieħor fil-prospett.

    A. 

    Kapital azzjonarju

    B. 

    Memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni

    C. 

    Kuntratti materjali

    D. 

    Dikjarazzjoni tal-esperti

    E. 

    Dokumenti murija

    F. 

    Informazzjoni sussidjarja




    ANNESS III

    NOTA TAT-TITOLI

    I. Identità tad-diretturi, tal-kapijiet tal-amministrazzjoni, tal-konsulenti u tal-awdituri

    L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpannija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    II. Statistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

    L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-organizzazzjoni ta' kwalunkwe offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti relatati ma' din l-offerta.

    A. 

    Statistika tal-offerta

    B. 

    Metodu u skeda mistennija taż-żmien

    III. Informazzjoni essenzjali dwar l-emittent

    L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kondizzjoni finanzjarja, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju tal-kumpannija. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpannija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

    A. 

    Kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta' dejn (għal titoli ta' ekwità biss)

    B. 

    Informazzjoni dwar il-kapital operatorju (għal titoli ta' ekwità biss)

    C. 

    Raġunijiet għall-offerta u l-użu tad-dħul

    D. 

    Fatturi ta’ riskju

    IV. Informazzjoni essenzjali dwar it-titoli

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni essenzjali dwar it-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ.

    A. 

    Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ

    B. 

    Munita tat-titoli maħruġa

    C. 

    Is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza tal-emittent, inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u l-impatt potenzjali fuq l-investiment fil-każ ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE.

    D. 

    Il-politika ta’ ħlas tad-dividendi, id-dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli jew deskrizzjoni tas-sottostanti, inkluż il-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata, u indikazzjoni ta' fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat u dik futura tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu

    E. 

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe dritt marbut mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet

    V. Interessi tal-esperti

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni li tirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpannija tkun daħlet għalihom mal-esperti jew il-konsulenti impjegati fuq bażi ta' kontinġenza.

    VI. Dettalji tal-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

    A. 

    Offerta u ammissjoni għall-kummerċ

    B. 

    Pjan għad-distribuzzjoni

    C. 

    Swieq

    D. 

    Detenturi tat-titoli li jkunu qegħdin ibiegħuhom

    E. 

    Dilwizzjoni (it-titoli ta' ekwità biss)

    F. 

    Spejjeż tal-ħruġ

    VII. Informazzjoni addizzjonali

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni, li l-biċċa l-kbira tagħha hija ta' natura statutorja, li mhix koperta mkien ieħor fil-prospett.

    A. 

    Kontrolli tal-iskambju

    B. 

    Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

    C. 

    Dividendi u aġenti li jħallsu

    D. 

    Dikjarazzjoni tal-esperti

    E. 

    Dokumenti murija




    ANNESS IV

    DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI GĦALL-PROSPETT UE TAT-TKABBIR

    I. Responsabbiltà għad-dokument tar-reġistrazzjoni

    L-għan huwa li jiġu identifikati l-emittent u r-rappreżentanti tiegħu u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni.

    II. Strateġija, prestazzjoni u ambjent tan-negozju

    L-iskop huwa li tingħata informazzjoni dwar l-istrateġija u l-objettivi tal-kumpannija relatata mal-iżvilupp u l-prestazzjoni futura u li tingħata informazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, l-investimenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Barra minn hekk, il-fatturi ta’ riskju speċifiċi għall-kumpannija u informazzjoni rilevanti dwar ix-xejriet għandha tiġi inkluża.

    III. Governanza korporattiva

    L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u l-kapijiet tal-kumpannija li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpannija.

    IV. Dikjarazzjonijiet finanzjarji u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

    L-għan huwa li jiġi speċifikat liema dikjarazzjonijiet finanzjarji u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni jridu jiġu inklużi fid-dokument li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji (għal titoli ta’ ekwità) jew l-aħħar sena finanzjarja (għal titoli mingħajr ekwità) jew tali perijodu iqsar li matulu kien qed jopera fih l-emittent.

    V. Ħarsa operattiva u finanzjarja (għal titoli ta’ ekwità biss maħruġa minn kumpanniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq 'il fuq minn EUR 200 000 000 ).

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-kondizzjoni finanzjarja u r-riżultati operattivi jekk ir-rapporti, ippreżentati u ppreparati f’konformità mal-Artikoli 19 u 29 tad-Direttiva 2013/34/UE għall-perijodi koperti mill-informazzjoni finanzjarja storika, mhumiex inklużi fil-prospett UE tat-Tkabbir.

    VI. Informazzjoni tal-azzjonisti

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar proċedimenti legali u ta’ arbitraġġ, konflitti ta’ interess u transazzjonijiet relatati mal-partijiet kif ukoll informazzjoni dwar il-kapital ta’ ishma.




    ANNESS V

    NOTA TAT-TITOLI GĦALL-PROSPETT UE TAT-TKABBIR

    I. Responsabbiltà għan-nota tat-titoli

    L-għan huwa li jiġu identifikati l-emittent u r-rappreżentanti tiegħu u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpannija jew l-ammissjoni għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

    ▼M1

    II. Dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta’ dejn (biss għal titoli ta’ ekwità maħruġa minn kumpanniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq ’il fuq minn EUR 200 000 000 ) u dikjarazzjoni tal-kapital operatorju (għal titoli ta’ ekwità biss).

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-kapitalizzazzjoni u l-pożizzjoni ta’ dejn tal-emittent u informazzjoni dwar jekk il-kapital operatorju huwiex biżżejjed biex jaqdi l-ħtiġijiet preżenti tal-emittent jew, jekk le, kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ.

    ▼B

    III. Termini u kondizzjonijiet tat-titoli

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni essenzjali dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tat-titoli u deskrizzjoni ta' kwalunkwe dritt marbut mat-titoli. Barra minn hekk, il-fatturi ta’ riskju speċifiċi għat-titoli jridu jiġu inklużi.

    IV. Dettalji tal-offerta u skeda ta’ żmien mistennija

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar l-offerta u, fejn applikabbli, l-ammissjoni għall-kummerċ f'MTF, inkluż il-prezz finali tal-offerta u l-ammont ta’ titoli (f’għadd ta’ titoli jew ammont nominali aggregat) li ser jiġu offruti, ir-raġunijiet għall-offerta, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli, l-użu tad-dħul mill-offerta, l-ispejjeż tal-ħruġ u tal-offerta, u d-dilwizzjoni (għal titoli ta’ ekwità biss).

    V. Informazzjoni dwar il-garanti

    L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-garanti tat-titoli fejn applikabbli, inkluż informazzjoni essenzjali dwar il-garanti marbuta mat-titoli, il-fatturi ta’ riskju u l-informazzjoni finanzjarja speċifika għall-garanti.

    ▼M3




    ANNESS Va

    INFORMAZZJONI MINIMA LI TRID TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ RKUPRU TAL-UE

    I.   Sommarju

    Il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE irid jinkludi sommarju mfassal skont l-Artikolu 7(12a).

    II.   Isem l-emittent, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni, link għas-sit web tal-emittent

    Tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ l-ishma, inkluż l-identifikatur ta’ entità ġuridika tagħha (LEI, legal entity identifier), l-isem legali u kummerċjali tagħha, il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tagħha u s-sit web fejn l-investituri jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, is-swieq prinċipali fejn tikkompeti, l-azzjonisti prinċipali, il-kompożizzjoni tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u l-maniġment superjuri tagħha u, fejn applikabbli, l-informazzjoni inkorporata b’referenza (b’dikjarazzjoni ta’ ċaħda li l-informazzjoni fuq is-sit web ma tiffurmax parti mill-prospett sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkorporata b’referenza fil-prospett).

    III.   Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà u d-dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti

    1.   Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà

    Jiġu identifikati l-persuni responsabbli għat-tfassil tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE u li inkluża dikjarazzjoni minn dawkil-persuni li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li tinsab fil-Prospett ta’ Rkupru tal-UE hija skont il-fatti u li l-Prospett ta’ Rkupru tal-UE ma jagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tiegħu.

    Fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni trid tinkludi informazzjoni li toriġina minn partijiet terzi, inkluż is-sors(i) ta’ dik l-informazzjoni, u dikjarazzjonijiet jew rapporti attribwiti lil persuna bħala espert u d-dettalji li ġejjin ta’ dik il-persuna:

    (a) 

    isem;

    (b) 

    l-indirizz tan-negozju;

    (c) 

    kwalifiki; kif ukoll

    (d) 

    interess sinifikanti fl-emittent (jekk ikun hemm).

    2.   Dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti

    Id-dikjarazzjoni trid tindika l-awtorità kompetenti li tkun approvat, f’konformità ma’ dan r-Regolament, il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE, tispeċifika li tali approvazzjoni mhix approvazzjoni tal-emittent u lanqas tal-kwalità tal-ishma relatati mal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE, li l-awtorità kompetenti approvat biss il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE bħala li jissodisfa l-istandards ta’ kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza imposti minn dan ir-Regolament, u tispeċifika li l-Prospett ta’ Rkupru tal-UE tfassal skont l-Artikolu 14a.

    IV.   Fatturi ta’ riskju

    Deskrizzjoni tar-riskji sinifikanti li huma speċifiċi għall-emittent, u deskrizzjoni tar-riskji sinifikanti li huma speċifiċi għall-ishma li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, f’għadd limitat ta’ kategoriji, fit-taqsima intitolata “Fatturi ta’ Riskju”.

    F’kull kategorija, l-aktar riskji sinifikanti, fil-valutazzjoni mwettqa mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, filwaqt li jitqies l-impatt negattiv fuq l-emittent kif ukoll fuq l-ishma li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u l-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti l-ewwel. Ir-riskji għandhom jiġu kkorroborati mill-kontenut tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE.

    V.   Dikjarazzjonijiet finanzjarji

    Il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE jrid jinkludi r-rapporti finanzjarji (annwali u kull sitt xhur) ippubblikati matul perijodu ta’ 12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE. Fejn kemm ir-rapporti finanzjarji annwali kif ukoll dawk ta’ kull sitt xhur ikunu ġew ippubblikati, ir-rapporti annwali biss iridu jkunu meħtieġa jekk dawn ikunu saru wara r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur.

    Ir-rapporti finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati b’mod indipendenti. Ir-rapport tal-awditjar irid jitħejja skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ).

    Meta d-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 ma japplikawx, il-kontijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati jew irrappurtati fir-rigward ta’ jekk, għall-finijiet tad-dokument tar-reġistrazzjoni tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE, jagħtux opinjoni vera u ġusta jew le skont l-istandards tal-awditjar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-Prospett ta’ Rkupru tal-UE:

    (a) 

    dikjarazzjoni prominenti li tiddivulga liema standards ta’ awditjar ġew applikati;

    (b) 

    spjegazzjoni ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza sinifikanti tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar.

    Fejn rapporti ta’ awditjar dwar il-kontijiet finanzjarji annwali jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew meta jinkludu kwalifiki, modifiki ta’ opinjoni, dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew osservazzjonijiet, trid tingħata r-raġuni, u dawn il-kwalifiki, modifiki, dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew osservazzjonijiet iridu jiġu riprodotti fl-intier tagħhom.

    Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew rapporti finanzjarji awditjati jew informazzjoni finanzjarja proviżorja jkunu ġew ippubblikati, trid tiġi inkluża wkoll, jew trid tiġi pprovduta dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    Fejn applikabbli, trid tiġi inkluża wkoll informazzjoni pro forma.

    VI.   Il-politika tad-dividendi

    Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi u kwalunkwe restrizzjoni attwali fuqhom, kif ukoll dwar ix-xiri lura ta’ ishma.

    VII.   Informazzjoni dwar ix-xejriet

    Deskrizzjoni ta’:

    (a) 

    Ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-kostijiet u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja sad-data tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE;

    (b) 

    informazzjoni dwar kwalunkwe xejra, inċertezza, talba, impenn jew avveniment magħrufa li raġonevolment x’aktarx li jkollhom effett sinifikanti fuq il-prospetti tal-emittent tal-inqas matul is-sena finanzjarja attwali;

    (c) 

    informazzjoni dwar l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, fuq terminu qasir u twil tal-emittent, inkluża, jekk applikabbli, referenza speċifika ta’ mhux inqas minn 400 kelma għall-impatt tan-negozju u dak finanzjarju tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-emittent u l-impatt futur antiċipat tal-istess.

    Jekk ma jkun hemm l-ebda bidla sinifikanti f’xi waħda mix-xejriet imsemmija fil-punti (a) jew (b) ta’ din it-taqsima, trid issir dikjarazzjoni f’dak is-sens.

    VIII.   Termini u kundizzjonijiet tal-offerta, impenji sodi ta’ xiri u intenzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni u karatteristiċi ewlenin tal-ftehimiet ta’ sottoskrizzjoni u kollokament.

    Jiġi stipulat il-prezz tal-offerta, l-għadd ta’ ishma offruti, l-ammont tal-ħruġ/offerta, il-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe dritt ta’ prelazzjoni.

    Sa fejn ikun jaf l-emittent, tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk l-azzjonisti prinċipali jew il-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment jew superviżorji tal-emittent għandhomx l-intenzjoni li jissottoskrivu għall-offerta, jew jekk xi persuna għandhiex l-intenzjoni li tissottoskrivi għal aktar minn 5 % tal-offerta.

    Jiġi ppreżentat kwalunkwe impenn sod għas-sottoskrizzjoni għal aktar minn 5 % tal-offerta u l-karatteristiċi sinifikanti kollha tal-ftehimiet ta’ sottoskrizzjoni u kollokament, inklużi l-isem u l-indirizz tal-entitajiet li qed jaqblu li jissottoskrivu jew iqiegħdu l-ħruġ fuq il-bażi ta’ impenn sod ta’ xiri jew ta’ arranġamenti tal-“aħjar sforzi u l-kwoti”.

    IX.   Informazzjoni essenzjali dwar l-ishma u dwar is-sottoskrizzjoni tagħhom

    Tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li ġejja dwar l-ishma offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat:

    (a) 

    in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (“ISIN”);

    (b) 

    id-drittijiet marbuta mal-ishma, il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u kwalunkwe limitu ta’ dawk id-drittijiet;

    (c) 

    meta l-ishma jistgħu jiġu sottoskritti kif ukoll dwar il-perjodu ta’ żmien, inkluża kwalunkwe emenda possibbli, li matulu l-offerta ser tkun miftuħa u deskrizzjoni tal-proċess ta’ applikazzjoni flimkien mad-data tal-ħruġ ta’ ishma ġodda.

    X.   Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavat

    Tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-offerta u, fejn applikabbli, l-ammont nett stmat tar-rikavat maqsum f’kull użu intenzjonat prinċipali u ppreżentat skont l-ordni tal-prijorità ta’ dawn l-użi.

    Meta l-emittent ikun konxju li r-rikavat antiċipat mhuwiex se jkun biżżejjed sabiex jiffinanzja l-użi kollha proposti, huwa jrid jiddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi l-oħra meħtieġa. Iridu jingħataw ukoll dettalji fir-rigward tal-użu tar-rikavat, partikolarment fejn ir-rikavat jintuża għall-akkwist tal-assi, għajr fil-kors normali tan-negozju, sabiex jiġu ffinanzjati akkwisti mħabbra ta’ negozju ieħor, jew sabiex jitneħħa, jitnaqqas jew jiġi rtirat id-dejn.

    XI.   Riċeviment ta’ appoġġ ta’ għajnuna mill-Istat

    Tingħata dikjarazzjoni bl-informazzjoni dwar jekk l-emittent ibbenefikax minn għajnuna mill-Istat tkun f’liema forma tkun fil-kuntest tal-irkupru, kif ukoll l-għan tal-għajnuna, it-tip ta’ strument u l-ammont ta’ għajnuna riċevuta u l-kundizzjonijiet marbutin magħha, jekk ikun hemm.

    Id-dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent irċeviex għajnuna mill-Istat trid tinkludi dikjarazzjoni li tindika li l-informazzjoni hija pprovduta biss taħt ir-responsabbiltà tal-persuni responsabbli għall-prospett, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), li r-rwol tal-awtorità kompetenti fl-approvazzjoni tal-prospett huwa li tiskrutinizza l-kompletezza, il-komprensibbiltà u l-konsistenza tiegħu, u li għalhekk fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat l-awtorità kompetenti mhijiex obbligata li tivverifika indipendentement dik id-dikjarazzjoni.

    XII.   Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju

    Dikjarazzjoni mill-emittent, li fl-opinjoni tiegħu, il-kapital operatorju huwa suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent jew, jekk le, kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ.

    XIII.   Kapitalizzazzjoni u dejn

    Dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn (issir distinzjoni bejn dejn garantit u mhux garantit, dejn kopert u mhux kopert minn kollateral) minn data mhux qabel 90 jum qabel id-data tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE. It-terminu “dejn” jinkludi wkoll id-dejn indirett u kontinġenti.

    Fil-każ ta’ bidliet importanti fil-pożizzjoni tal-kapitalizzazzjoni u tad-dejn tal-emittent fi żmien il-perjodu ta’ 90 jum, trid tingħata informazzjoni addizzjonali permezz tal-preżentazzjoni ta’ deskrizzjoni narrattiva ta’ tali bidliet jew permezz tal-aġġornament ta’ dawk iċ-ċifri.

    XIV.   Kunflitti ta’ interess

    Tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe interess relatat mal-ħruġ, inklużi kunflitti ta’ interess, u b’dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess.

    XV.   Dilwizzjoni u parteċipazzjoni azzjonarja wara l-ħruġ

    Jiġi ppreżentat paragun bejn il-parteċipazzjoni fil-kapital azzjonarju u d-drittijiet tal-vot għall-azzjonisti eżistenti qabel u wara ż-żieda fil-kapital li tirriżulta mill-offerta lill-pubbliku, bis-suppożizzjoni li l-azzjonisti eżistenti ma jissottoskrivux għall-ishma l-ġodda u, separatament, bis-suppożizzjoni li l-azzjonisti eżistenti infatti jeżerċitaw id-dritt tagħhom.

    XVI.   Dokumenti disponibbli

    Dikjarazzjoni li tindika li matul it-terminu tal-Prospett ta’ Rkupru tal-UE, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin, fejn ikun applikabbli:

    (a) 

    il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni aġġornati tal-emittent;

    (b) 

    ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, valwazzjonijiet u dikjarazzjonijiet imħejjija minn espert fuq talba tal-emittent, li kwalunkwe parti minnhom tkun inkluża jew imsemmija fil-Prospett ta’ Rkupru tal-UE.

    Indikazzjoni fuq is-sit web tal-liema dokumenti jistgħu jiġu spezzjonati.

    ▼B




    ANNESS VI



    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    (msemmija fl-Artikolu 46)

    Id-Direttiva 2003/71/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(2)(a)

    Artikolu 1(2)(a)

    Artikolu 1(2)(b)

    Artikolu 1(2)(b)

    Artikolu 1(2)(c)

    Artikolu 1(2)(c)

    Artikolu 1(2)(d)

    Artikolu 1(2)(d)

    Artikolu 1(2)(e)

    Artikolu 1(2)(e)

    Artikolu 1(2)(f)

    Artikolu 1(2)(g)

    Artikolu 1(2)(f)

    Artikolu 1(2)(h)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 1(2)(i)

    Artikolu 1(2)(j)

    Artikolu 1(4)(j) u Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu; punt (i)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 4

    Artikolu 1(4)

    Artikolu 2(1)(a)

    Artikolu 2(a)

    Artikolu 2(1)(b)

    Artikolu 2(b)

    Artikolu 2(1)(c)

    Artikolu 2(c)

    Artikolu 2(1)(d)

    Artikolu 2(d)

    Artikolu 2(1)(e)

    Artikolu 2(e)

    Artikolu 2(1)(f)

    Artikolu 2(f)

    Artikolu 2(1)(g)

    Artikolu 2(g)

    Artikolu 2(1)(h)

    Artikolu 2(h)

    Artikolu 2(1)(i)

    Artikolu 2(i)

    Artikolu 2(1)(j)

    Artikolu 2(j)

    Artikolu 2(1)(k)

    Artikolu 2(1)(l)

    Artikolu 2(1)(m)

    Artikolu 2(m)

    Artikolu 2(1)(n)

    Artikolu 2(n)

    Artikolu 2(1)(o)

    Artikolu 2(p)

    Artikolu 2(1)(p)

    Artikolu 2(q)

    Artikolu 2(1)(q)

    Artikolu 2(r)

    Artikolu 2(1)(r)

    Artikolu 2(s)

    Artikolu 2(1)(s)

    Artikolu 2(1)(t)

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(2)(a)

    Artikolu 1(4)(a)

    Artikolu 3(2)(b)

    Artikolu 1(4)(b)

    Artikolu 3(2)(c)

    Artikolu 1(4)(d)

    Artikolu 3(2)(d)

    Artikolu 1(4)(c)

    Artikolu 3(2)(e)

    Artikolu 3(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 4(1)(a)

    Artikolu 1(4)(e)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 1(4)(f)

    Artikolu 4(1)(c)

    Artikolu 1(4)(g)

    Artikolu 4(1)(d)

    Artikolu 1(4)(h)

    Artikolu 4(1)(e)

    Artikolu 1(4)(i)

    Artikolu 4(1), it-tieni sal-ħames subparagrafu

    Artikolu 4(2)(a)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

    Artikolu 4(2)(b)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (d)

    Artikolu 4(2)(c)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (e)

    Artikolu 4(2)(d)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (f)

    Artikolu 4(2)(e)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (g)

    Artikolu 4(2)(f)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (h)

    Artikolu 4(2)(g)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punti (b) u (c)

    Artikolu 4(2)(h)

    Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, punt (j)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 1(7)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 6(1) u (2), Artikolu 14(2)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 7

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 8(10)

    Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza

    Artikolu 8(5) u Artikolu 25(4)

    Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 13(1) u Artikolu 7(13)

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 7(2)(a)

    Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (a)

    Artikolu 7(2)(b)

    Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (b)

    Artikolu 7(2)(c)

    Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (c)

    Artikolu 7(2)(d)

    Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (c)

    Artikolu 7(2)(e)

    Artikolu 15(2)

    Artikolu 7(2)(f)

    Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, punt (d)

    Artikolu 7(2)(g)

    Artikolu 14(3)

    Artikolu 7(3)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

    Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

    Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

    Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

    Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 17(2)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 18(2)

    Artikolu 8(3a)

    Artikolu 18(3)

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 18(4), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 12(1)

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 12(1)

    Artikolu 9(3)

    Artikolu 12(1)

    Artikolu 9(4)

    Artikolu 12(2)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 19(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 19(2)

    Artikolu 11(3)

    Artikolu 19(4)

    Artikolu 12(1)

    Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 12(2)

    Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 12(3)

    Artikolu 13(1)

    Artikolu 20(1)

    Artikolu 13(2)

    Artikolu 20(2)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 20(3)

    Artikolu 13(4)

    Artikolu 20(4)

    Artikolu 13(5)

    Artikolu 20(8)

    Artikolu 13(6)

    Artikolu 20(9)

    Artikolu 13(7)

    Artikolu 14(1)

    Artikolu 21(1)

    Artikolu 14(2)

    Artikolu 21(2)

    Artikolu 14(3)

    Artikolu 14(4)

    Artikolu 21(5)

    Artikolu 14(4a)

    Artikolu 21(6)

    Artikolu 14(5)

    Artikolu 21(9)

    Artikolu 14(6)

    Artikolu 21(10)

    Artikolu 14(7)

    Artikolu 21(11)

    Artikolu 14(8)

    Artikolu 21(12)

    Artikolu 15(1)

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 15(2)

    Artikolu 22(2)

    Artikolu 15(3)

    Artikolu 22(3)

    Artikolu 15(4)

    Artikolu 22(4)

    Artikolu 15(5)

    Artikolu 22(5)

    Artikolu 15(6)

    Artikolu 22(6)

    Artikolu 15(7)

    Artikolu 22(9)

    Artikolu 16(1)

    Artikolu 23(1)

    Artikolu 16(2)

    Artikolu 23(2)

    Artikolu 16(3)

    Artikolu 23(7)

    Artikolu 17(1)

    Artikolu 24(1)

    Artikolu 17(2)

    Artikolu 24(2)

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 25(1)

    Artikolu 18(2)

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 18(3), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 25(3)

    Artikolu 18(3), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 21(5)

    Artikolu 18(4)

    Artikolu 25(8)

    Artikolu 19(1)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 19(2)

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 19(3)

    Artikolu 27(3)

    Artikolu 19(4)

    Artikolu 27(5)

    Artikolu 20(1)

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 20(2)

    Artikolu 29(2)

    Artikolu 20(3)

    Artikolu 29(3)

    Artikolu 21(1)

    Artikolu 31(1)

    Artikolu 21(1a)

    Artikolu 34(1)

    Artikolu 21(1b)

    Artikolu 34(2)

    Artikolu 21(2)

    Artikolu 31(2)

    Artikolu 21(3)(a)

    Artikolu 32(1)(a)

    Artikolu 21(3)(b)

    Artikolu 32(1)(b)

    Artikolu 21(3)(c)

    Artikolu 32(1)(c)

    Artikolu 21(3)(d)

    Artikolu 32(1)(d)

    Artikolu 21(3)(e)

    Artikolu 32(1)(e)

    Artikolu 21(3)(f)

    Artikolu 32(1)(f)

    Artikolu 21(3)(g)

    Artikolu 32(1)(g)

    Artikolu 21(3)(h)

    Artikolu 32(1)(h)

    Artikolu 21(3)(i)

    Artikolu 32(1)(i)

    Artikolu 21(3), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 32(1), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 21(4)(a)

    Artikolu 32(1)(l)

    Artikolu 21(4)(b)

    Artikolu 32(1)(m)

    Artikolu 21(4)(c)

    Artikolu 21(4)(d)

    Artikolu 32(1)(n)

    Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 32(1), ir-raba' subparagrafu

    Artikolu 21(5)

    Artikolu 31(3) u Artikolu 32(6)

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 35(2)

    Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 33(1)

    Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 22(2), it-tielet subparagrafu

    Artikolu 33(5)

    Artikolu 22(3)

    Artikolu 22(4)

    Artikolu 33(6) u (7)

    Artikolu 23(1)

    Artikolu 37(1)

    Artikolu 23(2)

    Artikolu 37(2)

    Artikolu 24(1)

    Artikolu 45(1)

    Artikolu 24(2)

    Artikolu 45(2)

    Artikolu 24(2a)

    Artikolu 24(3)

    Artikolu 24a

    Artikolu 44

    Artikolu 24b

    Artikolu 44

    Artikolu 24c

    Artikolu 44

    Artikolu 25(1)

    Artikolu 38(1)

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 42

    Artikolu 26

    Artikolu 40

    Artikolu 27

    Artikolu 28

    Artikolu 46

    Artikolu 29

    Artikolu 30

    Artikolu 31

    Artikolu 48

    Artikolu 31a

    Artikolu 32

    Artikolu 49

    Artikolu 33



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 2020 dwar fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).

    ( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta’ Marzu 1980 li tikkoordina r-rekwiżiti għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tad-dettalji tal-ħruġ li għandhom jiġu ppubblikati għall-ammissjoni ta’ titoli għall-ħruġ uffiċjali f’borża (ĠU L 100, 17.4.1980, p. 1).

    ( 1 ) Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi to stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata dwar dawk it-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

    ( 1 ) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    ( 1 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

    ( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).

    ( 3 ) Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).

    ( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

    ►M1  ( 4 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

    ( 5 ) Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1). ◄

    ( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).

    ( 6 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta’ impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

    ( 6 ) Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

    ( 6 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

    ( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).

    ( 7 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

    ( 7 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

    ( 7 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).

    ( 8 ) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

    ( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).

    Top